ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.343.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 343

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
14 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

1

 

*

Regolament (UE) Nru 1152/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd

30

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea ( 1 )

32

 

*

Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara ( 1 )

78

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/1


REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-kwalità u d-diversità tal-produzzjoni fl-Unjoni fir-rigward tal-agrikoltura, sajd u akkwakultura huma waħda mill-forzi importanti tagħha, li tagħti vantaġġ kompetittiv lill-produtturi tal-Unjoni, u tagħti kontribut ewlieni għall-patrimonju kulturali u gastronomiku ħaj tagħha. Dan hu dovut għall-ħiliet u d-determinazzjoni tal-bdiewa u tal-produtturi tal-Unjoni li żammew it-tradizzjonijiet ħajjin filwaqt li qiesu l-iżviluppi ta’ metodi tal-produzzjoni u ta’ materjali ġodda.

(2)

Iċ-ċittadini u l-konsumaturi fl-Unjoni qed jitolbu dejjem iżjed kwalità kif ukoll prodotti tradizzjonali. Huma jixtiequ wkoll iżommu d-diversità tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni. Dan jiġġenera domanda għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel b’karatteristiċi speċifiċi identifikabbli, b’mod partikolari dawk marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom.

(3)

Il-produtturi jistgħu jkomplu jipproduċu firxa varjata ta’ prodotti ta’ kwalità biss jekk huma jingħataw kumpens ġust għall-isforzi tagħhom. Għal dan, jeħtieġ li huma jkunu jistgħu jikkomunikaw lix-xerrejja u lill-konsumaturi l-karatteristiċi tal-prodotti tagħhom taħt kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Jeħtiġilhom ukoll ikunu jistgħu jidentifikaw tajjeb il-prodotti tagħhom fis-suq.

(4)

It-tħaddim ta’ skemi tal-kwalità għall-produtturi li jippremjawhom għall-isforzi tagħhom biex jipproduċu firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ kwalità jista’ jkun ta’ ġid għall-ekonomija rurali. Dan huwa l-każ b’mod partikulari f’żoni anqas vantaġġati, f’żoni muntanjużi u fir-reġjuni l-aktar remoti, fejn is-settur tal-biedja jammonta għal parti sinifikanti mill-ekonomija u l-ispejjeż tal-produzzjoni huma għoljin. B’dan il-mod, l-iskemi tal-kwalità jistgħu jikkontribwixxu u jkunu komplementari għall-politika tal-iżvilupp rurali kif ukoll għal-linji politiċi tas-suq u ta’ appoġġ għad-dħul tal-politika agrikola komuni (il-PAK). B’mod partikolari, jistgħu jikkontribwixxu għal żoni fejn is-settur tal-biedja hu ta’ importanza ekonomika ikbar u, speċjalment, għal żoni żvantaġġati.

(5)

Il-prijoritajiet tal-politika ta’ Ewropa 2020 kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, jinkludu l-għanijiet tal-kisba ta’ ekonomija kompetittiva bbażata fuq il-konoxxenza u l-innovazzjoni u tat-trawwim ta’ ekonomija b’rata għolja ta’ impjiegi li tipprovdi koeżjoni soċjali u territorjali. Għalhekk, il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli għandha tagħti lill-produtturi l-għodod adatti biex jidentifikaw aħjar u jippromwovu dawk il-prodotti tagħhom li jkollhom karatteristiċi speċifiċi, filwaqt li tħares lil dawk il-produtturi minn prattiċi żleali.

(6)

Is-sett ta’ miżuri komplementari previst għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

(7)

Hemm stabbiliti miżuri ta’ politika għall-kwalità tal-prodotti agrikoli fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (4); fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (5) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha; fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni (6) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu; fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (7); fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (8); fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (9) u b’mod partikulari t-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tiegħu u fis-Sottotaqsima I tat-Taqsima Ia tiegħu; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (10); kif ukoll fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż (11).

(8)

It-tikkettar tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel għandu jkun soġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (12); u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jimpedixxu t-tikkettar li jista’ joħloq konfużjoni jew iqarraq fir-rigward tal-konsumaturi.

(9)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli identifikat bħala prijorità l-kisba ta’ aktar koerenza u konsistenza b’mod ġenerali fil-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli.

(10)

L-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel u l-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom ċerti objettivi u dispożizzjonijiet komuni.

(11)

L-Unjoni ilha xi żmien issegwi approċċ li għandu l-għan li jissimplifika l-qafas regolatorju tal-PAK. Dan l-approċċ għandu jiġi applikat ukoll għar-regolamenti fil-qasam tal-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, mingħajr, waqt li jsir dan, ma jqiegħed fid-dubbju l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawk il-prodotti.

(12)

Xi regolamenti li jiffurmaw parti mill-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli ġew riveduti reċentement iżda għadhom ma ġewx implimentati għal kollox. B’riżultat ta’ dan, huma ma għandhomx ikunu inklużi f’dan ir-Regolament. Madankollu, huma jistgħu jiġu inkorporati fi stadju aktar tard, ladarba l-leġislazzjoni tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

(13)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmijin aktar ’il fuq, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu amalgamati f’qafas legali uniku li jikkonsisti mid-dispożizzjonijiet ġodda jew aġġornati tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 u dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 li qed jinżammu.

(14)

Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, ir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 għandhom għalhekk jitħassru u jinbidlu b’dan ir-Regolament.

(15)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-prodotti agrikoli li huma maħsubin għall-konsum mill-bniedem u li huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat u għal lista ta’ prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dak l-Anness li huma marbutin mill-qrib mal-produzzjoni agrikola jew mal-ekonomija rurali.

(16)

Ir-regoli previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ma jaffettwaw il-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati, l-ispirti, il-prodotti tal-biedja organika, jew ir-reġjuni ultra-periferiċi.

(17)

L-ambitu tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandu jkun limitat għal prodotti li għalihom teżisti rabta intrinsika bejn il-karatteristiċi tal-prodott jew tal-oġġett tal-ikel u l-oriġini ġeografika. L-inklużjoni fl-iskema preżenti ta’ ċerti tipi ta’ ċikkulata biss bħala prodotti tal-ħelu hija anomalija li għandha tiġi kkoreġuta.

(18)

L-objettivi speċifiċi tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi huma li jinkiseb dħul ġust għall-bdiewa u l-produtturi għall-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta’ prodott partikolari, jew tal-mod ta’ produzzjoni tiegħu, u li jipprovdu informazzjoni ċara dwar il-prodotti li jkollhom karatteristiċi speċifiċi marbutin mal-oriġini ġeografika, u b’hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet aktar infurmati ta’ xiri.

(19)

Li fl-Unjoni kollha jiġi żgurat rispett uniformi għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali marbutin ma’ ismijiet li huma protetti fl-Unjoni huwa prijorità li tista’ tintlaħaq b’mod aktar effettiv fil-livell tal-Unjoni.

(20)

Qafas tal-Unjoni li jipproteġi d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi billi jipprevedi l-inklużjoni tagħhom f’reġistru jiffaċilita l-iżvilupp ta’ dawk l-istrumenti, għaliex l-approċċ aktar uniformi li jirriżulta jkun jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi tal-prodotti li fuqhom ikollhom dawk l-indikazzjonijiet u jsaħħaħ il-kredibbiltà tal-prodotti f’għajnejn il-konsumatur. Għandu jkun hemm provvediment għall-iżvilupp tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-livell tal-Unjoni u għall-promozzjoni tal-ħolqien ta’ mekkaniżmi għall-protezzjoni tagħhom f’pajjiżi terzi fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WTO) jew ta’ ftehimiet multilaterali u bilaterali, sabiex b’hekk isir kontribut għar-rikonoxximent tal-kwalità tal-prodotti u tal-mudell ta’ produzzjoni tagħhom bħala fattur li jżid il-valur.

(21)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (13) u tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet, biex xi regoli jiġu ċċarati u ssimplifikati u biex il-proċeduri ta’ din l-iskema jiġu razzjonalizzati.

(22)

Fid-dawl tal-prattika eżistenti, iż-żewġ strumenti differenti għall-identifikazzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu, jiġifieri d-denominazzjoni protetta tal-oriġini u l-indikazzjoni ġeografika protetta, għandhom jiġu ddefiniti aktar u jinżammu. Mingħajr ma jinbidel il-kunċett ta’ dawk l-istrumenti, għandhom jiġu adottati ċerti emendi għad-definizzjonijiet biex jittieħed kont b’mod aħjar tad-definizzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ u biex isiru aktar sempliċi u ċari biex jinftiehmu mill-operaturi.

(23)

Prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li jkollu tali deskrizzjoni ġeografika għandu jissodisfa ċerti kondizzjonijiet stabbiliti fi speċifikazzjoni, bħal rekwiżiti speċifiċi maħsuba biex jiġu protetti r-riżorsi naturali jew il-pajsaġġ taż-żona ta’ produzzjoni jew biex isir aktar xieraq it-trattament tal-annimali fl-impjanti agrikoli.

(24)

Biex jikkwalifikaw għall-protezzjoni fit-territorji ta’ Stati Membri, id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu rreġistrati biss fil-livell tal-Unjoni. B’effett mid-data tal-applikazzjoni għal tali reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu protezzjoni transizzjonali fil-livell nazzjonali mingħajr ma jaffettwaw il-kummerċ fl-Unjoni jew dak internazzjonali. Il-protezzjoni mogħtija b’dan ir-Regolament mar-reġistrazzjoni għandha tkun ugwalment disponibbli għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji korrispondenti u li huma protetti fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

(25)

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika b’interess leġittimu minn Stat Membru, għajr l-Istat Membru tal-applikazzjoni, jew minn pajjiż terz, li teżerċita d-drittijiet tagħha billi tinnotifika l-oppożizzjoni tagħha.

(26)

Id-dħul fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lil konsumaturi u lil dawk li huma involuti fil-kummerċ.

(27)

L-Unjoni tinnegozja ftehimiet internazzjonali, inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, mas-sħab kummerċjali tagħha. Sabiex tiffaċilita l-għoti lill-pubbliku ta’ informazzjoni dwar l-ismijiet protetti b’dan il-mod, u b’mod partikulari biex tiżgura l-protezzjoni u l-kontroll tal-użu li jsir minn dawk l-ismijiet, l-ismijiet jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku bħala denominazzjonijiet tal-oriġini f’dawk il-ftehimiet internazzjonali, l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(28)

Minħabba n-natura speċifika tagħhom, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar it-tikkettar fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li jirrikjedu li l-produtturi jużaw is-simboli jew indikazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu xierqa fuq il-pakkett. Fil-każ tal-ismijiet tal-Unjoni, l-użu ta’ dawn is-simboli jew indikazzjonijiet għandu jsir obbligatorju sabiex din il-kategorija ta’ prodotti, u l-garanziji marbutin magħhom, isiru aktar magħrufin mill-konsumaturi u sabiex tkun permessa identifikazzjoni aktar faċli ta’ dawn il-prodotti fis-suq, u b’hekk ikunu ffaċilitati l-verifiki. Filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-WTO, l-użu ta’ simboli jew indikazzjonijiet bħal dawn għandu jkun volontarju għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini ta’ pajjiżi terzi.

(29)

Għandha tingħata protezzjoni lill-ismijiet inklużi fir-reġistru bl-għan li jkun żgurat li dawn jintużaw b’mod ġust u sabiex jitrażżnu prattiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi. Barra minn hekk, għandhom jiġu ċċarati l-mezzi biex jiġi żgurat li l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini jkunu protetti, b’mod partikulari fir-rigward tar-rwol ta’ gruppi ta’ produtturi u awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(30)

Għandhom ikunu previsti derogi speċifiċi li jippermettu, għal perijodi transitorji, l-użu ta’ isem irreġistrat maġenb ismijiet oħra. Dawk id-derogi għandhom jiġu ssimplifikati u ċċarati. F’ċerti każijiet, sabiex jingħelbu diffikultajiet temporanji u bil-għan fit-tul li jkun żgurat li l-produtturi kollha jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet, dawk id-derogi jistgħu jingħataw għal perijodu ta’mhux iżjed minn 10 snin.

(31)

L-ambitu tal-protezzjoni mogħtija taħt dan ir-Regolament għandu jiġi ċċarat, b’mod partikolari relattivament għal dawk il-limitazzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni ta’ trademarks ġodda stipulati fid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (14) li jkunu f’konflitt mar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif huwa diġà l-każ għar-reġistrazzjoni ta’ trademarks ġodda fil-livell tal-Unjoni. Tali kjarifika hija wkoll meħtieġa relattivament għas-sidien tad-drittijiet preċedenti ta’ proprjetà intellettwali, b’mod partikolari dawk fir-rigward ta’ trademarks u ta’ ismijiet omonimi rreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(32)

Il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tiġi estiża għall-abbuż, l-imitazzjoni u l-evokazzjoni ta’ ismijiet irreġistrati kemm fuq prodotti kif ukoll fuq servizzi, sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex dik il-protezzjoni tkun allinjata ma’ dik li tapplika fis-settur tal-inbid. Meta d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jintużaw bħala ingredjenti għandu jittieħed kont tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) bħala ingredjenti”.

(33)

L-ismijiet li jkunu diġà ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 fit-3 ta' Jannar 2013 għandhom ikomplu jiġu protetti taħt dan ir-Regolament u għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru.

(34)

L-għan speċifiku tal-iskema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti huwa li jgħin lill-produtturi ta’ prodotti tradizzjonali jikkomunikaw lill-konsumaturi l-attributi ta’ valur miżjud tal-prodotti tagħhom.Madankollu, minħabba li ġew irreġistrati biss ftit ismijiet, l-iskema attwali għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti ma rnexxilhiex tilħaq il-potenzjal tagħha. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet attwali għandhom jittejbu u jiġu ċċarati u rfinuti sabiex l-iskema tkun tiftiehem iktar, issir iktar operattiva u tkun iktar attraenti għall-applikanti potenzjali.

(35)

L-iskema preżenti tipprovdi l-għażla li isem jiġi rreġistrat għall-għanijiet tal-identifikazzjoni mingħajr ma l-isem jiġi rriżervat fl-Unjoni. Minħabba li din l-għażla ma ġietx miftiehma sew mill-partijiet interessati, u minħabba li l-funzjoni tal-identifikazzjoni tal-prodotti tradizzjonali tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell reġjonali bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, din l-għażla m’għandhiex tinżamm. Fid-dawl tal-esperjenza miskuba, l-iskema għandha tittratta biss ir-riżervar ta’ ismijiet fl-Unjoni kollha.

(36)

Biex ikun żgurat li ismijiet ta’ prodotti tradizzjonali ġenwini jiġu rreġistrati taħt l-iskema, għandhom jiġu adattati kriterji u kondizzjonijiet oħra għar-reġistrazzjoni ta’ isem, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kelma “tradizzjonali”, li għandha tkopri prodotti li jkunu ilhom jiġu prodotti għal perijodu sinifikanti ta’ żmien.

(37)

Biex jiżguraw li l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tagħhom u jkunu konsistenti, produtturi organizzati fi gruppi għandhom huma stess jiddefinixxu l-prodott fi speċifikazzjoni. L-għażla li wieħed jirreġistra isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun miftuħa għall-produtturi ta’ pajjiżi terzi.

(38)

Sabiex jikkwalifikaw għar-riżervar, l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom jiġu rreġistrati fil-livell tal-Unjoni. Id-dħul fir-reġistru għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-konsumaturi u lil dawk li huma involuti fil-kummerċ.

(39)

Sabiex jiġi evitat li jinħolqu kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li mhumiex ġusti, kwalunkwe produttur, inkluż produttur ta’ pajjiż terz, għandu jkun jista’ juża isem irreġistrat ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, dejjem jekk il-prodott konċernat ikun konformi mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni rilevanti u l-produttur ikun kopert minn sistema ta’ kontrolli. Għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti prodotti ġewwa l-Unjoni, is-simbolu tal-Unjoni għandu jkun indikat fuq it-tikketta u għandu jkun possibli li jiġi assoċjat mal-indikazzjoni "Speċjalità tradizzjonali garantita".

(40)

Sabiex l-ismijiet irreġistrati jkunu protetti minn xi abbuż, jew minn prattiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi, l-użu tagħhom għandu jkun riżervat.

(41)

Għal dawk l-ismijiet li jkunu diġà ġew irreġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 509/2006 li, fit-3 ta' Jannar 2013, altrimenti ma jkunux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw, għal perijodu transizzjonali, it-termini tal-użu stabbiliti fir-Regolament (KE) No 509/2006.

(42)

Għandha tiġi introdotta proċedura biex jiġu rreġistrati ismijiet li huma rreġistrati bla riżerva tal-isem skont ir-Regolament (KE) Nru 509/2006, li tippermettilhom jiġu rreġistrati bir-riżerva tal-isem.

(43)

Għandu wkoll isir provvediment għal miżuri transizzjonali applikabbli għal applikazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni riċevuti mill-Kummissjoni qabel it-3 ta' Jannar 2013.

(44)

Għandu jiddaħħal saff ieħor ta’ sistemi tal-kwalità, abbażi ta’ termini tal-kwalità li jżidu l-valur u li jistgħu jiġu kkomunikati fis-suq intern u li għandhom jiġu applikati fuq bażi volontarja. Dawk it-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jirriferu għal karatteristiċi orizzontali speċifiċi, fir-rigward ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti, metodi ta’ biedja jew attributi tal-ipproċessar li japplikaw f’żoni speċifiċi. It-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-muntanja” sal-lum issodisfa l-kondizzjonijiet u ser iżid il-valur tal-prodott fis-suq. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/13/KE fejn it-tikkettar ta’ prodotti tal-ikel jista’ joħloq konfużjoni għall-konsumaturi fir-rigward ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji, inkluż b’mod partikolari l-“prodotti tal-muntanja”.

(45)

Sabiex il-produtturi f’żoni muntanjużi jingħataw għodod effettivi biex jikkummerċjalizzaw aħjar il-prodott tagħhom u biex jitnaqqsu r-riskji attwali ta’ konfużjoni għall-konsumatur fir-rigward tal-provenjenza mill-muntanji tal-prodotti fis-suq, għandu jsir provvediment għad-definizzjoni fil-livell tal-Unjoni ta’ terminu tal-kwalità mhux obbligatorju għal prodotti mill-muntanji. Id-definizzjoni ta’ żoni muntanjużi għandha tissejjes fuq il-kriterji ġenerali ta’ klassifikazzjoni li huma użati għall-identifikazzjoni ta’ żona muntanjuża fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) (15).

(46)

Il-valur miżjud tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti huwa bbażat fuq il-fiduċja tal-komsumatur. Huwa jkun kredibbli biss jekk akkumpanjat minn verifika u kontrolli effettivi. Dawk l-iskemi tal-kwalità għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ monitoraġġ permezz ta’ kontrolli uffiċjali, li tkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (16), u għandhom jinkludu sistema ta’ verifiki fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Sabiex l-Istati Membri jkunu megħjuna japplikaw aħjar id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-kontrolli tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, għandu jsir riferimenti għall-artikoli l-aktar rilevanti f’dan ir-Regolament.

(47)

Sabiex il-konsumatur ikun żgurat li l-prodotti jkollhom il-karatteristiċi speċifiċi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, l-operaturi għandhom ikunu soġġetti għal sistema li tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

(48)

Biex ikun żgurat li jkunu imparzjali u effettivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissodisfaw għadd ta’ kriterji operattivi. Għandhom ikunu previsti dispożizzjonijiet dwar id-delega ta’ xi kompetenzi lil korpi ta’ kontroll sabiex dawn iwettqu kompiti speċifiċi ta’ kontroll.

(49)

L-istandards Ewropej (l-istandards EN) żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), u l-istandards internazzjonali żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) għandhom jintużaw għall-akkreditament tal-korpi ta’ kontroll kif ukoll minn dawk il-korpi għall-operazzjonijiet tagħhom. L-akkreditament ta’ dawk l-korpi għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (17).

(50)

L-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ kontroll għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandha tiddaħħal fil-pjanijiet multiannwali ta’ kontroll nazzjonali u fir-rapport annwali mħejji mill-Istati Membri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(51)

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jitolbu ħlas biex jiġu koperti l-ispejjeż imġarrba.

(52)

Ir-regoli eżistenti dwar il-kontinwazzjoni tal-użu ta’ ismijiet ġeneriċi għandhom ikunu ċċarati sabiex dawk it-termini ġeneriċi li huma simili għal, jew li jiffurmaw parti minn, isem jew terminu protett jew riżervat għandhom ikomplu jżommu l-istatus ġeneriku tagħhom.

(53)

Id-data biex tiġi stabbilita l-anzjanità ta’ trademark u ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika għandha tkun id-data tal-applikazzjoni tat-trademark għar-reġistrazzjoni fl-Unjoni jew fl-Istati Membri u d-data tal-applikazzjoni, lill-Kummissjoni, għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika.

(54)

Id-dispożizzjonijiet li jittrattaw ir-rifjut jew il-koeżistenza ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika abbażi ta’ konflitt ma’ trademark preċedenti għandhom ikomplu japplikaw.

(55)

Il-kriterji li bihom trademarks sussegwenti għandhom jiġu rifjutati jew, jekk ikunu rreġistrati, jiġu invalidati abbażi tal-fatt li huma jikkonfliġġu ma’ denominazzjoni tal-oriġini jew ma’ indikazzjoni ġeografika preċedenti għandhom jikkorrispondu għall-ambitu stabbilit għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika.

(56)

Id-dispożizzjonijiet ta’ sistemi li jistabbilixxu drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, u b’mod partikulari dawk stabbiliti bl-iskema tal-kwalità għal denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi jew dawk stabbiliti taħt il-liġi tat-trademarks, ma għandhomx ikunu affettwati mir-riżerva ta’ ismijiet u mill-istabbiliment ta’ indikazzjonijiet u simboli taħt l-iskemi tal-kwalità għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u għal termini tal-kwalità mhux obbligatorji.

(57)

Ir-rwol ta’ gruppi għandu jkun iċċarat u rrikonoxxut. Il-gruppi għandhom rwol essenzjali fil-proċess tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, kif ukoll fl-emendament tal-ispeċifikazzjonijiet u fit-talbiet għall-kanċellament. Il-grupp jista’ wkoll jiżviluppa attivitajiet marbutin mas-sorveljanza tal-infurzar tal-protezzjoni tal-ismijiet irreġistrati, mal-konformità tal-produzzjoni mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, mal-informazzjoni u l-promozzjoni tal-isem irreġistrat kif ukoll, b’mod ġenerali, ma’ kwalunkwe attività li jkollha l-għan li ttejjeb il-valur tal-ismijiet irreġistrati u l-effikaċja tal-iskemi tal-kwalità. Barra minn hekk, huwa għandu jimmonitorja l-pożizzjoni tal-prodotti fis-suq. Madankollu, dawn l-attivitajiet m’għandhomx jiffaċilitaw u lanqas m’għandhom iwasslu għal imġiba antikompetittiva li ma tkunx kompatibbli mal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat.

(58)

Sabiex ikun żgurat li l-ismijiet irreġistrati ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti b’dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, f’konformità ma’ dispożizzjonijiet minimi komuni, li jinkludu proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali. Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tal-liġi tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet interessati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni.

(59)

Ir-reġistrazzjoni bħala denominazzjonijiet tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandha tkun miftuħa għal ismijiet relatati ma’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(60)

Is-simboli, l-indikazzjonijiet u l-abbrevjazzjonijiet li jidentifikaw il-parteċipazzjoni fi skema tal-kwalità, u d-drittijiet fiha li jappartjenu lill-Unjoni, għandhom ikunu protetti fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi bil-għan li jiġi żgurat li huma jintużaw fuq prodotti ġenwini u li l-konsumaturi ma jkunux żgwidati dwar il-kwalitajiet tal-prodotti. Barra minn hekk, sabiex il-protezzjoni tkun effettiva, il-Kummissjoni għandha jkollha rikors għal riżorsi baġitarji raġonevoli fuq bażi ċentralizzata fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (18) u skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (19).

(61)

Il-proċedura tar-reġistrazzjoni għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, inklużi l-perijodi tal-iskrutinju u tal-oppożizzjoni, għandha titqassar u titjieb, b’mod partikolari fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni, megħjuna f’ċerti ċirkostanzi mill-Istati Membri, għandha tkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu l-emendament tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott wara r-reġistrazzjoni u l-kanċellament ta’ ismijiet irreġistrati, b’mod partikulari jekk il-prodott ma jkunx għadu jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti tal-prodott jew jekk isem ma jkunx għadu jintuża fis-suq.

(62)

Għandu jsir provvediment għal proċeduri xierqa sabiex jiġu iffaċilitati l-applikazzjonijiet transkonfinali għar-reġistrazzjoni konġunta ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew speċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

(63)

Biex ikunu supplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tiġi supplimentata l-lista ta’ prodotti li tinsab fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament; jiġu stabbiliti r-restrizzjonijiet u d-derogi fir-rigward tax-xiri ta’ għalf fil-każ ta’ denominazzjoni tal-oriġini; jiġu stabbiliti r-restrizzjonijiet u d-derogi fir-rigward tal-qtil ta’ annimali ħajjin jew fir-rigward tax-xiri ta’ materja prima; jiġu stipulati regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodotti; jiġu stabbiliti s-simboli tal-Unjoni; jiġu stabbiliti regoli transizzjonali addizzjonali sabiex ikunu protetti d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati; jiġu stabbiliti aktar dettalji dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti; jiġu stabbiliti regoli dettaljati relatati mal-kriterji għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji; jiġi riżervat terminu tal-kwalità mhux obbligatorju addizzjonali, jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tal-użu tiegħu u jiġu emendati dawk il-kondizzjonijiet; jiġu stabbiliti d-derogi mill-kondizzjonijiet ta’ użu tat-terminu “prodott tal-muntanja” u jiġu stabbiliti l-metodi ta’ produzzjoni, u kriterji oħra rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dak it-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju, b’mod partikolari, jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom il-materja prima jew l-għalf huma permessi li jiġu minn barra ż-żoni muntanjużi; jiġu stabbiliti regoli addizzjonali biex jiġi determinat l-istatus ġeneriku tat-termini fl-Unjoni; jiġu stabbiliti regoli biex jiġi determinat l-użu tal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ annimali; jiġu definiti r-regoli għat-twettiq tal-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali rigward applikazzjonijiet konġunti li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed; u biex jiġu komplementati b’ mod ġenerali r-regoli tal-proċess ta’ applikazzjoni, tal-proċess tal-oppożizzjoni, tal-proċess tal-applikazzjoni għal emenda u tal-proċess ta’ kanċellament. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt il-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, opportuna u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(64)

Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; jiġu stipulati regoli ddettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; jiġu ddefiniti l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq prodotti, inklużi l-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw; jingħataw u jiġu estiżi perijodi transizzjonali għal derogi temporanji għall-użu ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; jiġu stipulati regoli ddettaljati dwar il-protezzjoni ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti; jiġu stabbiliti l-miżuri kollha relattivi għal forom, proċeduri jew dettalji tekniċi oħra, meħtieġa għall-applikazzjoni tat-Titolu IV; jiġu stabbiliti r-regoli għall-użu ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji; jiġu stabbiliti regoli għall-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet, l-abbrevjazzjonijiet u s-simboli li jirriferu għall-iskemi tal-kwalità; jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-proċedura, il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u ta’ oppożizzjonijiet; tiġi rrifjutata l-applikazzjoni; tittieħed deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ isem jekk ma jintlaħaqx qbil; jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-proċedura, il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda; tiġi kkanċellata r-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini, ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew ta’ speċjalità tradizzjonali garantita u jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-proċedura u l-forma tal-proċess ta’ kanċellament u dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet għall-kanċellament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (20).

(65)

Fir-rigward tal-istabbiliment u ż-żamma ta’ reġistri tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, rikonoxxuti taħt din l-iskema; tad-definizzjoni tal-mezzi li permezz tagħhom l-isem u l-indirizz tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti jsiru pubbliċi u tar-reġistrazzjoni ta’ isem fil-każ li ma jkun hemm ebda avviż ta’ oppożizzjoni jew dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli jew jekk ikun hemm, ikun intlaħaq qbil, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Objettivi

1.   Dan ir-Regolament għandu l-għan li jgħin lill-produtturi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel jikkomunikaw lix-xerrejja u lill-konsumaturi l-karatteristiċi tal-prodotti u l-attributi tal-biedja ta’ dawk il-prodotti u oġġetti tal-ikel, u b’hekk jiżgura:

(a)

kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u għall-produtturi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li jkollhom karatteristiċi u attributi li jżidu l-valur;

(b)

id-disponibbiltà għall-konsumaturi ta’ informazzjoni affidabbli li tappartjeni għal dawk il-prodotti;

(c)

rispett għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali; u

(d)

l-integrità tas-suq intern.

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma maħsubin biex jappoġġaw attivitajiet agrikoli u ta’ pproċessar kif ukoll is-sistemi tal-biedja assoċjati ma’ prodotti ta’ kwalità għolja, u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp rurali.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi "skemi tal-kwalità" li jipprovdu l-bażi għall-identifikazzjoni u, fejn xieraq, għall-protezzjoni ta’ ismijiet u termini li, b’mod partikolari, jindikaw jew jiddeskrivu prodotti agrikoli li jkollhom:

(a)

karatteristiċi li jżidu l-valur; jew

(b)

attributi li jżidu l-valur b’riżultat tal-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew tal-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament ikopri l-prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem li huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat u prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel oħra elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Sabiex jittieħed kont ta’ impenji internazzjonali jew ta’ metodi jew materjal ta’ produzzjoni ġodda, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jissupplimentaw il-lista ta’ prodotti li tinsab fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.Dawn il-prodotti għandhom ikunu konnessi mill-qrib ma’ prodotti agrikoli jew mal-ekonomija rurali.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal spirti, inbejjed aromatizzati jew prodotti tad-dwieli kif definiti fl-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bl-eċċezzjoni għall-ħall tal-inbid.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni marbutin mat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq, u b’mod partikulari għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika, u għat-tikkettar tal-ikel.

4.   Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (21) m’għandhiex tapplika għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skemi tal-kwalità” tfisser l-iskemi stabbiliti taħt it-Titoli II, III u IV;

(2)

“grupp” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma jew kompożizzjoni legali tagħha, magħmula prinċipalment minn produtturi jew proċessuri li jaħdmu bl-istess prodott;

(3)

“tradizzjonali” tfisser użu pprovat fis-suq domestiku għal perijodu li jippermetti t-trażmissjoni bejn il-ġenerazzjonijiet; dan il-perijodu għandu jkun għall-inqas ta’ 30 sena;

(4)

“tikkettar” tfisser kwalunkwe kliem, partikolaritajiet, trademarks, isem ta’ marka, tpinġija jew simbolu relatati ma’ prodott tal-ikel u mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal tali prodott tal-ikel;

(5)

“karattru speċifiku” relattivament għal prodott tfisser l-attributi karatteristiċi tal-produzzjoni li jiddistingwu prodott b’mod ċar minn prodotti simili oħrajn tal-istess kategorija;

(6)

“termini ġeneriċi” tfisser l-ismijiet ta’ prodotti li, għalkemm huma marbutin mal-post, reġjun jew pajjiż fejn oriġinarjament ġie magħmul jew kkummerċjalizzat il-prodott, ikunu saru l-isem komuni ta’ prodott fl-Unjoni;

(7)

“fażi tal-produzzjoni” tfisser produzzjoni, ipproċessar jew preparazzjoni;

(8)

“prodotti pproċessati” tfisser oġġetti tal-ikel li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti li ma kinux ipproċessati. Prodotti proċessati jista’ jkollhom fihom ingredjenti li huma meħtieġa għall-manifattura tagħhom jew biex jingħatawlhom karatteristiċi speċifiċi.

TITOLU II

DENOMINAZZJONIJIET PROTETTI TAL-ORIĠINI U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Artikolu 4

Objettiv

B’dan hija stabbilita skema għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti sabiex tgħin lill-produtturi ta’ prodotti relattivi għal żona ġeografika billi:

(a)

tiżgura li jkollhom dħul ġust għall-kwalitajiet tal-prodotti tagħhom;

(b)

tiżgura li jkun hemm protezzjoni uniformi tal-ismijiet bħala dritt ta’ proprjetà intellettwali fit-territorju tal-Unjoni;

(c)

tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni ċara dwar l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott.

Artikolu 5

Rekwiżiti għal denominazzjonijiet tal-oriġin u indikazzjonijiet ġeografiċi

1.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “denominazzjoni tal-oriġini” huwa isem li jidentifika prodott:

(a)

li joriġina f’post speċifiku, f’reġjunjew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż;

(b)

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu; u

(c)

li l-fażijiet ta’ produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita.

2.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, "indikazzjoni ġeografika" huwa isem li jidentifika prodott:

(a)

li joriġina f’post speċifiku, f’reġjun jew f’pajjiż;

(b)

li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikulari tiegħu tista’ essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u

(c)

li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu ttrattati bħala denominazzjonijiet tal-oriġini anke jekk il-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika li tkun ikbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew li tkun differenti minnha, sakemm:

(a)

tkun iddefinita ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima;

(b)

ikunu jeżistu kondizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima;

(c)

ikun hemm arranġamenti dwar kontrolli biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati; u

(d)

id-denominazzjonijiet tal-oriġini kkonċernati kienu rikonoxxuti bħala denominazzjonijiet tal-oriġini fil-pajjiż tal-oriġini qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, jistgħu jitqiesu bħala materja prima annimali ħajjin, laħam u ħalib biss.

4.   Sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku tal-produzzjoni ta’ prodotti li ġejjin minn annimali, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tax-xiri ta’ għalf fil-każ ta’ denominazzjoni tal-oriġini.

Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta’ ċerti prodotti jew żoni, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tal-qtil ta’ annimali ħajjin jew fir-rigward tax-xiri ta’ materja prima.

Dawn ir-restrizzjonijiet u d-derogi għandhom, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, jieħdu kont tal-kwalità jew l-użu u ta’ kompetenza esperta rikonoxxuta jew fatturi naturali.

Artikolu 6

Natura ġenerika, konflitti ma’ ismijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti u ta’ razez ta’ annimali, ma’ omonimi u ma’ trademarks

1.   Termini ġeneriċi ma għandhomx jiġu rreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

2.   Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn dan ikun f’konflitt ma’ isem ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali u x’aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

3.   Isem propost għar-reġistrazzjoni li huwa kompletament jew parzjalment omonimu ma’ isem li jkun diġà ddaħħal fir-reġistru stabbilit taħt l-Artikolu 11 ma jistax jiġi rreġistrat sakemm ma jkunx hemm distinzjoni suffiċjenti fil-prattika bejn il-kondizzjonijiet tal-użu lokali u tradizzjonali u l-preżentazzjoni tal-omonimu li jkun ġie rreġistrat wara u l-isem ikun diġà ddaħħal fir-reġistru, b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun żgurat trattament ekwu tal-produtturi kkonċernati u li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati.

Isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur billi jagħtih x’jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor m’għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż relattivament għat-territorju, ir-reġjun jew il-post tal-oriġini attwali tal-prodotti kkonċernati.

4.   Isem propost għar-reġistrazzjoni bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika m’għandux jiġi rreġistrat meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta’ trademark, kif ukoll tat-tul ta’ żmien li din tkun ilha tintuża, ir-reġistrazzjoni tal-isem propost bħala denominazzjoni tal-oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika x’aktarx li tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott.

Artikolu 7

Speċifikazzjoni tal-prodott

1.   Denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

(b)

deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott;

(c)

id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta’ dan il-paragrafu, u, fejn ikun opportun, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3);

(d)

evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) jew (2);

(e)

deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(f)

dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:

(i)

ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); jew

(ii)

fejn ikun oppoprtun, ir-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2);

(g)

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-isem u l-indirizz tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 37 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;

(h)

kwalunkwe regola ta’ ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat.

2.   Biex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistipulaw regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn dik il-limitazzjoni tkun meħtieġa biex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 8

Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1.   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika kif prevista fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi mill-inqas:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b)

l-ispeċifikazzjoni tal-prodott prevista fl-Artikolu 7;

(c)

dokument uniku li jistabbilixxi dan li ġej:

(i)

il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, deskrizzjoni tal-prodott, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-ippakkjar u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

(ii)

deskrizzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(1) jew 5(2), skont il-każ, inklużi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw din ir-rabta.

Applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 49(5), għandha tinkludi wkoll prova li isem il-prodott huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.

2.   Dossier ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) għandu jinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;

(b)

id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu;

(d)

ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 9

Protezzjoni nazzjonali transizzjonali

Stat Membru jista’, fuq bażi transizzjonali biss, jagħti protezzjoni lil isem taħt dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni.

Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

Fejn isem ma jkunx ġie rreġistrat taħt dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ tali protezzjoni nazzjonali għandha tkun biss tal-Istat Membru kkonċernat.

Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri taħt l-ewwel paragrafu għandhom ikollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m’għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

Artikolu 10

Raġunijiet għal oppożizzjoni

1.   Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f’dak il-paragrafu u jekk hija:

(a)

turi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 7 (1) ma jkunux ġew sodisfatti;

(b)

turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tmur kontra l-Artikolu 6(2), (3) jew (4);

(c)

turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku jew ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2); jew

(d)

tagħti dettalji li permezz tagħhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni huwa terminu ġeneriku.

2.   Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni għandhom jiġu vvalutati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 11

Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta’ reġistru aġġornat u aċċessibbli għall-pubbliku, tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti rrikonoxxuti taħt din l-iskema.

2.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti ta’ pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni taħt ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni tkun Parti Kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru. Sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku fit-tali ftehim bħala denominazzjonijiet protetti tal-oriġini taħt dan ir-Regolament, tali ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista ta’ ftehimiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 kif ukoll il-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti taħt dawk il-ftehimiet.

Artikolu 12

Ismijiet, simboli u indikazzjonijiet

1.   Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jippubbliċizzaw denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

3.   Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem irreġistrat tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta’ viżjoni. L-indikazzjonijiet “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti “DPO” jew “IĠP” jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

4.   Barra minn hekk, dan li ġej jista’ jidher ukoll fuq it-tikketta: xbihat taż-żona ġeografika tal-oriġini, kif imsemmija fl-Artikolu 5, u test, grafika jew simboli li jirriferu għall-Istat Membru u/jew ir-reġjun li fih tinsab dik iż-żona ġeografika tal-oriġini.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, il-marki ġeografiċi kollettivi msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/95/KE jistgħu jintużaw fuq it-tikketti, flimkien mad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.

6.   Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, li jiġu kkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

7.   Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simboli tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi r-regoli dwar il-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 13

Protezzjoni

1.   L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra:

(a)

kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta’ isem irreġistrat fir-rigward ta’ prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż f’każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti;

(b)

kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew tas-servizzi hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat b’espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni” jew xi espressjoni simili, inkluż il-każ meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

(c)

kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta’ riklamar jew fuq dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(d)

kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

Fejn denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta’ prodott li jitqies bħala ġeneriku, l-użu ta’ dak l-isem ġeneriku m’għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji adatti biex jimpedixxu jew iwaqqfu l-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li huma prodotti jew kummerċjalizzati f’dak l-Istat Membru.

Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f’konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.

Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 14

Relazzjonijiet bejn trademarks, denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi

1.   Fejn denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun irreġistrata taħt dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13(1) u li tkun relattiva għal prodott tal-istess tip, għandha tiġi rifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tiġi ppreżentata wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-rigward tad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni.

It-trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/95/KE.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13(1), li għaliha tkun saret applikazzjoni, li tkun ġiet irreġistrata jew li tkun ġiet stabbilita bl-użu jekk il-leġiżlazzjoni kkonċernata tkun tagħti dik il-possibbiltà, bona fide, fit-territorju tal-Unjoni, qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, tista’ tibqa’ tintuża u tiġġedded għal dak il-prodott minkejja r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika, sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tagħha skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark Komunitarja (22) jew skont id-Direttiva 2008/95/KE. F’każijiet bħal dawn, l-użu tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun permess kif ukoll l-użu tat-trademarks rilevanti.

Artikolu 15

Perijodi transizzjonali għall-użu ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perijodu transizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 13(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li:

(a)

ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew

(b)

dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b’dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perijodu transizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal 15-il sena f’każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li:

(a)

id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b’mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;

(b)

l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

3.   Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b’mod ċar u viżibbli.

4.   Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista’ jagħti perijodu transizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 snin, b’effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru u jkunu għamlu dak il-punt fil-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3).

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni protetta tal-oriġini li tirriferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ oppożizzjoni.

Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru previst fl-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe dispożizzjoni transizzjonali speċifika assoċjata ma’ reġistrazzjonijiet bħal dawn għandha tkompli tapplika.

2.   Sabiex ikunu protetti d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar regoli transizzjonali addizzjonali.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ koeżistenza rikonoxxut taħt ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 fir-rigward ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi minn naħa waħda, u ta’ trademarks, min-naħa l-oħra.

TITOLU III

SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI

Artikolu 17

Objettiv

B’dan hija stabbilita skema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti biex jiġu salvagwardati l-metodi ta’ produzzjoni u riċetti tradizzjonali billi produtturi ta’ prodott tradizzjonali jiġu megħjuna jikkummerċjalizzaw u jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tar-riċetti u l-prodotti tradizzjonali tagħhom lill-konsumaturi.

Artikolu 18

Kriterji

1.   Isem għandu jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita fejn dan jiddeskrivi prodott speċifiku jew oġġett tal-ikel li:

(a)

ikun ġej minn tip ta’ produzzjoni, ipproċessar jew minn kompożizzjoni li jikkorrispondu għal prattika tradizzjonali fir-rigward ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel; jew

(b)

ikun magħmul minn materja prima jew minn ingredjenti li huma dawk użati tradizzjonalment.

2.   Sabiex isem jiġi rreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita, huwa għandu:

(a)

ikun intuża tradizzjonalment biex jirriferi għall-prodott speċifiku; jew

(b)

jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

3.   Jekk jintwera fil-proċedura ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 51 li l-isem jintuża wkoll fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, sabiex issir distinzjoni bejn prodotti komparabli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili, id-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni meħuda skont l-Artikolu 52(3) tista’ tipprevedi li l-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mill-istqarrija “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” immedjatament segwita mill-isem ta’ pajjiż jew reġjun tiegħu.

4.   Isem ma jistax jiġi rreġistrat jekk ikun jirriferi biss għal stqarrijiet ta’ natura ġenerali użati għal ġabra ta’ prodotti, jew għal stqarrijiet previsti f’leġislazzjoni partikolari tal-Unjoni.

5.   Biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskema, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkonċernaw aktar dettalji dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati f’dan l-Artikolu.

Artikolu 19

Speċifikazzjoni tal-prodott

1.   Speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandha tinkludi:

(a)

l-isem propost għar-reġistrazzjoni, bil-verżjonijiet lingwistiċi xierqa;

(b)

deskrizzjoni tal-prodott li tinkludi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu, li turi l-karattru speċifiku tal-prodott;

(c)

deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni li l-produtturi għandhom isegwu, inklużi, fejn ikun il-każ, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, u l-metodu ta’ preparazzjoni tal-prodott; u

(d)

l-elementi ewlenin li jistabbilixxu n-natura tradizzjonali tal-prodott.

2.   Biex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56 li jistipulaw regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 20

Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1.   Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;

(b)

l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif previst fl-Artikolu 19.

2.   Id-dossier ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) għandu jinkludi:

(a)

l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u

(b)

dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni ppreżentata mill-grupp u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu.

Artikolu 21

Raġunijiet għal oppożizzjoni

1.   Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 51(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien u jekk hija:

(a)

tagħti raġunijiet debitament sostanzjati għaliex ir-reġistrazzjoni proposta mhijiex kompatibbli mat-termini ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

turi li l-użu tal-isem huwa legali, magħruf u ekonomikament sinifikattiv għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili.

2.   Il-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati relattivament għat-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 22

Reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta’ reġistru aġġornat aċċessibbli għall-pubbliku tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, rikonoxxuti taħt din l-iskema.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 23

Ismijiet, simbolu u indikazzjoni

1.   Isem irreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita jista’ jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.

2.   Għandu jiġi stabbilit simbolu tal-Unjoni maħsub biex jippubbliċizza l-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

3.   Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jidher fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta’ viżjoni. L-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita” jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti “TSG” jistgħu jidhru wkoll fuq it-tikketta.

Is-simbolu m’għandux ikun obbligatorju fuq it-tikketta ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jiġu prodotti barra l-Unjoni.

4.   Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simbolu tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simbolu tal-Unjoni u l-indikazzjoni, kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti li jġibu l-isem ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, inklużi dawk dwar il-verżjonijiet lingwistiċi xierqa li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 24

Restrizzjoni dwar l-użu ta’ ismijiet irreġistrati

1.   L-ismijiet irreġistrati għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, jew minn kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jintużaw fil-livell nazzjonali ma joħolqu l-ebda konfużjoni fir-rigward tal-ismijiet li huma rreġistrati.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-protezzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 25

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   L-ismijiet irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe dispożizzjoni transizzjonali speċifika assoċjata ma’ reġistrazzjonijiet bħal dawn għandha tkompli tapplika.

2.   Ismijiet irreġistrati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, inklużi dawk irreġistrati skont l-applikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintużaw taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 509/2006 sal-4 ta' Jannar 2023. sakemm l-Istati Membri ma jużawx il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 26 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Sabiex ikunu protetti d-drittijiet u interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu regoli transizzjonali addizzjonali.

Artikolu 26

Proċedura simplifikata

1.   Fuq talba ta’ grupp, Stat Membru jista’, sa mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2016, jippreżenta lill-Kummissjoni ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u li huma konformi ma’ dan ir-Regolament.

Qabel ma jippreżenta isem, l-Istat Membru għandu jibda proċedura ta’ oppożizzjoni kif definita fl-Artikolu 49(3) u (4).

Jekk jintwera matul din il-proċedura li l-isem jintuża wkoll b’riferiment għal prodotti komparabbli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili, l-isem jista’ jiġi kkomplementat b’terminu li jidentifika l-karattru tradizzjonali jew speċifiku tiegħu.

Grupp minn pajjiż terz jista’ jippreżenta ismijiet bħal dawn lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet għal kull tali isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom.

3.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 51 u 52.

4.   Ladarba l-proċedura ta’ oppożizzjoni tintemm, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun il-każ, taġġusta l-entrati fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 22. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19.

TITOLU IV

TERMINI TAL-KWALITÀ MHUX OBBLIGATORJI

Artikolu 27

Objettiv

B’dan hija stabbilita skema għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji biex tiffaċilita l-komunikazzjoni fis-suq intern tal-karatteristiċi jew attributi ta’ valur miżjud ta’ prodotti agrikoli mill-produtturi tagħhom.

Artikolu 28

Regoli Nazzjonali

L-Istati Membri jistgħu’ jżommu fis-seħħ regoli nazzjonali dwar termini tal-kwalità mhux obbligatorji li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, sakemm tali regoli jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 29

Termini tal-kwalità mhux obbligatorji

1.   It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

it-terminu jkun relattiv għal karatteristika ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti, jew għal attribut tal-biedja jew tal-ipproċessar li jkun japplika f’żoni speċifiċi;

(b)

l-użu tat-terminu jżid il-valur tal-prodott meta mqabbel ma’ prodotti ta’ tip simili; u

(c)

it-terminu jkollu dimensjoni Ewropea.

2.   It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji li jiddeskrivu l-kwalitajiet tekniċi ta’ prodott bil-għan li jiddaħħlu fis-seħħ standards obbligatorji ta’ kummerċjalizzazzjoni u li mhumiex maħsuba biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar dawk il-kwalitajiet tal-prodott għandhom jiġu esklużi minn din l-iskema.

3.   It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jeskludu t-termini riżervati mhux obbligatorji li jappoġġaw u jikkomplementaw standards speċifiċi ta’ kummerċjalizzazzjoni determinati fuq bażi ta’ kategorija settorjali jew tal-prodott.

4.   Sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta’ ċerti setturi kif ukoll tal-aspettattivi tal-konsumatur, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu regoli dettaljati relattivi għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri kollha relattivi għal forom, proċeduri jew dettalji tekniċi oħra, meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

6.   Meta tadotta atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe standards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 30

Riżervar u emenda

1.   Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi, l-iżviluppi fil-konoxxenza xjentifika u teknika, il-qagħda tas-suq, u l-iżviluppi fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jirriżervaw terminu tal-kwalità mhux obbligatorju addizzjonali u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-użu tiegħu.

2.   F’każijiet debitament ġustifikati u biex jittieħed kont tal-użu adatt tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju addizzjonali, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu emendi għall-kondizzjonijiet ta’ użu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 31

Prodott tal-Muntanja

1.   It-terminu "prodott tal-muntanja" huwa b’dan stabbilit bħala terminu tal-kwalità mhux obbligatorju.

Dan it-terminu għandu jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif elenkati fl-Anness I mat-Trattat li fir-rigward tagħhom:

(a)

sew il-materja prima kif wkoll l-għalf għall-annimali fl-irziezet essenzjalment jiġu minn żoni muntanjużi;

(b)

fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-ipproċessar isir ukoll f’żoni muntanjużi.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, żoni muntanjużi fl-Unjoni jikkostitwixxu dawk delimitati fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. Għal prodotti ta’ pajjiżi terzi, żoni muntanjużi jinkludu żoni li huma uffiċjalment ikklassifikati bħala żoni muntanjużi mill-pajjiż terz jew li jissodisfaw kriterji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

3.   F’każijiet debitament ġustifikati u biex jittieħed kont tar-restrizzjonijiet naturali li jolqtu l-produzzjoni agrikola f’żoni muntanjużi, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu derogi mill-kondizzjonijiet ta’ użu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta att iddelegat li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom ikun permess li l-materja prima jew l-għalf jiġu minn barra ż-żoni muntanjużi, il-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess li jsir l-ipproċessar tal-prodotti barra ż-żoni muntanjużi f’żona ġeografika li għandha tiġi definita, u d-definizzjoni ta’ dik iż-żona ġeografika.

4.   Biex jittieħed kont tar-restrizzjonijiet naturali li jolqtu l-produzzjoni agrikola f’żoni muntanjużi, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar l-istabbiliment tal-metodi ta’ produzzjoni, u kriterji oħra rilevanti għall-applikazzjoni tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 32

Prodott tal-biedja tal-gżejjer

Mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-każ għal terminu ġdid, “prodott tal-biedja tal-gżejjer”. Dan it-terminu jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi l-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat li l-materja prima tagħhom tiġi minn gżejjer. Barra minn hekk, biex it-terminu jkun applikat għal prodotti pproċessati, l-ipproċessar irid isir ukoll fuq gżejjer f’każijiet fejn dan jaffettwa sostanzjalment il-karatteristiċi partikulari tal-prodott finali.

Dak ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adatti sabiex jiġi riżervat terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-biedja tal-gżejjer”.

Artikolu 33

Restrizzjonijiet fuq l-użu

1.   Terminu tal-kwalità mhux obbligatorju jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-użu korrispondenti.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-użu ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 34

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki, ibbażati fuq analiżi tar-riskju, biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu u, fil-każ ta’ ksur, għandhom japplikaw penali amministrattivi adatti.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

KAPITOLU I

Kontrolli uffiċjali tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Artikolu 35

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.

Artikolu 36

Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli għall-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti legali relatati mal-iskemi tal-kwalità stabbiliti b’dan ir-Regolament.

Il-proċeduri u r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżit legali relatat mal-iskemi tal-kwalità għall-prodotti kollha koperti mill-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joffru garanziji adegwati ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal ikkwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

3.   Il-kontrolli uffiċjali għandhom ikopru:

(a)

verifika li prodott ikun konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti; u

(b)

monitoraġġ tal-użu tal-ismijiet irreġistrati biex jiġi deskritt prodott imqiegħed fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 13 għall-ismijiet irreġistrati taħt it-Titolu II u f’konformità mal-Artikolu 24 għall-ismijiet irreġistrati taħt it-Titolu III.

Artikolu 37

Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

1.   Fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jindikaw prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha tiġi mwettqa minn:

(a)

waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmija fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament; u/jew

(b)

wieħed jew aktar mill-korpi ta’ kontroll fis-sens tal-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li joperaw bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

L-ispejjeż ta’ tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitħallsu mill-operaturi li jkunu soġġetti għal dawk il-kontrolli. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal dawn l-ispejjeż.

2.   Fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jindikaw prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha tiġi mwettqa minn:

(a)

waħda jew aktar mill-awtoritajiet pubbliċi maħtura mill-pajjiż terz; u/jew

(b)

korp ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti wieħed jew aktar.

3.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-korpi imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandhom perjodikament jaġġornaw dik l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandha perjodikament taġġorna dik l-informazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 53(2), li tiddefinixxi l-mezzi li permezz tagħhom l-isem u l-indirizz tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 38

Sorveljanza tal-użu tal-isem fis-suq

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 36. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz ta’ dawk l-awtoritajiet.

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u, fil-każ ta’ ksur, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha.

Artikolu 39

Delega mill-awtoritajiet kompetenti lill-korpi ta’ kontroll

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, kompiti speċifiċi relatati mal-verifiki uffiċjali tal-iskemi tal-kwalità lil korp ta’ kontroll wieħed jew iktar.

2.   Dawn il-korpi ta’ kontroll għandhom jiġu akkreditati f’konformità mal-Istandard Ewropew EN 45011 jew il-Gwida 65 tal-ISO/IEC (Rekwiżiti ġenerali għal korpi li jħaddmu sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti).

3.   L-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jsir biss minn:

(a)

korp nazzjonali ta’ akkreditament fl-Unjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew

(b)

korp ta’ akkreditament barra l-Unjoni li jkun firmatarju ta’ arranġament multilaterali ta’ rikonoxximent taħt il-patroċinju tal-Forum Internazzjonali tal-Akkreditament.

Artikolu 40

Ippjanar u rappurtar tal-attivitajiet ta’ kontrol

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta’ kontroll tal-obbligi taħt dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi fit-taqsima separata fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali multiannwali f’konformità mal-Artikoli 41, 42 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.   Ir-rapporti annwali dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament għandhom jinkludu taqsima separata li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

KAPITOLU II

Eċċezzjonijiet għal ċerti użi preċedenti

Artikolu 41

Termini ġeneriċi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-użu ta’ termini li huma ġeneriċi fl-Unjoni, anke jekk it-terminu ġeneriku jkun parti minn isem li huwa protett taħt skema tal-kwalità.

2.   Sabiex jiġi stabbilit jekk terminu sarx ġeneriku jew le, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikulari:

(a)

is-sitwazzjoni eżistenti fiż- żoni ta’ konsum;

(b)

l-atti legali rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni.

3.   Sabiex tipproteġi bis-sħiħ id-drittijiet tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu regoli addizzjonali biex jiġi determinat l-istatus ġeneriku tat-termini msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 42

Varjetajiet ta’ pjanti u razez ta’ annimali

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li t-tikketta tagħhom tkun tinkludi isem jew terminu protett jew riżervat skont skema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, fit-Titolu III jew fit-Titolu IV li fih jew ikun jinkludi l-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew razza ta’ annimali, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-prodott ikkonċernat ikun jinkludi l-varjetà jew ir-razza indikata jew ikun ġej minnha;

(b)

il-konsumaturi ma jiġux żgwidati;

(c)

l-użu tal-isem tal-varjetà jew tar-razza jkun jikkostitwixxi kompetizzjoni ġusta;

(d)

l-użu ma jkunx qed jisfrutta r-reputazzjoni tat-terminu protett; u

(e)

fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kienet estendiet lil hinn miż-żona tal-oriġini tiegħu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.

2.   Biex tiċċara aktar il-firxa tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jużaw l-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ annimali kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar regoli biex jiġi ddeterminat l-użu ta’ ismijiet bħal dawn.

Artikolu 43

Relazzjoni ma’ proprjetà intellettwali

L-iskemi tal-kwalità deskritti fit-Titoli III u IV għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew għal dawk tal-Istati Membri li jirregolaw il-proprjetà intellettwali, u b’mod partikolari għal dawk li jikkonċernaw denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u trademarks, u għad-drittijiet mogħtija taħt dawk ir-regoli.

KAPITOLU III

Indikazzjonijiet u simboli tal-iskemi tal-kwalità u r-rwol tal-produtturi

Artikolu 44

Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet u simboli

1.   L-indikazzjonijiet, l-abbrevjazzjonijiet u s-simboli li jirreferu għall-iskemi tal-kwalità jistgħu jintużaw biss f’rabta ma’ prodotti magħmula f’konformità mar-regoli tal-iskema tal-kwalità li għaliha japplikaw. Dan japplika b’mod partikolari għall-indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli li ġejjin:

(a)

“denominazzjoni protetta tal-oriġini”, “indikazzjoni ġeografika protetta”, “indikazzjoni ġeografika”, “DPO”, “IGP”, u s-simboli assoċjati, kif previst fit-Titolu II;

(b)

“speċjalità tradizzjonali garantita”, “STG”, u s-simbolu assoċjat, kif previst fit-Titolu III;

(c)

“prodott tal-muntanji”, kif previst fit-Titolu IV.

2.   F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jista’, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha, jiffinanzja, fuq bażi ċentralizzata, appoġġ amministrattiv li jikkonċerna l-iżvilupp, il-ħidma preparatorja, il-monitoraġġ, l-appoġġ amministrattiv u legali, id-difiża legali, il-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni, il-ħlasijiet għat-tiġdid, il-ħlasijiet għas-sorveljanza tat-trademarks, il-ħlasijiet tal-litigazzjoni u kwalunkwe miżura relatata oħra li tkun meħtieġa biex tipproteġi l-użu tal-indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli li jirriferu għall-iskemi tal-kwalità minn użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni jew kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur, fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 45

Rwol tal-gruppi

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, grupp għandu d-dritt li:

(a)

jikkontribwixxi biex jiżgura li l-kwalità, ir-reputazzjoni u l-awtentiċità tal-prodotti tagħhom huma żgurati fis-suq billi jissorvelja l-użu tal-isem fin-negozju u, jekk meħtieġ, billi jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 36, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra fil-qafas tal-Artikolu 13(3);

(b)

jieħu azzjoni biex tiġi żgurata protezzjoni legali adegwata tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali direttament marbuta magħhom;

(c)

jiżviluppa attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkollhom l-għan li jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott lill-konsumaturi;

(d)

jiżviluppa attivitajiet marbutin mal-iżgurar tal-konformità ta’ prodott mal-ispeċifikazzjoni tiegħu;

(e)

jieħu azzjoni biex itejjeb il-prestazzjoni tal-iskema, inklużi l-iżviluppa tal-għarfien espert ekonomiku, l-analiżi ekonomika, it-tqassim ta’ informazzjoni ekonomika dwar l-iskema u l-għoti ta’ pariri lill-produtturi;

(f)

jieħu miżuri biex issaħħaħ il-valur tal-prodotti u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jimpedixxi jew jopponi kwalunkwe miżura li tkun, jew tissogra li tkun, ta’ ħsara għall-immaġini ta’ dawk il-prodotti.

2.   L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-formazzjoni u l-funzjonament ta’ gruppi fit-territorji tagħhom b’mezzi amministrattivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-gruppi msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni.

Artikolu 46

Dritt għall-użu tal-iskemi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jkun konformi mar-regoli ta’ skema tal-kwalità stabbilita tat-Titolu II u tat-Titolu III jkun intitolat li jiġi kopert mill-verifika tal-konformità, stabbilita fl-Artikolu 37.

2.   L-operaturi li jħejju u jaħżnu prodott ikkummerċjalizzat taħt speċjalità tradizzjonali garantita, denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew li jqiegħdu fis-suq dawn il-prodotti għandhom ukoll ikunu soġġetti għas-sistema ta’ kontrolli stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu jixtiequ josservaw ir-regoli ta’ skema tal-kwalità stabbilita fit-Titoli III u IV jkunu jistgħu jagħmlu dan u ma jiffaċċawx ostakli għall-parteċipazzjoni li jkunu diskriminatorji jew li b’xi mod ieħor ma jkunux oġġettivament iffondati.

Artikolu 47

Miżati

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u b’mod partikulari għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI tat-Titolu II tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu miżata biex ikopru l-ispejjeż tagħhom għall-ġestjoni tal-iskemi tal-kwalità, inklużi dawk l-ispejjeż li huma jagħmlu biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni, l-applikazzjonijiet għal emendi u t-talbiet għall-kanċellament kif previst f’dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

Il-proċessi tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni għal denominazzjonijiet tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi, u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Artikolu 48

Ambitu tal-proċessi tal-applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.

Artikolu 49

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet

1.   L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet taħt l-iskemi tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 48 jistgħu jiġu ppreżentati biss minn gruppi li jaħdmu bil-prodotti bl-isem li għandu jiġi rreġistrat. Fil-każ ta’ isem relattiv għal “denominazzjonijiet protetti tal-oriġini” jew “indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” li jindika żona ġeografika transkonfinali jew fil-każ ta’ isem relattiv għal “speċjalitajiet tradizzjonali garantiti”, diversi gruppi minn Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni konġunta għal reġistrazzjoni.

Persuna fiżika jew ġuridika unika tista’ tiġi ttrattata bħala grupp fejn jintwera li ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew sodisfatti t-tnejn:

(a)

il-persuna kkonċernata tkun l-uniku produttur lest li jippreżenta applikazzjoni;

(b)

fir-rigward ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, iż-żona ġeografika ddefinita jkollha karatteristiċi li jvarjaw sew minn dawk ta’ żoni ġirien jew il-karatteristiċi tal-prodott ikunu differenti minn dawk prodotti f’żoni ġirien.

2.   Fejn l-applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II tkun relattiva għal żona ġeografika fi Stat Membru, jew fejn applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III tkun imħejjija minn grupp stabbilit fi Stat Membru, l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru għandu jiskrutinja bir-reqqa l-applikazzjoni b’mezzi adatti sabiex jivverifika li din hija ġġustifikata u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-iskema rispettiva.

3.   Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jagħti bidu għal proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali li tiżgura pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u li tipprovdi għal perijodu raġonevoli taż-żmien li matulu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tkun tista’ tressaq oppożizzjoni għall-applikazzjoni.

L-Istat Membru għandu jeżamina l-ammissibbiltà tal-oppożizzjonijiet riċevuti taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 10(1), jew l-ammissibbiltà ta’ oppożizzjonijiet riċevuti taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 21(1).

4.   Jekk, wara li jivvaluta kull oppożizzjoni li jkun irċieva, l-Istat Membru jqis bħala li ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa jista’ jieħu deċiżjoni favorevoli u jippreżenta dossier ta’ applikazzjoni lill-Kummissjoni. F’ tali każ huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-oppożizzjonijiet ammissibbli riċevuti minn xi persuna naturali jew ġuridika li tkun legalment ikkummerċjalizzat il-prodotti inkwistjoni, bl-użu tal-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-anqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha opportunità biex tagħmel appell.

L-Istat Membru għandu jiżgura li l-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

B’referenza għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, l-Istat Membru għandu jiżgura wkoll il-pubblikazzjoni adegwata tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li dwarha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 50(2).

5.   Fejn l-applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II tkun relattiva għal żona ġeografika f’pajjiż terz, jew fejn applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III tkun imħejjija minn grupp stabbilit f’pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

6.   Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

7.   Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jiddefinixxu r-regoli għat-twettiq tal-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet konġunti li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed u li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta’ applikazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar proċeduri, forma u preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, inkluż dawk għal applikazzjonijet li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 50

Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b’mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi taħt l-Artikolu 49, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-iskema rispettiva. Dan l-iskrutinju ma għandux jieħu iktar minn sitt xhur. Fejn jinqabeż dan il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta’ ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

2.   Meta, abbażi tal-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tqis bħala li ġew sodisfatti li l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, hi għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)

għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, id-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b)

għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, l-ispeċifikazzjoni.

Artikolu 51

Proċedura ta’ oppożizzjoni

1.   Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jippreżentaw avviż ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, li tkun stabbilita jew residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun saret l-applikazzjoni, tista’ tippreżenta avviż ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun stabbilita fil-limiti ta’ perijodu taż-żmien li jippermetti li tiġi ppreżentata oppożizzjoni taħt l-ewwel subparagrafu.

Avviż ta’ oppożizzjoni għandu jkun fih dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tista’ tikser il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Avviż ta’ oppożizzjoni li ma jkunx fih din id-dikjarazzjoni jkun null.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-avviż ta’ oppożizzjoni lill-awtorità jew korp li għamlu l-applikazzjoni mingħajr dewmien.

2.   Jekk jiġi ppreżentat avviż ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni u jiġi segwit fi żmien xahrejn minn dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-ammissibbiltà ta’ din id-dikjarazzjonji motivata ta’oppożizzjoni.

3.   Fi żmien xahrejn wara li tirċievi dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u lill-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni sabiex jidħlu f’konsultazzjonijiet adegwati ma’ xulxin għal perijodu raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur.

L-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet adegwati mingħajr dewmien żejjed. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mal-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk ma jintlaħaqx qbil, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll lill-Kummissjoni.

Fi kwalunkwe waqt matul dawn it-tliet xhur, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-applikant testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’massimu ta’ tliet xhur.

4.   Fejn, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, id-dettalji ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 50(2) ikunu ġew emendati b’mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirripeti l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 50.

5.   L-avviż ta’ appożizzjoni, id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u d-dokumenti relatati li jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

6.   Sabiex tistabbilixxi proċeduri ċari u l-limiti ta’ żmien għall-oppożizzjoni, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċedura tal-oppożizzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-oppożizzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 52

Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni

1.   Fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1), il-Kummissjoni tqis bħala mhux sodisfatti l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

2.   Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda avviż ta’ oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 51, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jirreġistraw l-isem.

3.   Jekk il-Kummissjoni tirċievi dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fl-Artikolu 51(3), u b’kont meħud tar-riżultati tagħhom, jew:

(a)

jekk ikun intlaħaq qbil, tirreġistra l-isem permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata taħt l-Artikolu 50(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

(b)

jekk ma jintlaħaqx qbil, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

4.   L-atti ta’ reġistrazzjoni u d-deċiżjonijiet ta’ rifjut għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 53

Emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott

1.   Grupp li jkollu interess leġittimu jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott.

L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.

2.   Fejn l-emenda tkun tinvolvi emenda waħda jew aktar għall-ispeċifikazzjoni li ma jkunux minuri, l-applikazzjoni għall-emenda għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52.

Madankolllu, jekk l-emendi proposti jkunu minuri, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ emendi li jimplikaw modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-elementi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, din ma għandhiex:

(a)

tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

(b)

tibdel ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1);

(c)

tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem, tal-prodott;

(d)

taffettwa ż-żona ġeografika definita; jew

(e)

tirrappreżenta żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.

Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu III, din ma għandhiex:

(a)

tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

(b)

tintroduċi bidliet essenzjali fil-metodu ta’ produzzjoni; jew

(c)

tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem, tal-prodott;

L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

3.   Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv ta’ applikazzjoni għal emenda, inkluż fejn l-emenda ma tinvolvix xi bidla lid-dokument uniku u fejn tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta’ applikazzjoni għal emenda.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 54

Kanċellament

1.   Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew ta’ speċjalità tradizzjonali garantita fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn ma tkunx żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni;

(b)

fejn ma jkun tqiegħed fis-suq l-ebda prodott taħt l-ispeċjalità tradizzjonali garantita, id-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba’ snin.

Il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat bl-isem irreġistrat, tikkanċella r-reġistrazzjoni korrispondenti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

2.   Sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali li l-partijiet kollha jkollhom l-opportunità li jiddefendu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tagħhom, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56 li jikkomplementaw ir-regoli dwar il-proċess ta’ kanċellament.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri u l-forma tal-proċess ta’ kanċellament, kif ukoll dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U FINALI

KAPITOLU I

Biedja lokali u bejgħ dirett

Artikolu 55

Rappurtar dwar biedja lokali u bejgħ dirett

Mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-każ għal skema ta’ tikkettar ġdida għal biedja lokali u għal bejgħ dirett li tgħin lill-produtturi jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom lokalment. Dak ir-rapport għandu jiffoka fuq l-abbiltà tal-bidwi li jżid valur lill-prodott tiegħu permezz tat-tikketta l-ġdida, u għandu jieħu kont ta’ kriterji oħra, bħall-possibbiltajiet li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u l-iskart permezz ta’ katini qosra ta’ produzzjoni u distribuzzjoni.

Dan ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat bi proposti leġislattivi adegwati dwar il-ħolqien ta skema ta’ tikkettar għal biedja lokali u għal bejgħ dirett.

KAPITOLU II

Regoli proċedurali

Artikolu 56

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(5), l-Artikoli 16(2), l-Artikolu 18(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikoli 25(3), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(3) u (4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-3 ta' Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(5), l-Artikoli 16(2), l-Artikolu 18(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikoli 25(3), l-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(3) u (4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(5), l-Artikoli 16(2), 18(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikoli 25(3), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(3) u (4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 57

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU III

Tħassir u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 58

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 huma b’dan imħassra.

Madankollu, l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandu jkompli japplika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet dwar prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, riċevuti mill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 23(3) għandhom japplikaw mill-4 ta' Jannar 2016, mingħajr preġudizzju għal prodotti li jkunu diġà mqegħdin fis-suq qabel dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 114.

(2)  ĠU C 192, 1.7.2011, p. 28.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2012 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012.

(4)  ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

(5)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

(6)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(9)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(10)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(11)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(12)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(13)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1.

(14)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.

(15)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(16)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(17)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(18)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(19)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(20)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(21)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(22)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.


ANNESS I

PRODOTTI AGRIKOLI U OĠĠETTI TAL-IKEL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

I.

Denominazzjonijiet tal-Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi

birra,

ċikkulata u prodotti derivati,

prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,

xorb minn estratti tal-pjanti,

għaġin,

melħ,

ġomma u reżina naturali,

pasta tal-mustarda,

tiben,

żjut essenzjali,

sufra,

kuċċinilja,

fjuri u pjanti ornamentali,

qoton,

suf,

qasab,

qanneb imħabbat,

ġilda,

pil,

rix.

II.

Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

ikliet ippreparati,

birra,

ċikkulata u prodotti derivati,

prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,

xorb minn estratti tal-pjanti,

għaġin,

melħ.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 58(2)

Regolament (KE) Nru 509/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(1), il-punt (a)

Artikolu 3, il-punt (5)

Artikolu 2(1), il-punt (b)

Artikolu 3, il-punt (3)

Artikolu 2(1), il-punt (c)

Artikolu 2(1), il-punt (d)

Artikolu 3, il-punt (2)

Artikolu 2(2), mill-ewwel sat-tielet subparagrafu

Artikolu 2(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3

Artikolu 22(1)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 43

Artikolu 5(2)

Artikolu 42(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 6(1), il-punt (a)

Artikolu 19(1), il-punt (a)

Artikolu 6(1), il-punt (b)

Artikolu 19(1), il-punt (b)

Artikolu 6(1), il-punt (c)

Artikolu 19(1), il-punt (c)

Artikolu 6(1), il-punt (d)

Artikolu 6(1), il-punt (e)

Artikolu 19(1)(d)

Artikolu 6(1), il-punt (f)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 49(1)

Artikolu 7(3), il-punt (a) u (b)

Artikolu 20(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 7 (3), il-punt (c)

Artikolu 7(3), il-punt (d)

Artikolu 7(4)

Artikolu 49(2)

Artikolu 7(5)

Artikolu 49(3)

Artikolu 7(6), il-punti (a) sa (c)

Artikolu 49(4)

Artikolu 7(6), il-punt (d)

Artikolu 20(2)

Artikolu 7(7)

Artikolu 49(5)

Artikolu 7(8)

Artikolu 49(6)

Artikolu 8(1)

Artikolu 50(1)

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 50(2), il-punt (b)

Artikolu 8(2), t-tieni subparagrafu

Artikolu 52(1)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 51(1)

Artikolu 9(3)

Artikolu 21(1) u (2)

Artikolu 9(4)

Artikolu 52(2)

Artikolu 9(5)

Artikolu 52(3) u (4)

Artikolu 9(6)

Artikolu 51(5)

Artikolu 10

Artikolu 54

Artikolu 11

Artikolu 53

Artikolu 12

Artikolu 23

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 14(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 46(1)

Artikolu 14(3)

Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 37(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 39(2)

Artikolu 15(4)

Artikolu 36(2)

Artikolu 16

Artikolu 17(1) u (2)

Artikolu 24(1)

Artikolu 17(3)

Artikolu 24(2)

Artikolu 18

Artikolu 57

Artikolu 19(1), il-punt (a)

Artikolu 19(1), il-punt (b)

Artikolu 49(7), t-tieni subparagrafu

Artikolu 19(1), il-punt (c)

Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(1), il-punt (d)

Artikolu 22(2)

Artikolu 19(1), il-punt (e)

Artikolu 51(6)

Artikolu 19(1), il-punt (f)

Artikolu 54(1)

Artikolu 19(1), il-punt (g)

Artikolu 23(4)

Artikolu 19(1), il-punt (h)

Artikolu 19(1), il-punt (i)

Artikolu 19(2)

Artikolu 25(1)

Artikolu 19(3), il-punt (a)

Artikolu 19(3), il-punt (b)

Artikolu 25(2)

Artikolu 20

Artikolu 47

Artikolu 21

Artikolu 58

Artikolu 22

Artikolu 59

Anness I

Anness I (Parti II)


Regolament (KE) Nru 510/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2

Artikolu 5

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(1), it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 41(1), (2) u (3)

Artikolu 3(2), (3) u (4)

Artikolu 6(2), (3) u (4)

Artikolu 4

Artikolu 7

Artikolu 5(1)

Artikolu 3, il-punt (2), u Artikolu 49(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 49(1)

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(4)

Artikolu 49(2)

Artikolu 5(5)

Artikolu 49(3)

Artikolu 5(6)

Artikolu 9

Artikolu 5(7)

Artikolu 8(2)

Artikolu 5(8)

Artikolu 5(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(9), t-tieni subparagrafu

Artikolu 49(5)

Artikolu 5(10)

Artikolu 49(6)

Artikolu 5(11)

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 50(1)

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 50(2), il-punt (a)

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 52(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 51(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 51(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 10

Artikolu 7(4)

Artikolu 52(2) u (4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 51(3) u l-Artikolu 52(3) u (4)

Artikolu 7(6)

Artikolu 11

Artikolu 7(7)

Artikolu 51(5)

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 53

Artikolu 10(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 46(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 37(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 39(2)

Artikolu 11(4)

Artikolu 36(2)

Artikolu 12

Artikolu 54

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 15(1)

Artikolu 13(4)

Artikolu 15(2)

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 57

Artikolu 16, il-punt (a)

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16, il-punt (b)

Artikolu 16, il-punt (c)

Artikolu 16, il-punt (d)

Artikolu 49(7)

Artikolu 16, il-punt (e)

Artikolu 16, il-punt (f)

Artikolu 51(6)

Artikolu 16, il-punt (g)

Artikolu 12(7)

Artikolu 16, il-punt (h)

Artikolu 16, il-punt (i)

Artikolu 11(3)

Artikolu 16, il-punt (j)

Artikolu 16, il-punt (k)

Artikolu 54(2)

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 47

Artikolu 19

Artikolu 58

Artikolu 20

Artikolu 59

Anness I u Anness II

Anness I (Parti I)


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/30


REGOLAMENT (UE) Nru 1152/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom aċċess ugwali għall-ilmijiet u r-riżorsi tal-Unjoni soġġett għar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (3) jistipula deroga mir-regola tal-aċċess ugwali, billi jawtorizza lill-Istati Membri biex jirrestrinġu s-sajd għal ċerti bastimenti tas-sajd f’ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tagħhom.

(3)

Fit-13 ta’ Lulju 2011, skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-Kummissjoni ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-arranġamenti li jikkonċernaw l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku. Dak ir-rapport kkonkluda li r-reġim ta’aċċess huwa stabbli ħafna u li kompla jopera b’mod sodisfaċenti mill-2002 ‘il hawn.

(4)

Ir-regoli eżistenti li jirrestrinġu l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku kellhom effetti pożittivi fuq il-konservazzjoni billi rrestrinġew l-isforz tas-sajd fl-aktar parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. Dawk ir-regoli ppreservaw ukoll l-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd li huma importanti għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ ċerti komunitajiet kostali.

(5)

Id-deroga daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. Il-validità tagħha għandha tiġi estiża sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ regolament ġdid, ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2014 li jirrestrinġu s-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fil-kosta li tmiss magħhom. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti tal-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 351, 15.11.2012, p. 89.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012.

(3)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.


DIRETTIVI

14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/32


DIRETTIVA 2012/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Novembru 2012

li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (4), id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji (5) u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji (6) ġew emendati b’mod sostanzjali. Peress li jenħtieġu aktar emendi, dawn id-Direttivi għandhom jiġu riformulati u magħquda f’att wieħed fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-integrazzjoni akbar tas-settur tat-trasport tal-Unjoni hija element essenzjali tal-kompletar tas-suq intern, u l-linji tal-ferrovija huma parti essenzjali tas-settur tat-trasport tal-Unjoni fil-mixja lejn il-kisba ta’ mobbiltà sostenibbli.

(3)

L-effiċjenza tas-sistema ferrovjarja trid titjieb, sabiex tiddaħħal f'suq kompetittiv, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tal-linji tal-ferrovija.

(4)

L-Istati Membri li għandhom sehem importanti mit-traffiku ferrovjarju ma' pajjiżi terzi li għandhom l-istess sistema ferrovjarja, li hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fi ħdan l-Unjoni, għandhom ikunu jistgħu jkollhom regoli operattivi speċifiċi li jiżguraw sew il-koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura tagħhom u dawk tal-pajjiżi terzi kkonċernati u kif ukoll kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji.

(5)

Sabiex it-trasport tal-ferrovija jkun effiċjenti u kompetittiv ma' mezzi oħra ta' trasport, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji jkollhom l-istatus ta’ operaturi indipendenti li jaħdmu b'kull manjiera kummerċjali u jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet tas-suq.

(6)

Biex fil-ġejjieni jkun żgurat l-iżvilupp u t-tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-ferrovija, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-infrastruttura. Minħabba dik is-sitwazzjoni, jeħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet ikunu mmmexxija b'mod separat u jkollhom żewġ kontijiet separati. Dment li dawk ir-rekwiżiti ta' separazzjoni jiġu sodisfatti, ma jinħolqu l-ebda kunflitti ta' interess u li l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva hija ggarantita, il-maniġers tal-infrastruttura għandu jkollhom il-possibbiltà li jissottokuntrattaw kompiti amministrattivi speċifiċi, bħall-ġbir ta' imposti, lil entitajiet oħra għajr dawk attivi fis-swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju.

(7)

Il-prinċipju tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi għandu jiġi applikat għas-settur ferrovjarju, u jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dak is-settur.

(8)

Sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fl-immaniġġjar tas-servizz ferrovjarju rigward il-kumdità mtejba u s-servizzi offruti lil min jużaha, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli b'mod ġenerali għall-iżvilupp tal-infrastruttura xierqa tal-ferrovija.

(9)

Fin-nuqqas ta' regoli komuni dwar l-allokazzjoni ta' spejjeż tal-infrastruttura, l-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lill-maniġer tal-infrastruttura, għandhom jistabbilixxu regoli li jaħsbu biex l-impriżi ferrovjarji jħallsu għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja. Tali regoli ma għandhomx jiddiskriminaw bejn l-impriżi ferrovjarji.

(10)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi eżistenti tat-trasport ferrovjarju li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati minnu jingħataw struttura finanzjarja b'saħħitha, b’rigward xieraq lejn ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna Statali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri rigward l-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura.

(11)

L-applikanti għandhom jingħataw l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kontenut tal-pjan kummerċjali fejn dawn jikkonċernaw l-użu, il-forniment u l-iżvilupp tal-infrastruttura. Dan m'għandux neċessarjament ifisser żvelar komplet tal-pjan kummerċjali żviluppat mill-maniġer tal-infrastruttura.

(12)

Peress li branki ta' linji u binarji żgħar privati, bħal binarji żgħar u linji f'faċilitajiet industrijali privati, ma jiffurmawx parti mill-infrastruttura ferrovjarja kif definita minn din id-Direttiva, il-maniġers ta' dawk l-infrastrutturi m'għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi imposti fuq maniġers tal-infrastruttura skont din id-Direttiva. Madankollu għandu jiġi ggarantit aċċess nondiskriminatorju għal branki ta' linji u binarji żgħar, irrispettivament mill-proprjetarju tagħhom, fejn dawn ikunu meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal faċilitajiet ta' servizzi li huma essenzjali għall-forniment ta' servizzi ta' trasport u fejn jinqeda jew potenzjalment jista’ jinqeda iktar minn klijent aħħari wieħed.

(13)

Stat Membru għandu jkun jista' jiddeċiedi li jkopri l-infiq għall-infrastruttura permezz ta' mezzi oħra għajr il-finanzjament Statali dirett, bħal pereżempju sħubija pubblika-privata u l-finanzjament tas-settur privat.

(14)

Il-kontijiet tal-qligħ u t-telf ta' maniġer ta' infrastruttura għandhom ikunu bbilanċjati tul perjodu ta' żmien raġonevoli, li, ladarba jiġi stabbilit, jista' jinqabeż taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal deterjorament kbir u f'salt fis-sitwazzjoni ekonomika fi Stat Membru li tolqot b'mod sostanzjali l-livell tat-traffiku fuq l-infrastruttura tiegħu jew il-livell ta' finanzjament pubbliku disponibbli. Bi qbil mar-regoli ta' kontabilità internazzjonali, l-ammont ta' self għall-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura ma jidhirx f'dan it-tip ta' kontijiet ta' qligħ u telf.

(15)

Settur effiċjenti tal-merkanzija, speċjalment bejn il-fruntieri, jeħtieġ azzjoni biex jinfetaħ is-suq.

(16)

Biex ikun żgurat li d-drittijiet ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja jkunu applikati fl-Unjoni b'mod uniformi u nondiskriminatorju, huwa xieraq li tiddaħħal liċenzja għall-impriżi ferrovjarji.

(17)

Fil-każ ta’ vjaġġi b’waqfiet intermedji, għandhom jiġu awtorizzati operaturi ġodda fis-suq biex itellgħu u jniżżlu passiġġieri matul ir-rotta biex ikun żgurat li tali ħidmiet ikunu vijabbli ekonomikament u sabiex jiġi evitat li kompetituri potenzjali jitpoġġew fi żvantaġġ meta mqabbla ma’ operaturi eżistenti.

(18)

L-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda internazzjonali tal-passiġġieri b’aċċess miftuħ u b’waqfiet intermedji ma għandhiex tintuża biex jinfetaħ is-suq għas-servizzi domestiċi tal-passiġġieri, iżda għandha sempliċiment jiffoka fuq waqfiet li huma anċillari għar-rotta internazzjonali. L-iskop prinċipali tas-servizzi l-ġodda għandu jkun li jinġarru passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq vjaġġ internazzjonali. Meta ssir il-valutazzjoni dwar jekk dak huwiex l-iskop prinċipali tas-servizz, għandhom jitqiesu kriterji bħall-proporzjon ta’ fatturat, u ta’ volum, li ġej mit-trasport ta’ passiġġieri domestiċi jew internazzjonali, u t-tul tas-servizz. Il-valutazzjoni tal-iskop ewlieni tas-servizz trid titwettaq mill-korp regolatorju nazzjonali rispettiv fuq talba tal-parti interessata.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (7) jawtorizza lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jagħtu kuntratti ta’ servizz pubbliku li jista’ jkun fihom drittijiet esklussivi biex jitħaddmu ċerti servizzi. Hu għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament ikunu konsistenti mal-prinċipju li s-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri jinfetħu għall-kompetizzjoni.

(20)

Il-ftuħ ta’ servizzi internazzjonali tal-passiġġieri għall-kompetizzjoni jista’ jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri provduti taħt kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw id-dritt ta’ aċċess għas-suq fejn dak id-dritt ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u fejn tingħata approvazzjoni mill-korpi regolatorji rilevanti abbażi tal-analiżi ekonomika objettiva, wara talba mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratti ta’ servizz pubbliku.

(21)

Il-valutazzjoni ta’ jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku ġiex kompromess għandha tqis kriterji predeterminati bħall-impatt fuq il-profitabilità ta’ kwalunkwe servizz li hu inkluż fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku, inkluż l-impatti li jirriżultaw fuq l-ispejjeż netti fuq l-awtorità pubblika kompetenti li tkun tat il-kuntratt, id-domanda tal-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti tal-biljetti, il-lokalità u n-numru ta’ waqfiet fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera u l-iskeda ta’ ħin u l-frekwenza tas-servizz il-ġdid propost. Skont din il-valutazzjoni u d-deċiżjoni tal-korp regolatorju rilevanti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw, jimmodifikaw jew jiċħdu d-dritt ta’ aċċess għas-servizz internazzjonali tal-passiġġieri mixtieq, inkluż l-impożizzjoni ta’ piżijiet fuq l-operatur ta’ servizz internazzjonali tal-passiġġieri ġdid, f’konformità mal-analiżi ekonomika u skont il-liġi tal-Unjoni u l-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni.

(22)

Sabiex jingħata kontribut għat-tħaddim ta’ servizzi ta’ passiġġieri fuq linji li jissodisfaw obbligu ta’ servizz pubbliku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet responsabbli għal dawk is-servizzi biex jimponu imposta fuq is-servizzi tal-passiġġieri li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet. Dik l-imposta għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti f’kuntratti ta’ servizz pubbliku.

(23)

Il-korp regolatorju għandu jiffunzjona b’tali mod li jevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi u kwalunkwe involviment possibbli fl-għotja tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku taħt kunsiderazzjoni. Il-poteri tal-korp regolatorju għandhom ikunu estiżi biex jippermettu valutazzjoni tal-iskop ta’ servizz internazzjonali u, fejn hu xieraq, tal-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti.

(24)

Sabiex ikun hemm l-investiment fis-servizzi li jużaw infrastruttura speċjalizzata, bħalma huma linji tal-ferrovija ta’ veloċità għolja, l-applikanti jeħtieġu ċertezza legali meta jitqies l-investiment sostanzjali u fit-tul li jkun involut.

(25)

Il-korpi regolatorji għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u, fejn rilevanti f’każijiet individwali, għandhom jikkoordinaw il-prinċipji u l-prattika ta’ valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b’mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom.

(26)

Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji u jiġu garantiti b'mod sħiħ it-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għas-servizzi u l-forniment tagħhom, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-faċilitajiet tas-servizz. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dawn iż-żewġ tipi ta’ attivitajiet jiġu mmaniġġjati b’mod indipendenti minn xulxin fejn l-operatur tal-faċilità ta' servizz jagħmel parti minn korp jew ditta li tkun ukoll attiva u li jkollha pożizzjoni dominanti fil-livell nazzjonali f'mill-inqas wieħed mis-swieq tat-trasport bil-ferrovija għall-ġarr ta' merkanzija jew tal-passiġġieri li għalih tintuża l-faċilità. Tali indipendenza ma għandhiex tfisser l-istabbiliment ta’ entità legali separata għal faċilitajiet tas-servizz.

(27)

Aċċess nondiskriminatorju għall-faċilitajiet ta' servizz u l-provvista ta' servizzi relatati mal-ferroviji f'dawn il-faċilitajiet għandhom jippermettu lill-intrapriżi ferrovjarji li joffru servizzi aħjar lill-passiġġieri u lil dawk li jużaw servizzi ta' merkanzija.

(28)

Filwaqt li d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (8) tipprovdi għall-ftuħ tas-suq tal-elettriku Ewropew, il-kurrent tat-trazzjoni għandu jiġi pprovdut lill-impriżi ferrovjarji fuq talba b’mod nondiskriminatorju. Meta jkun hemm fornitur wieħed disponibbli, it-tariffa imposta għal tali servizz għandha tiġi stabbilita taħt prinċipji uniformi ta’ impożizzjoni ta’ tariffi.

(29)

Fir-rigward tar-relazzjonijit ma’ pajjiżi terzi, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-eżistenza ta’ aċċess għaż-żewġ naħat għall-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni għas-suq tal-ferroviji ta’ dawn il-pajjiżi terzi u dan għandu jiġi ffaċilitat permezz tal-ftehimiet transkonfinali.

30)

Biex ikunu żgurati servizzi adegwati u li wieħed joqgħod fuqhom, jeħtieġ li jkun żgurat li, f’kull ħin, l-impriżi ferrovjarji josservaw ċerti rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba, qagħda finanzjarja tajba u kompetenza professjonali.

(31)

Għall-protezzjoni tal-konsumaturi u t-terzi persuni kkonċernati, huwa essenzjali li jkun żgurat li l-impriżi ferrovjarji jkunu assigurati biżżejjed kontra ir-responsabbiltà. Għandu jkun permess ukoll li r-responsabbiltà tagħha tkun koperta fil-każ ta' inċidenti permezz ta' garanziji mogħtija minn banek jew impriżi oħra, dment li kopertura bħal din tkun offruta skont il-kundizzjonijiet tas-suq, ma tirriżultax f'Għajnuna tal-Istat u ma tinkludix elementi ta' diskriminazzjoni kontra impriżi ferrovjarji oħrajn.

(32)

Impriża ferrovjarja għandha tkun ukoll meħtieġa tosserva liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-forniment ta' servizzi ferrovjarji, applikati b'manjiera nondiskriminatorja, li huma intenzjonati biex jiżguraw li tista' tkompli bl-attivitajiet tagħha f’sikurezza kompleta u b’rigward xieraq għas-saħħa, il-kundizzjonijiet soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi fuq witat speċifiċi ta' binarji.

(33)

Il-proċeduri biex jingħataw, jinżammu u jkunu emendati l-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu trasparenti u skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

(34)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja, u għas-servizzi f'faċilitajiet ta' servizz, għall-impriżi ferrovjarji kollha, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintużaw id-drittijiet tal-aċċess għandha tiġi ppubblikata f'dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tiġi ppubblikata f’mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni f’konformità mal-prattika internazzjonali eżistenti.

(35)

Skemi xierqa għall-allokazzjoni tal-kapaċità għall-infrastruttura ferrovjarja flimkien mal-operaturi kompetittivi għandhom jirriżultaw f'bilanċ aħjar tat-trasport bejn il-modi.

(36)

Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jingħataw inċentivi, bħal bonusijiet għad-diretturi maniġerjali, biex inaqqsu l-livell tal-imposti tal-aċċess u l-ispiża għall-provvediment tal-infrastruttura.

(37)

L-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-miri ta' prestazzjoni u d-dħul għall-perjodu medju sa twil tal-maniġer tal-infrastruttura jiġu implimentati permezz ta' ftehim kuntrattwali bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri rigward l-ippjanar ta' u l-finanzjament għall-infrastruttura ferrovjarja.

(38)

L-inkoraġġiment tal-aħjar użu tal-infrastruttura ferrovjarja se jwassal għal tnaqqis fl-ispiża tat-trasport għas-soċjetà.

(39)

Il-metodi għat-tqassim tal-ispejjeż stabbiliti mill-maniġers tal-infrastruttura għandhom jkunu bbażati fuq l-aħjar għarfien disponibbli ta' dak li jikkawża l-ispejjeż u għandhom iqassmu l-ispejjeż skont id-diversi servizzi offruti lill-impriżi ferrovjarji u, fejn rilevanti, skont it-tip ta' vetturi ferrovjarji.

(40)

Skemi xierqa għat-tqegħid ta' piżijiet għall-infrastruttura ferrovjarja flimkien ma' skemi xierqa ta’ piżijiet għal infrastrutturi oħrajn ta' trasport u ma’ operaturi kompetittivi għandhom jirriżultaw f'bilanċ ottimu tal-mezzi differenti tat-trasport fuq bażi sostenibbli.

(41)

Meta jiġu imposti l-mark ups, għandhom jiġu definiti taqsimiet distinti tas-suq mill-maniġer tal-infrastruttura fejn l-ispejjeż tal-forniment tas-servizzi ta' trasport, il-prezzijiet tagħhom tas-suq jew ir-rekwiżiti tagħhom għall-kwalità tas-servizz ikunu konsiderevolment differenti.

(42)

Il-piżijiet u l-iskemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jippermettu aċċess ugwali u nondiskriminatorju għall-impriżi kollha u għandhom jippruvaw, safejn possibbli, jissodisfaw il-bżonnijiet tal-utenti u t-tipi ta' traffiku kollha b'mod ġust u nondiskriminatorju. Skemi bħal dawn għandhom jippermettu kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi ferrovjarji.

(43)

Fil-qafas stabbilit mill-Istati Membri, il-piżijiet u l-iskemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom jinkoraġġixxu lill-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja biex itejbu kemm jistgħu l-użu tal-infrastruttura tagħhom.

(44)

L-impriżi ferrovjarji għandhom jirċievu sinjali ekonomiċi ċari u konsistenti minn skemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità u minn skemi għall-impożizzjoni tal-piżijiet li jwassluhom biex jieħdu deċiżjonijiet razzjonali.

(45)

L-istorbju tal-ferrovija ikkawżat mill-blokok tal-brejkijiet b'teknoloġija ta' ħadid fondut, użati fuq vaguni tal-merkanzija, huwa waħda mill-kawżi tal-emissjonijiet ta' storbju li jistgħu jitnaqqsu permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi adatti. L-imposti tal-infrastruttura differenzjati skont l-istorbju għandhom jindirizzaw prinċipalment il-vaguni tal-merkanzija li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE tat-23 ta' Diċembru 2005 li jikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità relatata mas-sottosistema “rolling stock — storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (9). Meta tali differenzjazzjoni tirriżulta f'telf ta' dħul għall-maniġer tal-infrastruttura, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna tal-Istat.

(46)

L-imposti tal-infrastruttura differenzjata għandhom jikkompletaw miżuri oħrajn għat-tnaqqis tal-istorbju prodott mit-traffiku ferrovjarju, bħall-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSI) bl-iffissar ta' livelli ta' storbju massimi prodotti mill-vetturi ferrovjarji, immappjar tal-istorbju u pjanijiet ta' azzjoni għat-tnaqqis tal-espożizzjoni għall-istorbju skont id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (10) kif ukoll tal-finanzjament tal-Unjoni u dak pubbliku nazzjonali għall-aġġornament ta' vetturi ferrovjarji u għall-infrastrutturi għat-tnaqqis tal-istorbju.

(47)

Għandha tingħata knsiderazzjoni lil miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju simili għal dawk adottati għas-settur tat-trasport għal tipi oħrajn ta' trasport.

(48)

Sabiex titħaffef l-installazzjoni tas-Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) abbord il-lokomotivi, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jimmodifikaw is-sistema ta' imposti permezz ta' differenzjazzjoni temporanja għall-ferroviji mgħammra b'ETCS. Talidifferenzjazzjoni għandha tingħata inċentivi xierqa biex il-ferroviji jkunu mgħammra b’ETCS.

(49)

Sabiex jitqiesu l-ħtiġa tal-utenti, jew tal-utenti potenzjali, tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja li jippjanaw in-negozju tagħhom, u l-ħtiġijiet tal-klijenti u tal-fondaturi, huwa importanti li l-maniġers tal-infrastruttura jiżguraw li l-kapaċità tal-infrastruttura tkun allokata b'tali mod li tkun tirrifletti l-ħtieġa li jinżammu u jitjiebu l-livelli ta' kemm is-servizzi huma ta' min jorbot fuqhom.

(50)

L-impriżi ferrovjarji u l-maniġer tal-infrastruttura għandhom jingħataw inċentivi biex jiġi minimizzat it-tfixkil fis-servizz u titjieb il-prestazzjoni tan-netwerk.

(51)

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jippermettu li x-xerrejja tas-servizzi ferrovjarji jidħlu fil-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità b’mod dirett.

(52)

Huwa importanti li jitqiesu l-ħtiġijiet tan-negozju kemm tal-applikanti kif ukoll tal-maniġer tal-infrastruttura.

(53)

Huwa importanti li titjieb il-flessibbiltà li għandhom il-maniġers tal-infrastruttura fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura imma dan għandu jkun konsistenti mas-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet raġjonevoli tal-applikant.

(54)

Il-proċess tal-allokazajoni tal-kapaċità għandu jrażżan l-impożizzjoni ta' rbit mhux xieraq fuq xewqat ta' impriżi oħrajn, li għandhom, jew li beħsiebhom ikollhom, drittijiet li jużaw l-infrastruttura biex jiżviluppaw in-negozju tagħhom.

(55)

L-iskemi tal-allokazzjoni tal-kapaċità u tal-piżijiet jista' jkollhom iqisu l-fatt li komponenti differenti tan-netwerk tal-infrastruttura ferrovjarja setgħu kienu ddisinjati b’kunsiderazjoni għal utenti prinċipali differenti.

(56)

Peress li utenti u tipi ta' utenti differenti spiss ikollhom impatt differenti fuq il-kapaċità tal-infrastruttura, l-ħtiġijiet tas-servizzi differenti għandhom jiġu bbilanċjati kif dovut.

(57)

Servizzi mħaddma skont kuntratt mal-awtorità pubblika jistgħu jenħtieġu regoli speċjali biex jissalvagwardjaw l-attrazzjoni tagħhom għall-utenti.

(58)

L-iskemi tal-piżijiet u tal-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom iqisu l-effetti ta' saturazzjoni dejjem tiżdied tal-kapaċità tal-infrastruttura, u fl-aħħar, tal-iskarsezza tal-kapaċità.

(59)

L-oqfsa taż-żmien differenti għall-ippjanar ta' tipi tat-traffiku għandhom jiżguraw li talbiet għall-kapaċità infrastrutturali li jsiru wara li jitlesta l-proċess għall-istabbiliment tal-iskeda annwali tax-xogħol ikunu jistgħu jiġu sodisfatti.

(60)

Sabiex jiġi żgurat l-aħjar riżultat għall-impriżi ferrovjarji, huwa xieraq li tkun meħtieġa verifika tal-użu tal-kapaċità disponibbli tal-infrastruttura meta l-koordinazzjoni ta' talbiet għall-kapaċità tkun meħtieġa tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti.

(61)

Minħabba l-pożizzjoni monopolistika tagħhom, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jeżaminaw il-kapaċità disponibbli tal-infrastruttura, u metodi għat-titjib tagħha meta l-proċess tal-allokazzjoni ta' kapaċità ma jkunx jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti.

(62)

Nuqqas ta' informazzjoni dwar it-talbiet ta' impriżi ferrovjarji oħrajn u dwar l-irbit fis-sistema tista' tagħmilha diffiċli għall-impriżi ferrovjarji biex jippruvaw itejbu t-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura tagħhom.

(63)

Huwa importanti li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-iskemi tal-allokazzjoni sabiex tittejjeb l-attrazzjoni tal-ferroviji għat-traffiku li juża' n-netwerk ta' iktar minn maniġer tal-infrastruttura wieħed, b'mod partikolari għat-traffiku internazzjonali.

(64)

Huwa importanti li jiġi mminimizzat it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni li jista’ jinqala’, bejn l-infrastrutturi ferrovjarji jew bejn il-mezzi tat-trasport, minħabba differenzi sinifikanti fil-prinċipji tat-tqegħid tal-piżijiet.

(65)

Huwa xieraq li jiġu definiti dawk il-komponenti tas-servizz tal-infrastruttura li huma essenzjali biex jippermettu li operatur jipprovdi servizz u li għandhom jingħataw għal piżijiet minimi għall-aċċess.

(66)

Investiment fl-infrastruttura ferrovjarja huwa meħtieġ u l-iskemi għat-tqegħid tal-piżijiet fuq l-infrastruttura għandhom jipprovdu inċentivi għall-maniġers tal-infrastruttura biex iwettqu investimenti ekonomikament attraenti.

(67)

Sabiex ikun possibbli l-istabbiliment ta' livelli xierqa u ġusti ta' piżijiet tal-infrastruttura, il-maniġers tal-infrastruttra jeħtieġu jirreġistraw u jistabbilixxu l-valur tal-assi tagħhom u jiżviluppaw fehim ċar tal-fatturi li jiddeterminaw l-ispiża tat-tħaddim tal-infrastruttura.

(68)

Huwa mixtieq li jigi żgurat li jitqiesu l-ispejjeż esterni fid-deċiżjonijiet tat-trasport u li l-impożizzjoni ta' piżijiet għall-infrastruttura ferrovjarja tista’ tikkontribwixxi għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni b'mod koerenti u bbilanċjat fil-modi kollha tat-trasport.

(69)

Huwa importanti li jiġi żgurat li piżijiet għat-traffiku domestiku u internazzjonali jkunu tali li jippermettu li l-ferroviji jissodisfaw il-bżonnijiet tas-suq. Konsegwentement il-piżijiet tal-infrastruttura għandhom jiġu stabbiliti bil-prezz li jiġġarrab direttament bħala riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

(70)

Il-livell globali ta' rkupru tal-prezz permezz ta' piżijiet infrastrutturali jaffettwa l-livell meħtieġ ta' kontribuzzjoni tal-gvern. L-Istati Membri jistgħu jesiġu livelli differenti ta' rkupru globali tal-prezz. Madanakollu kull skema ta' imposti tal-infrastruttura għandha tippermetti livell ta' traffiku li jista' tal-inqas iħallas għall-prezz addizzjonali li timponi b'riżultat tal-użu tan-netwerk tal-ferrovija.

(71)

L-infrastruttura ferrovjarja hija monopolju naturali u għalhekk huwa meħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż u jimmaniġġjaw l-infrastruttura tagħhom b'mod effiċjenti.

(72)

L-iżvilupp ta’ trasport ferrovjarju għandu jinkiseb bl-użu fost oħrajn tal-istrumenti tal-Unjoni disponibbli, mingħajr preġudizzju għal prijoritajiet diġà stabbiliti.

(73)

L-iskonti mogħtija lill-impriżi ferrovjarji għandhom jirrelataw mat-tfaddil fuq l-ispejjeż amministrattivi magħmula, b’mod partikolari mat-tfaddil fuq l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet. Jistgħu jingħataw skonti wkoll biex jiġi promoss l-użu effiċjenti tal-infrastruttura.

(74)

Huwa mixtieq li l-impriżi ferrovjarji u l-maniġer tal-infrastruttura jingħataw inċentivi biex jiġi mminimizzat it-tfixkil tan-netwerk.

(75)

L-allokazzjoni tal-kapaċità hija assoċjata ma' spiża għall-maniġer tal-infrastruttura, li għandu jkun meħtieġ ħlas għaliha.

(76)

L-immaniġġjar effiċjenti u ġust u l-użu nondiskriminatorju tal-infrastruttura ferrovjarja jeħtieġu l-istabbiliment ta' korp regolatorju li jissorvelja l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva li jaġixxi bħala korp ta' appell, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' analiżi ġudizzjarja. Tali korp regolatorju għandu jkun jista' jinforza t-talbiet tiegħu għal informazzjoni u d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' penali amministrattivi adatti.

(77)

Il-finanzjament tal-korp regolatorju għandu jiggarantixxi l-indipendenza tiegħu u għandu jsir mill-baġit tal-Istat jew minn kontribuzzjonijiet tas-settur miġbura b'mod obbligatorju, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji ta' ekwità, trasparenza, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità.

(78)

Proċeduri xierqa għall-ħatra ta’ persunal għandhom jikkontribwixxu għall-garanzija tal-indipendenza tal-korp regolatorju, filwaqt li jiżguraw b’mod partikolari li l-ħatra ta’ persuni li jieħdu deċiżjonijiet issir minn awtorità pubblika li ma teżerċitax direttament drittijiet ta’ sieda fuq impriżi regolati. Dment li dik il-kundizzjoni tiġi sodisfatta, tali awtorità tista’ tkun, pereżempju, parlament, President jew Prim Ministru.

(79)

Miżuri speċifiċi huma meħtieġa biex titqies is-sitwazzjoni speċifika ġeopolitika u ġeografika ta' ċerti Stati Membri u l-organizzazzjoni partikolari tas-settur ferrovjarju fi Stati Membri varji waqt li jiżguraw l-integrità tas-suq intern.

(80)

Sabiex tieħu in konsiderazzjoni l-evoluzzjoni tas-suq tal-ferroviji, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi tekniċi għall-informazzjoni provduta mill-impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja, għal-lista ta' klassijiet ta' dewmien, għall-iskeda tal-proċedura ta' allokazzjoni, u għall-informazzjoni ta' kontabilità fornuta mil-korpi regolatorji. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħdima preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(81)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11).

(82)

L-atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-iskop prinċipali tas-servizzi ferrovjarji, il-valutazzjoni tal-impatt ta’ servizzi internazzjonali ġodda fuq il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti tas-servizz pubbliku, l-imposti fuq l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi tal-passiġġieri, l-aċċess għas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, id-dettalji dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita biex tinkiseb liċenzja, il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża diretta għall-applikazzjoni tal-piż għall-ispiża tal-effetti tal-ħsejjes biex jingħataw inċentivi sabiex il-ferroviji jiġu mgħammra b’ETCS u l-prinċipji u l-prattika komuni għall-korpi regolatorji ta’ teħid ta’ deċiżjoni ma għandhomx jiġu adottati mill-Kummissjoni fejn il-kumitat stabbili skont din id-Direttiva ma jagħtix opinjoni dwar l-abbozz ta’ att ta' implimentazzjoni ippreżentat mill-Kummissjoni.

(83)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, prinċipalment li jitrawwem l-iżvilupp ferrovjarju tal-Unjoni, li jiġu stabbiliti prinċipji wesgħin għall-għoti ta' liċenzji għal impriżi ferrovjarji u li jiġu kkoordinati arranġamenti fl-Istati Membri li jirregolaw l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-piżijiet li jiġu ddebitati għall-użu tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, minħabba d-dimensjoni manifestament internazzjonali tal-għoti ta' liċenzji bħal dawn u tat-tħaddim ta' elementi sinifikanti tan-netwerks ferrovjarji, u tal-bżonn li jkunu żgurati termini ġusti u nondiskriminatorji għall-aċċess għall-infrastruttura, u jistgħu għalhekk, minħabba l-implikazzjonijiet transnazzjonali tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjeta' kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(84)

L-obbligu li tiġi trasposta din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li mhumiex mibdula b’mod sostantiv, kif komparat ma' Direttivi preċedenti, joħroġ minn dawk id-Direttivi.

(85)

L-Istati Membri li ma għandhomx sistema ta’ linja ferrovjarja, u l-ebda prospett immedjat li jkollhom waħda, ikollhom obbligu sproporzjonat u futili li kieku kellhom jittrasponu u jimplimentaw l-Kapitoli II u IV ta' din id-Direttiva. Għalhekk, it-tali Stati Membri għandhom ikunu eżentati minn dik l-obligazzjoni.

(86)

Skont id-Dikjarazzjoni tal-Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti ta' spjegazzjoni (12), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur jikkunsidra li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(87)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien stipulati fil-Parti B tal-Anness IX, li fihom l-Istati Membri jridu jiġu f’konformità ma' Direttivi preċedenti,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a)

ir-regoli applikabbli għall-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-attivitajiet tat-trasport ferrovjarju tal-impriżi ferrovjarji stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti f’xi Stat Membru kif stabbiliti fil-Kapitolu II;

(b)

il-kriterji applikabbli għall-ħruġ, it-tiġdid jew l-emendar ta' liċenzji minn Stat Membru maħsuba għal impriżi ferrovjarji li huma jew li sejrin jiġu stabbiliti fl-Unjoni kif stabbiliti fil-Kapitolu III;

(c)

il-prinċipji u l-proċeduri applikabbli għall-istabbiliment u l-ġbir ta’ piżijiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-allokazzjoni ta' kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja kif stabbilit fil-Kapitolu IV.

2.   Din id-Direttiva tapplika għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għal servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali.

Artikolu 2

Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Il-Kapitolu II ma għandux japplika għall-impriżi ferrovjarji li jħaddmu biss servizzi urbani, suburbani jew reġjonali fuq netwerks indipendenti lokali u reġjonali għal servizzi tat-trasport fuq infrastruttura ferrovjarja jew fuq netwerks maħsuba biss għat-tħaddim ta' servizzi ferrovjarji urbani jew suburbani.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, meta tali impriża ferrovjarja tkun taħt kontroll dirett jew indirett ta' impriża jew entità oħra li twettaq jew tintegra servizzi tat-trasport ferrovjarju għajr servizzi urbani, suburbani jew reġjonali, l-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw. L-Artikolu 6 għandu japplika wkoll għal tali impriża ferrovjarja fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-impriża ferrovjarja u l-impriża jew entità li tikkontrollaha, direttament jew indirettament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu III:

(a)

impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fuq infrastruttura indipendenti lokali u reġjonali;

(b)

impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri urbani jew suburbani;

(c)

impriżi li jħaddmu biss servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fuq bażi reġjonali;

(d)

impriżi li jħaddmu biss servizzi tat-trasport tal-merkanzija fuq infrastruttura ferrovjarja privata li teżisti biss għall-użu mis-sid tal-infrastruttura għall-ħidmiet tat-trasport tal-merkanzija tiegħu biss.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 8, 13 u l- Kapitolu IV:

(a)

netwerks lokali u reġjonali indipendenti għal servizzi tal-passiġġieri fuq infrastruttura ferrovjarja;

(b)

netwerks maħsuba biss għat-tħaddim ta' servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri urbani u suburbani;

(c)

netwerks reġjonali li jintużaw għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija reġjonali biss minn impriża ferrovjarja li ma taqax taħt il-paragrafu 1 sakemm tintalab kapaċità fuq dak in-netwerk minn applikant ieħor;

(d)

infrastruttura ferrovjarja li hija proprjetà privata u li teżisti biss għall-użu mill-proprjetarju tal-infrastruttra għat-trasport tal-merkanzija tiegħu stess.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-infrastrutturi ferrovjarji lokali u reġjonali li m'għandhomx importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq ferrovjarju mill-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3) u l-infrastrutturi ferrovjarji lokali li m'għandhomx importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq ferrovjarju mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV. L-Istati membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jeskludu infrastrutturi ferrovjarji bħal dawn. F'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tali infrastruttura ferrovjarja tistax titqies li tkun mingħajr ebda importanza strateġika b'kont meħud tat-tul tal-linji ferrovjarji kkonċernati, il-livell tal-użu tagħhom u l-impatt potenzjali fuq il-volum tat-traffiku.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 31(5), vetturi li jitħaddmu jew li huma maħsuba biex jitħaddmu minn u lejn pajjiżi terzi, li jivvjaġġaw fuq netwerk fejn il-wisgħa bejn il-binarji hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu perjodi ta' żmien u skadenzi biex tiġi skedata l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet li huma differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 43(2), il-punt 2(b) tal-Anness VI u l-punti 3, 4, u 5 tal-Anness VII jekk il-ħolqien ta’ mogħdijiet tal-ferrovija f'kooperazzjoni mal-maniġers tal-infrastruttura ta' pajjiżi terzi fuq netwerk fejn il-wisgħa bejn il-binarji hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni jkollu impatt sinifikanti fuq l-iskeda għall-allokazzjoni tal-kapaċità b’mod ġenerali.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-qafas tal-imposti u r-regoli tal-imposti applikabbli speċifikament għal servizzi tal-merkanzija internazzjonali minn u lejn pajjiżi terzi operati fuq netwerk li l-wisgħa bejn il-binarji tiegħu hija differenti minn tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni bi strumenti u skadenzi differenti minn dawk previsti taħt l-Artikolu 29(1) fejn dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta.

8.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Kapitolu IV l-infrastruttura ferrovjarja fejn il-wisgħa bejn il-binarji hija differenti min-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, u li tgħaqqad stazzjonijiet transkonfinali ta' Stat Membru mat-territorju ta' pajjiż terz.

9.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi li n-negozju tagħhom huwa limitat biex jipprovdu biss servizzi shuttle għal vetturi tat-triq minn mini taħt il-baħar jew lejn operazzjonijiet tat-trasport fil-forma ta’ servizzi shuttle għal vetturi tat-triq minn mini bħal dawn għajr għall-Artikolu 6(1), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 10, l-Artikolu 11, l-Artikolu 12 u l-Artikolu 28.

10.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Kapitolu II, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14, u l-Kapitolu IV, kwalunkwe servizz ferrovjarju mwettaq fi transitu mal-Unjoni kollha.

11.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(4) il-ferroviji li ma jkunux mgħammra bis-Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) u użati għal servizzi tal-passiġġieri reġjonali, li tpoġġew fis-servizz għall-ewwel darba qabel l-1985.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“impriża ferrovjarja” tfisser impriża pubblika jew privata liċenzjata skont din id-Direttiva, li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' oġġetti u/jew ta’ passiġġieri bil-ferrovija b'kundizzjoni li l-impriża tiżgura trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss;

(2)

“maniġer tal-infrastruttura” tfisser kull korp jew ditta responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar; il-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura f'netwerk jew f’parti minn netwerk jistgħu jiġu allokati lil korpi jew ditti differenti;

(3)

“infrastruttura ferrovjarja” tfisser, l-elementi kollha elenkati fl-Anness I;

(4)

“servizz internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija” tfisser servizz tat-trasport fejn ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru; il-ferrovija tista' tkun magħquda u/jew maqsuma u s-sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti, jekk kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda;

(5)

“servizz internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri” tfisser servizz għall-passiġġieri li fih il-ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta’ Stat Membru u l-iskop prinċipali tas-servizz hu li jġorr passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti; il-ferrovija tista’ tkun magħquda u/jew maqsuma, u s-sezzjonijiet differenti jista’ jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti, jekk kemm-il darba l-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda;

(6)

“servizzi urbani u suburbani” tfisser servizzi tat-trasport li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' ċentru urban jew ta’ żona urbana estiża, inkluża żona transkonfinali estiża, flimkien mal-ħtiġijiet tat-trasport bejn dan iċ-ċentru jew din iż-żona urbana estiża u inħawi tal-madwar;

(7)

“servizzi reġjonali'” tfisser is-servizzi ta' trasport li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' reġjun, inkluż reġjun transkonfinali;

(8)

“tranżitu” tfisser li wieħed jaqsam it-territorju tal-Unjoni mingħajr ma jitgħabbew jew jinħattu prodotti u/jew mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri fit-territorju tal-Unjoni,

(9)

“rotta alternattiva”, tfisser rotta oħra bejn l-istess punt tal-oriġini u d-destinazzjoni fejn hemm sostitwibilità bejn żewġ rotot għall-operat ta' servizzi ta' trasport jew tal-passiġġieri li jikkonċernaw impriża ferrovjarja;

(10)

“alternattiva vijabbli” tfisser aċċess għal faċilità ta' servizzi oħra li hi ekonomikament aċċettabbli għall-impriża tal-ferrovija, u li tippermettilha li topera s-servizz tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat;

(11)

“faċilità ta' servizz” tfisser l-installazzjoni, inkluż l-art, il-bini u t-tagħmir, li ġiet maħsuba apposta, kompletament jew parzjalment, biex ikunu jistgħu jingħataw servizz wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punti (2) sa (4) tal-Anness II;

(12)

“operatur tal-faċilità ta' servizz” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata responsabbli għall-immaniġġjar ta' faċilità waħda jew aktar ta' servizz jew li tagħti servizz wieħed jew aktar lill-impriżi ferrovjarji msemmija fil-punti 2 sa 4 tal-Anness II;

(13)

“ftehim transkonfinali” tfisser kwalunkwe ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi maħsub biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi ferrovjarji transkonfinali;

(14)

“liċenzja” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tal-liċenzji lill-impriża, li l-kapaċità tagħha sabiex tipprovdi servizzi ta' trasport bħala impriża ferrovjarja hija rikonoxxuta; dik il-kapaċità tista' tiġi limitata għall-forniment ta' tipi ta' servizzi speċifiċi;

(15)

“awtorità tal-liċenzjar” tfisser il-korp responsabbli għall-ħruġ tal- liċenzji fi Stat Membru;

(16)

“ftehim kuntrattwali” tfisser ftehim jew, mutatis mutandis, arranġament fil-qafas tal-miżuri amministrattivi;

(17)

“profitt raġonevoli” tfisser rata ta' ritorn fuq il-kapital proprju li tieħu kont tar-riskju, inkluż dak tad-dħul, jew l-assenza ta' tali riskju, imġarrab mill-operatur tal-faċilità tas-servizz u hija konformi mar-rata medja għas-settur ikkonċernat fi snin reċenti;

(18)

“allokazzjoni” tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja minn maniġer tal-infrastruttura;

(19)

“applikant” tfisser impriża ferrovjarja jew grupp internazzjonali ta' impriżi ferrovjarji jew persuni jew entitajiet legali oħrajn, bħal awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u shippers, forwarders tal-merkanzija u operaturi tat-trasport ikkumbinat, b’interess tas-servizz pubbliku jew b’interess kummerċjali fil-forniment tal-kapaċità tal-infrastuttura;

(20)

“infrastruttura konġestjonata” tfisser element tal-infrastruttura li għaliha d-domanda għall-kapaċità tal-infrastruttura ma tistax tiġi sodisfatta kompletament tul ċerti perjodi anke wara l-koordinazzjoni ta' talbiet differenti għall-kapaċità;

(21)

“pjan ta' titjib tal-kapaċità” tfisser miżura jew serje ta' miżuri b'kalendarju għall-implimentazzjoni tagħhom li għandhom l-għan inaqqsu l-irbit tal-kapaċità li jwasslu għad-dikjarazzjoni ta' element tal-infrastruttura bħala “infrastruttura konġestjonata”;

(22)

“koordinazzjoni” tfisser il-proċess li bih il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti se jippruvaw isolvu s-sitwazzjonijijet li fihom ikun hemm applikazzjonijiet konfliġġenti għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(23)

“ftehim qafas” tfisser ftehim ġenerali li jorbot skont il-liġi pubblika jew privata, li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta' applikant u l-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-kapaċità tal-infrastruttura li għandha tiġi allokata u tal-piżijiet li għandhom jiġu ddebitati tul perjodu itwal minn perjodu ta' skeda tax-xogħol;

(24)

“kapaċità tal-infrastruttura” tfisser il-potenzjal li jiġu skedati l-linji tal-ferroviji mitluba għal element tal-infrastruttura għal ċertu perjodu;

(25)

“netwerk” tfisser l-infrastruttura ferrovjarja sħiħa mmaniġġjata minn maniġer tal-infrastruttura;

(26)

“dikjarazzjoni dwar in-netwerk ” tfisser id-dikjarazzjoni li tistabbilixxi fid-dettall ir-regoli ġenerali, it-termini, il-proċeduri u l-kriterji għall-iskemi ta’ tqegħid ta’ piżijiet u tal-allokazzjoni tal-kapaċità inkluża l-informazzjoni l-oħra bħal din li hi meħtieġa biex tippermetti l-applikazzjonijiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(27)

“mogħdija tal-ferrovija” tfisser il-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa sabiex titmexxa ferrovija bejn żewġ postijiet f’perjodu speċifikat;

(28)

“skeda tax-xogħol” tfisser id-data li tiddefinixxi l-movimenti kollha ppjanati tal-ferrovija u tar-rolling-stock li jseħħu fuq l-infrastruttura rilevanti tul il-perjodu li matulu tkun fis-seħħ;

(29)

“siding għall-ħażna” tfisser sidings speċifikament dedikati għall-ipparkjar temporanju ta’ vetturi ferrovjarji bejn żewġ kompiti;

(30)

“manutenzjoni qawwija” tfisser ħidma li ma titwettaqx regolarment bħala parti mill-operat ta' kuljum u li tkun teħtieġ li l-vettura titneħħa mis-servizz.

KAPITOLU II

L-IŻVILUPP TAL-FERROVIJI TAL-UNJONI

TAQSIMA 1

L-indipendenza fl-immaniġġjar

Artikolu 4

Indipendenza tal-impriżi ferrovjarji u tal-maniġers tal-infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fir-rigward tal-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern fuq kwistjonijiet amministrattivi, ekonomiċi u ta' kontabbiltà, l-impriżi ferrovjarji li huma direttament jew indirettament proprjetà tal-Istati Membri jew ikkontrollati minnhom ikollhom status indipendenti li b'konformità miegħu huma ser iżommu, b'mod partikolari, assi, baġits u kontijiet li huma separati minn dawk tal-Istat.

2.   Waqt li jirrispetta l-qafas u r-regoli speċifiċi dwar it-tqegħid ta’ piżijiet u dwar l-allokazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-kontroll intern tiegħu stess.

Artikolu 5

Immaniġġjar tal-impriżi ferrovjarji skont prinċipji kummerċjali

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu l-impriżi ferrovjarji jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom għas-suq u jimmanniġġjaw dawk l-attivitajiet taħt ir-responsabbiltà tal-korpi tal-immaniġġjar tagħhom, fl-interess li jagħtu servizz effiċjenti u xieraq bl-inqas prezz possibbli għas-servizz meħtieġ.

L-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu mmaniġġjati b'mod konformi mal-prinċipji li jgħoddu għall-kumpanniji kummerċjali, irrispettivament mill-proprjetà tagħhom. Dan għandu jgħodd ukoll għall-obbligi tas-servizz pubbliku tagħhom imposti fuqhom mill-Istati Membri u għall-kuntratti tas-servizz pubbliku li huma jiffirmaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat.

2.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiddeterminaw il-pjanijiet kummerċjali tagħhom, inklużi l-programmi tal-investiment u dawk finanzjarji tagħhom. Dawn il-pjanijiet iridu jkunu ddisinjati biex jiksbu l-ekwilibriju finanzjarju tal-impriżi u għanijiet oħra tekniċi, kummerċjali u tal-immaniġġjar finanzjarju; dawn għandhom jindikaw wkoll il-metodi li permezz tagħhom se jintlaħqu dawn l-għanijiet.

3.   B’referenza għal-linji gwida tal-politika ġenerali maħruġa minn kull Stat Membru u filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet u l-kuntratti nazzjonali (li jistgħu jkunu multiannwali) inklużi l-pjanijiet ta' investiment u ta' finanzjament, l-impriżi ferrovjarji għandhom, b’mod partikolari jkunu ħielsa biex:

(a)

iwaqqfu l-organizzazzjoni interna tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 29 u 39;

(b)

jikkontrollaw il-forniment u l-bejgħ tas-servizzi u jistabbilixxu l-prezz tagħhom;

(c)

jieħdu deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u l-ksib tagħhom;

(d)

ikabbru s-sehem tagħhom fis-suq, jiżviluppaw teknoloġiji ġodda u servizzi ġodda u jadottaw kull metodu ta' mmaniġġjar innovattiv;

(e)

jistabbilixxu attivitajiet ġodda fl-oqsma marbuta mal-kummerċ tal-ferroviji.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, id-detenturi tal-ishma ta' impriżi ferrovjarja b'sjieda pubblika jew kontroll pubbliku għandhom ikunu jistgħu jirrikjedu l-approvazzjoni minn qabel tagħhom stess għal deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni kummerċjali bl-istess mod tad-detenturi tal-ishma ta' kumpaniji privati azzjonarji skont ir-regoli tal-liġi tal-kumpaniji tal-Istat Membru. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-entitajiet superviżorji skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħatra ta' membri tal-bord.

TAQSIMA 2

Separazzjoni tal-immaniġġjar tal-infrastruttura u l-ħidmiet tat-trasport u ta' tipi differenti ta' ħidmiet tat-trasport

Artikolu 6

Separazzjoni tal-kontijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet separati tal-qligħ u t-telf u l-karti tal-bilanċ jinżammu u jkunu ppubblikati, minn naħa għall-kummerċ relatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport minn impriżi ferrovjarji u, min-naħa l-oħra, għall-kummerċ relatat mal-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja. Fondi pubbliċi mħallsa lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta' attività ma għandhomx jiġu trasferiti lill-oħra.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura u s-servizzi ta’ trasport għandhom ikunu immaniġġjati minn entitajiet separati.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet separati ta’ qligħ u telf u l-karti tal-bilanċ jinżammu u jiġu ppubblikati, min-naħa l-waħda għall-kummerċ relatat mal-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u min-naħa l-oħra, għal attivitajiet relatati mal-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Fondi pubbliċi mħallsa għal attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi tat-trasport bħal dħul minn servizz pubbliku għandhom jintwerew separatament b'kont meħud tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fil-kontijiet rilevanti u ma għandhomx jiġu trasferiti għal attivitajiet relatati mal-forniment ta' servizzi tat-trasport oħra jew xi kummerċ ieħor.

4.   Il-kontijiet għall-oqsma differenti ta' attività msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jinżammu b'mod li jippermetti l-monitoraġġ tal-projbizzjoni fuq it-trasferiment ta' fondi pubbliċi mħallsa lil qasam wieħed ta' attivitajiet lejn kategorija oħra u l-monitoraġġ tal-użu tad-dħul minn piżijiet ta' infrastruttura u minn qligħ żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn.

Artikolu 7

Indipendenza tal-funzjonijiet essenzjali ta’ maniġer tal-infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet essenzjali li jiddeterminaw aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura, ikunu fdati lil korpi jew ditti li ma jkunux jipprovdu huma nfushom servizzi ta' trasport ferrovjarju. Irrispettivament mill-istrutturi organizzattivi, għandu jintwera li dan l-għan ikun inkiseb.

Il-funzjonijiet essenzjali għandhom ikunu:

(a)

it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' mogħdijiet tal-ferrovija, inklużi kemm id-definizzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni ta' mogħdijiet tal-ferrovija individwali, u

(b)

it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-piżijiet fuq l-infrastruttura, inkluż id-determinazzjoni u l-ġbir tal-piżijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29(1).

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jassennjaw lill-impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor ir-responsabbiltà li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, per eżempju permezz tal-investiment, il-manutenzjoni u l-iffinanzjar.

2.   Meta l-maniġer tal-infrastruttura, fil-forma legali, fl-organizzazzjoni jew fil-funzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, mhuwiex indipendenti minn kull impriża ferrovjarja, il-funzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom jitwettqu rispettivament minn korp li jimponi l-piżijiet u minn korp ta’ allokazzjoni li jkunu indipendenti fil-forma legali tagħhom, fl-organizzazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom minn kull impriża ferrovjarja.

3.   Meta d-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV jirreferu għall-funzjonijiet essenzjali ta' maniġer tal-infrastruttura, dawn għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw għall-korp li jimponi l-piżijiet jew għall-korp ta’ allokazzjoni għall-poteri rispettivi tagħhom.

TAQSIMA 3

Titjib tal-qagħda finanzjarja

Artikolu 8

Finanzjament tal-maniġer tal-infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali tagħhom billi jqisu, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Unjoni, inkluż il-ħtieġa ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ġirien. Għal dak l-iskop, huma għandhom jippubblikaw sa 16 ta' Diċembru 2014, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, strateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja bil-ħsieb li jintlaħqu l-ħtiġijiet futuri ta' mobbiltà f'termini ta' manutenzjoni, tiġdid u żvilupp tal-infrastruttura abbażi ta’ finanzjament sostenibbli tas-sistema ferrovjarja. Dik l-istrateġija għandha tkopri perjodu ta’ mill-anqas ħames snin u għandha tkun tista’ tiġġedded.

2.   Waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-maniġer tal-infrastruttura wkoll b’finanzjament konsistenti mal-funzjonijiet tiegħu kif imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 3, mad-daqs tal-infrastruttura u mar-rekwiżiti finanzjarji, b’mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw dawn l-investimenti permezz ta' mezzi oħra minbarra l-finanzjament dirett tal-Istat. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

3.   Fil-qafas ta’ politika ġenerali stabbilita mill-Istat Membru u filwaqt li titqies l-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-finanzjament previst mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jadotta pjan kummerċjali li jinkludi programmi ta’ investiment u dawk finanzjarji. Il-pjan għandu jkun iddisinjat biex jiżgura l-użu, il-forniment u l-iżvilupp ottimi u effiċjenti tal-infrastruttura waqt li jiżgura bilanċ finanzjarju u jipprovdi l-mezzi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-applikanti magħrufin u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti u jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kontenut tal-pjan kummerċjali rigward il-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu u n-natura, l-għoti u l-iżvilupp tal-infrastruttura qabel l-approvazzjoni tiegħu mill-maniġer tal-infrastruttura.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ u f’perjodu raġonevoli ta’ żmien li m’għandux jaqbeż perjodu ta’ ħames snin, il-kont tal-qligħ u t-telf ta' maniġer tal-infrastruttura għandhom għall-inqas jibbilanċjaw dħul mill-piżijiet tal-infrastruttura, iż-żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn, dħul minn sorsi privati li ma jistax jitħallas lura u l-fondi mill-Istat, fuq naħa waħda, inkluzi ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat, meta jkun xieraq, u infiq infrastrutturali, min-naħa l-oħra.

Mingħajr preġudizzju għall-mira possibbli fit-tul ta' kopertura mill-utent tal-ispejjeż infrastrutturali għall-mezzi kollha tat-trasport abbażi ta' kompetizzjoni ġusta u nondiskriminatorja bejn il-modi varji, meta t-trasport bil-ferrovija jista' jikkompeti ma' mezzi oħrajn tat-trasport, fil-qafas tat-tqegħid tal-piżijiet mogħti fl-Artikoli 31 u 32, Stat Membru jista' jesiġi lill-maniġer tal-infrastruttura jibbilanċja l-kontijiet tiegħu mingħajr fondi tal-Istat.

Artikolu 9

Ħelsien trasparenti mid-dejn

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-istat u skont l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strutturi xierqa biex inaqqsu d-dejn tal-impriżi ferrovjarji li huma tal-istat jew li huma kkontrollati minnu u jġibuh f’livell li ma jfixkilx l-immaniġġjar finanzjarju tajjeb u li jtejjeb il-qagħda finanzjarja tagħhom.

2.   Għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li titwaqqaf unità separata li bil-mod tamortizza d-dejn fid-dipartimenti tal-kontabbiltà ta' dawk l-impriżi ferrovjarji.

Il-karta tal-bilanċi tal-unità tista' tkun imġiegħla tħallas kull self li tagħmel l-impriża ferrovjarja, kemm biex tiffinanzja l-investiment u biex tkopri l-ispiża operattiva eċċessiva li tirriżulta min-negozju tat-trasport ferrovjarju jew mill-immaniġġjar tal-infrastruttura ferrovjarja, sakemm dak is-self jitħallas kollu. Id-djun li jkunu kkawżati minn ħidmiet sussidjarji m' għandhomx jitqiesu.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għad-djun jew interessi fuq dawn id-djun imġarrba mill-impriżi ferrovjarji ta' proprjetà pubblika jew ikkontrollati pubblikament sad-data tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi kollha ta' trasport ferrovjarju jew għal parti minnhom fl-Istat Membru kkonċernat u fi kwalunkwe każ sal-15 ta’ Marzu 2001 jew wara d-data tal-adeżjoni mal-Unjoni għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni wara dik id-data.

TAQSIMA 4

Aċċess għall-infrastruttura u għas-servizzi ferrovjarji

Artikolu 10

Kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja

1.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw, fuq kundizzjonijiet ekwi, nondiskrimatorji u trasparenti, id-dritt għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha għall-iskop tat-tħaddim tat-tipi kollha ta' servizzi ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija. Dak id-dritt għandu jinkludi aċċess għall-infrastruttura li tgħaqqad il-portijiet marittimi u tax-xmajjar u faċilitajiet oħra ta' servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness II, u l-infrastruttura li taqdi jew li potenzjalment taqdi aktar minn klijent aħħari wieħed.

2.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw id-dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha sabiex jitħaddem is-servizz ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri. L-impriżi ferrovjarji għandhom, meta jkun qed jingħata s-servizz internazzjonali tal-passiġġieri, ikollhom id-dritt li jtellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab tul ir-rotta internazzjonali u jniżżluhom f’ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru. Dak id-dritt għandu jinkludi l-aċċess għall-infrastruttura li tgħaqqad il-faċilitajiet ta' servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II.

3.   Wara talba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew impriżi ferrovjarji interessati, il-korp jew il-korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jiddeterminaw jekk l-iskop prinċipali tas-servizz hux it-trasport ta’ passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti.

4.   Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha tadotta sa 16 ta' Diċembru 2016 miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 11

Limitazzjoni tad-dritt ta’ aċċess u tad-dritt li wieħed itella' u jniżżel il-passiġġieri

1.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 10 dwar servizzi bejn post ta’ tluq u ta’ destinazzjoni li huma koperti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew aktar li jkunu skont il-liġi tal-Unjoni. It-tali limitazzjoni ma għandux ikollha l-effett li tnaqqas id-dritt li jittellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab tul ir-rotta ta’ servizz internazzjonali u li jitniżżlu f’ieħor, inklużi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, għajr fejn l-eżerċizzju ta’ dakid-dritt ikun jikkomprometti l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

2.   Jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku jkunx kompromess għandu jkun determinat mill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti msemmija fl-Artikolu 55 abbażi ta’ analiżi ekonomika oġġettiva u abbażi ta’ kriterji determinati minn qabel, wara talba minn kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(b)

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata li jkollha d-dritt tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu;

(c)

il-maniġer tal-infrastruttura;

(d)

l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b’mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-partijiet u, kif inhu xieraq, għandu jitlob kwalunkwe tagħrif addizzjonali relevanti mill-partijiet relevanti kollha, u jibda konsultazzjonijiet magħhom, fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba. Il-korp regolatorju għandu jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha.

3.   Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jispeċifika l-perjodu ta’ żmien u l-kundizzjonijiet li fihom kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin tista’ titlob li d-deċiżjoni terġa' titqies,

(a)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b)

il-maniġer tal-infrastruttura;

(c)

l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(d)

l-impriża ferrovjarja li tkun qiegħda tfittex l-aċċess.

4.   Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha tadotta sa 16 ta' Diċembru 2016 miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati l-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġi adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl- Artikolu 62(3).

5.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw id-dritt li jittellgħu u jitniżżlu passiġġieri fi stazzjonijiet fl-istess Stat Membru tul ir-rotta ta’ servizz internazzjonali tal-passiġġieri fejn dritt esklussiv li jitwasslu passiġġieri bejn dawk l-istazzjonijiet ikun ingħata taħt kuntratt ta’ konċessjoni qabel l-4 ta’ Diċembru 2007 abbażi ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti ġusta u kompetittiva u b’mod konformi mal-prinċipji rilevanti tal-liġi tal-Unjoni. Din il-limitazzjoni tista’ tkompli tul iż-żmien oriġinali tal-kuntratt, jew għal 15-il sena, skont liema hu l-iqsar.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ikunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja.

Artikolu 12

Imposta fuq l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi għall-passiġġieri

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2), l-Istati Membri jistgħu, taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, jawtorizzaw lill-awtorità responsabbli għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri sabiex timponi imposta fuq impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi tal-passiġġieri għat-tħaddim ta’ rotot li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta’ dik l-awtorità u li jitħaddmu bejn żewġ stazzjonijiet f’dak l-Istat Membru.

F’dak il-każ, impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizz domestiku jew internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija għandhom ikunu suġġetti għall-istess imposta fit-tħaddim ta’ dawk ir-rotot li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dik l-awtorità.

2.   L-imposta hija maħsuba biex tikkumpensa lill-awtorità għall-obbligi ta’ servizz pubbliku stipulati f’kuntratti ta’ servizz pubbliku mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni. Il-dħul magħmul mit-tali imposta u mħallas bħala kumpens ma għandux jisboq dak li hu meħtieġ biex wieħed ikopri l-ispiża kollha jew parti minnha mġarrba fl-obbligi ta’ servizz pubbliku rilevanti filwaqt li jitqiesu l-iriċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawk l-obbligi.

3.   L-imposta għandha tiġi imposta skont il-liġi tal-Unjoni u għandha tirrispetta b’mod partikolari l-prinċipji tal-ġustizzja, it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità, b’mod partikolari bejn il-prezz medju tas-servizz għall-passiġġier u l-livell tal-imposta. L-imposti totali imposti skont dan il-paragrafu ma għandhomx jipperikolaw il-vijabbiltà ekonomika tas-servizz tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija li fuqu jkunu imposti.

4.   L-awtoritajiet rilevanti għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-oriġini tal-imposti u l-użu tagħhom ikunu jistgħu jiġu traċċati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni.

5.   Abbażi tal-esperjenza ta' korpi regolatorji, awtoritajiet kompetenti u impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 13

Kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi

1.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji kollha fuq bażi nondiskriminatorja, il-pakkett minimu ta' aċċess stipulat fil-punt 1 tal-Anness II.

2.   Operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz għandhom ifornu b'mod nondiskriminatorju lill-impriżi ferrovjarji kollha bl-aċċess, inkluż l-aċċess għall-binarji, lill-faċilitajiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II, u lis-servizzi fornuti f'dawn il-faċilitajiet.

3.   Biex jiggarantixxi trasparenza sħiħa u aċċess nondiskriminatorju għal faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-punti 2(a), (b), (c), (g) u (i) tal-Anness II, u l-provvista ta' servizzi f'dawn il-faċilitajiet fejn l-operatur ta' tali faċilità ta' servizz huwa taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' korp jew ditta li hija wkoll attiva u li għandha pożizzjoni dominanti fi swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju nazzjonali li għalih qed tintuża’ l-faċilità, l-operaturi ta' dawn il-faċilitajiet ta' servizz għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu indipendenti minn dan il-korp jew din id-ditta, f’termini organizzattivi u ta' teħid ta’ deċiżjonijiet. Tali indipendenza m'għandhiex timplika r-rekwiżit tal-istabbiliment ta' entità legali separata għall-faċilitajiet ta' servizz, u tista' tintlaħaq bl-organizzazzjoni ta' diviżjonijiet distinti fi ħdan entità legali waħda.

Għall-faċilitajiet ta' servizz kollha msemmijin fil-punt 2 tal-Anness II, l-operatur u dan il-korp jew ditta għandu jkollhom kontijiet separati, inklużi karti tal-bilanċ u ta' kontijiet ta' qligħ u telf separati.

Meta t-tħaddim tal-faċilità ta' servizz ikun żgurat minn maniġer tal-infrastruttura jew l-operatur tal-faċilità ta' servizz ikun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' maniġer tal-infrastruttura, il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu għandha titqies bħala ppruvata billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7.

4.   Talbiet li jsiru minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għal, u l-forniment ta' servizzi fil-faċilità ta' servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II għandhom jingħataw risposta f'terminu ta' żmien raġonevoli stipulat mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Dawn it-talbiet jistgħu jiġu miċħuda biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli li jippermettulhom iħaddmu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat fuq l-istess rotta jew rotot alternattivi b'kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. Dan m'għandux jobbliga lill-operatur tal-faċilità ta' servizz biex jagħmel investimenti f'riżorsi jew faċilitajiet sabiex jakkomoda t-talbiet kollha minn impriżi ferrovjarji.

Fejn it-talbiet minn impriżi ferrovjarji jikkonċernaw l-aċċess u l-forniment ta' faċilità tas-servizz amministrata minn operatur ta' faċilità ta' servizz imsemmi fil-paragrafu 3, l-operatur tal-faċilità tas-servizz għandu jiġġustifika bil-miktub kwalunkwe deċiżjoni ta' ċaħda u jindika alternattivi vijabbli f'faċilitajiet oħrajn.

5.   Fejn operatur tal-faċilità tas-servizz imsemmi fil-punt 2 tal-Anness II jiltaqa’ ma’ kunflitti bejn talbiet differenti, għandu jipprova jissodisfa t-talbiet kollha sakemm ikun possibbli. Jekk ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli disponibbli, u wieħed ma jkunx jista’ jakkomoda t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-faċilità rilevanti abbażi tal-ħtiġijiet murija, l-applikant jista' jippreżenta lment lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 li għandu jeżamina l-każ u jieħu azzjoni fejn xieraq biex jiżgura li parti xierqa mill-kapaċità tingħata lil dak l-applikant

6.   Fejn faċilità tas-servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II, ma tkunx intużat għal tal-inqas sentejn konsekuttivi, u ġie espress interess minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għal din il-faċilità lill-operatur ta' dik il-faċilità tas-servizz abbażi ta' ħtiġijiet murija, il-proprjetarju tagħha għandu jirriklama t-tħaddim tagħha bħala wieħed li qiegħed għall-kiri bħala faċilità ta' servizz ferrovjarju, totalment jew parzjalment, sakemm l-operatur ta' dik il-faċilità ta' servizz ma jurix li proċess ta' rinnovament li jkun għaddej jipprevjeni l-użu tagħha minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

7.   Meta l-operatur tal-faċilità ta' servizz jipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi imsemmija fil-punt 3 tal-Anness II bħala servizz addizzjonali, għandu jagħtih fuq talba lil impriżi ferrovjarji b’mod nondiskriminatorju.

8.   L-impriżi ferrovjarji jistgħu jitolbu, bħala servizzi anċillari, servizzi oħra, imsemmija fil-punt 4 tal-Anness II mill-maniġer tal-infrastruttura jew minn operaturi oħrajn tal-faċilità ta' servizz. L-operatur tal-faċilità ta' servizz mhuwiex obbligat li jagħti dawn is-servizzi. Fejn l-operatur tal-faċilità ta' servizz jiddeċiedi li joffri lil oħrajn kwalunkwe wieħed minn dawn is-servizzi, huwa għandu jfornihom fuq talba lill-impriżi ferrovjarji b'mod nondiskriminatorju.

9.   Abbażi tal-esperjenza ta' korpi regolatorji u operaturi ta' faċilitajiet ta' servizzi u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-aċċess għas-servizzi li għandhom jiġu fornuti fil-faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-punti 2 sa 4 tal-Anness II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

TAQSIMA 5

Ftehimiet transkonfinali

Artikolu 14

Prinċipji ġenerali għal ftehimiet transkonfinali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw lid-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehimiet transkonfinali ma jiddiskriminawx bejn impriżi ferrovjarji, jew jirrestrinġu l-liberta' ta' impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi transkonfinali.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim transkonfinali sa 16 ta’ Ġunju 2013, għall-ftehimiet konklużi qabel dikid-data, u qabel il-konklużjoni tagħhom għal ftehimiet ġodda jew riveduti bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk ftehimiet bħal dawn humiex f’konformità mal-liġi tal-Unjoni fi żmien disa' xhur min-notifika għal ftehimiet konklużi qabel 15 ta' Diċembru 2012 u fi żmien erba' xhur min-notifika għal ftehimiet ġodda jew riveduti bejn l-Istati Membri. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2).

3.   Mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jidħlu f’negozjati dwar, u li jikkonkludu, ftehimiet transkonfinali ġodda jew riveduti bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

4.   Jekk, fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika ta' intenzjoni ta' Stat Membru li jidħol fin-negozjati msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tikkonkludi li n-negozjati x'aktarx ifixklu l-objettivi tan-negozjati tal-Unjoni li jkunu qed isiru mal-pajjiżi terzi kkonċernati u/jew iwasslu għal ftehim li ma jkunx kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tinforma lill-Istat Membru skont il-każ.

L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni regolarment infurmata dwar negozjati bħal dawn u, fejn meħtieġ, jistiednu l-Kummissjoni tipparteċipa bħala osservatur.

5.   L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati japplikaw proviżorjament u/jew jikkonkludu ftehimiet transkonfinali ma' pajjiżi terzi, dment li dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u ma jkunux ta' ħsara għall-għan u l-fini tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali deċiżjonijiet awtorizzati. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2).

TAQSIMA 6

Xogħol ta’ monitoraġġ tal-kummissjoni

Artikolu 15

Ambitu tal-monitoraġġ tas-suq

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex timmonitorja l-kundizzjonijiet tekniċi u ekonomiċi u l-iżviluppi tas-suq fit-trasport ferrovjarju tal-Unjoni.

2.   F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, inklużi r-rappreżentanti tal-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55, u rappreżentanti tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi, fejn jixraq, is-sħab soċjali tas-settur ferrovjarju, l-utenti u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex ikunu kapaċi jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jivvalutaw aħjar l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw aħjar l-impatt tal-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, b’konformità mal-funzjonijiet tagħha kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi aġenzija Ewropea tal-ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (13).

3.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ta' qafas għas-settur ferrovjarju, partikolarment id-debitar tal-imposti tal-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja, l-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, is-servizzi tat-trasport ferrovjarju koperti mill-kuntratti ta' servizz pubbliku, u l-liċenzjar u l-grad ta' ftuħ tas-swieq u ta’ armonizzazzjoni bejn Stati Membri, l-iżvilupp ta’ impjiegi u l-kundizzjonijiet soċjali relatati fis-settur tal-ferroviji. Dawn l-attivitajiet ta’ monitoraġġ huma mingħajr ħsara għal attivitajiet simili fl-Istati Membri u għar-rwol tas-sħab soċjali.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a)

l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji u s-servizzi li għandhom jiġu fornuti lill-impriżi ferrovjarji, kif imsemmi fl-Anness II;

(b)

il-kundizzjonijiet ta’ qafas imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi dawk għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija;

(c)

l-istat tan-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni;

(d)

l-utilizzazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess;

(e)

l-ostakli għal servizzi ferrovjarji iktar effettivi;

(f)

il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura;

(g)

il-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni.

5.   Għall-iskopijiet tal-monitoraġġ tas-suq min-naħa tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw ir-rwol tas-sħab soċjali, jagħtu lill-Kummissjoni, kull sena, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-konduzzjonijet ta' qafas fis-settur ferrovjarju.

6.   Il-Kummissoni tista' tadotta miżuri biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-obbligi ta' rappurtar tal-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

KAPITOLU III

IL-LIĊENZJAR TAL-IMPRIŻI FERROVJARJI

TAQSIMA 1

Awtorità tal-liċenzjar

Artikolu 16

Awtorità tal-Liċenzjar

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità tal-liċenzjar li tkun responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u għat-twettiq tal-obbligi imposti minn dan il-Kapitolu.

L-Awtorità tal-Liċenzjar maħtura ma għandhiex tipprovdi servizzi tat-trasport bil-ferrovija hi stess u għandha tkun indipendenti minn ditti u entitajiet li jagħmlu dan..

TAQSIMA 2

Il-kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja

Artikolu 17

Rekwiżiti ġenerali

1.   Impriża għandha tkun intitolata tapplika għal liċenzja fl-Istat Membru fejn hija stabbilità.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx joħroġu liċenzji jew jestendu l-validità tagħhom fejn ma jiġux imħarsa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

3.   Impriża li tissodisfa r-rekwiżiti imniżżla f’dan il-Kapitolu għandha tiġi awtorizzata tirċievi liċenzja.

4.   L-ebda impriża ma għandha titħalla tipprovdi servizzi ta' trasport ferrovjarju kopert minn dan il-Kapitolu kemm-il darba ma tkunx ingħatat il-liċenzja x-xierqa għas-servizzi li għandhom jiġu fornuti.

Madankollu, liċenzja bħal din ma tintitolax minnha nnifisha lid-detentur għal aċċess għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji għall-użu ta' mudell komuni għal-liċenzja u, jekk meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u effiċjenti fis-swieq tat-trasport ferrovjarju, id-dettalji dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 18

Kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja

Impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tkun meħtieġa li jkollha l-ħila turi lill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-Istat Membru kkonċernat qabel il-bidu tal-attivitajiet li se tkun kapaċi tissodisfa, fi kwalunkwe waqt, ir-rekwiżiti dwar reputazzjoni tajba, qagħda finanzjarja soda, kompetenza professjonali u r-responsabbiltà ċivili tagħha kif elenkati fl-Artikoli 19 sa 22.

Għal dawk l-iskopijiet kull impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.

Artikolu 19

Rekwiżiti relatati ma’ reputazzjoni tajba

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li taħthom ir-rekwiżit ta' reputazzjoni tajba jiġi osservat biex jiġi żgurat li impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja jew il-persuni responsabbli għall-immaniġġjar tagħha:

(a)

ma ġewx ikkundannati b'akkużi kriminali serji, inklużi reati ta' natura kummerċjali;

(b)

ma ġewx iddikjarati falluti;

(c)

ma ġewx ikkundannati b'reati serji stipulati f'leġiżlazzjoni speċifika applikabbli għat-trasport;

(d)

ma jkunux instabu ħatja ta' nuqqas serju jew ripetut li jissodisfaw l-obbligi tal-liġi soċjali u tax-xogħol, li jinkludu obbligi skont il-leġiżlazzjoni ta’ sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, u l-obbligi tal-liġi doganali fil-każ ta' kumpaniji li jkunu jridu jħaddmu servizzi tat-trasport transkonfinali ta' merkanzija, u li jkunu suġġetti għall-proċeduri doganali.

Artikolu 20

Rekwiżiti relatati ma’ qagħda finanzjarja tajba

1.   Ir-rekwiżiti relatati ma’ qagħda finanzjarja tajba għandhom jintlaħqu meta impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja tkun tista' turi li se tkun kapaċi tilħaq l-obbligi attwali u potenzjali tagħha, stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal perjodu ta' tnax-il xahar.

2.   L-awtorità ta' liċenzjar għandha tivverifika l-qagħda finanzjarja tajba speċjalment permezz tal-kontijiet annwali ta' impriża ferrovjarja jew, fil-każ ta' impriżi li jkunu qed japplikaw għal-liċenzja li ma jistgħux jippreżentaw kontijiet annwali, permezz ta' karta tal-bilanċ. Kull impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja għandha tipprovdi mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness III.

3.   L-awtorità ta' liċenzjar m'għandhiex tqis impriża li tkun qed tapplika għal liċenzja bħala finanzjarjament stabbli jekk arretrati konsiderevoli jew rikorrenti ta' taxxi jew sigurtà soċjali jkunu dovuti bħala riżultat tal-attività ta' dik l-impriża.

4.   L-awtorità ta' liċenzjar tista' tesiġi l-għoti ta' rapport ta' verifika u dokumenti tajba minn bank, bank ta' kont kurrenti, accountant jew awditur. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu l-informazzjoni elenkata fl-Anness III.

5.   Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 dwar ċerti emendi għall-Anness III. B'hekk, l-Anness III jista' jiġi emendat biex jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriżi li jkunu qed japplikaw għal-liċenzja jew issupplementati fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet ta' liċenzjar jew l-evoluzzjoni tas-suq tat-trasport ferrovjarju.

Artikolu 21

Rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali

Ir-rekwiżiti relatati mal-kompetenza professjonali għandhom ikunu sodisfatti meta impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja tkun tista’ turi li għandha jew ser ikollha organizzazzjoni tal-immaniġġjar li għandha l-għerf jew l-esperjenza meħtieġa biex teżerċita l-kontroll u s-superviżjoni sikura u affidabbli fuq it-tħaddim tat-tip ta' ħidmiet speċifikati fil-liċenzja.

Artikolu 22

Rekwiżiti relatati mal-kopertura għar-responsabbiltà ċivili

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni rigward l-għajnuniet statali u f'konformità mal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-TFUE impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b’mod adegwat jew ikollha garanziji skont il-kundizzjonijiet tas-suq biex tkun koperta, skont l-liġi nazzjonali u internazzjonali, għar-responsabbiltajiet tagħha, fil-każ ta' inċidenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija, il-posta u terzi persuni. Minkejja dan l-obbligu, jistgħu jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet u l-profil ta' riskju tat-tipi ta' servizzi differenti, b'mod partikolari operazzjonijiet ferrovjarji għal finijiet kulturali jew ta' patrimonju.

TAQSIMA 3

Validità tal-liċenzja

Artikolu 23

Validità spazjali u temporali

1.   Liċenzja għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni.

2.   Liċenzja għandha tibqa' valida sakemm l-impriża ferrovjarja tissodisfa l-obbligi stipulati f’dan il-Kapitolu. Awtorità tal-liċenzjar tista', iżda, tagħmel dispożizzjoni għal reviżjoni regolari. Jekk dan isir, ir-reviżjoni għandha ssir mill-inqas kull ħames snin.

3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw is-sospensjoni jew ir-revoka ta' liċenzja jistgħu jiġu inkorporati fil-liċenzja nnifisha.

Artikolu 24

Liċenzja temporanja, l-approvazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka

1.   Jekk hemm dubju serju dwar jekk impriża ferrovjarja li tkun illiċenzjata tkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu u b'mod partikolari dawk tal-Artikolu 18, l-awtorità tal-liċenzjar tistà, fi kwalunkwe ħin, tiċċekkja jekk dik l-impriża ferrovjarja tkunx fil-fatt konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Fejn awtorità tal-liċenzjar tkun sodisfatta li impriża ferrovjarja ma tistax aktar tissodisfa r-rekwiżiti, għandha tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja.

2.   Fejn l-awtorità tal-liċenzjar ta' Stat Membru tkun sodisfatta li hemm dubju serju dwar il-konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-Kapitolu min-naħa ta’ impriża ferrovjarja li nħarġitilha liċenzja minn awtorità tal-liċenzjar ta' Stat ieħor, din għandha tinforma lill-awtorità tal-aħħar bla dewmien.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn liċenzja tiġi sospiża jew revokata għal raġunijiet ta' nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta' qagħda finanzjarja tajba, l-awtorità tal-liċenzjar tista' tagħti liċenzja temporanja sakemm issir ir-riorganizzazzjoni tal-impriża ferrovjarja, sakemm ma tiġix ipperikolata s-sikurezza. Liċenzja temporanja ma għandhiex tkun, iżda, valida għal aktar minn sitt xhur wara d-data tal-ħruġ tagħha.

4.   Fejn impriża ferrovjarja tkun waqfet taħdem għal sitt xhur, jew ma bdietx taħdem fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-liċenzja, l-awtorità tal-liċenzjar tista' tiddeċiedi li l-liċenzja għandha tiġi mitluba tiġi sottomessa mill-ġdid għall-approvazzjoni jew tkun sospiża.

Dwar il-bidu tal-attivitajiet, l-impriża ferrovjarja tista' titlob biex jiġi stabbilit perjodu itwal, u titqies in-natura speċifika tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti.

5.   F'każ ta' bidla li taffettwa s-sitwazzjoni legali tal-impriża u, b'mod partikolari, f'każ ta' fużjoni jew takeover, l-awtorità tal-liċenzjar tista' tiddeċiedi li terġa' tiġi ppreżentata liċenzja għall-approvazzjoni. L-impriża ferrovjarja kkonċernata tista' tkompli bil-ħidmiet, sakemm l-awtorità tal-liċenzji ma tiddeċidix li hija pperikolata s-sikurezza. F' dak il-każ għandhom jiġu mogħtija r-raġunijiet għal deċiżjoni bħal din.

6.   Fejn impriża ferrovjarja tkun beħsiebha tibdel jew testendi l-attivitajiet tagħha b’mod sinifikanti, il-liċenzja tagħha għandha terġa' tingħata lill-awtorità tal-liċenzjar għall-analiżi.

7.   Awtorità tal-liċenzjar ma għandhiex tħalli lil impriża ferrovjarja li kontriha jkunu bdew proċeduri ta' falliment jew oħrajn simili żżomm il-liċenzja tagħha jekk dik l-awtorità tkun konvinta li mhemmx prospett realistiku ta' ristrutturar finanzjarju sodisfaċenti fi żmien raġonevoli.

8.   Fejn awtorità tal-liċenzjar toħroġ, tissospendi, tirrevoka jew temenda liċenzja, għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar dan. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-Istati Membri l-oħra dwar dan.

Artikolu 25

Proċedura għall-għoti ta' liċenzji

1.   Il-proċeduri għall-għoti ta' liċenzji għandhom jiġu ppubblikati mill-Istat Membru kkonċernat, li jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   L-awtorità tal-liċenzjar għandha tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ingħatat l-informazzjoni rilevanti kollha, speċjalment il-partikolaritajiet imsemmija fl-Anness III. L-awtorità tal-liċenzjar għandha tqis l-informazzjoni disponibbli kollha. Id-deċiżjoni għandha tkun ikkomunikata lill-impriża li tkun qed tapplika għal-liċenzja mingħajr dewmien. F'kull rifjut għandu jkun hemm ir-raġunijiet li fuqhom ikun imsejjes.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-liċenzjar huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.

KAPITOLU IV

ID-DEBITAR TA’ IMPOSTI GĦALL-UŻU TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA U TAL-ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

TAQSIMA 1

Prinċipji Ġenerali

Artikolu 26

Użu effettiv tal-kapaċità tal-infrastruttura

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi tat-tqegħid ta' imposti u tal-kapaċità tal-allokazzjoni għall-infrastruttura ferrovjarja jsegwu l-prinċipji stabbiliti f'din id-Direttiva u b'hekk jippermettu lill-maniġer tal-infrastruttura biex iqiegħed fis-suq u jagħmel użu effettiv mill-kapaċità infrastrutturali disponibbli.

Artikolu 27

Dikjarazzjoni dwar in-netwerk

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati, jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk li għandha tkun tista' tiġi akkwistata għal ħlas ta' tariffa li ma tistax taqbeż l-ispiża tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tkun ippubblikata f’mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku fuq il-portal tal-internet tal-maniġer tal-infrastruttura u aċċessibbli permezz ta' portal tal-internet komuni. Dak il-portal tal-internet għandu jiġi stabbilit mill-maniġers tal-infrastruttura fil-qafas tal-kooperazzjoni tagħhom skont l-Artikoli 37 u 40.

2.   Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji, u tiġbor fiha informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandu jkun fiha wkoll informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizzi konnessi man-netwerk tal-maniġer tal-infrastruttura u għall-forniment tas-servizzi f'dawn il-faċilitajiet jew tindika sit tal-internet fejn tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk huwa stipulat fl-Anness IV.

3.   Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tinżamm aġġornata u għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

4.   Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tiġi ppubblikata mhux inqas minn erba' xhur bil-quddiem qabel id-data ta’ skadenza għal talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura.

Artikolu 28

Ftehimiet bejn l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura

Kull impriża impenjata f’servizzi tat-trasport ferrovjarju għandha tikkonkludi l-ftehimiet meħtieġa mal-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja użata skont il-liġi pubblika jew privata. Il-kundizzjonijiet li jiggvernaw ftehimiet bħal dawn għandhom ikunu nondiskriminatorji u trasparenti, skont din id-Direttiva.

TAQSIMA 2

L-imposti tal-infrastruttura u tas-servizzi

Artikolu 29

Stabbiliment, determinazzjoni u ġbir ta' imposti

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas tal-imposti waqt li jirrispettaw l-indipendenza tal-immaniġġjar stipulata fl-Artikolu 4.

Mingħajr preġudizzju għal dik il-kundizzjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar l-imposti jew jiddelegaw dawn is-setgħat lill-maniġers tal-infrastruttura.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjoni tan-netwerk tkun tinkludi l-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti jew tindika sit elettroniku fejn jiġu ppubblikati l-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddetermina u jiġbor il-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura skont il-qafas ta' tqegħid tal-imposti u r-regoli tat-tqegħid tal-imposti stabbiliti.

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-maniġment stabbilit fl-Artikolu 4 u dment li d-dritt ikun ingħata direttament mil-liġi kostituzzjonali qabel 15 ta' Diċembru 2010, il-parlament nazzjonali jista' jkollu d-dritt li jiskrutinizza u, fejn xieraq, jirrevedi l-livell tal-imposti determinati mill-maniġer tal-infrastruttura. Kwalunkwe reviżjoni tali għandha tiżgura li l-imposti jikkonformaw ma' din id-Direttiva, il-qafas tal-imposti u r-regoli għat-tqegħid tal-imposti.

2.   Għajr għal meta jsiru arranġamenti speċifiċi skont l-Artikolu 32(3), il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-iskema tat-tqegħid tal-imposti li tkun fis-seħħ hija bbażata fuq l-istess prinċipji fin-netwerk kollu tagħhom.

3.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-iskema tat-tqegħid tal-imposti tirriżulta f’imposti ekwivalenti nondiskriminatorji għal impriżi ferrovjarji differenti li jwettqu servizzi ta' natura ekwivalenti f'parti simili tas-suq u li l-imposti attwalment applikati jikkonformaw mar-regoli stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

4.   Maniġer tal-infrastruttura għandu jirrispetta l-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni pprovduta lilu mill-applikanti.

Artikolu 30

Spiża tal-infrastruttura u tal-kontabbiltà

1.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, b'kunsiderazzjoni xierqa għas-sikurezza u għall-manutenzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-servizz tal-infrastruttura, jingħataw inċentivi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-forniment tal-infrastruttura u l-livell tal-imposti tal-aċċess.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom rigward l-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura ferrovjarja, u għall-prinċipju baġitarju ta' annwalità, fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehim kuntrattwali li jissodisfa l-prinċipji u l-parametri bażiċi stabbiliti fl-Anness V, jiġi konkluż bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura li jkopri perjodu ta’ żmien ta' mhux inqas minn ħames snin.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet kuntrattwali fis-seħħ 15 ta' Diċembru 2012 jiġu modifikati, jekk meħtieġ, biex isiru konformi ma' din id-Direttiva fil-waqt tat-tiġdid tagħhom, jew mhux aktar tard minn 16 ta’ Ġunju 2015.

3.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-ftehim kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 2 jew permezz ta' miżuri regolatorji jew permezz ta' kombinazzjoni ta' inċentivi biex jitnaqqsu l-ispejjeż fil-ftehim kuntrattwali u l-livell tal-piżijiet permezz ta' miżuri regolatorji.

4.   Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta l-inċentivi imsemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' miżuri regolatorji, dan għandu jkun ibbażat fuq analiżi tat-tnaqqis fl-ispejjeż li jista' jinkiseb. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-korp regolatorju li jirrevedi l-piżijiet imsemmija fl-Artikolu 56.

5.   It-termini tal-ftehim kuntrattwali msemmija fil-paragrafu 2 u l-istruttura tal-pagamenti miftiehma biex jiġu pprovduti l-fondi lill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jiġu miftiehma bil-quddiem biex ikopru l-perjodu kuntrattwali kollu.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti u, fuq talba tagħhom, applikanti potenzjali jiġu informati mill-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura u jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kontenut tal-ftehim kuntrattwali qabel ma jiġi ffirmat. Il-ftehim kuntrattwali għandu jiġi ppubblikat fi żmien xahar minn meta jiġi konkluż.

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura l-konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali u l-pjan kummerċjali.

7.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżviluppaw u jżommu reġistru tal-assi tagħhom u tal-assi li huma responsabbli għall-maniġġar tagħhom li jintuża biex jiġu vvalutati il-finanzjamenti meħtieġa biex dawn jissewwew jew jiġu ssostitwiti. Dan għandu jkun akkumpanjat minn dettalji dwar in-nefqa għat-tiġdid u l-aġġornament tal-infrastruttura.

8.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu metodu għat-tqassim tal-ispejjeż lill-kategoriji ta' servizzi differenti offruti lill-impriżi ferrovjarji. L-Istati Membri jistgħu jesiġu approvazzjoni minn qabel. Dak il-metodu għandu jiġi aġġornat minn żmien għall-ieħor abbażi tal-aħjar prattika internazzjonali.

Artikolu 31

Il-Prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

1.   L-imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja u għall-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jitħallsu lill-maniġer tal-infrastruttura u lill-operatur tal-faċilità ta' servizz rispettivament u jintużaw biex jipprovdu fondi għan-negozju tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilità ta' servizz jipprovdu lill-korp regolatorju bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-imposti imposti sabiex il-korp regolatorju jkun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 56. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilità ta' servizz għandhom, f'dan ir-rigward, ikunu jistgħu juru lill-impriżi ferrovjarji li l-imposti tal-infrastruttura u tas-servizz fatturati fir-realtà lill-impriża ferrovjarja skont l-Artikoli 30 sa 37 jikkonformaw mal-metodoloġija, mar-regoli u meta applikabbli, mal-iskali stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 jew 5 ta' dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 32, l-imposti għall-pakkett minimu tal-aċċess u għal aċċess għal infrastrutturi li jgħaqqdu l-faċilitajiet ta' servizz għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

Qabel 16 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispejjeż imġarrba direttament bħala riżultat tal-operat tal-ferrovija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi li jadatta gradwalment għal dawk il-modalitajiet matul perjodu ta' mhux aktar minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

4.   L-imposti tal-infrastruttura msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jinkludu imposta li tirrifletti l-iskarsezza tal-kapaċità tat-taqsima identifikabbli tal-infrastruttura fil-perjodi ta' konġestjoni.

5.   Il-piżijiet infrastrutturali imsemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiġu mmodifikati biex iqisu l-ispejjeż ta’ effetti ambjentali kkawżati mit-tħaddim tal-ferrovija. Kull emenda bħal din għandha tiġi differenzjata skont id-daqs tal-effett ikkawżat.

Abbażi tal-esperjenza miksuba minn maniġers tal-infrastruttura, impriżi ferrovjarji, korpi regolatorji u awtoritajiet kompetenti, u r-rikonoxximent ta' skemi eżistenti dwar id-differenzjar tal-ħoss, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju, inkluż id-durata tal-applikazzjoni tagħhom u tgħin id-differenzjar tal-imposti fuq l-infrastruttura tieħu skont, fejn xieraq, tas-sensittività taż-żona affettwata, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, u l-kompożizzjoni tal-ferrovija b'impatt fuq il-livell tal-emissjonijiet ta' storbju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3). Dawn m’għandhomx jirriżultaw fid-distorsjoni mhux xierqa tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji jew jaffettwaw il-kompetittività ġenerali tas-settur ferrovjarju.

Kwalunkwe modifika tal-imposti tal-infrastruttura minħabba n-nefqa għall-effetti tal-istorbju għandha tappoġġja l-adattament tal-vaguni bl-aktar teknoloġija ta' bbrejkjar b’ħoss baxx ekonomikament vijabbli li hija disponibbli.

It-tqegħid tal-imposti ta' spejjeż ambjentali li jirriżulta f'żieda fid-dħul totali li jakkumula għall-maniġer tal-infrastruttura għandu madankollu jitħalla biss jekk dan it-tqegħid tal-imposta jkun applikat għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont il-liġi tal-Unjoni.

Jekk piżijiet ta' spejjeż ambjentali jiġġeneraw dħul addizzjonali, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinżamm l-informazzjoni meħtieġa u li l-oriġini tat-tqegħid tal-imposti tal-ispejjeż ambjentali u l-applikazzjoni tagħhom jistgħu jiġu traċċjati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni fuq talba.

6.   Sabiex jiġu evitati tibdiliet sproporzjonati, l-imposti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 jistgħu jiġu kkalkulati bħala medja fuq firxa raġonevoli ta' servizzi u ħinijiet tal-ferrovija. Iżda d-daqsijiet relattivi tal-imposta infrastrutturali għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż li jistgħu jkunu attribwiti lis-servizzi.

7.   L-imposti imposti għal aċċess għal binarji fil-faċilità ta' servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II u l-forniment ta' servizzi f'tali faċilitajiet ma għandhomx ikunu aktar mill-ispiża biex jiġu pprovduti, flimkien ma’ profitt raġonevoli.

8.   Meta s-servizzi elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness II, bħala servizzi addizzjonali u anċillari jiġu offerti minn fornitur wieħed biss, il-piż impost għal dan is-servizz ma għandux ikun akbar mill-ispiża biex jiġi pprovdut, flimkien ma profitt raġonevoli.

9.   Il-piżijiet jistgħu jiġu imposti għall-kapaċità użata għall-manutenzjoni tal-infrastruttura. Dawn l-imposti ma għandhomx jeċċedu t-telf nett għall-maniġer tal-infrastruttura kkawżat mill-manutenzjoni.

10.   L-operatur tal-faċilità għall-forniment tas-servizzi msemmija fil-punti 2, 3 u 4 tal-Anness II għandu jagħti lill-maniġer tal-infrastruttura l-informazzjoni dwar l-imposti li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk jew għandu jindika sit elettroniku fejn tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku skont l-Artikolu 27.

Artikolu 32

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tat-tqegħid tal-imposti

1.   Sabiex ikun hemm irkupru sħiħ tal-ispejjeż magħmula mill-maniġer tal-infrastruttura, Stat Membru jista', jekk is-suq jiflaħ għalihom, jimponi mark-ups fuq bażi ta' prinċipji effiċjenti, trasparenti u nondiskriminatorji, waqt li jiggarantixxi l-aħjar kompetittività ta' taqsimiet tas-suq ferrovjarju. Is-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandha tirrispetta ż-żidiet fil-produttività miksuba mill-impriżi ferrovjarji.

Iżda l-livell tal-imposti ma għandux jeskludi l-użu tal-infrastruttura minn taqsimiet tas-suq li jistgħu jħallsu għall-inqas l-ispejjeż imġarrba direttament b'riżultat tat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, u rata ta’ redditu li jiflaħ għaliha s-suq.

Qabel ma japprovaw l-impożizzjoni ta' tali mark-ups, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jivvalutaw ir-rilevanza tagħhom għal taqsimiet speċifiċi tas-suq, filwaqt li jqisu mill-inqas il-pari elenkati fil-punt 1 tal-Anness VI u jżommu dawk rilevanti. Il-lista ta' taqsimiet tas-suq definita mill-maniġers tal-infrastruttura għandu jkun fiha mill-inqas dawn it-tliet taqsimiet li ġejjin: is-servizzi ta' trasport tal-merkanzija, is-servizzi tal-passiġġieri fil-qafas ta' kuntratt tas-servizz pubbliku u servizzi oħra għall-passiġġieri.

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddistingwu wkoll it-taqsimiet tas-suq skont il-prodott bażiku jew il-passiġġieri li jkunu qed jiġu trasportati.

It-taqsimiet tas-suq fejn attwalment ma jkunux qed jaħdmu impriżi ferrovjarji iżda li jistgħu jipprovdu servizzi matul il-perjodu ta' validità tas-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandhom ukoll jiġu definiti. Il-maniġer tal-infrastruttura ma għandux jinkludi mark-up fis-sistema tat-tqegħid tal-imposti għal dawk it-taqsimiet tas-suq.

Il-lista ta' taqsimiet tas-suq għandha tiġi ppubblikata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk u għandha tiġi riveduta mill-inqas kull ħames snin. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jikkontrolla dik il-lista f’konformità mal-Artikolu 56.

2.   Għall-ġarr ta' merkanzija minn u lejn pajjiżi terzi operati fuq netwerk li l-wisgħa bejn il-binarji tiegħu huwa differenti minn tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jistabbilixxu imposti ogħla sabiex jakkwistaw irkupru sħiħ tal-ispejjeż imġarrba

3.   Għall-proġetti speċifiċi futuri ta' investiment jew proġetti speċifiċi ta' investiment li tlestew wara l-1988, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiffissa jew ikompli jiffissa imposti ogħla abbażi tal-ispejjeż fit-tul ta' dawn il-proġetti jekk dawn iżidu l-effiċjenza jew il-kosteffettività jew it-tnejn u ma jistgħux jew ma setgħux isiru mod ieħor. Dan l-arranġament tat-tqegħid tal-imposti jista' jinkorpora wkoll il-ftehimiet dwar it-tqassim tar-riskju assoċjat ma' investimenti ġodda.

4.   L-imposti tal-infrastruttura għall-użu tal-kurituri ferrovjarji li huma speċifikati fid-Deċiżjoni 2009/561/KE (14) għandhom ikunu differenzjati biex jingħataw inċentivi għat-tagħmir ta' ferroviji bl-ETCS konformi mal-verżjoni adottata bid-Deċiżjoni 2008/386/KE (15) u verżjonijiet suċċessivi. Dan id-differenzar m'għandux iwassal għal tibdil ġenerali fid-dħul tal-maniġer tal-infrastruttura.

Minkejja dan l-obbligu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan id-differenzjar tal-imposti ta' infrastruttura ma jkunx japplika għal-linji ferrovjarji speċifikati fid-Deċiżjoni 2009/561/KE li fuqhom jistgħu jivvjaġġaw biss ferroviji mgħammra b’ETCS.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu dan id-differenzjar għal linji ferrovjarji li mhumiex speċifikati fid-Deċiżjoni 2009/561/KE.

Qabel 16 ta’ Ġunju 2015 u b'segwitu għal valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu modalitajiet li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tad-differenzjar tali-mposta tal-infrastruttura skont skeda ta’ żmien konformi mal-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni tal-ERTMS stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/561/KE u filwaqt li jiġi żgurat li dan ma jirriżultax f’imposta ġenerali fid-dħul għall-maniġer tal-infrastruttura. Dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jadattaw il-modalitajiet tad-differenzjar applikabbli għall-ferroviji li joperaw servizzi lokali u reġjonali bl-użu ta’ sezzjoni limitata tal-kurituri ferrovjarji fid-Deċiżjoni 2009/561/KE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3). Dawn m’għandhomx jirriżultaw fid-distorsjoni mhux xierqa tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji jew jaffettwaw il-kompetittività ġenerali tas-settur ferrovjarju.

5.   Biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe imposta medja u marġinali ta' maniġer tal-infrastruttura partikolari għall-użu ekwivalenti tal-infrastruttura tiegħu tkun paragunabbli u li servizzi paragunabbli fl-istess taqsima tas-suq ikunu suġġetti għall-istess imposti. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu juri fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk li s-sistema tat-tqegħid tal-imposti tissodisfa dawn ir-rekwiżiti sa fejn dan jista' jsir mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

6.   Jekk maniġer tal-infrastruttura jkun beħsiebu jemenda l-elementi essenzjali tas-sistema tat-tqegħdi tal-imposti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jagħmilhom pubbliċi għall-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ skadenza għall-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk skont l-Artikolu 27(4).

Artikolu 33

Skonti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101, 102, 106 u 107 tat-TFUE u minkejja l-prinċipju tal-ispiża diretta stipulat fl-Artikolu 31(3) ta' din id-Direttiva, kull skont fuq il-piżijiet imposti fuq impriża ferrovjarja mill-maniġer tal-infrastruttura għal kwalunkwe servizz, għandha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Għajr għall-paragrafu 3, l-iskonti għandhom ikunu limitati għat-tfaddil attwali tal-ispiża amministrattiva għall-maniġer tal-infrastruttura. Fid-determinazzjoni tal-livell tal-iskont, ma għandux jitqies it-tfaddil ta' spejjeż li jkunu diġà ġew internalizzati fil-piż impost.

3.   Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jintroduċu skemi disponibbli għall-utenti kollha tal-infrastruttura, għal flussi speċifikati tat-traffiku, li jagħtu skonti limitati fil-ħin biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' servizzi ġodda ferrovjarji, jew skonti li jinkoraġġixxu l-użu ta' linji konsiderevolment mhux użati biżżejjed.

4.   L-iskonti jistgħu jirrelataw biss għal piżijiet imposti għal taqsima speċifika tal-infrastruttura.

5.   Skemi simili ta' skonti għandhom japplikaw għal servizzi simili. L-iskemi ta’ skont għandhom japplikaw b’mod nondiskriminatorju għal kull impriża ferrovjarja.

Artikolu 34

Skemi ta' kumpens għal spejjeż ambjentali, aċċidentali u infrastrutturali mhux imħallsa

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema ta' kumpens limitata biż-żmien għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għall-ispejjeż ambjentali aċċidentali u infrastrutturali mhux imħallsa b’mod dimostrabbli għal mezzi kompetittivi tat-trasport sa fejn dawn l-ispejjeż ikunu jaqbżu l-ispejjeż ekwivalenti tal-ferroviji.

2.   Meta impriża ferrovjarja li tirċievi kumpens ikollha dritt esklussiv, il-kumpens għandu jiġi akkumpanjat minn benefiċċji paragunabbli għall-utenti.

3.   Il-metodoloġija użata u l-kalkoli mwettqa għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Għandu jkun possibbli, b’mod partikolari, li jintwerew l-ispejjeż speċifiċi mhux imposti tal-infrastruttura tat-trasport kompetittriċi li huma evitati u li jiġi żgurat li l-iskema tingħata lill-impriżi b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskema tkun kompatibbli mal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-TFUE.

Artikolu 35

Skema tal-prestazzjoni

1.   L-iskemi tat-tqegħid tal-imposti tal-infrastruttura għandhom jinkoraġġixxu l-impriżi ferrovjarji u lill-maniġer tal-infrastruttura biex jimminimizzaw ix-xkiel u jtejbu l-prestazzjoni tan-netwerk ferrovjarju permezz ta’ skema tal-prestazzjoni. Din l-iskema tista’ tinkludi penali għal azzjonijiet li jfixklu t-tħaddim tan-netwerk, il-kumpens għall-impriżi jsofru xkiel u bonuses li jippremjaw prestazzjoni aħjar minn dik li ġiet ippjanata.

2.   Il-prinċipji bażiċi tal-iskema tal-prestazzjoni kif elenkati fil-punt 2 tal-Anness VI għandhom japplikaw man-netwerk kollu.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward emendi għall-punt 2(c) tal-Anness VI. B'hekk il-punt 2(c) tal-Anness VI jista' jiġi emendat fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-suq ferrovjarju u tal-esperjenza miksuba minn korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55, mill-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji. Tali emendi għandhom jadattaw il-klassijiet ta' dewmien skont l-aħjar prattika żviluppata mill-industrija.

Artikolu 36

Il-Piżijiet ta' riserva

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimponu imposta għall-kapaċità allokata iżda mhux użata. Din l-imposta għan-nuqqas ta' użu għandha tipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità. Il-ġbir ta’ tali imposta fuq l-applikanti li kienu allokati mogħdija ferrovjarja għandha tkun obbligatorja fil-każ tan-nuqqas regolari tagħhom li jużaw il-mogħdijiet ferrovjarji allokati jew parti minnhom. Għall-impożizzjoni ta' dan il-piż, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw fid-dikjarazzjoni tan-netwerk tagħhom il-kriterji għad-determinazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jikkontrolla tali kriterji b’konformità mal-Artikolu 56. Il-ħlasijiet għal din l-imposta għandhom isiru mill-applikant jew mill-impriża ferrovjarja maħtura skont l-Artikolu 41(1). Il-maniġer tal-infrastruttura għandu dejjem ikun jista' jinforma lil kull parti interessata dwar il-kapaċità tal-infrastruttura li tkun diġà ġiet allokata lill-impriżi ferrovjarji tal-utenti.

Artikolu 37

Kooperazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta' impożizzjoni ta' piżijiet f’aktar minn netwerk wieħed

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw biex jippermettu l-applikazzjoni ta’ skemi tat-tqegħid tal-imposti effiċjenti, u jikkoordinaw bejniethom dwar il-piżijiet jew biex jimponu piż għat-tħaddim tas-servizzi ferrovjarji li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom b'mod partikolari jimmiraw li jiggarantixxu l-aħjar kompetittività għas-servizzi tat-trasport internazzjonali bil-ferrovija u jiżguraw l-użu effiċjenti tan-netwerks ferrovjarji. Għal dan il-għan huma għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa soġġetti għar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw biex il-mark-ups imsemmija fl-Artikolu 32, u l-iskemi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35, ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod effiċjenti għat-traffiku li jaqsam aktar minn netwerk wieħed tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

TAQSIMA 3

L-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura

Artikolu 38

Drittijiet tal-kapaċità

1.   Il-kapaċità tal-infrastruttura għandha tiġi allokata minn maniġer tal-infrastruttura Ladarba tkun allokata lil applikant, din ma għandhiex tiġi ttrasferita minn min jirċeviha lejn impriża jew servizz ieħor.

Kull negozjar fil-kapaċità tal-infrastruttura għandu jiġi pprojbit u għandu jwassal għall-esklużjoni minn aktar allokazzjoni tal-kapaċità.

L-użu tal-kapaċità minn impriża ferrovjarja meta tkun qed twettaq in-negozju ta' applikant li mhuwiex impriża ferrovjarja ma għandux jitqies bħala trasferiment.

2.   Id-dritt tal-użu ta' kapaċità speċifika tal-infrastruttura fil-forma ta' mogħdija tal-ferrovija jista' jingħata lill-applikanti għal terminu massimu ta' perjodu wieħed ta' skeda tax-xogħol.

Maniġer tal-infrastruttura u applikant jistgħu jidħlu fi ftehim ta’ qafas kif stipulat fl-Artikolu 42 għall-użu tal-kapaċità fuq l-infrastruttura ferrovjarja rilevanti għal terminu itwal minn perjodu wieħed ta’ skeda tax-xogħol.

3.   Id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-maniġers tal-infrastruttura u tal-applikanti fir-rigward ta' kull allokazzjoni tal-kapaċità għandha tiġi stipulata fil-kuntratti jew fil-liġi tal-Istati Membri.

4.   Fejn applikant ikun beħsiebu jitlob għal kapaċità tal-infrastruttura bil-ħsieb li jħaddem servizz internazzjonali tal-passiġġieri, huwa għandu jinforma lill-maniġers tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati. Sabiex huma jkunu jistgħu jivvalutaw jekk l-iskop tas-servizz internazzjonali huwiex it-trasport ta’ passiġġieri fuq rotta bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti, u x’inhu l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tkun tat servizz ferrovjarju tal-passiġġieri fuq dik ir-rotta definita f’kuntratt ta’ servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata li għandha d-dritt tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku fuq ir-rotta ta’ dak is-servizz internazzjonali tal-passiġġieri tkun infurmata b’dan.

Artikolu 39

Allokazzjoni tal-kapaċità

1.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw qafas għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura suġġetta għall-kundizzjoni ta’ indipendenza tal-immaniġġjar stipulata fl-Artikolu 4. Għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi għall-allokazzjoni tal-kapaċità. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jwettaq il-proċessi tal-allokazzjoni tal-kapaċità. B’mod partikolari, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiżgura li l-kapaċità tal-infrastruttura tiġi allokata b'mod ġust u nondiskriminatorju u skont il-liġi tal-Unjoni.

2.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni mogħtija lilhom.

Artikolu 40

Kooperazzjoni fl-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali fuq aktar minn network wieħed

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-infrastruttura jikkooperaw biex jippermettu l-ħolqien u l-allokazzjoni effiċjenti tal-kapaċità tal-infrastruttura li taqsam aktar minn netwerk wieħed tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, inkluż taħt ftehimiet qafas imsemmija fl-Artikolu 42. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu dawk il-proċeduri li huma xierqa, suġġett għar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva u għandhom jorganizzaw mogħdijiet tal-ferrovija li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed kif jixraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq maniġers tal-infrastruttura oħrajn jingħaqdu sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta', jew sabiex tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura kollha rilevanti fuq livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi miġbura fil-liġi tal-Unjoni dwar in-netwerks orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità stabbiliti skont din il-kooperazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-maniġers tal-infrastruttura fid-dikjarazzjoni tan-netwerk tagħhom b’konformità mal-paragrafu 3 tal-Anness IV. Rappreżentati xierqa ta' maniġers tal-infrastruttura minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu assoċjati ma' dawn il-proċeduri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata u mistiedna tattendi bħala osservatur għal-laqgħat prinċipali li fihom jiġu żviluppati prinċipji u prattiki komuni għall-allokazzjoni tal-infrastruttura. Il-korpi regolatorji għandhom jirċievu biżżejjed informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' prinċipji u prattiki komuni għall-allokazzjoni ta' infrastruttura u minn sistemi ta' allokazzjoni bbażati fuq l-IT, biex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta' superviżjoni regolatorja skont l-Artikolu 56.

3.   F’kull laqgħa jew attività oħra li ssir biex tippermetti l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura għal servizzi ferrovjarji tat-transnetwerk, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss mir-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura.

4.   Il-parteċipanti fil-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li s-sħubija li fiha l-metodi ta' tħaddim tagħha u l-kriterji kollha rilevanti użati biex tiġi vvalutata u allokata l-kapaċità tal-infrastruttura jsiru pubblikament disponibbli.

5.   Waqt li jaħdmu b'kooperazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal mogħdijiet internazzjonali tal-ferrovija, u jistgħu meta meħtieġ jipproponuhom u jorganizzawhom, biex jiffaċilitaw it-tħaddim ta' ferroviji tal-merkanzija li huma suġġetti għal talba ad hoc kif imsemmi fl-Artikolu 48.

Dawn il-mogħdijiet internazzjonali tal-ferrovija rranġati minn qabel għandhom ikunu disponibbli għall-applikanti permezz tal-maniġers parteċipanti tal-infrastruttura.

Artikolu 41

Applikanti

1.   It-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura jistgħu jsiru minn applikanti. Sabiex tintuża tali kapaċità tal-infrastruttura, l-applikanti għandhom jaħtru impriża ferrovjarja biex tikkonkludi fethim mal-maniġer tal-infrastruttura skont l-Artikolu 28. Dan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikanti li jikkonkludu ftehimiet mal-maniġers tal-infrastruttura taħt l-Artikolu 44(1).

2.   Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-applikanti sabiex jiżgura li l-aspettattivi leġittimi tiegħu dwar id-dħul futur u l-użu tal-infrastruttura jiġu ssalvagwardjati. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu adegwati, trasparenti u nondiskriminatorji. Huma għandhom jiġu speċifikati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk kif imsemmi fil-punt 3(b) tal-Anness IV. Huma jistgħu jinkludu biss il-forniment ta' garanzija finanzjarja li ma għandhiex tkun aktar mil-livell xieraq li għandu jkun proporzjonali għal-livell ikkontemplat tal-attività tal-applikant, u l-iżgurar tal-kapaċità li jiġu ppreparati offerti li jkunu konformi mal-kapaċità infrastrutturali.

3.   Qabel 16 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġi applikat il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 42

Ftehimiet ta’ qafas

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101, 102 u 106 tat-TFUE, ftehim ta’ qafas jista’ jiġi konkluż bejn maniġer tal-infrastruttura u applikant. Dan il-ftehim ta’ qafas għandu jispeċifika l-karatteristiċi tal-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa minn applikant u offruta lilu tul perjodu ta' żmien li jaqbeż perjodu wieħed ta’ skeda tax-xogħol.

Il-ftehim ta’ qafas ma għandux jispeċifika mogħdija tal-ferrovija fid-dettall, imma għandu jkun tali li jilħaq il-ħtiġijiet leġittimi kummerċjali tal-applikant. Stat Membru jista' jitlob approvazzjoni minn qabel ta' dan il-ftehim ta’ qafas mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 ta' din id-Direttiva.

2.   Ftehim ta’ qafas ma għandux ikun tali li jipprekludi l-użu tal-infrastruttura rilevanti minn applikanti jew servizzi oħrajn.

3.   Ftehim ta’ qafas għandu jippermetti għall-emendar jew għal-limitazzjoni tat-termini tiegħu biex jippermetti li jsir użu aħjar tal-infrastruttura ferrovjarja.

4.   Ftehim ta’ qafas jista' jiġbor fih penali jekk ikun meħtieġ li jiġi emendat jew itterminat.

5.   Il-ftehimiet ta’ qafas għandhom, fil-prinċipju, jkopru perjodu ta’ ħames snin, li jistgħu jiġġeddu għal perjodi ugwali għat-tul ta’ żmien oriġinali tagħhom. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jaqbel ma’ perjodi iqsar jew itwal f’każijiet speċifiċi. Kwalunkwe perjodu itwal minn ħames snin għandu jiġi ġġustifikat permezz tal-eżistenza ta’ kuntratti kummerċjali, ta’ investimenti speċjalizzati jew ta’ riskji.

6.   Għal servizzi li jkunu qed jużaw infrastruttura speċjalizzata, imsemmija fl-Artikolu 49, li teħtieġ investiment sostanzjali u fit-tul, iġġustifikat b’mod dovut mill-applikant, il-ftehimiet ta’ qafas jistgħu jkunu ta’ perjodu ta’ 15-il sena. Kwalunkwe perjodu itwal minn 15-il sena għandu jkun permissibbli biss f’każijiet eċċezzjonali, b’mod partikolari fejn ikun hemm investiment kbir u fit-tul, u speċjalment fejn it-tali investiment ikun kopert minn impenji kuntrattwali inkluż pjan multiannwali ta’ ħlas ta’ dejn.

F'każijiet eċċezzjonali bħal dawn, il-ftehim ta' qafas jista' jistabbilixxi l-karatterstiċi dettaljati tal-kapaċità li għandhom ikunu provduti lill-applikant għat-tul tal-ftehim ta’ qafas. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jinkludu l-frekwenza, il-volum u l-kwalità tal-mogħdijiet tal-ferroviji. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jnaqqas kapaċità riżervata li, fuq perjodu ta’ mill-anqas xahar, tkun intużat anqas mill-kwota ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 52.

Mill-1 ta’ Jannar 2010 ’il quddiem, ftehim ta’ qafas inizjali jista’ jitfassal għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba, abbażi tal-karatteristiċi tal-kapaċità użati mill-applikanti li jħaddmu servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 2010, sabiex jitqiesu l-investimenti speċjalizzati jew tal-eżistenza ta’ kuntratti kummerċjali. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jkun responsabbli sabiex jawtorizza d-dħul fis-seħħ tat-tali ftehim.

7.   Filwaqt li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità kummerċjali, in-natura ġenerali ta' kull ftehim ta’ qafas għandha tkun disponibbli għal kull parti interessata.

8.   Abbażi tal-esperjenza ta' korpi regolatorji, awtoritajiet u impriżi ferrovjarji kompetenti, u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li jridu jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Artikolu 43

Skeda għall-proċess tal-allokazzjoni

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jżomm mal-iskeda għall-allokazzjoni tal-kapaċità stabbilita fl-Anness VII.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VII. B'hekk, wara li jiġu kkonsultati l-maniġers tal-infrastruttura kollha, l-Anness VII jista' jiġi emendat biex jitqiesu kunsiderazzjonijiet operattivi tal-proċess ta' allokazzjoni. Dawk l-emendi għandhom ikunu bbażati fuq dak li hu meħtieġ fid-dawl tal-esperjenza sabiex ikun żgurat proċess ta' allokazzjoni effiċjenti u jkun rifless it-tħassib operattiv tal-maniġers tal-infrastruttura.

3.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jaqblu mal-maniġers l-oħrajn tal-infrastruttura kkonċernati dwar liema mogħdijiet tal-ferroviji għandhom jiġu inklużi fl-iskeda tax-xogħol, qabel ma jibdew il-konsultazzjoni dwar l-abbozz tal-iskeda tax-xogħol. L-aġġustamenti għandhom isiru biss jekk ikunu assolutament meħtieġa.

Artikolu 44

Applikazzjonijiet

1.   L-applikanti jistgħu japplikaw skont il-liġi pubblika jew privata għand il-maniġer tal-infrastruttura biex jitolbu ftehim li jiggarantixxi d-drittijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-ferrovija permezz tal-ħlas ta’ imposta kif previst fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV.

2.   Talbiet li jirrelataw mal-iskeda tax-xogħol regolari għandhom ikunu konformi mal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Anness VII.

3.   Applikant li huwa firmatarju fi ftehim ta’ qafas għandu japplika skont dak il-ftehim.

4.   Għal mogħdijiet tal-ferrovja li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw illi l-applikanti jkunu jistgħu japplikaw f'punt ta' waqfa waħda li jkun jew korp konġunt stabbilit mill-maniġers tal-infrastruttura jew maniġer tal-infrastruttura wieħed involut fil-mogħdija tal-ferrovija. Dak il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkollu l-permess jaġixxi f'isem l-applikant sabiex ifittex il-kapaċità ma' maniġers oħrajn rilevanti tal-infrastruttura. Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (16).

Artikolu 45

Skedar

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, sa fejn possibbli, jissodisfa t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-infrastruttura inklużi talbiet għall-mogħdijiet tal-ferroviji li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed, u għandhom, se fejn possibbli, jieħdu kont tal-irbit kollu fuq l-applikanti, inkluż l-effett ekonomiku fuq in-negozju tagħhom.

2.   Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jagħti prijorità lil servizzi speċifiċi fil-proċess ta’ skedar u ta' koordinazzjoni, imma biss kif stabbilit fl-Artikoli 47 u 49.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati dwar l-abbozz tal-iskeda tax-xogħol u jagħtihom għall-inqas xahar żmien biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati għandhom jinkludu lil dawk kollha li jkunu talbu l-kapaċità tal-infrastruttura kif ukoll lill-partijiet l-oħrajn li jixtiequ jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kif l-iskeda tax-xogħol tista' taffettwalhom l-abbiltà li jipprokuraw servizzi ferrovjarji waqt il-perjodu tal-iskeda tax-xogħol.

4.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu miżuri xierqa biex jitratta kull tħassib li jkun espress.

Artikolu 46

Proċess ta' koordinazzjoni

1.   Matul il-proċess tal-iskedar imsemmi fl-Artikolu 45, fejn il-maniġer tal-infrastruttura jiltaqa' ma' kunflitti bejn talbiet differenti, għandu jipprova, permezz ta' koordinazzjoni tat-talbiet, jiżgura li r-rekwiżiti kollha jitqabblu flimkien bl-aħjar mod possibbli.

2.   Fejn tinqala’ sitwazzjoni li teħtieġ il-koordinament, il-maniġer tal-infrastruttura għandu d-dritt, f'limiti raġonevoli, li jipproponi kapaċità tal-infrastruttura li tkun differenti minn dik mitluba.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova, permezz ta' konsultazzjonijiet mal-applikanti xierqa jsolvi kull kunflitt. Tali konsultazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-iżvelar tal-informazzjoni li ġejja fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u bil-miktub jew f'forma elettronika:

(a)

il-mogħdijiet tal-ferrovija mitluba mill-applikanti l-oħra kollha fuq l-istess rotot;

(b)

il-mogħdijiet tal-ferrovija allokati fuq bażi preliminari lill-applikanti l-oħra kollha fuq l-istess rotot;

(c)

il-mogħdijiet tal-ferrovija alternattivi proposti fuq ir-rotot rilevanti skont il-paragrafu 2;

(d)

id-dettalji sħaħ tal-kriterji li qed jintużaw fil-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità.

Skont l-Artikolu 39(2), dik l-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ma tiġi żvelata l-identità tal-applikanti l-oħra, sakemm l-applikanti kkonċernati ma jkunux qablu ma' tali żvelar.

4.   Il-prinċipji li jirregolaw il-proċess tal-koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Dawn għandhom, b’mod partikolari, jirriflettu d-diffikultà li jiġu rranġati mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji u l-effett li jista' jkollha l-modifika fuq maniġers oħrajn tal-infrastruttura.

5.   Fejn it-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura ma jistgħux jiġu sodisfatti mingħajr koordinazzjoni, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova jakkomoda t-talbiet kollha permezz tal-koordinazzjoni.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' appell eżistenti u għall-Artikolu 56, fil-każ ta' tilwim dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex dan it-tilwim jiġi riżolt minnufih. Din is-sistema għandha tkun stipulata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Jekk tiġi applikata din is-sistema, għandha tintlaħaq deċiżjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.

Artikolu 47

Infrastruttura kkonġestjonata

1.   Meta, wara l-koordinazzjoni tal-mogħdijiet ferrovjarji mitluba u l-konsultazzjoni mal-applikanti, ma jkunx possibbli li jiġu sodisfatti t-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura b'mod adegwat, il-maniġer tal-infrastruttura għandu minnufih jiddikara li dik it-taqsima tal-infrastruttura li seħħ dan fuqha hija kkonġestjonata. Dan għandu jsir ukoll għall-infrastruttura li hija mistennija li ssofri minn nuqqas ta’ kapaċità fil-futur qrib.

2.   Fejn l-infrastruttura tkun ġiet iddikjarata kkonġestjonata, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jwettaq analiżi tal-kapaċità kif previst fl-Artikolu 50, sakemm ma jkunx diġà qed jiġi implimentat pjan għat-titjib tal-kapaċità kif previst fl-Artikolu 51.

3.   Fejn l-imposti skont l-Artikolu 31(4) ma jkunux ġew iddebitati jew ma jkunux laħqu riżultat sodisfaċenti u l-infrastruttura tkun ġiet iddikjarata kkonġestjonata, il-maniġer tal-infrastruttura jista' wkoll juża kriterji ta' prijorità biex jalloka l-kapaċità tal-infrastruttura.

4.   Il-kriterji ta' prijorità għandhom iqisu l-importanza ta' servizz għas-soċjetà, meta mqabbel ma’ kull servizz ieħor li konsegwentement ikun se jiġi eskluż.

Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport adegwati f’dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp nazzjonali u internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.

L-Istati Membri jistgħu, fejn huwa xieraq, jagħtu lill-maniġer tal-infrastruttura kumpens li jikkorrispondi għal kull telf tad-dħul relatat mal-ħtieġa li tiġi allokata kapaċità partikolari għal ċerti servizzi skont it-tieni subparagrafu.

Dawk il-miżuri u dak il-kumpens għandhom jinkludu il-qies tal-effett ta' din l-esklużjoni fi Stati Membri oħrajn.

5.   L-importanza tas-servizzi tal-merkanzija, u b’mod partikolari tas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija, għandhom jitqiesu b’mod adegwat fid-determinazzjoni tal-kriterji ta' prijorità.

6.   Il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji li għandhom jiġu użati meta l-infrastruttura tkun ikkonġestjonata għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

Artikolu 48

Talbiet ad hoc

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jirrispondi għal talbiet ad hoc għal mogħdijiet tal-ferroviji individwali mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. L-informazzjoni mogħtija dwar il-kapaċità żejda disponibbli għandha tkun disponibbli għall-applikanti kollha li jixtiequ jużaw din il-kapaċità.

2.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, fejn meħtieġ, iwettqu evalwazzjoni tal-bżonn tal-kapaċità ta’ riserva li tinżamm disponibbli fl-aħħar skeda tax-xogħol biex ikunu jistgħu jirrispondu malajr għal talbiet ad hoc prevedibbli għall-kapaċità. Dan għandu japplika wkoll f'każijiet ta' infrastruttura konġestjonata.

Artikolu 49

Infrastruttura speċjalizzata

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-kapaċità tal-infrastruttura għandha titqies disponibbli għall-użu tat-tipi kollha ta’ servizzi li jikkonformaw mal-karatteristiċi meħtieġa għat-tħaddim fil-mogħdija tal-ferrovija.

2.   Meta jkun hemm rotot alternattivi adegwati, il-maniġer tal-infrastruttura jista', wara li jikkonsulta lill-partijiet interessati, jindika infrastruttura partikolari għall-użu minn tipi speċifiċi tat-traffiku. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101, 102 u 106 tat-TFUE, fejn isseħħ din it-tip ta’ identifikazzjoni, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jagħti prijorità lil dan it-tip ta' traffiku fl-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastuttura.

Din l-identifikazzjoni ma għandhiex ma tħallix li jsir użu ta' din it-tip ta’ infrastruttura minn tipi oħrajn tat-traffiku meta l-kapaċità tkun disponibbli.

3.   Fejn l-infrastruttura tkun ġiet indikata hekk kif imsemmi fil-paragrafu 2, dan għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

Artikolu 50

Analiżi tal-kapċità

1.   L-iskop tal-analiżi tal-kapaċità huwa li jiġu ddeterminati l-kostrizzjonijiet fuq il-kapaċità tal-infrastruttura li minħabba fihom it-talbiet għall-kapaċità ma jistgħux jiġu sodisfatti b'mod adegwat, u biex jigu proposti metodi biex talbiet addizzjonali jiġu sodisfatti. L-analiżi tal-kapaċità għandha tidentifika r-raġunijiet għall-konġestjoni u liema miżuri jistgħu jittieħdu fi żmien qasir u medju biex titnaqqas il-konġestjoni.

2.   L-analiżi tal-kapaċità għandha tqis l-infrastruttura, il-proċeduri tat-tħaddim, in-natura tas-servizzi differenti li qed iħaddmu u l-effett ta' dawn il-fatturi kollha fuq il-kapaċità tal-infrastruttura. Il-miżuri li għandhom jitqiesu għandhom jinkludu b’mod partikolari s-servizzi ta’ tibdil fir-rotot, l-iskedar mill-ġdid tas-servizzi, it-tibdiliet tal-veloċità u t-titjib fl-infrastruttura.

3.   Analiżi tal-kapaċità għandha titlesta fi żmien sitt xhur mill-identifikazzjoni tal-infrastruttura bħala waħda kkonġestjonata.

Artikolu 51

Pjan għat-titjib tal-kapaċità

1.   Fi żmien sitt xhur mit-tlestija ta' analiżi tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipproduċi pjan għat-titjib tal-kapaċità.

2.   Il-pjan għat-tijib tal-kapaċità għandu jiġi żviluppat wara konsultazzjoni mal-utenti tal-infrastruttura kkonġestjonata rilevanti.

Għandu jidentifika:

(a)

ir-raġunijiet għall-konġestjoni;

(b)

l-iżvilupp tat-traffiku li probabbli jkun hemm fil-futur;

(c)

ik-kostrizzjonijiet fuq l-iżvilipp tal-infrastruttura;

(d)

l-għażliet u l-ispejjeż għat-titjib tal-kapaċità inklużi t-tibdiliet possibbli għall-imposti tal-aċċess.

Abbażi ta' analiżi tal-benefiċċji tal-ispejjeż tal-miżuri possibbli identifikati, għandu jiddetermina wkoll l-azzjoni li għandha tittieħed sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-infrastruttura, inkluża skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri.

Il-pjan jista' jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Istat Membru.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieqaf milli jimponi kwalunkwe imposta għall-infrastruttura rilevanti skont l-Artikolu 31(4) f'każijiet meta:

(a)

ma jipproduċix il-pjan għat-titjib tal-kapaċità; jew

(b)

ma jagħmilx progress fl-azzjonijiet identifikati fil-pjan għat-titjib tal-kapaċità.

4.   Minkejja l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-maniġer tal-infrastruttura jista', suġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 jibqa' jimponi dawk l-imposti jekk:

(a)

il-pjan għat-titjib tal-kapaċità ma jistax jiġi realizzat għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħu; jew

(b)

l-għażliet disponibbli mhumiex ekonomikament jew finanzjarjament vijabbli.

Artikolu 52

Użu tal-mogħdijiet ferrovjarji

1.   Fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom se jqis il-livelli preċedenti tal-użu tal-mogħdijiet tal-ferrovija fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess tal-allokazzjoni.

2.   Għall-infrastruttura kkonġestjonata b’mod partikolari, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jitlob li tiġi ċeduta mogħdija tal-ferrovija li, fi żmien ta' mill-inqas xahar, tkun intużat inqas minn kwota ta' limitu li għandha tiġi stipulata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, sakemm dan ma kienx dovut għal raġunijet mhux ekonomiċi lil hinn mill-kontroll tal-applikant.

Artikolu 53

Kapaċità tal-infrastuttura għal xogħol ta’ manutenzjoni

1.   It-talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura sabiex ikun jista’ jsir xogħol ta’ manutenzjoni għandhom jiġu sottomessi waqt il-perjodu tal-iskedar.

2.   Għandu jitqies b’mod adegwat mill-maniġer tal-infrastruttura l-effett tal-kapaċità tal-infrastruttura rriservata għax-xogħol ta’ manutenzjoni tal-binarji skedati fuq l-applikanti.

3.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jinforma, mill-ikar fis possibbli, lill-partijiet interessati dwar il-kapaċità tal-infrastruttura li ma tkunx disponibbli minħabba xogħol ta’ manutenzjoni mhux skedat.

Artikolu 54

Miżuri speċjali li għandhom jittieħdu fil-każ ta' disturb

1.   Fil-każ ta' disturb għall-movimenti tal-ferroviji kkawżat minn ħsarat tekniċi jew minn inċidenti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ireġġa' lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak l-iskop, għandu jfassal pjan ta' kontinġenza li jelenka l-korpi varji li għandhom jiġu infurmati fil-każ ta' inċidenti serji jew ta’ disturbi serji għall-movimenti tal-ferroviji.

2.   F'emerġenza u, fejn ikun assolutament meħtieġ, minħabba ħsara li minħabba fiha l-infrastruttura ma tkunx tista’ tintuża b’mod temporanju, il-linji ferrovjarji allokati jistgħu jiġu rtirati mingħajr twissija għal kemm ikun meħtieġ biex tissewwa s-sistema.

Il-maniġer tal-infrastruttura jista', jekk iqis li dan huwa meħtieġ, jesiġi li l-impriżi ferrovjarji jagħmlulu disponibbli r-riżorsi li huwa jħoss li huma l-aktar xierqa biex is-sitwazzjoni tinġieb għan-normal mill-aktar fis possibbli.

3.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi ferrovjarji jinvolvu rwieħhom fl-assigurazzjoni tal-infurzar u tal-monitoraġġ tal-konformità tagħhom stess mal-istandards u r-regoli tas-sikurezza.

TAQSIMA 4

Korp regolatorju

Artikolu 55

Korp regolatorju

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi korp regolatorju nazzjonali wieħed għas-settur ferrovjarju. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, dan il-korp għandu jkun awtorità indipendenti li, f'termini organizzattivi, funzjonali, ġerarkiċi u ta' teħid ta' deċiżjoni, hija legalment distinta u indipendenti minn kull entità pubblika jew privata oħra. Il-korp għandu jkun ukoll indipendenti fl-organizzazzjoni tiegħu, fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-finanzjament, fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet minn kull maniġer, korp tat-tqegħid tal-imposti, korp tal-allokazzjoni jew minn kull applikant. Barra minn hekk, għandu jkun indipendenti funzjonalment minn kwalunkwe awtorità kompetenti involuta fl-għotja ta' kuntratt ta’ servizz pubbliku.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu korpi regolatorji li jkunu komptetenti għal diversi taqsimiet regolati, jekk dawn l-awtoritajiet regolatorji integrati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ indipendenza stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il- korp regolatorju għas-settur ferrovjarju jista' wkoll jingħaqad f'termini organizzattivi mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat (17), l-awtorità tas-sigurtà stabbilita skont id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (18) jew l-awtorità tal-liċenzjar imsemmija fil-Kapitolu III ta' din id-Direttiva, jekk il-korp konġunt jissodisfa r-rekwiżiti ta' indipendenza stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu l-persunal u jiġi amministrat b'tali mod li tkun iggarantita l-indipendenza tiegħu. Huma għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li l-persuni inkarigati mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-korp regolatorju skont l-Artikolu 56, bħall-membri tal-bord eżekuttiv tiegħu, fejn rilevanti, jinħatru skont regoli ċari u trasparenti li jiggarantixxu l-indipendenza mill-kabinett nazzjonali jew mill-kunsill tal-ministri jew minn kwalunkwe awtorità pubblika li ma teżerċitax direttament drittijiet ta’ sieda fuq impriżi regolati.

L-Istati Membri għandhom jideċiedu jekk dawn il-persuni jinħatrux għal terminu ta’ żmien fiss jew rinnovabbli, jew fuq bażi permanenti li tippermetti tneħħija biss għal raġunijiet dixxiplinarji mhux marbuta mat-teħid ta’ deċiżjoni tagħhom. Huma għandhom jintgħażlu fi proċedura trasparenti fuq il-bażi tal-mertu tagħhom, inkluż kompetenza xierqa u esperjenza relevanti, preferibbilment fil-qasam tal-ferroviji jew industriji oħra tan-netwerk.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il persuni jaġixxu b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq relatat mas-settur ferrovjarju, u għaldaqstant ma għandu jkollhom l-ebda relazzjoni ta’ interess jew kummerċjali ma' kwalunkwe impriża jew entità regolata. Għal dan l-iskop, dawn il-persuni għandhom jagħmlu, kull sena, dikjarazzjoni ta’ impenn u dikjarazzjoni ta’ interessi, fejn jindikaw kull interess dirett jew indirett li jista’ jiġi kkunsidrat ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom u lijista' jinfluwenzahom fil-qadi ta’ kwalunkwe funzjoni tagħhom. Dawn il-persuni għandhom jirtiraw mit-teħid ta’ deċiżjoni f’każijiet li jikkonċernaw impriża li magħha kellhom xi rabta diretta jew indiretta matul is-sena qabel it-tnedija ta’ proċedura.

Huma m’għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda gvern jew entità pubblika jew privata oħra meta jwettqu l-funzjonijiet tal-korp regolatorju, u jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju.

Wara t-terminu ta’ żmien tagħhom fil-korp regolatorju, ma għandhom ikollhom ebda pożizzjoni professjonali jew responsabilità ma' ebda waħda mill-impriżi jew entitajiet regolati għal perjodu ta’ mhux inqas minn sena.

Artikolu 56

Funzjonijiet tal-korp regolatorju

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew saritlu offża bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar:

(a)

id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fil-verżjonijiet proviżorji u finali tagħha;

(b)

il-kriterji stabbiliti fiha;

(c)

il-proċess tal-allokazzjoni u r-riżultat tiegħu;

(d)

l-iskema tat-tqegħid tal-imposti;

(e)

il-livell jew l-istruttura tal-imposti infrastrutturali li hu meħtieġ iħallas jew li jista' jkun meħtieġ iħallas;

(f)

l-arranġamenti għall-aċċess skont l-Artikoli 10 sa 13;

(g)

l-aċċess u t-tqegħid ta' imposti għas-servizzi skont l-Artikolu 13.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u għandu, b'mod partikolari, jikkontrolla l-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti. Għandu, b’mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji jew jekk toħloqx setgħat diskrezzjonali għall-maniġer tal-infrastruttura li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni kontra l-applikanti.

3.   Il-korp regolatorju għandu wkoll jikkoopera mill-qrib mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (19), u l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji skont it-tifsira ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet b’mod konġunt jiżviluppaw qafas għall-qsim tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu evitati effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni jew is-sikurezza fis-suq ferrovjarju. Dan il-qafas għandu jinkludi mekkaniżmu biex il-korp regolatorju jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu l-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju u biex l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tipprovdi lill-korp regolatorju u lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu s-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ta’ kull awtorità fi ħdan il-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtorità relevanti għandha teżamina kull rakkomandazzjoni bħal din qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħħa. Jekk l-awtorità relevanti tiddeċiedi li tiddevja minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korp regolatorju jingħata l-kompitu li jadotta opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-verżjonijiet proviżorji tal-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3), il-ftehim kuntrattwali u l-pjan għat-titjib tal-kapaċità biex jiġi indikat b'mod partikolari jekk dawn l-istrumenti humiex konsistenti mas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji.

5.   Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f’dawk li huma riżorsi umani u materjali, li għandha tkun proporzjonata skont l-importanza tas-settur ferrovjarju fl-Istat Membru.

6.   Il-korp regolatorju għandu jiżgura li l-imposti stabbiliti mill-maniġer tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u li dawn huma nondiskriminatorji. In-negozjati bejn l-applikanti u l-maniġer tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti infrastrutturali għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervjeni jekk in-negozjati potenzjalment jiksrux r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

7.   Il-korp regolatorju għandu, regolarment, u, fi kwalunkwe każ, mhux inqas minn kull sentejn, jikkonsulta r-rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, biex iqisu l-fehmiet tagħhom dwar is-suq ferrovjarju.

8.   Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-korp regolatorju jaqbel fuq estenzjoni tal-limitu ta’ żmien li ma għandiex taqbeż xahrejn addizzjonali u jawtorizza tali awtorizzazzjoni. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza talbiet bħal dawn bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq.

9.   Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra kull ilment u, kif jixraq, għandu jitlob tagħrif relevanti u jagħti bidu għal konsultazzjonijiet mal-partijiet relevanti kollha, fi żmien xahar minn meta jkun irċieva l-ilment. Huwa għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni u jgħarraf lill-partijiet relevanti bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju, il-korp regolatorju għandu, fejn xieraq, jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw il-każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra l-applikanti, id-distorsjonijiet tas-suq u kwalunkwe żvilupp ieħor mhux mixtieq f’dawn is-swieq, b’mod partikolari b’referenza għall-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1.

Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta’ istanza amminstrattiva oħra. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi.

Fil-każ ta' appell kontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura, jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jesiġi li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont id-direzzjonijiet speċifikati minnu stess.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jkunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja. L-appell jista’ jkollu effett ta’ sospensjoni fuq id-deċiżjoni tal-korp regolatorju biss meta d-dħul fis-seħħ immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għal min ikun qed jappella. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħti lilha mil-liġi kostituzzjonali applikabbli.

11.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jiġu ppubblikati.

12.   Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jwettaq verifiki jew li jibda verifiki esterni mal-maniġers tal-infrastruttura, operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u, fejn rilevanti, mal-impriżi ferrovjarji, biex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6. F'dan ir-rigward, il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jitlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti. B'mod partikolari l-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura, lill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u l-impriżi kollha jew entitajiet oħra li jwettqu jew jintegraw tipi differenti ta' trasport ferrovjarju jew immaniġġar ta' infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 13 biex jagħtu informazzjoni ta' verifika sħiħa jew parti minnha kif elenkat fl-Anness VIII b'livell suffiċjenti ta' dettall kif meqjus meħtieġ u proporzjonat.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet rigward għajnuna mill-Istat, il-korp regolatorju jista’ wkoll joħroġ konklużjonijiet minn dawn il-kontijiet dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat li għandu jirrapporta lil dawk l-awtoritajiet.

13.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VIII. B'hekk l-Anness VIII jista' jiġi emendat biex jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-prattika ta' kontabbiltà u kontroll u/jew biex jiġi supplementat b'elementi addizzjonali meħtieġa biex tiġi verifikata s-separazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 57

Kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji

1.   Il-korpi regolatorji għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar xogħolhom u l-prinċipji u l-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom u, b’mod partikolari, jiskambjaw informazzjoni dwar il-kwestjonijiet prinċipali tal-proċeduri u l-problemi ta’ interpretazzjoni tagħhom tal-liġi dwar il-ferroviji tal-Unjoni trasposta. Huma għandhom jikkooperaw xort’oħra għall-iskop tal-koordinazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Unjoni kollha. Għal dan il-għan, għandhom jipparteċipaw u jaħdmu flimkien f’netwerk li jiltaqa’ f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tkun membru, tikkoordina u tappoġġja l-ħidma tan-netwerk u tagħmel rakkomandazzjonijiet lin-netwerk, skont kif jixraq. Hija għandha tiżgura kooperazzjoni attiva tal-korpi regolatorji xierqa.

Suġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tas-dejta stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (20) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (21), il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni msemmi hawn fuq, fost il-membri tan-netwerk, possibiliment permezz ta' għodod elettroniċi, bir-rispett tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali fornuti mill-impriżi rilevanti.

2.   Il-korpi regolatorji għandhom jikkooperaw mill-qrib, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' xogħol, għall-iskopijiet ta' assistenza reċiproka fl-inkarigi tagħhom ta' monitoraġġ tas-suq u sabiex jittrattaw l-ilmenti jew l-investigazzjonijiet.

3.   Fil-każ ta’ lment jew investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar kwistjonijiet ta’ aċċess jew ta’ tqegħid ta’ imposti relatat ma’ mogħdija internazzjonali tal-ferrovija, kif ukoll fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-suq relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jikkonsulta l-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li minnhom tgħaddi l-mogħdija ferrovjarja internazzjonali u, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħandhom qabel ma tittieħed id-deċiżjoni.

4.   Il-korpi regolatorji kkonsultati skont il-paragrafu 3 għandhom jagħtu l-informazzjoni kollha li huma nnifishom ikollhom id-dritt li jitolbu skont il-liġi nazzjonali tagħhom. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Il-korp regolatorju li qed jirċievi l-ilment jew li jkun qed imexxi l-investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess għandu jittrasferixxi l-informazzjoni rilevanti lill-korp regolatorju responsabbli biex dak il-korp ikun jista’ jieħu l-miżuri fir-rigward il-partijiet konċernati.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rappreżentant assoċjat ieħor tal-maniġers tal-infrastruttura, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) jagħti, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu ttrattati l-ilment jew l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u mitluba mill-korp regolatorju tal-Istat Membru li fih jinsab ir-rappreżentant assoċjat. Dak il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jittrasferixxi informazzjoni bħal din dwar il-mogħdija ferrovjarja internazzjonali kkonċernata lill-korpi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3.

7.   Fuq talba ta’ korp regolatorju, il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fl-attivitajiet elenkati fil-paragrafi 2 sa 6 għall-fini li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-korpi regolatorji kif hemm spjegat fil-qosor f’dawk il-paragrafi.

8.   Il-korpi regolatorji għandhom jiżviluppaw prinċipji u prattika komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandhom is-setgħa jieħdu skont din id-Direttiva. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji u tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, u, jekk meħtieġ, tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti tal-korpi regolatorji, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jistipulaw prinċipji u prattiki komuni bħal dawn. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

9.   Il-korpi regolatorji għandhom janalizzaw id-deċiżjonijiet u l-prattiki tal-assoċjazzjonijiet tal-maniġers tal-infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 37 u l-Artikolu 40(1) li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew li jiffaċilitaw it-trasport ferrovjarju nazzjonali b’mod ieħor.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

Regoli dwar l-akkwist pubbliku

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva se jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (22).

Artikolu 59

Derogi

1.   Sal-15 ta' Marzu 2013, l-Irlanda, bħala Stat Membru li jinsab fuq gżira, b'konnessjoni ferrovjarja ma' Stat Membru ieħor wieħed biss, u r-Renju Unit, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, fuq l-istess bażi:

(a)

ma għandhomx għalfejn jafdaw f’idejn korp indipendenti l-funzjonijiet li jiddeterminaw aċċess ekwu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura, kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) sa fejn dak l-Artikolu jobbliga lill-Istati Membri biex jistabbilixxu korpi indipendenti li jwettqu l-ħidmiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7(2);

(b)

ma għandhomx għalfejn japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27, l-Artikolu 29(2), l-Artikoli 38, 39 u 42, l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 46(6), l-Artikolu 47, l-Artikolu 49(3), l-Artikoli 50 sa 53, l-Artikolu 55 u l-Artikolu 56 bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura jew dwar it-tqegħid tal-imposti jkunu jistgħu jiġu appellati, jekk dan jintalab bil-miktub minn impriża ferrovjarja, quddiem korp indipendenti li għandu jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha u li d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun suġġetta għal analiżi ġudizzjarja.

2.   Meta aktar minn impriża ferrovjarja waħda jkunu liċenzjati skont l-Artikolu 17 jew, fil-każ tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, kumpanija ferrovjarja hekk liċenzjata band'oħra tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex tħaddem servizzi ferrovjarji kompetituri, għal jew mill-Irlanda jew l-Irlanda ta' Fuq, l-applikabbiltà kontinwa ta' din id-deroga għandha tiġi deċiża skont il-proċedura konsultattiva msemmiija fl-Artikolu 62(2).

Id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw fejn impriża ferrovjarja li tħaddem servizzi ferrovjarji fl-Irlanda jew l-Irlanda ta' Fuq tissottometti applikazzjoni uffiċjali biex tħaddem servizzi ferrovjarji, fit-territorju, lejn it-territorju jew mit-territorju ta' Stat Membru ieħor bl-eċċezzjonijiet tal-Irlanda għal impriżi ferrovjarji li jaħdmu fl-Irlanda ta’ Fuq u tar-Renju Unit għal impriżi ferrovjarji li jaħdmu fl-Irlanda.

Fi żmien sena minn meta jirċievu jew id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew in-notifika tal-applikazzjoni uffiċjali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat jew l-Istati Membri kkonċernati (l-Irlanda jew ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq), għandhom jagħmlu leġiżlazzjoni biex jimplimentaw l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġġedded għal perjodi mhux itwal minn ħames snin. Mhux iktar tard minn 12-il xahar qabel id-data tal-iskadenza tad-deroga, Stat Membru li jagħmel użu minn dik id-deroga jista' jindirizza talba lill-Kummissjoni għal deroga mġedda. Kull talba bħal din għandha tiġi ġustifikata. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba u tadotta deċiżjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 62(2). Dik il-proċedura għandha tapplika għal kull deċiżjoni relatata mat-talba.

Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tqis kull żvilupp fis-sitwazzjoni ġeopolitika u l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju fi Stat Membru, minn Stat Membru u lejn Stat Membru li jkun talab id-deroga mġedda.

Artikolu 60

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 20(5), l-Artikolu 35(3), l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 56(13) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn 15 ta' Diċembru 2012. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Il-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 20(5), l-Artikolu 35(3), l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 56(13) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data ulterjuri stipulata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 20(5), l-Artikolu 35(3), l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 56(13) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 61

Miżuri ta’ applikazzjoni

Fuq it-talba ta’ Stat Membru, ta' korp regolatorju jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina miżuri speċifiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali b'rabta mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, rigward il-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, il-liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji, it-tqegħid ta' imposti għall-infrastruttura u l-allokazzjoni tal-kapaċità fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni ta' dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa’ tiġi applikata fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi din it-talba.

Artikolu 62

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni dwar abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(9), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 31(3) u (5), l-Artikolu 32(4) u l-Artikolu 57(8), il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika.

Artikolu 63

Rapport

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kapitolu II. Dan ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-iżvilupp tas-suq inkluż l-istat ta’ preparazzjoni ta’ ftuħ akbar tas-suq ferrovjarju. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tanalizza wkoll il-mudelli differenti għall-organizzazzjoni ta’ dan is-suq u l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-finanzjament tagħhom. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u d-differenzi intrinsiċi bejn l-Istati Membri (id-densità tan-netwerks, in-numru ta’ passiġġieri, id-distanza medja tal-vjaġġar). Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi b'rabta mal-ftuħ tas-suq tal-passiġġieri bil-ferrovija domestiċi u tiżviluppa kundizzjonijiet adegwati biex jiżguraw aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura, żvilupp ulterjuri fuq ir-rekwiżiti ta' separazzjoni eżistenti bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' trasport u għandha tivvaluta l-impatt ta’ kwalunkwe miżura bħal dawn.

2.   Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk tal-korpi regolatorji, il-Kummissjoni għandha sa 16 ta' Diċembru 2014 tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri komplementari biex tiżgura superviżjoni regolatorja integrata tas-suq ferrovjarju Ewropew, partikolarment għal servizzi internazzjonali. Għal dak il-għan, għandhom jitqiesu wkoll il-miżuri leġiżlattivi jekk ikun il-każ.

Artikolu 64

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, inkluż fir-rigward tal-konformità minn impriżi, operaturi, applikanti, awtoritajiet u entitajiet oħra kkonċernati sa 16 ta’ Ġunju 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, it-tali dispożizzjonijiet għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijeit amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha titfassal it-tali dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-obbligi tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu II u IV ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal Ċipru u għal Malta sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom.

Artikolu 65

Tħassir

Id-Direttivi 91/440/KEE, 95/18/KE u 2001/14/KE, kif emendati bid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness IX huma mħassra b'effett minn 15 ta' Diċembru 2012, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IX fil-liġi nazzjonali.

Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness X.

Artikolu 66

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 67

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 99.

(2)  ĠU C 104, 2.4.2011, p. 53.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-16 ta' Novembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-8 ta' Marzu 2012 (ĠU C 108 E, 14.4.2012, p. 8). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2012

(4)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

(5)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70.

(6)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.

(7)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

(9)  ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(12)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(13)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE tat-22 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/679/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-sottosistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 60).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/386/KE tat-23 ta' April 2008 li timmodifika l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea u l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/860/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ta' kontroll u ta' sinjalar tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 11).

(16)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.

(17)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

Nota tal-Editur: It-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ġie aġġustat biex jieħu kont tan-numerazzjoni ġdida tal-artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, skont l-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat.

(18)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(19)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(20)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(21)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(22)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS I

LISTA TA’ ELEMENTI TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

L-infrastruttura ferrovjarja tikkonsisti fl-affarijiet segwenti, sakemm dawn jiffurmaw parti mil-linja permanenti, li tinkludi l-binarji ż-żgħar tal-ġenb, iżda teskludi l-linji li qegħdin fil-postijiet fejn jissewwew il-magni tal-ferrovija, fl-imħażen jew fl-imħażen lokomottivi, u branki ta' linji u binarji żgħar privati:

Żona terrana,

Il-linja tal-ferrovija u l-istruttura nnifisha, b'mod partikulari, l-imbankamenti, it-taħfir fl-art, il-kanali u fossi tad-drenaġġ, il-kanali ta' taħt il-ferrovija, il-ħitan li jgħattu dawn l-istrutturi, l-impjant ta' rampi fil-ġenb għall-protezzjoni, eċċ.; pjattaformi għall-passiġġieri u għall-merkanzija inkluż fi stazzjonijiet tal-passiġġieri u terminals tal-merkanzija; bankini u mogħdijiet tal-mixi; il-ħitan li jservu għall-għeluq, sisien, ċnut; strippi ta' protezzjoni min-nar; l-apparat li jintuża' fil-postijiet ta' sħana; fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin, eċċ.; paraventi ta' protezzjoni mill-borra,

Strutturi tal-inġinerija: ponti, kanali li jaqsmu minn taħt il-ferroviji u mogħdijiet li jgħaddu minn fuq, mini, taħfir tal-art mgħotti u mogħdijiet oħra li jgħaddu minn taħt; ħitan li jservu għall-appoġġ, u strutturi għall-protezzjoni kontra l-valangi u l-ġebel li jaqa', eċċ.,

Postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin li jkunu fuq livell wieħed, li jinkludi l-apparat li jiżgura s-sikurezza fit-traffiku tat-triq,

Is-soprastruttura, b’mod partikolari: linji, linji spirali u ta’ kontroll; travi ta' taħt il-linji u dawk li jżommu l-istruttura lonġitudinali, strutturi żgħar għall-mogħdija permanenti, saborra li tinkludi ż-żrar u r-ramel; punti, postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin, eċċ.; l-istrutturi li jiddirezzjonaw il-linji u li jittraversaw (barra minn dawk li huma riservati esklussivament għal-lokomottivi),

Mezzi ta' aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess bit-triq u l-aċċess għal passiġġieri li jaslu jew jitilqu bil-mixi,

Stallazzjonijiet ta’ sigurtà, senjalar u telekomunikazzjoni fil-linji tal-ferrovija miftuħa, fl-istazzjonijiet u fil-wesgħa tal-ferroviji tal-merkanzija, inkluż l-impjant għall-ġenerazzjoni, it-trasformazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kurrent tal-elettriku sabiex isiru s-senjalazzjonijiet u t-telekomunikazzjonijiet; binjiet għal dawn l-istallazzjonijiet u impjanti; brejkijiet fil-linji,

Stallazzjonijiet tad-dwal għal raġunijiet ta' traffiku u sikurezza,

Impjant għat-trasformazzjoni u t-trasport tal-kurrent tal-elettriku minħabba t-trasport tal-merkanzija permezz tal-ferroviji: stazzjonijiet sussidjarji, provvista ta’ kejbils bejn l-istallazzjonijiet sussidjarji u l-fili tal-kuntatt, katenarji u appoġġ; it-tielet linja bl-appoġġ,

Il-bini użat mid-dipartiment tal-infrastruttura, inkluż proporzjon tal-istallazzjonijiet għall-ġbir ta' imposti fuq it-trasport.


ANNESS II

SERVIZZI LI GĦANDHOM JINGĦATAW LILL-IMPRIŻI FERROVJARJI

(imsemmija fl-Artikolu 13)

1.

Il-pakkett ta' aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:

(a)

fl-immaniġġjar ta' talbiet għall-kapaċità tal-infrastruttura;

(b)

fid-dritt li tintuża l-kapaċità allokata;

(c)

fl-użu ta' infrastruttura ferrovjarja, inklużi track points u ġonot;

(d)

fil-kontroll tal-ferrovija inkluż is-senjalar, ir-regolament, id-dispatching u l-komunikazzjoni u l-forniment ta' informazzjoni dwar il-moviment tal-ferrovija;

(e)

l-użu ta' tagħmir għall-provvista tal-elettriku għall-kurrent tat-trazzjoni, meta jkun disponibbli;

(f)

l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni jew għat-tħaddim tas-servizz li għalih ingħatat il-kapaċità.

2.

Għandu jingħata aċċess, inkluż aċċess għat-tracks, għall-faċilitajiet tas-servizzi li ġejjin, meta dawn ikunu jeżistu, u għas-servizzi fornuti f' dawn il-faċilitajiet:

(a)

stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħrajn; inkluż informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u post adattat għal servizzi relatati mal-biljetti;

(b)

terminali tal-merkanzija;

(c)

marshalling yards u faċilitajiet għall-formazzjoni tal-ferrovija inklużi servizzi ta' shunting;

(d)

sidings għall-ħażna;

(e)

faċilitajiet ta' manutenzjoni, bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet ta' manutenzjoni ddedikati għal ferroviji b'veloċità għolja jew għal tipi speċifiċi oħra ta' materjal ferrovjarju li jirrikjedi faċilitajiet speċifiċi;

(f)

faċilitajiet tekniċi oħrajn, inklużi faċilitajiet għat-tindif u l-ħasil;

(g)

faċilitajiet tal-port marittimu u tal-passaġġi tal-ilma interni li huma marbuta mal-attivitajiet ferrovjarji;

(h)

faċilitajiet ta’ għajnuna;

(i)

faċilitajiet għal refuelling u l-provvista ta' karburant f'dawn il-faċilitajiet, li l-imposti għalihom fuq il-fatturi għandhom jintwerew separatament.

3.

Is-servizzi addizzjonali jistgħu jinkludu:

(a)

kurrent tat-trazzjoni, li l-imposti għalih jintwerew fil-fatturi b'mod separat mill-imposti għall-użu tat-tagħmir għall-provvista tal-elettriku, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE;

(b)

it-tisħin minn qabel tal-ferroviji tal-passiġġieri;

(c)

kuntratti speċifiċi għal:

kontroll tat-trasport ta' merkanzija perikoluża,

assistenza fit-tħaddim ta' ferroviji mhux tas-soltu.

4.

Is-servizzi anċillari jistgħu jinkludu:

(a)

aċċess għan-netwerk tat-telekomunikazzjoni;

(b)

il-forniment ta' informazzjoni supplementari;

(c)

l-ispezzjoni teknika tar-rolling stock;

(d)

servizzi relatati mal-biljetti fi stazzjonijiet tal-passiġġieri;

(e)

faċilitajiet ta' manutenzjoni tqila fornuta f’faċilitajiet ta’ manutenzjoni ddedikati għal ferroviji b'veloċità għolja jew għal tipi speċifiċi oħra ta' materjal ferrovjarju li jirrikjedi faċilitajiet speċifiċi.


ANNESS III

QAGĦDA FINANZJARJA TAJBA

(imsemmija fl-Artikolu 20)

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriżi li jkunu qed japplikaw għal liċenzja f'konformità mal-Artikolu 20 tkopri l-aspetti li ġejjin:

(a)

il-fondi disponibbli, inklużi l-bilanċ bankarju, id-dispożizzjonijiet ta' pledged overdraft u s-self;

(b)

il-fondi u l-assi disponibbli bħala garanzija;

(c)

il-kapital li jiċċirkola;

(d)

l-ispejjeż rilevanti, inklużi l-ispejjeż ta' ħlasijiet għall-karozzi, l-art, il-binjiet, l-istallazzjonijiet u r-rolling stock;

(e)

l-imposti fuq l-assi ta’ impriża;

(f)

taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.


ANNESS IV

KONTENUT TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NETWERK

(imsemmija fl-Artikolu 27)

Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27 għandu jkollha din l-informazzjoni:

1.

Taqsima li tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-kundizzjonjiet tal-aċċess għaliha. L-informazzjoni mogħtija f’din it-taqsima għandha tkun konsistenti, fuq bażi annwali, mar-reġistri tal-infrastruttura ferrovjarja li għandhom ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE jew għandha tirreferi għalihom.

2.

Taqsima dwar il-prinċipji ta' imposti u tariffi. Din għandu jkun fiha dettalji xierqa dwar l-iskema tal-imposti kif ukoll informazzjoni suffiċjenti dwar l-imposti, u kif ukoll kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess li tapplika għas-servizzi elenkati fl-Anness II li jiġu pprovduti minn fornitur wieħed biss. Għandha tagħti dettalji dwar il-metodoloġija, ir-regoli u, meta applikabbli, l-iskali użati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 31 sa 36, fir-rigward ta’ kemm il-kostijiet kif ukoll l-imposti. Għandha tiġbor fiha informazzjoni dwar tibdiliet fl-imposti diġà deċiżi jew previsti fil-ħames snin li ġejjin jekk disponibbli.

3.

Taqsima dwar il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità. Din għandha tistabbilixxi l-kapaċità ġenerali tal-karatteristiċi tal-infrastruttura li hija disponibbli għall-impriżi ferrovjarji u kull restrizzjoni relatata mal-użu tagħha, inklużi l-ħtiġijiet ta' kapaċità x'aktarx meħtieġa għall-manutenzjoni. Għandha wkoll tispeċifika l-proċeduri u t-termini li jirrelataw mal-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità. Għandu jkun fiha kriterji speċifiċi li jintużaw waqt dak il-proċess, partikolarment:

(a)

il-proċeduri li bihom l-applikanti jistgħu jitolbu l-kapaċità mingħand il-maniġer tal-infrastruttura;

(b)

ir-rekwiżiti li jirregolaw l-applikanti;

(c)

l-iskeda għall-proċessi tal-applikazzjoni u l-allokazzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex tintalab informazzjoni dwar l-iskedar u l-proċeduri għall-iskedar ta' xogħol ta' manutenzjoni ppjanat jew mhux previst;

(d)

il-prinċipji li jirregolaw il-proċess ta’ koordinazzjoni u s-sistema tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li hija disponibbli permezz ta’ dan il-proċess;

(e)

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kriterji użati meta l-infrastruttura hija kkonġestjonata;

(f)

id-dettalji dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-infrastruttura;

(g)

kull kundizzjoni li permezz tagħha jitqiesu livelli preċedenti ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet għall-proċess tal-allokazzjoni.

Għandha tagħti dettalji dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat trattament adegwat tas-servizzi tal-merkanzija, servizzi internazzjonali u talbiet suġġetti għall-proċedura ad hoc. Għandu jkun fiha mudell għat-talbiet għall-kapaċità. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika wkoll informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri tal-allokazzjoni għal rotot internazzjonali tal-ferrovija.

4.

Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni għal liċenzja msemmija fl-Artikolu 25 ta' din id-Direttiva u dwar iċ-ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja maħruġa skont id-Direttiva 2004/49/KE jew l-indikar ta' sit elettroniku fejn it-tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'forma elettronika.

5.

Taqsima dwar l-informazzjoni dwar proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-appelli relatati ma’ kwistjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferovjarji u mal-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35.

6.

Taqsima dwar l-informazzjoni relatata mal-aċċess u l-ġbir ta' imposti għall-faċilitajiet ta’ servizzi msemmija fl-Anness II. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizzi li mhumiex ikkontrollati mill-maniġer tal-infrastruttura għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-imposti għall-kisba tal-aċċess għall-faċilità u għall-forniment tas-servizzi, u informazzjoni dwar kundizzjonijiet għall-aċċess tekniku għall-inklużjoni fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk jew l-indikar ta' sit elettroniku fejn it-tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f'forma elettronika.

7.

Ftehim li jservi ta’ mudell għall-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas bejn maniġer tal-infrastruttura u applikant skont l-Artikolu 42.


ANNESS V

PRINĊIPJI U PARAMETRI BAŻIĊI TA’ FTEHIMIET KUNTRATTWALI BEJN AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-MANIĠERS TAL-INFRASTRUTTURA

(imsemmija fl-Artikolu 30)

Il-ftehim kuntrattwali għandu jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30, u jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(1)

l-ambitu tal-ftehim fir-rigward tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizz, strutturat skont l-Anness II. Għandu jkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inklużi l-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura li diġà qed titħaddem. Fejn xieraq, il-bini ta' infrastruttura ġdida jista' wkoll ikun kopert;

(2)

l-istruttura tal-ħlasijiet jew fondi allokati lis-servizzi tal-infrastruttura mniżżlin fl-Anness II, għall-manutenzjoni u t-tiġdid, u għat-trattar tax-xogħol pendenti ta’ manutenzjoni u ta' tiġdid; Fejn xieraq, l-istruttura ta' ħlasijiet jew ta’ fondi allokati għall-infrastruttura l-ġdida tista' wkoll tkun koperta;

(3)

il-miri ta’ prestazzjoni orjentati lejn l-utent, fil-forma ta’ indikaturi u kriterji ta’ kwalità li jkopru elementi bħal:

(a)

il-prestazzjoni tal-ferrovija, bħal f'termini ta' veloċità tal-linja u affidabbiltà, u s-sodisfazzjon tal-konsumatur,

(b)

il-kapaċità tan-netwerk,

(c)

l-immaniġjar tal-assi,

(d)

il-volumi tal-attivitajiet,

(e)

il-livelli ta’ sikurezza, u

(f)

il-protezzjoni ambjentali;

(4)

l-ammont ta' xogħol pendenti possibbli ta' manutenzjoni u l-assi li se jinħarġu gradwalment mill-użu u li għalhekk se jagħtu bidu għal flussi finanzjarji differenti;

(5)

l-inċentivi imsemmija fl-Artikolu 30(1), bl-eċċezzjoni ta' dawk l-inċentivi implimentati permezz ta' miżuri regolatorji f'konformità mal-Artikolu 30(3);

(6)

l-obbligi minimi ta’ rappurtar għall-maniġer tal-infrastruttura f’termini tal-kontenut u l-frekwenza tar-rappurtar, inkluża informazzjoni li għandha tkun ippubblikata kull sena;

(7)

it-tul ta’ żmien miftiehem tal-ftehim, li għandu jkun sinkronizzat u konsistenti mat-tul tal-pjan tan-negozju tal-maniġer tal-infrastruttura u mal-konċessjoni jew mal-liċenzja tiegħu, fejn xieraq, kif ukoll il-qafas u r-regoli tad-debitu bl-imposti stabbiliti mill-Istat;

(8)

ir-regoli biex jiġi ttrattat it-tfixkil kbir tat-tħaddim tas-servizzi u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi pjani ta' kontinġenza u terminazzjoni bikrija tal-ftehima kummerċjali, u informazzjoni f'waqtha tal-utenti;

(9)

il-miżuri ta' rimedju li għandhom jittieħdu jekk xi waħda mill-partijiet tikser l-obbligi kuntrattwali tagħha; jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jaffettwaw id-disponibbiltà tal-finanzjament pubbliku; dawn jinkludu l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għan-negozjar mill-ġdid u għat-terminazzjoni bikrija.


ANNESS VI

REKWIŻITI GĦALL-ISPEJJEŻ U L-IMPOSTI RELATATI MAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA

(imsemmija fl-Artikoli 32(1) u 35)

1.

Il-pari li għandhom jitqiesu mill-maniġers tal-infrastruttura meta huma jiddefinixxu l-lista ta' taqsimiet tas-suq bil-għan li jintroduċu mark-ups fis-sistema ta' imposti skont l-Artikolu 32(1) jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

servizzi tat-trasport tal-passiġġieri versus servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(b)

ferroviji li jġorru oġġetti perikolużi versus ferroviji ta' merkanzija oħra;

(c)

servizzi domestiċi versus servizzi internazzjonali;

(d)

servizzi magħquda ta’ trasport versus ferroviji diretti;

(e)

servizzi urbani jew reġjonali versus servizzi interurbani tal-passiġġieri;

(f)

ferroviji b’vaguni li jibqgħu flimkien mit-tluq sad-destinazzjoni (block trains) versus ferroviji b'vaguni li jitgħabbew individwalment;

(g)

servizzi ferrovjarji regolari versus servizzi ferrovjarji okkażjonali.

2.

L-iskema tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji bażiċi li ġejjin:

(a)

Sabiex jintlaħaq il-livell miftiehem ta’ prestazzjoni u sabiex ma tkunx ipperikolata l-vijabbiltà ekonomika tas-servizz, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaqbel mal-applikanti dwar il-parametri prinċipali tal-iskema tal-prestazzjoni, b’mod partikolari dwar il-valur tad-dewmien, il-limiti għall-ħlasijiet li jridu jingħataw taħt l-iskema tal-prestazzjoni, kemm skont il-vjaġġi individwali tal-ferroviji kif ukoll għall-vjaġġi kollha tal-ferroviji ta' impriża ferrovjarja f'perjodu ta' żmien partikolari;

(b)

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkomunika l-iskeda ta' ħidma lill-impriżi ferrovjarji, abbażi ta' liema skeda jiġi kkalkulat id-dewmien, mill-anqas ħamest ijiem qabel il-vjaġġ tal-ferrovija. Il-maniġer tal-infrastruttura jista' japplika perjodu ta' notifika iqsar f'każ ta' force majeure jew alterazzjonijiet tard fl-iskeda ta' ħidma;

(c)

Id-dewmien kollu għandu jiġi attribwit lil waħda mill-kategoriji jew subkategoriji ta' dewmien li ġejjin:

1.

L-immaniġġjar tat-tħaddim/tal-ippjanar attribwit lill-maniġer tal-infrastruttura

1.1.

Il-kompilazzjoni tal-iskeda tal-ħinijiet

1.2.

Il-formazzjoni tal-ferrovija

1.3.

L-iżbalji fil-proċedura tal-ħidmiet

1.4.

L-applikazzjoni ħażina tar-regoli ta’ prijorità

1.5.

Il-persunal

1.6.

Kawżi oħra

2.

L-istallazzjonijiet infrastrutturali attribwiti lill-maniġer tal-infrastruttura

2.1.

L-istallazzjonijiet tas-senjalar

2.2.

L-istallazzjonijiet tas-senjalar fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin

2.3.

L-istallazzjonijiet tat-telekomunikazzjonijiet

2.4.

It-tagħmir għall-provvista tal-elettriku

2.5.

Il-binarji

2.6.

L-istrutturi

2.7.

Il-persunal

2.8.

Kawżi oħra

3.

Kawżi marbutin mal-inġinerija ċivili attribwibbli lill-maniġer tal-infrastruttura

3.1.

Ix-xogħol ippjanat ta’ kostruzzjoni

3.2.

L-irregolaritajiet fl-eżekuzzjoni ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni

3.3.

Ir-restrizzjonijiet ta’ veloċità minħabba binarju difettuż

3.4.

Kawżi oħra

4.

Kawżi attribwibbli lil maniġers tal-infrastruttura oħrajn

4.1.

Ikkawżati mill-maniġer tal-infrastruttura ta’ qabel

4.2.

Ikkawżati mill-maniġer tal-infrastruttura ta’ wara

5.

Kawżi kummerċjali attribwibbli lill-impriża ferrovjarja

5.1.

Meta jkun hemm waqfiet għal ħin itwal milli suppost

5.2.

It-talba tal-impriża ferrovjarja

5.3.

Il-ħidmiet ta’ tagħbija

5.4.

L-irregolaritajiet fit-tagħbija

5.5.

Il-preparazzjoni kummerċjali tal-ferrovija

5.6.

Il-persunal

5.7.

Kawżi oħra

6.

Ir-rolling stock attribwibbli lill-impriża ferrovjarja

6.1.

L-ippjanar tar-roster/it-tfassil tar-roster mill-ġdid

6.2.

Il-formazzjoni tal-ferrovija mill-impriża ferrovjarja

6.3.

Problemi li jaffettwaw il-vaguni tal-passiġġieri (it-trasport tal-passiġġieri)

6.4.

Il-problemi li jaffettwaw il-vaguni (it-trasport tal-merkanzija)

6.5.

Il-problemi li jaffettwaw il-karozzi, il-lokomotivi u l-karozzi ferrovjarji

6.6.

Il-persunal

6.7.

Kawżi oħra

7.

Kawżi attribwibbli lil impriżi ferrovjarji oħrajn

7.1.

Ikkawżati mill-impriża ferrovjarja ta’ wara

7.2.

Ikkawżati mill-impriża ferrovjarja ta’ qabel

8.

Kawżi esterni li la huma attribwibbli lill-maniġer tal-infrastruttura u lanqas lill-impriża ferrovjarja

8.1.

Strajk

8.2.

Il-formalitajiet amministrattivi

8.3.

L-influwenzi esterni

8.4.

L-effetti tat-temp u ta’ kawżi naturali

8.5.

Id-dewmien fuq in-netwerk ta’ wara minħabba raġunijiet esterni

8.6.

Kawżi oħra

9.

Kawżi sekondarji li la huma attribwibbli lill-maniġer tal-infrastruttura u lanqas lill-impriża ferrovjarja

9.1.

Avveniment perikolużi, inċidenti u perikli

9.2.

L-okkupazzjoni tal-binarji kkawżata mid-dewmien tal-istess ferrovija

9.3.

L-okkupazzjoni tal-binarji kkawżata mid-dewmien ta’ ferrovija oħra

9.4.

Iż-żmien meħud bejn il-waqfien fid-destinazzjoni u t-tluq lura tal-ferrovija (turn-around)

9.5.

Il-konnessjoni

9.6.

Id-dewmien li jeħtieġ aktar investigazzjoni;

(d)

Kull fejn ikun possibbli, id-dewmien għandu jkun attribwit lil organizzazzjoni waħda, filwaqt li jitqiesu kemm ir-responsabbiltà għall-ikkawżar tat-tfixkil fis-servizz kif ukoll l-abbiltà li jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet normali ta' traffiku;

(e)

Il-kalkolu tal-ħlasijiet għandu jqis id-dewmien medju tas-servizzi ferrovjarji li għandhom rekwiżiti simili ta’ puntwalità;

(f)

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, kemm jista’ jkun malajr, jikkomunika lill-impriżi ferrovjarji kalkolu ta’ ħlasijiet li jridu jitħallsu fil-qafas tal-iskema tal-prestazzjoni. Dan il-kalkolu għandu jiġbor il-vjaġġi kollha tal-ferrovija li sofrew minn dewmien f'perjodu ta' mhux aktar minn xahar;

(g)

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta' appell eżistenti u għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56, fil-każ ta' tilwim dwar l-iskema tal-prestazzjoni, għandha tkun disponibbli sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex dan it-tilwim jiġi riżolt minnufih. Din is-sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandha tkun imparzjali lejn il-partijiet involuti. Jekk tiġi applikata din is-sistema, għandha tittieħed deċiżjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol;

(h)

Darba fis-sena, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika l-livell medju annwali tal- prestazzjoni miksuba mill-impriża ferrovjarja abbażi tal-parametri prinċipali miftiehma fl-iskema tal-prestazzjoni.


ANNESS VII

SKEDA GĦALL-PROĊESS TAL-ALLOKAZZJONI

(imsemmija fl-Artikolu 43)

1.

L-iskeda ta' ħidma għandha tiġi stabbilita darba f'kull sena kalendarja.

2.

Il-bidla tal-iskeda ta' ħidma għandha sseħħ f'nofs il-lejl fit-tieni Sibt f'Diċembru. Meta bidla jew aġġustament jitwettqu wara x-xitwa, b'mod partikolari sabiex jitqiesu, meta huwa xieraq, il-bidliet fl-iskedi tat-traffiku tal-passiġġieri reġjonali għandhom iseħħu f'nofs il-lejl fit-tieni Sibt f'Ġunju u f’dawk l-intervalli l-oħrajn bejn dawn id-dati kif meħtieġ. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiftiehmu fuq dati differenti u f'dan il-każ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk it-traffiku internazzjonali jistax jiġi effettwat.

3.

Id-data finali għall-irċevuta ta' talbiet għall-kapaċità biex jiġu inkorporati fl-iskeda ta' ħidma ma għandhiex tkun aktar minn 12-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' ħidma.

4.

Mhux aktar tard minn 11-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' ħidma, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-mogħdijiet provviżorji tal-ferroviji internazzjonali jkunu ġew stabbiliti b'kooperazzjoni ma’ maniġers tal-infrastruttura rilevanti. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li sa fejn ikun possibbli dawn għandhom jinżammu matul il-proċessi sussegwenti.

5.

Mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti mill-applikanti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprepara abbozz tal-iskeda ta' ħidma.


ANNESS VIII

INFORMAZZJONI TA' VERIFIKA LI GĦANDHA TINGĦATA LILL-KORP REGOLATORJU FUQ TALBA

(imsemmija fl-Artikolu 56(12))

1.

Is-separazzjoni fil-kontijiet

(a)

kontijiet ta’ qligħ u telf u karti tal-bilanċ separati għall-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-merkanzija, tal-passiġġieri u tal-infrastruttura;

(b)

informazzjoni dettaljata dwar sorsi individwali u dwar l-użu ta' fondi pubbliċi u forom oħra ta’ kumpens b’mod trasparenti u dettaljat, inkluża analiżi dettaljata tal-flussi tal-flus tan-negozji sabiex ikun determinat b’liema mod qed jintefqu dawn il-fondi pubbliċi u l-forom l-oħra ta’ kumpens;

(c)

kategoriji tan-nefqa u l-profitt biex ikun possibbli li jiġi determinat jekk ingħatawx sussidji inkroċati bejn dawn l-attivitajiet differenti, skont ir-rekwiżiti tal-korp regolatorju;

(d)

metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-ispejjeż bejn l-attivitajiet differenti;

(e)

fejn il-kumpanija regolata hija parti minn struttura ta’ grupp, id-dettalji sħaħ tal-ħlasijiet bejn il-kumpaniji.

2.

Il-monitoraġġ tal-imposti għall-aċċess għall-binarji

(a)

kategoriji ta’ spiża differenti, u b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar l-ispejjeż marġinali/diretti tas-servizzi jew tal-gruppi ta’ servizzi differenti sabiex l-imposti infrastrutturali jistgħu jiġu mmonitorjati;

(b)

informazzjoni biżżejjed biex tippermettu l-monitoraġġ tal-imposti individwali mħallsa għas-servizzi (jew għall-gruppi ta’ servizzi); jekk il-korp regolatorju jkun jeħtieġ dan, din l-informazzjoni għandu jkun fiha dejta dwar il-volumi tas-servizzi individwali, il-prezzijiet għas-servizzi individwali u d-dħul totali għas-servizzi individwali mħallsa mill-konsumaturi interni u esterni;

(c)

l-ispejjeż u d-dħul marbutin mas-servizzi individwali (jew mal-gruppi ta’ servizzi) billi jużaw il-metodoloġija rilevanti tal-ispiża kif meħtieġ mill-korp regolatorju, biex jiġi identifikat l-iffissar ta' prezzijiet li potenzjalment imur kontra l-kompetizzjoni (is-sussidji inkroċjati, l-iffissar ta’ prezzijiet predatorji u l-iffissar ta’ prezzijiet eċċessivi).

3.

L-indikazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja

(a)

dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja;

(b)

dikjarazzjoni sommarja tan-nefqa;

(c)

dikjarazzjoni dwar in-nefqa għall-manutenzjoni;

(d)

dikjarazzjoni dwar in-nefqa għat-tħaddim;

(e)

dikjarazzjoni tad-dħul;

(f)

noti ta' sostenn li jagħtu aktar dettall u jispjegaw id-dikjarazzjonijiet, fejn ikun xieraq.


ANNESS IX

PARTI A

ID-DIRETTIVI MĦASSRA B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI

(imsemmija fl-Artikolu 65)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE

(ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25)

 

Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 75, 15.3.2001, p. 1)

 

Id-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344)

il-Punt B tal-Anness biss

Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44)

l-Artikolu 1 biss

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE

(ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70)

 

Id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 75, 15.3.2001, p. 26)

 

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44)

l-Artikolu 29 biss

Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29)

 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/844/KE

(ĠU L 289, 26.10.2002, p. 30)

 

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44)

l-Artikolu 30 biss

Id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44)

l-Artikolu 2 biss

PARTI B

LISTA TA’ LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 65)

Id-Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

91/440/KEE

1 ta’ Jannar 1993

95/18/KE

27 ta’ Ġunju 1997

2001/12/KE

15 ta’ Marzu 2003

2001/13/KE

15 ta’ Marzu 2003

2001/14/KE

15 ta’ Marzu 2003

2004/49/KE

30 ta' April 2006

2004/51/KE

31 ta’ Diċembru 2005

2006/103/KE

1 ta’ Jannar 2007

2007/58/KE

4 ta’ Ġunju 2009


ANNESS X

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 91/440/KEE

Direttiva 95/18/KE

Direttiva 2001/14/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1)

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(3)

 

 

 

Artikolu 2(4) sa (9)

Artikolu 2(4)

 

 

Artikolu 2(10)

 

 

 

Artikolu 2(11)

Artikolu 3

 

 

Artikolu 3, (1) sa (8)

 

 

 

Artikolu 3, (9) sa (13)

 

l-Artikolu 2(b) u (c)

 

Artikolu 3, (14) u (15)

 

 

 

Artikolu 3, (16) u (17)

 

 

Artikolu 2

Artikolu 3, (18) sa (28)

 

 

 

Artkolu 3, (29) u (30)

Artikolu 4

 

 

Artikolu 4

Artikolu 5

 

 

Artikolu 5(1) sa (3)

 

 

 

Artkolu 5(4)

Artikolu 6(1) u (2)

 

 

L-Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 9(4)

 

 

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 6(4)

Artikolu 6(3) u Anness II

 

 

Artikolu 7(1)

 

 

Artikolu 4(2) u Artikolu 14(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(1), (3) u (4)

 

 

Artikolu 8(1), (2) u (3)

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9(1) u (2)

 

 

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 10(3) u (3a)

 

 

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 10(3b)

 

 

Artikolu 11(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 11(4)

Artikolu 10(3c) u (3e)

 

 

Artikolu 11(5) u (6)

Artikolu 10(3f)

 

 

Artikolu 12(1) sa (4)

 

 

 

Artikolu 12(5)

 

 

Artikolu 5

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 10b

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 3

 

Artikolu 16

 

Artikolu 4(1) sa (4)

 

Artikolu 17(1) sa (4)

 

Artikolu 5

 

Artikolu 18

 

Artikolu 6

 

Artikolu 19

 

Artikolu 7(1)

 

Artikolu 20(1)

 

Anness, Parti I, il-punt (1)

 

Artikolu 20(2)

 

 

 

Artikolu 20(3)

 

Artikolu 8

 

Artikolu 21

 

Artikolu 9

 

Artikolu 22

 

Artikolu 4(5)

 

Artikolu 23(1)

 

Artikolu 10

 

Artikolu 23(2) u (3)

 

Artikolu 11

 

Artikolu 24

 

Artikolu 15

 

Artikolu 25

 

 

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 26

 

 

Artikolu 3

Artikolu 27

Artikolu 10(5)

 

 

Artikolu 28

 

 

Artikoli 4(1) u (3) sa (6)

Artikolu 29

 

 

Artikolu 6(2) sa (5)

Artikolu 30

 

 

Artikolu 7

Artikolu 31

 

 

Artikolu 8

Artikolu 32

 

 

Artikolu 9

Artikolu 33

 

 

Artikolu 10

Artikolu 34

 

 

Artikolu 11

Artikolu 35

 

 

Artikolu 12

Artikolu 36

 

 

 

Artikolu 37

 

 

Artikolu 13

Artikolu 38

 

 

Artikolu 14(1) u (3)

Artikolu 39

 

 

Artikolu 15

Artikolu 40

 

 

Artikolu 16

Artikolu 41

 

 

Artikolu 17

Artikolu 42

 

 

Artikolu 18

Artikolu 43

 

 

Artikolu 19

Artikolu 44

 

 

Artikolu 20(1), (2) u (3)

Artikolu 45(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 45(4)

 

 

Artikolu 20(4)

Artikolu 45(5)

 

 

Artikolu 21

Artikolu 46

 

 

Artikolu 22

Artikolu 47

 

 

Artikolu 23

Artikolu 48

 

 

Artikolu 24

Artikolu 49

 

 

Artikolu 25

Artikolu 50

 

 

Artikolu 26

Artikolu 51

 

 

Artikolu 27

Artikolu 52

 

 

Artikolu 28

Artikolu 53

 

 

Artikolu 29

Artikolu 54

 

 

Artikolu 30(1)

Artikolu 55

 

 

Artikolu 30(2)

Artikolu 56(1)

 

 

Artikolu 31

Artikolu 57

Artikolu 12

 

 

Artikolu 58

Artikolu 14a

 

Artikolu 33(1), (2) u (3)

Artikolu 59

 

 

 

Artikolu 60

 

 

Artikolu 34(2)

Artikolu 61

Artikolu 11a

 

Artikolu 35(1), (2) u (3)

Artikolu 62

Artikolu 10(9)

 

 

Artikolu 63

 

 

Artikolu 38

Artikolu 64

 

 

 

Artikolu 65

 

Artikolu 17

Artikolu 39

Artikolu 66

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 40

Artikolu 67

 

 

 

Anness I

 

 

Anness II

Anness II

 

Anness

 

Anness III

 

 

Anness I

Anness IV

 

 

 

Anness V

 

 

 

Anness VI

 

 

Anness III

Anness VII

 

 

 

Anness VIII


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/78


DIRETTIVA 2012/35/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta’ att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara huwa rregolat mill-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara 1978 (“il-Konvenzjoni STCW”), li daħlet fis-seħħ fl-1984 u li ġiet emendata b’mod sinifikanti fl-1995.

(2)

Il-Konvenzjoni STCW ġiet inkorporata fil-liġi tal-Unjoni għall-ewwel darba bid-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara (3). Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ġew adattati aktar tard għall-emendi sussegwenti għall-Konvenzjoni STCW, u ġie stabbilit mekkaniżmu komuni tal-Unjoni għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara f’pajjiżi terzi. Permezz ta’ riformulazzjoni, dawk ir-regoli jinsabu fid-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li saret f’Manila fl-2010 introduċiet emendi sinifikanti għall-Konvenzjoni STCW (“L-emendi ta’ Manila”), jiġifieri dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki frodulenti għaċ-ċertifikati, fil-qasam tal-istandards mediċi, fil-kwistjoni tat-taħriġ dwar is-sigurtà, inkluż il-piraterija u s-serq bl-armi, u fir-rigward tat-taħriġ fi kwistjonijiet relatati mat-teknoloġija. L-emendi ta’ Manila introduċew ukoll rekwiżiti għal baħħara awtorizzati u stabbilixxew profili professjonali ġodda, bħal uffiċjali elettrotekniċi.

(4)

L-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Konvenzjoni STCW u ħadd minnhom ma oġġezzjona għall-emendi ta’ Manila taħt il-proċedura prevista għal dak l-effett. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jallinjaw ir-regoli nazzjonali tagħhom mal-emendi ta’ Manila. Għandu jiġi evitat konflitt bejn l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri u l-impenji tagħhom lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba n-natura globali tat-trasport marittimu, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għandhom jinżammu konformi mar-regoli internazzjonali. Diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE għandhom, għaldaqstant, jiġu emendati sussegwentement sabiex jirriflettu l-emendi ta’ Manila.

(5)

It-taħriġ imtejjeb għall-baħħara għandu jkopri taħriġ teoretiku u prattiku adatt sabiex jiġi żgurat li l-baħħara jkunu kwalifikati biex jissodisfaw standards ta’ sigurtà u ta’ sikurezza u jkunu kapaċi jirrispondu għal perikli u emerġenzi.

(6)

Għandhom jiġu żviluppati u implimentati standards tal-kwalità u sistemi ta’ standards tal-kwalità filwaqt li titqies, fejn applikabbli, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (5) u miżuri relatati adottati mill-Istati Membri.

(7)

Is-sħab soċjali qablu dwar is-sigħat minimi ta’ mistrieħ applikabbli għall-baħħara u ġiet adottata d-Direttiva 1999/63/KE (6) bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ dak il-ftehim. Dik id-Direttiva tippermetti wkoll il-possibilità li jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-baħħara. Madankollu, l-possibilità ta’ awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet għandha tiġi limitata f’termini ta’ tul massimu, frekwenza u ambitu. L-emendi ta’ Manila kienu mmirati, fost affarijiet oħrajn, biex jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis bil-ħsieb li tiġi evitata l-għeja. L-emendi ta’ Manila għandhom jiġu inkorporati fid-Direttiva 2008/106/KE b’mod li jiżgura koerenza mad-Direttiva 1999/63/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/13/KE (7).

(8)

Filwaqt li tirrikonoxxi ulterjorment l-importanza tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi li jirregolaw il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-baħħara kollha, id-Direttiva 2009/13/KE ser tieħu effett kif speċifikat fiha meta tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006.

(9)

Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara ta’ pajjiżi terzi. Ir-rikonoxximent jingħata mill-Kummissjoni skont proċedura li biha l-Kummissjoni tiġi assistita mill-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (“l-Aġenzija”), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura tissuġġerixxi li għandha tinbidel, jiġifieri fir-rigward tal-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Minħabba li r-rikonoxximent jeħtieġ li ssir spezzjoni li titwettaq mill-Aġenzija, li trid tiġi ppjanata u mwettqa, u, fil-maġġoranza tal-każijiet, tinvolvi aġġustamenti sinifikanti għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-proċess sħiħ ma jistax jitlesta fi tliet xhur. Abbażi tal-esperjenza, perijodu ta’ żmien aktar realistiku f’dan ir-rigward jidher li huwa 18-il xahar. L-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għanda għalhekk tiġi mibdula kif xieraq, filwaqt li l-possibbiltà għall-Istat Membru li qed jagħmel it-talba li jirrikonoxxi provviżorjament is-sistema STCW tal-pajjiż terz għandha tinżamm sabiex tinżamm il-flessibbiltà. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (10) mhumiex applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE.

(10)

L-istatistika disponibbli dwar il-baħħara fl-Unjoni mhijiex kompluta u ħafna drabi mhijiex preċiża, li jrendi t-tfassil tal-politika f’dan is-settur iżjed diffiċli. Data dettaljata dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ma tistax issolvi kompletament il-problema iżda din żgur għandha tgħin. Skont il-Konvenzjoni STCW il-Partijiet huma obbligati jżommu reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha u tal-validazzjonijiet mill-ġdid rilevanti jew miżuri oħra li jaffettwawhom. L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jżommu reġistru taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Sabiex tinkiseb informazzjoni kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Unjoni u esklussivament bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-tfassil tal-politika mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni magħżula li diġà tinsab fir-reġistri tagħhom taċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għall-finijiet ta’ analiżi statistika biss, u ma għandhiex tintuża għal finijiet amministrattivi, legali jew ta’ verifika. Dik l-informazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u, għalhekk, dispożizzjoni għal dan il-għan għandha tiġi introdotta fid-Direttiva 2008/106/KE.

(11)

Ir-riżultati tal-analiżi ta’ informazzjoni bħal din għandhom jintużaw biex jiġu antiċipati xejriet fis-suq tax-xogħol bil-ħsieb li jittejbu l-għażliet tal-baħħara fir-rigward tal-ippjanar tal-karrieri u li jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali disponibbli. Tali riżultati għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(12)

Sabiex tinġabar data dwar il-professjoni tat-tbaħħir b’mod konsistenti mal-evoluzzjoni tagħha u mat-tekonoloġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattamenti tal-Anness V tad-Direttiva 2008/106/KE. L-użu ta’ tali atti ddelegati għandu jkun limitat għal dawk il-każijiet fejn emendi għall-Konvenzjoni STCW u l-Kodiċi jkunu jeħtieġu bidliet għal dak l-Anness. Barra minn hekk, tali atti ddelegati ma għandhomx jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-anonimizzar ta’ data imsemmija f’dak l-Anness. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni, matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, tikkonsulta b’mod adatt, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(13)

Is-settur marittimu tal-Unjoni għandu kompetenza esperta marittima ta’ kwalità għolja li tgħin biex tiżgura l-kompetittività tiegħu. Il-kwalità tat-taħriġ għall-baħħara hija importanti għall-kompetittività tas-settur u biex jiġu mħajjra ċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, għall-professjonijiet marittimi.

(14)

Sabiex jinżammu l-istandards ta’ kwalità fir-rigward tat-taħriġ għall-baħħara, għandhom jittejbu l-miżuri biex jiġu evitati prattiki frodulenti assoċjati ma’ ċertifikati ta’ kompetenza u ta’ profiċjenza.

(15)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/106/KE, ingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-qasam tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. Għall-istess raġuni għandhom jiġi konferiti wkoll setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tad-data statistika dwar il-baħħara li għandha tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11).

(16)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni adatta ta’ data tal-istatistika msemmija fl-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE u għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar ir-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent tas-sistemi tal-STCW ta’ pajjiżi terzi.

(17)

L-emendi ta’ Manila daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012, filwaqt li jistgħu jiġu applikati arranġamenti transitorji sal-1 ta’ Jannar 2017. Sabiex tkun possibbli transizzjoni mingħajr xkiel għar-regoli l-ġodda, din id-Direttiva għandha tistipula l-istess arranġamenti transizzjonali kif stabbilit fl-emendi ta’ Manila.

(18)

Fid-89 laqgħa tiegħu, il-Kumitat tas-Sigurtà Marittima tal-IMO innota l-ħtieġa għal xi kjarifiki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-emendi ta’ Manila, b’kont meħud tal-arranġament transizzjonali stabbiliti fihomu r-Riżoluzzjoni 4 tal-Konferenza STCW li tirrikonoxxi l-ħtieġa li tinkiseb konformità sħiħa sal-1 ta’ Jannar 2017. Tali kjarifiki ġew provduti minn STCW.7/Circ.16 u STCW.7/Circ.17 (Ċirkolarijiet tal-IMO). B’mod partikolari, STCW.7/Circ.16 tiddikjara li l-validità ta’ kwalunkwe ċertifikat validat mill-ġdid ma għandhiex tiġi estiża lil hinn minn Jannar 2017 fil-każ ta’ baħħara li jkollhom ċertifikati maħruġin skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li bdiet tapplika minnufih qabel l-1 ta’ Jannar 2012, u li għadhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-emendi ta’ Manila, u fil-każ ta’ baħħara li bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ approvat jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

(19)

Għandu jiġi evitat aktar dewmien fl-inkorporar tal-emendi ta’ Manila fil-liġi tal-Unjoni, sabiex tinżamm il-kompetittività tal-baħħara mill-Unjoni kif ukoll biex tinżamm is-sikurezza abbord il-bastimenti permezz ta’ taħriġ aġġornat.

(20)

Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni uniformi tal-emendi ta’ Manila fi ħdan l-Unjoni, huwa rakkomandabbli li, waqt it-trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-gwida li tinsab fiċ-ċirkolarijiet tal-IMO STCW.7/Circ.16 u STCW.7/Circ.17.

(21)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-allinjament tar-regoli attwali tal-Unjoni ma’ regoli internazzjonali dwar it-taħħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(22)

Id-Direttiva 2008/106/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2008/106/KE

Id-Direttiva 2008/106/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Punti 18 u 19 huma sostitwit b’dan li ġej:

“18.

‘Regolamenti dwar ir-Radju’ tfisser ir-regolamenti dwar ir-radju annessi, jew meqjusin li huma annessi għall-Konvenzjoni dwar it-Telekomunikazzjoni Internazzjonali, kif emendata;

19.

‘bastiment tal-passiġġieri’ tfisser bastiment kif definit fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74), kif emendata;”;

(b)

il-Punt 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“24.

‘Kodiċi STCW’ tfisser il-Kodiċi tat-Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (STCW) kif adottat bir-Riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-1995, fil-verżjoni aġġornata tagħha;”;

(c)

il-Punt 27 huwa mħassar;

(d)

il-Punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“28.

‘Servizz ta’ tbaħħir’ tfisser servizz abbord bastiment rilevanti għall-ħruġ jew il-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, ċertifikat ta’ profiċjenza jew kwalifiki oħra;”;

(e)

il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“32.

‘Operatur tar-radju GMDSS’ tfisser persuna kkwalifikata skont il-Kapitolu IV tal-Anness I;

33.

‘Kodiċi ISPS’ tfisser il-Kodiċi Internazzjonali ta’ Sigurtà għall-Bastimenti u Portijiet adottat fit-12 ta’ Diċembru 2002, permezz tar-riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Gvernijiet Kontraenti għas-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

34.

‘uffiċjal tas-sigurtà tal-bastiment’ tfisser persuna abbord bastiment, li twieġeb għall-kaptan, maħtura mill-kumpannija bħala responsabbli għas-sigurtà tal-bastiment inklużi l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-pjan ta’ sigurtà tal-bastiment u l-kollegament mal-uffiċjal tas-sigurtà tal-kumpannija u l-uffiċjali tas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

35.

‘kompiti tas-sigurtà’ jinkludu l-kompiti kollha ta’ sigurtà abbord il-bastimenti kif definit fil-Kapitolu XI/2 tas-SOLAS 74, kif emendata, u mill-Kodiċi ISPS;

36.

‘ċertifikat ta’ kompetenza’ tfisser ċertifikat maħruġ u approvat għall-kaptani, l-uffiċjali u l-operaturi tar-radju GMDSS skont il-Kapitoli II, III, IV jew VII tal-Anness I u li jintitola d-detentur legali tiegħu iservi fil-kapaċità u jwettaq il-funzjonijiet involuti fil-livell ta’ responsabbiltà speċifikat fih;

37.

‘ċertifikat ta’ profiċjenza’ tfisser ċertifikat minbarra ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ lil baħħar li jiddikjara li r-rekwiżiti rilevanti tat-taħriġ, il-kompetenzi jew is-servizz tat-tbaħħir f’din id-Direttiva ġew sodisfatti;

38.

‘evidenza dokumentarja’ tfisser dokumentazzjoni, minbarra ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, użata biex tistabbilixxi li r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva ġew sodisfatti;

39.

‘uffiċjal elettrotekniku’ tfisser uffiċjal kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I;

40.

‘baħħar awtorizzat tal-gverta’ tfisser rating (baħħar ordinarju) kwalifikat skont il-Kapitolu II tal-Anness I;

41.

‘baħħar awtorizzat tal-magni’ tfisser rating kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I;

42.

‘rating elettrotekniku’ tfisser rating kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I.”.

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-baħħara li jservu abbord bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 2 jkunu mħarrġa bħala minimu skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fil-punti (36) u (37) tal-Artikolu 1, u/jew evidenza dokumentata kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 1.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ċertifikati ta’ kompetenza, ċertifikati ta’ profiċjenza u approvazzjonijiet”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jinħarġu biss lil kandidati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu”.

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza għandhom jinħarġu skont il-paragrafu 3 tar-Regolament I/2, tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”;

(d)

qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza għandhom jinħarġu biss mill-Istati Membri, wara verifika tal-awtentiċità u l-validità ta’ kwalunkwe evidenza dokumentata meħtieġa u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.”;

(e)

fl-aħħar tal-paragrafu 5, hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“L-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza u approvazzjonijiet li jattestaw ċertifikat ta’ profiċjenza lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I għandhom jinħarġu biss jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u ta’ din id-Direttiva.”;

(f)

il-Paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat ta’ kompetenza, jew ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2) ta’ din id-Direttiva għandu japprova dak iċ-ċertifikat biex jiddikkjara r-rikonoxximent tiegħu biss wara li jiżgura l-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikat. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW.

7.   l-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6:

(a)

jistgħu jinħarġu bħala dokumenti separati;

(b)

għandhom jinħarġu mill-Istati Membri biss;

(c)

kull wieħed minnhom għandu jiġi assenjat numru uniku, minbarra għall-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, li jistgħu jiġu assenjati l-istess numru bħaċ-ċertifikat ta’ kompetenza konċernat, sakemm dak in-numru huwa uniku; u

(d)

kull wieħed minnhom għandu jiskadi malli ċ-ċertifikat approvat ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikat ta’ profiċjenza approvat maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW jiskadi jew jiġi rtirat, sospiż jew kanċellat mill-Istat Membru jew minn pajjiż terz li ħarġu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.”;

(g)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“11.   Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu prova sodisfaċenti:

(a)

tal-identità tagħhom;

(b)

li l-età tagħhom mhijiex inqas minn dik preskritta fir-regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew ċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li saret applikazzjoni għalih;

(c)

li huma jissodisfaw l-istandards ta’ idoneità medika, speċifikati fit-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW;

(d)

li huma jkunu kkompletaw is-servizz tat-tbaħħir u kwalunkwe taħriġ obbligatorju relatat preskritt fir-regolamenti elenkati fl-Anness I għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew ċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li saret applikazzjoni għalih; u

(e)

li huma jissodisfaw l-istandards ta’ kompetenza preskritti fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ kompetenza.

Dan il-paragrafu attwali ma għandux japplika għal rikonoxximent ta’ approvazzjonijiet skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW.

12.   Kull Stat Membru għandu jimpenja ruħu biex:

(a)

iżomm reġistru jew reġistri taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet kollha għall-kaptani u l-uffiċjali u, fejn applikabbli, għal ratings, li jinħarġu, li jkunu skadew jew li jkunu ġew validati mill-ġdid, sospiżi, kanċellati jew irrapportati bħala mitlufa jew meqruda kif ukoll ta’ dispensi maħruġa;

(b)

jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ ċertifikati ta’ kompetenza, approvazzjonijiet u dispensi lil Stati Membri oħra jew Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW u l-kumpanniji li jitolbu verifika tal-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew ċ-ċertifikati maħruġa lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness 1 mogħtija lilhom mill-baħħara li jfittxu rikonoxximent skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW jew impjieg abbord bastiment.

13.   Mill-1 ta’ Jannar 2017, l-informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli skont il- punt (b) tal-paragrafu 12 għandha tkun disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi.”.

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Informazzjoni lill-Kummissjoni

Għall-iskopijiet ta’ analiżi statistika biss u esklussivament għall-użu mill-Istati Membri, kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-informazzjoni indikata fl-Anness V għal din id-Direttiva dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u dwar approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza. Għall-istess skopijiet, jistgħu ukoll jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa lil ratings skont il-Kaptoli II, III, u VII għall-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”.

(6)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Stat Membru, għal bastimenti mogħtija l-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi qrib tal-kosta tal-Konvenzjoni STCW, li jinkludu vjaġġi qrib il-kosta ta’ Stati Membri jew ta’ Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW fil-limiti tad-definizzjoni tagħhom ta’ qrib il-kosta, għandu jidħol f’impenn ma’ Stati Membri jew Partijiet konċernati li jispeċifika kemm id-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u dispożizzjonijiet oħra rilevanti.”;

(b)

jiddaħlu l-paragrafi li ġejjin:

“3a.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara maħruġa minn Stat Membru jew Parti għall-Konvenzjoni STCW għal-limiti definiti tal-vjaġġi qrib il-kosta tiegħu jistgħu jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra għas-servizzi fil-limiti definiti tagħhom ta’ vjaġġi qrib il-kosta, sakemm l-Istati Membri jew il-Partijiet konċernati jidħlu f’impenn li jispeċifika d-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u kondizzjonijiet oħra rilevanti tagħha.

3b.   L-Istati Membri li jiddefinixxu l-vjaġġi qrib il-kosta, skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, għandhom:

(a)

jissodisfaw il-prinċipji li jirregolaw il-vjaġġi qrib il-kosta speċifikati fit-Taqsima A-I/3 tal-Kodiċi STCW;

(b)

jinkorporaw il-limiti tal-vjaġġi qrib il-kosta fl-approvazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 5.”.

(7)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri adatti biex jipprevjenu l-frodi u prattiki illegali oħra li jinvolvu ċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa, u għandhom jipprevedu pieni li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.”.

8.

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u proċeduri għall-investigazzjoni imparzjali ta’ kwalunkwe inkompetenza, att, ommissjoni jew kompromess tas-sigurtà rappurtat li jista’ jkun theddida diretta għas-sikurezza tal-ħajja jew tal-proprjetà fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar, min-naħa tad-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jew ta’ approvazzjonijiet maħruġa minn dak l-Istat Membru marbuta mat-twettiq tagħhom tad-dmirijiet relatati maċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom u għall-irtirar, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta’ tali ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza għal tali kawża u għall-prevenzjoni tal-frodi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw miżuri adatti għall-prevenzjoni tal-frodi u prattiki oħra illegali li jinvolvu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet maħruġin.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Pieni jew miżuri dixxiplinari għandhom jiġu preskritti u infurzati f’każijiet fejn:”.

(9)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inkluż ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u validazzjoni mill-ġdid imwettqa minn aġenziji jew entitajiet governattivi taħt l-awtorità tagħhom huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-kisba ta’ għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi, f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW;”;

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu attivitajiet bħal dawn, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW;”;

(iii)

il-punt (c) huwa sostitwi b’dan li ġej:

“(c)

l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards relatati tal-kwalità tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u li l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet adatti għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW huma identifikati;”;

(b)

fil-paragrafu 2 jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tal-Konvenzjoni u l-Kodiċi STCW, inklużi l-emendi huma koperti mis-sistema tal-istandards ta’ kwalità. L-Istati Membri jistgħu wkoll jinkludu f’din is-sistema d-dispożizzjonijiet applikabbli l-oħra ta’ din id-Direttiva.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Rapport relatat ma’ kull evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 2 għandu jiġi komunikat mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skont il-format speċifikat fit-Taqsima A-I/7 tal-Kodiċi STCW, fi żmien sitt xhur mid-data tal-evalwazzjoni.”.

(10)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Standards mediċi

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW, filwaqt li jittieħed kont, kif adatt, tat-Taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk responsabbli għall-valutazzjoni tal-idoneità medika tal-baħħara huma professjonisti mediċi rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru għall-fini ta’ eżamijiet mediċi tal-baħħara, skont it-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.

3.   Kull baħħar li għandu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li qed iservi fuq il-baħar għandu jkollu wkoll ċertifikat mediku validu maħruġ skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.

4.   Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni medika għandhom:

(a)

jkollhom mhux inqas minn 16-il sena;

(b)

jipprovdu prova sodisfaċenti tal-identità tagħhom; u

(c)

jilħqu l-istandards applikabbli tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jibqgħu validi għal perijodu massimu ta’ sentejn sakemm il-baħħar ma jkunx taħt it-18-il sena, f’liema każ il-perijodu massimu ta’ validità għandu jkun ta’ sena.

6.   Jekk il-perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat mediku jiskadi matul vjaġġ, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.

7.   F’każijiet urġenti Stat Membru jista’ jippermetti li baħħar jaħdem mingħajr ċertifikat mediku validu. F’tali każijiet, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”.

(11)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Għas-servizz tat-tbaħħir kontinwu abbord tankers, kull kaptan u uffiċjal għandu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jkun meħtieġ, f’intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin, jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa għat-tankers skont il-paragrafu 3 tat-Taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li huma meħtieġa mill-kandidati għaċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa sal-1 ta’ Jannar 2017 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza rilevanti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW, u għandu jistabbilixxi l-ħtieġa li d-detenturi ta’ dawn iċ-ċertifikati jagħmlu taħriġ jew valutazzjoni ta’ tiġdid u ta’ aġġornament adatti.”;

(d)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Għall-fini tal-aġġornament tal-għarfien tal-kaptani, tal-uffiċjali u tal-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi tal-bidliet riċenti fir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu disponibbli għall-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu, filwaqt li jiġu rrispettati il-punt (b) tal-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 18.”.

(12)

Fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 2.

(13)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“(f)

baħħara assenjati lil kwalunkwe mill-bastimenti tiegħu rċevew taħriġ ta’ aġġornament kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW;

(g)

fil-ħinijiet kollha abbord il-bastimenti tiegħu għandu jkun hemm komunikazzjoni orali effettiva skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Kapitolu V tar-Regolament 14 tas-SOLAS 74, kif emendata.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-kumpanniji għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro tagħhom ikunu kkompletaw it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni sabiex jiksbu l-kapaċitajiet li huma adatti għall-kapaċità li trid tiġi koperta u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li jridu jitwettqu, b’kont meħud tal-gwida mogħtija fit-Taqsima B-I/14 tal-Kodiċi STCW.”.

(14)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Idoneità għall-Qadi tad-Dmirijiet

1.   Għall-fini tal-prevenzjoni tal-għeja, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu u jinfurzaw perijodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 13;

(b)

jeħtieġu li s-sistemi ta’ għassa jkunu organizzati b’tali mod li l-effiċjenza tal-persunal tal-għassa ma tkunx imdgħajfa mill-għeja u li d-dmirijiet huma organizzati b’tali mod li l-ewwel uffiċjal tal-għassa fil-bidu tal-vjaġġ u l-uffiċjali tal-għassa sussegwenti li jbiddlu l-għassa huma mistrieħa biżżejjed u idonei għall-qadi ta’ dmirijiethom.

2.   L-Istati Membri għandhom, għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż ta’ droga u alkoħol, jiżguraw li huma stabbiliti miżuri adegwati skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom iqisu l-periklu li jiġi mill-għeja tal-baħħara, speċjalment ta’ dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu l-operazzjoni sikura u sigura tal-bastiment.

4.   Il-persuni kollha li huma assenjati d-dmir ta’ uffiċjal inkarigat mill-għassa jew bħala rating li jifforma parti mill-għassa, u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, prevenzjoni ta’ tniġġis u sigurtà, għandhom jingħataw perijodu ta’ mistrieħ ta’ mhux inqas minn:

(a)

10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa; u

(b)

77 siegħa f’kull perijodu ta’ sebat ijiem.

5.   Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn żewġ perijodi, li wieħed minnhom irid ikun mill-inqas 6 sigħat fit-tul, u l-intervalli bejn perjiodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu aktar minn 14-il siegħa.

6.   Ir-rekwiżiti għall-perijodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew f’kondizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta’ salvataġġ bid-dgħajjes, u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali, għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perijodi ta’ mistrieħ u ma jwasslux għall-għeja.

7.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-iskedi tal-għassa jitpoġġew f’post li huwa aċċessibbli faċilment. L-iskedi għandhom ikunu stabbiliti f’format standard bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol tal-bastimenti u bl-Ingliż.

8.   Meta baħħar ikun disponibbli għax-xogħol, bħal meta spazju b’makkinarju jkun mingħajr għassa, il-baħħar għandu jkollu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens adegwat jekk il-perijodu normali ta’ mistrieħ jiġi mfixkel mill-fatt li jiġi msejjaħ għax-xogħol.

9.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jinżammu rekords ta’ sigħat ta’ mistrieħ ta’ kuljum tal-baħħara f’format standardizzat, bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol u bl-Ingliż, biex tkun tista’ tiġi mmonitorjata u vverifikata l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Il-baħħara għandhom jirċievu kopja tar-rekords li jirrigwardaw lilhom, li għandhom ikunu approvati mill-kaptan, jew minn persuna awtorizzata mill-kaptan, u mill-baħħara.

10.   Minkejja r-regoli stipulati fil-paragrafi 3 sa 9, il-kaptan ta’ bastiment għandu jkun intitolat li jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa għas-sikurezza immedjata tal-bastiment, persuni abbord jew merkanzija, jew għall-fini li tingħata assistenza lil bastimenti jew persuni oħra li jkunu f’diffikultà fuq il-baħar. Għaldaqstant, il-kaptan jista’ jissospendi l-iskeda ta’ sigħat ta’ mistrieħ u jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa sakemm is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Hekk kif ikun prattikabbli wara li s-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal, il-kaptan għandu jiżgura li kwalunkwe baħħar li jkun wettaq xogħol matul perijodu skedat ta’ mistrieħ ikun ipprovdut b’perijodu ta’ mistrieħ adegwat.

11.   B’kont meħud tal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u f’konformità mad-Direttiva 1999/63/KE l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew proċedura nazzjonali biex l-awtorità kompetenti, tawtorizza jew tirreġistra ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-sigħat meħtieġa ta’ mistrieħ fil-punt (b) tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu sakemm dak il-perijodu ta’ mistrieħ ma jkunx inqas minn 70 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ 7 ijiem u bir-rispett tal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu. Eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom, sakemm ikun possibbli, jsegwu l-istandards stabbiliti iżda jistgħu jieħdu kont ta’ perijodi ta’ mistrieħ aktar frekwenti jew itwal, jew li jagħtu leave b’kumpens lil baħħara tal-għassa jew baħħara li jaħdmu abbord bastimenti fuq vjaġġi qosra. Sa fejn hu possibbli, l-eċċezzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-gwida rigward il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. M’għandhomx ikunu permessi eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

12.   L-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 11 għall-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa previst fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandhomx ikunu permessi għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi. L-intervalli bejn żewġ perijodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandhomx ikunu anqas minn darbtejn it-tul tal-eċċezzjoni.

13.   Fil-qafas ta’ eċċezzjonijiet possibbli għall-paragrafu 5 msemmijin fil-paragrafu 11, is-sigħat minimi ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 4 jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn tliet perijodi ta’ mistrieħ, li wieħed minnhom għandu jkun mill-inqas 6 sigħat fit-tul u l-ebda wieħed miż-żewġ perijodi l-oħra ma għandhom ikunu ta’ tul inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perijodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perijodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ 7 ijiem..

14.   Għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż tal-alkoħol, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta’ mhux aktar minn 0,05 % ta’ livell ta’ alkoħol fid-demm (BAC) jew 0,25 mg/l ta’ alkoħol fin-nifs jew kwantità ta’ alkoħol li twassal għal tali konċentrazzjoni ta’ alkoħol għall-kaptani, l-uffiċjali u baħħara oħra waqt it-twettiq ta’ dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u li jirrigwardaw l-ambjent tal-baħar.”

(15)

Fl-Artikolu 17(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

joħorġu ċ-ċertifikati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5;”.

(16)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu tal-Artikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza”.

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-baħħara li m’għandhomx iċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa mill-Istati Membri u/jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa mill-Istati Membri lill-kaptani u lill-uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, jistgħu jitħallew iservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, dment li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom permezz tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.”.

(c)

fil-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu għandu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b’approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza msemmijin fil-paragrafu 1 maħruġin minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba għar-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu.”;

(d)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiż terz għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2), fi żmien 18-il xahar mid-data tat-talba għar-rikonoxximent. L-Istat Membru li jissottometti t-talba jista’ jiddeċiedi li jirrikonoxxi l-pajjiż terz b’mod unilaterali sakemm tittieħed deċiżjoni skont dan il-paragrafu.”.

(17)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jimplimentaw id-deċiżjoni.”.

(18)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 2, kull bastiment, waqt li jkun fil-portijiet ta’ Stat Membru, għandu jkun soġġett għall-kontroll tal-Istat tal-port minn uffiċjali debitament awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom abbord li jkunu meħtieġa li jkollhom ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata skont il-Konvenzjoni STCW, jkollhom tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata.”.

(19)

Fl-Artikolu 23(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

verifika li kull baħħar li jagħti s-servizz tiegħu abbord li għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza skont il-Konvenzjoni STCW ikollu tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza, jew jipprovdi prova dokumentata li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni għand l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera li turi r-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’ kompetenza;”.

(20)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza ta’ introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Il-kapaċità tal-baħħara tal-bastiment li jżommu standards ta’ għassa u ta’ sigurtà, kif adatt, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW, għandha tiġi vvalutata skont il-Parti A tal-Kodiċi STCW jekk hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li tali standards mhumiex qed jinżammu minħabba li jkun seħħ xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-bastiment qed jiġi operat b’mod li jippreżenta periklu għall-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, jew b’tali mod li jikkomprometti s-sigurtà;”.

(21)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

Informazzjoni għall-finijiet ta’ statistika

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni elenkata fl-Anness V lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ analiżi statistika biss. Informazzjoni bħal din ma għandhiex tintuża għal finijiet amministrattivi, legali jew ta’ verifika, u hija esklussivament għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil ta’ politika.

2.   Dik l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fuq bażi annwali u f’forma elettronika u għandha tinkludi l-informazzjoni rreġistrata sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. L-Istati Membri għandhom iżommu d-drittijiet tal-proprjetà kollha għall-informazzjoni fil-format tagħha ta’ data mhux ipproċessata. Statistika pproċessata mfassla abbażi ta’ informazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-protezzjoni tal-informazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, l-Istati Membri għandhom janonimizzaw kwalunkwe informazzjoni personali kif indikat fl-Anness V permezz ta’ software pprovdut jew aċċettat mill-Kummissjoni qabel ma jibagħtuha lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għamdha tuża biss din l-informazzjoni anonimizzata.

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-ħżin, l-analizzar u t-tixrid ta’ tali informazzjoni jkunu mfasslin f’tali mod li tkun possibbli analiżi bbażata fuq statistika.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati rigward ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni adatta tad-data tal-istatistika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).”.

(22)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 27a, li jemendaw l-Anness V għal din id-Direttiva fir-rigward ta’ kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri kemm-il darba tali atti jkunu limitati li jqisu l-emendi għall-Konvenzjoni u l-Kodiċi STCW u jirrispettaw is-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-data. Atti ddelegati bħal dawn ma għandhomx ibiddlu d-dispożizzjonijiet tal-anonimizzazzjoni tad-data kif meħtieġa mill-Artikolu 25a (3).”.

(23)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 27a

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-3 ta’ Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Lulju 2017. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b’mod taċitu għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delegazjoni ta’ setgħa li jirriferi għaliha l-Artikolu 27 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

(24)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (**).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1"

(**)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”."

(25)

L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 3, 5, 7, 9 sa 15, 17, 18, 19, 22, 23, 24 u l-Anness I, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”.

(26)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li jkunu bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm approvat ta’ edukazzjoni u taħriġ jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013, l-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu, jirrikonoxxu u japprovaw, sal-1 ta’ Jannar 2017, ċertifikati ta’ kompetenza skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel it-3 ta’ Jannar 2013.

Sal-1 ta’ Jannar 2017, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jġeddu u jivvalidaw mill-ġdid ċertifikati ta’ kompetenza u approvazzjonijiet skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel it-3 ta’ Jannar 2013”.

(27)

L-Artikolu 33 huwa mħassar.

(28)

Dan il-punt ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

(29)

L-Annessi huma emendati kif ġej:

(a)

L-Anness I għad-Direttiva 2008/106/KE huwa sostitwit bl-Anness I għal din id-Direttiva.

(b)

L-Anness II għad-Direttiva 2008/106/KE huwa emendat kif imniżżel fl-Anness II għal din id-Direttiva.

(c)

It-test li jinsab fl-Anness III għal din id-Direttiva huwa miżjud bħala l-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/106/KE, kif emendat mill-punt 26 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-4 ta’ Lulju 2014, u, fir-rigward tal-punt 5 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva sal-4 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw tali dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 69.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012.

(3)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 28.

(4)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(5)  ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) (ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33).

(7)  Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).

(8)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

“ANNESS I

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-Anness huma supplimentati bid-dispożizzjonijiet obbligatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2.

2.

Kwalunkwe referenza għal rekwiżit f’Regolament jikkostitwixxi wkoll referenza għat-Taqsima korrispondenti tal-Parti A tal-Kodiċi STCWIl-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa li għandhom juru l-kandidati għall-ħruġ, u l-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Sabiex tiġi ċċarata l-konnessjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni alternattivi tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-ħiliet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif adatt taħt is-seba’ funzjonijiet li ġejjin:

(1)

Navigazzjoni;

(2)

Maniġġar u stivar tal-merkanzija;

(3)

Kontroll tal-operat tal-bastiment u kura għall-persuni abbord;

(4)

Inġinerija marittima;

(5)

Inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll;

(6)

Manutenzjoni u tiswija;

(7)

Komunikazzjoni bir-radju,

fil-livelli ta’ responsabbiltà li ġejjin:

(1)

Livell ta’ maniġġar;

(2)

Livell operattiv;

(3)

Livell ta’ appoġġ.

Il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati skont is-sottotitoli fit-tabelli tal-istandards ta’ kompetenza speċifikati fil-Kapitoli II, III u IV tal-Parti A tal-Kodiċi STCW.

KAPITOLU II

DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA

Regolament II/1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment li jbaħħar ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jinkludi taħriġ abbord li jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW u huwa dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat, jew inkella li għandu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar;

2.3.

ikun wettaq, matul is-servizz tat-tbaħħir meħtieġ, dmirijiet ta’ għassa fuq il-pont taħt is-superviżjoni tal-kaptan jew ta’ uffiċjal kwalifikat għal perijodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

2.4.

jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif adatt, għat-twettiq tad-dmirijiet tar-radju speċifikati skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju;

2.5.

ikun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW; u

2.6.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-VI/1, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3, u l-paragrafi 1 sa 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

Regolament II/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed

Kaptan u chief mate fuq bastimenti ta’ 3000 tunnellaġġ gross jew iżjed

1.

Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu: