ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.342.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 342

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
14 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma koningii (MUCL 39203) għal dundjani għas-simna u dundjani mrobbija għat-tgħammir biex ibidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lyven) ( 1 )

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1196/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 9/2010 fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf użat fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) ( 1 )

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram ( 1 )

27

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

31

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1199/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

33

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1200/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

36

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1201/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

38

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1202/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

40

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/778/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2012 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/587/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Malta

43

 

 

2012/779/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2012 li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

45

 

 

2012/780/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE ( 1 )

46

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej ( ĠU L 124, 27.4.2004 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 02, p. 130)

48

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1194/2012

tat-12 ta’ Diċembru 2012

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/125/KE tesiġi li l-Kummissjoni tistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li joffru potenzjal sinifikanti għal titjib permezz tad-disinn mil-lat tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jistipula li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara li jkun ġie kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżuri implimentattivi billi tibda b'dawk li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effetttiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bħal prodotti ta’ tidwil kemm fis-setturi domestiċi kif ukoll dawk terzjarji, li jinkludu lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju preparatorju biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat. L-istudju tħejja flimkien mal-partijiet interessati tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Studju preparatorju fuq provvisti tal-elettriku esterni pprovda analiżi simili għall-apparat ta’ kontroll għal lampi aloġeni.

(4)

Ir-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn japplikaw għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni kull fejn dawn ikunu installati jew użati; għalhekk tali rekwiżiti ma jistgħux jiddependu fuq l-applikazzjoni li fiha jintuża l-prodott.

(5)

Prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament huma ddisinjati essenzjalment għall-illuminazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ spazju, billi jissostitwixxu jew jikkomplementaw id-dawl naturali bid-dawl artifiċjali, sabiex itejbu l-viżibbiltà f'dak l-ispazju. Lampi b’użi speċjali ddisinjati essenzjalment għal tipi oħrajn ta’ applikazzjonijiet, bħal sinjali tad-dwal tat-traffiku, tidwil ta’ terrarji jew apparat domestiku u li jkunu indikati ċarament bħala tali fuq l-informazzjoni dwar il-prodott, ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f’dan ir-Regolament.

(6)

Teknoloġiji ġodda li qed jitfaċċaw fis-suq, bħal dajowds li jemettu d-dawl, għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

(7)

L-aspetti ambjentali tal-prodotti koperti li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu flimkien mal-kontenut u l-emissjonijiet tal-merkurju.

(8)

Fl-2007, l-emissjonijiet tal-merkurju fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-lampi, inklużi dawk mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-fażi tal-użu u minn 80 % ta’ lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali li fihom il-merkurju u li jkunu mistennija li ma jiġux riċiklati fi tmiem il-ħajja tagħhom, ġew stmati li, abbażi tal-lampi installati, jammontaw għal 0,7 tunnellati. Mingħajr it-teħid ta’ miżuri speċifiċi, l-emissjonijiet tal-merkurju minn lampi installati huma previsti li se jiżdiedu sa 0,9 tunnellati fl-2020, għalkemm intwera li dawn jistgħu jitnaqqsu b'mod sinifikanti.

(9)

Għalkemm il-kontenut tal-merkurju tal-lampi fluworexxenti kumpatti huwa meqjus bħala aspett ambjentali sinifikanti, huwa xieraq li dan ikun irregolat skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Huwa xieraq li jiġu rregolati l-emissjonijiet ta’ dawl ultravjola minn lampi u parametri oħra b'effetti potenzjali fuq is-saħħa skont id-Direttivi 2006/95/KE (3) u 2001/95/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(10)

L-iffissar ta’ rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika tal-lampi għandu jwassal għal tnaqqis kumplessiv tal-emissjonijiet tal-merkurju.

(11)

L-Artikolu 14(2)(d) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem bħala riżultat tal-preżenza ta’ sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodott f'dan ir-Regolament għandhom jikkomplementaw din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-merkurju f’lampi fluworexxenti kumpatti.

(12)

Il-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandu jitjieb bl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji kosteffettivi eżistenti mhux brevettati, li jwasslu għal tnaqqis tal-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u għat-tħaddim tat-tagħmir.

(13)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ddefiniti bl-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti kkonċernati u jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għall-għan tal-Unjoni li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija b'20 % sal-2020 meta mqabbel mal-konsum tal-enerġija mbassar għal dik is-sena f'każ li ma tittieħed l-ebda miżura.

(14)

L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f'dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (6) huwa mistenni li jirriżulta f'iffrankar annwali tal-elettriku ta’ 25 TWh sal-2020 fil-każ tal-lampi direzzjonali, meta mqabbel mas-sitwazzjoni f'każ li ma tittieħed l-ebda miżura.

(15)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent u ma għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B'mod partikolari, il-vantaġġi tat-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandhom jegħlbu kwalunkwe impatt ambjentali potenzjali żejjed waqt il-fażi tal-produzzjoni ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat is-sodisfazzjon tal-konsumatur fir-rigward ta’ lampi li jiffrankaw l-enerġija, partikolarment l-LEDs, ir-rekwiżiti tal-funzjonalità ma għandhomx jiġu stipulati biss għal-lampi direzzjonali, iżda wkoll għal LEDs mhux direzzjonali, billi dawn ma kinux koperti mir-rekwiżiti ta’ funzjonalità fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 (7). Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandhom jippermettu lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet infurmati.

(16)

Il-luminarji LED, li minnhom ma jistgħux jiġu estratti l-ebda lampa jew modulu LED għall-ittestjar indipendenti, ma għandhomx iservu bħala mezz li bih il-manifatturi tal-LED jevitaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Huwa xieraq li jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi f'livell li jħalli biżżejjed lampi alternattivi disponibbli biex jintużaw għat-tagħmir tat-tidwil installat kollu. B’mod parallel, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti ġeneriċi li jiġu implimentati permezz ta’ standards armonizzati u li, permezz tagħhom, it-tagħmir ġdid tat-tidwil ikun aktar kumpatibbli ma’ lampi li jiffrankaw l-enerġija, u l-lampi li jiffrankaw l-enerġija kumpatibbli ma’ firxa usa’ ta’ tagħmir tat-tidwil. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott fuq tagħmir ta’ tidwil jistgħu jgħinu lill-utenti jsibu l-lampi u t-tagħmir li jaqblu.

(18)

L-introduzzjoni f'fażijiet tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tipprovdi qafas ta’ żmien suffiċjenti biex il-manifatturi jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament. L-għażla taż-żmien tal-fażijiet għandha tkun b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir fis-suq u li jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin u l-manifatturi, partikolarment l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(19)

Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodotti għandu jitwettaq permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(20)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(21)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE sa fejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

(22)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati parametri ta’ referenza indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b'mod mifrux u faċilment aċċessibbli.

(23)

Evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tqis b’mod partikolari x-xejra fil-bejgħ ta’ tipi ta’ lampi b'użi speċjali, sabiex jiġi żgurat li ma jintużawx barra l-applikazzjonijiet speċjali, u tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda bħal-LED u l-LED organiku. Għandha tivvaluta l-fattibilità li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-klassi A kif iddefinit fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012, jew, tal-anqas, fuq livell ta’ Klassi B għal lampi direzzjonali b'vultaġġ tal-mejnijiet (billi jitqiesu l-kriterji stipulati hawn taħt fit-Tabella 2 fil-punt 1.1. tal-Anness III). Għandha wkoll tivvaluta jekk ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għal lampi oħra bil-filament jistgħux ikunu konsiderevolment aktar stretti. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità fir-rigward tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur għal lampi LED.

(24)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-elettriku ta’ tidwil li ġejjin:

(a)

lampi direzzjonali;

(b)

lampi b'dajowd li jemetti d-dawl (LED);

(c)

tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi, inkluż tagħmir ta’ kontroll tal-lampi, l-apparati ta’ kontroll u l-luminarji (minbarra ballasts u luminarji għal lampi fluworexxenti u dawk bi skariku elettriku ta’ intensità għolja);

inkluż meta jkunu integrati fi prodotti oħrajn.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal prodotti b'użu speċjali.

Il-moduli LED għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk huma kkummerċjalizzati bħala parti minn luminarji mqiegħda fis-suq f'inqas minn 200 unità fis-sena.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

"tidwil" tfisser l-applikazzjoni ta’ dawl fuq xena, oġġetti jew l-ispazji madwarhom sabiex ikunu jistgħu jarawhom il-bnedmin;

2.

"tidwil ta’ aċċentwazzjoni" tfisser għamla ta’ tidwil ġenerali fejn id-dawl huwa f'direzzjoni li taċċentwa oġġett jew parti minn spazju;

3.

“prodott elettriku ta’ tidwil” tfisser prodott iddisinjat għall-użu bl-elettriku u maħsub għall-użu fit-tidwil ġenerali;

4.

"prodott b'użu speċjali" tfisser prodott li juża t-teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament iżda mhuwiex maħsub għall-użu fl-applikazzjonijiet speċjali minħabba l-parametri tekniċi tiegħu kif deskritti fid-dokumentazzjoni teknika. Applikazzjonijiet speċjali huma dawk li jesiġu parametri tekniċi mhux meħtieġa għall-finijiet ta’ tidwil ta’ xeni jew oġġetti komuni f'ċirkostanzi normali. Huma tat-tipi li ġejjin:

(a)

applikazzjonijiet fejn l-użu ewlieni tad-dawl mhuwiex it-tidwil, bħal:

(i)

l-emissjoni ta’ dawl bħala aġent fi proċess kimiku jew bijoloġiku (bħall-polimerizzazzjoni, id-dawl ultravjola użat għal fejqan/tnixxif/twebbis, it-terapija fotodinamika, l-ortikultura, il-kura tal-annimali domestiċi, il-prodotti kontra l-insetti);

(ii)

il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta’ immaġini (bħal torċijiet, magni ta’ fotokopjar, retroprojetturi);

(iii)

it-tisħin (bħal lampi infraħomor);

(iv)

is-sinjalar (bħall-kontrol tat-traffiku jew lampi tal-mitjar);

(b)

applikazzjoni tat-tidwil fejn:

(i)

id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija maħsuba biex tbiddel id-dehra tax-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal, kif ukoll biex tagħmilhom viżibbli (bħal tidwil ta’ wiri tal-ikel jew lampi kkuluriti kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Anness I), bl-eċċezzjoni tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-kulur ikkorrelatata; jew

(ii)

id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija aġġustata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ tagħmir tekniku partikolari, kif ukoll biex tagħmel ix-xena jew l-oġġett viżibbli għall-bnedmin (bħat-tidwil ta’ studjo, tidwil ta’ effett ta’ spettaklu, tiwdil tat-teatri); jew

(iii)

ix-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal jesiġu protezzjoni speċjali mill-effetti negattivi tas-sors tad-dawl (bħat-tidwil b'filtri attaposta għal pazjenti fotosensittivi jew eżibizzjonijiet fotosensittivi fil-mużewijiet); jew

(iv)

it-tidwil huwa meħtieġ biss għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (bħal luminarji ta’ tidwil ta’ emerġenza jew tagħmir ta’ kontroll għal tidwil ta’ emerġenza); jew

(v)

il-prodotti ta’ tidwil iridu jirreżistu l-kundizzjonijiet fiżiċi estremi (bħal vibrazzjonijiet jew temperaturi taħt – 20 °C jew ogħla minn 50 °C);

(c)

prodotti li jinkorporaw prodotti ta’ tidwil, fejn l-użu primarju mhuwiex it-tidwil u l-prodott huwa dipendenti fuq input ta’ enerġija għall-issodisfar tal-użu primarju tiegħu waqt l-użu (bħal friġġijiet, magni tal-ħjata, endoskopji, analizzaturi tad-demm);

5.

“sors tad-dawl” tfisser superfiċje ddisinjata jew oġġett iddisinjat biex primarjament jemettu radjazzjoni ottika viżibbli prodotta mit-trasformazzjoni tal-enerġija. It-terminu “viżibbli” jirreferi għal tul tal-mewġa ta’ 380-780 nm;

6.

"lampa" (inkluża "bozza") tfisser unità li l-prestazzjoni tagħha tista’ tiġi vvalutata indipendentement u li tikkonsisti minn sors wieħed jew aktar ta’ dawl. Tista’ tinkludi komponenti addizzjonali meħtieġa għall-attivazzjoni, il-provvista tal-elettriku jew il-funzjonament stabbli tal-unità jew għad-distribuzzjoni, il-filtrazzjoni jew it-trasformazzjoni tar-radjazzjoni ottika, f'każijiet fejn dawk il-komponenti ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jagħmlu ħsara permanenti lill-unità;

7.

“bażi tal-lampa” tfisser dik il-parti tal-lampa li tipprovdi konnessjoni mal-provvista tal-elettriku permezz ta’ ħowlder tal-lampa jew konnettur tal-lampa u li tista’ sservi wkoll biex iżżomm il-lampa fil-ħowlder tal-lampa;

8.

“ħowlder tal-lampa” jew "sokit" tfisser apparat li jżomm il-lampa f’postha, normalment billi jkollu l-bażi mdaħħla fiha, f’liema każ dan jipprovdi wkoll il-mezz biex iqabbad il-lampa mal-provvista tal-elettriku;

9.

“lampa direzzjonali” tfisser lampa li, tal-anqas, 80 % tad-dawl li titfa’ jkun f'angolu solidu ta’ π sr (li jikkorrispondi għal kon b'angolu ta’ 120°);

10.

“lampa mhux direzzjonali” tfisser lampa li mhijiex lampa direzzjonali;

11.

“lampa bil-filament” tfisser lampa li fiha d-dawl jiġi prodott permezz ta’ konduttur li jkun qisu ħajta, li jissaħħan sal-inkandexxenza bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku. Il-lampa jista’ jkollha gassijiet li jinfluwenzaw il-proċess tal-inkandexxenza;

12.

“lampa inkandexxenti” tfisser lampa bil-filament li fiha l-filament jaħdem f’lampa evakwata jew ikun imdawwar b’gass inerti;

13.

“lampa aloġena (tat-tungstenu)” tfisser lampa bil-filament li fiha l-filament huwa magħmul mit-tungstenu u huwa mdawwar b'gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu; il-provvista tal-elettriku tagħhom tista’ tkun ġejja minn provvista integrata;

14.

“lampa bi skariku” tfisser lampa li fiha d-dawl jiġi prodott, b'mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, fwar metalliku jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar;

15.

“lampa fluworexxenti” tfisser lampa bi skariku tat-tip bil-merkurju bi pressjoni baxxa li fiha l-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Lampi fluworexxenti jistgħu jiġu fornuti b'ballast integrat;

16.

“lampa fluworexxenti mingħajr ballast integrat” tfisser lampa fluworexxenti b’bażi waħda jew doppja mingħajr ballast integrat;

17.

“lampa bi skariku ta’ intensità għolja” tfisser lampa bi skariku li fiha l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bożża u l-ark ikollu qawwa ta’ skariku superfiċjali ogħla minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru;

18.

“dajowd li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl li jikkonsisti minn apparat fi stat solidu li jinkorpora punt p-n ta’ materjal inorganiku. Il-punt jemetti radjazzjoni ottika meta mqanqal minn kurrent elettriku;

19.

“pakkett LED” tfisser assemblaġġ ta’ LED wieħed jew aktar. L-assemblaġġ jista’ jinkludi element ottiku u interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi;

20.

“modulu LED” tfisser assemblaġġ li ma għandux bażi u li jinkorpora pakkett LED wieħed jew aktar fuq unità ta’ ċirkwit stampat. L-assemblaġġ jista’ jkollu komponenti elettriċi, ottiċi, mekkaniċi u termali, interfaċċji u tagħmir ta’ kontroll;

21.

“lampa LED ” tfisser lampa li tinkorpora modulu LED wieħed jew aktar. Il-lampa tista’ tkun mgħammra b'bażi;

22.

"tagħmir ta’ kontroll tal-lampa" tfisser apparat li jinsab bejn il-provvista tal-elettriku u lampa waħda jew aktar, li jipprovdi funzjonalità relatata mal-funzjonament tal-lampa/lampi, bħal dik li jittrasforma l-vultaġġ tal-provvista, jillimita l-kurrent tal-lampa/lampi sal-valur meħtieġ, jipprovdi l-vultaġġ ta’ attivazzjoni jew il-kurrent tat-tisħin ta’ qabel, jevita l-attivazzjoni kiesħa, jikkoreġi l-fattur ta’ potenza jew inaqqas l-interferenza tar-radju. L-apparat jista’ jkun iddisinjat biex ikun konness ma’ tagħmir ieħor ta’ kontroll tal-lampa sabiex iwettaq dawn il-funzjonijiet. It-terminu ma jinkludix:

apparati ta’ kontroll,

provvisti tal-elettriku skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (9);

23.

“apparat ta’ kontroll” tfisser apparat mekkaniku jew elettroniku li jikkontrolla jew jimmonitorja l-fluss ta’ luminożità tal-lampa b'mezzi oħra għajr il-konverżjoni tal-enerġija, swiċċijiet bit-tajmer, sensuri ta’ preżenza, sensuri tad-dawl u apparati ta’ kontroll tad-dawl ta’ matul il-jum; Minbarra dan, id-dimmers bi qtugħ tal-fażi għandhom jitqiesu wkoll bħala apparati ta’ kontroll;

24.

“tagħmir estern ta’ kontroll tal-lampa” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampa mhux integrat, iddisinjat biex jiġi installat barra l-kontenitur tal-lampa jew tal-luminarja, jew biex jitneħħa mill-kontenitur mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-lampa jew lill-luminarja;

25.

"ballast" tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampa mdaħħal bejn il-provvista u lampa waħda jew aktar bi skariku elettriku li, permezz ta’ induttanza, kapaċitanza jew kombinazzjoni ta’ induttanza u kapaċitanza, iservi l-aktar biex jillimita l-kurrent tal-lampa/lampi sal-valur meħtieġ;

26.

“tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampi li jittrasforma l-vultaġġ tal-mejnijiet f’vultaġġ baxx ħafna għal-lampi aloġeni;

27.

“lampa fluworexxenti kumpatta” tfisser lampa fluworexxenti li tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa biex tinxtegħl il-lampa u biex din taħdem b’mod stabbli;

28.

“luminarja” (inkluża "unità ta’ tidwil") tfisser apparat li jiddistribwixxi, jiffiltra jew jittrasforma d-dawl li jgħaddi minn lampa waħda jew aktar li jinkludi l-partijiet kollha meħtieġa biex isostnu, jiffissaw u jipproteġu l-lampi u, fejn meħtieġ, ċirkwiti awżiljarji flimkien mal-mezzi għall-konnessjoni tagħhom mal-provvista tal-elettriku;

29.

"utent aħħari" tfisser persuna fiżika li qed tixtri jew mistennija tixtri prodott għal finijiet li mhumiex fl-ambitu tal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

30.

"sid finali" tfisser il-persuna jew l-entità li tkun is-sid ta’ prodott matul il-fażi tal-użu taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, jew kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem tali persuna jew entità.

Għall-finijiet tal-Annessi III sa V, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Il-prodotti elettriċi ta’ tidwil elenkati fl-Artikolu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fl-Anness III, għajr meta jkunu prodotti b'użu speċjali.

Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont il-fażijiet li ġejjin:

 

Fażi 1: l-1 ta’ Settembru 2013

 

Fażi 2: l-1 ta’ Settembru 2014

 

Fażi 3: l-1 ta’ Settembru 2016.

Sakemm ma jiġix sostitwit ir-rekwiżit jew ikun speċifikat mod ieħor, kull rekwiżit għandu jkompli japplika flimkien mar-rekwiżiti l-oħrajn li jiġu introdotti fi stadji iktar ’il quddiem.

2.   Mill-1 ta’ Settembru 2013, prodotti b'użi speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Anness I

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun il-kontroll intern tad-disinn stipulat fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu:

(a)

jinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-parti 3 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont l-Annessi I, III u IV li għandha tkun preżenti fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika;

(c)

jispeċifika tal-inqas kombinazzjoni realistika waħda ta’ konfigurazzjonijiet u kundizzjonijiet tal-prodott li bihom il-prodott jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 6

Parametri ta’ referenza indikattivi

Il-parametri ta’ referenza indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien li jiġi adottat dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux iktar tard minn tliet snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(3)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.

(4)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(5)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38

(6)  ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3.

(8)  ĠU L L 204, 21.7.1998, p. 37.

(9)  ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3.


ANNESS I

Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal prodotti b'użu speċjali

1.

Jekk il-koordinati tal-kromatiċità ta’ lampa jaqgħu dejjem fil-medda li ġejja:

x < 0,270 jew x > 0,530

Formula jew Formula;

il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jiġu ddikjarati fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, li għandu jindika li, minħabba dawn il-koordinati, il-lampi jitqiesu bħala prodott b'użu speċjali

2.

Għall-prodotti kollha b'użu speċjali, l-użu maħsub għandu jitniżżel f’kull għamla ta’ informazzjoni dwar il-prodott, flimkien ma’ twissija li mhumiex maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet oħra.

Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li, permezz tagħhom, id-disinn tal-prodott ikun speċifiku għall-użu maħsub iddikjarat. Jekk meħtieġ, il-parametri jistgħu jiġu elenkati b'tali mod li jevita l-iżvelar ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur.

Jekk il-prodott jitqiegħed fis-suq f'imballaġġ li jinkludi informazzjoni li għandha tintwera lill-utent aħħari b'mod viżibbli fuq l-imballaġġ qabel l-akkwist u fuq kwalunkwe għamla oħra ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tiġi indikata b'mod ċar u prominenti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-użu maħsub; u

(b)

li mhuwiex adattat għall-illuminazzjoni ta’ kamra ta’ dar.


ANNESS II

Definizzjonijiet applikabbli għall-finijiet tal-Annessi III sa V

Għall-finijiet tal-Annessi III sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“fluss ta’ luminożità” (Φ) tfisser il-kwantità derivata mill-fluss radjanti (potenza radjanti) bl-evalwazzjoni tar-radjazzjoni skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana; Mingħajr speċifikazzjoni ulterjuri, dan it-terminu jirreferi għall-fluss inizjali ta’ luminożità;

(b)

“fluss inizjali ta’ luminożità” tfisser il-fluss ta’ luminożità ta’ lampa wara perjodu qasir ta’ funzjonament;

(c)

“fluss utli ta’ luminożità” (Φuse) tfisser il-parti tal-fluss ta’ luminożità ta’ lampa li taqa’ fi ħdan il-kon użat għall-ikkalkular tal-effiċjenza enerġetika tal-lampa fil-punt 1.1. tal-Anness III;

(d)

“intensità ta’ luminożità” (candela jew cd) tfisser il-kwozjent tal-fluss ta’ luminożità li jħalli s-sors u jixxerred fl-element ta’ angolu solidu li jinkludi d-direzzjoni mogħtija, mill-element ta’ angolu solidu;

(e)

“angolu tar-raġġ” tfisser l-angolu bejn żewġ linji immaġinarji fuq pjan li jaqsam l-assi tar-raġġ ottiku, b'tali mod li dawn il-linji jgħaddu miċ-ċentru tas-superfiċje ta’ quddiem tal-lampa u minn punti li fihom l-intensità tal-luminożità tkun ta’ 50 % tal-intensità tar-raġġ taċ-ċentru, fejn l-intensità tar-raġġ taċ-ċentru tkun il-valur tal-intensità tal-luminożità imkejla fuq l-assi tar-raġġ ottiku;

(f)

“kromatiċità” tfisser il-proprjetà ta’ stimolu ta’ kulur iddefinit mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu, jew mit-tul tal-mewġa dominanti jew komplementari u l-purità tiegħu meħuda flimkien;

(g)

“temperatura tal-kulur ikkorrelatata” (Tc [K]) tfisser it-temperatura ta’ radjatur Planckjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta’ stimolu partikolari bl-istess dija u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ osservazzjoni;

(h)

“apparenza tal-kulur” (Ra) tfisser l-effett ta’ mezz ta’ illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta’ oġġetti b'paragun konxju jew subkonxju mad-dehra tal-kulur tagħhom taħt mezz ta’ illuminazzjoni ta’ referenza;

(i)

“konsistenza tal-kulur” tfisser id-devjazzjoni massima tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y) ta’ lampa unika minn punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy), espressa bħala d-daqs (fi stadji) tal-ellissi MacAdam iffurmat madwar il-punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy).

(j)

“fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen tal-lampa” (LLMF), tfisser il-proporzjon tal-fluss ta’ luminożità emess mil-lampa f'ħin partikolari fil-ħajja tagħha mal-fluss inizjali ta’ luminożità;

(k)

“fattur ta’ sopravivenza tal-lampa” (LSF) tfisser il-frazzjoni ddefinita tal-għadd totali ta’ lampi li jkomplu jaħdmu fi żmien stipulat taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti;

(l)

“tul tal-ħajja ta’ lampa” tfisser il-ħin ta’ funzjonament li warajh il-frazzjoni tal-għadd totali ta’ lampi li jkomplu jaħdmu tikkorrispondi għall-fattur ta’ sopravivenza tal-lampa taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti; Għal-lampi LED, it-tul tal-ħajja ta’ lampa tfisser il-ħin ta’ funzjonament bejn il-bidu tal-użu tagħhom u l-mument meta 50 % biss tal-għadd totali tal-lampi jibqħu jiffunzjonaw jew meta l-manutenzjoni medja tal-lumen tal-kampjun taqa’ taħt is-70 %, skont liema sseħħ l-ewwel;

(m)

“ħin ta’ attivazzjoni ta’ lampa” tfisser il-ħin meħtieġ, wara li jinxtegħel il-vultaġġ ta’ provvista, biex il-lampa tkun kompletament attivata u tibqa’ mixgħula;

(n)

“ħin ta’ tisħin tal-lampa” tfisser il-ħin meħtieġ wara l-attivazzjoni sabiex il-lampa temetti proporzjon definit tal-fluss stabbilizzat ta’ luminożità tagħha;

(o)

“fattur ta’ potenza” tfisser il-proporzjon tal-valur assolut tal-potenza attiva mal-valur tal-potenza apparenti taħt kundizzjonijiet perjodiċi,

(p)

“kontenut ta’ merkurju tal-lampa” tfisser il-kwantità tal-merkurju li jinsab fil-lampa;

(q)

“valur assenjat” huwa l-valur ta’ kwantità użat għall-finijiet ta’ speċifikazzjoni, stabbilit għal sett speċifikat ta’ kundizzjonijiet ta’ funzjonament ta’ prodott. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-rekwiżiti kollha huma stabbiliti f'valuri assenjati;

(r)

“valur nominali” huwa l-valur ta’ kwantità użata biex jindika u jidentifika prodott;

(s)

“modalità ta’ ebda tagħbija” tfisser il-kundizzjoni ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa fejn ikun konness mal-vultaġġ ta’ provvista u fejn il-ħruġ tiegħu huwa skonness f'funzjonament normali mit-tagħbijiet primarji kollha permezz tas-swiċċ maħsub għal dan l-iskop (lampa difettuża jew nieqsa, jew skonnessjoni tat-tagħbija bi swiċċ ta’ sikurezza mhumiex funzjonament normali);

(t)

“modalità stennija” tfisser modalità ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa fejn il-lampi jiġu mitfija bl-għajnuna ta’ sinjal ta’ kontroll taħt kundizzjonijiet normali ta’ funzjonament. Din tapplika għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampi b'funzjoni integrata ta’ attivazzjoni u li huwa mqabbad permanentement mal-vultaġġ tal-provvista waqt użu normali;

(u)

“sinjal ta’ kontroll” tfisser sinjal analoġiku jew diġitali trażmess lit-tagħmir ta’ kontroll mingħajr fili jew bil-fili kemm permezz ta’ modulazzjoni tal-vultaġġ f'kejbils separati ta’ kontroll jew permezz ta’ sinjal modulat fil-vultaġġ ta’ provvista;

(v)

“potenza fuq modalità stennija” tfisser il-potenza kkunsmata mit-tagħmir ta’ kontroll waqt modalità stennija;

(w)

“potenza ta’ ebda tagħbija” tfisser l-elettriku kkunsmat mit-tagħmir ta’ kontroll tal-lampa f'modalità ta’ ebda tagħbija;

(x)

“ċiklu ta’ kommutazzjoni” tfisser is-sekwenza biex tinxtegħel jew tintefa lampa f'intervalli stabbiliti;

(y)

“qtugħ prematur” tfisser meta l-lampa tasal fi tmiem il-ħajja tagħha wara perjodu ta’ funzjonament li huwa inqas mit-tul tal-ħajja assenjat fid-dokumentazzjoni teknika;

(z)

“skrin antirifless” tfisser regolatur reżistenti, mekkaniku jew ottiku, li jirrefletti jew le, iddisinjat biex jimblokka r-radjazzjoni viżibbli diretta emessa mis-sors ta’ dawl ta’ lampa direzzjonali, sabiex tiġi evitata l-għama parzjali (leħħ ta’ diżabbiltà) jekk tiġi osservata direttament minn osservatur. Ma jinkludix kisi tas-superfiċje ta’ sors tad-dawl f'lampa direzzjonali;

(aa)

“kompatibbiltà” tfisser li meta prodott huwa maħsub għall-istallazzjoni fi stallazzjoni, għall-inseriment fi prodott ieħor jew għall-konnessjoni miegħu permezz ta’ kuntatt fiżiku jew konnessjoni mingħajr fili,

(i)

huwa possibbli li jitwettqu l-istallazzjoni, inseriment jew konnessjoni; u

(ii)

ftit wara l-użu tagħhom flimkien, l-utenti aħħarin mhumiex imġiegħla jaħsbu li xi wieħed mill-prodotti għandu difett; u

(iii)

ir-riskju għas-sikurezza mill-użu tal-prodotti flimkien mhuwiex ogħla minn meta l-istess prodotti, fuq livell individwali, jintużaw flimkien ma’ prodotti oħra.


ANNESS III

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

1.1.   Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għal lampi direzzjonali

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) huwa kkalkulat kif ġej u aġġustat sa żewġ punt deċimali:

Formula

fejn:

Pcor hija l-potenza assenjata mkejla għall-vultaġġ introdott nominali u kkoreġuta fejn xieraq skont it-Tabella 1. Fejn xieraq, il-fatturi tal-korrezzjoni jkunu kumulattivi.

Tabella 1

Fatturi ta’ korrezzjoni

Skop tal-korrezzjoni

Potenza kkorreġuta (Pcor)

Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi aloġeni

Formula

Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi LED

Formula

Lampi fluworexxenti b'dijametru ta’ 16 mm (lampi T5) u lampi fluworexxenti b'bażi unika 4-pin li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi fluworexxenti

Formula

Lampi oħra li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi fluworexxenti

Formula

Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern bi skariku elettriku ta’ intensità għolja

Formula

Lampi fluworexxenti kumpatti b’indiċi tal-apparenza tal-kulur ≥ 90

Formula

Lampi bi skrin antirifless

Formula

Pref hija l-potenza ta’ referenza miksuba minn fluss utli ta’ luminożità tal-lampa (Φuse) permezz tal-formula li ġejja:

Għall-mudelli b'Φuse ≥ 1 300 lumen: Formula

Għall-mudelli b'Φuse ≥ 1 300 lumen: Formula

Φuse hija ddefinita kif ġej:

Lampi direzzjonali, għajr lampi bil-filament, b'angolu tar-raġġ ≥ 90° u li jinkludu twissija fuq l-imballaġġ tagħhom skont il-punt 3.1.2(j) ta’ dan l-Anness: il-fluss utli ta’ luminożità assenjat f'kon ta’ 120° (Φ120°)

Lampi direzzjonali oħra: fluss ta’ luminożità assenjat f'kon ta’ 90° (Φ90°)

Lampi direzzjonali ta’ EEI massimu huwa indikat fit-Tabella 2.

Tabella 2

Data tal-applikazzjoni

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) massima

Mains-voltage filament lamps

Lampi oħra bil-filament

Lampi bi skariku ta’ intensità għolja

Lampi oħra

Fażi 1

Jekk Φuse ≤ 450 lm: 1,75

Jekk Φuse ≤ 450 lm: 1,20

Jekk Φuse ≤ 450 lm: 0,95

0,50

0,50

Fażi 2

1,75

0,95

0,50

0,50

Fażi 3

0,95

0,95

0,36

0,20

Fażi 3 għal lampi bil-filament b'vultaġġ tal-mejnijiet għandha tapplika biss jekk, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015, tkun prodotta evidenza mill-Kumissjoni permezz ta’ valutazzjoni dettaljata tas-suq u li tkun ikkomunikata lill-Forum Konsultattiv li hemm lampi b'vultaġġ tal-mejnijiet fis-suq li huma:

konformi mar-rekwiżit ta’ EEI massimu fil-fażi 3,

bi prezz raġonevoli f'termini li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi għall-biċċa l-kbira tal-utenti aħħarin,

ekwivalenti b'mod wiesa', f'termini ta’ parametri ta’ funzjonalità rilevanti għall-konsumatur, għal lampi bil-filament b'vultaġġ tal-mejnijiet disponibbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, inkluż f'termini ta’ flussi ta’ luminożità li jkopru l-firxa sħiħa ta’ flussi ta’ luminożità ta’ referenza elenkati fit-Tabella 6,

kompatibbli ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-bozoz bil-filament disponibbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kompatibbiltà.

1.2.   Rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa

Sa mill-fażi 2, il-potenza waqt modalità ta’ ebda tagħbija ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa maħsub għall-użu bejn il-mejnijiet u l-iswiċċ biex tinxtegħel/tintefa’ l-modalità ta’ tagħbija ma għandhiex tissupera 1,0 W. Sa mill-fażi 3, il-limitu għandu jkun 0,50 W. Għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa b'potenza ta’ ħruġ (P) akbar minn 250 W, il-limiti tal-potenza waqt modalità ta’ ebda tagħbija għandhom jiġu mmultiplikati b’ p/250 W

Sa mill-fażi 3, il-potenza waqt modalità stennija ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa ma għandhiex taqbeż 0,50 W.

Sa mill-fażi 2, l-effiċjenza ta’ tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni għandha tkun mill-inqas 0,91 għal tagħbija ta’ 100 %

2.   REKWIŻITI TA’ FUNZJONALITÀ

2.1.   Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi direzzjonali għajr lampi LED

Ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità tal-lampi huma stabbiliti fit-Tabella 3 għal lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali u fit-Tabella 4 għal lampi direzzjonali għajr il-lampi fluworexxenti kumpatti, lampi LED u lampi bi skariku ta’ intensità għolja.

Tabella 3

Rekwiżiti tal-funzjonalità għal lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali

Parametru ta’ funzjonalità

Fażi 1

except where indicated otherwise

Fażi 3

Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa għal-6 000 siegħa

Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,50

≥ 0.70

Manutenzjoni tal-lumen

Għal 2 000 siegħa: ≥ 80 %

Għal 2 000 siegħa: ≥ 83 %

Għal 6 000 siegħa: ≥ 70 %

L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ

≥ nofs it-tul tal-ħajja ta’ lampa mfisser f’sigħat

10 000 jekk il-ħin ta’ attivazzjoni tal-lampa > 0,3 sekonda

≥ it-tul tal-ħajja tal-bozza mfisser f’sigħat

≥ 30 000 jekk il-ħin ta’ attivazzjoni tal-lampa > 0,3 sekonda

Ħin ta’ attivazzjoni

< 2.0 sekondi

< 1,5 sekondi jekk P < 10W

< (1,0) sekonda jekk P ≥ 10W

Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ

< 40 sekonda

jew < 100 sekonda għal lampi li fihom il-merkurju fl-għamla ta’ amalgama

< 40 sekonda

jew < 100 sekonda għal lampi li fihom il-merkurju fl-għamla ta’ amalgama

Rata ta’ qtugħ prematur

≤ 5,0 % għal 500 siegħa

≤ 5,0 % għal 1 000 siegħa

Fattur tal-potenza tal-lampa għal lampi b'tagħmir ta’ kontroll integrat

≥ 0,50 jekk P < 25W

≥ 0,90 jekk P ≥ 25W

≥ 0,55 jekk P < 25W

≥ 0,90 jekk P ≥ 25W

Apparenza tal-kulur (Ra)

≥ 80

≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness

≥ 80

≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness

F'każ li l-bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat użat ukoll b'lampi bil-filament, il-lampa għandha tikkonforma, sa mill-fażi 2, ma’ rekwiżiti mill-aktar avvanzati għal kompatibbiltà ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi bil-filament.

Tabella 4

Rekwiżiti tal-funzjonalità għal lampi direzzjonali oħra (għajr lampi LED, lampi fluworexxenti kumpatti u lampi bi skariku ta’ intensità għolja)

Parametru ta’ funzjonalità

Fażi 1 u 2

Fażi 3

Tul ta’ ħajja assenjat għal sopravivenza tal-lampa ta’ 50 %

≥ 1 000 siegħa (≥ 2 000 siegħa fil-fażi 2) ≥ 2 000 siegħa għal bozoz b’ vultaġġ baxx ħafna li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tal-fażi 3 ta’ effiċjenza tal-lampa bil-filament fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness

≥ 2 000 siegħa

≥ 4 000 siegħa għal lampi b'vultaġġ baxx ħafna

Manutenzjoni tal-lumen

≥ 80 % għal 75% tat-tul tal-ħajja medju assenjat

≥ 80 % għal 75% tat-tul tal-ħajja medju assenjat

Għadd taċ-ċikli ta’ kommutazzjoni

≥ erba’ darbiet it-tul tal-ħajja assenjat imfisser f’sigħat

≥ erba’ darbiet it-tul tal-ħajja assenjat imfisser f’sigħat

Ħin ta’ attivazzjoni

< 0,2 sekonda

< 0,2 sekonda

Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ

≤ 1,0 sekonda

≤ 1,0 sekonda

Rata ta’ qtugħ prematur

≤ 5,0 % għal 100 siegħa

≤ 5,0 % għal 200 siegħa

Fattur tal-potenza tal-lampa għal lampi b'tagħmir ta’ kontroll integrat

Potenza > 25W: ≥ 0,9

Potenza ≤ 25 W: ≥ 0,5

Potenza > 25W: ≥ 0,9

Potenza ≤ 25 W: ≥ 0,5

2.2.   Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi LED mhux direzzjonali u dawk direzzjonali

Ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità tal-lampi huma stipulati fit-Tabella 5 kemm għal lampi LED mhux direzzjonali kif ukoll dawk direzzjonali

Tabella 5

Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi LED mhux direzzjonali u dawk direzzjonali

Parametru ta’ funzjonalità

Rekwiżit sa mill-fażi 1, għajr fejn indikat mod ieħor

Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa għal-6 000 siegħa

Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,90

Manutenzjoni tal-lumen għal 6 000 siegħa

Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,80

L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ

≥ 15 000 jekk it-tul tal-ħajja assenjat tal-bozza ≥ 30 000 siegħa inkella.

≥ nofs it-tul tal-ħajja assenjat ta’ lampa mfisser f’sigħat

Ħin ta’ attivazzjoni

0,5 sekonda

Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 95% Φ

2 sekondi

Rata ta’ qtugħ prematur

≤ 5,0 % sa 1 000 siegħa

Apparenza tal-kulur (Ra)

≥ 80

≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness

Konsistenza tal-kulur

Varjazzjoni tal-koordinati tal-kromatiċità fi ħdan l-ellissi MacAdam ta’ sitt stadji jew anqas

Fattur tal-potenza (PF) tal-lampa b'tagħmir ta’ kontroll integrat

P ≤ 2W: l-ebda rekwiżit

2W < P ≤ 5W: PF > 0,4

5W < P ≤ 25W: PF > 0,5

P ≤ 25W: PF > 0,9

Jekk il-bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat li jintuża wkoll ma’ lampi bil-filament, il-lampa għandha tikkonforma, sa mill-fażi 2, mar-rekwiżiti l-aktar avvanzati għal kompatibbiltà ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi bil-filament.

2.3.   Rekwiżit ta’ funzjonalità għal tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi

Sa mill-fażi 2, tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kompatibbiltà mal-lampi li l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħhom (ikkalkulat kemm għal-lampi direzzjonali kif ukoll dawk mhux direzzjonali skont il-metodu stabbilit fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness) ma jaqbiżx:

0,24 għal lampi mhux direzzjonali (jekk jitqies li Φuse = il-fluss ta’ luminożità assenjat totali);

0,40 għal-lampi direzzjonali.

Meta apparat ta’ kontroll tal-intensità tad-dawl jiġi mixgħul fuq il-konfigurazzjoni l-aktar baxxa ta’ kontroll tiegħu li biha jikkunsmaw l-elettriku l-lampi mħaddma, il-lampi mħaddma għandhom jemettu mill-inqas 1 % tal-fluss ta’ luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.

Meta titqiegħed luminarja fis-suq bil-ħsieb li tiġi kkummerċjalizzata lill-utenti aħħarin u, mal-luminarja, jiġu inklużi lampi li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utenti aħħarin, dawn il-lampi għandhom ikunu ta’ waħda miż-żewġ ogħla klassijiet ta’ enerġija, skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012, li għalihom il-luminarja tkun ittikkettata bħala kompatibbli magħhom.

3.   REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

3.1.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal lampi direzzjonali

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta sa mill-fażi 1, għajr fejn stipulat mod ieħor.

Dawn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni ma japplikawx għal:

lampi bil-filament li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ effikaċja tal-Fażi 2;

moduli LED meta jkunu kkummerċjalizzati bħala parti minn luminarja fejn mhuwiex maħsub li jitneħħew minnha mill-utent aħħari.

Fil-forom kollha ta’ informazzjoni dwar il-prodott, it-terminu “lampa li tiffranka l-enerġija”, jew kwalunkwe dikjarazzjoni promozzjonali relatata ma’ prodott dwar l-effikaċja tal-lampa, jista’ jintuża biss jekk l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ta’ lampa (ikkalkulat skont il-metodu stipulat fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness) huwa 0,40 jew inqas.

3.1.1.   Informazzjoni li għandha tidher fuq il-lampa nnifisha

Għal lampi għajr dawk bi skariku elettriku ta’ intensità għolja, il-valur u l-unità (“lm”, “K” u “°”) tal-fluss nominali utli ta’ luminożità, tat-temperatura tal-kulur u tal-angolu nominali tar-raġġ għandhom jinterew, b'karattri li jinqraw faċilment, fuq is-superfiċje tal-lampa jekk, wara l-inklużjoni tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza bħall-potenza u l-vultaġġ, ikun hemm spazju biżżejjed għaliha fuq il-lampa mingħajr ma tostakola żżejjed id-dawl li ħiereġ mil-lampa.

Jekk hemm lok għal wieħed biss mit-tliet valuri, għandu jiġi pprovdut il-fluss nominali utli ta’ luminożità. Jekk hemm lok għal żewġ valuri, għandhom jiġu pprovduti l-fluss nominali utli ta’ luminożità u t-temperatura tal-kulur.

3.1.2.   Informazzjoni li għandha tintwera lill-utenti aħħarin b'mod viżibbli fuq l-imballaġġ u fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas qabel jinxtara l-prodott.

L-informazzjoni fil-paragrafi (a) sa (o) hawn taħt għandha tintwera fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla meqjusa bħala xierqa mill-manifattur.

Jekk il-prodott jitqiegħed fis-suq f'imballaġġ li jinkludi informazzjoni li għandha tintwera b'mod viżibbli lill-utenti aħħarin qabel jinxtara l-prodott, l-informazzjoni għandha tiġi indikata wkoll b'mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ.

L-informazzjoni ma għandiex bżonn tinkludi l-kliem eżatt li jinsab fuq il-lista hawn taħt. Tista’ tintwera fl-għamla ta’ grafika, illustrazzjonijiet jew simboli, minflok fi kliem.

(a)

Il-fluss nominali utli ta’ luminożità muri f’karattru li jkun mill-inqas darbtejn akbar minn kwalunkwe indikazzjoni tal-potenza nominali tal-lampa;

(b)

It-tul tal-ħajja nominali tal-lampa f'sigħat (mhux itwal mit-tul tal-ħajja assenjat);

(c)

It-temperatura tal-kulur, bħala valur fi gradi Kelvin u muri wkoll b'mod grafiku jew fi kliem;

(d)

L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel il-qtugħ prematur;

(e)

Il-ħin ta’ tisħin sa 60 % tal-ħruġ sħiħ tad-dawl (jista’ jiġi indikat bħala “dawl sħiħ immedjat” jekk ikun inqas minn sekonda);

(f)

Twissija dwar jekk id-dawl tal-lampa jistax jitbaxxa, jew jekk dan jistax jitbaxxa b’dimmers speċifiċi biss; fil-każ ta’ dan tal-aħħar għandha tiġi pprovduta wkoll lista ta’ dimmers kompatibbli fuq il-websajt tal-manifattur;

(g)

Jekk iddisinjati għall-aħjar użu f’kundizzjonijiet mhux standard (bħal temperatura ambjentali Ta ≠ 25 °C jew tkun meħtieġa gestjoni termali speċifika), informazzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet;

(h)

Id-dimensjonijiet tal-lampa f’millimetri (it-tul u l-akbar dijametru);

(i)

Angolu nominali tar-raġġ fi gradi;

(j)

Jekk l-angolu tar-raġġ jkun ≥ 90° u l-fluss utli ta’ luminożità tiegħu, kif iddefinit fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness, għandu jitkejjel f'kon ta’ 120°, twissija li l-lampa mhijiex adattata għat-tidwil ta’ aċċentwazzjoni;

(k)

Jekk bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat li tintuża wkoll b'lampi bil-filament, iżda d-dimensjonijiet tal-lampa jkunu differenti mid-dimensjonijiet tal-lampa/lampi bil-filamenent li suppost għandha/għandhom tiġi/jiġu sostitwita/i mil-lampa, illustrazzjoni li tqabbel id-dimensjonijiet tal-lampa mad-dimensjonijiet tal-lampa/lampi bil-filament li qed tissostitwixxi;

(l)

Indikazzjoni li l-lampa tkun tat-tip elenkat fl-ewwel kolonna tat-Tabella 6 tista’ tinwera biss jekk il-fluss ta’ luminożità tal-lampa f'kon ta’ 90°(Φ90°) mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità ta’ referenza indikat fit-Tabella 6 għall-iżgħar “wattage” fost il-lampi tat-tip ikkonċernat. Il-fluss ta’ luminożità ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 7. Għal-lampi LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 8;

(m)

Dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza li tinvolvi l-potenza ta’ lampa sostitwita tista’ tintwera biss jekk it-tip ta’ lampa tkun elenkata fit-Tabella 6 u jekk il-fluss ta’ luminożità tal-lampa f'kon ta’ 90° (Φ90°) mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità ta’ referenza korrispondenti fit-Tabella 6. Il-fluss ta’ luminożità ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 7. Għal-lampi LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 8. Il-valuri intermedji kemm għall-fluss ta’ luminożità kif ukoll għall-potenza ekwivalenti ddikjarata tal-lampa (imqarrba għall-eqreb (1)W) għandhom jiġu kkalkulati b'interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri li jkunu qrib xulxin.

Tabella 6

Fluss ta’ luminożità għal dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza

Tip ta’ riflettur b'vultaġġ baxx ħafna

Tip

Potenza (W)

Referenza Φ90° (lm)

MR11 GU4

20

160

 

35

300

MR16 GU 5.3

20

180

 

35

300

 

50

540

AR111

35

250

 

50

390

 

75

640

 

100

785

Tip ta’ riflettur tal-ħġieġ minfuħ b'vultaġġ tal-mejnijiet

Tip

Potenza (W)

Referenza Φ90° (lm)

R50/NR50

25

90

 

40

170

R63/NR63

40

180

 

60

300

R80/NR80

60

300

 

75

350

 

100

580

R95/NR95

75

350

 

100

540

R125

100

580

 

150

1 000

Tip ta’ riflettur tal-ħġieġ ippressat b'vultaġġ tal-mejnijiet

Tip

Potenza (W)

Referenza Φ90° (lm)

PAR16

20

90

 

25

125

 

35

200

 

50

300

PAR20

35

200

 

50

300

 

75

500

PAR25

50

350

 

75

550

PAR30S

50

350

 

75

550

 

100

750

PAR36

50

350

 

75

550

 

100

720

PAR38

60

400

 

75

555

 

80

600

 

100

760

 

120

900

Tabella 7

Fatturi ta’ multiplikazzjoni għall-manutenzjoni tal-lumen

Tip ta’ lampa

Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-fluss ta’ luminożità

Lampi aloġeni

1

Lampi fluworexxenti kumpatti

1,08

Lampi LED

Formula

fejn LLMF huwa l-fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen fi tmiem it-tul tal-ħajja nominali

Tabella 8

Fatturi ta’ multiplikazzjoni għal lampi LED

Angolu tar-raġġ ta’ lampa LED

Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-fluss ta’ luminożità

20° ≤ angolu tar-raġġ

1

15° ≤ angolu tar-raġġ < 20°

0,9

10° ≤ angolu tar-raġġ < 15°

0,85

angolu tar-raġġ < 10°

0,80

Jekk il-lampa jkun fiha l-merkurju:

(n)

Il-kontenut ta’ merkurju tal-lampa bħala X,X mg;

(o)

Indikazzjoni ta’ liema websajt għandu jiġi kkonsultat f’każ li lampa tinkiser b'mod aċċidentali sabiex jinstabu istruzzjonijiet dwar kif għandhom jitnaddfu l-fdalijiet tal-lampa.

3.1.3.   Informazzjoni li għandha tkun pubblikament disponibbli fuq siti tal-internet aċċessibbli mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa mill-manifattur

Bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja għanda tintwera, mill-inqas, bħala valuri.

(a)

L-informazzjoni speċifikata fil-punt 3.1.2;

(b)

Potenza assenjata (preċiżjoni ta’ 0,1 W);

(c)

Fluss utli ta’ luminożità assenjat;

(d)

Tul ta’ ħajja assenjat tal-lampa;

(e)

Fattur ta’ potenza tal-lampa;

(f)

Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen fi tmiem it-tul tal-ħajja nominali (għajr għal lampi bil-filament);

(g)

Ħin ta’ attivazzjoni (f'X.X sekonda/i);

(h)

Colour rendering;

(i)

Konsistenza tal-kulur (għal LEDs biss);

(j)

Intensità massima assenjata f’candela (cd);

(k)

Angolu tar-raġġ assenjat;

(l)

Jekk maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali, indikazzjoni f'dan is-sens;

(m)

Distribuzzjoni tal-potenza spettrali fil-medda ta’ 180-800 nm;

Jekk il-lampa jkun fiha l-merkurju:

(n)

Struzzjonijiet dwar kif għandhom jitnaddfu l-fdalijiet tal-lampa f’każ li tinkiser b'mod aċċidentali;

(o)

Rakkomandazzjonijiet dwar kif għanda tintrema lampa, fi tmiem il-ħajja tagħha, għar-riċiklaġġ skont id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

3.2.   Rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal lampi LED li jissostitwixxu lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrat

Sa mill-fażi 1, minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott skont il-punt 3.1 ta’ dan l-Anness jew il-punt 3.1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 244/2009, il-manifatturi ta’ lampi LED li jissostitwixxu lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrat għandhom jippubblikaw twissija, fuq siti tal-internet pubblikament aċċessibbli mingħajr ħlas jew fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa, li l-effiċjenza enerġetika kumplessiva u d-distribuzzjoni tad-dawl ta’ kwalunkwe stallazzjoni li tuża dawn il-lampi huma ddeterminati mid-disinn tal-istallazzjoni.

Dikjarazzjonijiet li lampa LED tissostitwixxi lampa fluworexxenti mingħajr ballast integrat ta’ “wattage” partikolari jistgħu jsiru biss jekk:

l-intensità tal-luminożità fi kwalunkwe direzzjoni madwar l-assi tat-tubu ma tiddevjax b'aktar minn 25 % tal-intensità medja ta’ luminożità madwar it-tubu, u

il-fluss ta’ luminożità tal-lampa LED mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità tal-lampa fluworexxenti tal-“wattage” iddikjarat. Il-fluss ta’ luminożità tal-lampa fluworexxenti għandu jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-“wattage” iddikjarat bil-valur minimu ta’ effikaċja tal-luminożità korrispondenti għal-lampa fluworexxenti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 (2), u

il-“wattage” tal-lampa LED mhuwiex ogħla mill-“wattage” tal-lampa fluworexxenti ddikjarata li ħa tiġi sostwità minnha.

Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jipprovdi d-dejta li tappoġġa tali dikjarazzjonijiet.

3.3.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal tagħmir għajr il-luminarji iddisinjati għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi

Sa mill-fażi 2, jekk it-tagħmir ma jipprovdi l-ebda kompatibbiltà ma’ ebda lampa li tiffranka l-enerġija skont il-parti 2.3 ta’ dan l-Anness, għandha tiġi ppubblikata twissija li t-tagħmir mhuwiex kompatibbli ma’ lampi li jiffrankaw l-enerġija fuq siti tal-internet pubblikament disponibbli u aċċessibbli mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa mill-manifattur.

3.4.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa

Sa mill-fażi 2, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fuq websajts disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra li l-manifattur iqis bħala xierqa:

Indikazzjoni li l-prodott huwa maħsub għall-użu bħala tagħmir ta’ kontroll tal-lampa;

Jekk applikabbli, l-informazzjoni li l-prodott jista’ jitħaddem f'modalità ta’ ebda tagħbija.


(1)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38.

(2)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17.


ANNESS IV

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jitwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika elenkati f'dan l-Anness. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inklużi l-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL LAMPI GĦAJR LAMPI LED U GĦAL LAMPI LED LI JKUNU MAĦSUBA LI JIĠU SOSTIWITI FIL-LUMINARJA MILL-UTENT AĦĦARI

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw kampjun ta’ għadd minimu ta’ għoxrin lampa tal-istess mudell mill-istess manifattur miksub, fejn possibbli, fi proporzjon ugwali minn erba’ sorsi magħżula b'mod aleatorju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Tabella 9.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-lampi fil-kampjun ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa u korretta dwar il-prodott, u

(b)

il-lampi fil-kampjun jinsabu li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-punti 2.1 u 2.2 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi l-aktar avvanzati u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u

(c)

l-ittestjar tal-parametri tal-lampi fil-kampjun elenkat fit-Tabella 9 ma juri l-ebda nuqqas ta’ konformità għal kwalunkwe wieħed mill-parametri.

Tabella 9

Parametru

Proċedura

Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa wara 6 000 siegħa (għal-lampi LED)

It-test għandu jintemm

meta jintlaħaq l-għadd ta’ sigħat meħtieġ, jew

meta jinqatgħu aktar minn żewġ lampi,

liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Konformità: għadd massimu ta’ żewġ lampi minn kull 20 fil-kampjun għat-test jistgħu jinqatgħu qabel l-għadd ta’ sigħat meħtieġ.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ

It-test għandu jintemm meta jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni, jew meta aktar minn lampa waħda minn kull 20 lampa f'kampjun tat-test jilħqu t-tmiem tal-ħajja tagħhom, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Konformità: mill-inqas 19 minn kull 20 lampa fil-kampjun ma jkollhom l-ebda qtugħ wara li jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ cikli ta’ kommutazzjoni.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Ħin ta’ attivazzjoni

Konformità: il-ħin medju ta’ attivazzjoni tal-lampi fil-kampjun tat-test mhuwiex ogħla mill-ħin ta’ attivazzjoni meħtieġ b'10 % miżjud miegħu, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha ħin ta’ attivazzjoni itwal mid-doppju tal-ħin ta’ attivazzjoni meħtieġ.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ

Konformità: il-ħin medju ta’ tisħin tal-lampi fil-kampjun tat-test mhuwiex ogħla mill-ħin ta’ tisħin meħtieġ b'10 % miżjud miegħu, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha ħin ta’ tisħin itwal mill-ħin ta’ tisħin meħtieġ immultiplikat b'1,5.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Rata ta’ qtugħ prematur

It-test għandu jintemm

meta jintlaħaq l-għadd ta’ sigħat meħtieġ, jew

meta tinqata’ aktar minn lampa waħda, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Konformità: għadd massimu ta’ lampa minn kull 20 fil-kampjun għat-test li taqta’ qabel l-għadd ta’ sigħat meħtieġ.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Apparenza tal-kulur (Ra)

Konformità: l-Ra medja tal-lampi fil-kampjun mhijiex aktar baxxa minn tliet punti taħt il-valur meħtieġ, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha valur Ra li huwa ogħla minn 3,9 punti taħt il-valur meħtieġ.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-ħajja u tul tal-ħajja assenjat (għal lampi LED biss)

Għal dawn il-finijiet, "tmiem il-ħajja" għandu jfisser il-waqt f'perjodu ta’ żmien meta 50 % biss tal-lampi jkunu pproġettati li jibqgħu jaħdmu jew meta il-manutenzjoni medja tal-lumen tal-kampjun hija pproġettata li taqa’ taħt 70 %, liema minnhom ikun proġettat li jseħħ l-ewwel.

Konformità: il-manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-ħajja u l-valuri tul il-ħajja miksuba bl-estrapolazzjoni mill-fattur ta’ sopravivenza tal-lampa u mill-manutenzjoni medja tal-lumen tal-lampi fil-kampjun għal 6 000 siegħa mhumiex aktar baxxi, rispettivament, mill-manutenzjoni tal-lumen u l-valuri tat-tul tal-ħajja assenjati ddikjarati fl-informazzjoni dwar il-prodott b'10 % imnaqqsa minnhom.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza għal lampi mmodifikati (retrofit) skont il-punti 3.1.2(l) u (m) tal-Anness III

Jekk għall-fini tal-konformità tkun vverifikata biss id-dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza, jeħtieġ biss li jiġu ttestjati 10 lampi, possibbilment miksuba b'mod approssimattiv minn hemm sorsi magħżula b'mod aleatorju.

Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mil-limitu, parametru jew valuri ddikjarati b'iktar minn 10 %.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Angolu tar-raġġ

Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mill-angolu tar-raġġ iddikjarat b'aktar minn 25 % u l-valur tal-angolu tar-raġġ ta’ kull lampa individwali fil-kampjun ma jiddevjax b'aktar minn 25 % tal-valur assenjat.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Intensità massima

Konformità: l-intensità massima ta’ kull lampa individwali fil-kampjun mhijiex inqas minn 75 % tal-intensità assenjata tal-mudell.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Parametri oħra (inkluż l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika)

Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mil-limitu, parametru jew valuri ddikjarati b'iktar minn 10 %.

Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

Fi kwalunkwe każ ieħor, il-mudell għandu jitqies li ma jikkonformax.

2.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL MODULI LED MHUX MAĦSUBA GĦAT-TNEĦĦIJA MIL-LUMINARJA MILL-UTENTI AĦĦARI

Għall-finijiet tat-testijiet deskritti hawn taħt l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiksbu unitajiet ta’ test tal-istess mudell mill-istess manifattur (ta’ moduli LED jew luminarji, kif applikabbli), fejn possibbli, fi proporzjoni ugwali minn sorsi magħżula b'mod aleatorju. Għall-punti (1), (3) u (5) hawn taħt, l-għadd ta’ sorsi għandu jkun mill-inqas erbgħa fejn possibbli. Għall-punt (2), l-għadd ta’ sorsi għandu jkun mill-inqas erbgħa fejn possibbli, sakemm l-għadd ta’ luminarji meħtieġ biex tinkiseb estrazzjoni ta’ 20 modulu LED tal-istess mudell huwa inqas minn erbgħa, li f'dak il-każ l-għadd ta’ sorsi huwa ugwali għall-għadd ta’ luminarji meħtieġ. Għall-punt (4), jekk it-test fuq l-ewwel żewġ luminarji jfalli, it-tlieta li jmiss li għandhom jiġu ttestjati għandhom jiġu mit-tliet sorsi l-oħra fejn possibbli.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja fl-ordni mogħtija hawn taħt, sakemm tintlaħaq konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED, jew jikkonkludu li ma jistax jitwettaq dak l-ittestjar. "Luminarja" tfisser il-luminarja li tinkludi moduli LED, u "test" jirreferi għall-proċedura deskritta fil-parti 1 ta’ dan l-Anness, għajr fil-punt (4). Jekk fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika huwa permess l-ittestjar skont kemm il-punt (1) kif ukoll il-punt (2), l-awtoritajiet jistgħu jagħżlu l-aktar metodu xieraq.

(1)

Jekk fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika tal-luminarja jkun previst ittestjar tal-luminarja sħiħa bħala lampa, l-awtoritajiet għandhom jittestjaw 20 luminarja bħala lampi. Jekk il-mudell tal-luminarja jitqies bħala konformi, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. Jekk il-mudell tal-luminarja jitqies bħala mhux konformi, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu wkoll bħala mhux konformi.

(2)

F'każ ieħor, jekk il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika tal-luminarja jippermetti t-tneħħija tal-modulu/i LED għall-ittestjar, l-awtoritajiet għandhom jiksbu biżżejjed luminarji biex jiksbu 20 kopja ta’ kull mudell ta’ modulu LED inkorporat. Dawn għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika biex jiġu żmantellati l-luminarji u jiġi ttestjat separatament kull mudell ta’ modulu LED. Il-konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom isegwu mit-test(ijiet).

(3)

F'każ ieħor, jekk skont il-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika tal-luminarja, il-manifattur tal-luminarja kiseb il-modulu/i LED inkorporat(i) bħala prodott(i) individwali bil-marka CE mis-suq tal-Unjoni, l-awtoritajiet għandhom jiksbu 20 kopja ta’ kull mudell ta’ modulu LED mis-suq tal-Unjoni għall-ittestjar u jittestjaw kull mudell ta’ modulu LED separatament. Il-konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom isegwu mit-test(ijiet). Jekk il-mudell(i) ma għadux/għadhomx disponibbli fis-suq tal-Unjoni, ma tistax titwettaq is-sorveljanza tas-suq.

(4)

F'każ ieħor, jekk il-manifattur tal-luminarja ma kisibx il-modulu/i LED inkorporat(i) bħala prodott(i) individwali bil-marka CE mis-suq tal-Unjoni, l-awtoritajiet għandhom jitolbu lill-manifattur tal-luminarja biex jipprovdi kopja tad-dejta oriġinali tat-test tal-modulu/i LED li turi li l-modulu/i LED jikkonforma(w) mar-rekwiżiti applikabbli kif ġej:

għall-moduli LED kollha ir-rekwiżiti skont it-Tabella 5 ta’ dan ir-Regolament,

għall-moduli LED direzzjonali, ir-rekwiżiti skont it-Tabelli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament,

għall-moduli LED mhux direzzjonali, ir-rekwiżiti skont it-Tabelli 1, 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009.

Jekk skont id-dejta tat-test, kwalunkwe mudell(i) ta’ modulu LED fil-luminarja ma jikkonforma(w)x mar-rekwiżiti, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandu/għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

F'każ ieħor, l-awtoritajiet għandhom jiżmantellaw luminarja unika biex jivverifikaw li l-modulu/i LED fil-luminarja huwa/huma tal-istess tip kif deskritt fid-dejta tat-test. Jekk xi wieħed minnhom huwa differenti jew ma jistax jiġi identifikat, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

F'każ ieħor, ir-rekwiżiti għaċ-ċikli ta’ kommutazzjoni, il-qtugħ prematur, il-ħin ta’ attivazzjoni u l-ħin ta’ tisħin tat-Tabella 5 għandhom jiġu ttestjati fuq luminarja oħra mħaddma bil-klassifikazzjoni tagħha. Waqt il-funzjonament tal-luminarja bil-valuri assenjati tagħha, għandha tiġi ttestjata wkoll it-temperatura tal-modulu/i LED fil-konfront mal-limiti ddefiniti. Jekk ir-riżultati tat-testijiet (għajr dawk fuq qtugħ prematur) ivarjaw mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, jew il-luminarja kellha qtugħ prematur, għandhom jiġu ttestjati tliet luminarji oħra. Jekk il-medji tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti (għajr dawk relatati mal-qtugħ prematur u t-temperatura ta’ funzjonament) ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, l-ebda luminarja ma kellha qtugħ prematur, u t-temperatura ta’ funzjonament (fi °C) ma tissuperax l-10 % tal-limiti ddefiniti fit-tlieta li huma, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandu/għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti. F'każ ieħor, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

(5)

Jekk l-ittestjar skont il-punti (1) sa (4) mhuwiex possibbli għaliex l-ebda modulu LED li jista’ jiġi ttestjat separatament huwa identifikabbli fil-luminarja, l-awtoritajiet għandhom jittestjaw ir-rekwiżiti taċ-ċikli ta’ kommutazzjoni, il-qtugħ prematur, il-ħin ta’ attivazzjoni u l-ħin ta’ tisħin tat-Tabella 5 fuq luminarja unika. Jekk ir-riżultati tat-testijiet ivarjaw mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, jew il-luminarja kellha qtugħ prematur, għandhom jiġu ttestjati tliet luminarji oħra. Jekk il-medji tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti (għajr dawk relatati mal-qtugħ prematur) ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, u l-ebda luminarja ma jkollha qtugħ prematur, il-mudell(i) tal-modulu/i LED inkorporati fil-luminarja għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. F'każ ieħor, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

3.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL TAGĦMIR IDDISINJAT GĦALL-ISTALLAZZJONI BEJN IL-MEJNIJIET U L-LAMPI

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.

It-tagħmir għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk jinstab li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-punt 2.3 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi u l-kriterji l-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġi konkluż li hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà, il-mudell għandu xorta waħda jitiqies li jikkonforma jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott fil-punt 3.3 tal-Anness III jew fl-Artikolu 3.2 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012.

Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, tagħmir ta’ kontroll tal-lampa għandu jiġi ttestjat ukoll għar-rekwiżiti ta’ effiċjenza fil-punt 1.2 tal-Anness III. It-test għandu jitwettaq fuq parti waħda tat-tagħmir ta’ kontroll tal-lampa, mhux fuq kombinazzjoni ta’ bosta partijiet tat-tagħmir ta’ kontroll tal-bozza, anke jekk il-lampa hija ddisinjata biex tiddependi fuq partijiet oħra ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-bozza sabiex tħaddem il-lampa/i fi stallazzjoni partikolari Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %. Jekk ir-riżultati jvarjaw mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti ma tvarjax mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %.

Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, il-luminarji maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati lill-utenti aħħarin għandhom jiġu wkoll ikkontrollati għall-preżenza ta’ lampi fl-imballaġġ tagħhom. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma jekk ma tkunu preżenti l-ebda lampa jew jekk il-lampi li jkunu preżenti huma tal-klassijiet ta’ enerġija meħtieġa fil-punt 2.3 tal-Anness III.

Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, apparati ta’ kontroll tal-intensità tad-dawl għandhom jiġu ttestjati b'lampi bil-filament meta l-apparat ta’ kontroll qiegħed fil-pożizzjoni minima ta’ intensità tad-dawl. Il-mudell għandu jitqiesu konformi jekk, meta installati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-lamp jipprovdu mill-inqas 1 % tal-fluss ta’ luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.

Jekk il-mudell ma jissodisfax il-kriterji ta’ konformità applikabbli imsemmija hawn fuq, għandu jitqies bħala mhux konformi.


ANNESS V

Parametri ta’ referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 6

Hawn taħt hija indikata l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għall-aspetti ambjentali li tqiesu bħala sinifikanti u li jkunu kwantifikabbli. Karatteristiċi meħtieġa f'ċerti applikazzjonijiet (bħal apparenza għolja tal-kulur) jistgħu jevitaw milli prodotti li joffru dawk il-karatteristiċi jilħqu dawn il-parametri.

1.   EFFIĊJENZA TA’ LAMPA DIREZZJONALI

Il-lampa l-aktar effiċjenti kellha indiċi ta’ effiċenzja enerġetika ta’ 0,16.

2.   KONTENUT TA’ MERKURJU TAL-LAMPA

Hemm lampi li ma fihomx merkurju u huma fost l-aktar effiċjenti fl-enerġija.

3.   EFFIĊJENZA TAT-TAGĦMIR TA’ KONTROLL GĦAL LAMPI ALOĠENI

It-tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni li kien l-aktar effiċjenti kellu effiċjenza ta’ 0,93.


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1195/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma koningii (MUCL 39203) għal dundjani għas-simna u dundjani mrobbija għat-tgħammir biex ibidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lyven)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti tat-tali awtorizzazzjoni.

(2)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4 beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma koningii (MUCL 39203) ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ għas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2007 (2).

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet imressqa applikazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma koningii (MUCL 39203) għal dundjani għas-simna u dundjani mrobbija għat-tgħammir li titlob li l-addittiv li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-4 ta’ Lulju 2012 (3) li, skont il-kondizzjonijiet proposti tal-użu, l-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma koningii (MUCL 39203) ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li hija għandha l-potenzjal li ttejjeb l-għalf biex tikseb proporzjon fid-dundjani għas-simna. Hija kkonkludiet ukoll li din il-konklużjoni tista’ tiġi estiża għal dundjani mkabbra għat-tgħammir. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma koningii (MUCL 39203) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 184, 14.7.2007, p. 12.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(7):2843.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a1642

Lyven

Endo-1,4-beta ksilanażi

EC 3.2.1.8

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma koningii (MUCL 39203) li għandha attività minima ta’:

 

Għamla solida: 1 500 AXC (1)/g

 

Għamla likwida: 200 AXC/ml

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma koningii (MUCL 39203)

 

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma koningii (MUCL 39203) fl-għalf:

Il-metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni ta’ oligomeri miżbugħin prodott b’azzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi fuq Remazol-Brilliant-Blue-R xylan f’pH ta’ 4,7 u 30 °C

Dundjani għas-simna

Dundjani mrobbija għat-tgħammir

75 AXC

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża massima rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet għad-dundjani għas-simna u dundjani mrobbija għat-tgħammir 100 AXC.

3.

Għall-użu f’għalf li fih ħafna polisakkaridi mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoksilani)

4.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġar

it-3 ta' Jannar 2023


(1)  1 AXC huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 17.2 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalenti ta’ maltożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’ pH ta’ 4.7 u 30 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1196/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 9/2010 fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf użat fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), li jagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żooloġiċi”, kien awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv fl-għalf biex jintuża għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd u għall-papri u d-dundjani tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2010 (2), għall-majjaletti miftuma u għall-majjali tas-simna bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 (3) u għall-ispeċijiet ta’ tjur f’minoranza barra l-papri bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1021/2012 (4).

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jsir tibdil fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kkonċernata billi jitnaqqas il-kontenut minimu minn 2 500 U/kg għal 625 U/kg fir-rigward tal-użu għat-tiġieġ tal-bajd. L-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta ta’ appoġġ rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa ’l quddiem “l-Awtorità”).

(3)

Fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Mejju 2012 (5), l-Awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet il-ġodda tal-użu proposti, il-preparazzjoni kkonċernata hija effettiva fid-doża minima mitluba ta’ 625 U/kg. L-Awtorità tikkunsidra li m’hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu ssodisfati.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 9/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 9/2010 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10.

(4)  ĠU L 307, 7.11.2012, p. 68.

(5)  EFSA Journal 2012; 10(6):2739.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 9/2010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a11

Danisco Animal Nutrition

(entità legali Danisco (UK) Limited

Endo-1,4-beta ksilanażi

EC 3.2.1.8

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma reesei

(ATCC PTA 5588) b’attività minima ta’ 40 000 U/g (1)

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588)

 

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi

il-metodu kulurimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni tal-frammenti miżbugħa li jinħallu fl-ilma prodotti permezz tal-azzjoni tal-endo-1,4-beta-ksinalażi fuq l-arabinossilanu tal-qamħ inkroċjat mal-azzurina f’pH ta’ 4.25 u 50 °C.”

Tiġieġ tas-simna

 

625  U

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Għall-użu fl-għalf li fih ħafna polisakkaridi li mhumiex lamtu (prinċipalment il-betaarabinossilani).

it-13 ta' Jannar 2020

Tiġieġ tal-bajd

625  U

Papri

625  U

Dundjani tas-simna

1 250 U


(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jirrilaxxa 0.5 μmol ta’ zokkor riduċenti (bħala ekwivalenti ta’ ksilożju) minn substrat tal-arabinossilan inkroċjat mal-ħafur f’pH ta’ 5.3 u 50 °C f’minuta.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1197/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (2) tistipula s-sustanzi attivi meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyes quisqualis: AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram se jiskadu bejn il-31 ta’ Lulju 2014 u t-30 ta’ Novembru 2015. Tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid ta’ dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistipula d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għal sustanzi attivi kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (3) se japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa neċessarju li jitħalla biżżejjed żmien biex titlesta l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi x’aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi posposta l-iskadenza tal-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każi fejn l-ebda dokumentazzjoni supplimentari skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma titressaq fi żmien 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data l-aktar kmieni wara.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament sakemm l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data hi l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26.


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 73, tiram, id-data tal-31 ta’ Lulju 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 74, żiram, id-data tal-31 ta’ Lulju 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(3)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 82, kwinossifen, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(4)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 89, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, id-data tat-30 ta’ Settembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(5)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 90, mepanipirim, id-data tat-30 ta’ Settembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(6)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 91, aċetamiprid, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(7)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 92, tijakloprid, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2014 tinbidel bid-data tat-30 ta’ April 2017.

(8)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 78, klorprofam, id-data tal-31 ta’ Jannar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(9)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 83, alfa-ċipermetrin, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(10)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 84, benalassil, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(11)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 85, bromossinil, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(12)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 86, desmedifam, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(13)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 88, fenmedifam, id-data tat-28 ta’ Frar 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(14)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 93, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(15)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 94, imażosulfuron, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(16)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 95, laminarin, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(17)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 96, metossifenożid id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(18)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 97, S-metolaklor, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(19)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 98, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, id-data tal-31 ta’ Marzu 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(20)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 99, etossażol, id-data tal-31 ta’ Mejju 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(21)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 100, tepralossidim, id-data tal-31 ta’ Mejju 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(22)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 109, bifenażat, id-data tat-30 ta’ Novembru 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.

(23)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 110, milbemektin, id-data tat-30 ta’ Novembru 2015 tinbidel bid-data tal-31 ta’ Lulju 2017.


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1198/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,7

MA

84,8

TN

104,4

TR

89,6

ZZ

81,9

0707 00 05

AL

88,1

JO

174,9

MA

133,1

TR

141,0

ZZ

134,3

0709 93 10

MA

140,7

TR

104,3

ZZ

122,5

0805 10 20

TR

73,8

ZA

51,4

ZW

43,2

ZZ

56,1

0805 20 10

MA

70,6

ZZ

70,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

JM

129,1

MA

106,4

TR

82,4

ZZ

106,0

0805 50 10

TR

76,3

ZZ

76,3

0808 10 80

CA

157,2

MK

37,9

NZ

165,3

US

159,7

ZA

138,0

ZZ

131,6

0808 30 90

CN

100,5

TR

135,1

US

160,6

ZZ

132,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1199/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-Parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-bajd, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet tal-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u ċerta kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni u li huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu ffissati permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 858/2012 (4). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant jiġi mħassar.

(6)

Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu..

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment għandhom jiġu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fis-Sezzjoni I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 858/2012 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(4)  ĠU L 255, 21.9.2012, p. 18.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq is-settur tal-bajd mill-14 ta’ Diċembru 2012

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont ta' rifużjoni

0407 11 00 9000

A02

EUR/100 unità

0,00

0407 19 11 9000

A02

EUR/100 unità

0,00

0407 19 19 9000

A02

EUR/100 unità

0,00

0407 21 00 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

0,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0407 29 10 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

0,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0407 90 10 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

0,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0408 11 80 9100

A03

EUR/100 kg

0,00

0408 19 81 9100

A03

EUR/100 kg

0,00

0408 19 89 9100

A03

EUR/100 kg

0,00

0408 91 80 9100

A03

EUR/100 kg

0,00

0408 99 80 9100

A03

EUR/100 kg

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodott u l-kodiċijiet tad-destinazzjoni tas-serje "A " huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p.1).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

E09

:

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong, ir-Russja u t-Turkija.

E10

:

Il-Korea t'Isfel, il-Ġappun, il-Malasja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini.

E19

:

Id-destinazzjonjiet kollha ħlief l-Isvizzera u dawk tal-E09 u l-E10 .


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1200/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

132,2

0

AR

121,7

0

BR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

139,3

0

AR

160,0

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

265,2

10

AR

216,4

25

BR

324,9

0

CL

221,2

24

TH

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

193,1

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

320,8

0

BR

304,8

0

CL

0408 91 80

Isfra tal-bajd

468,8

0

AR

1602 32 11

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

263,2

7

BR

312,6

0

CL

3502 11 90

Albumini tal-bajd imnixxfin

712,1

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/38


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1201/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2012/2013 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2012 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 għas-sena tas-suq 2012/2013, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 263, 28.9.2012, p. 37.

(4)  ĠU L 327, 27.11.2012, p. 22.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-14 ta’ Diċembru 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

33,26

1,17

1701 12 90  (1)

33,26

4,63

1701 13 10  (1)

33,26

1,31

1701 13 90  (1)

33,26

4,93

1701 14 10  (1)

33,26

1,31

1701 14 90  (1)

33,26

4,93

1701 91 00  (2)

38,40

6,03

1701 99 10  (2)

38,40

2,82

1701 99 90  (2)

38,40

2,82

1702 90 95  (3)

0,38

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1202/2012

tat-13 ta’ Diċembru 2012

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(s) u elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Unjoni jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li mhumiex fl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir- rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Annexss XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien tal-istess tul bħal dawk li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4)

L-Artikolu 162(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu ffissati permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2012 (3). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għaldaqstant għandu jiġi mħassar.

(6)

Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 u fil-Parti XIX tal-Anness I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti V tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 861/2012 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Daniel CALLEJA

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 6.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 255, 21.9.2012, p. 27.


ANNESS

Rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-14 ta’ Diċembru 2012 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Destinazzjoni (1)

Rata tar-rifużjoni

0407

Bajd tal-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

 

 

– Bajd frisk ieħor

 

 

0407 21 00

– – Ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

0,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0407 29

– – Oħra:

 

 

0407 29 10

– – – Tat-tajr tal-irziezet, ħlief it-tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

0,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0407 90

– Oħra:

 

 

0407 90 10

– – Tat-tajr tal-irziezet

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

0,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0408

Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija, iffurmati, friżati jew preservati mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le:

 

 

– Isfra tal-bajd:

 

 

0408 11

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 11 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

0,00

0408 19

– – Oħra:

 

 

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

ex 0408 19 81

– – – – Likwidu:

 

 

Mhux miżjud bi ħlewwa

01

0,00

ex 0408 19 89

– – – – Iffriżat:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

0,00

– Oħra:

 

 

0408 91

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 91 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

0,00

0408 99

– – Oħra:

 

 

ex 0408 99 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

0,00


(1)  Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

01

Pajjiżi terzi. Għall-Isvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati mhumiex applikabbli għall-prodotti mniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972.

02

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja.

03

Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malasja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini.

04

Kull destinazzjoni ħlief l-Isvizzera u dawk ta’ 02 u 03.


DEĊIŻJONIJIET

14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Diċembru 2012

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/587/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Malta

(2012/778/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Lulju 2009, permezz tad-Deċiżjoni 2009/587/KE (1), wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), il-Kunsill iddeċieda li f’ Malta kien hemm defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika f’Malta kien laħaq sa 4,7 % tal-PDG fl-2008, u b’hekk qabeż sew il-valur ta’ 3 % bħala valura ta’ referenza tal-PDG, filwaqt li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien ’il fuq minn 60 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG mill-2003 u kien ta’ 64,1 % tal-PDG fl-2008 (2).

(2)

Ukoll fis-7 ta’ Lulju 2009, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill indirizza rakkomandazzjoni lil Malta b’konformità mal-Artikolu 104(7) tat-TKE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (3), bil-ħsieb li tintemm din is-sitwazzjoni sa mhux aktar tard mill-2010. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(3)

Fis-16 ta’ Frar 2010, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill ikkonkluda li kienet ittieħdet azzjoni effettiva f’konformità mar-rakkomandazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 104(7) tat-TKE iżda li wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tiegħu f’ Malta kienu seħħew avvenimenti ekonomiċi negattivi, li ma kinux mistennija, għall-finanzi tal-gvern, u b’konsegwenzi sfavorevoli kbar. Il-Kunsill għalhekk adotta rakkomandazzjoni riveduta għal Malta b’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li estendiet l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’ sena, jiġifieri sal-2011. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(4)

Taħt l-Artikolu 126(12) tat-TFUE, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun, fil-fehma tal-Kunsill, ġie kkoreġġut.

(5)

Taħt l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness mat-TFUE, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta’ din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jagħtu notifika ta’ dejta dwar defiċit u dejn tal-gvern u valuri varjabbli assoċjati oħrajn darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (4).

(6)

Meta jikkunsidra jekk Deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandhiex tiġi revokata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-dejta notifikata. Barra minn hekk, Deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi revokata biss jekk il-previżjonijiet tal-Kummissjoni jindikaw li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż il-limitu ta’ 3 % tal-PDG tul il-perjodu ta’ previżjoni.

(7)

Fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifka minn Malta qabel l-1 ta’ April 2012 u fuq il-bażi tal-previżjoni tal-ħarifa tal-2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni, jidhru ġġustifikati l-konklużjonijiet li ġejjin:

Wara l-quċċata tal-2008, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika naqas gradwalment, sakemm laħaq 2,7 % tal-PDG fl-2011, taħt il-valur ta’ 3 % bħala valur ta’ referenza tal-PDG. It-titjib sinifikanti fi tqabbil mal-2010, meta d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika kien ta’ 3,6 % tal-PDG, kien prinċipalment dovut għal żieda fid-dħul b’ 0,7 % tal-PDG. L-impatt nett ta’ miżuri ta’darba għat-tnaqqis tad-defiċit fl-2011 huwa stmat fil-previżjoni tal-ħarifa tal-2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni għal 0,7 % tal-PDG. Il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ baġitarju aġġustat ċiklikament mingħajr miżuri ta’ darba u temporanji, huwa stmat li tjieb b’punt perċentwali (1) tal-PDG fl-2011, iktar mill-isforz mitlub ta’ mill-anqas ¾ % tal-PDG irrakkomandat mill-Kunsill.

Il-previżjoni tal-ħarifa tal-2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni tipproġetta li d-defiċit se jkompli nieżel għal 2,6 % tal-PDG fl-2012, prinċipalment bis-saħħa ta’ miżuri għal żieda fid-dħul, li l-biċċa l-kbira minnhom huma meqjusa bħala ta’ darba; l-impatt nett tal-miżuri ta’ darba għat-tnaqqis tad-defiċit huwa stmat għal 1 % tal-PDG. Fuq bażi ta’ ebda bidla fil-politika, jiġifieri mingħajr ma jiġu inkorporati l-miżuri ta’ konsolidament li jinsabu fil-baġit tal-2013, li ġie adottat wara d-data tat-tmiem tal-previżjoni, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika huwa pproġettat li jikber għal 2,9 % tal-PDG fl-2013, qabel ma jonqos għal darb’oħra, għal 2,6 % tal-PDG, fl-2014, biex b’hekk jibqa’ taħt il-valur ta’ 3 % bħala valur ta’ referenza tal-PDG matul il-perjodu tal-previżjoni. Il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ April 2012 jimmira għal defiċits aktar baxxi, ta’ 2,2 %, 1,7 % u 1,1 % tal-PDG fl-2012, 2013 u 2014 rispettivament. Id-differenza bejn il-previżjoni tal-ħarifa tal-2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-mira tal-Programm ta’ Stabbiltà għall-2012 hija prinċipalment spjegata minn tkabbir aktar dinamiku fid-dħul f’ dan tal-aħħar.

Fis-snin wara l-iskadenza tal-2011 stabbilita mill-Kunsill, il-projezzjonijiet baġitarji tal-previżjoni tal-ħarifa tal-2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni ma juru ebda titjib tal-bilanċ baġitarju aġġustat ċiklikament, mingħajr il-miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħrajn, fl-2012, u jindikaw titjib ta’ ¼ ta’ punt perċentwali tal-PDG fl-2013. Dan huwa taħt il-valur referenzjarju ta’ 0,5 % tal-PDG għall-aġġustament lejn l-objettiv baġitarju għal terminu medju meħtieġ mill-fergħa preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, b’mod partikolari taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (5). Dan l-aġġustament bil-mod huwa pproġettat fl-isfond ta’ kundizzjonijiet ċikliċi ġeneralment ibbilanċjati; jiġifieri d-diskrepanza fil-prodott hija stmata li tkun qrib iż-żero. Sadanittant, il-kompożizzjoni tat-tkabbir hija mistennija li tkun relattivament fqira mid-dħul mit-taxxi. Speċjalment fl-2012, it-tkabbir ekonomiku huwa mmexxi mill-esportazzjonijiet netti, filwaqt li d-domanda domestika hija pproġettata li tkun pjuttost dgħajfa meta mqabbla max-xejriet imgħoddija. Fl-2014, it-titjib huwa pproġettat li jammonta għal ½ punt perċentwali tal-PDG. Addizzjonalment, fl-2012, ir-rata reali tat-tkabbir tan-nefqa tal-gvern, mingħajr miżuri diskrezzjonali għad-dħul, hija pproġettata li tkun taħt ir-rata referenzjarja ta’ referenza għal terminu medju ta’ tkabbir potenzjali tal-PDG, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Madankollu, abbażi ta’ ebda bidla fil-politika, it-tkabbir nett reali fin-nefqa sinifikatament jabqeż din ir-rata ta’ valur referenzjarju fl-2013 u l-2014.

Id-dejn gross tal-amminstrazzjoni pubblika bħala sehem tal-PDG ilu jtendi li jiżdied mill-2008 u laħaq 70,9 % tal-PDG fl-2011. Il-previżjoni tal-ħarifa tal-2012 tas-servizzi tal-Kummissjoni tipproġetta li l-proporzjon tad-dejn se jibqa’ jiżdied sakemm jilħaq 72,4 % tal-PDG fl-2012, 73,1 % tal-PDG fl-2013 u 72,8 % tal-PDG fl-2014. B’kuntrast, il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2012 jipproġetta li l-proporzjon tad-dejn jibda jonqos wara l-2011, għal 67,4 % tal-PDG sal-2014. Id-differenza bejn iż-żewġ projezzjonijiet hija minħabba bilanċ pożittiv primarju inqas u aġġustament ogħla bejn il-fondi u l-flussi fil-previżjoni tal-ħarifa.

(8)

Il-Kunsill ifakkar li, mis-sena 2012 li hija s-sena wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, u għal perjodu ta’ tliet snin, Malta għandha tagħmel progress suffiċjenti lejn konformità mar-rekwiżit taħt il-kriterju tad-dejn, b’konformità mal-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97.

(9)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv f’ Malta ġie kkoreġġut sal-iskadenza tal-2011 u d-Deċiżjoni 2009/587/KE għaldaqstant għandha tiġi revokata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li l-qagħda ta’ defiċit eċċessiv f’Malta ġiet ikkoreġġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2009/587/KE hija b’dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Malta.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 202, 4.8.2009, p. 42.

(2)  Id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2008 ġew sussegwentament riveduti u attwalment qiegħdin 4,6 % tal-PDG u 62,0 % tal-PDG rispettivament.

(3)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10, Volum 1, p. 89).

(4)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10, Volum 1, p. 84).


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li taħtar membru Olandiż u membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/779/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur C.H.J. (Cor) LAMERS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur F. (Frank) de VRIES sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur C.H.J. (Cor) LAMERS, Burgemeester (sindku) tal-muniċipalità ta’ Schiedam

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sinjura J.H.M. (Jon) HERMANS-VLOEDBELD, Burgemeester (sindku) tal-muniċipalità ta’ Almelo.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Diċembru 2012

dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/780/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat il-bażi tad-dejta ta' Rakkomandazzjoni dwar is-Sikurezza Ewropea, li saret operattiva fi Frar tal-2012.

(2)

Skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010, il-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi r-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza maħruġa mill-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza f'konformità mal-Artikolu 17(1) u (2) u mat-tweġibiet. Il-bażi tad-dejta tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li l-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza rċivew minn pajjiżi terzi.

(3)

Skont l-Artikolu 7(3)g tar-Regolament (UE) Nru 996/2010, l-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza għandhom aċċess sħiħ għall-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

(4)

Skont l-Artikolu 7(3)a tar-Regolament (UE) Nru 996/2010, il-Kummissjoni talbet l-opinjoni tan-Netwerk Ewropew ta' Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili.

(5)

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza huma impliċitament pubbliċi peress li dawn ta' spiss iwettqu rapporti ta' investigazzjoni dwar is-sikurezza, u li skont ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 għandhom status pubbliku. Barra minn hekk, ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza jistgħu jinħarġu wkoll permezz ta' ittri, ta' dikjarazzjonijiet/rapporti interim jew ta' studji dwar is-sikurezza. F'dawn il-każijiet kollha, il-fatt li huma disponibbli għall-pubbliku jipprovdi inċentivi qawwija għad-destinatarji tagħhom biex iwieġbu u jtejbu s-sikurezza tas-sistema tal-avjazzjoni.

(6)

L-istatus tat-tweġibiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza mhuwiex definit fir-Regolament (UE) Nru 996/2010.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistipula l-miżuri li jikkonċernaw id-drittijiet ta' aċċess għall-bażi tad-dejta Ewropea tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili li fiha jinsabu r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza maħruġa jew riċevuti mill-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza u kif ukoll it-tweġibiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li dawn ħarġu.

Artikolu 2

Status tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza

Ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza li jinsabu fil-bażi tad-dejta msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz ta' websajt pubblika.

Artikolu 3

Status tat-tweġibiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza

1.   L-aċċess għat-tweġibiet tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza għandu jkun limitat għad-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.

2.   Kwalunkwe destinatarju ta' rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza jista' jitlob aċċess għat-tweġibiet li jinsabu fil-bażi tad-dejta msemmija fl-Artikolu 1, b'mod partikolari l-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. L-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea jistgħu wkoll jitolbu aċċess għat-tweġibiet li jinsabu fil-bażi tad-dejta msemmija fl-Artikolu 1.

3.   Id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza għandhom jindirizzaw it-talbiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea.

4.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta t-talba u tiddeċiedi fuq bażi ta' każ b'każ jekk it-talba hijiex iġġustifikata u prattikabbli.

Artikolu 4

Użu tal-informazzjoni tal-bażi tad-dejta

Il-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u t-tweġibiet tagħhom ma għandhomx jintużaw biex jiġi ddeterminat it-tort jew ir-responsabbiltà.

Artikolu 5

Status ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili marbut mar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza

L-aċċess għall-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili marbut mar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 1 huwa ddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta' implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta' Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 6

Aċċess għal dokumenti u protezzjoni ta' dejta personali

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4).

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (5) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (6).

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

(2)  ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7.

(4)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Rettifika

14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/48


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 124 tas-27 ta' April 2004 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 02, p. 130)

F'paġna 138, il-paragrafu 13 tal-Anness I (fir-rigward tal-Artikolu 12 mibdul tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej):

minflok:

“Uffiċjal jista’ jieqaf minn kull azzjoni jew imġiba li tista’ tirrifletti ħażin fuq il-pożizzjoni tiegħu.”;

aqra:

“L-Uffiċjal għandu joqgħod lura minn kull azzjoni jew imġiba li tista’ tirrifletti ħażin fuq il-pożizzjoni tiegħu.”.

F'paġna 138, il-paragrafu 14 tal-Anness I (fir-rigward tal-Artikolu 12a(1) ġdid tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej):

minflok:

“1.   Uffiċjali jistgħu jżommu lura minn kull forma ta’ turment psikoloġiku jew sesswali.”;

aqra:

“1.   L-Uffiċjali għandhom joqogħdu lura minn kull forma ta’ turment psikoloġiku jew sesswali.”.