ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.338.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 338

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
12 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/768/PESK tad-9 ta’ Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1183/2012 tat-30 ta’ Novembru 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1184/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cecina de León (IĠP)]

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1185/2012 tal-11 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1186/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn jirrigwarda s-sustanza fossim ( 1 )

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-184 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

23

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1188/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/769/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

27

 

 

2012/770/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2012 li tikkonferma l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

29

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2012/771/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa

37

 

 

2012/772/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva

41

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2012 tat-8 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 150, 9.6.2012 )

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.12.2012   

MT EN EN EN

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/768/PESK

tad-9 ta’ Marzu 2012

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”),

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, pjuttost minn definizzjoni każ b’każ rigward dawk il-kondizzjonijiet għal kull operazzjoni kkonċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni mill-Kunsill fis-26 ta’ April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ir-RGħ nnegozja ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-immaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

I. AUKEN


Image

COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION

 

Brussels, 29 October 2012

H.E. Mr. Nikola POPOSKI,

Minister of Foreign Affairs

of the former Yugoslav Republic of Macedonia.

Sir,

I have the honour to propose that, if it is acceptable to your Government, this letter and your confirmation shall together take the place of signature of the Agreement between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia establishing a framework for the participation of the former Yugoslav Republic of Macedonia in European Union crisis management operations.

The text of the aforementioned Agreement, herewith annexed, has been approved for signature and conclusion, on behalf of the European Union, by a decision of the Council of the European Union on 9 March 2012 and is, consequently, binding on the Union. Pending its entry into force, this Agreement, in accordance with its Article 16.2, shall be provisionally applied from today’s date.

Please accept, Sir, the assurance of my highest consideration.

For the European Union

Image

Pierre VIMONT

Executive Secretary General

European External Action Service

Encl.

175 Rue de la Loi,

1048 Brussels, Belgium

TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

L-UNJONI EWROPEA

minn naħa waħda, u

DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħin il-“Partijiet”,

BILLI:

(1)

L-Unjoni Ewropea tista’ tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta’ kriżijiet.

(2)

L-Unjoni Ewropea għandha tiddeċiedi jekk Stati terzi jkunux mistiedna jipparteċipaw f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tista’ taċċetta l-istedina tal-Unjoni Ewropea u toffri l-kontribut tagħha. F’tali każ, l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi dwar jekk taċċettax dak il-kontribut propost.

(3)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni fil-futur, pjuttost minn definizzjoni każ b’każ rigward dawn il-kondizzjonijiet għal kull operazzjoni kkonċernata.

(4)

Tali ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u ma għandux jippreġudika n-natura każ b’każ tad-deċiżjoni li tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

(5)

Tali ftehim għandu jindirizza biss operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fil-futur u għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehimiet eżistenti li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet li tkun diġà nbdiet.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tistieden lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u ladarba l-Istat tal-aħħar ikun iddeċieda li jipparteċipa, tali Stat għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kontribut propost tiegħu lill-Unjoni Ewropea.

2.   Il-valutazzjoni mill-Unjoni Ewropea tal-kontribut propost għandha ssir b’konsultazzjoni ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

3.   L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja indikazzjoni bikrija tal-kontribuzzjoni probabbli għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni mill-aktar fis possibli bil-ħsieb li tgħin lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-formulazzjoni tal-offerta tagħha.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni lil dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja permezz ta’ ittra bil-ħsieb li tiżgura l-parteċipazzjoni tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Qafas

1.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tassoċja ruħha mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea twettaq l-operazzjoni għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u ma’ kwalunkwe deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-kontribut ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għal operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.

Artikolu 3

Status ta’ persunal u forzi

1.   L-istatus ta’ persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet u/jew tal-forzi kkontribwiti lill-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom ikunu regolati mill-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni, jekk konkluż, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni.

2.   L-istatus tal-persunal ikkontribwit għall-kwartieri ġenerali jew elementi ta’ kmand li jinsabu barra l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, għandu jkun regolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u l-elementi ta’ kmand ikkonċernati u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-forzi/missjoni msemmi fil-paragrafu 1, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. F’każijiet fejn il-forzi ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja joperaw abbord bastiment jew inġenju tal-ajru ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, dan l-Istat tal-aħħar għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni f’konformità mal-liġijiet u l-proċeduri interni tiegħu.

4.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tkun responsabbli biex tirrispondi għal kull talba marbuta mal-parteċipazzjoni f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, li tiġi minn jew li tikkonċerna xi membru tal-persunal tagħha u għandha tkun responsabbli biex tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra membri tal-persunal tagħha skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

5.   Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għat-talbiet kollha, ħlief għal dawk kuntrattwali, kontra xulxin għal dannu, telf, jew distruzzjoni ta’ assi ta’ proprjetà ta’/operati minn Parti jew oħra, jew għall-korriment jew mewt ta’ persunal ta’ Parti jew oħra, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom konnessi mal-attivitajiet taħt dan il-ftehim, ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja.

6.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tintrabat li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ talbiet kontra kull Stat li jipparteċipa f’operazzjoni ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet tal-UE li fiha tipparteċipa dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

7.   L-Unjoni Ewropea tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ drittijiet, għal kull parteċipazzjoni futura ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, u li jagħmlu dan meta jiffirmaw dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni klassifikata

Il-Ftehim bejn il-gvern ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata, magħmul fi Skopje fil-25 ta’ Marzu 2005, għandu japplika fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-UE ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F’OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA’ KRIŻIJIET

Artikolu 5

Persunal issekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

1.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja:

(a)

għandha tiżgura li l-persunal tagħha ssekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jidħol għall-missjoni tiegħu b’mod konformi ma’:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 2(1).

il-Pjan tal-Operazzjoni.

il-miżuri implimentattivi.

(b)

għandha tinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet (il-“Kap tal-Missjoni”) u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”) bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

2.   Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandu jissottometti ruħu għal eżami mediku, vaċċinazzjoni u jkun medikament iċċertifikat b’saħħtu għax-xogħol minn awtoritá kompetenti minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandu jipproduċi kopja ta’ dik iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 6

Linja ta’ kmand

1.   Persunal issekondat mill-Istat parteċipanti għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f’moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

2.   Il-persunal kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fuq il-post.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet u jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tagħha ta’ kuljum.

6.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjoni, skont l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1).

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari tal-persunal tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. Fejn meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtoritá nazzjonali kkonċernata.

8.   Għandu jinħatar Punt ta’ Kuntatt mal-Kontinġent Nazzjonali (“NPC”) minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent.

9.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jekk hija tkun għadha qed tikkontribwixxi għall-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet fid-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni.

Artikolu 7

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-Istat parteċipanti għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni ħlief għall-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni.

2.   F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-status tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 8

Kontribuzzjoni għall-baġit operattiv

1.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit operattiv tal-operazzjoni ċivili ta’ immaniġġar ta’ kriżijiet tal-UE.

2.   Tali kontribuzzjoni lill-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ammont ta’ referenza li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-dħul nazzjonali gross ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-total tal-ING tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operattiv tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ammont ta’ referenza għall-baġit operattiv li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-operazzjoni għan-numru totali ta’ persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Istat parteċipanti ma għandu jagħmel l-ebda kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ allowances per diem imħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Unjoni Ewropea għandha, bħala prinċipju, teżenta lill-Istat parteċipanti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal operazzjoni ċivili partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet meta:

(a)

l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi kontribuzzjoni sinifikattiva li hija essenzjali għal din l-operazzjoni, jew

(b)

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jkollha ING per capita li ma jaqbiżx dak ta’ ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

5.   Għandu jiġi ffirmat arranġament dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-baġit operattiv tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet bejn il-Kap tal-Missjoni u s-servizzi amministrattivi rilevanti ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dak l-arranġament għandu jinkludi, inter alia, id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont ikkonċernat,

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja,

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F’OPERAZZJONIJIET MILITARI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA’ KRIŻIJIET

Artikolu 9

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet

1.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjagħandha tiżgura li l-forzi tagħa u l-persunal li jipparteċipaw fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jidħlu għall-missjoni tagħhom b’mod konformi ma’:

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif previst fl-Artikolu 2(1),

(b)

il-Pjan tal-Operazzjoni,

(c)

il-miżuri implimentattivi.

2.   Il-persunal issekondat mill-Istati parteċipanti għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f’moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

3.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fi żmien xieraq dwar kull bidla fil-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni.

Artikolu 10

Linja ta’ kmand

1.   Il-forzi u l-persunal kollha li jipparteċipaw fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand Operattiv u Tattiku u/jew il-kontroll tal-forzi u tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li għandu d-dritt li jiddelega l-awtorità tiegħu.

3.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ tmexxija ta’ kuljum tal-operazzjoni bħal Stati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista’, wara konsultazzjonijiet ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut tal-Istat parteċipanti.

5.   Rappreżentant Militari Superjuri (“SMR”) għandu jiġi maħtur minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni militari ta’ maniġġar ta’ kriżijiet immexxija mill-UE. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-kwistjonijiet kollha li jolqtu l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim, l-Istat parteċipanti għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux suġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) (1).

2.   F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-forzi, imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 12

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni

1.   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet.

2.   Tali kontribuzzjoni għall-ispejjeż komuni għandha tiġi kkalkolata abbażi ta’ waħda miż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema waħda tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tal-ING ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-total tal-ING tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-operazzjoni għan-numru totali ta’ persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkontribwixxi biss persunal għall-Operazzjoni jew għall-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi, il-proporzjon użat għandu jkun dak tal-persunal tiegħu għal dak tan-numru totali tal-persunal rispettiv tal-kwartieri ġenerali. F’każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kkontribwit mill-Istat parteċipanti għal dak tal-persunal totali tal-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafu 1 hawn fuq, l-Unjoni Ewropea għandha, bħala prinċipju, teżenta lill-Istat parteċipanti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta’ operazzjoni militari partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet meta:

(a)

l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għall-assi u/jew għall-kapaċitajiet li jkunu essenzjali għall-operazzjoni; jew

(b)

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jkollha ING per capita li ma jaqbiżx dak ta’ ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

4.   Għandu jiġi konkluż arranġament bejn l-Amministratur previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK u l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dak l-arranġament għandu jinkludi, inter alia, dispożizzjonijiet dwar:

(a)

l-ammont ikkonċernat,

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja,

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8(5) u 12(4) kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet adegwati ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Artikolu 14

Nonkonformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tibgħat avviż bil-miktub minn xahar qabel.

Artikolu 15

Riżoluzzjoni ta’ Tilwim

Tilwim li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri legali interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal reviżjoni regolari.

4.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet.

5.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi ddenunzjat minn kull Parti b’notifika bil-miktub ta’ denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha jkollha effett sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika.

Magħmul fi Brussell, fid-disgħa u għoxrin jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u tnax bil-lingwa Ingliża fi 2 kopji.

 


(1)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35.

Image

РЕПУБЛИКА МАКЕДОНИЈА

МИНИСТЕРСТВО ЗА НАДВОРЕШНИ РАБОТИ

REPUBLIC PF MACEDONIA

MINISTRY OF FOREIGN AFFAIRS

Министер/ Minister

 

Brussels, 29 October 2012

Sir,

On behalf of the Government of the Republic of Macedonia I have the honour to acknowledge receipt of your letter dated 29 of October 2012 regarding the signature of the Agreement between the Republic of Macedonia and the European Union establishing a framework for the participation of the Republic of Macedonia in European Union crisis management operations.

I hereby confirm that the Government of the Republic of Macedonia agrees with the provisions of the aforementioned Agreement, and considers the said Agreement as being signed with your letter and this letter of confirmation.

However, I declare that the Republic of Macedonia does not accept the denomination used for my country in the text of the above-mentioned Agreement having in view that the constitutional name of my country is the Republic of Macedonia.

Please accept, Sir, the assurances of my highest consideration.

Nikola POPOSKI

Image

To

Mr. Pierre Vimont

Executive Secretary General

European External Action Service

COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION

Image

COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION

 

Brussels, 29 October 2012

H.E. Mr. Nikola POPOSKI,

Minister of Foreign Affairs

of the former Yugoslav Republic of Macedonia.

Sir,

I have the honour to acknowledge receipt of your letter of today's date.

The European Union notes that the Exchange of Letters between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia, which takes the place of signature of the Agreement between the European Union and the former Yugoslav Republic of Macedonia establishing a framework for the participation of the former Yugoslav Republic of Macedonia in European Union crisis management operations, has been accomplished and that this cannot be interpreted as acceptance or recognition by the European Union in whatever form or content of a denomination other than the "former Yugoslav Republic of Macedonia".

Please accept, Sir, the assurance of my highest consideration.

For the European Union

Image

Pierre VIMONT

Executive Secretary General

European External Action Service

175 Rue de la Loi,

1048 Brussels, Belgium

DIKJARAZZJONIJIET

Dikjarazzjoni mill-istati membri tal-UE:

“L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet li fiha tipparteċipa dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ser jippruvaw, sa fejn is-sistemi legali interni tagħhom hekk jippermettu, jirrinunzjaw sa fejn possibbli għal pretensjonijiet kontra dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għal korriment, mewt ta’ persunal tagħhom, jew dannu lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħhom u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kienu kkawżati minn persunal minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu f’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew ta’ kondotta skorretta volontarja,

jew irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi li jkunu proprjetà ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sakemm l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li juża dawk l-assi.”

Dikjarazzjoni minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja:

“Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, waqt li tapplika Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet ser tipprova, sa fejn is-sistema legali interna tagħha hekk tippermetti, tirrinunzja, sa fejn possibbli, għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet għal korriment, mewt ta’ persunal tiegħu, jew dannu lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħha stess u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kienu kkawżati minn persunal fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom b’konnessjoni mal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiett, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew ta’ kondotta skorretta volontarja, jew

irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tal-Istati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, sakemm l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew kondotta skorretta volontarja tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżijiet li juża dawk l-assi.”


REGOLAMENTI

12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1183/2012

tat-30 ta’ Novembru 2012

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (e) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ monomeri, sustanzi u addittivi oħra ta’ bidu li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Riċentament l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat evalwazzjonijiet xjentifiċi favorevoli għal sustanzi addizzjonali li issa għandhom jiżdiedu mal-lista attwali.

(2)

Għal ċerti sustanzi oħra, ir-restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet li huma stabbiliti diġà fil-livell tal-UE għandhom jiġu emendati abbażi ta’ evalwazzjoni xjentifika favorevoli ġdida mill-Awtorità.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 257 tal-Materjal li jiġi f’Kuntatt mal-Ikel u l-isem dipropileneglikol hija awtorizzata li tintuża bħala addittiv fil-plastiks fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u elenkata bin-Numru tal-CAS 0000110-98-5. Fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel (3) kien hemm referenza għal din is-sustanza bin-Numru tal-CAS 0025265-71-8. Din ir-referenza tħassret hekk kif daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 li ssostitwixxa d-Direttiva 2002/72/KE, peress li tqieset superfluwa. Madankollu, meta wieħed iqis li n-Numru tal-CAS 0025265-71-8 jirreferi għat-taħlita użata kummerċjalment ta’ isomeri minflok għas-sustanza pura, dan għandu jiddaħħal mill-ġdid fir-Regolament (UE) Nru 10/2011. In-Numru tal-CAS 0000110-98-5 għandu jibqa’ fit-Tabella 1.

(5)

In-Nota ta’ Konformità Nru (4) fit-Tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tagħmel referenza ambigwa għas-simulant D, fejn hija maħsuba li tirreferi għas-simulant D2. Għaldaqstant, in-Nota Nru (4) għandha tirreferi għas-simulant D2.

(6)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozju, materjali u oġġetti tal-plastik li tqiegħdu b’mod legali fis-suq abbażi tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jiġu importati u mqiegħda fis-suq sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2014. Dawn il-materjali u l-oġġetti tal-plastik jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonna (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

257

13550

0000110-98-5

dipropileneglikol

iva

iva

le

 

 

 

 

16660

0025265-71-8

51760

 

(2)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonna (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

449

49840

0002500-88-1

diottadeċil disulfid

iva

le

iva

0,05

 

 

 

(3)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (8) u (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

180

17160

0000097-53-0

ewġenol

le

iva

le

 

(33)

 

 

(4)

Fit-Tabella 1 għas-sustanzi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

807

93485

nitrid tat-titanju, nanopartikoli

iva

le

le

 

 

L-ebda migrazzjoni ta’ nanopartikoli ta’ nitrid tat-titanju

Għandha tintuża biss f’polietilentereftalat (PET) sa 20 mg/kg

Fil-PET, l-agglomerati għandhom dijametru ta’ 100 – 500 mm li jikkonsisti f’nanopartikoli primarji ta’ nitrid tat-titanju; il-partikoli primarji għandhom dijametru ta’ madwar 20 nm.

 

865

40619

0025322-99-0

(butil akrilat, metil metakrilat, butil metakrilat) kopolimeru

iva

le

le

 

 

Għandha tintuża biss:

(a)

f’poli(klorur tal-vinil) (PVC) riġidu f’livell massimu ta’ 1 % w/w;

(b)

f’aċidu polilattiku (PLA) f’livell massimu ta’ 5 % w/w.

 

868

53245

0009010-88-2

(etil akrilat, metil metakrilat) kopolimeru

iva

le

le

 

 

Għandha tintuża biss:

(a)

f’poli(klorur tal-vinil) (PVC) riġidu f’livell massimu ta’ 2 % w/w;

(b)

f’aċidu polilattiku (PLA) f’livell massimu ta’ 5 % w/w;

(c)

f’polietilentereftalat (PET) f’livell massimu ta’ 5 % w/w.

 

(5)

Fit-Tabella 1 il-linji li ġejjin huma mdaħħla f’ordni numerika tan-numri tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f’Kuntatt mal-Ikel:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

858

38565

0090498-90-1

3,9-bis[2-(3-(3-tert-butil-4-idrossi-5-metilfenil)propjonilossi)-1,1-dimetiletil]-2,4,8,10-tetraossaspiro[5,5]undekan

iva

le

iva

0,05

 

Limitu ta’ migrazzjoni speċfika espress bħala t-total tas-sustanza u tal-prodott tal-ossidazzjoni 3-[(3-(3-tert-butil-4-idrossi-5-metilfenil)prop-2-enojlossi)-1,1-dimetiletil]-9-[(3-(3-tert-butil-4-idrossi-5-metilfenil)propjonilossi)-1,1-dimetiletil]-2,4,8,10-tetraossaspiro[5,5]-undekan tiegħu f’ekwilibriju mal-para kinon metid tawtomeru

(2)

874

16265

0156065-00-8

α-dimetil-3-(4’-idrossi-3’-metossifenil)propilsililossi, ω-3-dimetill-3-(4’-idrossi-3’-metossifenil)propilsilil polidimetilsilossan

le

iva

le

0,05

(33)

Għandha tintuża biss bħala komonomeru fil-polikarbonat modifikat tas-silossan

It-taħlita oligomerika għandha tkun ikkaratterizzata mill-formula

C24H38Si2O5(SiOC2H6)n (50 > n ≥ 26)

 

902

 

0000128-44-9

1,2-benżisotijażol-3(2H)-wieħed 1,1-diossidu, melħ tas-sodju

iva

le

le

 

 

Is-sustanza għandha tikkonforma mal-kriterji speċifiċi dwar il-purità kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (1)

 

979

79987

kopolimeru (polietilentereftalat, polibutadjen idrossilat, anidride piromellitiku)

iva

le

le

 

 

Għandha tintuża biss f’polietilentereftalat (PET) f’livell massimu ta’ 5 % w/w

 

(6)

fit-Tabella 2 il-linja li ġejja hija mdaħħla f’ordni numerika tan-numri tar-restrizzjoni tal-grupp:

(1)

(2)

(3)

(4)

Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Nru. tas-sustanza tal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) [mg/kg])

Speċifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-grupp

33

180

874

ND

espress bħala ewġenol

(7)

Fit-Tabella 3 dwar il-verifika tal-konformità, il-kontenut tan-nota (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

Nota Nru

Nota dwar il-verifika tal-konformità

(4)

L-ittestjar tal-konformità fejn ikun hemm kuntatt ta’ xaħam għandu jsir bl-użu ta’ simulanti li jassorbu ikel imxaħħam bħas-simulant D2.


(1)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.


12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1184/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cecina de León (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Cecina de León”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 81, 20.3.2012, p. 6.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

SPANJA

Cecina de León (IĠP)


12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1185/2012

tal-11 ta' Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 118y(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbid frizzanti, tal-inbid frizzanti ta' kwalità jew tal-inbid frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku, għandhom jinkludu l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ. L-Artikolu 56(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (2) jipprevedi li ma' din l-indikazzjoni jiżdied il-kliem "produttur" jew "magħmul minn" u "bejjiegħ" jew "mibjugħ minn" jew kliem ekwivalenti. Din id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-indikazzjoni tal-produttur tkun obbligatorja u li, f'dan il-każ, jistgħu jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-kliem "produttur" u "prodott" bi kliem ieħor. Minħabba li għat-tikkettar tal-inbid semifrizzanti, ċertu kliem ikun tradizzjonalment rikonoxxut u użat fl-Istati Membri, jixraq li jekk dawn jiddeċiedu li jagħmlu l-indikazzjoni tal-produttur obbligatorja u jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-kliem "produttur" u "magħmul minn" bi kliem ieħor, dan il-kliem għandu jkun dak użat tradizzjonalment fil-qasam. Barra minn dan, sabiex il-konsumaturi jkunu infurmati dwar it-terminoloġija użata f'dan il-qasam, jeħtieġ li jiġi speċifikat il-kliem li jista' jiġi awtorizzat fil-lingwi differenti tal-UE.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 jiġi emendat kif ġej:

1)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(3), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

"b)

li jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-kliem ‧produttur‧ jew ‧magħmul minn‧ bil-kliem elenkat fl-Anness Xa ta' dan ir-Regolament."

2)

L-Anness Xa, li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi inkluż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.


ANNESS

“ANNESS Xa

Kliem imsemmi fl-Artikolu 56(3)(b)

Lingwa

Kliem awtorizzat minflok "produttur"

Kliem awtorizzat minflok "magħmul minn"

BG

„преработвател“

„преработено от“

ES

"elaborador"

"elaborado por"

CS

zpracovatel“ jew "vinař"

zpracováno v“ jew "vyrobeno v"

DA

»forarbejdningsvirksomhed« jew »vinproducent«

»forarbejdet af«

DE

Verarbeiter

verarbeitet vonjew"versektet durch"

ET

töötleja

töödelnud

EL

«οινοποιός»

«οινοποιήθηκε από»,

EN

"processor"jew"winemaker"

"processed by"jew"made by"

FR

"élaborateur"

"élaboré par"

IT

"elaboratore"jew"spumantizzatore"

"elaborato da"jew"spumantizzato da"

LV

“izgatavotājs”

«vīndaris» jew «ražojis»

LT

„perdirbėjas“

„perdirbo“

HU

feldolgozó:

feldolgozta:

MT

"proċessur"

"ipproċessat minn"

NL

verwerker” jew "bereider"

verwerkt door” jew "bereid door"

PL

przetwórca” jew „wytwórca

przetworzone przez” jew „wytworzone przez

PT

"elaborador"jew"preparador"

"elaborado por"jew"preparado por"

RO

"elaborator"

"elaborat de"

SI

«pridelovalec«

«prideluje»

SK

spracovateľ

spracúva

FI

"valmistaja"

"valmistanut"

SV

bearbetningsföretag

bearbetat av” ”


12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1186/2012

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn jirrigwarda s-sustanza fossim

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Bħalissal-fossim huwa inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata. għall-ispeċi ovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam u l-kliewi, għall-ispeċi porċini, applikabbli għall-muskoli, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kliewi u għat-tiġieġ, applikabbli għall-muskoli, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-bajd, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-estensjoni tal-annotazzjoni eżistenti għall-fossim biex tinkludi l-ispeċi bovini.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza attiva farmaloġikament fi prodott tal-ikel partikolari għal prodott tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, inkella l-MRLs stabbiliti għal sustanza attiva farmaloġikament fi speċi waħda jew aktar għal speċi oħra. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġi stabbilit MLR għall-fossim għall-ispeċi bovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem, u l-estrapolazzjoni tal-MRLs għall-fossim mill-ispeċi ovini, mill-ispeċi bovini u mill-ispeċi porċini, u t-tiġieġ għal kull speċi mrobbija għall-ikel minbarra l-ħut bil-ġewnaħ, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi u l-bajd, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(6)

Għaldaqstant l-annotazzjoni għall-fossim fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata sabiex tinkludi kull speċi mrobbija għall-ikel minbarra l-ħut bil-ġewnaħ.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRLs il-ġodda stabbiliti.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għall-fossim fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza attiva farmakoloġikament

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Fossim

Fossim

Kull speċi mrobbija għall-ikel minbarra l-ħut bil-ġewnaħ

25  μg/kg

Muskoli

Għall-ispeċi porċini u t-tjur tal-irziezet, l-MRL tax-xaħam jirrigwarda “ġilda u xaħam fi proporzjonijiet naturali”.

Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem

Aġenti antiparassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti”

550  μg/kg

Xaħam

50  μg/kg

Fwied

30  μg/kg

Kliewi

60  μg/kg

Bajd


12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1187/2012

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li jemenda għall-184 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Diċembru 2012 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid entità waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

L-indirizz tal-Kummissjoni Ewropea għandu jiġi aġġornat.

(4)

L-Annessi I u II mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness II huwa emendat skond l-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni,

F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

‘Mouvement pour l’Unification et le Jihad en Afrique de l’Ouest (MUJAO). Indirizz: (a) il-Mali, (b) l-Alġerija. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 5.12.2012.’


ANNESS II

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-intestatura "Komunità Ewropea" u l-paragrafu taħt “Komunità Ewropea” jinbidlu bl-intestatura u l-paragrafu li ġejjin:

“Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

L-Uffiċċju tas-SEAE 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu”


12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1188/2012

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

56,9

MA

83,2

TN

94,1

TR

80,9

ZZ

78,8

0707 00 05

AL

87,0

JO

174,9

MA

133,1

TR

107,8

ZZ

125,7

0709 93 10

MA

155,9

TR

100,7

ZZ

128,3

0805 10 20

TR

47,5

ZA

49,4

ZW

43,2

ZZ

46,7

0805 20 10

MA

69,5

ZZ

69,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

JM

124,6

MA

99,2

TR

78,5

ZZ

100,8

0805 50 10

TR

74,7

ZZ

74,7

0808 10 80

CA

157,2

MK

39,0

US

125,4

ZA

138,0

ZZ

114,9

0808 30 90

CN

61,4

TR

112,1

US

150,9

ZZ

108,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2012/769/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-12 ta’ April 2012, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ deroga mill-punt 14 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkompli teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil persuni taxxabbli li d-dħul annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali għal EUR 30 000 bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tal-Polonja mal-Unjoni. Permezz ta’ dik il-miżura, dawk il-persuni taxxabbli se jkomplu jiġu eżentati minn ċerti obbligazzjonijiet jew mill-obbligazzjonijiet kollha fir-rigward tal-VAT imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

(2)

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittri li jġibu d-data tas-17 u t-18 ta’ Lulju 2012 bit-talba magħmula mill-Polonja. Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-19 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

Skont il-punt 14 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Polonja tista’ tagħti eżenzjoni mill-VAT lill-persuni taxxabbli li d-dħul annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali għal EUR 10 000 bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/790/KE tal-20 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), il-Polonja kienet awtorizzata, sal-31 ta’ Diċembru 2012 u bħala miżura ta’ deroga, li teżenta mill-VAT lill-persuni taxxabbli li d-dħul annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali għal EUR 30 000 bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni. Peress li dan il-limitu ogħla rriżulta f’obbligazzjonijiet tal-VAT imnaqqsa għall-iżgħar negozji, filwaqt li dawn tal-aħħar għadhom jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT skont l-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Polonja għandha tiġi awtorizzata biex tapplika l-miżura għal perijodu limitat ieħor.

(5)

Fil-proposta tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2004 għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE, issa Direttiva 2006/112/KE, bil-għan li tissimplifika l-obbligazzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jippermettu lill-Istati Membri li jiffissaw limitu annwali ta’ dħul għall-iskema ta’ eżenzjoni mill-VAT sa EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li dan l-ammont jiġi aġġornat kull sena. It-talba għal estensjoni ppreżentata mill-Polonja hija f’konformità ma’ dik il-proposta.

(6)

Mill-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, il-miżura wasslet għal tnaqqis stmat fuq l-ammont globali fid-dħul baġitarju mill-VAT ta’ madwar 0,14 %.

(7)

Il-miżura ta’ deroga m’hu ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

(8)

Id-Deċiżjoni 2009/790/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/790/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2012” tinbidel b’dik tal-“31 ta’ Diċembru 2015”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 283, 30.10.2009, p. 53.


12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2012

li tikkonferma l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/770/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-Kummissjoni jeħtieġ li tikkonferma kull sena l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni, kif ukoll għal kull konsorzju ta’ manifatturi ffurmat skont l-Artikolu 7(7) ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dik il-konferma, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. Fejn ikun jidher biċ-ċar li manifattur jew konsorzju jkun naqas milli jilħaq il-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni jeħtieġ li, mill-2013 ‘il quddiem u skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, timponi l-ħlas ta’ primjums fuq l-emissjonijiet żejda permezz ta’ deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-manifatturi jew lill-maniġers tal-konsorzji kkonċernati.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-miri huma vinkolanti għall-manifatturi u l-konsorzji b’effett mill-2012. Għas-snin kalendarji 2010 u 2011, il-Kummissjoni għandha, madankollu, tikkalkula miri indikattivi u, skont l-Artikolu 8(6) ta’ dak ir-Regolament, tinnotifika lil dawk il-manifatturi u l-konsorzji li l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tagħhom tkun taqbeż il-miri indikattivi tagħhom. Peress li l-miri għall-2010 u l-2011 se jservu bħala indikaturi għall-manifatturi tal-isforz meħtieġ biex tintlaħaq il-mira mandatorja fl-2012, huwa xieraq li tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi għall-2010 u l-2011 skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament u li jitqiesu biss il-65 % tal-vetturi bl-inqas emissjonijiet għal kull manifattur.

(3)

Id-dejta li għandha tintuża għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Id-dejta tittieħed miċ-ċertifikati tal-konformità li jinħarġu mill-manifatturi jew minn dokumenti li jipprovdu informazzjoni ekwivalenti skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

Id-dejta għall-2011 intbagħtet lill-Kummissjoni sal-iskadenza tat-28 ta’ Frar 2012 speċifikata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 minn maġġoranza tal-Istati Membri. Madankollu, minħabba li tliet Stati Membri bagħtu d-dejta tard, il-Kummissjoni kellha tistenna sa tmiem Mejju biex ikollha s-sett kollu tad-dejta disponibbli.

(5)

Fejn, b’riżultat tal-verifika tad-dejta mill-Kummissjoni, kien evidenti li ċerta dejta kienet nieqsa jew ċarament mhux korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u, soġġett għall-qbil ta’ dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew ikkompletata kif xieraq. Fejn ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim, id-dejta provviżorja ta’ dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

(6)

F’Settembru 2012, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li madwar 200 000 reġistrazzjoni tal-2011 kienu tħallew barra mis-sett tad-dejta sottomess lill-Kummissjoni fi Frar 2012. Fid-dawl tal-iskeda stretta taż-żmien li d-dejta kellha tiġi kkonfermata fiha, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħti aktar żmien lill-manifatturi biex jivverifikaw dawk ir-reġistrazzjonijiet neqsin. Minħabba f’hekk, id-dejta ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet ma tistax tiġi inkluża fis-sett tad-dejta finali u ma tistax titqies għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi kkonċernati jew tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom.

(7)

Fl-20 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja u nnotifikat lil 84 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tagħhom fl-2011 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur minn meta jkunu rċevew in-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Tmienja u tletin manifattur issottomettew notifiki ta’ żbalji fi żmien l-iskadenza ta’ tliet xhur. Żewġ manifatturi infurmaw lill-Kummissjoni li kien hemm xi żbalji fis-settijiet tad-dejta, iżda naqsu milli jinnotifikaw il-korrezzjonijiet skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010.

(9)

Fil-każ tas-46 manifattur li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta jew li ma għamlux in-notifika skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti.

(10)

Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet li ġew innotifikati mill-manifatturi u l-ġustifikazzjonijiet rispettivi tagħhom kif indikati permezz tal-kodiċijiet tal-iżbalji speċifikati fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 u s-sett tad-dejta ġie aġġustat kif xieraq.

(11)

Fil-każ tad-dejta li ġiet identifikata mill-manifatturi bil-kodiċi tal-iżbalji B, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, irid jitqies il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dik id-dejta b’mod xieraq minħabba li jkun hemm parametri ta’ identifikazzjoni neqsin jew mhux korretti. Għalhekk, għandu jiġi applikat marġni ta’ żball għall-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-massa mogħtija f’dik id-dejta.

(12)

Il-marġni ta’ żball għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi espressi bħala l-medja tal-emissjonijiet imnaqqsa mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulati meta jiġu inklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi, u meta dawn jiġu esklużi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva, il-marġni ta’ żball għandu dejjem itejjeb id-distanza mill-mira tal-manifattur.

(13)

Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2011, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri li ġejjin speċifikati fl-Anness huma kkonfermati għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta’ manifatturi fir-rigward tas-sena kalendarja 2011:

(a)

il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi;

(b)

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, fejn xieraq aġġustata bil-marġni ta’ żball rilevanti;

(c)

id-differenza bejn il-valuri msemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri fl-Unjoni;

(e)

il-medja tal-massa għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri fl-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.


ANNESS

Tabella 1:

Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi kkonfermati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-manifattur

Konsorzji u derogi

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Medja tal-massa

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (100 %)

Alpina Burkard Bovensiepen GmbH + Co. KG

 

572

177,439

147,733

29,706

29,706

1 760,03

203,024

Aston Martin Lagonda Ltd

D

1 306

293,478

320,000

–26,522

–26,522

1 778,25

320,737

Audi AG

P8

617 058

126,995

139,414

–12,419

–13,108

1 578,00

144,669

Audi Hungaria Motor KFT

P8

14 853

136,758

133,273

3,485

3,344

1 443,62

148,573

Automobiles Citroën

 

741 890

112,738

127,624

–14,886

–14,886

1 320,01

125,666

Automobiles Dangel

 

45

145,103

137,974

7,129

7,129

1 546,49

148,267

Automobiles Peugeot

 

871 307

115,971

129,369

–13,398

–13,398

1 358,19

128,318

Avtovaz JSC

 

2 877

206,591

125,487

81,104

81,104

1 273,25

214,379

Bayerische Motoren Werke AG

 

723 001

129,243

139,011

–9,768

–9,768

1 569,17

144,289

Bentley Motors Ltd

P8

1 281

385,470

181,852

203,618

203,618

2 506,62

389,560

BMW M GmbH

 

32 688

128,168

141,763

–13,595

–13,595

1 629,39

153,267

Caterham Cars Limited

D

146

164,936

210,000

–45,064

–45,064

707,19

182,973

Chongqing Lifan Passenger Vehicle CO Ltd

 

41

174

123,282

50,718

50,718

1 225,00

174,000

Chevrolet Italia

 

11 747

110,522

117,194

–6,672

–6,672

1 091,78

113,295

Chrysler Group LLC

 

40 418

172,738

158,926

13,812

13,812

2 004,95

192,096

CNG Technik

P1

126

114,000

118,073

–4,073

–4,073

1 111,01

114,000

Automobile Dacia SA

 

235 036

132,368

126,693

5,675

5,674

1 299,64

142,774

Daihatsu Motor Co. Ltd

P7

9 603

128,506

118,136

10,370

10,370

1 112,40

145,796

Daimler AG Stuttgart

P2

626 079

132,125

139,031

–6,906

–6,985

1 569,61

152,765

Dr Motor Company SRL

 

2 783

121,075

118,756

2,319

2,319

1 125,95

134,736

Ferrari

D

2 318

299,849

303,000

–3,151

–3,151

1 721,13

321,016

Ford Motor Company

P1

651

117,104

120,917

–3,813

–3,858

1 173,24

123,097

Fiat Group Automobiles SpA

 

836 642

109,885

119,406

–9,521

–9,593

1 140,19

118,279

Ford-Werke GmbH

P1

1 004 863

119,012

127,825

–8,813

–8,895

1 324,41

131,951

Fuji Heavy Industries Ltd

ND

26 702

158,145

164,616

–6,471

–6,471

1 582,48

170,332

General Motors Company

 

958

224,111

153,828

70,283

70,283

1 893,39

293,342

GM Korea Company

 

156 775

125,945

127,643

–1,698

–1,698

1 320,43

142,195

GM Italia SRL

 

1 497

113,238

121,524

–8,286

–8,286

1 186,53

117,716

Great Wall Motor Company Limited

D

1 734

219,029

195,000

24,029

24,029

1 894,19

220,578

Honda Automobile China CO

P3

20 699

123,950

119,659

4,291

4,279

1 145,71

125,329

Honda Automobile Thailand CO

P3

203

146,221

120,814

25,407

25,407

1 171,00

150,567

Honda Motor CO

P3

80 194

123,371

130,019

–6,648

–6,970

1 372,42

142,092

Honda of the UK Manufacturing

P3

37 627

146,211

133,571

12,640

12,409

1 450,15

161,127

Honda Turkiye AS

P3

1 051

151,798

125,595

26,203

26,203

1 275,60

155,955

Hyundai Motor Company

 

363 165

118,966

126,578

–7,612

–7,612

1 297,12

132,139

Iveco SpA

 

51

213,636

179,988

33,648

33,648

2 465,84

220,510

Jaguar Cars Ltd

ND

P6

21 980

169,666

178,025

–8,359

–8,359

1 899,75

189,103

KIA Motors Corporation

 

279 401

122,048

129,147

–7,099

–7,099

1 353,33

136,944

KTM — Sportmotorcycle AG

D

31

181,7

200,000

–18,300

–18,300

875,00

184,161

Automobili Lamborghini SpA

P8

270

322,109

141,622

180,487

179,992

1 626,30

341,804

Land Rover

ND

P6

68 080

188,659

178,025

10,634

10,634

2 291,53

210,911

Lotus Cars Limited

D

522

179,209

280,000

– 100,791

– 100,791

1 280,82

198,571

Magyar Suzuki Corporation Ltd

P5

96 175

118,469

120,435

–1,966

–1,966

1 162,71

127,816

Mahindra & Mahindra Ltd

D

12

236

205,000

31,000

31,000

2 012,50

238,000

Maruti Suzuki India Ltd

P5

22 813

102,997

109,967

–6,970

–6,970

933,65

104,430

Maserati SpA

 

1 330

351,103

158,453

192,650

192,650

1 994,61

360,656

Mazda Motor Corporation

 

125 367

131,622

130,645

0,977

0,724

1 386,11

146,625

McLaren Automotive Ltd

D

76

279,000

285,000

–6,000

–6,000

1 514,20

282,342

Mercedes — AMG GmbH, Affalterbach

P2

1 507

307,578

145,071

162,507

162,494

1 701,79

307,768

MG Motor UK Limited

D

426

183,156

184,000

–0,844

–0,844

1 513,43

183,667

MIA Electric SAS

 

249

0

108,388

– 108,388

– 108,388

899,09

0,000

Micro — Vett SpA

 

4

0

129,772

– 129,772

– 129,772

1 367,00

0,000

Mitsubishi Motors Corporation (MMC)

P4

78 039

128,395

139,904

–11,509

–12,224

1 588,71

153,864

Mitsubishi Motor Europe BV (MME)

P4

19 270

117,472

115,081

2,391

2,387

1 045,55

120,139

Morgan Motor Co. Ltd

D

452

155,382

180,000

–24,618

–24,618

1 113,11

176,626

Nissan International SA

 

443 400

127,348

130,153

–2,805

–2,805

1 375,34

142,469

O.M.C.I. SRL

 

51

156,061

119,537

36,524

36,524

1 143,04

169,431

Adam Opel AG

 

952 117

122,860

132,649

–9,789

–9,790

1 429,97

134,205

OSV — Opel Special Vehicles GmbH

 

2

133

136,581

–3,581

–3,581

1 516,00

135,500

Perodua Manufacturing Sdn Bhd

 

526

136,941

114,004

22,937

22,937

1 021,98

141,848

PGO Automobiles

 

66

184,738

113,598

71,140

71,140

1 013,09

188,015

Dr,Ing,h,c,F, Porsche AG

P8

37 201

202,993

152,904

50,089

50,089

1 873,19

221,560

Potenza Sports Cars

 

22

178

99,975

78,025

78,025

715,00

178,000

Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd

D

442

144,78

185,000

–40,220

–40,220

1 394,86

154,495

Quattro GmbH

P8

3 307

232,028

149,311

82,717

81,792

1 794,57

258,705

Renault

 

1 004 850

114,816

126,391

–11,575

–11,580

1 293,02

128,566

Rolls-Royce Motors Cars Ltd

 

409

316,238

182,073

134,165

134,165

2 511,46

334,760

Saab Automobile AB

 

12 570

134,632

144,930

–10,298

–10,298

1 698,70

155,341

Santana Motor SA

 

22

217,929

149,065

68,864

68,864

1 789,18

245,591

Seat

P8

293 241

114,132

126,196

–12,064

–12,110

1 288,76

124,878

Secma

 

43

131,000

97,370

33,630

33,630

658,00

137,140

Shanghai Maple Automobile Co Ltd

 

15

212

154,130

57,870

57,870

1 900,00

216,200

Shijiazhuang Shuanghuan Automobile Company

 

51

269,242

153,977

115,265

115,265

1 896,67

269,510

Skoda Auto AS

P8

448 804

122,323

127,444

–5,121

–5,453

1 316,07

134,649

Sovab

 

9

211,8

163,955

47,845

47,845

2 115,00

215,000

Ssangyong Motor Company

D

6 258

165,95

180,000

–14,050

–14,050

1 820,03

184,144

Suzuki Motor Corporation

P5

58 442

129,792

124,059

5,733

5,733

1 241,99

148,166

Tata Motors Limited

ND

P6

2 075

132,499

178,025

–45,526

–45,526

1 323,63

145,692

Tesla Motors Ltd

 

76

0

128,354

– 128,354

– 128,354

1 335,99

0,000

Think

 

224

0

119,830

– 119,830

– 119,830

1 149,47

0,000

Toyota Motor Europe NV SA

P7

522 865

109,293

128,141

–18,848

–18,905

1 331,32

126,194

Volkswagen AG

P8

1 574 053

121,739

131,971

–10,232

–10,399

1 415,14

134,918

Volvo Car Corporation

 

225 326

132,245

145,021

–12,776

–12,776

1 700,69

151,452

Wiesmann GmbH

D

5

270,333

274,000

–3,667

–3,667

1 434,60

277,000


Tabella 2:

Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-konsorzji kkonfermati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-konsorzju

Konsorzju

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Medja tal-massa

Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (100 %)

Ford Werke GMBH

P1

1 005 640

119,007

127,82

–8,813

–8,893

1 324,29

131,943

Daimler AG

P2

627 586

132,189

139,045

–6,856

–6,933

1 569,93

153,137

Honda Motor Europe Ltd

P3

139 774

127,001

129,394

–2,393

–2,703

1 358,75

144,850

Mitsubishi Motors

P4

97 309

123,768

134,988

–11,220

–11,651

1 481,15

147,185

Suzuki

P5

177 430

116,184

120,283

–4,099

–4,099

1 159,37

131,512

Tata Motors Ltd, Jaguar Cars Ltd, Land Rover

P6

92 135

177,629

178,025

–0,396

–0,396

2 176,27

204,240

Toyota-Daihatsu Group

P7

532 468

109,496

127,96

–18,464

–18,506

1 327,37

126,547

VW Group PC

P8

2 990 068

121,99

132,57

–10,580

–10,707

1 428,23

137,316

Noti ta’ spjega għat-Tabelli 1 u 2:

Kolonna A:

Fit-Tabella 1: “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur kif innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.

Fit-Tabella 2: “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju kif iddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.

Kolonna B:

“D” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur ta’ volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b’effett mill-2012;

“ND” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur li jipproduċi għal suq ristrett skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b’effett mill-2012;

“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta’ konsorzju (elenkat fit-tabella 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Kolonna C:

“Għadd ta’ reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta’ karozzi ġodda rreġistrati mill-Istati Membri f’sena kalendarja, bla ma jingħaddu dawk ir-reġistrazzjonijiet li huma relatati ma’ dejta li ma tinkludix il-valuri tal-massa u tal-emissjonijiet ta’ CO2 u ma’ dejta li ma tkunx irrikonoxxuta mill-manifattur (identifikati fin-notifika tal-iżbalji bil-kodiċi tal-iżbalji C, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010). L-għadd ta’ reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jistax jitbiddel mod ieħor.

Kolonna D:

“Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi tal-65 % tal-vetturi bl-inqas emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u l-punt 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 657 finali. Fejn xieraq, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Id-dejta użata għall-kalkolu tinkludi dik li fiha valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet ta’ CO2.

Kolonna E:

“Mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-medja tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur, billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Kolonna F:

“Distanza mill-mira” tfisser id-differenza bejn il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi indikata fil-kolonna D u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi indikata fil-kolonna E. Meta s-sinjal “-” jippreċiedi l-valur fil-kolonna F, dan ifisser li l-medja tal-emissjonijiet tkun inqas mill-mira.

Kolonna G:

“Distanza mill-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f’din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri f’dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati biex jitqies il-marġni ta’ żball. Marġni ta’ żball jintuża għal dik id-dejta li tkun ġiet inkluża fil-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u fil-kalkolu tal-mira iżda li l-manifattur, minħabba n-nuqqas ta’ identifikaturi xierqa, ma jkunx jista’ jivverifika l-korrettezza tagħha. Il-marġni ta’ żball jintuża biss jekk il-manifattur ikun innotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe dejta bil-kodiċi tal-iżbalji B, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010. Il-marġni ta’ żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

 

Żball = valur assolut ta’ [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]

 

AC1 = il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna D);

 

TG1 = il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna E);

 

AC2 = il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli;

 

TG2 = il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli.

Kolonna I:

“Medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 (100 %)” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta’ 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn xieraq, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Id-dejta użata għall-kalkolu tinkludi dik li fiha valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet ta’ CO2.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/37


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Diċembru 2012

dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa

(2012/771/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

F’kuntest internazzjonali, l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni tat-taxxa differenti hi ġeneralment aċċettata bħala konsegwenza tas-sovranità fiskali. F’dan il-kuntest, xi pajjiżi terzi, tipikament żgħar, bi bżonnijiet finanzjarji limitati għażlu livell baxx ta’ taxxa fuq l-introjtu li tapplika b’mod ġenerali, kemm għall-individwi u kemm għall-kumpaniji, jew saħansitra l-ebda taxxa fuq l-introjtu. Dawn il-politiki tat-taxxa mhumiex neċessarjament mhux mixtieqa bħala tali, sakemm l-istat jipparteċipa fil-kooperazzjoni internazzjonali sabiex jippermetti lil stati oħra li jinfurzaw il-politika tat-taxxa tagħhom.

(2)

Madankollu, il-politiki li jinvolvu livell baxx tat-taxxa fuq l-introjtu jew saħansitra l-ebda taxxa fuq l-introjtu, ħafna drabi jmorru flimkien ma’ nuqqas ta’ trasparenza jew skambju tal-informazzjoni ma’ stati oħra. L-istati kkonċernati jattiraw l-investiment billi joffru lil dawk mhux residenti kenn għal xi tipi ta’ dħul jew kapital mobbli u billi jippermettulhom li jaħbu l-eżistenza ta’ tali dħul jew kapital mingħand l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-istat ta’ residenza tagħhom.

(3)

Ittieħdu diversi inizjattivi f’fora internazzjonali, bħalma huma l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew il-G20, sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi. Barra minn hekk, il-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju tal-Informazzjoni għar-Raġunijiet ta’ Taxxa (minn hawn ‘il quddiem “il-Forum Globali”) żviluppa standards tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni għar-raġunijiet ta’ taxxa. Fl-2009, il-Forum Globali qabel li jirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards. Hu kien involut fi proċess komprensiv ta’ evalwazzjoni bejn il-pari u ħafna ġurisdizzjonijiet tat-taxxa baxxa tradizzjonali qablu li jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iskambju tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa.

(4)

Fi ħdan l-Unjoni, il-kwistjonijiet ta’ trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni huma indirizzati mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (1). Barra minn hekk, hemm kunsens fl-Unjoni, espress fil-Kodiċi ta’ kondotta għat-tassazzjoni tal-intrapriżi msemmi fl-Anness 1 għall-Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-ECOFIN tal-1 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna l-politika ta’ tassazzjoni (2), li l-miżuri tat-taxxa dannużi mhumiex aċċettabbli, li jagħmilha diffiċli għall-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu miżuri bħal dawn. Barra minn hekk, numru ta’ miżuri li potenzjalment jaqgħu taħt il-Kodiċi ta’ kondotta huma soġġetti għal skrutinju skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(5)

Fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi l-Unjoni ppruvat tikkonvinċihom biex jaqblu mal-prinċipji tal-Unjoni dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni (simili għall-istandards internazzjonali ġeneralment aċċettati għat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni) u l-abolizzjoni ta’ miżuri tat-taxxa dannużi kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (3) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni tat-taxxa u l-iżvilupp mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (4).

(6)

L-Istati Membri li l-bażi tat-taxxa tagħom ġiet affettwata b’mod negattiv min-nuqqas ta’ trasparenza jew mill-miżuri tat-taxxa dannużi min-naħa tal-pajjiżi terzi, ħadu passi biex jirrimedjaw dik is-sitwazzjoni. Madankollu, il-kontribwenti jwieġbu għal tali miżuri billi jgħaddu n-negozju jew it-tranżazzjonijiet minn ġurisdizzjoni oħra b’livell iktar baxx ta’ protezzjoni. Dan ir-riskju huwa partikolarment rilevanti fl-Unjoni minħabba l-libertà tal-operaturi ekonomiċi li jagħmlu negozju fi kwalunkwe post ieħor fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-livell ta’ protezzjoni disponibbli fi ħdan l-Unjoni kontra din l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa għandu t-tendenza li jikkorrispondi mal-aktar livell baxx ta’ protezzjoni offruta minn kwalunkwe Stat Membru.

(7)

Id-distorsjonijiet li din is-sitwazzjoni ġġib magħha fl-Unjoni jistgħu jwasslu għal flussi kapitali artifiċjali u movimenti tal-kontribwenti fi ħdan is-suq intern u għalhekk jagħmlu ħsara lill-funzjonament tajjeb tiegħu, kif ukoll jherru l-bażijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Distorsjonijiet bħal dawn għandhom ikunu rrimedjati permezz ta’ approċċ komuni għall-Istati Membri kollha.

(8)

Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod ċar l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa, kemm fir-rigward tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni u kemm fir-rigward tal-miżuri tat-taxxa dannużi, u numru ta’ miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, bil-ħsieb li dawk il-pajjiżi jiġu mħeġġa li jikkonformaw ma’ dawn l-istandards.

(9)

Fir-rigward tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni, standard rikonoxxut b’mod internazzjonali ġie stipulat fit-Termini ta’ Referenza miftiehma mill-Forum Globali fl-2009. Għalhekk dawk it-termini għandhom jifformaw il-bażi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Safejn huma kkonċernati l-miżuri tat-taxxa dannużi, il-Kodiċi ta’ kondotta għat-tassazzjoni tal-intrapriżi wriet li hi referenza pertinenti fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri impenjaw lilhom infushom biex jippromwovu l-prinċipji ta’ dan il-Kodiċi f’pajjiżi terzi. Għalhekk huwa xieraq li wieħed jirreferi għall-kriterji ta’ dan il-Kodiċi għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa wkoll xieraq li wieħed jirreferi għall-ħidma tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi), imwaqqaf fi ħdan il-qafas tal-Kunsill biex jeżamina l-miżuri ta’ taxxa li jistgħu jaqgħu fi ħdan l-iskop tal-Kodiċi ta’ kondotta għat-tassazzjoni tal-intrapriżi. (5) Il-każijiet evalwati minn dan il-grupp jistgħu jkunu ta’ għajnuna meta wieħed jiġi biex jeżamina jekk miżura partikolari għandhiex titqies bħala dannuża.

(10)

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tindika sett ta’ miżuri li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa. Billi japplikaw dawn il-miżuri flimkien, l-Istati Membri se jżidu b’mod sinifikanti l-effettività ġenerali tal-miżuri meħuda minn kull wieħed minnhom. Għalhekk, it-telf tal-introjtu mit-taxxi jista’ jitnaqqas flimkien mal-ispejjeż amministrattivi għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-piż tal-konformità fuq il-kontribwenti.

(11)

Sabiex tkun promossal-applikazzjoni tal-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa, huwa wkoll meħtieġ li jiġu indikati miżuri pożittivi biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi li jilħqu dawn l-istandards jew li huma impenjati li jilħquhom iżda li għandhom bżonn l-għajnuna sabiex jagħmlu dan.

(12)

Il-miżuri indikati f’din ir-Rakkomandazzjoni u applikati mill-Istati Membri għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-libertajiet fundamentali mnaqqxa fit-TFUE,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   Suġġett

Din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi kriterji li jagħmluha possibbli li jiġu identifikati pajjiżi terzi li ma jissodisfawx l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa. Din telenka wkoll serje ta’ azzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jieħdu fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li ma jilħqux dawn l-istandards u favur pajjiżi terzi li jikkonformaw magħhom.

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonċerna t-tassazzjoni fuq l-introjtu.

2.   Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“taxxa fuq l-introjtu” tfisser kwalunkwe taxxa fuq l-introjtu, kemm jekk miġbura minn individwi jew minn entitajiet legali u irrispettivament mill-mod li bih tkun miġbura, imposta għan-nom ta’ stat, is-sottodiviżjonijiet politiċi tiegħu jew l-awtoritajiet lokali tiegħu;

(b)

“pajjiż terz” tfisser kwalunkwe ġurisdizzjoni li mhijiex Stat Membru;

(c)

“lista sewda nazzjonali” tfisser lista adottata minn Stat Membru li tidentifika ġurisdizzjonijiet oħra li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru japplika miżuri tat-taxxa predefiniti jew politiki tat-taxxa.

3.   Standards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa

Pajjiż terz jikkonforma biss ma’ standards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa meta:

(a)

jkun adotta miżuri legali, regolatorji u amministrattivi maħsuba biex jikkonforma mal-istandards ta’ trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni stabbiliti fl-Anness, u japplika effettivament dawk il-miżuri;

(b)

ma joperax miżuri tat-taxxa dannużi fil-qasam tat-tassazzjoni tal-intrapriżi.

Il-miżuri tat-taxxa li jipprovdu għal livell effettiv ta’ tassazzjoni sinifikament aktar baxx, inkluż l-ebda tassazzjoni, minn dawk il-livelli li ġeneralment japplikaw fil-pajjiż terz inkwistjoni għandhom jiġu meqjusa bħala potenzjalment dannużi. Livell ta’ tassazzjoni bħal dan jista’ jopera bis-saħħa ta’ rata tat-taxxa nominali, il-bażi tat-taxxa jew kwalunkwe fattur relevanti ieħor.

Meta tkun qed issir valutazzjoni dwar jekk dawn il-miżuri humiex dannużi, għandu jitqies fost oħrajn:

(a)

jekk il-vantaġġi humiex mogħtija biss lil dawk li mhumiex residenti jew fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet imwettqa ma’ dawk mhux residenti; jew

(b)

jekk il-vantaġġi humiex delimitati mis-suq domestiku, biex b’hekk ma jaffettwawx il-bażi tat-taxxa nazzjonali; jew

(c)

jekk il-vantaġġi humiex mogħtija ukoll mingħajr ebda attività ekonomika reali u l-preżenza ekonomika sostanzjali fi ħdan il-pajjiż terz li joffri vantaġġi tat-taxxa bħal dawn; jew

(d)

jekk ir-regoli għad-determinazzjoni tal-profit fir-rigward tal-attivitajiet fi ħdan grupp ta’ kumpaniji multinazzjonali jitbiegħdu minn prinċipji aċċettati internazzjonalment, notevolment ir-regoli miftiehma fi ħdan l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi; jew

(e)

jekk il-miżuri tat-taxxa jkunux neqsin mit-trasparenza, inkluż fejn hemm laxkar ta’ dispożizzjonijiet legali fil-livell amministrattiv b’mod mhux trasparenti.

Meta japplikaw dawn il-kriterji, l-Istati Membri għandhom iqisu l-konklużjonijiet milħuqa fil-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) fir-rigward ta’ miżuri tat-taxxa li huwa vvaluta bħala dannużi.

4.   Miżuri diretti kontra pajjiżi terzi li ma jkunux konformi mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3

4.1.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sewda ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux konformi mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3, bil-ħsieb tal-applikazzjoni tal-punt 4.3. Dawk il-listi suwed għandhom jagħmlu referenza għal din ir-Rakkomandazzjoni.

4.2.

L-Istati Membri li adottaw listi suwed nazzjonali għandhom jinkludu f’dawn il-listi l-pajjiżi terzi li ma jkunux konformi mal-istandards minimi stipulati fil-punt 3.

4.3.

Kull Stat Membru li jkun ikkonkluda konvenzjoni tat-tassazzjoni doppja ma’ pajjiż terz li ma jkunx konformi mal-istandards minimi kif stabbilit fil-punt 3 għandu, kif l-aktar xieraq bil-għan li titjieb il-konformità minn dak il-pajjiż terz ma’ dawn l-istandards, jew ifittex biex jerġa’ jinnegozja l-konvenzjoni, jissospendi jew itemm il-konvenzjoni.

5.   Miżuri favur pajjiżi terzi li huma konformi mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3

5.1.

L-Istati Membri għandhom ineħħu l-pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3 mil-listi s-suwed msemmija fil-punt 4.1.

5.2.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jneħħu l-pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3 minn kwalunkwe lista sewda nazzjonali eżistenti msemmija fil-punt 4.2.

5.3.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jibdew negozjati bilaterali għall-konklużjoni ta’ konvenzjonijiet dwar it-taxxa doppja ma’ pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3.

6.   Miżuri favur pajjiżi terzi li huma impenjati biex jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3.

6.1.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li joffru kooperazzjoni eqreb u għajnuna lill-pajjiżi terzi, speċjalment dawk li qed jiżviluppaw, li jkunu impenjati biex jikkonformaw mal-istandards minimi stabbiliti fil-punt 3, sabiex jassistu lil dawk il-pajjiżi terzi fil-ġlieda effettiva kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-pjanifikazzjoni tat-taxxa aggressiva. Għal dan il-għan, huma jistgħu jaħtru esperti tat-taxxa għal dawn il-pajjiżi għal perjodu limitat ta’ żmien.

Meta jkunu qed jiġġudikaw l-impenn tal-pajjiżi terzi biex jikkonformaw ma’ dawk l-istandards minimi, l-Istati Membri għandhom iqisu kull indikazzjoni konkreta għal dan il-għan, b’mod partikolari l-passi lejn il-konformità diġà meħuda mill-pajjiż terz ikkonċernat.

6.2.

Sakemm pajjiż terz jibbenefika minn assistenza skont il-punt 6.1 u jikseb il-progress mistenni lejn il-konformità mal-imsemmija standards minimi, l-Istati Membri għandhom jastjenu milli japplikaw il-miżuri msemmija fil-punt 4, ħlief għan-negozjar mill-ġdid tal-konvenzjonijiet dwar it-taxxa doppja.

7.   Segwitu

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jikkonformaw ma’ din ir-Rakkomandazzjoni, kif ukoll kwalunkwe bidliet magħmula għal tali miżuri.

Il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha.

8.   Destinatarji

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 2, 6.1.1998, p. 1.

(3)  COM(2009) 201 finali tat-28 ta’ April 2009.

(4)  COM(2010) 163 finali tal-21 ta’ April 2010.

(5)  ĠU C 99, 1.4.1998, p. 1.(il-verżjoni bil-Malti mhix disponibbli)


ANNESS

L-ISTANDARDS TAT-TRASPARENZA U L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI

A   ID-DISPONIBILITÀ TAL-INFORMAZZJONI

A.1

Il-pajjiż terz ikkonċernat jiżgura li l-informazzjoni dwar is-sjieda u l-identità għall-entitajiet u l-arranġamenti rilevanti kollha tkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

A.2

Il-pajjiż terz ikkonċernat jiżgura li jinżammu reġistri tal-kontijiet affidabbli għall-entitajiet u l-arranġamenti rilevanti kollha.

A.3

L-informazzjoni bankarja hija disponibbli għad-detenturi tal-kontijiet kollha.

B   L-AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI

B.1

L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat ikollhom is-setgħa li jiksbu u jipprovdu informazzjoni li hija s-suġġett ta’ talba skont ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni, minn kwalunkwe persuna fi ħdan il-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom li jkollha l-pussess jew il-kontroll ta’ informazzjoni bħal din.

B.2

Id-drittijiet u s-salvagwardji li japplikaw għall-persuni fil-pajjiż terz mitlub ikkonċernat ikunu kompatibbli mal-iskambju effettiv tal-informazzjoni.

C   L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI

C.1

Il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni mal-Istati Membri huma tali li dan l-iskambju jitwettaq b’mod effettiv.

C.2

In-netwerk tal-mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat ikopri l-Istati Membri kollha.

C.3

Il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernati fihom dispożizzjonijiet adegwati sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità tat-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri.

C.4

Il-mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat jirrispettaw id-drittijiet u s-salvagwardji tal-kontribwenti u l-partijiet terzi.

C.5

Il-pajjiż terz ikkonċernat jipprovdi informazzjoni f’waqtha skont in-netwerk tiegħu ta’ ftehimiet mal-Istati Membri.


12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/41


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Diċembru 2012

dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva

(2012/772/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-pajjiżi tad-dinja kollha tradizzjonalment ittrattaw il-pjanifikazzjoni tat-taxxa bħala prattika leġittima. Maż-żmien, madankollu, l-istrutturi tal-pjanifikazzjoni fiskali saru dejjem aktar sofistikati. Dawn jiżviluppaw madwar ġurisdizzjonijiet varji u effettivament, jittrasferixxu profitti taxxabbli lejn stati li għandhom sistemi tat-taxxa favorevoli. Karatteristika ewlenija tal-prattiki inkwistjoni hija li dawn inaqqsu r-responsabbiltà fiskali permezz ta’ arranġamenti strettament legali li madankollu jikkontradixxu l-ispirtu tal-liġi.

(2)

Il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva tikkonsisti f’li wieħed jieħu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta’ sistema fiskali jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi fiskali jew aktar bl-iskop ta’ tnaqqis fit-taxxa dovuta. Il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva tista’ tieħu ħafna forom. Il-konsegwenzi tagħha jinkludu tnaqqis doppju (eż. l-istess telf jitnaqqas kemm fl-Istat ta’ oriġini kif ukoll ta’ residenza) u n-non-tassazzjoni doppja (eż. dħul li mhuwiex intaxxat fl-Istat ta’ oriġini ikun eżentat fl-Istat ta’ residenza).

(3)

L-Istati Membri jsibuha diffiċli biex jipproteġu l-bażijiet fiskali nazzjonali tagħhom mill-erożjoni permezz ta’ pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, minkejja sforzi importanti. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali f’dan il-qasam spiss ma jkunux effettivi għal kollox, l-aktar minħabba d-dimensjoni transkonfinali ta’ ħafna strutturi ta’ pjanifikazzjoni fiskali u ż-żieda fil-mobilità tal-kapital u tal-persuni.

(4)

Bil-ħsieb li naslu għal funzjonament aħjar tas-suq intern, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jiġu mħeġġa biex jieħdu l-istess approċċ ġenerali lejn il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, li għandu jgħin biex jonqsu d-distorsjonijiet eżistenti.

(5)

Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet li fihom kontribwent jista’ jikseb benefiċċji fiskali billi jimmanuvra l-affarijiet fiskali tiegħu b’tali mod li d-dħul ma jiġi intaxxat minn ebda ġuriżdizzjoniji fiskali involuta (in-non-tassazzjoni doppja). Il-persistenza ta’ tali sitwazzjonijiet tista’ twassal għal flussi artifiċjali ta’ kapital u movimenti ta’ kontribwenti fis-suq intern u għaldaqstant issir ħsara lit-tħaddim xieraq tas-suq filwaqt li jitherrew il-bażijiet fiskali tal-Istati Membri.

(6)

Fl-2012 il-Kummissjoni mexxiet konsultazzjoni pubblika dwar in-non-tassazzjoni doppja fis-suq intern. Billi mhuwiex possibbli li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha koperti minn dik il-konsultazzjoni permezz ta’ soluzzjoni unika, huwa xieraq li, bħala l-ewwel pass, tiġi ttrattata l-kwistjoni li hi marbuta ma’ ċerti strutturi ta’ pjanifikazzjoni fiskali li spiss jintużaw biex jittieħed vantaġġ mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi fiskali jew aktar u li ta’ sikwit twassal għal non-tassazzjoni doppja.

(7)

Fil-konvenzjonijiet tagħhom dwar it-tassazzjoni doppja, l-Istati spiss jintrabtu biex ma jintaxxawx ċertu dħul. Biex jipprovdu għal tali trattament, huma mhux neċessarjament iqisu jekk tali elementi humiex suġġetti għat-taxxa għand il-parti l-oħra għal dik il-konvenzjoni, u għalhekk jekk hemmx ir-riskju ta’ non-tassazzjoni doppja. Tali riskju jista’ jseħħ ukoll jekk l-Istati Membri unilateralment jeżentaw elementi ta’ dħul barrani, irrispettivament minn jekk dawn humiex suġġetti għat-taxxa fl-Istat ta’ oriġini. Huwa importanti li f’din ir-Rakkomandazzjoni jiġu indirizzati ż-żewġ sitwazzjonijiet.

(8)

Minħabba li l-istrutturi tal-pjanifikazzjoni fiskali qed ikunu dejjem aktar elaborati u l-leġiżlaturi nazzjonali ħafna drabi ma jkollhomx żmien biżżejjed biex jirreaġixxu, spiss jirriżulta li l-miżuri speċifiċi ta’ kontra l-abbuż ma jkunux biżżejjed biex jirnexxilhom ilaħħqu ma’ strutturi ta’ pjaifikazzjoni fiskali aggressivi ġodda. Tali strutturi jistgħu jagħmlu ħsara lid-dħul fiskali nazzjonali u lill-funzjonament tas-suq intern. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi rrakkomandata l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ regola ġenerali komuni kontra l-abbużi, li għandha wkoll tevita l-kumplessità ta’ ħafna differenti. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jitqiesu l-limiti imposti mil-liġi tal-Unjoni rigward ir-regoli ta’ kontra l-abbuż.

(9)

Sabiex jiġi ppreservat l-operat awtonomu tal-atti eżistenti tal-Unjoni fil-qasam konċernat, din ir-Rakkomandazzjoni ma tapplikax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE (1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE (2) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE (3). Il-Kummissjoni bħalissa qed tikkunsidra reviżjoni ta’ dawk id-Direttivi bil-għan li jiġu implimentati l-prinċipji li jirfdu din ir-Rakkomandazzjoni,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.

Hija ma tapplikax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni li t-tħaddim tagħhom jista’ jintlaqat mit-termini tagħha.

2.   Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“taxxa” tfisser taxxa fuq id-dħul, taxxa korporattiva u, fejn applikabbli, taxxa fuq il-qligħ kapitali, kif ukoll taxxa minn ras il-għajn ta’ natura ekwivalenti għal kwalunkwe minn dawn it-taxxi;

(b)

“dħul” tfisser l-elementi kollha li huma definiti bħala tali taħt il-liġi domestika tal-Istat Membru li japplika t-terminu u, fejn applikabbli, l-elementi definiti bħala qligħ kapitali.

3.   Limitazzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli maħsuba biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja

3.1.

Fejn l-Istati Membri, f’konvenzjonijiet ta’ tassazzjoni doppja li jkunu kkonkludew ma’ xulxin jew ma’ pajjiżi terzi, intrabtu li ma jintaxxawx xi element ta’ dħul partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali impenn ikun japplika biss fejn l-element huwa suġġett għat-taxxa fil-parti l-oħra għal dik il-konvenzjoni.

3.2.

Biex jimplimentaw il-punt 3.1, l-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu klawżola xierqa konvenzjonijiet tagħhom tat-tassazzjoni doppja. Tali klawżola tista’ tinqara kif ġej:

“Fejn din il-Konvenzjoni tipprevedi li element ta’ dħul ikun taxxabbli f’wieħed mill-Istati kontraenti biss jew li jista’ jiġi intaxxat f’wieħed mill-Istati kontraenti, l-Istat kontraenti l-ieħor jiġi eskluż milli jintaxxa dan l-element biss jekk dan l-element ikun suġġett għat-taxxa fl-ewwel Stat kontraenti”.

Fil-każ ta’ konvenzjonijiet multilaterali, ir-referenza għall-“Istat kontraenti l-ieħor” għandha tkun mibdula b’referenza għall-“Istati kontraenti l-oħra”.

3.3.

Fejn, bil-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja permezz ta’ regoli nazzjonali unilaterali, l-Istati Membri jipprevedu eżenzjoni tat-taxxa fir-rigward ta’ element partikolari ta’ dħul li jkun inkiseb f’ġurisdizzjoni oħra, li fiha dan l-element ma jkunx suġġett għat-taxxa, l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jiżguraw li l-element ikun intaxxat.

3.4.

Għall-finijiet tal-punti 3.1, 3.2 u 3.3 element ta’ dħul għandu jkun ikkunsidrat suġġett għat-taxxa fejn dan hu trattat bħala taxxabbli mill-ġurisdizzjoni kkonċernata u la jkun eżentat mit-taxxa, u lanqas jibbenefika minn kreditu fiskali sħiħ jew rata żero ta’ tassazzjoni.

4.   Regola Ġenerali Kontra l-Abbuż

4.1.

Sabiex jirribattu prattiki aggressivi ta’ pjanifikazzjoni fiskali li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli speċifiċi tagħhom kontra l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jadottaw regola ġenerali kontra l-abbuż, adattata għal sitwazzjonijiet domestiċi u transkonfinali limitati għall-Unjoni u għal sitwazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi.

4.2.

Sabiex jimplimentaw il-punt 4.1, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jintroduċu l-klawsola li jmiss fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom:

“Arranġament artifiċjali jew sensiela ta’ arranġamenti li ġie stabbilit essenzjalment bil-għan li tiġi evitata t-taxxa u jwassal għal benefiċċju fiskali jiġi injorat. L-awtoritajiet nazzjonali jittrattaw dawn l-arranġamenti għall-finijiet fiskali b’referenza għas-sustanza ekonomika tagħhom”.

4.3.

Għall-finijiet tal-punt 4.2 arranġament tfisser kwalunkwe tranżazzjoni, skema, azzjoni, operazzjoni, ftehim, għotja, qbil, wegħda, impenn jew avveniment. Arranġament jista’ jinkludi aktar minn miżura waħda jew parti.

4.4.

Għall-finijiet tal-punt 4.2 arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti huwa artifiċjali fejn dan ikun nieqsa mis-sustanza kummerċjali. Fid-determinazzjoni ta’ jekk arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti huwiex artifiċjali, l-awtoritajiet nazzjonali huma mistiedna biex jikkunsidraw jekk dawn jinvolvux wieħed jew aktar mis-sitwazzjonijiet segwenti:

(a)

il-kwalifika ġuridika tal-miżuri individwali li minnhom huwa magħmul l-arranġament hija inkonsistenti mal-bażi legali tal-arranġament fit-totalità tiegħu;

(b)

l-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti jitwettaq b’mod li normalment ma jkunx utilizzat f’dak li hu mistenni minn imġiba kummerċjali raġonevoli;

(c)

l-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti jinkludi elementi li għandhom l-effett ta’ kumpens jew li jikkanċellaw lil xulxin;

(d)

it-transazzjonijiet konklużi huma ta’ natura ċirkolari;

(e)

l-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti jirriżultaw f’benefiċċju fiskali sinifikanti iżda dan ma jkunx rifless fir-riskji kummerċjali li l-kontribwent ikun assuma jew fil-flussi tal-flus tiegħu;

(f)

il-profitt mistenni qabel it-taxxa huwa insinifikanti meta mqabbel mal-ammont mistenni mill-benefiċċju fiskali.

4.5.

Għall-finijiet tal-punt 4.2, l-iskop ta’ arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti jikkonsisti f’li tiġi evitata tassazzjoni fejn, irrispettivament mill-intenzjonijiet suġġettivi tal-kontribwent, dan ixejjen l-objettiv, l-ispirtu u l-iskop tad-dispożizzjonijiet fiskali li kieku kienu japplikaw.

4.6.

Għall-finijiet tal-punt 4.2, skop partikolari huwa meqjus essenzjali fejn kwalunkwe skop ieħor li huwa attribwit jew seta’ jiġi attribwit għall-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti jidher mhux aktar minn negliġibbli, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.

4.7.

Biex jiġi ddeterminat jekk arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti wasslux għal benefiċċju fiskali kif imsemmi fil-punt 4.2, l-awtoritajiet nazzjonali huma mistiedna biex iqabblu l-ammont ta’ taxxa dovuta minn kontribwent, billi jikkunsidraw dawk l-arranġament(i), mal-ammont li l-istess kontribwent kien iħallas fl-istess ċirkostanzi fin-nuqqas tal-arranġament(i). F’dak il-kuntest, huwa utli li wieħed jikkunsidra jekk wieħed jew aktar mis-sitwazzjonijiet segwenti iseħħux:

(a)

ammont mhux inkluż fil-bażi tat-taxxa;

(b)

il-kontribwent jibbenefika minn tnaqqis;

(c)

jiġġarrab telf għall-għanijiet tat-taxxa;

(d)

ma hija dovuta ebda taxxa minn ras il-għajn;

(e)

it-taxxa barranija hija kkumpensata.

5.   Segwitu

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex jikkonformaw ma’ din ir-Rakkomandazzjoni, kif ukoll dwar kwalunkwe bidliet li jsiru lil tali miżuri.

Il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha.

6.   Destinatarji

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34.

(2)  ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8.

(3)  ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49


Rettifika

12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/44


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2012 tat-8 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tad-9 ta' Ġunju 2012 )

F'paġna 69, fl-Artikolu 1, punt 7:

minflok:

“l-obbligu li, b'talba tal-Aġenzija, tiġi pprovduta kull dejta li turi li l-bilanċ tar-riskji u l-benefiċċji jibqa’ favorevoli, kif previst fl-Artikolu 16(4) u l-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;”

aqra:

“l-obbligu li, b'talba tal-Aġenzija, tiġi pprovduta kull dejta li turi li l-bilanċ tar-riskji u l-benefiċċji jibqa’ favorevoli, kif previst fl-Artikolu 16(3a) u l-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;”.

F'paġna 69, fl-Artikolu 1, punt 12:

minflok:

“l-obbligu li, b'talba tal-Aġenzija, tiġi ppreżentata kopja tal-fajl ewlieni tas-sistema ta' farmakoviġilanza, kif previst fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;”

aqra:

“l-obbligu li, b'talba tal-Aġenzija, tiġi ppreżentata kopja tal-fajl ewlieni tas-sistema ta' farmakoviġilanza, kif previst fl-Artikolu 16(3a) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;”.