ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.337.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
11 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/763/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1169/2012 tal-10 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1171/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1172/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1173/2012 tal-4 ta’ Diċembru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queso Camerano (DPO)]

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2012 tal-5 ta' Diċembru 2012 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Abbacchio Romano (IĠP)]

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sale Marino di Trapani (IĠP)]

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1176/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Μανταρίνι Χίου (Mandarini Chiou) (IĠP)]

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1177/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Scottish Wild Salmon (IĠP)]

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju (saithe) fiż-żoni IIIa u IV; fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

31

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1180/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

37

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1181/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2012 f’ċerti reġjuni tat-tkabbir tad-dwieli

44

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1182/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

46

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/764/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-istabbiliment ta’ Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/765/PESK tal-10 ta' Diċembru 2012 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/333/PESK

50

 

 

2012/766/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8900)  ( 1 )

53

 

 

2012/767/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2012 li tinnomina laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/393/KE (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8901)  ( 1 )

54

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

(2012/763/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, matul l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (il-“Ftehim”) ġie inizjalat fil-31 ta’ Mejju 2012.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim. (1)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. CHARALAMBOUS


(1)  It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1169/2012

tal-10 ta' Diċembru 2012

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill ipprovda lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet kollha li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 li hu ddeċieda li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta' raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. Fil-każ ta' ċerti persuni u gruppi, ġiet magħmula disponibbli dikjarazzjoni emendata tar-raġunijiet.

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta' dak ir-Regolament. Meta għamel din, huwa ħa kont ta' osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 542/2012 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 12.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-"Hofstadgroep"

6.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwieled fl-10.09.1971 f'Alġeri (l-Alġerija) – membru ta' "al-Takfir" u "al-Hijra"

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

8.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.04.1965 jew fl-01.03.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

9.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran

10.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

11.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta' Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa"

3.

"Al-Aqsa e.V."

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra"

5.

"Babbar Khalsa"

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi" – "IBDA-C" ("Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant")

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

10.

"Hizbul Mujahideen" – "HM"

11.

"Hofstadgroep"

12.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

13.

Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" –"ISYF"

14.

Il-"Forza Khalisan Zindabad" – "KZF"

15.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" – "PKK", (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

16.

"Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" – "LTTE"

17.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

18.

Il-"Jihad Islamika Palestinjana" – "PIJ"

19.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" – "PFLP"

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

21.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" – "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

22.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" – "DHKP/C" (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol ("Xellug Rivoluzzjonarju"), magħruf ukoll bħala "Dev Sol") (L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu)

23.

"Sendero Luminoso" – "SL" It-("Triq li Tiddi")

24.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

25.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" – "TAK" (magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħruf wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks")


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1170/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Hu f’loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ta l-ebda opinjoni fil-limiti taż-żmien iffissati mill-president tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett li huwa magħmul minn girlanda ta’ fjuri artifiċjali ta’ lwien differenti, bħala imitazzjoni tal-hekk imsejħa “lei”.

Kull fjura hija magħmula minn żewġ biċċiet ta’ materal tessili kkulurit minsuġa u maqtugħa f’forma ta’ petali ta’ fjura. Kull fjura hija separata mill-fjura ta’ warajha permezz ta’ tubu tal-plastik trasparenti li jimita z-zokk tal-fjura. Ħajta rqiqa tgħaqqad it-tubi tal-plastik u l-fjuri biex tifforma ċirku b’dijametru ta’ 30 ċm li jimita girlanda tal-fjuri tonda.

(Ara r-ritratt nru 662) (*)

6702 90 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6702  u 6702 90 00 .

L-oġġett jixbah girlanda tal-fjuri u huwa ddiżinjat biex jintlibes madwar l-għonq bħala imitazzjoni ta’ “lei”.

L-oġġett mhux eskluż bin-nota 3(b) tal-Kapitolu 67, minħabba li l-fjuri artifiċjali mhumiex magħmulin f’biċċa waħda, peress li kull fjura tikkonsisti f’żewġ biċċiet ta’ materjal tessili maqtugħa f’forma ta’ petali tal-fjuri, u għaliex il-mod kif jitgħaqqdu l-petali u z-zkuk permezz ta’ ħajt irqiq huwa metodu ta’ assemblaġġ simili għall-irbit, l-inkullar jew l-iffittjar tal-partijiet f’xulxin. Fil-forma tiegħu, dan l-oġġett jixbah prodott naturali (ara wkoll in-Nota Spjegattiva HS għall-intestatura 6702 , (1) u (3)), b’mod indipendenti minn jekk id-dettalji jkunux paragunabbli bl-eżatt mal-prodott naturali.

Il-klassifikazzjoni bħala ġojjellerija artifiċjali taħt l-intestatura 7117 hija eskluża minħabba li l-oġġett mhux imitazzjoni ta’ ġojjellerija iżda imitazzjoni ta’ girlanda tal-fjuri li tintlibes madwar l-għonq, hekk imsejħa “lei”. L-oġġett, għalhekk, mhux kopert mit-termini tal-intestatura 7117 (imitazzjoni ta’ ġojjelli).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9505 bħala oġġett festiv, tal-karnival jew tad-divertiment hija eskluża wkoll minħabba li l-oġġett mhux esklussivament ddisinjat, manifatturat u rikonoxxut bħala oġġett festiv. Ma għandu l-ebda timbri, ornamenti, simboli jew skrizzjonijiet u għaldaqstant ma jistax jintuża għal festività partikolari (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM għall-intestatura 9505 ). Barra minn hekk, il-“lei” isservi biex iżżejjen persuna u mhux kamra, mejda, eċċ. Lanqas ma hi parti minn kostum dekorattiv li jintuża għall-karnival (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni HS għall-intestatura 9505 , (A) (1) and (3)).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 6307 bħala oġġett tat-tessut ieħor immanifatturat hija wkoll eskluża, għax l-intestatura 6702 (artikoli magħmulin minn fjuri artifiċjali) hija l-intestatura li tipprovdi l-aktar deskrizzjoni speċifika skont it-tifsira tar-Regola Ġenerali 3(a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda.

Għaldaqstant, dan l-oġġett huwa kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6702 90 00 bħala “oġġett magħmul minn fjuri artifiċjali, ta’ materjali oħrajn minbarra plastiki”.

Image

(*)  Ir-ritratt huwa għal skopijiet ta’ tagħrif biss.


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1171/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ prodotti tessili mal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’, għal perjodu ta’ 60 jum, ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’, għal perjodu ta’ 60 jum, jibqa’ joqgħod fuq tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett tessili maħdum għall-ħażna ta’ oġġetti żgħar.

L-oġġett huwa magħmul minn żewġ biċċiet ta’ drapp tessili meħjuta kważi rettangolari, tal-istess daqs, li huma superimposti u meħjuta flimkien minn tliet naħat.

Fuq nett, it-truf huma mdawra u meħjuta sabiex jiffurmaw mina, b’lazz li jinġibed u qafla bħala element ta’ ssikkar. Fil-qiegħ, għandu żewġ trufijiet tondi.

Meta ssikkati, l-oġġett jikseb il-forma ta’ basket, b’tul ta’ madwar 12,5 ċm u wisa’, imkejjel fil-qiegħ, ta’ madwar 6,5 ċm u li jidjieq ’il fuq.

(ara r-ritratt nru 665) (*)

6307 90 10

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(f) u 8(a) tat-Taqsima XI, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90  u 6307 90 10 .

L-oġġett mhux iddiżinjat biex jikkontjeni xi element speċifiku. La għandu forma speċjali u lanqas mgħammra minn ġewwa. Billi mid-disinn tal-oġġett ma jistax jiġi deċiż għal-liema skop iservi, dan l-oġġett ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “kontenitur simili” skont it-tifsira tal-intestatura 4202 . Konsegwentament, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4202 hija eskluża.

Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 10 , bħala “oġġett ieħor magħmul mit-tessili tal-malja”.

Image

(*)  Ir-ritratt huwa għal skopijiet ta’ tagħrif biss.


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1172/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Wipes magħmulin minn materjal mhux minsuġ b’qies ta’ madwar 15 × 20 ċm, ippreżentati f’boroż tal-plastik għall-bejgħ bl-imnut.

Wipes li huma mxappin bl-ilma (98,32 %), glikol tal-propilen (1 %), fwieħa (0,3 %), tetrasodium EDTA (0,2 %), estratt tal-aloe vera (0,1 %), bronopol (0,05 %), aċidu ċitriku (0,02 %), taħlita ta’ methylchloroisothiazolinone u methylisothiazolinone (0,01 %).

Skont l-informazzjoni pprovduta, il-prodott jintuża bħala wipe rinfreskanti.

3307 90 00

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(e) tat-Taqsima VI, in-Nota 4 tal-Kapitolu 33 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 3307  u 3307 90 00 .

Minħabba li l-prodott ma fihx sapun jew deterġent, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3401 hija eskluża (ara n-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata għat-titlu 3401 , esklużjoni (c)).

Peress li l-prodott huwa użat bħala wipe rinfreskanti, aktar milli għall-kura tal-ġilda, u fih il-fwieħa, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3304 hija eskluża.

Għalkemm il-prodott fih ammont żgħir ta’ estratt tal-aloe vera, li għandu l-funzjoni ta’ kura tal-ġilda, dan ma jagħtix lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu.

Il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fin-Nota 4 tal-Kapitolu 33 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3307 , punt (V) (5)).

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3307 bħal fwejjaħ oħrajn, preparati kożmetiċi jew tat-twaletta, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra.


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1173/2012

tal-4 ta’ Diċembru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queso Camerano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Spanja, għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Queso Camerano”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 101, 4.4.2012, p. 6.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

SPANJA

Queso Camerano (DPO)


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1174/2012

tal-5 ta' Diċembru 2012

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Abbacchio Romano (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Abbacchio Romano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2009 (2).

(2)

L-applikazzjoni għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi temenda d-data ta’ skadenza għat-tqegħid ta’ marka ta’ identifikazzjoni fuq il-ħrief.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Abbacchio Romano” hija b’dan emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin ta’ din l-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 151, 16.6.2009, p. 27.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Abbacchio Romano”, ġiet approvata l-emenda li ġejja:

L-emenda tikkonsisti fl-estensjoni tal-iskadenza għat-tqegħid tal-marka ta’ identifikazzjoni tal-IĠP “Abbacchio Romano” fuq il-ħaruf. Din l-iskadenza tinbidel minn 10 ijiem għal 20 jum wara t-twelid tal-annimal.


ANNESS II

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

Applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 9

“ABBACCHIO ROMANO”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0972-23.2.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni għall-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika ddefinita

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn [għandu jiġi speċifikat]

2.   Tip ta’ emenda/i

Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

Il-punt 4.4. Prova tal-oriġini: il-marka ta’ identifikazzjoni tal-IĠP “Abbacchio Romano” trid titqiegħed fuq il-prodott fi żmien 20 jum mit-twelid tal-annimal, minflok fi żmien 10 ijiem.

Dan ir-rekwiżit jirriżulta mill-ħtieġa li jiġu evitati infezzjonijiet tal-widna, li f’ċerti każijiet jistgħu jwasslu għall-qerda tal-karkassa filwaqt li jkunu ta’ dannu ekonomiku għall-bidwi. Dan il-fenomenu normalment iseħħ f’perjodi sħan.

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“ABBACCHIO ROMANO”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0972-23.2.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Abbacchio Romano”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. —

Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’punt 1

L-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) “Abbacchio Romano” hija limitata b’mod esklussiv għal ħrief imwielda, imrobbija, u maqtula fiż-żona indikata fil-punt 4. Meta jkun lest għall-konsum, il-laħam ikollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

kulur: kulur roża ċar b’kisja ta’ xaħam bajda;

nisġa: fina;

konsistenza: kompatta, bi ftit xaħam.

Il-ħaruf bl-IĠP “Abbacchio Romano” jista’ jintbagħat għall-konsum sħiħ u/jew imqatta’ f’porzjonijiet skont il-qatgħat li ġejjin: sħiħ; nofs karkassa permezz ta’ tqattigħ saġġitali tal-karkassa f’biċċiet simmetriċi; spalla; sieq; kustilji; ir-ras u l-ġewwieni (qalb, pulmun u fwied).

Il-karkassa tal-“Abbacchio Romano”, fil-mument tat-tbiċċir, irid ikollha dawn il-karatteristiċi: piż massimu tal-karkassa kiesħa, mingħajr ġilda, bir-ras u l-ġewwieni: 8 kg; kulur tal-laħam: roża ċar (b’enfasi partikolari fuq il-muskoli interni tal-ħajt abdominali); konsistenza tal-massa muskolari: solida (mingħajr serożità); kulur tax-xaħam: abjad; konsistenza tax-xaħam: solida (b’enfasi partikolari fuq il-massa tax-xaħam ‘il fuq minn fejn jibda mid-denb, f’temperatura ambjentali ta’ bejn 18-20 °C); kopertura tax-xaħam: moderata fuq il-wiċċ estern tal-karkassa iżda mhux żejjed mal-kliewi.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima tal-IĠP “Abbacchio Romano” tikkonsisti minn laħam u partijiet minn ħrief maskili u femminili tal-aktar tipi ġenetiċi mifruxa fiż-żona ġeografika, jiġifieri r-razza Sarda, ir-razza Comisana, ir-razza Sopravissana, ir-razza Merinizzata Italiana u r-razez imħalltin tagħhom. Il-ħrief jinqatlu meta jkollhom bejn 28 u 40 jum, b’piż li jilħaq it-8 kg ta’ laħam mejjet. Barra minn hekk, l-annimali maħsuba għall-produzzjoni tal-IĠP “Abbacchio Romano” jridu jiġu identifikati sa mhux aktar tard minn 20 jum mit-twelid permezz ta’ tikketta jew buttuna li titwaħħal mal-widna tax-xellug, li fuq quddiem ikollha l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-azjenda agrikola magħmul minn ittri u ċifri, u fuq wara n-numru tas-serje tal-ħaruf.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Il-ħrief iridu jingħataw ħalib tal-omm (irdigħ naturali). Huwa permess rigħi supplementari ta’ ikel naturali u pjanti selvaġġi.

In-nagħġiet ommijiet jirgħu fil-mergħat naturali u miżrugħa u f’mergħat għall-għalf tipiċi taż-żona tal-produzzjoni (il-punt 4). Huma permessi wkoll l-għalf u konċentrati mnixxfa, iżda mhux sustanzi sintetiċi u organiżmi ġenetikament modifikati.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita

It-twelid, it-trobbija u t-tbiċċir għandhom isiru fit-territorju tar-Reġjun tal-Lazio.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-laħam “Abbacchio Romano” irid jintbagħat għall-konsum bil-logo speċifiku tiegħu sabiex jiġi identifikat u sabiex tkun iggarantita l-oriġini tiegħu.

L-immarkar għandu jsir fil-biċċerija. Il-laħam għandu jinbiegħ ippakkjat skont il-qatgħat deskritti fil-punt 3.2.

Minbarra s-simbolu grafiku Komunitarju flimkien mal-indikazzjonijiet korrispondenti u t-tagħrif rikjest mil-liġi, fuq it-tikketta tal-ippakkjar għandu jkun hemm, b’mod obbligatorju, dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin, stampati b’mod ċar u leġġibbli:

l-isem “Abbacchio Romano” jrid jinkiteb b’ittri ċari, ħafna akbar mill-kitba l-oħra fuq il-prodott u li jintgħarfu minn din l-istess kitba. Irid jiġi segwit minn “Indicazione Geografica Protetta” u/jew “I.G.P.”;

il-logo jrid jiġi stampat fuq il-karkassa, fuq in-naħa ta’ barra tal-qatgħat;

il-logo huwa kaxxa magħmula minn tliet linji kkuluriti, aħdar, abjad u aħmar, u maqtugħa min-naħa ta’ fuq b’linja ħamra mmewġa magħquda ma’ ovali aħmar fil-kaxxa li fiha ras ta’ ħaruf stilizzata. Il-perimetru huwa interrott, taħt, bl-ittri kapitali ħomor “I.G.P.”. Fil-parti t’isfel tal-kaxxa hemm il-kliem “ABBACCHIO” b’ittri kapitali sofor u “ROMANO” b’ittri kapitali ħomor.

Il-kliem “Abbacchio Romano” għandu jiġi stampat bit-Taljan.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

It-territorju kollu tar-Reġjun ta’ Lazio.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi klimatiċi u tal-ħamrija tar-reġjun kollu ta’ Lazio jipprovdu kundizzjonijiet mill-aqwa għat-trobbija tan-nagħaġ mingħajr ma jikkawżaw stress fuq l-annimali. Ir-reġjun jikkonsisti minn pajsaġġ varjat, bħal muntanji tal-ġir, muntanji vulkaniċi, għoljiet u pjanuri alluvjali, temperatura medja annwali ta bejn 13 °C u 16 °C u mill-anqas 650 mm ta’ xita annwali tul il-faxxa kostali, bejn 1 000 u 1 500 mm fuq il-pjanuri interni u 1 800 u 2 000 mm fil-meded muntanjużi ta’ Terminillo u Simbruini.

Il-ħrief (“abbacchi”) jitrabbew fi stat selvaġġ u fi stat semiselvaġġ, u jingħataw il-ħalib ta’ ommhom stess. In-nagħġiet ommijiet jirgħu mergħat naturali u miżrugħa u fil-mergħat għall-għalf tipiċi taż-żona tal-produzzjoni (il-punt 4). In-nagħaġ ommijiet u l-ħrief tagħhom ma għandhomx jiġu soġġetti għal għalf sfurzat, għal stress ambjentali u/jew għal trattamenti ormonali bl-għan li jżidu l-produzzjoni; fis-sajf, huwa permess ir-rigħi tradizzjonali fil-muntanji.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-laħam tal-“Abbacchio Romano” jintgħaraf mill-kulur roża ċar tiegħu u l-kisja ta’ xaħam abjad, min-nisġa fina tiegħu u mill-konsistenza kompatta, bi ftit xaħam. Permezz ta’ dawn il-karatteristiċi, l-“Abbacchio Romano” sar magħruf sew fil-gastronomija tar-reġjun għax għandu rwol fundamentali fil-kċina ta’ Ruma u tar-Reġjun ta’ Lazio u wassal biex jinħolqu mijiet ta’ platti differenti.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

L-“Abbacchio Romano”, minn żminijiet antiki, kellu rabta b’saħħitha mal-kampanja tar-reġjun, li ma tidhirx biss fl-importanza tat-tnissil tan-nagħaġ għall-ekonomija u t-tradizzjonijiet tar-Reġjun ta’ Lazio kollu, iżda wkoll u fuq kollox bir-reputazzjoni antika li għandu mal-konsumaturi tiegħu. Il-mergħat naturali u miżrugħa jagħtu kwalitajiet distintivi lill-ħalib tan-nagħġa omm li jmantni lill-frieħ, fejn is-sinerġija tiffavorixxi l-kwalità u b’hekk ukoll l-uniformità tal-karatteristiċi tal-laħam. Fil-fatt, il-prodott IĠP għandu impatt notevoli fuq il-gastronomija proprja tar-reġjun, u għandu rwol fundamentali fil-kċina Rumana tal-Lazio, tant li jifforma l-bażi għal madwar mitt platt differenti. Fil-livell soċjali, ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika tidher biċ-ċar permezz tal-ħafna festivals, festi u wirjiet ta’ divertiment rurali fir-Reġjun ta’ Lazio li jiffukaw fuq l-“Abbacchio Romano”. Ta’ min jinnota li l-kelma Rumana “abbacchio” tintuża b’sens uniformi fir-Reġjun ta’ Lazio. Fil-fatt, skont id-dizzjunarju Rumanesk ta’ Chiappino, il-kelma “abbacchio” tirreferi għal ħaruf li għadu jerda’ jew li jkun għadu kemm infatam, filwaqt li “agnello” tirreferi għal ħaruf li jkun qed iqarreb l-età ta’ sena li diġà jkun ġie mġeżżeż darbtejn. F’Firenze t-tnejn jissejħu “agnello” mingħajr distinzjoni. Jintużaw ukoll termini Rumani bħal “sbacchiattura” u “abbacchiatura” (il-qatla ta’ tali annimali) għal għadd ta’ operazzjonijiet varji li jsiru fuq l-“abbacchio”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (il-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1175/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sale Marino di Trapani (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Sale Marino di Trapani” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 99, 3.4.2012, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.8. —   Prodotti oħra f’Anness I tat-Trattat:

L-ITALJA

Sale Marino di Trapani (IĠP)


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1176/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Μανταρίνι Χίου (Mandarini Chiou) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Greċja biex id-denominazzjoni “Μανταρίνι Χίου” (Mandarini Chiou) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma ġiet ifformulata l-ebda oġġezzjoni formali skont l-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament fil-konfront tal-imsemmija reġistrazzjoni.

(3)

Madanakollu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (3) li daħal fis-seħħ wara t-talba ta' reġistrazzjoni msemmija, fl-Anness I tiegħu, il-Parti B, il-Parti 2, it-Taqsima II, il-punt b jistabbilixxi li l-proporzjon minimu ta' zokkor-aċidità huwa mitlub għal din l-ispeċi ta' frott huwa ta' 7,5:1. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' ċertezza legali, l-awtoritajiet Griegi adattaw id-dokument uniku kkonċernat fir-rigward ta' dan il-punt.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Id-dokument uniku aġġornat jidher fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 19, 24.1.2012, p. 11.

(3)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-GREĊJA

Μανταρίνι Χίου (Mandarini Chiou) (IĠP)


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

"ΜΑΝΤΑΡIΝΙ ΧIΟΥ" (MANDARINI CHIOU)

Nru tal-KE: EL-PGI-0005-0709-27.06.2008

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

"Μανταρίνι Χίου" (Mandarini Chiou)

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Kategorija 1.6 —

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1)

Il-"Mandarini Chiou", mandolina tal-ispeċi Citrus deliciosa Tenore u tal-varjetà komuni ta' Chios (varjetà komuni fil-Mediterran), għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

Karatteristiċi fiżiċi:

Forma

:

Sferika u ċċattjata fil-poli

Piż

:

bejn 60 u 150 gm

Daqs

:

55 - 70 mm

Qoxra

:

bejn 1,5 u 3,5 mm, li tinqala' faċilment minn mal-frotta.

Għadd ta' karpelli

:

bejn 7 u 14, li jinqalgħu faċilment minn mal-frotta.

Għadd ta' żerriegħa

:

bejn 8 u 24 endosperma poliembrijonika żgħira.

Karatteristiċi organolettiċi

Il-frotta għandha kulur isfar fl-oranġjo, polpa ratba mimlija togħma, aroma qawwija, qoxra pjuttost ħamranija u kulur oranġjo ċar.

Karatteristiċi kimiċi:

Kontenut ta' meraq

:

33 - 45 %

Kontenut ta' zokkor

:

>9.0 Brix

Aċidità

:

0,7 - 1,75 %

Zokkor/aċidi (indiċi ta' maturazzjoni)

:

7,5 – 1

Żjut essenzjali:

b'mod indikattiv, xieraq li jissemmew: α-tujen, α-pinen, kamfen, β-pinen, β-mirċen, ο-metilaniżol, p-ċimen, d-limonen, γ-terpinen, linalol, β-karjofillen. Il-komponent prinċipali li l-konċentrazzjoni tiegħu hija l-iktar importanti huwa d-limonen, u warajh γ-terpinen. Iż-żjut essenzjali huma estratti mill-frotta sħiħa jew mill-qoxra biss, b'mezzi mekkaniċi u l-kwantità estratta tiddependi minn fatturi differenti bħal: il-livell ta' maturità tal-frotta, id-daqs tagħha u l-metodu użat.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-kultivazzjoni, il-produzzjoni, il-ħsad, is-separazzjoni u l-kalibrar tal-"Mandarini Chiou" għandhom isiru fiż-żona ġeografika tal-gżejjer Chios, Psara u Inousses.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-"Mandarini Chiou", ipproċessata fi prodotti tal-ħelu, meraq, eċċ., jew diversi prodotti derivati bħaż-żjut essenzjali, għandhom jiġu ttikkettati skont il-"Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta' oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) bħala ingredjenti" (ĠU C 341, 16.12.2010, p. 3 u 4).

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita

Qed tintalab il-protezzjoni tad-denominazzjoni għall-gżejjer Chios, Psara u Inousses.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Karatteristiċi tal-ħamrija - is-sottostrat ġeoloġiku huwa magħmul minn depożiti alluvjali li huma r-riżultat tad-diżintegrazzjoni tal-ġebla tal-ġir. Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija hija taflija, rikka fil-kalċju attiv totali (CaCO3), fatturi favorevoli għall-kultivazzjoni tal-"Mandarini Chiou".

Kundizzjonijiet klimatiċi – Il-klima tar-reġjun hija kkaratterizzata minn:

 

preżenza ta' rjieħ annwali (l-irjieħ Etesji li fil-Mediterran jonfħu biss fil-Baħar Eġew), li jnaqqsu l-varjazzjonijiet klimatiċi li jipproduċu klima moderata u li b'mod ġenerali jipproteġu lill-frott mill-ġlata) u li jbiegħdu s-sħab.

 

ammont kbir ta' xemx is-sena kollha (meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiż, il-ġżira ta' Chios għandha l-ikbar għadd ta' sigħat mingħajr sħab) u b'mod partikolari matul il-perjodu tal-irjieħ annwali, meta s-sigħat ta' xemx ikunu l-itwal, u

 

varjazzjonijiet żgħar annwali fit-temperatura u konsegwentement, xtiewi qosra moderati u sjuf friski.

Il-karatteristiċi klimatiċi deskritti hawn fuq flimkien mal-fatturi li ġejjin: a) temperatura tal-ilma tal-wiċċ li tinżamm għolja (>22 °C) anke fil-ħarifa, b) il-post fejn jinsab it-terren li jippermetti esponiment ikbar għax-xemx u c) il-proprjetajiet tal-ħamrija, imsemmija fil-paragrafu preċedenti, influwenzaw id-daqs u l-kwalità tal-frott imkabbar u ffaċilitaw il-produzzjoni b'kontenut għoli ta' zokkor minħabba l-esponiment qawwi għax-xemx flimkien mat-temperaturi ta' matul il-ġurnata, li jippromwovu l-fotosinteżi u t-taħlil mgħaġġel tal-aċidi megħjun mit-temperaturi għoljin ta' matul il-lejl.

Zokkor

Indiċi ta' aċidu ċitriku

u, għalhekk, togħma ħelwa u aroma intensa.

Kundizzjonijiet antropoġeniċi - Il-kultivazzjoni tal-prodott "Μandarini Chiou" mhux biss hija attività agrikola li ilha pprattikata mingħajr interruzzjonijiet għal diversi deċennji, bl-adattamenti neċessarji, iżda wasslet ukoll għall-kostruzzjoni ta' binjiet adegwati u għall-iżvilupp ta' prattiki kompletament adattati għall-produzzjoni. Fil-qosor dawn jistgħu jiġu deskritti kif ġej:

l-arkitettura partikolari ta' għadd kbir ta' binjiet/djar tas-sidien tal-azjendi agrikoli. Huma mibnija fl-imsaġar u ġeneralment jikkonsistu f'żewġ sulari sabiex jippermettu monitoraġġ aħjar tal-għelejjel;.

is-sistema tal-irrigazzjoni, ipprattikata bl-għajnuna ta' kanali għall-ilma u ta' kapstini li jtellgħu ilma ta' kwalità tajba ħafna mill-bjar. Jeħtieġ li jkun enfasizzat li s-sistemi tal-irrigazzjoni tal-gżira kienu żviluppati fis-seklu XIV mill-Ġenoviżi li bnew ukoll sistemi ta' drenaġġ uniċi fid-dinja, f'din l-epoka;

il-metodi ta' ħsad intelliġenti li kienu żviluppati. Skont diversi sorsi, il-produtturi ta' Chios kienu l-uniċi fost il-Griegi li kienu jafu l-metodu korrett ta' kif jinqata' l-frott mis-siġar jiġifieri bl-użu ta' mqass u wara z-zokk jinqata' qasir ħafna biex fuq il-frotta ma jibqa' xejn ħlief il-pedunkulu sabiex ikun evitat li zkuk twal wisq jagħmlu ħsara lill-frott waqt it-trasport tagħhom fil-bramel jew fil-kannestri;

il-prattiki u l-metodi ta' fertilizzazzjoni introdotti, fosthom l-użu ġenerali ta' demel tal-baqar, nagħaġ, mogħoż u tjur imrobbija mill-istess produtturi tal-agrumi. Għalkemm l-użu tad-demel jibqa' wieħed mill-metodi ewlenin li jarrikkixxi s-siġar, jidher li qed jinqata' bil-mod il-mod minħabba li ma jkunx disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti;

Il-prattiki u l-metodi adottati għall-protezzjoni kontra l-ġlata, li jinkludu b'mod partikolari nirien ikkontrollati; it-"tichoyiria" (ħitan ta' għeluq) u t-tħawwil dens ħafna tas-siġar (id-distanza minima bejn żewġ siġriet tkun bejn 2 u 2,5 m, b'hekk jitħawlu madwar 100 siġra għal kull 1 000 m2).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-mandolina "Mandarini Chiou" hija waħda mill-iktar prodotti agrikoli tradizzjonali magħrufa tal-Greċja. Fil-livell ta' Prefettura, hija, flimkien mad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Mastiha Chiou", huma l-iktar prodotti importanti. Hija partikolarment imfittxa għat-togħma partikolari tagħha u għall-aroma intensa karatteristika tagħha. Il-varjetà tal-mandolina prodotta f'Chios hija unika. Hija magħrufa bħala waħda mill-aħjar u fost l-iktar aromatiċi fid-dinja. Anke meta l-mandolin ikun għadu ma mmaturax, xorta waħda jkollu aroma li kull min jieklu jibqa' mistagħġeb kemm din tkun persistenti. L-aroma li toħroġ mill-imsaġar imħawlin bil-"Mandarini Chiou" hija tant qawwija li l-gżira hija magħrufa kemm fil-Greċja kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha bħala "Chios l-aromatika". Din l-aroma ma tissorprendix lill-viżitaturi fuq il-gżira, minħabba li hu magħruf li l-irwejjaħ li ġejjin mir-reġjun ta' Kampos, diġà jkunu jistgħu jinxtammu mill-viżitaturi meta jkunu għadhom fuq il-baħar, mill-ewwel mument taż-żjara tagħhom fil-qalba ħadranija tal-gżira.

It-talba għar-reġistrazzjoni tal-"Mandarini Chiou" bħala prodott b'indikazzjoni ġeografika protetta hija għalhekk ibbażata fuq ir-reputazzjoni tal-prodott li hija stess hija bbażata fuq kwalità partikolari. Sa minn tmiem is-seklu 19, id-denominazzjoni "Mandarini Chiou" kienet ġiet iddedikata fis-suq tal-frott frisk bħala mezz ta' identifikazzjoni u biex jintalab prodott apprezzat ħafna, oriġinali, ikkultivat f'Chios, b'aroma karatteristika ħafna, b'togħma partikolari, ikkultivat b'mod li kkontribwixxa għall-valur kummerċjali speċifiku tal-prodott.

Sabiex ikunu ppreżervati l-karatteristiċi partikolari tal-frott, fil-passat dan kien jiġi ppakkjat fil-karta wara li jinqata'. Din il-prattika kienet invenzjoni tal-produtturi ta' Chios u ma kienet użata fl-ebda parti oħra tal-Greċja. L-iktar evidenza antika bil-miktub dwar l-ippakkjar fil-karta pprattikat f'Chios, hija dik ta' Français A. Testevuide fir-rivista Franċiża ddedikata għall-vjaġġi, 'Le Tour du Monde', fl-1878.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-reputazzjoni eċċezzjonali li għandu l-prodott tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-karatteristiċi inerenti partikolari tiegħu, iżda wkoll mill-interventi effikaċi tal-bniedem.

Fi kwalunkwe każ, il-"Mandarini Chiou" jgawdi minn stima kbira fost il-konsumaturi kemm fil-Greċja u kemm lil hinn minnha, speċjalment minħabba l-aroma karatteristika tiegħu u t-togħma speċifika, kwalitajiet li fil-passat ikkontribwew b'mod partikolari għall-prosperità tal-ekonomija lokali u għall-iżvilupp tal-kummerċ mal-pajjiżi Ewropej (Iċ-Ċekoslovakkja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, is-Serbja, il-Polonja u l-Ġermanja). Dawn il-karatteristiċi kollha huma msemmija diversi drabi fir-rakkonti ta' vjaġġaturi ċelebri (Galland, Testevuide, Zolotas, Tombazis, Sgouros u Sotiriadou).

L-ambjent naturali kkontribwixxa wkoll għal parti importanti ta' din ir-reputazzjoni. Primarjament dan jinkludi l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi. It-trażmissjoni tal-karatteristiċi partikolari tal-prodott, l-integrazzjoni tal-kultivazzjoni tiegħu fl-ambjent kemm ekonomiku u kemm kummerċjali tas-soċjetà lokali, kellhom rwol ewlieni wkoll.

Fl-aħħar nett, parti kbira mir-reputazzjoni tal-prodott "Mandarini Chiou" hija dovuta wkoll għall-karatteristiċi partikolari tar-reġjun ġeografiku fejn titkabbar il-mandolina. Għalhekk, mhijiex kumbinazzjoni li l-gżira ta' Chios hija msejħa "Chios l-aromatika".

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament KE Nru 510/2006)

http://www.minagric.gr/greek/data/Allin1_for%20CD01.pdf


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1177/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Scottish Wild Salmon (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Scottish Wild Salmon” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 101, 4.4.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7.   Ħut, molluski u krustaċji friski u prodotti derivati minnhom

IR-RENJU UNIT

Scottish Wild Salmon (IĠP)


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju (saithe) fiż-żoni IIIa u IV; fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.01.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

75/TQ44

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk

POK/2A34.

Speċi

Pollakkju (saithe) (Pollachius virens)

Żona

Iż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32

Data

19.11.2012


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1179/2012

tal-10 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Minn evalwazzjoni ta’ diversi flussi ta’ skart jirriżulta li s-swieq tar-riċiklaġġ għall-ħġieġ mormi għandhom jibbenefikaw mill-iżvilupp ta’ kriterji speċifiċi li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi miksub mill-iskart ma jibqax jitqies bħala skart. Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien ambjentali. Għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-klassifika tal-ħġieġ mormi bħala skart minn pajjiżi terzi.

(2)

Rapporti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li jeżistu kemm suq kif ukoll domanda għall-ħġieġ mormi biex jintużaw bħala materjal ta’ alimentazzjoni fl-industrija li tipproduċi l-ħġieġ. Il-ħġieġ mormi għandu għalhekk ikun suffiċjentament pur u għandu jissodisfa l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti meħtieġa mill-industrija tal-produzzjoni tal-ħġieġ.

(3)

Il-kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart għandhom jiżguraw li l-ħġieġ li jirriżulta minn operazzjoni ta’ rkupru jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-industrija tal-produzzjoni tal-ħġieġ, ikun konformi mal-leġislazzjoni u l-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti u ma jwassalx għal impatti kumplessivi avversi għall-ambjent jew għal saħħet il-bniedem. Ir-rapporti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li l-kriterji proposti dwar l-iskart li jintuża bħala input fl-operazzjoni ta’ rkupru, dwar il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament, kif ukoll dwar il-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jissodisfaw dawk l-għanijiet peress li għandhom jirriżultaw fil-ġenerazzjoni ta’ ħġieġ mormi mingħajr proprjetajiet perikolużi u suffiċjentament ħieles minn komponenti mhux tal-ħġieġ.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-kriterji, huwa xieraq li jkun ipprovdut li tinħareġ l-informazzjoni dwar il-ħġieġ mormi li ma baqax jitqies bħala skart u li tiġi implimentata sistema ta’ ġestjoni.

(5)

Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw għall-kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart, huwa xieraq li jkun ipprovdut li jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma’ dan ir-Regolament jibda japplika.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi intenzjonat għall-produzzjoni ta’ sustanzi jew oġġetti tal-ħġieġ fil-proċessi tat-tidwib mill-ġdid ma jibqax jitqies bħala skart.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“ġieġ mormi” tfisser frak tal-ħġieġ iġġenerat mill-irkupru ta’ ħġieġ ta’ skart;

2.

“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew legali li għandha fil-pussess tagħha l-ħġieġ mormi;

3.

“produttur” tfisser id-detentur li jittrasferixxi l-ħġieġ mormi lil detentur ieħor għall-ewwel darba bħala ħġieġ mormi li ma baqax jitqies bħala skart;

4.

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi ħġieġ mormi li ma baqax jitqies bħala skart fit-territorju doganali tal-Unjoni;

5.

“persunal ikkwalifikat” tfisser persunal li huwa kkwalifikat bl-esperjenza jew bit-taħriġ sabiex jimmonitorja u jivvaluta l-proprjetajiet tal-ħġieġ mormi;

6.

“spezzjoni viżwali” tfisser spezzjoni tal-ħġieġ mormi li tkopri l-partijiet kollha ta’ konsenja u li ssir permezz tas-sensi tal-bniedem jew kwalunkwe tagħmir mhux speċjalizzat;

7.

“konsenja” tfisser lott ta’ ħġieġ mormi li huwa maħsub sabiex jiġi kkonsenjat mingħand produttur lil detentur ieħor u li jista’ jinżamm f’unità tat-trasport waħda jew iktar, bħal kontenituri.

Artikolu 3

Kriterji għall-ħġieġ mormi

Il-ħġieġ mormi ma għandux jibqa’ jitqies bħala skart fejn, mat-trasferiment mingħand il-produttur lil detentur ieħor, jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

il-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I;

2.

l-iskart użat bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

3.

l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru ġie ttrattat skont il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness I;

4.

il-produttur issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5;

5.

il-ħġieġ mormi huwa intenzjonat għall-produzzjoni ta’ sustanzi jew oġġetti tal-ħġieġ fil-proċessi tat-tidwib mill-ġdid.

Artikolu 4

Dikjarazzjoni tal-konformità

1.   Il-produttur jew l-importatur għandu joħroġ, għal kull konsenja ta’ ħġieġ mormi, dikjarazzjoni tal-konformità li tkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Anness II.

2.   Il-produttur jew l-importatur għandu jittrażmetti d-dikjarazzjoni tal-konformità lid-detentur tal-konsenja ta’ ħġieġ mormi li jmiss. Il-produttur jew l-importatur għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għal mill-inqas sena wara d-data tal-ħruġ tagħha u għandhom iqegħduha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan.

3.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista’ tkun f’forma elettronika.

Artikolu 5

Sistema ta’ ġestjoni

1.   Il-produttur għandu jimplimenta sistema ta’ ġestjoni adattata biex turi l-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Is-sistema ta’ ġestjoni għandu jkun fiha sett ta’ proċeduri dokumentati dwar kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ tal-kwalità tal-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness I (inklużi t-teħid tal-kampjuni u l-analiżi);

(b)

l-aċċettazzjoni tal-kontroll tal-iskart li ntuża bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(c)

il-monitoraġġ tal-proċessi u t-tekniki ta’ trattament deskritti fit-Taqsima 3 tal-Anness I;

(d)

ir-reazzjoni tal-konsumaturi dwar il-konformità mal-kwalità tal-ħġieġ mormi;

(e)

iż-żamma ta’ reġistri tar-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punti (a) sa (c);

(f)

ir-rieżami u t-titjib tas-sistema ta’ ġestjoni;

(g)

it-taħriġ tal-persunal.

3.   Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tippreskrivi wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ stabbiliti fl-Anness I għal kull kriterju.

4.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li kiseb akkreditazzjoni skont dak ir-Regolament, jew verifikatur ambjentali, kif definit fl-Artikolu 2(20)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li huwa akkreditat jew liċenzjat skont dak ir-Regolament, għandu jivverifika li s-sistema ta’ ġestjoni hija konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Il-verifika għandha titwettaq kull tliet snin. Dawk il-verifikaturi biss li għandhom l-ambiti ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja bbażati fuq il-Kodiċijiet NACE li ġejjin kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma kkunsidrati li għandhom esperjenza speċifika suffiċjenti biex iwettqu l-verifika msemmija f’dan ir-Regolament:

* Kodiċi NACE 38 (Ġbir ta’ skart, trattament u attivitajiet ta’ rimi; irkupru ta’ materjal), jew

* Kodiċi NACE 23.1 (Manifattura tal-ħġieġ u prodotti tal-ħġieġ).

5.   L-importatur għandu jesiġi li l-fornituri tiegħu jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u li tkun ġiet ivverifikata minn verifikatur estern indipendenti.

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-fornitur għandha tkun iċċertifikata minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità li huwa akkreditat minn korp ta’ akkreditazzjoni li jkun għadda b’suċċess minn evalwazzjoni minn pari għal din l-attività mill-korp rikonoxxut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; jew minn verifikatur ambjentali li huwa akkreditat jew liċenzjat minn korp ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 li huwa wkoll suġġett għall-evalwazzjoni minn pari skont l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, rispettivament.

Il-verifikaturi li jridu joperaw f’pajjiżi terzi jridu jiksbu akkreditazzjoni jew liċenzja speċifika, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/832/UE (5).

6.   Il-produttur għandu jagħti aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni lill-awtoritajiet kompetenti meta dawn jitolbuh.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-11 ta' Ġunju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(2)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(3)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 330, 14.12.2011, p. 25.


ANNESS I

Kriterji għall-ħġieġ mormi

Kriterji

Rekwiżiti ta’ awtomonitoraġġ

Taqsima 1:   Kwalità tal-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru

1.1.

Il-ħġieġ mormi għandu jkun konformi ma’ speċifikazzjoni tal-konsumatur, speċifikazzjoni tal-industrija jew standard għall-użu dirett fil-produzzjoni ta’ sustanzi jew ta’ oġġetti tal-ħġieġ permezz ta’ tidwib mill-ġdid fil-faċilitajiet tal-manifattura tal-ħġieġ.

Persunal ikkwalifikat għandu jivverifika li kull konsenja tkun konformi mal-ispeċifikazzjoni x-xierqa.

1.2.

Il-kontenut tal-komponenti mhux tal-ħġieġ li ġejjin għandhom ikunu:

Metalli ferrużi: ≤ 50 ppm;

Metalli mhux ferrużi: ≤ 60 ppm;

Sustanzi inorganiċi mhux tal-ħġieġ mhux tal-metall:

≤ 100 ppm għall-ħġieġ mormi ta’ daqs > 1 mm;

≤ 1 500  ppm għall-ħġieġ mormi ta’ daqs ≤ 1 mm;

Sustanzi organiċi: ≤ 2 000  ppm.

Eżempji ta’ sustanzi inorganiċi mhux tal-ħġieġ mhux tal-metall huma: iċ-ċeramika, il-ġebel, il-porċellana, il-piroċeramika.

Eżempji ta’ sustanzi organiċi huma: il-karta, il-gomma, il-plastiks, it-tessuti, l-injam.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

F’intervalli xierqa u soġġett għal rieżami jekk isiru bidliet sinifikanti fil-proċess tal-operat, kampjuni rappreżentattivi tal-ħġieġ mormi għandhom jiġu analizzati gravimetrikament biex jitkejjel it-total tal-komponenti mhux tal-ħġieġ. Il-kontenut tal-komponent mhux tal-ħġieġ għandu jiġi analizzat billi jintiżen wara s-separazzjoni mekkanika jew manwali (kif xieraq) tal-materjali li jkunu taħt spezzjoni viżwali bir-reqqa.

Il-frekwenzi xierqa tal-monitoraġġ bit-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu stabbiliti billi jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin:

It-tendenza mistennija tal-varjabbiltà (pereżempju kif murija mir-riżultati storiċi).

Ir-riskju inerenti ta’ varjabbiltà fil-kwalità tal-ħġieġ ta’ skart li ntuża bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru u kwalunkwe pproċessar sussegwenti; Il-ħġieġ skartat qabel ma jasal għand il-konsumaturi b’kompożizzjoni prevedibbli ħafna, probabbilment jeħtieġ monitoraġġ inqas frekwenti. Ħġieġ skartat minn ġabra multimaterjali jista’ jeħtieġ monitoraġġ iktar frekwenti.

Il-preċiżjoni inerenti tal-metodu ta’ monitoraġġ.

Il-qrubija tar-riżultati tal-kontenut tal-komponent mhux tal-ħġieġ mal-limiti indikati hawn fuq.

Il-proċess tad-determinazzjoni tal-frekwenzi tal-monitoraġġ għandu jkun dokumentat bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni u għandu jkun disponibbli għall-awditjar.

1.3.

Il-ħġieġ mormi ma għandu juri l-ebda waħda mill-proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE. Il-ħġieġ mormi għandu jkun konformi mal-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (1) u ma għandux jaqbeż il-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. Fejn l-ispezzjoni viżwali tqajjem xi suspett ta’ possibbiltà ta’ proprjetajiet perikolużi, għandhom jittieħdu iktar miżuri xierqa ta’ monitoraġġ, bħal teħid ta’ kampjuni u ttestjar fejn ikun xieraq.

Il-persunal għandu jitħarreġ dwar il-proprjetajiet perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mal-ħġieġ mormi u dwar il-komponenti jew il-karatteristiċi tal-materjali li jippermettu r-rikonoxximent tal-karatteristiċi perikolużi.

Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-materjali perikolużi għandha tkun iddokumentata skont is-sistema ta’ ġestjoni.

Taqsima 2:   Skart użat bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru

2.1.

Jista’ jintuża biss bħala input skart mill-ġabra tal-ħġieġ ta’ kontenituri rikuperabbli, ħġieġ ċatt jew oġġetti tal-ħġieġ użati bħala pożati għall-ikel li jkunu mingħajr ċomb. Il-ħġieġ skartat miġbur jista’, b’mod mhux intenzjonat, ikun fih ammonti żgħar ta’ tipi oħra ta’ ħġieġ.

Il-kontroll tal-aċċettazzjoni tal-iskart kollu li fiħ il-ħġieġ riċevut (permezz ta’ spezzjoni viżwali) u tad-dokumentazzjoni li takkumpanjah għandu jitwettaq minn persunal ikkwalifikat li jkun ingħata taħriġ dwar kif jagħraf l-iskart li fih il-ħġieġ li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima.

2.2.

L-iskart li fih il-ħġieġ minn skart solidu muniċipali mħallat jew skart mit-taqsima tas-saħħa ma għandux jintuża bħala input.

2.3.

L-iskart perikoluż ma għandux jintuża bħala input.

Taqsima 3:   Proċessi u tekniki ta’ trattament

3.1.

L-iskart li fih il-ħġieġ għandu jkun ġie miġbur, isseparat u pproċessat u minn dak il-mument għandu jkun inżamm separat permanentament minn kwalunkwe skart ieħor.

3.2.

It-trattamenti kollha bħal: tkissir, raggruppament, separazzjoni, jew tindif, meħtieġa għall-preparazzjoni tal-ħġieġ mormi għall-użu dirett (permezz tat-tidwib mill-ġdid) fil-produzzjoni ta’ sustanzi jew oġġetti tal-ħġieġ, għandhom ikunu tlestew.

 


(1)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 229, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS II

Dikjarazzjoni ta’ Konformità mal-kriterji li jiddeterminaw meta l-iskart ma jibqax jitqies bħala tali, imsemmija fl-Artikolu 4(1)

1.

Produttur/importatur tal-ħġieġ mormi:

Isem:

Indirizz:

Kuntatt:

Telefown:

Feks:

Posta elettronika:

2.

(a)

Isem jew kodiċi tal-kategorija tal-ħġieġ mormi, skont speċifikazzjoni jew standard tal-industrija:

(b)

Dispożizzjonijiet tekniċi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jew standard tal-industrija, inkluż il-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodott meta dan ma jibqax jitiqes bħala skart (End of Waste - EoW) għall-komponenti mhux tal-ħġieġ, jiġifieri l-kontenut ta’ metalli ferrużi, metalli mhux ferrużi, sustanzi inorganiċi u organiċi mhux tal-ħġieġ/mhux tal-metall:

3.

Il-konsenja tal-ħġieġ mormi hija konformi mal-ispeċifikazzjoni jew mal-istandard tal-industrija msemmija fil-Punt 2.

4.

Kwantità tal-konsenja f’kg:

5.

Il-produttur tal-ħġieġ mormi japplika sistema ta’ ġestjoni li hija konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1179/2012, li ġiet ivverifikata minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat jew minn verifikatur ambjentali jew, f’każ li l-ħġieġ mormi li ma baqax jitqies bħala skart jiġi impurtat fit-territorju doganali tal-Unjoni, minn verifikatur indipendenti estern.

6.

Il-konsenja tal-ħġieġ mormi tissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1179/2012.

7.

Il-materjal f’din il-konsenja huwa intenzjonat esklussivament għall-użu dirett fil-produzzjoni ta’ sustanzi jew oġġetti tal-ħġieġ fil-proċessi ta’ tidwib mill-ġdid.

8.

Dikjarazzjoni tal-produttur/importatur tal-ħġieġ mormi:

Jiena niċċertifika li sa fejn naf jiena l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija kompluta u korretta:

Isem:

Data:

Firma:


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/37


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1180/2012

tal-10 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) (“il-Kodiċi”), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tat-Turkija aċċediet għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (“il-Konvenzjoni”) bħala parti kontraenti fl-1 ta’ Diċembru 2012. Bid-Deċiżjoni Nru 4/2012 tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni tal-26 ta’ Ġunju 2012 (2) il-Konvenzjoni ġiet emendata sabiex tadatta d-dokumenti ta’ garanzija tat-tranżitu komuni fid-dawl tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni. Id-dokumenti ta’ garanzija korrespondenti għat-tranżitu tal-Komunità stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) għandhom jiġu adattati skont dan.

(2)

Peress li kien rekwiżit skont id-Deċiżjoni Nru 4/2012 li jintużaw id-dokumenti ta’ garanzija adattati għall-adeżjoni tat-Turkija sa mill-1 ta’ Diċembru 2012, id-dokumenti ta’ garanzija korrispondenti meħtieġa mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom ikunu adatti wkoll b’effett minn dik id-data. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jippermettu l-użu ta’ dokumenti ta’ garanzija f’konformità mal-mudell applikabbli qabel l-1 ta’ Diċembru 2012 għal perjodu tranżitorju, suġġett għall-adattamenti meħtieġa.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness 48 huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.

L-Anness 49 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.

L-Anness 50 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.

Fl-Anness 51, fil-kaxxa 7, it-test “it-Turkija,” jiddaħħal bejn it-test “l-Isvizzera,” u “Andorra”.

5.

Fl-Anness 51a, fil-kaxxa 6, it-test “it-Turkija,” jiddaħħal bejn it-test “l-Isvizzera,” u “Andorra”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2012.

Madankollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu, sat-30 ta’ Novembru 2013, jużaw il-formola mudell stabbilita fl-Anness 48, 49, 50, 51 jew 51a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2012 (4), soġġett għall-adattamenti ġeografiċi neċessarji u adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għan-notifika jew l-aġent awtorizzat.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 297, 26.10.2012, p. 34.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 8.12.2012, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS 48

PROĊEDURA TA’ TRANŻITU KOMUNI/TAL-KOMUNITÀ

GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.   Impenn mill-garanti

1.

Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

hawnhekk jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …

sa ammont massimu ta'

li hu 100/50/30 % (3) tal-ammont ta’ referenza, favur l-Unjoni Ewropea

(li tikkonsisti fir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq)

u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino, (4)

kwalunkwe ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi - li għalihom il-prinċipal (5), … jista’ jkun jew isir responsabbli lejn il-pajjiżi fuq imsemmija għal dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni.

2.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba sal-limitu tal-ammont imsemmi hawn fuq, sakemm hu jew kull persuna kkonċernata ma jistabilixxux qabel id-data tal-għeluq ta’ dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

Bit-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat iħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jirriżultaw mill-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikulari kull imgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas f’ċirkustanzi simili fis-suq tal-flus jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

L-ammont ma jistax jitnaqqas b’xi somom diġà mħallsa skont it-termini ta’ dan l-impenn sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas dejn maħluq waqt operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni li tkun bdiet qabel it-talba preċedenti għall-ħlas kienet riċevuta jew sa 30 jum wara.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ kull dejn maħluq matul kwalunkwe operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni koperta minn dan l-impenn u mibdija qabel daħlet fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (6) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza kollha u l-avviżi u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ din l-obbligazzjoni indirizzata lil jew magħmula bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi għan-notifika tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi … fi …

(Firma) (7)

II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija

L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fil-

(Timbru u firma)


(1)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

(2)  Indirizz sħiħ.

(3)  Ħassar fejn ma japplikax.

(4)  Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li ma jkunx hemm tranżitu mit-territorju tagħhom. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Komunità.

(5)  Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

(6)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

(7)  Il-firma trid tkun preċeduta b’dan li ġej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: “Garanzija għall-ammont ta’ ……” bl-ammont miktub sħiħ.”


ANNESS II

“ANNESS 49

PROĊEDURA TA’ TRANŻITU KOMUNI/TAL-KOMUNITÀ

GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   Impenn mill-garanti

1.

Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

hawnhekk jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …

sa ammont massimu ta’

favur l-Unjoni Ewropea

(li tikkonsisti fir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq)

u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (3), kwalunkwe ammont ta’ kapital, flimkien ma’ obbligazzjonijiet, spejjeż u ammonti inċidentali - iżda mhux multi - li għalihom

il-prinċipal, (4)

jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli lejn il-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti deskritti hawn taħt imqiegħda skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni mill-uffiċċju tat-tluq ta’ …

lejn l-uffiċċju tad-destinazzjoni ta’ …

Deskrizzjoni tal-oġġetti:

2.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba sakemm hu jew kull persuna oħra kkonċernata ma jistabilixxux qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

Bit-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat iħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru b’riżultat tal-għoti tal-perjodu addizzjonali, b’mod partikulari kull imgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas f’ċirkustanzi simili fis-suq tal-flus jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ kull dejn maħluq matul l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni koperta minn dan l-impenn u mibdija qabel ma tidħol fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza kollha u l-avviżi u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ din l-obbligazzjoni indirizzata lil jew magħmula bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi għan-notifika tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, fi …

(Firma) (6)

II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti aċċettat fil-… sabiex ikopri l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità/komuni effettwata skont id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu Nru … ta’ … (7)

(Timbru u firma)


(1)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

(2)  Indirizz sħiħ.

(3)  Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li ma jkunx hemm tranżitu mit-territorju tagħhom. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Komunità.

(4)  Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

(5)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

(6)  Il-persuna li tiffirma d-dokument trid iddaħħal dan li ġej bil-kitba bl-idejn qabel il-firma tagħha: “Garanzija għall-ammont ta’ …”, l-ammont jinkiteb b’ittri.

(7)  Biex timtela mill-uffiċċju tat-tluq.”


ANNESS III

“ANNESS 50

PROĊEDURA TA’ TRANŻITU KOMUNI/TAL-KOMUNITÀ

GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS

I.   Impenn mill-garanti

1.

Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

hawnhekk jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …

favur l-Unjoni Ewropea

(li tikkonsisti fir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq)

u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (3),

kull ammont ta’ kapital, flimkien ma’ obbligazzjonijiet, spejjeż u ammonti inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli lejn l-Istati hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda skont il-proċedura ta’ tranżitu komuni jew tal-Komunità, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt intrabat li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 7 000 għal kull vawċer.

2.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista’ jipposponi l-ħlas lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba, sa EUR 7 000 għal kull vawċer ta’ garanzija individwali, sakemm hu jew kull persuna kkonċernata ma jistabilixxux qabel id-data tal-għeluq ta’ dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

Bit-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-ħlas il-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat iħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru b’riżultat tal-għoti tal-perjodu addizzjonali, b’mod partikulari kull imgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas f’ċirkustanzi simili fis-suq tal-flus jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ kull dejn maħluq matul kwalunkwe operazzjoni ta’ tranżitu tal-Komunità jew komuni koperta minn dan l-impenn u mibdija qabel daħlet fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika (4) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza kollha u l-avviżi u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ din l-obbligazzjoni indirizzata lil jew magħmula bil-miktub f’wieħed mill-indirizzi għan-notifika tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, fi …

(Firma) (5)

II.   Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija

L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fil-

(Timbru u firma)


(1)  Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

(2)  Indirizz sħiħ.

(3)  Għal operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Komunità biss.

(4)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

(5)  Il-firma trid tkun preċeduta b’dan li ġej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: “Garanzija”.”


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1181/2012

tal-10 ta’ Diċembru 2012

li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2012 f’ċerti reġjuni tat-tkabbir tad-dwieli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 121 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Punt A.3 tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti ta’ żieda tas-saħħa alkoħolika (arrikkiment) ta’ nbid bil-volum jiżdiedu b’sa 0,5 % fis-snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena.

(2)

Id-Danimarka, l-Isvezja u r-Renju Unit talbu dawn iż-żidiet tal-limiti ta’ arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2012, minħabba li l-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena f’ċerti reġjuni ġeografiċi.

(3)

Minħabba l-kundizzjonijiet eċċezzjonalment ħżiena tat-temp fl-2012, il-limiti fuq iż-żidiet tas-saħħa alkoħolika naturali stabbiliti fil-punt A.2 tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jippermettux il-produzzjoni ta’ inbid b’total ta’ saħħa alkoħolika xierqa f’ċerti reġjuni li jkabbru d-dwieli u li għalih normalment ikun hemm domanda fis-suq.

(4)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2012 fid-Danimarka, fl-Isvezja u fir-Renju Unit.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-reġjuni ġeografiċi msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’deroga mill-punt A.2 tal-Anness XVa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iż-żieda bil-volum fis-saħħa alkoħolika naturali ta’ għeneb frisk maħsud fis-sena 2012, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, inbid ġdid li jkun għadu fil-proċess ta’ fermentazzjoni u nbid li ġie prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2012, ma għandhomx jaqbżu 3,5 % vol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


ANNESS

Reġjuni ġeografiċi fejn żieda fil-limitu ta’ arrikkiment hi awtorizzata skont l-Artikolu 1

Stat Membru

Reġjuni ġeografiċi

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha tal-vitikultura

L-Isvezja

Ir-reġjuni kollha tal-vitikultura

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha tal-vitikultura


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/46


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1182/2012

tal-10 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

39,9

MA

75,8

TN

76,3

TR

75,8

ZZ

67,0

0707 00 05

AL

76,3

JO

174,9

MA

133,1

TR

98,0

ZZ

120,6

0709 93 10

MA

151,2

TR

72,5

ZZ

111,9

0805 10 20

AR

49,7

TR

74,4

ZA

57,6

ZW

43,2

ZZ

56,2

0805 20 10

MA

75,2

ZZ

75,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

85,6

MA

95,7

TR

78,3

ZZ

86,5

0805 50 10

TR

81,5

ZZ

81,5

0808 10 80

CA

157,2

MK

36,9

US

125,9

ZA

136,9

ZZ

114,2

0808 30 90

CN

48,8

TR

112,1

US

160,6

ZZ

107,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2012

dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-istabbiliment ta’ Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

(2012/764/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 19) dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem il-“Protokoll ta’ Schengen”),

Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tal-Irlanda, bl-ittra tiegħu lill-President tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012, biex jipparteċipa f’ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif speċifikat f’dik l-ittra,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2002/192/KE (1), il-Kunsill awtorizza lill-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, f’konformità mal-kondizzjonijiet imniżżla f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

Fil-25 ta’ Ottubru 2011 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (2) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”).

(3)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1077/2011, l-Aġenzija hija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-Eurodac, u tista’ ssir responsabbli għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira oħra fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, abbażi ta’ strument leġislattiv rilevanti, ibbażat fuq it-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(4)

L-Aġenzija għandha personalità ġuridika unika u hija kkaratterizzata mill-unità tal-istruttura organizzattiva u finanzjarja tagħha. Għal dak il-għan, u f’konformità mal-Artikolu 288 tat-TFUE, l-Aġenzija ġiet stabbilita permezz ta’ strument leġislattiv uniku li hu applikabbli fl-intier tiegħu fl-Istati Membri marbuta bih. Dan jeskludi l-possibbiltà ta’ applikabbiltà parzjali tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għall-Irlanda. Konsegwentement, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 fl-intier tiegħu huwa applikabbli għall-Irlanda.

(5)

Is-SIS II hija parti mill-acquis ta’ Schengen. Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (4) jirregolaw l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS II. Madankollu, l-Irlanda ħadet sehem biss fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI li tiżviluppa d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 1(a)(ii) tad-Deċiżjoni 2002/192/KE.

(6)

Il-VIS hija wkoll parti mill-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda la ħadet sehem fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/512/KE (5), tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 (6) u tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI (7) li jirregolaw l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tal-VIS u lanqas ma hija marbuta bihom.

(7)

L-Eurodac mhix parti mill-acquis ta’ Schengen. L-Irlanda ħadet sehem fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 (8) li jirregola l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tal-Eurodac u hija marbuta bih. Madankollu, safejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jirrigwardaw l-Eurodac, f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 u għaldaqstant mhix marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Irlanda innotifikat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill permezz tal-ittri tal-14 ta’ Marzu 2012, bl-intenzjoni tagħha li taċċetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jirrigwardaw l-Eurodac.

(9)

F’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni kkonfermat permezz tad-Deċiżjoni C(2012) 4881 tat-18 ta’ Lulju 2012, l-applikazzjoni għall-Irlanda tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw l-Eurodac. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jidħol fis-seħħ għall-Irlanda fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-talba tal-Irlanda li tieħu sehem fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jirrigwardaw is-SIS II, kif irregolat mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, u li jirrigwardaw il-VIS.

(10)

Minħabba li wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4881, l-ewwel prekondizzjoni għall-parteċipazzjoni tal-Irlanda fid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-Eurodac tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tkun sodisfatta, u minħabba l-parteċipazzjoni parzjali tagħha fid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-SIS II, l-Irlanda għandha d-dritt li tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Aġenzija, sal-punt li l-Aġenzija hi responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II kif irregolata bid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, u t-tmexxija operattiva tal-Eurodac.

(11)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mat-Trattati u l-Protokolli applikabbli, u fl-istess ħin jiġu ssalvagwardjati l-unità u l-konsistenza tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011, l-Irlanda talbet, permezz tal-ittra tal-14 ta’ Marzu 2012, biex tieħu sehem f’dak ir-Regolament taħt l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen sal-punt li l-Aġenzija hi responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II kif irregolata bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u t-tmexxija operattiva tal-VIS.

(12)

Il-Kunsill jirrikonoxxi d-dritt tal-Irlanda li, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen, tagħmel talba għal parteċipazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, sal-punt li l-Irlanda ma tipparteċipax f’dak ir-Regolament għal raġunijiet oħra.

(13)

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 hi mingħajr preġudizzju għall-fatt li fil-preżent l-Irlanda ma tipparteċipax u ma tistgħax tipparteċipa fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-moviment liberu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-politika dwar il-viżi u l-qsim minn persuni tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 fih dispożizzjonijiet speċifiċi li jirriflettu din il-pożizzjoni speċjali tal-Irlanda, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ votazzjoni limitati fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija.

(14)

Il-Kumitat Imħallat, stabbilit skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), ġie infurmat dwar it-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dak il-Ftehim.

(15)

Il-Kumitat Imħallat, stabbilit skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10), ġie infurmat dwar it-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dak il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sussegwentement għad-Deċiżjoni 2002/192/KE, l-Irlanda għandha tieħu sehem fir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja safejn ikun relatat mat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (VIS) u l-partijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), fejn l-Irlanda ma tipparteċipax.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LOUCA


(1)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(2)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(4)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(6)  Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1).

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/765/PESK

tal-10 ta' Diċembru 2012

li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/333/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/333/PESK li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa meħtieġ li ssir reviżjoni kompleta tal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika d-Deċiżjoni 2012/333/PESK.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill għamel fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata b'konsegwenza ta' dan, u d-Deċiżjoni 2012/333/PESK għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2012/333/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 72.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-"Hofstadgroep"

6.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwieled fl-10.09.1971 f'Alġeri (l-Alġerija) – membru ta' "al-Takfir" u "al-Hijra"

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

8.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.04.1965 jew fl-01.03.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

9.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran

10.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

11.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta' Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa"

3.

"Al-Aqsa e.V."

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra"

5.

"Babbar Khalsa"

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi" – "IBDA-C" ("Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant")

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

10.

"Hizbul Mujahideen" – "HM"

11.

"Hofstadgroep"

12.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

13.

Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" – "ISYF"

14.

Il-"Forza Khalisan Zindabad" – "KZF"

15.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" –"PKK", (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

16.

"Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" – "LTTE"

17.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

18.

Il-"Jihad Islamika Palestinjana" – "PIJ"

19.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" – "PFLP"

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

21.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" – "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

22.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" – "DHKP/C" (magħruf ukoll bħala "Devrimci Sol" ("Xellug Rivoluzzjonarju"), magħruf ukoll bħala "Dev Sol") (L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu)

23.

"Sendero Luminoso" – "SL" It-("Triq li Tiddi")

24.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

25.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" - "TAK" (magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħruf wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks")


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8900)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/766/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda.

(2)

Dawk il-miżuri preventivi jinkludu obbligu fuq l-Istati Membri biex jassiguraw li l-immaniġġjar tal-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka u d-dijanjożi jitwettaq biss fil-laboratorji approvati elenkati fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE.

(3)

Ir-Renju Unit informa uffiċjalment lill-Kummissjoni li isem il-laboratorju nazzjonali elenkat fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE li jinsab f’dak l-Istat Membru nbidel.

(4)

Għal ċertezza legali, huwa importanti li l-lista ta’ laboratorji nazzjonali stabbilita fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE tinżamm aġġornata. Għaldaqstant, huwa neċessarju li tinbidel l-annotazzjoni għar-Renju Unit fil-lista tal-laboratorji nazzjonali stabbiliti fil-parti A ta’ dak l-Anness.

(5)

L-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE, l-annotazzjoni għar-Renju Unit tinbidel b’dan li ġej:

“UK

Ir-Renju Unit

The Pirbright Institute

Ir-Renju Unit

L-Estonja

Il-Finlandja

L-Irlanda

Il-Latvja

Malta

Is-Slovenja

L-Isvezja”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.


11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/54


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li tinnomina laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/393/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8901)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/767/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda.

(2)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula, fost affarijiet oħra, li għandu jiġi nominat laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fl-Anness XVI tiegħu.

(3)

Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ħarġet offerta għall-għażla ta’ dak il-laboratorju ta’ referenza tal-UE, waqt li qieset il-kriterji tal-kompetenza teknika u xjentifika u tal-kompetenza tal-persunal.

(4)

Wara t-tlestija tal-proċedura tal-għażla, il-laboratorju li ntgħażel, l-Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Pirbright Laboratory sponsorizzat mill-Kunsill tar-Riċerka tal-Bijoteknoloġija u tax-Xjenzi Bioloġiċi (BBSRC), ġie nnominat, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393/KE (2), bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mis-7 ta’ Ġunju 2006.

(5)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tirrevedi n-nomina tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fid-dawl tal-konformità tiegħu mal-funzjonijiet u d-dmirijiet ta’ dak il-laboratorju speċifikat fl-Anness XVI tagħha.

(6)

Il-valutazzjoni, mibdija mill-Kummissjoni u mlestija f’April 2011, ikkonkludiet li l-Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Pirbright Laboratory, jaqdi sew il-funzjonijiet u d-dmirijiet kollha tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer kif stipulat fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE u tar-responsabilitajiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE kif stipulat fl-Artikolu 32(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (3).

(7)

In-nomina ta’ dak il-laboratorju bħala laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer għandha għalhekk tiġġedded għal perjodu ta’ żmien indefinit.

(8)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit informa uffiċjalment lill-Kummissjoni li l-Istitut għas-Saħħa tal-Annimali, Pirbright Laboratory, issa jismu Pirbright Institute.

(9)

Biex jiġi evitat kull xkiel fl-attivitajiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, huwa xieraq li l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni japplikaw retroattivament, mis-7 ta’ Ġunju 2011.

(10)

Għall-finijiet taċ-ċarezza u s-semplifikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2006/393/KE għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Pirbright Institute, tal-Kunsill ta’ Riċerka tal-Bijoteknoloġija u tax-Xjenzi Bioloġiċi (BBSRC) fir-Renju Unit, huwa nominat bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

2.   Ir-regoli li jistabbilixxu l-funzjonjiet u d-dmirijiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE msemmi fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2006/393/KE hija b’dan revokata.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tapplika mis-7 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 152, 7.6.2006, p. 31.

(3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.