ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.332.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 332

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
4 ta' Diċembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1139/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1140/2012 tat-28 ta’ Novembru 2012 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Coppia Ferrarese (IĠP)]

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2012 tat-30 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju (saithe) fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 li jemenda għall-182 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/45/UE tat-3 ta’ Diċembru 2012 li tadatta għat-tieni darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress xjentifiku u tekniku ( 1 )

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/743/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Atalanta/3/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

20

 

 

2012/744/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni Ewropea

21

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/745/PESK tat-3 ta’ Diċembru 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

22

 

 

2012/746/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2012 dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba li jitqassmu jew li jkunu disponibbli bla ħlas għall-vittmi tat-terremoti li seħħew fl-Italja f’Mejju 2012 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8687)

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 ( ĠU L 88, 24.3.2012 )

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1139/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fit-13 ta’ Awwissu, il-15 ta’ Awwissu, id-19 ta’ Ottubru, il-25 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu jiġi aġġornat u emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SYLIKIOTIS


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni u l-entità ta’ hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Nik Mohammad Dost Mohammad (alias Nik Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Zangi Abad, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta’ Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban, b’hekk jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani

2.

Atiqullah

Titlu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962. Post tat-twelid: Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan b) Distrett ta’ Arghandab Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alizai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f’Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjali tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan.

3.

Abdul Kabir Mohammad Jan (alias A. Kabir).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill taħt il-Ministri tar-reġim tat-Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangarhar taħt ir-reġim tat-Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta’ Baghlan, l-Afganistan, (b) Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Jiġbor flus minn traffikanti tad-droga, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f’Ottubru 2007.

4.

Mohammad Naim Barich Khudaidad (alias (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Avjazzjoni Ċivili tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Lakhi, Żona ta’ Hazarjuft, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Laki, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Lakari, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (e) Raħal ta’ De Luy Wiyalah, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Gerd-e-Jangal tat-Taliban minn Ġunju 2008, (b) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban minn Marzu 2010, (c) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan mill-2008, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Barich. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta’ Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

5.

Abdul Baqi Basir Awal Shah (alias Abdul Baqi)

Titlu: (a) Maulavi; (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban; (b) Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban; (c) Dipartiment Konsulari, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1960-1962 Post tat-twelid: (a) Belt ta’ Jalalabad, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan; (b) Distrett ta’ Shinwar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar fl-2008. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Baqi inizjalment serva bħala Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika għar-reġim Taliban. Susseġwentement inħatar Viċi-Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura. Huwa serva wkoll fid-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban.

Matul l-2003, Abdul Baqi kien involut f’attivitajiet militari kontra l-gvern fid-Distretti ta’ Shinwar, Achin, Naziyan u Dur Baba tal-Provinċja ta’ Nangarhar. Mill-2009 kien impenjat fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet militanti fir-reġjun kollu tal-lvant, b’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Nangarhar u fil-Belt ta’ Jalalabad.

6.

Rustum Hanafi Habibullah (alias (a) Rostam Nuristani (b) Hanafi Sahib).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, Distrett ta’ Do Aab, Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan, f’Mejju 2007, (b) Jappartjeni għat-tribù Nuristani, (c) Allegatament deċedut fil-bidu tal-2012. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

7.

Mohammad Wali Mohammad Ewaz (alias Mohammad Wali)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Jelawur, Distrett ta’ Arghandab, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan; (b) Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament deċedut f’Diċembru 2006 (b) Kien jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta’ spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban.

8.

Sayed Esmatullah Asem Abdul Quddus (alias (a) Esmatullah Asem (b) Asmatullah Asem) (c) Sayed Esmatullah Asem)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: Qalayi Shaikh, Distrett ta’ Chaparhar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membru tax-Shura tat-Taliban f’Peshawar, (d) Responsabbli għal attivitajiet Talibani fl-Afganistan f’Żoni Tribali taħt Ammistrazzjoni Federali, il-Pakistan, fl-2008, (e) Espert ewlieni f’attakki suwiċidi b’IED fl-2012. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-mument meta ddaħħal fil-lista, Sayed Esmatullah Asem kien ukoll is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. F’Mejju 2007, sar membru tat-tmexxija Talibana. Kien ukoll membru ta’ Kunsill reġjonali Taliban fl-2009.

Sayed Esmatullah Asem kien il-kmandant ta’ grupp ta’ ġellieda Talibani fid-Distrett ta’ Chaparhar, il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Huwa kien kmandant Taliban fil-Provinċja ta’ Konar, li, fl-2007, bagħat qattiela suwiċidi bil-bombi lejn diversi provinċji fil-lvant tal-Afganistan.

Lejn tmiem l-2008, Sayed Esmatullah Asem kien responsabbli għal bażi militari ta’ tħejjija Talibana fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

9.

Ahmad Taha Khalid Abdul Qadir.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Paktia (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, (b) Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Siddiq Khel, Distrett ta’ Naka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar mill-2011, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Zadran, (d) Soċju mill-qrib ta’ Sirajjudin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Taha kien ukoll Gvernatur taħt ir-reġim Taliban fil-provinċja ta’ Kunar fl-aħħar tal-2001. Huwa kien responsabbli mill-Provinċja ta’ Wardak għat-Taliban f’Settembru 2009.

10.

Mohammad Shafiq Ahmadi Fatih Khan (alias Mohammad Shafiq Ahmadi)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Charmistan, Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

11.

Abdul Wahab Abdul Ghafar (alias Abdul Wahab)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Chargé d’Affaires tat-Taliban f’Riyadh, l-Arabja Sawdija, (b) l-Ewwel Segretarju, Ambaxxata tat-Taliban f’Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: Villaġġ ta’ Kuzbahr, Distrett ta’ Khogyani, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta fl-2010, (b) Ikkonfermat li miet f’Diċembru tal-2010 fil-Pakistan, (c) Kien jappartjeni għat-tribù Khogyani. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

12.

Abdul Qadeer Basir Abdul Baseer (alias (a) Abdul Qadir (b) Ahmad Haji (c) Abdul Qadir Haqqani (d) Abdul Qadir Basir).

Titlu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Militari, Ambaxxata tat-Taliban, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Surkh Rod, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. (b) Distrett ta’ Hisarak, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: (a) Konsulent finanzjarju għall-Kunsill Militari tat-Taliban f’Peshawar u Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban f’Peshawar, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Qadeer Abdul Baseer kien it-teżorier tat-Taliban f’Peshawar, il-Pakistan, fl-2009. Huwa kien il-konsulent finanzjarju tal-Kunsill Militari tat-Taliban ta’ Peshawar u l-kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban ta’ Peshawar fil-bidu tal-2010. Huwa jgħaddi personalment il-flus mit-tmexxija tax-shura tat-Taliban lill-gruppi Talibani fil-Pakistan kollu.

13.

Mohammad Sadiq Amir Mohammad.

Titlu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan (b) Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: Allegatament deċedut. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Sadiq Amir Mohammad kien membru tal-majlis shura ġdida allegatament imħabbra minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006.

14.

Agha Jan Alizai (alias (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha (f) Abdul Habib).

Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta’ Hitemchai, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk ta’ traffikar tad-droga fil-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta’ traffikar tad-drogi f’Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi lit-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta’ traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta’ traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qablu li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżergħa l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi.

It-Taliban qabel ukoll li jipprovdi sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u tas-siti ta’ ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasportazzjoni lill-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta’ armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa’ ma’ mexxejja anzjani Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta’ passaporti qarrieqa Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai ipprovda passaport u fondi lil kmandant tat-Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

15.

Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (alias Saleh Mohammad).

Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1962, (b) l-1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Nalgham, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Sangesar, Distrett ta’ Panjway, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzata ta’ kuntrabandu fil-provinċji ta’ Kandahar u Helmand, l-Afganistan, (b) Qabel ħaddem laboratorji ta’ pproċessar tal-eroina f’Band-e-Timor, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (c) Kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Mirwais Mena, Distrett ta’ Dand fil-Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (d) Arrestat fl-2008-2009 u nżamm taħt kustodja fl-Afganistan fl-2011, (e) Konness biż-żwieġ ma’ Mullah Ubaidullah Akhund Yar Mohammad Akhund (f) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzata ta’ kuntrabandu fil-Provinċji ta’ Kandahar u Helmand, l-Afganistan, li kienet tissodisfa l-bżonnijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta’ pproċessar ta’ eroina fl-inħawi ta’ Band-e-Timor tal-Provinċja ta’ Kandahar, li kienu protetti mit-Taliban.

Kakar kien f’kuntatt ma’ mexxejja anzjani tat-Taliban, ġabar flus kontanti f’isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi, u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil membri anzjani tat-Taliban. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f’isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Kandahar u pprovda lit-Taliban b’vetturi biex jintużaw f’attakki suwiċidi.

16.

Sangeen Zadran Sher Mohammad (alias (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori)

Titolu: a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi) b) Mullah Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor 1976 b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Data tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta’ Ziruk, Provinċja ta’ Paktika, Afghanistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow Gvernatur għall-provinċja ta’ Paktika, l-l-Afganistan, u kmandant tan-Netwerk Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afgansitan u l-Pakistan. Logutenent Anzjan għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (b) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU: 16.8.2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta’ Haqqani. In-Netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta’ profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta’ Haqqani Sirajuddin Haqqani.

Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta’ ġellieda f’attakki madwar ix-Xlokk tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta’ ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f’bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED).

Barra mir-rwol tiegħu f’dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta’ Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

17.

Jan Mohammad Madani Ikram

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Chargé d’Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1954-1955. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Alizai. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

18.

Abdul Manan Mohammad Ishak

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Segretarju Ewlieni, Ambaxxata Talibana, Riyadh, l-Arabja Sawdija (b) Attaché Kummerċjali, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1940-1941. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Manan sar kmandant għoli Taliban fil-Provinċji ta’ Paktia, Paktika u Khost tal-Lvant tal-Afganistan. Huwa kien ukoll responsabbli għall-moviment tal-ġellieda u l-armi Talibani minn naħa għal oħra tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

19.

Din Mohammad Hanif (alias (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad).

Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b) 1.1.1969 (bħala Iadena Mohammad) Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan. (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Passaport Nru: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad) Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haji Khairullah Haji Sattar money exhange (alias (a) Hai Khairullah Money Exchange (b) Haji Khair Ullah Money Service (c) Haji Salam Hawala (d) Haji Hakim Hawala (e) Haji Alim Hawala (f) Sarafi-yi Haji Khairullah Haji Satar Haji Esmatullah (g) Haji Khairullah- Haji Sattar Sarafi (h) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Chohar Mir Road, Kandahari Bazaar, Quetta City, Baluchistan Province, Pakistan; ii) Room number 1, Abdul Sattar Plaza, Hafiz Saleem Street, Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Shop number 3, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Office number 3, Near Fatima Jinnah Road, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Kachara Road, Nasrullah Khan Chowk, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Wazir Mohammad Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: Peshawar, Khyber Paktunkhwa Province, Pakistan; (c) Branch Office 3: Moishah Chowk Road, Lahore, Punjab Province, Pakistan; (d) Branch Office 4: Karachi, Sindh Province, Pakistan; (e) Branch Office 5: i) Larran Road number 2, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan ii) Chaman Central Bazaar, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan; (f) Branch Office 6: Shop number 237, Shah Zada Market (magħruf ukoll bħala Sarai Shahzada), Puli Khisti area, Police District 1, Kabul, Afghanistan, Telefon: +93-202-103386, +93-202-101714, 0202-104748, Mobile: +93-797-059059, +93-702-222222 (g) Branch Office 7: i) Shops number 21 and 22, 2nd Floor, Kandahar City Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) New Sarafi Market, 2nd Floor, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan iii) Safi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan; (h) Branch Office 8: Gereshk City, Nahr-e Saraj District, Helmand Province, Afghanistan; (i) Branch Office 9: i) Lashkar Gah Bazaar, Lashkar Gah, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan ii) Haji Ghulam Nabi Market, 2nd Floor, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan; (j) Branch Office 10: i) Suite numbers 196-197, 3rd Floor, Khorasan Market, Herat City, Herat Province, Afghanistan ii) Khorasan Market, Shahre Naw, District 5, Herat City, Herat Province, Afghanistan; (k) Branch Office 11: i) Sarafi Market, Zaranj District, Nimroz Province, Afghanistan ii) Ansari Market, 2nd Floor, Nimroz Province, Afghanistan; (l) Branch Office 12: Sarafi Market, Wesh, Spin Boldak District, Afghanistan; (m) Branch Office 13: Sarafi Market, Farah, Afghanistan; (n) Branch Office 14: Dubai, United Arab Emirates; (o) Branch Office 15: Zahedan, Iran; (p) Branch Office 16: Zabul, Iran. Numri tat-taxxa u tal-liċenzja: (a) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 1774308; (b) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 0980338; (c) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 3187777; (d) Numru tal-Liċenzja Afgan ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Flus: 044. Informazzjoni oħra: (a) Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange kien jintuża mit-tmexxija tat-Taliban biex jiġu ttrasferiti flus lil kmandanti tat-Taliban biex jiġu ffinanzjati ġellieda u operaturi fl-Afganistan fl-2011. (b) Assoċjat ma’ Abdul Sattar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS) jappartjeni b’mod konġunt għal Abdul Satar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Satar u Khairullah ħaddmu skambji ta’ flus fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Mexxejja tat-Taliban użaw l-HKHS biex iqassmu flus lil gvernaturi alternattivi u kmandanti u biex jirċievu trasferimenti ta’ hawala (rimessa ta’ flus informali) għat-Taliban. Fl-2011, it-tmexxija tat-Taliban għaddiet flus lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan bl-użu tal-HKHS. Lejn l-aħħar tal-2011, il-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, intużat biex tibgħat flus lill-gvernatur alternattiv tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Helmand. F’nofs l-2011, kmandant tat-Taliban uża fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja ġellieda u operaturi fl-Afganistan. Wara li t-Taliban iddepożitaw ammont sinfikanti ta’ flus kontanti kull xahar ma’ din il-fergħa tal-HKHS, kmandanti tat-Taliban setgħu jaċċessaw il-fondi minn kwalunkwe fergħa tal-HKHS. Il-persunal tat-Taliban użaw l-HKHS fl-2010 biex jittrasferixxu flus lil hawalas fl-Afganistan fejn kmandanti operazzjonali setgħu jaċċessaw il-fondi. Lejn tmiem l-2009, il-mexxej tal-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah ħa ħsieb il-moviment ta’ fondi tat-Taliban permezz tal-HKHS.

II.   L-entrati ta’ hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 753/2011.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Rauf Zakir (alias Qari Zakir)

Titlu: Qari Data tat-twelid: Bejn l-1969 u l-1971 Post tat-Twelid: Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan Nazzjonalità: Afgana Informazzjoni oħra: (a) Kap tal-operazzjonijiet suwiċida għan-Netwerk ta’ Haqqan taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u responsabbli għall-operazzjonijiet kollha fil-provinċji ta’ Kabul, Takhar, Kunduz u Baghlan. (b) Jissorvelja t-taħriġ tal-attakkanti suwiċida u jagħti struzzjonijiet dwar kif jinbena apparat esplożiv improvviżat (IEDs). Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haqqani Network (alias HQN)

Informazzjoni oħra: (a) Netwerk ta’ ġellieda Talibani kkonċentrati madwar il-fruntiera bejn il-Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan u t-Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. (b) Twaqqaf minn Jalaluddin Haqqani u attwalment immexxi minn ibnu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Membri oħra elenkati jinkludu Nasiruddin Haqqani, Sangeen Zadran Sher Mohammad, Abdul Aziz Abbasin, Fazl Rabi, Ahmed Jan Wazir, Bakht Gul, Abdul Rauf Zakir. (c) Responsabbli mill-attakki suwiċida u qtil immirat kif ukoll ħtif f’Kabul u provinċji oħra tal-Afganistan. (d) Konness mal-Al-Qaida, il-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan, Tehrik-e Taliban Pakistan, Lashkar I Jhangvi, u Jaish-IMohammed. Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012


4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1140/2012

tat-28 ta’ Novembru 2012

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Coppia Ferrarese (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Coppia Ferrarese”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2036/2001 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 275, 18.10.2001, p. 9.

(4)  ĠU C 75, 14.3.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 2.4.   Ħobż, pasti, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

L-ITALJA

Coppia Ferrarese (IĠP)


4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1141/2012

tat-30 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju (saithe) fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

68/TQ44

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk

POK/04-N

Speċi

Pollakkju (saithe) (Pollachius virens)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta’ 62° N

Data

5.11.2012


4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1142/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

li jemenda għall-182 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Fil-25 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi ħames persuni fiżiċi oħra mil-lista. Barra minn hekk, fil-15 ta’ Novembru 2012 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda disa’ partiti fil-lista.

(3)

Is-Slovenja talbet li għandhom jiġu emendati d-dettalji tal-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tagħha.

(4)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(5)

L-Annessi I u II mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandhom b’hekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:

(a)

‘Ibrahim Ben Hedhili Ben Mohamed Al-Hamami. Indirizz: Via Vistarini Numru 3, Frazione Zorlesco, Casal Pusterlengo, Lodi, l-Italja. Data tat-twelid: 20.11.1971. Post tat-twelid: Koubellat, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: Z106861 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-18.2.2004, li skada fis-17.2.2009). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.’

(b)

‘Habib Ben Ali Ben Said Al-Wadhani. Data tat-twelid: 1.6.1970. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L550681 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.9.1997 li skada fit-22.9.2002). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: WDDHBB70H10Z352O; (b) Membru tal-Grupp ta’ Ġellieda Tuneżin; (c) Irrappurtat mejjet; (d) Isem l-omm hu Aisha bint Mohamed. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.’

(c)

‘Sulayman Khalid Darwish (alias (a) Abu al-Ghadiya (b) Suleiman Darwish). Data tat-twelid: (a) 2.5.1976, (b) 1974. Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Al-Ebada, Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjana. Numru tal-passaport: (a) 3936712 (passaport Sirjan), (b) 11012 (passaport Sirjan). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Khalid Darwish bin Qasim; (b) Irrappurtat mejjet fl-2005 fl-Iraq. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 28.1.2005.’

(d)

‘Suhayl Fatilloevich Buranov (alias Suhayl Fatilloyevich Buranov). Isem bil-kitba oriġinali: Бypaнов Сухайл Фатиллоевич Indirizz: Massiv Kara-Su-6, binja 12, apt. 59, Tashkent, l-Uzbekistan Data tat-twelid: 1983. Post tat-twelid: Tashkent, l-Uzbekistan. Nazzjonalità: Uzbeka. Tagħrif ieħor: (a) Kien wieħed mill-mexxejja tal-Grupp Ġiħad Islamiku; (b) Irrappurtat mejjet fil-Pakistan fl-2009. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.4.2008.’

(e)

‘Najmiddin Kamolitdinovich Jalolov. Isem bil-kitba oriġinali: Жалолов Ηажмиддин Камолитдинович. Indirizz: Triq S. Jalilov 14, Khartu, Ir-Reġjun ta’ Andijan, l-Uzbekistan. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: ir-Reġjun ta’ Andijan, l-Uzbekistan. Nazzjonalità: Uzbeka. Tagħrif ieħor: (a) Kien wieħed mill-mexxejja tal-Grupp Ġiħad Islamiku; (b) Irrappurtat mejjet fil-Pakistan f’Settembru tal-2009. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.4.2008.’

(f)

‘Mahdhat Mursi Al-Sayyid Umar (alias (a) Abu Hasan, (b) Abu Khabab, (c) Abu Rabbab). Data tat-twelid: 19.10.1953. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-Ġiħad Islamika Eġizzjana (b) Ikkonfermat li miet fil-Pakistan fl-2008. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.9.2005. ’

(2)

L-annotazzjoni ‘Dieman Abdulkadir Izzat (alias Deiman Alhasenben Ali Aljabbari). Indirizz: il-Bavarja, il-Ġermanja. Data tat-twelid: 4.7.1965. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0141062. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Dieman Abdulkadir Izzat (alias Deiman Alhasenben Ali Aljabbari). Indirizz: il-Bavarja, il-Ġermanja. Data tat-twelid: 4.7.1965. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0141062 (irrevokat f’Settembru 2012). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’

(3)

L-annotazzjoni ‘Mazen Salah Mohammed (alias (a) Mazen Ali Hussein, (b) Issa Salah Muhamad). Data tat-twelid: (a) 1.1.1982, (b) 1.1.1980. Post tat-twelid: Bagdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż ("Reiseausweis") A 0144378. Indirizz: il-Ġermanja. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-Alsar Al-Islam; (b) Fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Mazen Salah Mohammed (alias (a) Mazen Ali Hussein, (b) Issa Salah Muhamad). Data tat-twelid: (a) 1.1.1982, (b) 1.1.1980. Post tat-twelid: Bagdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0144378 (irrevokat f’Settembru 2012). Indirizz: 94051 Hauzenberg, il-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’

(4)

L-annotazzjoni ‘Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk). Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż ("Reiseausweise") A 0139243. Indirizz: il-Ġermanja. Tagħrif ieħor: Fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed, (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk). Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0139243 (irrevokat f’Settembru 2012). Indirizz: Iraq. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.’

(5)

L-annotazzjoni ‘Yahia Djouadi (alias (a) Yahia Abou Ammar; (b) Abou Ala). Data tat-twelid: 1.1.1967. Post tat-twelid: M’Hamid,Wilaya (provinċja) ta’ Sidi Bel Abbes, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta’ Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. (b). Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; (c) Isem l-omm: Zohra Fares. Isem il-missier: Mohamed.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Yahia Djouadi (alias (a) Yahia Abou Ammar, (b) Abou Ala). Data tat-twelid: 1.1.1967. Post tat-twelid: M’Hamid,Wilaya (provinċja) ta’ Sidi Bel Abbes, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; (b) Isem l-omm hu Zohra Fares; (c) Isem il-missier hu Mohamed. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’

(6)

L-annotazzjoni ‘Amor Mohamed Ghedeir (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid; (b) Youcef Adel; (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta’ Illizu, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; (b) Isem il-missier hu Mabrouk. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Amor Mohamed Ghedeir (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid, (b) Youcef Adel, (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta’ Illizi, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; (b) Isem il-missier hu Mabrouk. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’

(7)

L-annotazzjoni ‘Salah Gasmi (alias (a) Abou Mohamed Salah; (b) Bounouadher). Data tat-twelid: 13.4.1974. Post tat-twelid: Zeribet El Oued, Wilaya (provinċja) ta’ Biskra, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta’ Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. B’mod partikolari involut fl-attivitajiet ta’ propaganda tal-organizazzjoni; (b) Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; (c) Isem l-omm: Yamina Soltane. Isem il-missier: Abdelaziz.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Salah Eddine Gasmi (alias (a) Abou Mohamed Salah, (b) Bounouadher). Data tat-twelid: 13.4.1974. Post tat-twelid: Zeribet El Oued, Wilaya (provinċja) ta’ Biskra, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: l-Alġerija. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Yamina Soltane; (b) Isem il-missier hu Abdelaziz. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’

(8)

L-annotazzjoni ‘Ahmed Deghdegh (alias Abd El Illah). Data tat-twelid: 17.1.1967. Post tat-twelid: Anser, Wilaya (il-provinċja) ta’ Jijel, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta’ Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. B’mod partikolari involut fil-finanzi tal-organizazzjoni; (b) Isem l-omm: Zakia Chebira. Isem il-missier: Lakhdar.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Ahmed Deghdegh (alias (a) Abd El Illah, (b) Abdellillah, (c) Abdellah Ahmed, (d) Said). Data tat-twelid: 17.1.1967. Post tat-twelid: Anser, Wilaya (il-provinċja) ta’ Jijel, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: l-Alġerija. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Zakia Chebira; (b) Isem il-missier hu Lakhdar. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’

(9)

L-annotazzjoni ‘Khalifa: Muhammad Turki Al-Subaiy (alias (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie; (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie; (c) Khalifa Al-Subayi; (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy). Data tat-twelid: 1.1.1965. Nazzjonalità: Qaratija. Numru tal-passaport: 00685868 (maħruġ f’Doha fil-5.2.2006 u li skada fl-4.2.2010). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatari). Indirizz: Doha, Qatar. Tagħrif ieħor: Arrestat fil-Qatar f’Marzu 2008. Skonta s-sentenza tiegħu f’Qatar u ġie rilaxxat mid-detenzjoni. Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Khalifa Muhammad Turki Al-Subaiy (alias (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie, (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie, (c) Khalifa Al-Subayi, (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy). Data tat-twelid: 1.1.1965. Post tat-twelid: Doha, Qatar. Nazzjonalità: Qaratija. Numru tal-passaport: 00685868 (maħruġ f’Doha fil-5.2.2006 u li skada fl-4.2.2010). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatari). Indirizz: Doha, Qatar. Tagħrif ieħor: Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.’

(10)

L-annotazzjoni ‘Redouane El Habhab (alias Abdelrahman). Indirizz: Iltisstrasse 58, 24143 Kiel, il-Ġermanja (indirizz ta’ qabel). Data tat-twelid: 20.12.1969. Post tat-twelid: Casablanca, il-Marokk. Nazzjonalità: (a) Ġermaniża, (b) Marokkina. Numru tal-passaport: 1005552350 (Passaport Ġermaniż maħruġ fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skada fis-26.3.2011). Numru tal-Karta tal-Identità: 1007850441 (Karta tal-identità federali Ġermaniża maħruġa fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skadiet fis-26.3.2011). Tagħrif ieħor: Attwalment fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2008.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Redouane El Habhab (alias Abdelrahman). Indirizz: Iltisstrasse 58, 24143 Kiel, il-Ġermanja (indirizz ta’ qabel). Data tat-twelid: 20.12.1969. Post tat-twelid: Casablanca, il-Marokk. Nazzjonalità: (a) Ġermaniża, (b) Marokkina. Numru tal-passaport: 1005552350 (Passaport Ġermaniż maħruġ fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skada fis-26.3.2011). Numru tal-Karta tal-Identità: 1007850441 (Karta tal-identità federali Ġermaniża maħruġa fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta’ Kiel, il-Ġermanja, li skadiet fis-26.3.2011). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2008.’


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura ‘is-Slovenja’ għandhom jiġu sostitwiti bi:

‘Artikolu 2a

Ministrstvo za finance

Župančičeva 3

1502 Ljubljana

Tel.: +386 1 369 5200

Faks: + 386 1 369 6659

Posta elettronika: gp.mf@gov.si

Artikolu 2b

Banka Slovenije

Slovenska 35

1505 Ljubljana

Slovenija

Tel.: + 386 1 471 90 00

Faks: + 386 1 251 55 16

Posta elettronika: info@bsi.si:

Artikolu 5

Ministrstvo za zunanje zadeve

Prešernova cesta 25

1001 Ljubljana

Tel.: + 386 1 478 2000

Faks: + 386 1 478 2340

Posta elettronika: gp.mzz@gov.si’


4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1143/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,7

MA

54,3

TN

74,5

TR

71,1

ZZ

62,2

0707 00 05

AL

65,0

MA

133,1

TR

129,5

ZZ

109,2

0709 93 10

MA

115,9

TR

121,0

ZZ

118,5

0805 20 10

MA

77,3

ZZ

77,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

71,1

HR

45,0

MA

91,3

TR

79,5

ZZ

71,7

0805 50 10

TR

77,0

ZZ

77,0

0808 10 80

MK

34,4

US

125,1

ZA

214,1

ZZ

124,5

0808 30 90

CN

47,7

TR

116,3

US

159,5

ZZ

107,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/18


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/45/UE

tat-3 ta’ Diċembru 2012

li tadatta għat-tieni darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress xjentifiku u tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1 u l-Anness III, it-Taqsima III.1 tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi fuq it-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni kif definit fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. Konsegwentement, il-verżjonijiet li ġew emendati l-aħħar ta’ dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013, b’perjodu tranżitorju sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(3)

L-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1 u l-Anness III, it-Taqsima III.1 tad-Direttiva 2008/68/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan:

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2008/68/KE

Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Anness I, it-Taqsima I.1 tinbidel b’dan li ġej:

‘I.1.   ADR

L-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, kif mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ tinbidel bi ‘Stat Membru’ kif xieraq.’

2.

Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tinbidel b’dan li ġej:

‘II.1.   RID

L-Anness tar-RID, li jidher fl-Appendiċi C tal-COTIF, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, kif mifhum illi l-frażi ‘Stat Kontraenti RID’ tinbidel bi ‘Stat Membru’ kif xieraq.’

3.

Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 tinbidel b’dan li ġej:

‘III.1.   ADN

Ir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, kif mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ tinbidel bi ‘Stat Membru’ kif xieraq.’

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


DEĊIŻJONIJIET

4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/3/2012

tas-27 ta’ Novembru 2012

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2012/743/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 (1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fit-3 ta' Lulju 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/2/2012 (2) dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Enrico CREDENDINO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta).

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Viċi Ammirall Pedro Ángel GARCĺA DE PAREDES PÉREZ DE SEVILLA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għall-Atalanta bħala s-suċċessur tal-Viċi Ammirall Enrico CREDENDINO.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Pedro Ángel GARCÍA DE PAREDES PÉREZ DE SEVILLA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja mis-6 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Atalanta/2/2012 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2012.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Atalanta/2/2012 tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ĠU L 176, 6.7.2012, p. 64).


4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Novembru 2012

li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni Ewropea

(2012/744/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Frar 2010 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta’ Ottubru 2014.

(2)

Fl-ittra bid-data tas-16 ta’ Ottubru 2012, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sur John DALLI kien irriżenja b’effett immedjat mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni.

(3)

F’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b’riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4)

Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Tonio BORG bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta’ Ottubru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  L-Opinjoni tal-21 ta’ Novembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 38,11.2.2010, p. 7.


4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/745/PESK

tat-3 ta’ Diċembru 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fit-13 ta’ Awwissu, il-15 ta’ Awwissu, id-19 ta’ Ottubru, il-25 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi aġġornat u emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SYLIKIOTIS


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni u l-entità ta’ hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Nik Mohammad Dost Mohammad (alias Nik Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Zangi Abad, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta’ Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban, b’hekk jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani

2.

Atiqullah

Titlu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962. Post tat-twelid: Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan b) Distrett ta’ Arghandab Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alizai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f’Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjali tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan.

3.

Abdul Kabir Mohammad Jan (alias A. Kabir).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill taħt il-Ministri tar-reġim tat-Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangarhar taħt ir-reġim tat-Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta’ Baghlan, l-Afganistan, (b) Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Jiġbor flus minn traffikanti tad-droga, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f’Ottubru 2007.

4.

Mohammad Naim Barich Khudaidad (alias (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Avjazzjoni Ċivili tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Lakhi, Żona ta’ Hazarjuft, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Laki, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Lakari, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (e) Raħal ta’ De Luy Wiyalah, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Gerd-e-Jangal tat-Taliban minn Ġunju 2008, (b) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban minn Marzu 2010, (c) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan mill-2008, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Barich. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta’ Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

5.

Abdul Baqi Basir Awal Shah (alias Abdul Baqi)

Titlu: (a) Maulavi; (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban; (b) Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban; (c) Dipartiment Konsulari, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1960-1962 Post tat-twelid: (a) Belt ta’ Jalalabad, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan; (b) Distrett ta’ Shinwar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar fl-2008. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Baqi inizjalment serva bħala Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika għar-reġim Taliban. Susseġwentement inħatar Viċi-Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura. Huwa serva wkoll fid-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban.

Matul l-2003, Abdul Baqi kien involut f’attivitajiet militari kontra l-gvern fid-Distretti ta’ Shinwar, Achin, Naziyan u Dur Baba tal-Provinċja ta’ Nangarhar. Mill-2009 kien impenjat fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet militanti fir-reġjun kollu tal-lvant, b’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Nangarhar u fil-Belt ta’ Jalalabad.

6.

Rustum Hanafi Habibullah (alias (a) Rostam Nuristani (b) Hanafi Sahib).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, Distrett ta’ Do Aab, Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan, f’Mejju 2007, (b) Jappartjeni għat-tribù Nuristani, (c) Allegatament deċedut fil-bidu tal-2012. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

7.

Mohammad Wali Mohammad Ewaz (alias Mohammad Wali)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Jelawur, Distrett ta’ Arghandab, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan; (b) Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament deċedut f’Diċembru 2006 (b) Kien jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta’ spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban.

8.

Sayed Esmatullah Asem Abdul Quddus (alias (a) Esmatullah Asem (b) Asmatullah Asem) (c) Sayed Esmatullah Asem)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: Qalayi Shaikh, Distrett ta’ Chaparhar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membru tax-Shura tat-Taliban f’Peshawar, (d) Responsabbli għal attivitajiet Talibani fl-Afganistan f’Żoni Tribali taħt Ammistrazzjoni Federali, il-Pakistan, fl-2008, (e) Espert ewlieni f’attakki suwiċidi b’IED fl-2012. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-mument meta ddaħħal fil-lista, Sayed Esmatullah Asem kien ukoll is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. F’Mejju 2007, sar membru tat-tmexxija Talibana. Kien ukoll membru ta’ Kunsill reġjonali Taliban fl-2009.

Sayed Esmatullah Asem kien il-kmandant ta’ grupp ta’ ġellieda Talibani fid-Distrett ta’ Chaparhar, il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Huwa kien kmandant Taliban fil-Provinċja ta’ Konar, li, fl-2007, bagħat qattiela suwiċidi bil-bombi lejn diversi provinċji fil-lvant tal-Afganistan.

Lejn tmiem l-2008, Sayed Esmatullah Asem kien responsabbli għal bażi militari ta’ tħejjija Talibana fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

9.

Ahmad Taha Khalid Abdul Qadir.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Paktia (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, (b) Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Siddiq Khel, Distrett ta’ Naka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar mill-2011, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Zadran, (d) Soċju mill-qrib ta’ Sirajjudin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Taha kien ukoll Gvernatur taħt ir-reġim Taliban fil-provinċja ta’ Kunar fl-aħħar tal-2001. Huwa kien responsabbli mill-Provinċja ta’ Wardak għat-Taliban f’Settembru 2009.

10.

Mohammad Shafiq Ahmadi Fatih Khan (alias Mohammad Shafiq Ahmadi)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Charmistan, Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

11.

Abdul Wahab Abdul Ghafar (alias Abdul Wahab)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Chargé d’Affaires tat-Taliban f’Riyadh, l-Arabja Sawdija, (b) l-Ewwel Segretarju, Ambaxxata tat-Taliban f’Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: Villaġġ ta’ Kuzbahr, Distrett ta’ Khogyani, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta fl-2010, (b) Ikkonfermat li miet f’Diċembru tal-2010 fil-Pakistan, (c) Kien jappartjeni għat-tribù Khogyani. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

12.

Abdul Qadeer Basir Abdul Baseer (alias (a) Abdul Qadir (b) Ahmad Haji (c) Abdul Qadir Haqqani (d) Abdul Qadir Basir).

Titlu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Militari, Ambaxxata tat-Taliban, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Surkh Rod, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. (b) Distrett ta’ Hisarak, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: (a) Konsulent finanzjarju għall-Kunsill Militari tat-Taliban f’Peshawar u Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban f’Peshawar, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Qadeer Abdul Baseer kien it-teżorier tat-Taliban f’Peshawar, il-Pakistan, fl-2009. Huwa kien il-konsulent finanzjarju tal-Kunsill Militari tat-Taliban ta’ Peshawar u l-kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban ta’ Peshawar fil-bidu tal-2010. Huwa jgħaddi personalment il-flus mit-tmexxija tax-shura tat-Taliban lill-gruppi Talibani fil-Pakistan kollu.

13.

Mohammad Sadiq Amir Mohammad.

Titlu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan (b) Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: Allegatament deċedut. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Sadiq Amir Mohammad kien membru tal-majlis shura ġdida allegatament imħabbra minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006.

14.

Agha Jan Alizai (alias (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha (f) Abdul Habib).

Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta’ Hitemchai, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk ta’ traffikar tad-droga fil-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta’ traffikar tad-drogi f’Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi lit-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta’ traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta’ traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qablu li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżergħa l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi.

It-Taliban qabel ukoll li jipprovdi sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u tas-siti ta’ ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasportazzjoni lill-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta’ armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa’ ma’ mexxejja anzjani Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta’ passaporti qarrieqa Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai ipprovda passaport u fondi lil kmandant tat-Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

15.

Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (alias Saleh Mohammad).

Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1962, (b) l-1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Nalgham, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Sangesar, Distrett ta’ Panjway, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzata ta’ kuntrabandu fil-provinċji ta’ Kandahar u Helmand, l-Afganistan, (b) Qabel ħaddem laboratorji ta’ pproċessar tal-eroina f’Band-e-Timor, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (c) Kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Mirwais Mena, Distrett ta’ Dand fil-Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (d) Arrestat fl-2008-2009 u nżamm taħt kustodja fl-Afganistan fl-2011, (e) Konness biż-żwieġ ma’ Mullah Ubaidullah Akhund Yar Mohammad Akhund (f) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzata ta’ kuntrabandu fil-Provinċji ta’ Kandahar u Helmand, l-Afganistan, li kienet tissodisfa l-bżonnijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta’ pproċessar ta’ eroina fl-inħawi ta’ Band-e-Timor tal-Provinċja ta’ Kandahar, li kienu protetti mit-Taliban.

Kakar kien f’kuntatt ma’ mexxejja anzjani tat-Taliban, ġabar flus kontanti f’isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi, u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil membri anzjani tat-Taliban. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f’isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Kandahar u pprovda lit-Taliban b’vetturi biex jintużaw f’attakki suwiċidi.

16.

Sangeen Zadran Sher Mohammad (alias (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori)

Titolu: a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi) b) Mullah Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor 1976 b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Data tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta’ Ziruk, Provinċja ta’ Paktika, Afghanistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow Gvernatur għall-provinċja ta’ Paktika, l-l-Afganistan, u kmandant tan-Netwerk Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afgansitan u l-Pakistan. Logutenent Anzjan għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (b) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU: 16.8.2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta’ Haqqani. In-Netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta’ profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta’ Haqqani Sirajuddin Haqqani.

Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta’ ġellieda f’attakki madwar ix-Xlokk tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta’ ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f’bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED).

Barra mir-rwol tiegħu f’dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta’ Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

17.

Jan Mohammad Madani Ikram

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Chargé d’Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1954-1955. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Alizai. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

18.

Abdul Manan Mohammad Ishak

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Segretarju Ewlieni, Ambaxxata Talibana, Riyadh, l-Arabja Sawdija (b) Attaché Kummerċjali, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1940-1941. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Manan sar kmandant għoli Taliban fil-Provinċji ta’ Paktia, Paktika u Khost tal-Lvant tal-Afganistan. Huwa kien ukoll responsabbli għall-moviment tal-ġellieda u l-armi Talibani minn naħa għal oħra tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

19.

Din Mohammad Hanif (alias (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad).

Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b) 1.1.1969 (bħala Iadena Mohammad) Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan. (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad) Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haji Khairullah Haji Sattar money exhange (alias (a) Hai Khairullah Money Exchange (b) Haji Khair Ullah Money Service (c) Haji Salam Hawala (d) Haji Hakim Hawala (e) Haji Alim Hawala (f) Sarafi-yi Haji Khairullah Haji Satar Haji Esmatullah (g) Haji Khairullah- Haji Sattar Sarafi (h) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Chohar Mir Road, Kandahari Bazaar, Quetta City, Baluchistan Province, Pakistan; ii) Room number 1, Abdul Sattar Plaza, Hafiz Saleem Street, Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Shop number 3, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Office number 3, Near Fatima Jinnah Road, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Kachara Road, Nasrullah Khan Chowk, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Wazir Mohammad Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: Peshawar, Khyber Paktunkhwa Province, Pakistan; (c) Branch Office 3: Moishah Chowk Road, Lahore, Punjab Province, Pakistan; (d) Branch Office 4: Karachi, Sindh Province, Pakistan; (e) Branch Office 5: i) Larran Road number 2, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan ii) Chaman Central Bazaar, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan; (f) Branch Office 6: Shop number 237, Shah Zada Market (magħruf ukoll bħala Sarai Shahzada), Puli Khisti area, Police District 1, Kabul, Afghanistan, Telefon: +93-202-103386, +93-202-101714, 0202-104748, Mobile: +93-797-059059, +93-702-222222 (g) Branch Office 7: i) Shops number 21 and 22, 2nd Floor, Kandahar City Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) New Sarafi Market, 2nd Floor, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan iii) Safi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan; (h) Branch Office 8: Gereshk City, Nahr-e Saraj District, Helmand Province, Afghanistan; (i) Branch Office 9: i) Lashkar Gah Bazaar, Lashkar Gah, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan ii) Haji Ghulam Nabi Market, 2nd Floor, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan; (j) Branch Office 10: i) Suite numbers 196-197, 3rd Floor, Khorasan Market, Herat City, Herat Province, Afghanistan ii) Khorasan Market, Shahre Naw, District 5, Herat City, Herat Province, Afghanistan; (k) Branch Office 11: i) Sarafi Market, Zaranj District, Nimroz Province, Afghanistan ii) Ansari Market, 2nd Floor, Nimroz Province, Afghanistan; (l) Branch Office 12: Sarafi Market, Wesh, Spin Boldak District, Afghanistan; (m) Branch Office 13: Sarafi Market, Farah, Afghanistan; (n) Branch Office 14: Dubai, United Arab Emirates; (o) Branch Office 15: Zahedan, Iran; (p) Branch Office 16: Zabul, Iran. Numri tat-taxxa u tal-liċenzja: (a) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 1774308; (b) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 0980338; (c) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 3187777; (d) Numru tal-Liċenzja Afgan ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Flus: 044. Informazzjoni oħra: (a) Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange kien jintuża mit-tmexxija tat-Taliban biex jiġu ttrasferiti flus lil kmandanti tat-Taliban biex jiġu ffinanzjati ġellieda u operaturi fl-Afganistan fl-2011. (b) Assoċjat ma’ Abdul Sattar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS) jappartjeni b’mod konġunt għal Abdul Satar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Satar u Khairullah ħaddmu skambji ta’ flus fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Mexxejja tat-Taliban użaw l-HKHS biex iqassmu flus lil gvernaturi alternattivi u kmandanti u biex jirċievu trasferimenti ta’ hawala (rimessa ta’ flus informali) għat-Taliban. Fl-2011, it-tmexxija tat-Taliban għaddiet flus lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan bl-użu tal-HKHS. Lejn l-aħħar tal-2011, il-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, intużat biex tibgħat flus lill-gvernatur alternattiv tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Helmand. F’nofs l-2011, kmandant tat-Taliban uża fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja ġellieda u operaturi fl-Afganistan. Wara li t-Taliban iddepożitaw ammont sinfikanti ta’ flus kontanti kull xahar ma’ din il-fergħa tal-HKHS, kmandanti tat-Taliban setgħu jaċċessaw il-fondi minn kwalunkwe fergħa tal-HKHS. Il-persunal tat-Taliban użaw l-HKHS fl-2010 biex jittrasferixxu flus lil hawalas fl-Afganistan fejn kmandanti operazzjonali setgħu jaċċessaw il-fondi. Lejn tmiem l-2009, il-mexxej tal-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah ħa ħsieb il-moviment ta’ fondi tat-Taliban permezz tal-HKHS.

II.   L-entrati ta’ hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Rauf Zakir (alias Qari Zakir)

Titlu: Qari Data tat-twelid: Bejn l-1969 u l-1971 Post tat-Twelid: Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan Nazzjonalità: Afgana Informazzjoni oħra: (a) Kap tal-operazzjonijiet suwiċida għan-Netwerk ta’ Haqqan taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u responsabbli għall-operazzjonijiet kollha fil-provinċji ta’ Kabul, Takhar, Kunduz u Baghlan. (b) Jissorvelja t-taħriġ tal-attakkanti suwiċida u jagħti struzzjonijiet dwar kif jinbena apparat esplożiv improvviżat (IEDs). Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haqqani Network (alias HQN)

Informazzjoni oħra: (a) Netwerk ta’ ġellieda Talibani kkonċentrati madwar il-fruntiera bejn il-Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan u t-Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. (b) Twaqqaf minn Jalaluddin Haqqani u attwalment immexxi minn ibnu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Membri oħra elenkati jinkludu Nasiruddin Haqqani, Sangeen Zadran Sher Mohammad, Abdul Aziz Abbasin, Fazl Rabi, Ahmed Jan Wazir, Bakht Gul, Abdul Rauf Zakir. (c) Responsabbli mill-attakki suwiċida u qtil immirat kif ukoll ħtif f’Kabul u provinċji oħra tal-Afganistan. (d) Konness mal-Al-Qaida, il-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan, Tehrik-e Taliban Pakistan, Lashkar I Jhangvi, u Jaish-IMohammed. Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012


4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2012

dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba li jitqassmu jew li jkunu disponibbli bla ħlas għall-vittmi tat-terremoti li seħħew fl-Italja f’Mejju 2012

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8687)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2012/746/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba mir-Repubblika Taljana datata t-12 ta’ Settembru 2012, għall-importazzjoni bla dazju ta’ oġġetti bl-intenzjoni li dawn jitqassmu bla ħlas lill-vittmi tat-terremoti li seħħew fl-Italja f’Mejju tal-2012,

Billi:

(1)

Terremoti bħal dawk li seħħew fl-Italja f’Mejju 2012 jikkostitwixxu diżastru skont it-tifsira tal-Kapitolu XVII, Taqsima C, tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; konsegwentament hemm raġuni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta’ oġġetti mingħajr dazju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74 sa 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 imsemmi hawn fuq.

(2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tinforma lill-Kummissjoni bin-natura u l-kwantitajiet tad-diversi oġġetti li jiddaħħlu mingħajr dazju għall-benefiċċju tal-vittmi tat-terremoti li seħħew fl-Italja f’Mejju 2012, bl-organizzazzjonijiet li tkun tathom approvazzjoni biex iqassmu jew biex jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti u b’dawk il-miżuri meħuda biex l-oġġetti ma jitħallewx jintużaw għal xi skop ieħor għajr dak li tingħata għajnuna ta’ wara d-diżastru lill-vittmi.

(3)

L-eżenzjoni mid-dazju doganali għandha tingħata għar-rigward tal-importazzjoni mid-data ta’ meta seħħ l-ewwel terremot.

(4)

L-Istati Membri l-oħra ġew ikkonsultati kif stabbilit fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-oġġetti jiddaħħlu ħielsa mid-dazji tal-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 fejn ikunu rispettati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-oġġetti jkunu intenzjonati għal xi wieħed minn dawn iż-żewġ skopijiet:

(i)

id-distribuzzjoni tal-oġġetti bla ħlas lill-vittmi tat-terremoti li seħħew fl-Italja f’Mejju 2012 mill-korpi u l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (c);

(ii)

li dawk il-vittmi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawn l-oġġetti bla ħlas filwaqt li l-oġġetti jibqgħu proprjetà tal-organizzazzjonijiet imsemmija;

(b)

l-oġġetti jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 75, 78 u 79 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009;

(c)

l-oġġetti jkunu impurtati biex jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn korpi Statali jew minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet Taljani kompetenti.

2.   Oġġetti jiddaħħlu wkoll bla dazju fis-sens tal-Artiolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 meta dawn jiġu importati biex jiġu rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji li jagħtu għajnuna wara li jkun seħħ diżastru sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tagħhom matul il-perjodu li fih ikunu qed joffru għajnuna lill-vittmi tat-terremoti li seħħew fl-Italja f’Mejju 2012.

Artikolu 2

Ir-Repubblika Taljana, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013, tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

lista tal-organizzazzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 1(1);

(b)

informazzjoni dwar in-natura u l-kwantitajiet tad-diversi oġġetti li jkunu ddaħħlu bla dazju skont l-Artikolu 1;

(c)

miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 78, 79, u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 għar-rigward tal-oġġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 japplika għall-importazzjonijiet li saru mill-20 ta’ Mejju 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.


Rettifika

4.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/31


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 88 tal-24 ta' Marzu 2012 )

F'paġna 2, il-premessa 11 u f'paġna 10, Artikolu 23(2)(c):

minflok:

"Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika";

aqra:

"Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana".

F'paġna 8, Artikolu 14(1)(c):

minflok:

"(c)

l-importazzjoni, ix-xiri u t-trasport ta’ prodotti petrokimiċi li kienu ġew esportati mill-Iran qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew, fejn l- esportazzjoni saret skont il-punt (b) fl-1 ta' Mejju 2012 jew qabel;";

aqra:

"(c)

l-importazzjoni, ix-xiri u t-trasport ta’ prodotti petrokimiċi li kienu ġew esportati mill-Iran qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (a) fl-1 ta' Mejju 2012 jew qabel; jew fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (b);".

F'paġna 21, Anness II, taħt Nota Ġenerali Dwar it-Teknoloġija (NĠT), fil-punt 2:

minflok:

"…tal-Anness IV…";

aqra:

"… tal-Anness III…".

F'paġna 27, Anness II, l-entratura II.A2.014 fl-ewwel kolonna, taħt Deskrizzjoni:

minflok:

"N.B. ARA WKOLL IV.A2.008";

aqra:

"N.B. ARA WKOLL III.A2.008".

F'paġna 27, Anness II, l-entratura II.A2.015 fl-ewwel kolonna, taħt Deskrizzjoni:

minflok:

"N.B. ARA WKOLL IV.A2.009";

aqra:

"N.B. ARA WKOLL III.A2.009".

F'paġna 28, Anness II, l-entratura II.A2.016 fl-ewwel kolonna, taħt Deskrizzjoni:

minflok:

"N.B. ARA WKOLL IV.A2.010";

aqra:

"N.B. ARA WKOLL III.A2.010".

F'paġna 33, Anness II, l-entratura II.B.001 fl-ewwel kolonna, taħt Deskrizzjoni:

minflok:

"Teknolġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti fil- Parti II.A. (Oġġetti) haw fuq.";

aqra:

"Teknolġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti fil- Parti II.A. (Oġġetti) hawn fuq.

Nota Teknika:

It-terminu “teknoloġija” jinkludi softwer.".

F'paġna 33, Anness II, daħħla II.B.002, deskrizzjoni:

minflok:

"…tal-Anness IV A. tal-Anness IV.";

aqra:

"… tal-Anness III A. tal-Anness III".

F'paġna 47, Anness VI, taħt 2.A.Tagħmir, il-punt 13, taħt Nota Teknika, l-aħħar sentenza:

minflok:

"Il-formula sabiex jiġi kkalkulat in-numru tal-PRE hija: Formula";

aqra:

"Il-formula sabiex jiġi kkalkulat in-numru tal-PRE hija: Formula".

F'paġna 47, Anness VI, taħt 2.A.Tagħmir, il-punt 14, neħħi n-Nota Teknika:

minflok:

"14.

‧Pigs‧ (Pipeline inspection gauge(s)) u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.

Nota Teknika:

Il-‧Pig‧ huwa apparat li normalment jintuża fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-pipeline għat-tindif jew l-ispezzjoni (l-istat tal-korrużjoni jew il-formazzjoni ta’ xi qasma) u jiġi mbuttat bil-pressa tal-prodott ta’ ġol-pipeline.";

aqra:

"14.

‧Pigs‧ (Pipeline inspection gauge(s)) u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom.".

F'paġna 47, Anness VI, taħt 2.A.Tagħmir, il-punt 15:

minflok:

"15.

Pig launchers u pig catchers għall-integrazzjoni jew ittneħħija tal-pigs.";

aqra:

"15.

‧Pig‧ launchers u ‧pig‧ catchers għall-integrazzjoni jew ittneħħija tal-‧pigs‧.

Nota Teknika:

Il-‧Pig‧ huwa apparat li normalment jintuża fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-pipeline għat-tindif jew l-ispezzjoni (l-istat tal-korrużjoni jew il-formazzjoni ta’ xi qasma) u jiġi mbuttat bil-pressa tal-prodott ta’ ġol-pipeline.".

F'paġna 49, Anness VI, taħt 3.A.Tagħmir, il-punt 6:

minflok:

"6.

Kompressur ċentrifugu u /jew bil-moviment alternat li għandu enerġija installata ta’ aktar minn 2MW u li jissodisfaw l- ispeċifikazzjoni API610.";

aqra:

"6.

Kompressur ċentrifugu u /jew bil-moviment alternat li għandu enerġija installata ta’ aktar minn 2MW u li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet API 617.jew API 618.".

F'paġna 58, Anness VIII, B., it-titolu:

minflok:

"Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi";

aqra:

"Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana".

F'paġna 58, Anness VIII, B., il-punt (7), fit-tieni linja ’l isfel:

minflok:

"…li hija proprjetà tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi (IRGC) involuta …";

aqra:

"…li hija proprjetà tal-IRGC involuta …".

F'paġna 79, Anness IX, II, it-titolu u f'paġna 80, Anness IX, II, B.1, it-tieni kolonna:

minflok:

"Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)";

aqra:

"Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana (IRGC)".

F'paġna 81, Anness IX, II, B.5, ir-raba' kolonna, l-ewwel sentenza:

minflok:

"L-Iran's Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Qods Force hija responsabbli …";

aqra:

"Il-Qods Force tal-Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana (IRGC) hija responsabbli …".