ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.310.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
9 ta' Novembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1039/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1040/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2009 fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1041/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (平谷大桃 (Pinggu Da Tao) (DPO))

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għall-elenkar ta’ pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit ( 1 )

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li japprova s-sustanza attiva fosfan, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1045/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ El Salvador fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-lista ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni mogħtija fuq l-ikel ( 1 )

36

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1048/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard ( 1 )

38

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel ( 1 )

41

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1050/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xiropp Poligliċitol ( 1 )

45

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1051/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

47

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/693/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2012 li taħtar membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

49

 

 

2012/694/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2012 li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

50

 

 

2012/695/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2012 li taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

51

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1039/2012

tad-29 ta’ Ottubru 2012

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri proviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 402/2012 (2) (“ir-Regolament proviżorju”), imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment inbeda fit-12 ta’ Awwissu 2011 (3), wara lment imressaq mill-International Association of Aluminium Radiator Manufacturers Limited Liability Consortium (AIRAL S.c.r.l. – “il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ radjaturi tal-aluminju.

(3)

Kif stipulat fil-premessa (14) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (il-“perijodu kkunsidrat”).

1.2.   Il-proċedura sussegwenti

(4)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbazi tagħhom ġie deċiż li jkun impost dazju proviżorju tal-antidumping (“żvelar proviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom urew il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet proviżorji ġew immodifikati skont dan.

(6)

Kif diġà ssemma fil-premessa (12) tar-Regolament proviżorju, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. L-eżami ta’ dawk it-talbiet fl-istadju proviżorju kien ta’ piż kbir wisq biex jitwettaq u kien ġie differit għall-istadju definittiv. Ġie għalhekk deċiż li jiġi konċess eżamiindividwali għall-grupp li talab għaliha, jiġifieri Sira Group. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu fir-RPĊ, Sira Group huwa magħmul minn Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd.

(7)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie intiż li tiġi rrikmandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-alumiju li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju proviżorju (“żvelar finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perijodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar dan l-iżvelar finali.

(8)

Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien xieraq.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(9)

Kif stipulat fil-premessa (15) tar-Regolament proviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom huwa magħmul it-tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma mmuntati fi blokki jew le, għajr radjaturi u elementi u partijiet minnhom tat-tip tal-elettriku (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat attwalment ikklassifikat fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10, ex 7615 10 90, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90.

(10)

Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, parti waħda sostniet li r-radjaturi tal-azzar huma interkambjabbli mal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, u talbet lill-Kummissjoni biex tanalizza u tinkludi x-xejra fis-suq tar-radjaturi tal-azzar biex tqabbilha b’mod partikolari mas-suq tar-radjaturi tal-aluminju.

(11)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, jidher li r-radjaturi tal-aluminju jkollhom karatteristiċi tekniċi differenti, speċjalment fir-rigward tal-materja prima bażika (azzar f’każ wieħed u aluminju fl-ieħor), il-piż, l-inerzja termali u l-konduċibbiltà tas-sħana. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura ma tindikax li hemm kompetizzjoni diretta u interkambjabilità bejn iż-żewġ prodotti. Fl-aħħarnett, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza biex issostni l-allegazzjonijiet tagħha. Fuq din il-bażi, it-talba ġiet miċħuda.

(12)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi (15) u (23) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“TES”) u Trattament Individwali (“TI”)

3.1.1.   Kumment Preliminari

(13)

Kif diġà issemma fil-premessa (6) t’hawn fuq, ġie deċiż li jingħata eżami individwali lil Sira Group. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu fir-RPĊ, Sira Group huwa magħmul minn Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. Sira Group talab ukoll trattament ta’ ekonomija tas-suq jew trattament individwali.

3.1.2.   TES

(14)

Huwa mfakkar li, kif imsemmi fil-premessi (30) sa (31) tar-Regolament proviżorju, l-ebda waħda mill-partijiet fil-kampjun ma kienet talbet għal TES.

(15)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (13), Sira Group, li ngħata eżami individwali wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, talab TES u ppreżenta l-formoli tat-talba għat-TES għaż-żewġ kumpanniji involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(16)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt:

Id-deċiżjonijiet kummerċjali jittieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż għandhom jirriflettu l-valuri tas-suq;

id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità li huma vverifikati independentement;

ma hemm l-ebda distorsjoni ttrasferita mis-sistema li mhijiex tal-ekonomija tas-suq,

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza legali; u

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu bir-rati tas-suq.

(17)

L-informazzjoni pprovduta miż-żewġ kumpanniji li jagħmlu parti mis-Sira Group fil-formoli tat-talba għat-TES kienet analizzata u kienet intalbet u nkisbet aktar informazzjoni. Fid-dawl tas-sejbiet ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li jitwettqu żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpanniji.

(18)

L-investigazzjoni tat-TES uriet li Sira Group ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterju 1 minħabba l-interferenza tal-Istat fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-materja prima ewlenija, l-aluminju. L-ispiża tal-aluminju tirrappreżenta madwar 70 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ produtturi fis-Sira Group kisbu l-aluminju użat għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mis-suq domestiku Ċiniż. Il-prezzijiet huma msejsa fuq il-kwotazzjoni tal-aluminju fis-suq tal-Borża tal-Metalli mhux ferrużi kkontrollata mill-Istat ta’ Shanghai (‘il-Borża’ jew ‘SHFE’). L-SHFE hija borża miftuħa biss għall-kumpanniji rreġistrati fiċ-Ċina u għaċ-ċittadini Ċiniżi u hija kkontrollata mill-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet tal-Istat. Diversi regoli li jirregolaw il-funzjonament tal-borża jikkontribwixxu għall-volatilità baxxa u l-prezzijiet imnaqqsa fl-SHFE: il-varjazzjonijiet ta’ kuljum fil-prezzijiet huma limitati għal 4 % fuq jew taħt il-prezz tal-ħlas tal-jum tan-negozju preċedenti, in-negozjar iseħħ fi frekwenza baxxa (sal-15-il jum ta’ kull xahar), il-kuntratti futuri (futures) huma limitati għal dewmien sa 12-il xahar, u l-miżati tat-tranżazzjonijiet jintalbu kemm mill-Borża kif ukoll mis-sensara finanzjarji.

(19)

Barra minn hekk, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-SHFE, il-konsenja fiżika tista’ ssir biss f’maħżen approvat fir-RPĊ, mhux kif isir fil-boroż internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ ssir mad-dinja kollha. Barra minn hekk, peress li l-SHFE hija pjattaforma għal skambji fiżiċi biss (ma jinbiegħu l-ebda derivattivi), dan kompletament jiżola s-suq tal-aluminju Ċiniż. Bħala konsegwenza, l-arbitraġġ mal-punt ta’ referenza dinji, il-London Metals Exchange (“LME”) jew swieq oħra huwa prattikament impossibbli u l-borża tiffunzjona f’iżolament minn swieq oħra dinjin. Għalhekk, l-ekwalizzazzjoni fost dawn is-swieq ma tistax isseħħ. Il-kwotazzjoni tal-prezz tal-aluminju fl-LME kienet fuq bażi medja ta’ kull xahar 14 % ogħla minn dik fl-SHFE tul il-PI.

(20)

L-Istat jinterferixxi wkoll fil-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE peress li huwa kemm bejjiegħ kif ukoll xerrej, permezz tal-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat u Korpi Statali oħrajn, tal-aluminju primarju. Barra minn hekk, l-Istat jiffissal-limiti tal-prezzijiet ta’ kuljum permezz tar-regoli tal-SHFE li ġew approvati mir-Regolatur tal-Istat u l-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet taċ-Ċina (is-“CSRC”).

(21)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa suġġett għal 17 % VAT u din mhix rifużibbli fuq l-esportazzjoni filwaqt li l-VAT fuq l-aluminju mibjugħ domestikament u l-oġġetti lesti hija rifużibbli bir-rata ta’ 13 %. Barra minn hekk, l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa suġġett għal 17 % taxxa fuq l-esportazzjoni. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tal-aluminju primarju tinbiegħ fis-suq Ċiniż u tikkawża roħs tal-prezz tal-aluminju primarju domestiku u vantaġġ importanti tal-prezz għall-produtturi tar-radjaturi tal-aluminju stabbiliti fir-RPĊ. L-Istat Ċiniż kompla jinterferixxi fis-suq waqt il-PI minħabba li elimina 5 % tad-dazju tal-importazzjoni fuq il-metalli matul il-kriżi finanzjarja.

(22)

Distorsjoni ulterjuri mill-Istat Ċiniż seħħet fil-forma ta’ interventi fis-suq mill-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat (“SRB”) li huwa parti mill-Kummissjoni tar-Riforma tal-Iżvilupp Nazzjonali (“NDRC”). Fi tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009 l-SRB beda jixtri ħażniet minn funderiji tal-aluminju primarju. Dan kien pakkett ta’ stimulu bil-għan li jillimita l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali li naqqset id-domanda. Dak ix-xiri mirfud mill-Istat assorba l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet fis-suq domestiku f’Marzu u April 2009, u għolla l-prezzijiet waqt l-ewwel nofs tal-2009. L-SRB biegħ l-aluminju primarju lura fis-suq bħala tali fil-bidu ta’ Novembru 2010 meta l-SRB biegħ 96 000 tunnellata b’irkant kif irrappurtat minn Bloomberg (4). L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Xinhua rrapportat il-miżuri għall-ħżin tal-istokks f’Diċembru 2008, filwaqt li spjegat li kien ippjanat li jakkumulaw 300 000 tunnellata ta’ aluminju bi prezzijiet li kienu 10 % ogħla mill-prezz tas-suq f’miżura mfassla biex tirfed il-prezzijiet (5). Il-pjan tal-SRB għall-ħażna tal-istokks involva x-xiri mingħand għadd ta’ funderiji Ċiniżi għalkemm madwar nofs l-ammont inxtara minn Aluminju Corporation of China Ltd. Barra minn hekk, il-Ministru responsabbli mill-NDRC spjega li partijiet oħra tal-pakkett ta’ stimolu inkludew l-illaxkar tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni, is-sussidju fuq l-elettriku, il-prezzijiet tal-elettriku mnaqqsa u ż-żieda tal-limiti massimiu fuq is-self. Il-pakkett huwa rrappurtat li kellu effett immedjat fuq il-prezzijiet. Dan ta’ hawn fuq juri li l-Istat Ċiniż għandu rwol primarju fl-iffissar tal-prezzijiet tal-aluminju primarju u li dan jinterferixxi fis-suq.

(23)

Il-fatt li l-indħil sinifikanti mill-Istat, kif deskritt hawn fuq, huwa immirat biċ-ċar jidher, inter alia, mit-12-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ Ħames (5) Snin għall-Aluminju (2011-15) li permezz tiegħu l-Gvern taċ-Ċina espliċitament jistqarr l-intenzjoni tiegħu li “jaġġusta t-taxxa u r-ribassi fuq it-taxxi tal-esportazzjoni u lievi ekonomiċi oħrajn, u jikkontrolla strettament l-ammont totali ta’ espansjoni u esportazzjonijiet ta’ prodotti primarji”. Dan il-pjan ikompli l-politika li kienet teżisti fil-Pjan dwar l-Aluminju ta’ qabel. Barra minn hekk dawn il-pjanijiet ġew implimentati għal ħafna snin u, kif muri hawn fuq, matul il-PI diversi miżuri implimentattivi kienu operattivi.

(24)

Għalhekk id-distorsjonijiet multipli kkawżati mill-Istat fil-prezzijiet primarji tal-aluminju Ċiniżi affettwaw il-prezzijiet tal-materja prima. Barra minn hekk, il-produtturi jgawdu minn vantaġġ permezz ta’ dawn id-distorsjonijiet, fis-sens li dawn normalment jagħmlu x-xirjiet tagħhom fis-suq Ċiniż minn fornituri lokali bl-użu ta’ prezzijiet tas-suq lokali Ċiniż (jew SHFE) bħala punt ta’ referenza. Matul il-PI, dawn il-prezzijiet kienu madwar 15 % inqas mill-prezzijiet fis-suq dinji. Fit-teorija, il-kumpanniji Ċiniżi jistgħu wkoll jixtru ċerti kwantitajiet bil-prezzijiet tal-LME meta l-prezzijiet fis-suq Ċiniż huma ogħla bħala riżultat ta’ intervent mill-Istat – filwaqt li l-oppost ikun impossibbli għal operaturi mhux Ċiniżi.

(25)

Eżami tat-tweġibiet tal-kwestjonarju kemm ta’ Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. kif ukoll Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. wera li huma xtraw prodotti tal-aluminju primarju bi prezzijiet marbuta mal-prezz tal-SMHS fil-PI u li l-prezzijiet li xtraw bihom kienu segwew l-indiċi tal-SHFE tul perijodu itwal.

(26)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni uriet li waħda miż-żewġ kumpanniji konċernati bbenefikat minn ribass tat-Taxxa fuq id-Dħul min-Negozju ta’ ‘tnejn ħielsa u tlieta bin-nofs’. Din is-sistema tar-ribassi tal-Istat Ċiniż tfisser li ladarba kumpannija tibda tagħmel profitt ma tħallas l-ebda Taxxa fuq id-Dħul min-Negozju għal sentejn u mbagħad tħallas biss nofs għat-tliet snin ta’ wara. Distorzjonijiet bħal dawn huma rreġistrati bħala kostijiet negattivi fil-kont tal-qligħ u t-telf biex b’hekk iżidu l-profitabbiltà.

(27)

Taħt tali ċirkostanzi, l-ebda waħda mill-kumpanniji ma kienet f’pożizzjoni li tagħti prova li d-deċiżjonijiet tagħha fin-negozju fir-rigward tal-akkwist ta’ materja prima mhumiex soġġetti għal interferenza sinifikanti mill-Istat u li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq. Għalhekk, ma setgħux juru li jissodisfaw il-kriterju 1.

(28)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq dwar il-kriterju 1, ġie kkunsidrat, wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv, li t-TES għandu jiġi miċħud għal Sira Group.

(29)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kriterji l-oħrajn tat-TES stipulati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku ma ġewx analizzati aktar.

(30)

Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-grupp ta’ kumpanniji relatati ikkonċernati fir-RPĊ u lill-kwerelanti. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu.

(31)

Wara l-iżvelar tat-TES, Sira Group ikkummenta fuq is-sejbiet tat-TES proposti. Madankollu, billi Sira Group sejjaħ il-kummenti tiegħu bħala limitati fin-natura tagħhom, il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjonijiet imqajma fuq bażi bilaterali permezz ta’ dokument ta’ żvelar partikolari. Il-kummenti ma wasslux għal tibdil fis-sejbiet rigward il-kriterju 1.

(32)

Minbarra dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti, il-premessi minn (30) sa (31) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.1.3.   TI

(33)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpanniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-premessa (32) tar-Regolament proviżorju.

(34)

Iż-żewġ produtturi esportaturi relatati tas-Sira Group talbu TI, fil-każ li t-TES ma kinetx se tingħata. Dawn it-talbiet ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li dawn issodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(35)

Is-Sira Group għalhekk ingħata t-TI.

(36)

Fit-28 ta’ Lulju 2011, il-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO (“il-KFT”) adotta rapport tal-Korp tal-Appell u rapport tal-Bord kif immodifikati permezz tar-rapport tal-Korp tal-Appell fuq il-każ “Il-Komunitajiet Ewropej - Miżuri antidumping definittivi dwar ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar miċ-Ċina” (6) (“ir-rapporti”).

(37)

Fir-rapporti nstab, inter alia, li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku kien inkonsistenti mal-Artikoli 6.10, 9.2 u 18.4 tal-Ftehim ta’ Kontra d-Dumping tad-WTO u l-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim tad-WTO. L-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku jistipula li produtturi esportaturi individwali f’pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq li ma jirċevux trattament ta’ ekonomija tas-suq skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku se jkunu soġġetti għal rata ta’ dazju fil-pajjiż kollu sakemm dawn l-esportaturi ma jurux li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-trattament individwali stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (“l-eżitu tad-DSB dwar l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku”).

(38)

Kwalunkwe produttur esportatur fir-RPĊ li jikkunsidra li dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fid-dawl tal-interpretazzjonijiet legali fir-rigward tal-Artikolu 9(5) li jinsabu fir-rapporti huwa mistieden jitlob reviżjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (7) (“Ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tad-WTO”).

(39)

L-istituzzjoni rilevanti tal-Unjoni tista’ tirrevoka, temenda jew iżżomm il-miżuri riveduti sabiex dawn jirriflettu r-riżultati tar-reviżjoni. Il-partijiet li jitolbu reviżjoni għandhom ikunu konxji mill-fatt li jekk is-sejbiet relatati magħhom ikunu jeħtieġu xi emenda tal-miżuri fis-seħħ, din l-emenda tista’ tirriżulta fi tnaqqis jew f’żieda fil-livell tal-miżuri.

(40)

Barra dan, l-ebda kummenti ma kienu riċevuti dwar l-għoti tat-TI u l-premessi minn (32) sa (34) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.2.   Il-pajjiż analogu

(41)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi minn (35) sa (41) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.   Il-valur normali

(42)

L-istess metodoloġija ntużat biex ikun stabbilit il-valur normali għal Sira Group bħal dak deskritt fil-premessi minn (42) sa (46) tar-Regolament proviżorju. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-valur normali, il-premessi minn (42) sa (46) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.4.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(43)

Il-prezz tal-esportazzjoni tas-Sira Group ġie kkalkulat skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għax l-esportazzjonijiet saru bi prezzijiet ta’ trasferiment li kienu meqjusa mhux affidabbli. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni, bir-rekwiżiti ta’ tnaqqis xierqa għall-ispejjeż u l-profitt li kienu qed isiru sabiex jaġġustaw il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ex works. Saru aġġustamenti fil-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni għall-ispejjeż kollha inklużi d-dazji u t-taxxi, minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġni raġjonevoli għall-ispejjeż SG&A u l-profitti. Fir-rigward tal-marġini tal-qligħ, intuża l-qligħ realizzat minn importatur li koopera mhux relatat tal-prodott ikkonċernat peress li l-qligħ attwali tal-importatur relatat ma kienx meqjus affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat.

(44)

Fir-rigward tal-esportaturi fil-kampjun, fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment dwar il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa (47) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

3.5.   It-tqabbil

(45)

Saru ċerti kummenti dwar il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.

(46)

Metal Group Ltd. ikkontesta t-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi li t-tqabbil li sar ma kienx tqabbil ġust minħabba l-metodoloġija użata u l-kumpannija sostniet li hemm differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi.

(47)

Rigward it-tqabbil li sar, Metal Group issuġġerixxa metodu alternattiv ibbażat sempliċement fuq il-piż. Din il-metodoloġija ġiet irrifjutata għaliex tinjora oqsma importanti oħra inklużi fis-sistema tat-tqabbil tat-tip tal-prodott, eż. il-prestazzjoni termali, li għalhekk tiżgura komparabilità aħjar.

(48)

It-talba li jiġu vvalutati d-differenzi fiżiċi magħmula minn Metal Group Ltd. kellha tliet aspetti u ġiet sottomessa wara li l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti kienet għaddiet. Ebda waħda mit-tliet talbiet f’dan ir-rigward ma kienet imsemmija fir-rispons tal-kwestjonarju (li talab speċifikament li dawn it-talbiet jiġu magħmula). Barra minn hekk, dawn it-talbiet ma kinux tqajmu waqt iż-żjara ta’ verifika li kieku kienet tagħti lit-tim investigattiv l-opportunità li jivverifika l-validità u d-daqs tagħhom.

(49)

L-ewwel talba kienet rigward it-tip tal-liga tal-aluminju użata fil-produzzjoni. F’dan ir-rigward, intqal li l-istandard Ċiniż ta’ din il-liga ma kienx l-istess bħal dak tal-liga tal-istess isem użata fl-Unjoni. Filwaqt li huwa ċar li dawn il-ligi mhumiex identiċi, l-ebda xhieda ma ġiet sottomessa biex tipprova li kwalunkwe differenza fl-ispiża hija reali.

(50)

It-tieni talba kienet rigward l-użu ta’ verżjoni allegatament orħos tat-trab tal-irfinar. Għal darb’oħra, ma tressqet l-ebda evidenza biex tipprova dan l-argument u għandu jingħad li dan it-trab tal-irfinar kien jikkostitwixxi perċentwal tant żgħir tal-ispiża totali tal-produzzjoni li jekk xejn kien se jkollu biss impatt marġinali.

(51)

It-tielet talba kienet rigward il-fatt li l-ebda kisi kontra l-korrużjoni intern ma kien applikat mill-kumpannija b’kuntrast għall-prodott manifatturat fl-UE. Bħal fiż-żewġ każijiet imsemmija hawn fuq, l-ebda xhieda ma ġiet sottomessa li tipprova din it-talba.

(52)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, it-talba għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi ġiet miċħuda.

(53)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (48) sa (50) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.6.   Il-marġini tad-dumping

(54)

Rigward Sira Group, il-marġni ta’ dumping ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-metodoloġija msemmija fil-premessa (51) tar-Regolament proviżorju u kien stabbilit għal 23,0 %.

(55)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (51) sa (54) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.   ID-DANNU

4.1.   Il-produzzjoni totali tal-Unjoni

(56)

Fl-assenza ta’ kummenti dwar il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-premessi minn (55) sa (57) tar-Regolamentproviżorju qegħdin b’dan jiġu kkonfermati.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(57)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi minn (58) sa (61) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(58)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet proviżorji, parti waħda sostniet li l-marġni tat-traħħis tal-prezzijiet ta’ 6,1 % li nstab matul il-PI kien baxx u ma setax ikkawża ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(59)

It-twaqqigħ tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi għandu, madanakollu, jitqies fid-dawl tal-pressjoni li eżerċita fuq is-suq tal-Unjoni u l-impatt li kellu fuq il-livell tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-pressjoni tal-prezz minħabba l-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi prezzijiet f’livell li jippermettilha tkopri l-ispejjeż u biex jinkiseb marġini raġonevoli ta’ qligħ, b’mod partikolari matul il-PI.

(60)

Kif imsemmi fil-premessa (65) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu l-oġġett ta’ dumping u kienu dejjem taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu meqjus. It-twaqqigħ tal-prezz kostanti pprattikat mill-esportaturi Ċiniżi ppermetta l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom jespandi b’mod partikolari matul il-PI. Barra minn hekk, instab li d-differenza fil-prezz fuq ċerti tipi ta’ radjaturi kienet konsiderevolment ogħla mit-twaqqigħ tal-prezz medju li nstab. Għalhekk, l-impatt negattiv tat-twaqqigħ tal-prezz li nstab fis-suq tal-Unjoni u fl-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi sottovalutat. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda.

(61)

L-istess parti tenniet li r-radjaturi Ċiniżi kienu ta’ kwalità inferjuri meta mqabbla mal-istess prodotti mmanifatturati fl-Unjoni u li għalhekk dawn ma setgħux ikunu l-kawża ta’ xi ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(62)

Din id-dikjarazzjoni, iżda, ma kinitx issostanzjata u l-investigazzjoni ma żvelatx fatti li jistgħu jsostnuha. Kif iddikjarat fil-premessa (23) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni wriet li r-radjaturi tal-aluminju magħmula u esportati mir-RPĊ u r-radjaturi tal-aluminju prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Barra minn hekk, dawn huma wkoll kompletament interskambjabbli u jidhru identiċi partikolarment għall-pubbliku. Għalhekk huma meqjusa bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(63)

Ta’ min jinnota li t-twaqqigħ tal-prezz u l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu huma determinati fuq il-bażi ta’ paragun dettaljat ta’ tipi ta’ prodotti Ċiniżi u dawk tal-Unjoni. Għalhekk, kwalunkwe differenza allegata bejn it-tipi varji ta’ radjaturi tiġi kkunsidrata meta jitqabblu fid-dettall il-prezzijiet. Fuq din il-bażi, it-talba ġiet miċħuda.

(64)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi minn (62) sa (67) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(65)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar ir-rimarki preliminari, il-premessi minn (68) sa (71) tar-Regolamentproviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(66)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-premessi minn (72) sa (74) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.2.   L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(67)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-iżvilupp tal-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-premessa (75) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.4.3.   It-tkabbir

(68)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar it-tkabbir, il-premessa (76) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.4.4.   L-impjiegi

(69)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-impjiegi, il-premessi (77) u (78) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.5.   Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni

(70)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni, il-premessi (79) u (80) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.6.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital

(71)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-profitabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital, il-premessi minn (81) sa (83) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.7.   Il-ħażniet

(72)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-ħażniet, il-premessa (84) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.4.8.   Il-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali

(73)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar id-daqs tal-marġini tad-dumping attwali, il-premessa (85) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.4.9.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(74)

L-investigazzjoni kkonfermat li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew tendenza ta’ tnaqqis matul il-perijodu kkunsidrat. Għalhekk, il-konklużjoni li ntlaħqet fil-premessi minn (86) sa (89) tar-Regolament proviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku hija b’dan ikkonfermata.

5.   IL-KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(75)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti għall-premessa (90) tar-Regolament proviżorju, dik il-premessa hija b’dan ikkonfermata.

5.2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(76)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, il-premessi minn (91) sa (95) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

5.3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(77)

Fl-assenza ta’ kwalunkwe kummenti dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-premessa (96) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

5.3.2.   Il-kriżi ekonomika

(78)

Parti waħda sostniet li l-kawża tad-dannu, jekk hemm, imġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienet il-kriżi ekonomika li pprevaliet fis-settur tal-kostruzzjoni u d-djar, u partikolarment f’ċerti Stati Membri bħal Spanja u l-Italja, meqjusa minn din il-parti bħala swieq tal-bejgħ ewlenin għall-industrija tal-Unjoni.

(79)

L-investigazzjoni, madankollu, żvelat li l-industrija tal-Unjoni biegħet ukoll volumi kbar ta’ radjaturi fl-Istati Membri l-oħra għajr Spanja u l-Italja. Barra minn hekk, is-suq tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili jmur lil hinn mis-swieq tal-kostruzzjoni u d-djar ta’ Spanja u l-Italja. Madankollu, anke jekk ma jistax jiġi eskluż li l-kriżi ekonomika kellha impatt fuq is-suq tal-Unjoni, il-preżenza ta’ ammonti li qegħdin jiżdiedu ta’ importazzjonijiet Ċiniż bi prezzijiet baxxi li huma l-oġġett ta’ dumping intensifikat kwalunkwe effetti negattivi li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku seta’ kellu matul il-perijodu meqjus u impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika minn irkupru ekonomiku ġenerali matul il-PI. Għaldaqstant din it-talba ġiet miċħuda.

(80)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-kriżi ekonomika, il-premessi minn (97) sa (100) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.3.   L-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(81)

Ġie allegat li ż-żieda fil-prezz tal-aluminju li tikkostitwixxi sehem kbir tal-ispiża tal-manifattura tal-prodott simili kienet il-kawża tad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(82)

Madankollu, huwa pjuttost kkunsidrat li f’suq irregolat minn kompetizzjoni ġusta, il-prezzijiet jistgħu jiġu ffissati f’livell biex ikopru l-ispejjeż u biex jinkisbu marġini ta’ profitt raġonevoli. Kif ikkonfermat fil-premessa (60) ta’ hawn fuq, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu kontinwament qed jittraħħsu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu kkunsidrat. Meta l-ispejjeż żdiedu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha skont dan minħabba l-pressjoni ssoktata tal-prezzijiet. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda.

(83)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward l-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (101) sa (103) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun

(84)

Waħda mill-partijiet sostniet li l-livell u t-tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kellhom influwenza ewlenija fuq ir-rendiment ekonomiku globali tagħha matul il-perijodu kkunsidrat.

(85)

L-investigazzjoni wriet, madankollu, li minkejja li l-bejgħ bl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perijodu meqjus, dan kien għadu parti importanti, li tammonta għal 51 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-UE matul il-PI u għal 27 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Għaldaqstant, kif tistqarr il-premessa (106) tar-Regolament proviżorju, il-bejgħ bl-esportazzjoni ta lill-industrija tal-Unjoni l-possibbiltà li tikseb ekonomiji ta’ skala u dan ma setax allura jitqies li kkawża d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu meqjus. Ix-xejra u l-livell ta’ bejgħ bl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mhumiex tali li jiksru r-rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(86)

L-istess parti talbet l-iżvelar tal-valuri tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u għaldaqstant tal-prezzijiet, billi l-volumi tal-esportazzjoni biss ġew ippubblikati fir-Regolament proviżorju. Madankollu, din l-informazzjoni ma tistax tiġi żvelata peress li hija kkunsidrata kunfidenzjali.

(87)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun, il-premessi minn (104) sa (106) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(88)

Parti waħda sostniet li d-deċiżjoni tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapaċità tal-produzzjoni fl-2008 flimkien ma’ sitwazzjoni ekonomika diffiċli li pprevaliet ukoll fis-snin segwenti huma l-kawżi ewlenin tat-tnaqqis tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u l-profitabbiltà negattiva tagħha. Kien għalhekk sostnut li d-dannu kien ikkawżat minn fatturi domestiċi varji, bħall-kriżi ekonomika u deċiżjonijiet ta’ investiment żbaljati magħmula mill-industrija tal-Unjoni.

(89)

Madankollu, l-analiżi tad-dannu hija evalwata billi jitqiesu l-fatturi tad-dannu kollha flimkien, li minnhom l-użu tal-kapaċità u l-profittabbiltà huma biss tnejn. L-investigazzjoni tad-dannu wriet b’mod partikolari li l-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’16 % matul il-perijodu meqjus, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’77 % matul il-perijodu meqjus u s-sehem fis-suq żdied minn 13 % sa 24 % matul il-perijodu meqjus. Anki matul il-PI, fejn il-konsum żdied meta mqabbel mal-2009, is-sehem tal-industrija tal-Unjoni kompla jiċkien. Minkejja d-deterjorazzjoni ta’ fatturi oħra ta’ dannu, sinjal ieħor tal-qagħda ekonomika diffiċli mġarrba mill-industrija tal-Unjoni huwa muri permezz tal-livelli tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni li żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu meqjus. Għalhekk, iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2008 għandha tiġi analizzata flimkien ma’ dawn l-elementi l-oħra kollha, sabiex ikollna stampa kompleta.

(90)

Għalkemm il-kriżi ekonomika kellha ċertu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma jistax jiġi injorat il-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perijodu meqjus u għalhekk intensifikaw kwalunkwe effetti negattivi fir-ritmu ekonomiku li seta’ kellhom matul il-perijodu meqjus u impedew lill-industrija Unjoni milli tibbenefika minn irkupru ekonomiku ġenerali matul il-PI.

(91)

L-investigazzjoni wriet li kien hemm żieda ta’ 9 % fil-konsum bejn l-2009 u l-PI, filwaqt li s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni ssokta jonqos u anki f’sitwazzjoni ekonomika ġenerali mtejba, l-industrija tal-Unjoni ma kinetx kapaċi tirkupra, għaliex kienet dejjem taħt il-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. Fuq il-bażi li ntqal qabel, it-talba ġiet għalhekk miċħuda.

(92)

Billi ma kienx hemm kummenti oħrajn rigward il-konklużjoni dwar il-kawżalità, il-premessi minn (107) sa (110) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(93)

Ma kien hemm ebda kooperazzjoni minn utenti f’din l-investigazzjoni u minkejja l-isforzi wara l-pubblikazzjoni tas-sejbiet proviżorji, l-ebda utenti ma ppreżentaw ruħhom.

(94)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, instab li x-xerrejja ewlenin tar-radjaturi tal-aluminju huma l-kumpanniji tal-bini l-kbar, id-distributuri u l-bejjiegħa bl-ingrossa, li jbiegħuhom mill-ġdid lil bejjiegħa bl-imnut jew ktajjen speċjalizzati li jbiegħu lil kumpanniji tal-kostruzzjoni iżgħar jew lill-utenti finali. Valutazzjoni tal-impatt possibbli li l-impożizzjoni ta’ dazji definittivi setgħet kellha fuq il-partijiet kkonċernati wriet li anke b’żieda potenzjali fil-prezz għal kull element ta’ radjatur tal-aluminju importat ta’ 61 %, li huwa l-ogħla dazju kontra d-dumping propost, din iż-żieda fil-prezz tidher li hija pjuttost baxxa, billi l-prodott ikkonċernat huwa normalment parti minn proġetti kbar, fejn il-prezz tiegħu huwa biss proporzjon żgħir tal-ispejjeż tan-negozju totali. Għalhekk, anke jekk jitqies l-agħar xenarju immaġinabbli, jidher li ż-żieda fil-prezz riżultanti tista’ faċilment tiġi assorbita fil-katina tal-bejgħ downstream.

(95)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, il-premessi minn (111) sa (118) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Il-livell ta’ tneħħija tad-dannu

(96)

Intqal li l-marġni ta’ profitt użat biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż kien għoli wisq. Kien argumentat li l-marġini ta’ 7,4 %, miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-sena 2008, kien eċċezzjonali u mhux realistiku. Il-kriżi ekonomika li laqtet is-suq fis-snin segwenti għamlitha impossibbli li jintlaħaq it-tali livell ta’ qligħ.

(97)

Għandu jiġi nnutat li dan il-marġni ta’ qligħ kien ivverifikat waqt l-investigazzjoni bħall-marġni tal-profitt milħuq mill-kumpanniji fil-kampjun taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Ma jistax jiġi konkluż li l-kriżi ekonomika ma kellha l-ebda impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iżda l-volum ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ li qed iwaqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kompla jiżdied matul il-perijodu kollu meqjus għad-detriment tal-prezzijiet u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk huwa evidenti li l-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ intensifikaw kwalunkwe effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda.

(98)

Kien sostnut ukoll li spiża ta’ wara l-importazzjoni użata biex tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-marġini ta’ dannu (0,2 %, inklużi l-ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi rrilaxxata l-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera fl-UE, bħall-ispiża tal-immaniġġar u l-miżati tal-approvazzjoni doganali, iżda eskluż id-dazju tal-importazzjoni) kienet sottovalutata. Skont din il-parti, l-ispejjeż postimportazzjoni għandhom jinkludu l-ispiża tal-miżata tal-immaniġġar, il-miżata tal-approvazzjoni doganali u tal-merkanzija interna stmati għal 3,5 %. Sabiex tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bit-telf, il-prezz fil-fruntiera tal-UE jitqabbel mal-prezz ex-works tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz fuq il-fruntiera tal-UE għandu jinkludi l-ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi rilaxxata l-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera fl-UE, (jiġifieri l-miżata tal-approvazzjoni doganali u l-ispejjeż tal-maniġġjar), iżda mhux kwalunkwe ġarr intern tal-merkanzija, kif mistqarr mill-parti. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda.

(99)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tad-dannu, il-metodoloġija deskritta fil-premessi minn (119) sa (123) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

7.2.   Forma u livell tad-dazji

(100)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jitqies li, skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri ta’ antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell aktar baxx tal-marġnijiet ta’ dumping u ta’ dannu, skont ir-regola dwar id-dazju l-iżjed baxx. B’konformità ma’ dan, ir-rati kollha tad-dazju għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġnijiet ta’ dannu li nstabu.

(101)

Id-dazji antidumping definittivi proposti huma dawn li ġejjin:

Pajjiż

Kumpannija

Il-marġini tad-dumping

Il-marġini tad-dannu

Dazju definittiv

ir-RPĊ

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd.

23,0  %

12,6  %

12,6  %

 

Metal Group Co., Ltd.

70,8  %

56,2  %

56,2  %

 

Sira Group (Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd.)

23,0  %

14,9  %

14,9  %

 

Kumpanniji oħra li kkooperaw

32,5  %

21,2  %

21,2  %

 

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha (marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu)

76,6  %

61,4  %

61,4  %

(102)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpanniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenefika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħrajn kollha”.

(103)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn tali fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping residwali applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

(104)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti tista’ tibda investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu.

(105)

Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju antidumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpanniji li jgawdu minn rati ta’ dazju antidumping individwali.

(106)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju fil-pajjiż kollu għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma jkollhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(107)

Sabiex jiġi żgurat l-istess trattament bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpanniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament, id-dazju medju differenzjat impost fuq dawn il-kumpanniji tal-aħħar għandu jiġi stipulat biex jiġi applikat għal kwalunkwe esportaturi ġodda li nkella jkollhom dritt għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku peress li dan l-Artikolu ma japplikax fejn ikun sar it-teħid tal-kampjuni.

7.3.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji antidumping proviżorji

(108)

Fid-dawl tal-kobor tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti garantiti permezz ta’ dazju proviżorju antidumping impost mir-Regolament proviżorju jinġabru definittivament sal-ammont tad-dazji definittivi imposti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv qiegħed b’dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju u l-elementi jew il-partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10, ex 7615 10 90, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (il-kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615109010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpanniji ta’ hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

Kumpannija

Dazju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd.

12,6  %

B272

Metal Group Co. Ltd.

56,2  %

B273

Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd.

14,9  %

B279

Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd.

14,9  %

B280

Il-kumpanniji elenkati fl-Anness I

21,2  %

 

Il-kumpanniji l-oħra kollha

61,4  %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-kumpanniji l-oħra kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazju ta’ antidumping proviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 402/2012 fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perijodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011),

ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

li effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perijodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi dwar proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) billi jżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpanniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja differenzjata ta’ 21,2 %.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 124, 11.5.2012, p. 17.

(3)  ĠU C 236, 12.8.2011, p. 18.

(4)  www.bloomberg.com

(5)  http://news.xinhuanet.com/english/2008-12/26/content_10564812.htm

(6)  Id-WTO, ir-rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2011-2, WT/DS397/AB/R, il-15 ta’ Lulju 2011. Id-WTO, ir-rapport tal-Bord, WT/DS397/R, id-29 ta’ Settembru 2010. Ir-rapporti jistgħu jitniżżlu minn fuq il-website tad-WTO (http://www.wto.org/english/tratop_e/dispu_e/cases_e/ds397_e.htm).

(7)  ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.

(8)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju: NERV-105, 08/020, 1049, Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


ANNESS I

PRODUTTURI ESPORTATURI FIR-RPĊ LI KKOOPERAW LI MHUMIEX FIL-KAMPJUN

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jinyun Shengda Industry Co., Ltd.

B274

Ningbo Ephriam Radiator Equipment Co.,Ltd.

B275

Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd.

B276

Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co.,Ltd.

B277

Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd.

B278

Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd.

B281

Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd.

B282

Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co.,Ltd.

B283

Zhejiang Botai Tools Co., Ltd.

B284

Zhejiang East Industry Co.,Ltd.

B285

Zhejiang Guangying Machinery Co.,Ltd.

B286

Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd.

B287

Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd.

B288

Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd.

B289

Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd.

B290

Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd.

B291


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1)

l-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali;

(2)

id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem il-kumpannija u s-sede reġistrata) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma”.


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/13


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1040/2012

tas-7 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2009 fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2012 u (UE) Nru 44/2012 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni tal-istokk tal-2011 għall-aringi fil-Baħar Irlandiż kienet ibbażata fuq valutazzjoni tax-xejriet biss u ġiet adottata qabda totali permissibbli (TAC) prekawzjonarja ridotta. Il-punti ta’ referenza sussegwenti fl-2012 ta’ dan l-istokk tejbu l-metodoloġija tal-valutazzjoni u tista’ tiġi pprovduta previżjoni tal-qabda abbażi ta’ approċċ ta’ rendiment massimu sostenibbli (MSY). Il-Kumitat Xjentifiku Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) intalab jikkummenta dwar żieda retroattiva tal-opportunitajiet tas-sajd għal dan l-istokk u jispjega l-impatt ta’ tali żieda fuq il-parir xjentifiku għall-2013. Abbażi tal-analiżi tal-STECF, tista’ tiġi adottata żieda fl-opportunitajiet tas-sajd stabbilti għall-2012, bil-kondizzjoni li r-reviżjoni neċessarja ssir għat-TAC tal-2013 sabiex il-mortalità tas-sajd tinżamm fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (1) għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

(2)

Franza pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet tal-merluzz għal tliet tipi ta’ sajd u li jinvolvu tliet gruppi ta’ bastimenti: grupp ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għall-pollakkju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana, grupp ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għall-pollakkju (saithe) u speċijiet tal-baħar fond fil-Punent tal-Iskozja u grupp ta’ bastimenti tas-sajd bil-konzijiet li jimmiraw għall-marlozz fil-Punent tal-Iskozja. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, kif ivvalutata mill-STECF, jista’ jkun stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, ta’ dawn it-tliet gruppi ta’ bastimenti ma qabiżx il-1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti f’kull wieħed mit-tliet żoni. Barra minn hekk, filwaqt li jitqiesu l-miżuri fis-seħħ li jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ dawn il-gruppi ta’ bastimenti u filwaqt li jiġu kkunsidrat li l-inklużjoni ta’ dawn il-gruppi jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġeneral tagħhom fuq l-istokkijiet tal-merluzz, huwa xieraq li t-tliet gruppi ta’ bastimenti jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (2). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (3), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (4) għandhom jiġu emendati skont dan.

(3)

F’Ottubru 2012, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika parir xjentifiku dwar l-istokk tan-Norway pout fil-Baħar tat-Tramuntana, l-Iskagerrak u l-Kattegat. Il-parir tal-ICES jidika li l-qabdiet m’għandhomx jaqbżu l-101 000 tunnellata fl-2012. Fir-rigward tal-kwoti, 75 % tat-TAC tan-Norway Pout f’din iż-żona tikkorrispondi għall-kwota tal-Unjoni, li minnhom 5 000 tunnellata għandha tiġi allokata lin-Norveġja. Il-bqija tal-kwota tal-Unjoni għandha tiġi allokata fost l-Istati Membri.

(4)

Il-limiti tal-qabdiet previsti minn dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012, minbarra għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limiti tal-isforz tas-sajd, li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2012. Tali applikazzjoni retroattiva mhix ser tippreġudika l-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati li għadhom ma ġewx eżawriti. Billi l-limiti tal-qbid jinfluwenzaw l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Reglament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009, ir-Regolament (UE) Nru 43/2012 u r-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 754/2009

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009, jiżdiedu l-punti segwenti:

“(j)

il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-pollakju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana (ICES żona IV) bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ugwali għal 100 mm jew akbar (kategorija ta’ rkaptu TRI).

(k)

il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-pollakju (saithe) u speċijiet tal-baħar fond fil-Punent tal-Iskozja (ICES żona VI) bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ugwali għal 100 mm jew akbar (kategorija ta’ rkaptu TR1).

(l)

il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-marlozz fil-Punent tal-Iskozja (ICES żona VI) bl-użu ta’ konzijiet (kategorija ta’ rkaptu LL).”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 43/2012

L-Annessi I u IIA għar-Regolament (KE) Nru 43/2012 huma emendati skont it-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 44/2012

L-Annessi IA u IIA għar-Regolament (KE) Nru 44/2012 huma emendati skont it-test li jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness I, u l-punt (1) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.

L-Artikolu 1, il-punt (2) tal-Anness I, u l-punt (2) tal-Annex II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16.

(4)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.


ANNESS I

(1)

Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 43/2012, l-entrata tal-aringi f’VIIa hija sostitwita kif ġej:

“Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

VIIa (1)

(HER/07 A/MM)

L-Irlanda

1 374

TAC analitika

Ir-Renju Unit

3 906

L-Unjoni

5 280

TAC

5 280

(2)

fl-Appendiċi 1 tal-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 43/2012, it-tabella (d), il-kolonna rigward Franza (FR) hija sostitwita mis-segwenti:

“FR

1 057 828

34 926

0

0

0

302 917

0

184 354”.


(1)  Minn din iż-żona għandha titnaqqas iż-żona kkonfinata:

lejn it-Tramuntana bil-latitudni 52° 30′N,

lejn in-Nofsinhar bil-latitudni 52° 00′N,

lejn il-Punent mill-kosta tal-Irlanda,

lejn il-Lvant mill-kosta tar-Renju Unit.”;


ANNESS II

(1)

Fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 44/2012, l-entrata għan-Norway pout u l-qabdiet inċidentali assoċjati fi IIIa; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV għandha tiġi sostitwita mis-segwenti:

“Speċi

:

Norway pout u qabdiet inċidentali assoċjati

Trisopterus esmarki

Żona

:

IIIa; L-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV

(NOP/2A3A4.)

Id-Danimarka

70 684  (1)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Ġermanja

14  (1)  (2)

Il-Pajjiżi l-Baxxi

52  (1)  (2)

L-Unjoni

75 750  (1)  (3)

TAC

Mhux rilevanti

(2)

fl-Appendiċi 1 tal-Anness IIA għar-Regolament (UE) Nru 44/2012 il-kolonna rigward Franza (FR) hija sostitwita mis-segwenti:

“FR

533 451

6 496 811

101 316

0

1 202 818

342 579

4 338 315

125 141”.


(1)  Tal-inqas 95 % tal-ħatt l-art li jingħadd mal-kwota għandu jkun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali tal-haddock u l-merlangu għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa’ tal-kwota.

(2)  Il-kwota tista’ tiġi mistada fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES biss.

(3)  Li minnhom 5 000 tunnellata huma allokati lin-Norveġja.”;


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1041/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Image (Pinggu Da Tao) (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa miċ-Ċina għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “

Image

(Pinggu Da Tao)” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 48, 18.2.2012, p. 28.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IĊ-ĊINA

Image (Pinggu Da Tao) (DPO)


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1042/2012

tas-7 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għall-elenkar ta’ pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3d(3) u 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta kif ipprovdut fl-Artikolu 26(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2), jistgħu jaħtru l-pjattaforma tal-irkant tagħhom stess għall-irkantar tas-sehem tagħhom tal-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-ħatra ta’ pjattaformi tal-irkant bħal dawn hija soġġetta għall-elenkar tal-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li ma jipparteċipax fl-azzjoni konġunta kif ipprovdut fl-Artikolu 26(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament, u li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu.

(3)

Fit-30 ta’ April 2012, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jaħtar lil ICE Futures Europe ("ICE") bħala pjattaforma tal-irkant kif jissemma fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

(4)

Fil-25 ta’ April 2012, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kjoto (3). Barra minn hekk, ir-Renju Unit ipprovda aktar informazzjoni u kjarifika lill-Kummissjoni, li jissupplimentaw in-notifika skont dan.

(5)

Sabiex ikun żgurat li l-ħatra proposta ta’ ICE bħala pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 hija kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u hija konformi mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa meħtieġ li jiġu imposti għadd ta’ kundizzjonijiet u obbligi fuq ICE.

(6)

Skont l-Artikoli 18 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, pjattaforma tal-irkant hija inkarigata b’serje ta’ ħidmiet li jikkonċernaw l-ammissjoni ta’ persuni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet li jinkludu l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta mill-klijenti b’mod li jiżguraw li japplikaw biss il-persuni eliġibbli għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta direttament fl-irkantijiet. Ir-responsabbiltajiet tagħha jirriżultaw ukoll fil-kuntest tal-eżaminazzjoni tal-konformità tal-applikanti ma’ ċerti rekwiżiti minimi għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta, fis-sottomissjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta u fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jingħataw jew jiġu rrifjutati li jingħataw ammissjoni biex jagħmlu offerta, u biex jiġu rrevokati jew sospiżi l-ammissjonijiet, diġà mogħtija, biex jagħmlu offerta. Skont il-mudell ta’ kooperazzjoni bejn ICE u l-membri ta’ skambju tagħha u l-klijenti tagħhom, il-membri ta’ skambju ta’ ICE u wħud mill-klijenti tagħhom se jwettqu funzjonijiet ta’ ammissjoni bħal dawn fir-rigward tal-klijenti eżistenti jew prospettivi tagħhom. Mudell ta’ kooperazzjoni bħal dan jista’ jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, sakemm ICE tiżgura dik il-konformità mal-obbligi eżistenti tal-pjattaforma tal-irkant skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

(7)

Barra minn hekk, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, pjattaforma maħtura tal-irkant hija meħtieġa biex tipprovdi aċċess sħiħ, ġust u ekwu għal offerta f’irkantijiet għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u aċċess biex jagħmlu offerta f’irkantijiet għal emittenti żgħar. Biex tiżgura dan, ICE għandha tipprovdi lil dawn l-SMEs u emittenti żgħar informazzjoni trasparenti, komprensiva u aġġornata, dwar il-possibbiltajiet ta’ aċċess għall-irkantijiet imwettqa minn ICE għar-Renju Unit inkluż il-gwida prattika kollha meħtieġa dwar kif tagħmel l-aħjar użu minn possibbiltajiet bħal dawn. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament fuq il-paġna web ta’ ICE. Barra minn hekk, ICE għandha tirrapporta lis-sorveljatur tal-irkant maħtur, kif provdut fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, dwar il-kopertura miksuba taħt il-mudell ta’ kooperazzjoni tagħha mal-membri ta’ skambju u l-klijenti tagħhom, inkluż fuq il-livell ta’ kopertura ġeografika miksub u tqis bl-ikbar reqqa r-rakkomandazzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant f’dan ir-rigward sabiex tiżgura t-twettiq tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 35(3)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, meta jaħtru pjattaforma tal-irkant, l-Istati Membri jridu jqisu kemm il-pjattaforma tal-irkant kandidata hija kapaċi tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern inkluż is-suq tal-karbonju. B’mod partikolari, pjattaforma tal-irkant m’għandhiex tkun tista’ tuża l-kuntratt li jaħtarha biex tieħu vantaġġ fuq il-kompetittività tal-attivitajiet l-oħra tagħha, notevolment fis-suq sekondarju li torganizza. Barra minn hekk, l-elenkar ta’ ICE bħala pjattaforma tal-irkant għandu jkun kondizzjonali fuq ICE, inkluż kwalunkwe membru ta’ skambju jew membru ta’ kklerjar ammessi minn ICE, fejn il-kandidati offerenti jkollhom l-għażla li jkunu ammessi sabiex jagħmlu offerta fl-irkantijiet mingħajr il-ħtieġa li jsiru membri ta’ skambju jew parteċipanti fis-suq sekondarju organizzat minn ICE jew ta’ kwalunkwe post kummerċjali ieħor operat minn ICE jew minn kwalunkwe parti terza.

(9)

Skont il-punt (h) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, meta jaħtru pjattaforma tal-irkant, l-Istati Membri jridu jqisu l-limitu sa fejn miżuri adegwati huma pprovduti biex jirrikjedu li pjattaforma tal-irkant titrasferixxi l-assi kollha tanġibbli u mhux tanġibbli meħtieġa għat-twettiq tal-irkantijiet minn suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant. Tali miżuri ġew stipulati fi strateġija ta’ ħruġ li għandha tiġi riveduta mis-sorveljatur tal-irkant. ICE għandha tiżviluppa l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha b’mod ċar u f’waqtha filwaqt li tqis bl-ikbar reqqa l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant.

(10)

Skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, it-tariffi u l-kundizzjonijiet kollha applikati minn pjattaforma tal-irkant kif ukoll dawk tas-sistema tal-ikklerjar jew sistema ta’ saldu għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar, ikunu jinftiehmu faċilment u pubblikament disponibbli. Fid-dawl tal-mudell ta’ kooperazzjoni previst minn ICE, kwalunkwe miżata u kundizzjoni addizzjonali applikati mill-membri ta’ skambju u klijenti tagħhom f’rabta mal-funzjonijiet ta’ ammissjoni li huma jwettqu għandhom jiġu ddikjarati wkoll b’mod ċar, jinftiehmu faċilment u pubblikament disponibbli fuq il-paġni web ta’ dawk li joffru s-servizzi b’referenzi diretti għal dawk il-paġni web, disponibbli fuq il-paġna web ta’ ICE.

(11)

Skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, pjattaforma tal-irkant definittiva trid tiżgura li jkollha mekkaniżmu straġudizzjarju biex tittratta l-ilmenti mingħand applikanti għall-ammissjoni biex jagħmlu offerta, offerenti ammessi biex jagħmlu offerta, jew minn min l-ammissjoni tiegħu tkun ġiet irrifjutata, irrevokata jew sospiża. L-applikanti għal ammissjoni biex jagħmlu offerta, l-offerenti ammessi biex jagħmlu offerta jew li l-ammissjoni tagħhom biex jagħmlu offerta tkun ġiet irrifjutata, irrevokata jew sospiża għandhom ikunu jistgħu jużaw id-dritt tagħhom għal appell skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, anke meta dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu minn membri ta’ skambju ta’ ICE u l-klijenti tagħhom.

(12)

Minbarra l-bidliet fir-regoli ta’ skambju ta’ ICE stess meħtieġa biex jiżguraw konformità sħiħa mal-kundizzjoni u l-obbligi mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, ICE għandha wkoll tieħu kwalunkwe pass ulterjuri kif meħtieġ biex tiżgura l-konformità sħiħa, li tista’ tinvolvi adattamenti fl-arranġamenti kuntrattwali bejn ICE u l-membri ta’ skambju tagħha, bejn il-membri ta’ skambju u l-klijenti, u bejn il-klijenti ’l isfel fil-katina.

(13)

Barra minn hekk, ċerti referenzi fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandhom jiġu emendati biex jeliminaw in-nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-irkant mis-sorveljatur tal-irkant u għal raġunijiet ta’ konsistenza ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dak ir-Regolament.

(14)

Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(15)

Sabiex ikunu żgurati rkantijiet prevedibbli u f’waqthom mill-pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(16)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 25, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) jinbidel b’li ġej:

“(c)

kwalunkwe evidenza ta’ mġiba antikompetittiva, abbuż tas-suq, ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroristi jew attività kriminali;”

(b)

il-punt (f) jinbidel b’li ġej:

“(f)

informazzjoni dwar l-għadd, in-natura u l-istatus ta’ kwalunkwe ilment magħmul skont l-Artikoli 59(4) jew 64(1) kif ukoll kwalunkwe ilment magħmul kontra pjattaforma tal-irkant lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jissorveljaw dik il-pjattaforma tal-irkant, il-qrati jew il-korpi amministrattivi kompetenti pprovduti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 52(2) tad-Direttiva 2004/39/KE.”

(2)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 49, 19.2.2004,p. 1.


ANNESS

Fit-tabella li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, jiżdied li ġej:

Pjattaformi tal-irkant maħtura mir-Renju Unit

2

Pjattaforma tal-irkant

ICE Futures Europe (ICE)

 

Terminu tal-ħatra

Mill-10 ta' Novembru 2012 l-aktar kmieni sad-9 ta' Novembru 2017 l-aktar tard, bla ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5).

 

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-kundizzjoni u l-obbligi li japplikaw għal ICE għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)   ‘Ir-regoli ta’ skambju ta’ ICE’— tfisser Regolamenti ta’ ICE, inkluż b’mod partikolari regoli tal-kuntratt u l-proċeduri marbuta ma’ ICE FUTURES EUA AUCTION CONTRACT u ICE FUTURES EUAA AUCTION CONTRACT;

(b)   ‘membru ta’ skambju’— tfisser membru kif definit fit-Taqsima A.1 tar-regoli ta’ skambju ta’ ICE;

(c)   ‘klijent’— tfisser klijent ta’ membru ta’ skambju, kif ukoll klijenti tal-klijenti tagħhom ’l isfel fil-katina, li jiffaċilitaw l-ammissjoni ta’ persuni biex jagħmlu offerta u jaġixxu f’isem l-offerenti.

 

Kundizzjonjiet

L-ammissjoni fl-irkantijiet ma għandhiex tkun dipendenti fuq li wieħed isir membru ta’ skambju jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat minn ICE jew minn kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat minn ICE jew minn kwalunkwe parti terza.

 

Obbligi

1.

ICE għandha tirrikjedi li kwalunkwe deċiżjoni li għandha tittieħed mill-membri ta’ skambju ta’ ICE jew il-klijenti tagħhom fir-rigward tal-għoti tal-ammissjoni biex jagħmlu l-offerti fl-irkantijiet, ir-revoka jew is-sospensjoni ta’ ammissjoni bħal din tkun ikkomunikata lil ICE mill-membri tal-iskambju jew il-klijenti tagħhom li jieħdu tali deċiżjonijiet fil-mod li ġej:

(a)

fil-każ ta’ deċiżjonijiet li jirrifjutaw li jagħtu ammissjoni biex jagħmlu offerta u d-deċiżjonijiet li jirrevokaw jew jissospendu l-aċċess għal irkantijiet, fuq bażi individwali mingħajr dewmien;

(b)

fil-każ ta’deċiżjonijiet oħrajn, fuq talba.

ICE għandha tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni bħal din tista’ tkun soġġetta għal eżami minn ICE fir-rigward tal-konformità tagħha mal-obbligi eżistenti tal-pjattaforma tal-irkant skont dan ir-Regolament, u li l-membri ta’ skambju ta’ ICE jew il-klijenti tagħhom jirrispettaw ir-riżultati ta’ kwalunkwe eżami bħal dan minn ICE. Dan jista’ jinkludi, iżda ma jkunx limitat għal, rikors għal kwalunkwe regoli ta’ skambju ta’ ICE applikabbli, inkluż proċeduri dixxiplinarji, jew kwalunkwe azzjoni oħra kif xieraq biex tiffaċilita l-ammissjoni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet.

2.

ICE għandha tfassal u żżomm fuq il-paġna web tagħha lista komprensiva u aġġornata tal-membri ta’ skambju jew il-klijenti tagħhom li huma eliġibbli biex jiffaċilitaw l-aċċess lill-SMEs u l-emittenti żgħar għall-irkantijiet tar-Renju Unit fuq ICE flimkien ma’ gwida prattika li tiftiehem immedjatament, li tinforma lill-SMEs u l-emittenti żgħar dwar il-passi li jridu jieħdu biex jaċċessaw l-irkantijiet permezz ta’ membri ta’ skambju bħal dawn jew il-klijenti tagħhom.

3.

Fi żmien sitt xhur wara l-bidu tal-irkantijiet jew xahrejn mill-ħatra tas-sorveljatur tal-irkant, skont liema minnhom iseħħ l-iktar tard, ICE għandha tirrapporta lis-sorveljatur tal-irkant, dwar il-kopertura miksuba taħt il-mudell ta’ kooperazzjoni tagħha mal-membri ta’ skambju u l-klijenti tagħhom, inkluż il-livell ta’ kopertura ġeografika miksub u tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant f’dan ir-rigward sabiex tiżgura t-twettiq tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 35(3)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

4.

It-tariffi u l-kundizzjonijiet kollha applikati minn ICE u s-sistema ta’ kklerjar tagħha fuq persuni ammessi biex jagħmlu offerta jew offerenti għandhom ikunu ddikjarati b’mod ċar, li jiftiehem faċilment u jkunu pubblikament disponibbli fuq il-paġna web ta’ ICE, li għandha tinżamm aġġornata.

ICE għandha tipprovdi li fejn jiġu applikati miżati u kundizzjonijiet addizzjonali minn membru ta’ skambju jew klijent tiegħu, għall-ammissjoni biex jagħmel offerta, dawn it-tariffi u l-kundizzjonijiet għandhom ukoll ikunu ddikjarati b’mod ċar, jinftiehmu faċilment u jkunu pubblikament disponibbli fuq il-paġni web ta’ dawk li joffru s-servizzi b’referenzi diretti għal dawk il-paġni web disponibbli fuq il-paġna web ta’ ICE.

5.

Bla ħsara għal rimedji legali oħra, ICE għandha tipprovdi għad-disponibbiltà tal-Proċeduri ta’ Riżoluzzjoni ta’ Ilmenti ta’ ICE biex tiddeċiedi dwar ilmenti li jistgħu jirriżultaw f’rabta ma’ deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ ammissjoni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet, dwar ir-rifjut li tingħata ammissjoni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet, dwar ir-revoka jew is-sospensjoni ta’ ammissjonijiet biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet diġà mogħtija, kif hemm speċifikat aktar fil-punt 1, meħuda minn membri ta’ skambju ta’ ICE jew il-klijenti tagħhom.

6.

ICE għandha temenda r-regoli ta’ skambju tagħha biex tiżgura konformità sħiħa mal-kundizzjoni u l-obbligi għall-elenkar tagħha li huma stipulati f’dan l-Anness. B’mod partikolari, ir-regoli ta’ skambju ta’ ICE emendati għandhom jistipulaw l-obbligi stipulati fil-punti 1, 2, 4 u 5.

7.

Fi żmien xahrejn mill-10 ta' Novembru 2012, ICE għandha tissottometti l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha dettaljata lir-Renju Unit għall-konsultazzjoni tas-sorveljatur tal-irkant. Fi żmien xahrejn minn meta tasal l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant, ICE għandha tirrevedi l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha, filwaqt li tqis bl-ikbar reqqa dik l-opinjoni.

8.

Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sostantiva fl-arranġamenti kuntrattwali ma’ ICE, innotifikati lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April, l-4 ta’ Mejju u l-14 ta’ Ġunju 2012 u kkomunikati lill-Kumitat tat-Tibdil fil-Klima fil-15 ta’ Mejju u fit-3 ta’ Lulju 2012.”


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1043/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li japprova s-sustanza attiva fosfan, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-fosfan il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE (3).

(2)

B’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni fil-11 ta’ Novembru 2007 mingħand S&A Service- und Anwendungstechnik GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfan fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent ġew ivvalutati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fl-24 ta’ Frar 2010.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu evalwazzjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva fosfan (4) fit-22 ta’ Frar 2012. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Settembru 2012 fil-format tar-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għall-fosfan.

(5)

Mid-diversi eżamijiet li saru deher li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-fosfan jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użi tagħhom li kienu eżaminati u li ngħataw dettalji dwarhom fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, hu xieraq li l-fosfan jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, tinħtieġ l-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(7)

Madankollu, bla ħsara għall-obbligi previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex janalizzaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fosfan. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet, kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tal-fajl komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(8)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati d-dmirijiet tal-Istati Membri, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(9)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva fosfan, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Rivalutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fosfan bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2013.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fosfan bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fosfan bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fosfan bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sat-30 ta’ Settembru 2014 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fl-att jew atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew approvaw is-sustanza jew is-sustanzi, skont liema minnhom ikun l-aktar reċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 181, 10.7.2008, p. 52.

(4)  EFSA Journal 2012; 10(3):2595. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(6)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Fosfan

Nru CAS 7803-51-2

Nru CIPAC 127

Fosfan

≥ 994 g/kg

L-impurità rilevanti arsan ma tridx taqbeż iż-0,023 g/kg fil-materjal tekniku

fl-1 ta’ April 2013

fil-31 ta’ Marzu 2023

L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-fosfan, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Settembru 2012.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas b’mod partikolari lil:

il-protezzjoni ta’ operaturi fil-bini ttrattat u madwaru matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni;

il-protezzjoni tal-ħaddiema fil-bini ttrattat u madwaru matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni;

il-protezzjoni tal-persuni fl-inħawi madwar il-bini ttrattat matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-monitoraġġ permanenti tal-konċentrazzjoni tal-fosfan b’apparat awtomatiku, l-użu ta’ apparat ta’ protezzjoni personali u t-twaqqif ta’ żona madwar il-bini ttrattat fejn persuni li jkunu fl-inħawi ma jitħallewx jidħlu, fejn xieraq.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“28

Fosfan

Nru CAS 7803-51-2

Nru CIPAC 127

Fosfan

≥ 994 g/kg

L-impurità rilevanti arsan ma tridx taqbeż iż-0,023 g/kg fil-materjal tekniku

fl-1 ta’ April 2013

fil-31 ta’ Marzu 2023

L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-fosfan, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Settembru 2012.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas b’mod partikolari lil:

il-protezzjoni ta’ operaturi fil-bini ttrattat u madwaru matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni;

il-protezzjoni tal-ħaddiema fil-bini ttrattat u madwaru matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni;

il-protezzjoni tal-persuni fl-inħawi madwar il-bini ttrattat matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-monitoraġġ permanenti tal-konċentrazzjoni tal-fosfan b’apparat awtomatiku, l-użu ta’ apparat ta’ protezzjoni personali u t-twaqqif ta’ żona madwar il-bini ttrattat fejn persuni li jkunu fl-inħawi ma jitħallewx jidħlu, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ analiżi


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1044/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3) li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lill-Gwatemala.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“GSP”). L-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji li jibbenefikaw mill-GSP.

(3)

Permezz ta’ ittra ddatata l-24 ta’ Jannar 2012, il-Gwatemala ppreżentat talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Permezz tal-ittri ddatati t-28 ta’ Marzu 2012, il-21 ta’ Ġunju 2012 u s-27 ta’ Ġunju 2012, il-Gwatemala ppreżentat informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba.

(4)

It-talba tikkonċerna kwantità totali annwali ta’ 4 000 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn ’il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 1604 14 16 għall-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(5)

It-talba turi li, mingħajr id-deroga, il-kapaċità tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Gwatemala sabiex tkompli tesporta l-flettijiet tat-tonn eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali lejn l-Unjoni tista’ tiġi affetwata b’mod sinifikanti.

(6)

Id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lill-Gwatemala żmien biżżejjed biex tħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tagħha biex tikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali tal-flettijiet tat-tonn. Dan iż-żmien biżżejjed huwa meħtieġ sabiex il-gvern u l-industriji tal-ipproċessar tal-Gwatemala jiżguraw biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż.

(7)

Minħabba l-flussi tal-provvista u x-xejriet tal-produzzjoni eżistenti, id-deroga għandha tingħata fir-rigward ta’ kwantitajiet annwali ta’ 1 975 tunnellata għal flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16. Sabiex ikun żgurat li d-deroga temporanja tiġi limitata għaż-żmien meħtieġ biex il-Gwatemala tikseb konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ flettijiet tat-tonn, id-deroga għandha tingħata mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. L-ammont tal-kwota għall-2013 għandu jkun definit fuq bażi pro rata għall-perjodu tad-deroga mogħtija. Konsegwentement, l-ammonti tal-kwoti għandhom jiġu stabbiliti għal 1 975 tunnellata għall-2012, u 987,5 tunnellata għall-2013.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut ipproċessat eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali mill-Gwatemala lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(9)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex il-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 jibbenefikaw mid-deroga, huwa xieraq li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-materjal li ma joriġinax biss li jintuża għall-manifattura tal-imsemmija flettijiet tat-tonn għandu jkun tonn ta’ intestaturi HS 0302 jew 0303.

(10)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Gwatemala, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet tal-Gwatemala biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li ġew maħruġa.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 72, 73 u 75 sa 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 prodotti fil-Gwatemala minn tonn li ma joriġinax tal-intestatura HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Gwatemala f’konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-deroga prevvista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti esportati mill-Gwatemala u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet tad-dwana tal-Gwatemala għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gwatemala skont dan ir-Regolament ikollha waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet:

“Derogation — Regulation (EU) No 1044/2012”;

“Excepción — Reglamento de Ejecución (UE) no 1044/2012 de la Comisión”.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Gwatemala għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li dwarhom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu

Kwantitajiet

(f’tunnellati ta’ piż nett)

09.1627

ex 1604 14 16

Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet”

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

1 975

Mill-1.1.2013 sat-30.6.2013

987,5


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1045/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ El Salvador fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3) li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil El Salvador.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“GSP”). L-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji li jibbenefikaw mill-GSP.

(3)

Permezz ta’ ittra ddatata t-30 ta’ Marzu 2012, El Salvador ippreżenta talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Permezz tal-ittri ddatati l-20 ta’ Ġunju 2012 u t-30 ta’ Lulju 2012, El Salvador ippreżenta informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba.

(4)

It-talba tikkonċerna kwantità totali annwali ta’ 4 000 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn ’il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 1604 14 16 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(5)

It-talba turi li, mingħajr id-deroga, il-kapaċità tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut ta’ El Salvador sabiex ikompli jesporta l-flettijiet tat-tonn eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali lejn l-Unjoni tista’ tiġi affetwata b’mod sinifikanti.

(6)

Id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lil El Salvador żmien biżżejjed biex iħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tiegħu biex jikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali tal-flettijiet tat-tonn. Dan iż-żmien biżżejjed huwa meħtieġ sabiex il-gvern u l-industriji tal-ipproċessar ta’ El Salvador jiżguraw biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż.

(7)

Minħabba l-flussi tal-provvista u x-xejriet tal-produzzjoni eżistenti, id-deroga għandha tingħata fir-rigward ta’ kwantitajiet annwali ta’ 1 975 tunnellata għal flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16. Sabiex ikun żgurat li d-deroga temporanja tiġi limitata għaż-żmien meħtieġ biex El Salvador jikseb konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ flettijiet tat-tonn, id-deroga għandha tingħata mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. L-ammont tal-kwota għall-2013 għandu jkun definit fuq bażi pro rata għall-perjodu tad-deroga mogħtija. Konsegwentement, l-ammonti tal-kwoti għandhom jiġu stabbiliti għal 1 975 tunnellata għall-2012, u 987,5 tunnellata għall-2013.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut ipproċessat eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali minn El Salvador lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(9)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex il-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 jibbenefikaw mid-deroga, huwa xieraq li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-materjal li ma joriġinax biss li jintuża għall-manifattura tal-imsemmija flettijiet tat-tonn għandu jkun tonn ta’ intestaturi HS 0302 jew 0303.

(10)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta’ El Salvador, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet ta’ El Salvador biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li ġew maħruġa.

(12)

Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 72, 73 u 75 sa 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 prodotti f’El Salvador minn tonn li ma joriġinax tal-intestatura HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f’El Salvador f’konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti esportati minn El Salvador u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet tad-dwana ta’ El Salvador għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ El Salvador skont dan ir-Regolament ikollha waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet:

“Derogation — Commission Implementing Regulation (EU) No …/2012”;

“Excepción — Reglamento de Ejecución (EU) No …/2012 de la Comisión”.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ El Salvador għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li dwarhom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 04 p. 307 - 356.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 06 p. 3 - 516.

(3)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Perjodu

Kwanità

(f’piż nett ta’ tunnellati)

09.1629

ex 1604 14 16

Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet”

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

1 975

Mill-1.1.2013 sat-30.6.2013

987,5


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1046/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex jippermetti l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni NUTS, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni s-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid sabiex tinbidel id-dejta li diġà ntbagħtet. Il-lista tas-serje kronoloġiċi u kemm idumu għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà li dawn jingħataw. Dawn is-serje kronoloġiċi għandhom jingħataw fi żmien sentejn mill-emenda tal-klassifikazzjoni NUTS.

(3)

Il-klassifikazzjoni NUTS ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid skont il-lista speċifikata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 13, 18.1.2011, p. 3.


ANNESS

Is-sena tal-bidu meħtieġa skont il-qasam tal-istatistika

Il-qasam

NUTS livell 2

NUTS livell 3

L-agrikoltura – il-kontijiet agrikoli

2007 (1)

 

L-agrikoltura – il-popolazzjonijiet tal-annimali

2007

 

L-agrikoltura – il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’

2007

 

L-agrikoltura – il-produzzjoni tal-ħalib

2010

 

L-agrikoltura – l-istruttura tal-impriżi agrikoli

2007

 

Id-demografija

1990 (1)

1990 (1)

Ix-xogħol, il-qgħad

2005

2005 (1)

L-ambjent – l-iskart solidu

2004

 

Is-saħħa – xi jwassal għall-mewt

1994 (1)

 

Is-saħħa – l-infrastruttura

1993 (1)

 

Is-saħħa – il-pazjenti

2000 (1)

 

Il-kontijiet domestiċi

2000

 

Is-soċjetà tal-informazzjoni

2007 (1)

 

Il-kontijiet reġjonali

2000

2000

Ix-xjenza u t-teknoloġija – in-nefqa u l-persunal fl-R&D

2009

 

It-turiżmu

2004

2004


(1)  It-trażmissjoni mhix obbligatorja.


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1047/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-lista ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni mogħtija fuq l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li l-indikazzjonijiet nutrittivi magħmula dwar l-ikel għandhom jitħallew isiru biss jekk dawn ikunu elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, li jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, b’mod partikolari l-operaturi tan-negozju tal-ikel u gruppi ta’ konsumaturi, ġie konkluż li huwa meħtieġ li jiżdiedu talbiet ġodda dwar in-nutrizzjoni mal-lista ta’ talbiet ta’ nutrizzjoni li huma permessi u biex jiġu modifikati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjonijiet permessi mir-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(3)

Il-melħ intuża bħala priservattiv u sabiex itejjeb it-togħma. Mal-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida u parir xjentifiku dwar il-melħ sar aċċettat b’mod ġenerali, il-manifatturi qed jagħmlu sforz biex jipproduċu aktar u aktar prodotti mingħajr żieda ta’ melħ meta jkun teknoloġikament vijabbli. Madankollu, id-dikjarazzjoni li tistqarr li l-melħ/sodju ma ġiex miżjud għal prodott partikolari tal-ikel bħalissa mhijiex permessa. Meta wieħed iqis l-interess partikolari min-naħa tas-saħħa biex jinkoraġġixxi tali innovazzjoni, ikun xieraq li jippermetti lill-manifatturi biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar dan l-aspett partikolari tal-proċess tal-produzzjoni. Biex tiġi evitata tali dikjarazzjoni fuq ikel li għandu livell naturali għoli fis-sodju, l-użu tiegħu għandu jkun limitat għal ikel li ma għandux ħafna sodju.

(4)

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-lista ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni mogħtija fuq l-ikel, iqis li indikazzjoni ġdida dwar in-nutrizzjoni li tippermetti l-komunikazzjoni ta’ tnaqqis aktar modest minn dak permess bl-indikazzjoni “ħafif”, tmur kontra l-għan u l-kontenut tal-istrument bażiku.

(5)

It-tnaqqis ta’ xaħam saturat ikun ta’ ġid biss meta dan ma jiġix sostitwit jew jiġi sostitwit b’xaħam mhux saturat. Is-sostituzzjoni tax-xaħam saturat b’aċidi grassi trans ma tagħmilx ġid lis-saħħa u għaldaqstant il-kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni li tirreferi għat-tnaqqis ta’ xaħam saturat għandhom jitfasslu b’tali mod li tiġi evitata s-sostituzzjoni ta’ dan b’aċidi grassi trans.

(6)

Skont il-kundizzjonijiet attwali, it-tnaqqis ta’ zokkrijiet tista’ tiġi indikata saħansitra meta z-zokkrijiet jiġu sostitwiti b’xaħam, li twassal biex il-prodott riformulat ikollu enerġija ogħla. Għaldaqstant, l-indikazzjoni li tgħid li tnaqqsu z-zokkrijiet għandha tkun permessa biss meta l-enerġija tal-ikel ma tiżdiedx wara r-riformulazzjoni. Peress li n-numru ta’ prodotti li se jkunu jistgħu jilħqu kundizzjonijiet aktar stretti li jirrikjedu li t-tnaqqis tal-enerġija jkun jikkorrispondi ma’ tnaqqis taz-zokkrijiet huwa ferm limitat, l-użu ta’ din l-indikazzjoni se jkun ferm ristrett.

(7)

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Prodotti mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Ġunju 2014 mhumiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 kif emendat b’dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm tispiċċa l-ħażna.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Wara l-inserzjoni rigward id-dikjarazzjoni “BLA SODJU jew BLA MELĦ”, iddaħħlet l-inserzjoni li ġejja:

“BLA SODJU/MELĦ MIŻJUD

Dikjarazzjoni li tistqarr li s-sodju/melħ ma ġiex miżjud mal-ikel u kwalunkwe dikjarazzjoni li hija mistennija li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur tista’ ssir biss meta l-prodott ma jinkludix sodju/melħ miżjud jew kwalunkwe ingredjent ieħor li jinkludi sodju/melħ miżjud u l-prodott jinkludi mhux aktar minn 0,12 g sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, kull 100 g jew 100 ml.”

(2)

Fl-inserzjoni rigward id-dikjarazzjoni “IMNAQQAS [ISEM IN-NUTRIJENT]”, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“Id-dikjarazzjoni ‘xaħam saturat imnaqqas’, u kwalunkwe dikjarazzjoni li mistennija li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss:

(a)

jekk it-total ta’ aċidi grassi saturati jew aċidi grassi trans fil-prodott li għandhom id-dikjarazzjoni huwa tal-inqas 30 % inqas mit-total ta’ aċidi grassi saturati u ta’ aċidi grassi trans fi prodott simili; kif ukoll

(b)

jekk il-kontenut f’aċidi grassi saturati fil-prodott li għandhom id-dikjarazzjoni huwa ugwali jew inqas milli fi prodott simili.

Id-dikjarazzjoni ‘zokkor imnaqqas’, u kwalunkwe dikjarazzjoni li jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss jekk l-ammont ta’ enerġija tal-prodott li għandu din id-dikjarazzjoni huwa ugwali jew inqas mill-ammont ta’ enerġija fi prodott simili.”


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1048/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li tirreferi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-indikazzjonijiet li jsiru rigward l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu minn operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni fuq l-indikazzjoni kkonċernata dwar is-saħħa.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

In segwitu ta’ applikazzjoni minn Cargill Incorporated, li tressqet skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u li titlob il-protezzjoni tad-dejta proprjetarja għal metaanaliżi waħda (2) u għall-informazzjoni marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tax-xgħir “betafiber” (BarlivTM), l-Awtorità ħtiġilha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-betaglukan tax-xgħir fuq it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm u t-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (koronarju) tal-qalb (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2011-00798) (3). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Intwera li l-betaglukan tax-xgħir ibaxxi/inaqqas il-kolesterol fid-demm. It-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm jista’ jnaqqas ir-riskju tal-mard (koronarju) tal-qalb”.

(6)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-8 ta’ Diċembru 2011, l-Awtorità kkonkludiet li kienet ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-betaglukan tax-xgħir u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol LDL fid-demm. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi. Il-metaanaliżi u l-informazzjoni marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tax-xgħir “betafiber” (BarlivTM), indikati mill-applikant bħala proprjetarja, ma kinux ikkunsidrati neċessarji mill-Awtorità biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Għalhekk huwa kkonsidrat li l-ħtieġa stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 mhix issodisfata u għaldaqstant, il-protezzjoni tad-dejta proprjetarja ma għandhiex tingħata.

(7)

In segwitu ta’ applikazzjoni minn Valens Int. d.o.o., li tressqet skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ħtiġilha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-betaglukan tax-xgħir fuq it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm u t-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (koronarju) tal-qalb (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2011-00799) (4). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Intwera li l-betaglukan tax-xgħir inaqqas il-kolesterol fid-demm. It-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm jista’ jnaqqas ir-riskju tal-mard (koronarju) tal-qalb”.

(8)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-8 ta’ Diċembru 2011, l-Awtorità kkonkludiet li kienet ġiet stabbilita relazzjoni bejn il-konsum tal-betaglukan tax-xgħir u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol LDL fid-demm. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi.

(9)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li opinjoni favur l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa għandha tinkludi ċerti dettalji. Għaldaqstant, dawk id-dettalji għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-indikazzjoni awtorizzata u għandhom jinkludu, skont il-każ, ir-reviżjoni tal-kliem tal-indikazzjoni, il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tal-indikazzjoni, u, fejn japplikaw, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u konformi mal-opinjonijiet tal-Awtorità.

(10)

Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa li jiżgura li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jkunu veri, ċari u affidabbli, u siewja għall-konsumatur, u li l-mod kif jitpoġġa l-kliem u l-preżentazzjoni jitqiesu f’dan ir-rigward. Għalhekk, meta l-kliem tal-indikazzjoni jkollu l-istess tifsira għall-konsumatur bħal dak f’indikazzjoni dwar is-saħħa awtorizzata, għaliex juri l-istess relazzjoni li teżisti bejn kategorija tal-ikel, tip ta’ ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, dawn għandhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-użu indikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikanti u l-membri tal-pubbliku skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-indikazzjoni dwar is-saħħa elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament tista’ ssir dwar oġġetti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   L-indikazzjoni dwar is-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif stipulat fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Harland JI, 2011 (mhux ippubblikata); Meta-analysis of the effects of barley beta-glucan on blood lipids.

(3)  The EFSA Journal (2011); 9(12):2470.

(4)  The EFSA Journal (2011); 9(12):2471.


ANNESS

Indikazzjoni dwar is-saħħa permessa

L-applikazzjoni — Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Applikant — Indirizz

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni

Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a)

Cargill Incorporated, li taġixxi permezz ta’ Cargill Health and Nutrition, c/o Cargill R&D Centre Europe, Havenstraat 84, B-1800 Vilvoorde, Belgium

Betaglukan tax-xgħir

Intwera li l-betaglukan tax-xgħir ibaxxi/inaqqas il-kolesterol fid-demm. Il-kolesterol għoli huwa fattur ta’ riskju fl-iżvilupp tal-mard koronarju tal-qalb

Għandu jingħata tagħrif lill-konsumaturi li l-effett benefiċjali jinkiseb permezz ta’ doża ta’ kuljum ta’ 3 g ta’ betaglukan tax-xgħir.

L-indikazzjoni tista’ tintuża għal ikel li jipprovdi mill-inqas 1 g ta’ betaglukan tax-xgħir f’kull porzjon ikkwantifikat.

 

Q-2011-00798

Valens Int. d.o.o., Kidričeva ulica 24b, SI-3000 Celje, Slovenia

Q-2011-00799


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1049/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-addittivi approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista’ tiġi emendata b’konformità mal-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(4)

Intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel u din tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà tax-xiropp poligliċitol meta jintuża f’addittiv tal-ikel (3). Hija tqis li d-dejta kimika u tossikoloġika disponibbli għax-xiropp poligliċitol huma insuffiċjenti biex jiġi stabbilit ammont aċċettabbli li jista’ jittieħed kuljum. Madankollu, hija kkonkludiet, fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ tħassib dwar is-sigurtà għall-użi proposti u l-livelli tal-użu.

(6)

Hemm bżonn teknoloġiku għall-użu tax-xiropp poligliċitol bħala poliol alternattiv għall-polioli l-oħra li huma diġà awtorizzati. Ix-xiropp poligliċitol huwa inqas ħelu u jipprovdi iktar massa, opaċità, kapaċità ta’ rbit u stabilità fi prodotti bla zokkor jew b’livell baxx ta’ enerġija. Għalhekk huwa xieraq li l-użu tax-xiropp poligliċitol ikun awtorizzat fil-kategoriji tal-ikel li saret applikazzjoni għalihom u li jiġilu assenjat in-numru bl-E għall-addittivi tal-ikel E 964.

(7)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (4), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Biex jiġi permess l-użu tax-xiropp poligliċitol fil-kategoriji tal-ikel ikkonċernati qabel dik id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data tal-applikazzjoni aktar bikrija fir-rigward ta’ dak l-addittiv tal-ikel.

(8)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri sabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2009;7(12):1413.

(4)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 2 tal-Parti B l-annotazzjoni li ġejja għal E 964 tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 962:

“E 964

Xiropp poligliċitol”

(2)

Fil-Parti E l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 964 jidħlu f’ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel rilevanti:

03.

Silġ li jittiekel

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

04.2.5.1

Ġamm ekstra u ġelatina ekstra kif definiti bid-Direttiva 2001/113/KE

E 964

Xiropp poligliċitol

500 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

04.2.5.2

Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE

E 964

Xiropp poligliċitol

500 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

04.2.5.3

Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili

E 964

Xiropp poligliċitol

500 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

05.1

Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata koperti bid-Direttiva 2000/36/KE

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

05.2

Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

b’enerġija ġejja mill-kawkaw jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

E 964

Xiropp poligliċitol

600 000

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

E 964

Xiropp poligliċitol

800 000

 

ħelu magħdi mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

E 964

Xiropp poligliċitol

990 000

 

ħelu iebes mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

05.3

Ċuwingamm

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

06.3

Ċereali tal-kolazzjon

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

ċereali tal-kolazzjon jew prodotti abbażi ta’ ċereali biss, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

07.2

Prodotti fini tal-forn

E 964

Xiropp poligliċitol

300 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

16.

Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4

E 964

Xiropp poligliċitol

300 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012”


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1050/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xiropp Poligliċitol

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) esprimiet l-opinjoni tagħha dwar is-sigurtà tax-xiropp Poligliċitol billi qieset l-ispeċifikazzjonijiet proposti mill-applikant fl-24 ta’ Novembru 2009 bħala addittiv tal-ikel (4). Dak l-addittiv tal-ikel ġie sussegwentement awtorizzat fuq il-bażi ta’ użi speċifiċi u ġie allokat in-numru E 964 mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel (5). Għalhekk, għandhom jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel.

(3)

Jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi kif proposti fil-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar l-użu tax-Xiropp Polyglycitol bħala addittiv tal-ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea. EFSA Journal 2009;7(12):1413.

(5)  Ara l-paġna 41 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għall-E 964 wara l-annotazzjoni għall-E 962:

E 964 XIROPP TAL-POLIGLIĊITOL

Sinonimi

Idrolisat tal-lamtu idroġenat, xiropp tal-glukożju idroġenat u poligliċitol.

Definizzjoni

Taħlita li tikkonsisti l-iktar f’maltitol u sorbitol u ammonti iżgħar ta’ oligo- u polisakkaridi idroġenati u maltrotriitol. Huwa mmanifatturat bl-idroġenazzjoni katalitika ta’ taħlita ta’ idrolisati tal-lamtu li jikkonsistu fi glukożju, maltożju u polimeri tal-glukożju ogħla, simili għall-proċess ta’ idroġenazzjoni katalitika użati għall-manifattura tax-xiropp tal-maltitol. Ix-xiropp li jirriżulta huwa desalat bl-iskambju tal-jonju u kkonċentrat sal-livell mixtieq.

EINECS

 

Isem kimiku

Sorbitol D-gluċitol

Maltitol: (α)-D-Glukopiranosil-1,4-D-gluċitol

Formula kimika

Sorbitol C6H14O6

Maltitol: C12H24O11

Piż molekolari

Sorbitol 182,2

Maltitol: 344,3

Test

Kontenut mhux inqas minn 99 % tas-sakkaridi idroġenati totali fuq il-bażi anidruża, mhux inqas minn 50 % polioli b’piż molekulari ogħla, mhux iktar minn 50 % ta’ maltitol u mhux iktar minn 20 % ta’ sorbitol fuq il-bażi anidruż.

Deskrizzjoni

Likwidu viskuż bla kulur u bla riħa

Identifikazzjoni

 

Solubbiltà

Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemxejn fl-etanol

Test għall-maltitol

Jgħaddi mit-test

Test għas-sorbitol

Ma’ 5 g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benżaldeide u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħawwad ġo shaker mekkaniku sakemm jitfaċċaw il-kristalli. Iffiltra l-kristalli u ħoll f’20 ml ta’ ilma jagħli li fih 1 g ta’ bikarbonat tas-sodju. Iffiltra l-kristalli, aħsel b’5 ml ta’ taħlita ilma u metanol (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli tad-derivattiv tal-monobenżilidina tas-sorbitol miksub b’dan il-mod jinħall f’bejn 173 u 179 °C.

Purità

 

Kontenut ta’ ilma

Mhux iktar minn 31 % (metodu Karl Fischer)

Kloruri

Mhux iktar minn 50 mg/kg

Sulfati

Mhux iktar minn 100 mg/kg

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux iktar minn 0,3 %

Nikil

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1051/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

36,4

MA

37,6

MK

30,8

TR

65,0

ZZ

42,5

0707 00 05

AL

31,8

TR

77,5

ZZ

54,7

0709 93 10

TR

94,7

ZZ

94,7

0805 20 10

PE

72,2

ZA

152,8

ZZ

112,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

96,7

HR

51,5

PE

42,6

TR

74,9

UY

101,2

ZA

174,3

ZZ

90,2

0805 50 10

AR

60,7

TR

89,1

ZA

98,8

ZZ

82,9

0806 10 10

BR

271,2

PE

308,9

TR

153,1

US

264,9

ZZ

249,5

0808 10 80

CL

151,5

CN

83,7

MK

34,4

NZ

136,8

ZA

141,9

ZZ

109,7

0808 30 90

CN

90,7

TR

112,8

ZZ

101,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Novembru 2012

li taħtar membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2012/693/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Nils Juhl ANDREASEN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Rikke EDSJÖ, Senior Consultant, Danish Agriculture and Food Council, hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Novembru 2012

li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2012/694/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Lussemburgiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Christian ZEYEN,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Christophe ZEEB, Conseiller à la Chambre de Commerce du Luxembourg, hu b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Novembru 2012

li taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2012/695/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Sukhdev SHARMA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Richard BALFE hu b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.