ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.308.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 308

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
8 ta' Novembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Isle of Man Queenies (DPO))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Abensberger Spargel/Abensberger Qualitätsspargel (IĠP))

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP))

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cabrito do Alentejo (IĠP))

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cordeiro Mirandês/Canhono Mirandês (DPO))

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kraška panceta (IĠP))

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward l-annotazzjonijiet għall-Kroazja fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta’ laħam frisk u ta’ ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni ( 1 )

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li japprova s-sustanza attiva isopirażam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

15

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1038/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/690/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/381/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għal kunsinni ta’ prodotti tal-akkwakultura importati mill-Indja u maħsuba għall-konsum tal-bniedem u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/220/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għal kunsinni ta’prodotti tas-sajd tal-akkwakultura importati mill-Indoneżja u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (notifikata bid-dokument C(2012) 7637)  ( 1 )

21

 

 

2012/691/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2012 dwar l-għoti ta’ derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika tal-Polonja (notifikata bid-dokument C(2012) 7645)

23

 

 

2012/692/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2012 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-entrati fil-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi (notifikata bid-dokument C(2012) 7696)  ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1030/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Isle of Man Queenies (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Isle of Man Queenies” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 38, 11.2.2012, p. 32.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7.   Ħut, molluski u krustaċji friski u prodotti li ġejjin minnhom

IR-RENJU UNIT

Isle of Man Queenies (DPO)


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1031/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Abensberger Spargel/Abensberger Qualitätsspargel (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Abensberger Spargel/Abensberger Qualitätsspargel” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 55, 24.2.2012, p. 25.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-ĠERMANJA

Abensberger Spargel/Abensberger Qualitätsspargel (IĠP)


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1032/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Ciliegia di Vignola” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 52, 22.2.2012, p. 17.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Ciliegia di Vignola (IĠP)


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1033/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cabrito do Alentejo (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Portugall biex id-denominazzjoni “Cabrito do Alentejo” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 52, 22.2.2012, p. 22.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

IL-PORTUGALL

Cabrito do Alentejo (IĠP)


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1034/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cordeiro Mirandês/Canhono Mirandês (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Portugall biex id-denominazzjoni “Cordeiro Mirandês/Canhono Mirandês” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 60, 29.2.2012, p. 16.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

IL-PORTUGALL

Cordeiro Mirandês/Canhono Mirandês (DPO)


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1035/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kraška panceta (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mis-Slovenja biex id-denominazzjoni “Kraška panceta” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 48, 18.2.2012, p. 32.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Kraška panceta (IĠP)


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2012

tas-7 ta’ Novembru 2012

li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward l-annotazzjonijiet għall-Kroazja fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta’ laħam frisk u ta’ ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3).

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, sakemm dawn il-komoditajiet ikunu konformi mat-trattament imsemmi f’dik il-Parti.

(3)

Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, imniżżlin mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) jistabbilixxi r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Dan jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula li kunsinni ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, mit-territorji jew il-partijiet minnhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament li għalih hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata mniżżla f’dik il-Parti.

(6)

Bħalissa l-Kroazja hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali fl-Unjoni. Madanakollu, bħalissal-Kroazja mhix imniżżla bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk, inkluż laħam kapuljat, ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni.

(7)

Il-Kroazja ressqet talba lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tesporta laħam frisk ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni. Skont l-informazzjoni li ressqet il-Kroazja, it-tilqim preventiv kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer huwa pprojbit fit-territorju ta’ dak il-pajjiż terz sa minn Jannar 2005. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza ta’ ċirkolazzjoni tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’annimali porċini domestiċi fit-territorju tal-Kroazja minn Marzu 2008 ’l hawn. Għalhekk l-informazzjoni disponibbli turi li l-Kroazja hija ħielsa mid-deni klassiku tal-ħnieżer f’annimali porċini domestiċi, mingħajr tilqima.

(8)

L-awtorità kompetenti Kroata tat ukoll garanziji biżżejjed rigward il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer u qed timplimenta programm imtejjeb ta’ sorveljanza għall-annimali porċini domestiċi u ċingjali.

(9)

Barra minn hekk, ir-riżultati ta’ spezzjoni li għamlet il-Kummissjoni fil-Kroazja fl-2010 kienu fil-biċċa l-kbira pożittivi. Il-Kroazja ressqet ukoll lill-Kummissjoni l-konferma li ċerti azzjonijiet korrettivi ppjanati dwar in-nuqqasijiet identifikati matul dik l-ispezzjoni ġew implimentati b’mod sodisfaċenti fl-2011.

(10)

L-evalwazzjoni tal-informazzjoni mressqa mill-Kroazja twassal għall-konklużjoni li l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ annimali porċini domestiċi minn dak il-pajjiż terz ma kinitx toħloq riskju għall-qagħda tas-saħħa fl-Unjoni rigward id-deni klassiku tal-ħnieżer. Għalhekk l-importazzjonijiet mill-Kroazja ta’ laħam frisk, inkluż laħam kapuljat, ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni għandhom jiġu permessi.

(11)

Barra minn hekk, bħalissal-Kroazja hija mniżżla fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati minn annimali porċini domestiċi u annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer) li għaddew mit-trattament speċifiku “D”.

(12)

Minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk, inkluż laħam kapuljat, ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni mill-Kroazja għandhom jiġu awtorizzati, huwa xieraq li jkunu permessi wkoll importazzjonijiet fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ta’ prodotti tal-laħam li nkisbu minn dan il-laħam frisk, mingħajr il-ħtieġa li jgħaddu minn trattament speċifiku. Għalhekk il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandhom jiġu emendati skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:

“HR

Il-Kroazja

A

A

A

A

A

A

A

A

D

XXX

A

A

XXX”

Artikolu 2

Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:

HR – il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

POR

 

 

 

it-8 ta' Novembru 2012

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(4)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1037/2012

tas-7 ta’ Novembru 2012

li japprova s-sustanza attiva isopirażam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-isopirażam, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/132/UE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE r-Renju Unit fil-25 ta’ Novembru 2008 rċieva applikazzjoni minn Syngenta Crop Protection AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva isopirażam fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2010/132/UE kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fl-4 ta’ Mejju 2010.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu evalwazzjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva isopirażam (4) fis-27 ta’ Frar 2012. L-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Settembru 2012 fil-format tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni għall-isopirażam.

(5)

Mid-diversi eżamijiet li saru deher li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandhom l-isopirażam jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użi tagħhom li kienu eżaminati u li ngħataw dettalji dwarhom fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-isopirażam jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, tinħtieġ l-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab informazzjoni ta’ konferma addizzjonali.

(7)

Madankollu, bla ħsara għall-obbligi previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-isopirażam. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet, kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-aġġornament tal-fajl komplut tal-Anness III, kif stabbilit fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(8)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati d-dmirijiet tal-Istati Membri, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati sal-lum li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(9)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva isopirażam, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Rivalutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-isopirażam bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2013.

Sa dik id-data dawn għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu fajl jew għandu aċċess għal fajl, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-isopirażam bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huma msemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodotti li jkun fihom l-isopirażam bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodotti li jkun fihom l-isopirażam bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Settembru 2014 jew sad-data stabbilita għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew approvaw dik is-sustanza jew is-sustanzi, skont liema waħda tkun l-aktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 51.

(4)  EFSA Journal 2012; 10(3):2600. Jinsab onlajn fuq: www.efsa.europa.eu

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(6)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Isopirażam

Nru CAS 881685-58-1

(sin-isomeru: 683777-13-1/anti-isomeru: 683777-14-2)

Nru CIPAC 963

Taħlita ta’: 3- (diflworometil) -1-metilu-N-[(1RS,4SR,9RS) -1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-yl]pirażol-4-karbossamid

(sin-isomeru – taħlita 50:50 taż-żewġ enantjomeri)

kif ukoll

3- (difluworometil) -1-metil-N- [(1RS,4SR,9SR) -1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-yl]pirażol-4-karbossamid

(anti-isomeru – taħlita 50:50 taż-żewġ enantjomeri)

F’firxa ta’ 78:15 % għal 100:0 % sin għal anti.

≥ 920 g/kg

F’firxa ta’ 78:15 % sa 100:0 % sin- sa anti-isomeri

fl-1 ta’ April 2013

fil-31 ta’ Marzu 2023

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-isopirażam, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Settembru 2012.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

(a)

għar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi;

(b)

għar-riskju għall-ħniex jekk is-sustanza hija applikata fil-qafas ta’ prattiki tal-ebda kultivazzjoni/ta’ kultivazzjoni minima;

(c)

għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-esklużjoni ta’ prattiki tal-ebda kultivazzjoni/ta’ kultivazzjoni minima, u l-obbligu li jkun hemm programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma ta’ taħt l-art f’żoni vulnerabbli, fejn xieraq.

L-applikant għandu jibgħat tagħrif konfermatorju dwar ir-rilevanza tal-metaboliti CSCD 459488 u CSCD 459489 u għall-ilma ta’ taħt l-art.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità dan it-tagħrif sal-31 ta’ Marzu 2015.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“27

Isopirażam

Nru CAS 881685-58-1

(sin-isomeru: 683777-13-1/anti-isomeru: 683777-14-2)

Nru CIPAC 963

Taħlita ta’: 3- (diflworometil) -1-metilu-N-[(1RS,4SR,9SR) -1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-yl pirażol-4-karbossamid]

(sin-isomeru – taħlita 50:50 taż-żewġ enantjomeri)

kif ukoll

3- (difluworometil) -1-metil-N- [(1RS,4SR,9SR) -1,2,3,4-tetrahidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-yl]pirażol-4-karbossamid

(anti-isomeru – taħlita 50:50 taż-żewġ enantjomeri)

F’firxa ta’ 78:15 % għal 100:0 % sin għal anti.

≥ 920 g/kg

F’firxa ta’ 78:15 % għal 100:0 % sin- sa anti-isomeri

fl-1 ta’ April 2013

fil-31 ta’ Marzu 2023

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-isopirażam, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Settembru 2012.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

(a)

għar-riskju għal organiżmi akkwatiċi;

(b)

għar-riskju għall-ħniex jekk is-sustanza hija applikata fil-qafas ta’ prattiki tal-ebda kultivazzjoni/ta’ kultivazzjoni minima;

(c)

għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-esklużjoni ta’ prattiki tal-ebda kultivazzjoni/ta’ kultivazzjoni minima, u l-obbligu li jkun hemm programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma ta’ taħt l-art f’żoni vulnerabbli, fejn xieraq.

L-applikant għandu jibgħat tagħrif konfermatorju dwar ir-rilevanza tal-metaboliti CSCD 459488 u CSCD 459489 u għall-ilma ta’ taħt l-art.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità dan it-tagħrif sal-31 ta’ Marzu 2015.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1038/2012

tas-7 ta’ Novembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

29,8

MA

36,7

MK

30,8

TR

65,0

ZZ

40,6

0707 00 05

AL

31,8

TR

99,4

ZZ

65,6

0709 93 10

TR

119,8

ZZ

119,8

0805 20 10

PE

72,2

ZA

144,9

ZZ

108,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

96,7

HR

53,4

PE

42,6

TR

75,2

UY

101,2

ZA

194,3

ZZ

93,9

0805 50 10

AR

60,7

TR

86,6

ZA

117,2

ZZ

88,2

0806 10 10

BR

269,3

PE

317,5

TR

165,4

US

362,2

ZZ

278,6

0808 10 80

CL

150,4

CN

87,5

MK

32,3

NZ

152,1

ZA

122,2

ZZ

108,9

0808 30 90

CN

54,3

TR

122,1

ZZ

88,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/381/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għal kunsinni ta’ prodotti tal-akkwakultura importati mill-Indja u maħsuba għall-konsum tal-bniedem u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/220/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għal kunsinni ta’prodotti tas-sajd tal-akkwakultura importati mill-Indoneżja u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem

(notifikata bid-dokument C(2012) 7637)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/690/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel u l-għalf, u b’mod partikolari s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta’ emerġenza meta huwa evidenti li ikel jew għalf impurtat minn pajjiż terz x’aktarx li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, u li tali riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (2), tistipula li l-proċess tal-produzzjoni tal-annimali u tal-prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali għandu jkun sorveljat bl-għan li jinstabu ċerti residwi u sustanzi f’annimali ħajjin, fil-ħmieġ tagħhom u fis-sustanzi fluwidi ta’ ġisimhom u fit-tessuti, fil-prodotti tal-annimali, fl-għalf tal-annimali u fl-ilma tax-xorb.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/381/UE tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri ta’ emerġenza li japplikaw għal kunsinni ta’ prodotti tal-akkwakultura importati mill-Indja u maħsuba għall-konsum tal-bniedem (3) tistipula li tal-anqas 20 % tal-kunsinni tal-prodotti tal-akkwakultura mill-Indja maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-kloramfenikol, it-tetraċiklina, l-ossitetraċiklina u l-klortetraċiklina u l-metaboliti tan-nitrofurani.

(4)

Ir-riżultati ta’ spezzjoni fl-Indja mwettqa f’Novembru 2011, mis-Servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, ikkonfermaw li sistema ta’ kontroll uffiċjali adegwata li tkopri l-produzzjoni tal-akkwakultura tinsab bħalissa fis-seħħ u li r-rakkomandazzjoni mir-rapport ta’ spezzjoni tal-2009 dwar monitoraġġ uffiċjali ta’ farms tal-akkwakultura ġiet parzjalment indirizzata.

(5)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/381/UE, in-numru ta’ kampjuni ta’ prodotti tal-akkwakultura li fihom instabu l-kloramfenicol, it-tetraċiklina, l-ossitetraċiklina u l-klortetraċiklina jew il-metaboliti tan-nitrofurani fl-Istati Membri naqas. Għalhekk, huwa xieraq li titnaqqas il-perċentwali minima ta’ konsenji li għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi.

(6)

L-obbligu għal testijiet mandatorji għandu madanakollu jinżamm biex dawn ikomplu jipprovdu aktar informazzjoni preċiża dwar il-kontaminazzjoni possibbli tal-prodotti tal-akkwakultura li joriġinaw mill-Indja b’dawk ir-residwi. L-ittestjar għandu jkompli wkoll sabiex jiskoraġġixxi lill-produtturi fl-Indja milli jużaw ħażin dawk is-sustanzi.

(7)

Id-Deċiżjoni 2010/381/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/220/UE tas-16 ta’ April 2010 dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għal kunsinni ta’ prodotti tas-sajd tal-akkwakultura importati mill-Indoneżja u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (5) tistipula li tal-anqas 20 % tal-kunsinni tal-prodotti tas-sajd tal-akkwakultura mill-Indoneżja maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi ddefiniti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, u b’mod partikolari l-kloramfenicol, il-metaboliti tan-nitrofurani u t-tetraċiklini.

(9)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/220/UE, ebda residwi tal-kloramfenicol, tal-metaboliti tan-nitrofurani jew tat-tetraċiklini ma nstabu f’kunsinni ta’ prodotti tas-sajd tal-akkwakultura importati mill-Indoneżja.

(10)

Ir-riżultati ta’ spezzjoni fl-Indoneżja li saret fi Frar 2012 permezz tas-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, ikkonkludew li s-sistema tal-kontroll tar-residwi fl-Indoneżja pprovdiet garanziji sodisfaċenti b’effett ekwivalenti għal dawk stipulati fil-liġi tal-Unjoni.

(11)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/220/UE għandha titħassar.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2010/381/UE, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom, bl-użu ta’ pjanijiet xierqa dwar it-teħid tal-kampjuni, jiżguraw li l-kampjuni uffiċjali jittieħdu minn tal-anqas 10 % tal-kunsinni ppreżentati għall-importazzjoni fl-istazzjonijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri tat-territorju tagħhom.”

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/220/UE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(3)  ĠU L 174, 9.7.2010, p. 51.

(4)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(5)  ĠU L 97, 17.4.2010, p. 17.


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/23


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2012

dwar l-għoti ta’ derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika tal-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2012) 7645)

(It-testi bl-Ispanjol, il-Franċiż, il-Grieg, il-Malti, il-Ġermaniż u l-Pollakk biss huma awtentiċi)

(2012/691/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet imressqin mir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika tal-Polonja,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni bil-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri tul il-perjodi tranżizzjonali msemmija fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 sa fejn is-sistemi tal-istatistika nazzjonali jkunu jeħtieġu adattamenti kbar.

(2)

Derogi bħal dawn għandhom jingħataw, meta titressaq talba ġustifikata għalihom, lir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika tal-Polonja,

(3)

Il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011, kif stabbilit fl-Anness, jingħataw lir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika tal-Polonja,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika tal-Polonja,

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 22.7.2011 p. 1.


ANNESS

Lista ta’ derogi speċifiċi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011:

Stat Membru

Deroga

Meta tispiċċa d-deroga

ir-Renju ta’ Spanja

Anness I, Kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja, tqassim skont l-attività ekonomika (A*64)

fit-30 ta’ Settembru 2015

Anness II, Taxxi relatati mal-ambjent, tqassim skont l-attività ekonomika (A*64)

fit-30 ta’ Settembru 2015

Anness III, Dejta dwar il-kontijiet tal-flussi tal-materjali għal residwi oħra mill-uċuħ tar-raba’, importazzjonijiet tal-iskart u aġġustament għall-prinċipju ta’ residenza.

fil-31 ta’ Diċembru 2015

ir-Repubblika Franċiża

Anness II, Taxxi relatati mal-ambjent, tqassim skont l-attività ekonomika (A*64)

fit-30 ta’ Settembru 2015

ir-Repubblika ta’ Ċipru

Anness I, Kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja

fit-30 ta’ Settembru 2015

Anness II, Taxxi relatati mal-ambjent

fit-30 ta’ Settembru 2015

Anness III, Kontijiet tal-Flussi ta’ Materjal mifrux mal-Ekonomija kollha

fil-31 ta’ Diċembru 2015

ir-Repubblika ta’ Malta

Anness I, Kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja

fit-30 ta’ Settembru 2015

Anness II, Taxxi relatati mal-ambjent

fit-30 ta’ Settembru 2015

Anness III, Kontijiet tal-Flussi ta’ Materjal mifrux mal-Ekonomija kollha

fil-31 ta’ Diċembru 2015

ir-Repubblika tal-Awstrija

Anness I, Kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja, is-serje nieqsa għall-PFC, l-HFC u l-SF6.

fit-30 ta’ Settembru 2015

ir-Repubblika tal-Polonja

Anness II, Taxxi relatati mal-ambjent, tqassim skont l-attività ekonomika (A*64).

fit-30 ta’ Settembru 2015


8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/25


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2012

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-entrati fil-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi

(notifikata bid-dokument C(2012) 7696)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/692/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz li jidher jew tidher f’lista mfassla skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li, fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ dan it-tip ta’ listi, għandhom jitqiesu l-verifiki min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u l-garanziji pprovduti min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi rigward il-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3) telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li dawk l-esportazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti lejn l-Unjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi. B ‘mod partikolari, l-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi u gastropodi tal-ibħra u l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi. Dawk il-listi jindikaw ukoll ir-restrizzjonijiet fuq dawn l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

(4)

Twettqet spezzjoni mill-Kummissjoni fil-Kroazja bejn it-23 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru 2010, biex tivvaluta s-sistema ta’ kontrolli li jirregolaw il-produzzjoni tal-molluski bivalvi ħajjin maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Ġew identifikati għadd ta’ nuqqasijiet li ġew ikkoreġuti sussegwentement. Is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ f’dak il-pajjiż terz attwalment jipprovdu biżżejjed garanziji biex ikun żgurat li jkun hemm protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur adegwata għal molluski bivalvi esportati mill-Kroazja lejn l-Unjoni. Il-Kroazja għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(5)

Twettqet missjoni ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni fil-Brunej mill-25 sat-28 April 2012 biex tivvaluta s-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ li jirregolaw il-produzzjoni ta’ prodotti tas-sajd maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-ebda defiċjenza kkunsidrata li għandha implikazzjonijiet sinifikanti għal protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur ma ġiet identifikata matul dik l-ispezzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodotti tal-akkwakultura. Il-Brunej għandu għalhekk jiġi inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, flimkien ma’ indikazzjoni li l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-akkwakultura biss huma permessi fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz.

(6)

Twettqet missjoni ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni fit-Togo mit-8 sal-11 ta’ Ġunju 2009. Kontrolli uffiċjali u ċertifikazzjoni tal-iġjene għall-esportazzjoni tal-awwisti ħajjin instabu li kienu sodisfaċenti, iżda ġew innutati nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll għall-prodotti tas-sajd affumikati maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fid-dawl ta’ dawk in-nuqqasijiet, it-Togo ġiet inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2009/951/UE (4), flimkien ma’ indikazzjoni li l-importazzjonijiet ta’ awwisti ħajjin biss huma permessi fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz.

(7)

In-nuqqasijiet identifikati matul iż-żjara ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni fit-Togo ġew indirizzati sussegwentement. Twaqqfu sistemi ta’ kontroll sabiex jiġu kondotti analiżi kimiċi u tal-mikrobi ta’ prodotti tas-sajd affumikati. Rapporti analitiċi u informazzjoni oħra mressqa mill-awtorità kompetenti jipprovdu biżżejjed garanziji biex ikun żgurat li jkun hemm biżżejjed protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur għal prodotti tas-sajd kollha għall-konsum mill-bniedem, ħlief molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini, ħajjin, imkessħa, iffriżati jew ipproċessati esportati mit-Togo lejn l-Unjoni.

(8)

Wara r-riforma interna tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, effettiva mill-10 ta’ Ottubru 2010, l-Antilli Olandiżi ma baqax jeżisti bħala pajjiż awtonomu fi ħdan dak ir-Renju. Fl-istess data, Curaçao u Sint Maarten kisbu l-istatus ta’ pajjiżi awtonomi fi ħdan ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt li Bonaire, Sint Eustatius u Saba saru muniċipalitajiet speċjali tal-parti Ewropea tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

(9)

Bonaire, Sint Eustatius u Saba se jibqgħu madankollu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi u territorji barranin stipulati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk dawn huma pajjiżi u territorji barranin li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-parti erbgħa tat-Trattat.

(10)

Minħabba li tikkostitwixxi parti mill-parti Ewropea tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-implimentazzjoni tat-Trattati għal dawk it-territorji hija żgurata mill-Pajjiżi l-Baxxi u l-kompiti tal-awtorità kompetenti għal kwistjonijiet sanitarji f’dawk il-muniċipalitajiet speċjali huma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni biex jippruvaw li s-sistema ta’ kontroll sanitarja fis-seħħ f’Bonaire, Sint Eustatius u Saba tipprovdi biżżejjed garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni. L-informazzjoni pprovduta turi wkoll li dawk l-awtoritajiet għandhom l-istess setgħat legali li jwettqu kontrolli daqs kemm kien ikollha l-awtorità kompetenti tal-Antilli Olandiżi u li l-operaturi tan-negozju tal-ikel huma marbutin bl-istess obbligi. Barra minn hekk, skont dik l-informazzjoni, il-kontrolli sanitarji uffiċjali f’dawk il-pajjiżi awtonomi għadhom jissoktaw fl-istess livelli bħal fil-perjodu qabel l-Antilli Olandiżi ma baqax jeżisti.

(11)

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness I, l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għal Greenland u l-Ġamajka:

“HR

IL-KROAZJA

Applikabbli biss sakemm l-Istat tal-Adeżjoni isir Stat Membru tal-Komunità.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Benin u l-Brażil:

“BN

IL-BRUNEJ

Prodotti tal-akkwakultura biss.”

(b)

l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn l-annotazzjonijiet għall-Brażil u l-Baħamas:

“BQ

BONAIRE, SINT EUSTATIUS, SABA”

 

(c)

l-annotazzjoni tat-Togo tinbidel b’dan li ġej:

“TG

IT-TOGO”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.

(4)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 70.