ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.305.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
1 ta' Novembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2012 tal-31 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1010/2012 tal-31 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2012

3

 

*

Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24)

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/675/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2012 li taħtar tliet membri mir-Renju Unit u żewġ membri supplenti mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

25

 

 

2012/676/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2012 li taħtar membru Grieg u membru supplenti Grieg fil-Kumitat tar-Reġjuni

26

 

 

2012/677/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2012 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda: l-ametoktradin (inizjalment tressqet applikazzjoni għaliha bil-kodiċi ta’ żvilupp BAS 650 F) u l-fosfonat tad-disodju (notifikata bid-dokument numru C(2012) 7581)  ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1009/2012

tal-31 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,0

MA

45,3

MK

36,9

TR

53,3

ZZ

40,1

0707 00 05

AL

35,9

MK

32,3

TR

46,8

ZZ

38,3

0709 93 10

TR

116,3

ZZ

116,3

0805 50 10

AR

60,2

CL

75,4

TR

86,4

UY

56,9

ZA

93,2

ZZ

74,4

0806 10 10

BR

259,4

LB

333,4

MK

87,0

TR

175,3

US

225,7

ZZ

216,2

0808 10 80

CL

150,8

CN

91,3

MK

36,9

NZ

100,1

US

118,8

ZA

121,3

ZZ

103,2

0808 30 90

CN

67,7

TR

106,5

ZZ

87,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1010/2012

tal-31 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Novembru 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Novembru 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

17.10.2012-30.10.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

280,50

226,99

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

262,94

252,94

232,94

Primjum tal-Golf

20,20

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

26,06

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

14,23  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

47,45  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/6


REGOLAMENT (UE) Nru 1011/2012 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Ottubru 2012

dwar statistika fuq investimenti f’titoli

(BĊE/2012/24)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (minn hawn ’il quddiem l-‘ESA 95’) (1), u b’mod partikolari l-Anness A tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (3),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji involuti f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation (BĊE/2008/30) (4),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2008/32) (5),

Wara li kkunsidra r-Regolament 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (6),

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (7),

Billi:

(1)

Sabiex jitwettaq ix-xogħol tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u sabiex isir il-monitoraġġ tas-swieq finanzjarji u tal-attivitajiet finanzjarji ġewwa ż-żona tal-euro, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu bżonn jiġbor tagħrif statistiku ta’ kwalità għolja fuq bażi ta’ titolu b’titolu fir-rigward ta’ titoli miżmumin f’setturi istituzzjonali taż-żona tal-euro, u titoli maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro u miżmumin minn setturi istituzzjonali mhux taż-żona tal-euro.

(2)

Biex jikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politika tal-awtoritajiet kompetenti dwar is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u l-analiżi tal-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja, il-BĊE għandu bżonn jiġbor informazzjoni titolu b’titolu mingħand il-gruppi bankarji fuq l-investimenti f’titoli ta’ dawk il-gruppi.

(3)

L-għan tad-dejta li trid tinġabar huwa li l-BĊE jiġi pprovdut b’tagħrif statistiku komprensiv fuq kemm setturi ekonomiċi huma skoperti u gruppi bankarji individwali fl-Istati Membri taż-żona tal-euro għal klassijiet speċifiċi ta’ titoli u fuq ir-rabtiet bejn is-setturi ekonomiċi tad-detenturi u tal-emittenti ta’ titoli, u fuq is-suq għal titoli maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro. L-importanza li jkun hemm informazzjoni preċiża dwar kemm huma skoperti s-setturi ekonomiċi u lgruppi bankarji għal klassijiet speċifiċi ta’ titoli f’livell disaggregat ħafna dehret matul il-kriżi finanzjarja, meta riskji għall-istabbiltà finanzjarja dovuti għall-mekkaniżmi ta’ kontaġju f‘livell ta’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali, iġġenerati minn klassijiet speċifiċi ta’ titoli, ma setgħux jiġu identifikati sew mid-dejta aggregata. Informazzjoni f’waqtha fuq investimenti f’titoli f‘livell ta’ titoli individwali tippermetti wkoll li l-BĊE jimmonitorja t-trażmissjoni ta’ riskji mis-swieq finanzjarji lejn l-ekonomija reali.

(4)

Barra minn hekk, dan it-tagħrif statistiku ser isostni lill-BĊE fl-analiżi tal-iżviluppi tas-suq finanzjarju, u fil-monitoraġġ tal-bidliet fil-portafolli tat-titoli tas-setturi ekonomiċi u tar-rabtiet bejn l-intermedjarji finanzjarji u l-investituri mhux finanzjarji.

(5)

Minħabba r-rabtiet bejn il-politika monetarja u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, il-ġbir ta’ tagħrif statistiku fuq bażi ta’ titolu b’titolu dwar pożizzjonijiet ta’ investimenti f’titoli u tranżazzjonijiet finanzjarji, u għad-derivazzjoni ta’ tranżazzjonijiet minn pożizzjonijiet, huwa neċessarju wkoll biex jissodisfa bżonnijiet analitiċi regolari u ad hoc biex isostni ’l-BĊE fit-twettiq tal-analiżi monetarja u finanzjarja, u għall-kontribuzzjoni mis-SEBĊ għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Dan it-tagħrif statistiku ser jippermetti li l-informazzjoni fuq titoli miżmumin minn setturi istituzzjonali tiġi kkombinata ma’ informazzjoni fuq l-emittenti individwali mad-dinja kollha, biex b’hekk tipprovdi mezz importanti għall-monitoraġġ tat-tkabbir u l-evoluzzjoni tal-iżbilanċji finanzjarji.

(6)

Huwa meħtieġ ukoll li l-BĊE jkun jista’ jipprovdi appoġġ analitiku u statistiku lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew xogħol speċifiku rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (8).

(7)

Għal din ir-raġuni, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jidentifika gruppi bankarji li jirrappurtaw għall-finijiet tal-ġbir ta’ dejta taħt dan ir-Regolament waqt li jitqiesu d-daqs tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata ta’ kull grupp meta mqabbel mal-assi tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-gruppi bankarji kollha tal-Unjoni Ewropea, is-sinifikat tal-attivitajiet tal-grupp f’settur partikolari tan-negozju bankarju u r-rilevanza tal-grupp għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro u/jew Stati Membri individwali.

(8)

Għandhom japplikaw l-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98.

(9)

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar skont dan ir-Regolament, inklużi d-derogi minnhom, huma bla ħsara għar-rekwżiti ta’ rappurtar stabbiliti f’atti u strumenti legali oħrajn tal-BĊE, li jistgħu, tal-inqas parzjalment, ikopru wkoll rappurtar ta’ tagħrif statistiku titolu b’titolu fuq investimenti f’titoli.

(10)

Huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi fl-annessi ta’ dan ir-Regolament b’mod effettiv, sakemm dawn la jibdlu l-qafas konċettwali sottostanti u lanqas jeffettwaw il-piż ta’ rappurtar fuq l-aġenti tar-rappurtar fl-Istati Membri. Din il-proċedura għandha bżonn tippermetti li jiġu kkunsidrati l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikoli 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.

ġbir ta’ dejta ‘titolu b’titolu’ tfisser il-ġbir ta’ dejta maqsuma f’titoli individwali;

2.

‘pożizzjoni’ tfisser l-ammont ta’ stokk ta’ titoli, li t-tipi tagħhom huma elenkati fil-paragrafu 15, li jappartjenu għal jew huma miżmumin f’kustodja minn aġent ta’ rappurtar attwali fl-aħħar ta’ perijodu ta’ referenza, kif iddefinit iktar fil-Parti 4 tal-Anness II;

3.

‘istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali’: ‘kumpanija ta’ investiment finanzjarju prinċipali’, ‘sussidjarja’ u ‘fergħa’ għandhom l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;

4.

‘grupp bankarju’ tfisser (a) istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u s-sussidjarji u l-friegħi finanzjarji kollha tagħha, ħlief għal impriżi tal-assigurazzjoni li jkunu rċevew awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE (9) jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE (10); jew (b) kumpanija ta’ investiment finanzjarju prinċipali u s-sussidjarji u l-friegħi finanzjarji kollha tagħha, ħlief għal impriżi tal-assigurazzjoni li jkunu rċevew awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE, sakemm fiż-żewġ każijiet il-kumpanija prinċipali hija l-kap tal-grupp bankarju. Entità mingħajr ebda sussidjarja tikkostitwixxi grupp fiha nnifisha, sakemm l-entità mhiex sussidjarja hija stess;

5.

‘residenti’ għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

6.

‘istituzzjoni finanzjarja monetarja’ (IFM), ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ (CI – credit institution) u ‘fond tas-suq tal-flus’ (MMF – money market fund) għandhom l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Is-settur IFM jikkonsisti mis-CIs u l-MMFs;

7.

‘fond ta’ investiment’ (IF – investment fund) għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8);

8.

‘korporazzjoni finanzjarja vettura’ (FVC – financial vehicle corporation) għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30);

9.

‘kustodju’ tfisser entità li tappartjeni lis-‘settur tal-korporazzjonijiet finanzjarju’ (S.12 (11)) u li tieħu ħsieb is-salvagwardja u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f’isem il-klijenti, inkluż il-kustodja u servizzi relatati bħall-immaniġjar ta’ flus kontanti/kollateral kif speċifikat fit-Taqsima B, punt (1) tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

10.

‘kap ta’ grupp bankarju’ tfisser il-kumpanija prinċipali ta’ grupp bankarju, sakemm ikun jew istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE jew kumpanija prinċipali ta’ investiment finanzjarju tal-UE kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE u kif implimentat fl-Istati Membri tal-Unjoni, ħlief li ‘UE’ għandha tinbidel b’ ‘żona tal-euro’ u ‘Stat Membru’ għandu jinbidel bi ‘Stat Membru taż-żona tal-euro’;

11.

‘kap ta’ grupp ta’ rappurtar’ tfisser kap ta’ grupp bankarju identifikat mill-Kunsill Governattiv bħala grupp ta’ rappurtar bis-saħħa tal-Artikolu 2(4);

12.

‘investitur’ tfisser kull entità jew persuna li jkollha investimenti finanzjarji;

13.

‘titoli miżmumin f’kustodja’ tfisser titoli li huma miżmumin u amministrati minn kustodji f’isem l-investituri;

14.

‘BĊN rilevanti’ tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-zona tal-euro fejn l-aġent ta’ rappurtar huwa residenti;

15.

‘titoli’ tfisser it-tipi ta’ titoli li ġejjin:

(a)

‘titoli ta’ dejn’ (F.3);

(b)

‘ishma kkwotati’ (F.511);

(c)

‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52);

16.

‘investimenti f’titoli’ tfisser il-pussess ekonomiku ta’ titoli, li t-tipi tagħhom huma elenkati fil-paragrafu 15;

17.

‘kodiċi ISIN’ tfisser in-Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli (International Securities Identification Number) mogħti lit-titoli, li jikkonsisti minn 12-il karattru alfanumeriku, li jidentifika b’mod uniku ħarġa ta’ titoli (kif iddefinit mill-ISO 6166).

Artikolu 2

Popolazzjoni ta’ rappurtar attwali

1.   Il-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali għandha tikkonsisti mill-IFMi, IFs, FVCs residenti, kustodji u l-kapijiet tal-gruppi bankarji identifikati mill-Kunsill Governattiv bħala gruppi ta’ rappurtar bis-saħħa tal-paragrafu 4 u nnotifikati bl-obbligi ta’ rrappurtar tagħhom bis-saħħa tal-paragrafu 5 (minn hawn ’il quddiem kollettivament ‘aġenti ta’ rappurtar attwali’ u individwalment ‘aġent ta’ rappurtar attwali’).

2.   Jekk MMF, IF jew FVC ma jkollhomx personalità legali skont id-dritt nazzjonali, il-persuni intitolati legalment biex jirrappreżentawhom jew, fin-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni fformalizzata, persuni li skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli huma responsabbli għall-atti tagħhom, għandhom ikunu responsabbli għar-rappurtar tal-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament.

3.   L-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ rappurtar kollha sakemm ma tkunx tapplika xi deroga mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 5.

4.   Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li grupp bankarju huwa grupp ta’ rappurtar jekk il-grupp bankarju jkollu assi tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata skont it-Titolu V, Kapitolu 4, Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE:

(a)

ikbar minn 0.5% tal-assi tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata totali tal-gruppi bankarji tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem il-‘limitu ta’ 0.5%’), skont l-iktar dejta riċenti disponibbli għall-BĊE, jiġifieri;

(i)

dejta b’referenza għall-aħħar ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li tiġi qabel in-notifika bis-saħħa tal-paragrafu 5; jew

(ii)

jekk id-data taħt (i) ma tkunx disponibbli, dejta b’referenza għall-aħħar ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel; jew

(b)

daqs jew taħt il-limitu ta’ 0.5%, sakemm il-grupp bankarju jissodisfa ċerti kriterji kwantitattivi jew kwalitattivi li jagħmluh importanti għall-istabbiltà u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro (dwar, eż., ir-rabtiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn taż-żona tal-euro, l-attività trans-ġurisdizzjonali; in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà; il-kumplessità tal-istruttura korporattiva) u/jew Stati Membri taż-żona tal-euro individwali (dwar, eż. l-importanza relattiva tal-grupp bankarju fi ħdan settur partikolari tas-suq tas-servizzi bankarji fi Stat Membru wieħed jew iżjed taż-żona tal-euro ).

5.   Il-BĊN rilevanti għandu jinnotifika lill-kapijiet tal-grupp ta’ rappurtar bid-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv bis-saħħa tal-paragrafu 4 u tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, kapijiet ta’ gruppi ta’ rappurtar li huma nnotifikati skont il-paragrafu 5 wara li jkun beda l-ewwel rappurtar skont dan ir-Regolament għandhom jibdew jirrappurtaw dejta sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data tan-notifika.

7.   Kap ta’ grupp ta’ rappurtar innotifikat skont il-paragrafu 5 għandu jinforma lill-BĊN rilevanti b’tibdil f’ismu jew fil-forma legali tiegħu, b’fużjonijiet jew ristrutturar, u b’kull avveniment jew ċirkostanza oħra li jeffettwaw l-obbligi ta’ rappurtar tiegħu fi żmien 14-il jum minn meta jseħħu l-avveniment jew ċirkustanzi.

8.   Kap ta’ grupp ta’ rappurtar innotifikat skont il-paragrafu 5 għandu jibqa’ suġġett għall-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament sakemm jiġi nnotifikat bil-kontra mill-BĊN rilevanti.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku

1.   L-IFMi, l-IFs, l-FVCs u l-kustodji għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti tagħhom b’dejta titolu b’titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew tal-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, tranżazzjonijiet finanzjarji matul ix-xahar jew it-trimestru ta’ referenza, jew it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu dderivati dawn it-tranżazzjonijiet, fuq investimenti f’titoli proprji b’kodiċi ISIN, skont il-Parti 2 tal-Anness I. Din id-dejta għandha tiġi rrappurtata fuq bażi trimestrali jew ta’ kull xahar skont l-istruzzjonijiet ta’ rappurtar definiti mill-BĊNi rilevanti.

2.   Kustodju għandu jinforma lill-BĊN rilevanti bit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ kustodju fi żmien ġimgħa mid-data li fiha jibda l-attivitajiet ta’ kustodju, irrispettivament minn jekk jistenniex li jkun suġġett għall-obbligi ta’ rappurtar regolari skont dan ir-Regolament, sakemm kustodju ma jkunx informa lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn b’dan.

Il-kustodji għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti fuq bażi trimestrali jew ta’ kull xahar, skont l-istruzzjonijiet ta’ rappurtar definiti mill-BĊNi, b’dejta titolu b’titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew tal-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, fuq tranżazzjonijiet finanzjarji matul it-trimestru jew xahar ta’ referenza, fuq it-titoli b’kodiċi ISIN li ġejjjin:

(a)

titoli li huma jżommu f’kustodja f’isem investituri residenti li ma jirrappurtawx l-investimenti tagħhom stess skont il-paragrafu 1, b’konformità ma’ Parti 3 tal-Anness I;

(b)

titoli li huma jżommu f’kustodja f’isem investituri mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro oħrajn, b’konformità ma’ Parti 4 tal-Anness I;

(c)

titoli maħruġin minn entitajiet taż-żona tal-euro li jżommu f’kustodja f’isem investituri residenti fi Stati Membri mhux taż-żona tal-euro u ta’ investituri residenti barra mill-Unjoni Ewropea, b’konformità ma’ Parti 5 tal-Anness I.

3.   Kapijiet ta’ gruppi ta’ rappurtar għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti fuq bażi trimestrali b’dejta titolu b’titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru ta’ titoli b’kodiċi ISIN li qed jinżammu mill-grupp tagħhom, inklużi entitajiet mhux residenti. Din id-dejta għandha tiġi rrappurtata fuq il-bażi tal-portafoll gross tal-grupp, mingħajr netting ’il barra mill-investimenti tal-grupp tat-titoli maħruġin minn entitajiet tal-istess grupp.

B’konformità mal-istruzzjonijiet tal-BĊN rilevanti, il-kapijiet tal-gruppi ta’ rappurtar għandhom jirrappurtaw dejta fuq investimenti f’titoli fuq il-bażi ta’ wieħed mit-tliet metodi speċifikati fil-Parti 6 tal-Anness I.

4.   Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar skont dan ir-Regolament, inklużi derogi minnu, għandhom ikunu mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti (a) fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32); (b) fir-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8); u (c) fir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30).

5.   L-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-BĊN rilevanti, jirrappurtaw jew (a) dejta titolu b’titolu fuq tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ kull xahar jew trimestrali u, meta jintalbu mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum; jew (b) it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu dderivati tranżazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi ta’ wieħed mill-metodi speċifikati f‘Parti 1 tal-Anness I. Iktar rekwiżiti u linji gwida dwar il-kompilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet huma stabbiliti f‘Parti 3 tal-Anness II.

6.   L-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom, jekk mogħtija struzzjonijiet mill-BĊN rilevanti, jirrappurtaw fuq bażi trimestrali jew ta’ kull xahar dejta fuq pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru jew l-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, tagħrif statistiku fuq it-trimestru jew ix-xahar ta’ referenza, fuq investimenti f’titoli mingħajr kodiċi ISIN, skont Parti 7 tal-Anness I. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal aġenti ta’ rappurtar attwali li jingħataw derogi b’konformità mal-Artikolu 4.

7.   Dejta titolu b’titolu fuq pożizzjonijiet tal-aħħar ta’ trimestru jew l-aħħar tax-xahar u, skont il-paragrafu 5, tagħrif statistiku fuq it-trimestru jew ix-xahar ta’ referenza, għandha tiġi rrappurtata skont il-Partijiet 1, 2 u 4 tal-Anness II, u mar-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 4

Derogi

1.   Fid-diskrezzjoni ta’ kull BĊN rilevanti, id-derogi li ġejjin jistgħu jingħataw lill-aġenti ta’ rappurtar attwali:

(a)

fl-Istati Membri taż-żona tal-euro b’investimenti totali f’titoli b’kodiċi ISIN minn investituri residenti li fil-valur tas-suq huma inqas minn jew daqs EUR 40 biljun:

(i)

il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFMi, IFs, FVCs u kustodji mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm f’termini ta’ pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkombinata ta’ IFMi, IFs, FVCs u kustodji eżentati lill-investimenti nazzjonali ta’ IFMi, IFs, FVCs u kustodji, rispettivament, ma taqbiżx 40%. FVCs li ma jirrappurtawx dejta titolu b’titolu b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30) għandhom ikollhom id-dritt, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊNi tagħhom, li jaqbżu dan il-limitu minimu għall-ewwel sentejn wara l-bidu tar-rappurtar skont dan ir-Regolament;

(ii)

il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-kustodji mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a), sakemm f’termini ta’ pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkombinata ta’ kustodji eżentati lill-ammont nazzjonali ta’ titoli miżumin f’kustodja ma taqbiżx l-40%;

(b)

fi Stati Membri taż-żona tal-euro b’investimenti totali ta’ titoli b’kodiċi ISIN minn investituri residenti li fil-valur tas-suq huma ogħla minn EUR 40 biljun:

(i)

il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFMi, IFs, FVCs u kustodji mir-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm f’termini ta’ pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkumbinata ta’ IFMi, IFs, FVCs u kustodji eżentati lill-investimenti nazzjonali ta’ IFMi, IFs, FVCs u kustodji, rispettivament ma taqbiżx il-5%;

(ii)

il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil kustodji mir-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a), sakemm f’termini ta’ pożizzjonijiet il-kontribuzzjoni kkumbinata ta’ kustodji eżentati għall-ammont nazzjonali ta’ titoli miżmumin f’kustodja ma taqbiżx il-5%;

(c)

Il-BĊNi għandhom jikkonsultaw lill-BĊE fuq l-użu ta’ informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-investimenti totali ta’ titoli fil-valur tas-suq meħtieġa biex jagħtu derogi skont dan il-paragrafu.

2.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu derogi lil CIs mir-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1) kif ġej:

(a)

il-BĊNi jistgħu jeżentaw lil CIs għal kollox jew parzjalment mir-rekwiżiti ta’ rappurtar, sakemm il-kontribuzzjoni kkombinata lill-ammont totali ta’ titoli miżmumin minn CIs fl-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti f’termini ta’ pożizzjonijiet ma taqbiżx il-5%;

(b)

madankollu dan il-limitu minimu jista’ jiżdied għal 15% għall-ewwel sentejn wara l-bidu tar-rappurtar skont dan ir-Regolament;

(c)

il-limiti minimi msemmijin fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ investimenti totali f’titoli għall-Istat Membru rilevanti wara li tiġi applikata kwalunkwe deroga skont il-paragrafu 1.

3.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu derogi lill-MMFs kollha mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 3(1), sakemm l-investimenti totali tat-titoli tagħhom b’kodiċi ISIN ikunu ta’ inqas minn 2% tat-titoli miżmumin mill-MMFs taż-żona tal-euro. Dan il-limitu minimu ta' 2% għandu jiġu kkalkulat fuq il-bażi ta’ investimenti totali f’titoli minn MMFs fl-Istat Membru rilevanti, wara li tiġi applikata kwalunkwe deroga skont il-paragrafu 1.

4.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu derogi lill-FVCs kollha mir-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(1), sakemm l-investimenti totali tagħhom ta’ titoli b’ kodiċi ISIN ikun ta’ inqas minn 2% tat-titoli miżmumin mill-FVCs taż-żona tal-euro. Dan il-limitu minimu ta’ 2% għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ investimenti totali f’titoli minn FVCs fl-Istat Membru rilevanti, wara li tiġi applikata kwalunkwe deroga skont il-paragrafu 1.

5.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu d-derogi li ġejjin lill-kustodji:

(a)

Il-BĊNi jistgħu jeżentaw għal kollox jew parzjalment lil kustodji mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a), sakemm id-dejta msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tista’ tiġi dderivata minn sorsi oħrajn ta’ dejta statistika jew superviżorja, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III. Barra minn hekk japplika dan li ġej:

(i)

fi Stati Membri fejn japplikaw derogi skont il-paragrafu 1(a), u fejn id-dejta msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) hija rrappurtata direttament mill-investituri, din id-dejta għandha tkopri bħala minimu fuq bażi ta’ titolu b’titolu 60% tal-ammont ta’ titoli msemmijin fl-Artikolu 3(2)(a);

(ii)

fi Stati Membri fejn japplikaw derogi skont il-paragrafu 1(b), u fejn id-dejta msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) hija rrappurtata direttament minn investituri, din id-dejta għandha tkopri bħala minimu fuq bażi ta’ titolu b’titolu 75% tal-ammont ta’ titoli msemmijin fl-Artikolu 3(2)(a).

(b)

Il-BĊNi jistgħu jeżentaw parzjalment jew għal kollox mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 3(2)(b) u (c) kustodji li jkollhom ammont totali ta’ titoli f’isem l-investituri kollha li mhumiex residenti li huwa taħt EUR 10 biljun.

6.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li lill-kapijiet ta’ gruppi ta’ rappurtar jagħtuhom derogi mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 3(3) kif ġej:

(a)

Il-BĊNi jistgħu jawtorizzaw lill-kapijiet tal-gruppi ta’ rappurtar biex jirrappurtaw fuq bażi ta’ titolu b’titolu tagħrif statistiku li jkopri 95% tal-ammont ta’ titoli b’kodiċi ISIN miżmum mill-grupp tagħhom, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-bqija ta’ 5% tat-titoli miżmumin mill-grupp ma jinħarġux minn emittent wieħed;

(b)

Il-BĊNi jistgħu jitolbu lill-kapijiet ta’ gruppi ta’ rappurtar biex jipprovdu iktar informazzjoni fuq it-tip ta’ titoli esklużi mir-rappurtar skont il-punt (a).

7.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jagħtu derogi mir-rekwiżiti ta’ rappurtar skont dan ir-Regolament jekk l-aġenti ta’ rappurtar attwali jirrappurtaw l-istess dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8), jew ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30), jew jekk il-BĊNi jistgħu jidderivaw l-istess dejta, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III.

8.   Fir-rigward ta’ aġenti ta’ rappurtar attwali li għalihom tapplika deroga msemmija fil-paragrafi 1, 2 3 jew 4, il-BĊNi għandhom ikomplu jiġbru dejta fuq bażi annwali dwar l-ammont ta’ titoli li jżommu jew ikollhom f’kustodja skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), jew fuq bażi aggregata jew fuq bażi ta’ titolu b’titolu.

9.   Il-BĊNi għandhom jivverifikaw li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7, kif inhu applikabbli, għall-finijiet li tingħata, tiġġedded jew tiġi rtirata, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena kalendarja.

10.   Il-BĊN rilevanti għandu jirtira kwalunkwe deroga mogħtija lill-kustodji skont il-paragrafu 5(a) jekk dejta minn sorsi ta’ dejta statistika jew superviżorja oħra li tissodisfa l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III ma tkunx tpoġġiet għad-dispożizzjoni tiegħu fil-ħin għal tliet perijodi ta’ rappurtar konsekuttivi, irrispettivament jekk hemmx ħtija min-naħa tal-kustodji. Il-kustodji għandhom jibdew jirrappurtaw dejta, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2), mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data meta l-BĊN rilevanti jinnotifikahom li d-deroga ġiet irtirata.

11.   Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jindirizzaw rekwiżiti ta’ rappurtar ad hoc lil aġenti ta’ rappurtar attwali li ngħataw derogi skont dan l-Artikolu, skont il-livell ta’ dettall li huma jqisu meħtieġ. Aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni mitluba fuq bażi ad hoc fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta ssir talba mill-BĊN rilevanti.

12.   Aġenti ta’ rappurtar attwali jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu minn derogi mogħtija mill-BĊNi u biex, minflok, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar sħaħ. Aġent ta’ rappurtar li ma jużax id-derogi mogħtija minn BĊN rilevanti għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN qabel ma jużahom sussegwentement.

Artikolu 5

Regoli ta’ kontabbiltà

1.   Sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-regoli ta’ kontabbilità segwiti mill-aġenti ta’ rappurtar attwali għall-finijiet ta’ rappurtar skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk preskritti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (12) jew, jekk din ma tapplikax, fi standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li japplikaw għall-aġenti ta’ rappurtar attwali.

2.   Bla ħsara għall-prattiċi ta’ kontabbiltà nazzjonali investimenti f’titoli għandhom jiġu rrappurtati f’valur nominali jew bħala numru ta’ ishma. Il-valuri tas-suq jistgħu jiġu rrappurtati wkoll, kif indikat fil-Parti 4 tal-Anness II.

3.   Bla ħsara għall-prattiċi ta’ kontabbiltà nazzjonali u arranġamenti ta’ netting, investimenti f’titoli għandhom jiġu rrappurtati fuq bażi gross għall-finijiet ta’ statistika.

4.   Investimenti f’titoli mislufin skont operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli, jew mibjugħin skont ftehim ta’ xiri mill-ġdid, għandhom jibqgħu rreġistrati bħala investimenti mill-proprjetarju oriġinali (u mhux bħala investimenti tal-akkwirent temporanju) fejn hemm impenn sod biex tiġi rriversjata l-operazzjoni (u mhux sempliċi għażla li jsir hekk). Meta l-akkwirent temporanju jbiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ jiġi rreġistrat bħala bejgħ assolut f’titoli u rrappurtat mill-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli.

Artikolu 6

Iż-żmien applikabbli għar-rappurtar

1.   Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta jkollhom bżonn li jirċievu dejta minn aġenti ta’ rappurtar attwali biex ikunu jistgħu jwettqu l-proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità meħtieġa u biex iħarsu l-iskadenzi fil-paragrafu 2.

2.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu lill-BĊE għall-aġenti ta’ rappurtar attwali:

(a)

dejta trimestrali titolu b’titolu b’konformità mal-Artikolu 3(1), (2) u (5) sal-għeluq tal-ħin tax-xogħol fis-70 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta; jew

(b)

dejta titolu b’titolu ta’ kull xahar b’konformità mal-Artikolu 3(5) u l-Parti 1 tal-Anness I, skont waħda mill-għażliet ta’ hawn taħt:

(i)

fuq bażi trimestrali għat-tliet xhur tat-trimestru ta’ referenza, sal-għeluq tal-ħin tax-xogħol fit-63 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta; jew

(ii)

fuq bażi ta’ kull xahar għal kull xahar tat-trimestru ta’ referenza, sal-għeluq tal-ħin tax-xogħol fit-63 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta; u

(c)

pożizzjonijiet trimestrali titolu b’titolu skont l-Artikolu 3(3) sal-għeluq tal-ħin tax-xogħol:

(i)

mill-2013 sal-2015: fis-70 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta; u

(ii)

mill-2016: fil-55 jum tal- kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta.

3.   Meta skadenza msemmija fil-paragrafu 2 tiġi f’jum li t-TARGET2 tkun magħluqa, l-iskadenza għandha tiġi estiża għall-jum tax-xogħol tat-TARGET2 li jmiss, kif imħabbar fuq il-websajt tal-BĊE.

Artikolu 7

Standards minimi u arranġamenti ta’ rappurtar nazzjonali

1.   L-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rappurtar li huma suġġetti għalihom skont l-istandards minimi speċifikati fl-Anness III.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta’ rappurtar li għandhom jiġu segwiti mill-aġenti ta’ rappurtar attwali b’konformità ma’ karatterisitċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu jekk jeħtieġux li l-kustodji jirrappurtaw dejta titolu b’titolu fuq il-bażi ta’ investitur b’investitur. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta’ rappurtar jipprovdu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu li ssir il-verifika ta’ jekk humiex sodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 8

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-drittijiet biex jivverifikaw, skont il-livell ta’ dettall meqjus neċessarju mill-BĊN rilevanti, jew biex jiġbru, l-informazzjoni li l-aġenti ta’ rappurtar attwali huma meħtieġa li jipprovdu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, bla ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dawn id-drittijiet innifsu. Dawn id-drittijiet għandhom b’mod partikolari jiġu eżerċitati mill-BĊNi meta aġenti ta’ rappurtar attwali ma jissodisfawx l-istandards minimi speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 9

Proċedura ta’ emenda simplifikata

Wara li jkun ikkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jagħmel emendi tekniċi fl-annessi ta’ dan ir-Regolament, sakemm la jibdlu l-qafas konċettwali sottostanti u lanqas jeffettwaw il-piż ta’ rappurtar fuq l-aġenti ta’ rappurtar attwali. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 10

L-ewwel rappurtar

L-ewwel rappurtar bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta’ referenza Diċembru 2013. L-ewwel darba li l-BĊNi jirrappurtaw lill-BĊE, ikunu meħtieġa li jippreżentaw biss dejta fuq pożizzjonijiet.

Artikolu 11

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Ottubru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10, Volum 2, p. 3-471.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Volum 3, p. 23-34.

(3)  ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.

(4)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(6)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 239M, 10.9.2010, p. 1-200 (MT).

(8)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(9)  L-Ewwel Direttiva Tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Volum 1, p. 14-30).

(10)  Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Volum 6. p. 3-54).

(11)  In-numerazzjoni tal-kategoriji f’dan ir-Regolament kollu tirrifletti n-numerazzjoni introdotta fil-proposta tal-Kummissjoni KUMM(2010) 774 finali (il-proposta għar-Regolament ESA 2010). Għal aktar tagħrif ara l-Anness II.

(12)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Volum 1, p. 157-173.


ANNESS I

REKWIŻITI TA’ RAPPURTAR STATISTIKU

PARTI 1

Tranżazzjonijiet finanzjarji

1.

L-IFMi, l-IFs u l-kustodji li jirrappurtaw dejta fuq investimenti proprji f’titoli jew fuq titoli li jżommu f’kustodja f’isem investituri residenti jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

fuq bażi ta’ kull xahar jew trimestrali, tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu ta’ kull xahar jew trimestrali u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għax-xahar jew trimestru ta’ riferenza; jew

(b)

fuq bażi ta’ kull xahar jew trimestrali, pożizzjonijiet titolu b’titolu ta’ kull xahar u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għax-xahar ta’ riferenza jew għat-tliet xhur tat-trimestru ta’ referenza.

2.

Il-FVCs jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

fuq bażi ta’ kull xahar, tranżazzjonijiet finanzjarji trimestrali titolu b’titolu u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għat-trimestru ta’ referenza; jew

(b)

fuq bażi ta’ kull xahar jew trimestrali, pożizzjonijiet titolu b’titolu ta’ kull xahar u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għax-xahar ta’ referenza jew għat-tliet xhur tat-trimestru ta’ referenza; jew

(c)

fuq bażi trimestrali, pożizzjonijiet trimestrali titolu b’titolu u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, tibdil ieħor fil-volum għat-trimestru ta’ referenza.

3.

Kustodji li jirrappurtaw (i) titoli li huma jżommu f’kustodja f’isem investituri residenti mhux finanzjarji fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro, u (ii) titoli maħruġin minn entitajiet taż-żona tal-euro li jżommu f’kustodja f’isem investituri residenti fl-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro u ta’ investituri residenti barra l-Unjoni, jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi stabbiliti fil-paragrafu 2.

PARTI 2

Dejta fuq investimenti f’titoli proprji b’kodiċi ISIN minn IFMi, IFs, FVCs u kustodji

Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta’ titolu ‘titoli ta’ dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta’ hawn taħt tiġi rrappurtata mill-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, l-FVCs, u mill-kustodji b’referenza għall-investimenti proprji ta’ titoli. Tiġi rrappurtata skont ir-regoli li ġejjin u f’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

tiġi rrappurtata dejta għall-oqsma 1 u 2;

(b)

dejta tiġi rrappurtata skont jew il-punt (i) jew (ii) kif ġej:

(i)

jekk IFMi, IFs, FVCs u kustodji jirrappurtaw tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu, tiġi rrappurtata dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 6; jew

(ii)

jekk IFMi, IFs, FVCs u kustodji ma jirrappurtawx tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu, tiġi rrappurtata dejta għall-qasam 6, meta mitlub mill-BĊN rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, il-FVCs u lill-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 1 u 3 minflok dejta skont il-punt (a). F’dan il-każ, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 7.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, l-FVCs u lill-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b, 3 u 4.

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi għall-ikkwotar

3

Valur tas-suq

4

Investiment tal-portafoll jew investiment dirett

5

Tranżazzjonijiet finanzjarji

6

Tibdil ieħor fil-volum f’valur nominali

7

Tibdil ieħor fil-volum f’valur tas-suq

PARTI 3

Dejta fuq titoli b’kodiċi ISIN miżmuma f’kustodja f’isem investituri mhux finanzjarji residenti u investituri finanzjarji oħrajn mhux meħtieġa li jirrappurtaw l-investimenti f’titoli proprji

Il-kustodji jirrappurtaw, għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta’ titoli ‘titoli ta’ dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52), li jkollhom fil-kustodja f’isem investituri mhux finanzjarji u investituri finanzjarji oħrajn li ma jirrappurtawx l-investimenti f’titoli proprji, dejta għall-oqsma fit-tabella ta’ hawn taħt. Jirrappurtaw skont ir-regoli li ġejjin u f’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

dejta tiġi rrappurtata għall-oqsma 1, 2, u 3

(b)

dejta tiġi rrappurtata skont il-punt (i) jew (ii) kif ġej:

(i)

jekk il-kustodji jirrappurtaw tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu, tiġi rrappurtata dejta għall-oqsma 6 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 7; jew

(ii)

jekk il-kustodji ma jirrappurtawx tranżazzjonijiet finanzjarji titolu b’titolu tiġi rrappurtata dejta għall-qasam 7, meta mitlub mill-BĊN rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 1, 3 u 4 minflok dejta skont il-punt (a). F’dan il-każ, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-oqsma 6 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 8.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel ukoll li jitlob li l-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b, 4 u 5.

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi għall-ikkwotar

3

Settur tad-detentur:

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125) bl-esklużjoni ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura, awżiljarji finanzjarji (S.126), istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus (S.127)

Korporazzjonijiet vettura finanzjarja

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13) (1)

Djar u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar (S.14 + S.15) (2)

4

Valur tas-suq

5

Investiment tal-portafoll jew investiment dirett

6

Tranżazzjonijiet finanzjarji

7

Tibdil ieħor fil-volum f’valur nominali

8

Tibdil ieħor fil-volum f’valur tas-suq

PARTI 4

Dejta fuq titoli b’kodiċi ISIN miżmuma f’kustodja f’isem investituri residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro

Il-kustodji jirrappurtaw, għal kull titolu li ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta’ titoli ‘titoli ta’ dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52), li jkollhom fil-kustodja f’isem investituri mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro oħrajn, dejta għall-oqsma fit-tabella ta’ hawn taħt. Jirrappurtaw skont ir-regoli li ġejjin u f’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

dejta tiġi rrappurtata għall-oqsma 1, 2, 3 u 4;

(b)

dejta tiġi rrappurtata għall-qasam 7, meta mitluba mill-BĊE rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 1, 3, 4 u 5 minflok dejta skont il-punt (a). F’dan il-każ, meta tintalab mill-BĊN rilevanti, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-qasam 8.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li l-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b, 5, 6 u 9.

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi għall-ikkwotar

3

Settur tad-detentur:

Djar (S.14)

Investituri mhux finanzjarji bl-esklużjoni ta’ djar

4

Pajjiż tad-detentur

5

Valur tas-suq

6

Investiment tal-portafoll jew investiment dirett

7

Tibdil ieħor fil-volum f’valur nominali

8

Tibdil ieħor fil-volum f’valur tas-suq

9

Tranżazzjonijiet finanzjarji

PARTI 5

Dejta fuq titoli b’kodiċi ISIN maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro u miżmuma f’kustodja f’isem investituri residenti fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro jew barra l-Unjoni

Il-kustodji jirrappurtaw għal kull titolu maħruġ minn residenti taż-żona tal-euro li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta’ titolu ‘titoli ta’ dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52), li jkollhom fil-kustodja f’isem investituri residenti fi Stati Membri mhux taż-żona tal-euro jew barra l-Unjoni, dejta għall-oqsma fit-tabella hawn taħt. Jirrappurtaw skont ir-regoli li ġejjin u f’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

dejta tiġi rrappurtata għall-oqsma 1, 2, 3 u 4;

(b)

dejta tiġi rrappurtata għall-qasam 7, meta mitluba mill-BĊE rilevanti.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel li jitlob li kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 1, 3, 4 u 5 minflok dejta skont il-punt (a). F’dan il-każ, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-qasam 8.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel ukoll li jeħtieġ li l-kustodji jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b, 5, 6 u 9.

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi għall-ikkwotar

3

Settur tad-detentur (3):

Il-Gvern ġenerali u l-bank ċentrali

Investituri oħrajn ħlief għall-gvern ġenerali u l-bank ċentrali

4

Pajjiż tad-detentur

5

Valur tas-suq

6

Investiment tal-portafoll jew investiment dirett

7

Tibdil ieħor fil-volum f’valur nominali

8

Tibdil ieħor fil-volum f’valur tas-suq

9

Transazzjonijiet finanzjarji

PARTI 6

Dejta fuq investimenti f’titoli b’kodiċi ISIN minn gruppi ta’ rappurtar

Il-kapijiet ta’ gruppi ta’ rappurtar jipprovdu t-tagħrif statistiku skont wieħed mill-metodi ta’ rappurtar li ġejjin:

(a)

investimenti f’titoli għall-grupp kollu kemm hu; jew

(b)

investimenti f’titoli minn entitajiet tal-grupp residenti fil-pajjiż fejn jinsab il-kap separatament mill-investimenti f’titoli minn entitajiet tal-grupp mhux residenti fil-pajjiż fejn jinsab il-kap; jew

(c)

investimenti f’titoli separatament minn kull entità tal-grupp.

Il-kapijiet ta’ gruppi ta’ rappurtar jirrappurtaw għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta’ titolu ‘titoli ta’ dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52), li jinżamm mill-grupp, dejta għall-oqsma fit-tabella ta’ hawn taħt. Huma jirrappurtaw skont ir-regoli li ġejjin u f’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

dejta tiġi rrappurtata għall-oqsma 1 u 2;

(b)

dejta taħt (a) tiġi rrappurtata skont waħda mill-għażliet li ġejjin:

(i)

aggregata għall-grupp kollu; jew

(ii)

separatament għall-entitajiet residenti u mhux residenti tal-grupp. F’dan il-każ tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-qasam 4; jew

(iii)

separatament minn kull entità tal-grupp. F’dan il-każ, tiġi rrappurtata wkoll dejta għall-qasam 5.

Il-BĊN rilevanti jista’ jagħżel ukoll li jitlob li kapijiet ta’ gruppi ta’ rappurtar jirrappurtaw dejta għall-oqsma 2b u 3.

Qasam

Deskrizzjoni

Għażliet ta’ rappurtar alternattivi

1

Kodiċi ISIN

(i)

Livell tal-grupp

(ii)

Entitajiet residenti u entitajiet mhux residenti identifikati separatament

(iii)

Skont l-entità

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat

2b

Bażi għall-ikkwotar

3

Valur tas-suq

4

Entitajiet residenti/entitajiet mhux residenti

 

5

Entità tal-grupp

 

PARTI 7

Dejta fuq investimenti f’titoli mingħajr kodiċi ISIN

Għal kull titolu li ma ġiex assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat taħt il-kategorija ta’ titolu ‘titoli ta’ dejn għal żmien qasir’ (F.31), titoli ta’ dejn għal żmien twil’ (F.32) ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta’ hawn taħt tista’ tiġi rrappurtata minn investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs u l-FVCs, u mill-kustodji. Jirrappurtaw skont ir-regoli li ġejjin u f’konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:

(a)

Għal investituri li jirrappurtaw dejta fuq l-investimenti f’titoli tagħhom, tista’ tiġi rrappurtata dejta trimestrali jew ta’ kull xahar kif ġej:

(i)

dejta għall-oqsma 1 sa 4 (tista’ tiġi rrappurtata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6, 7 u 9 sa 13, u jew għall-qasam 14 jew għall-oqsma 15 u 16, matul it-trimestru jew ix-xahar ta’ referenza, fuq bażi ta’ titolu b’titolu bl-użu ta’ numru ta’ identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta’ identifikazzjoni ta’ BĊN, eċċ; jew

(ii)

dejta aggregata għall-oqsma 2 sa 4 (tista’ tiġi rrappurtata dejta għall-qasam 5 minflok oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6, 7, u 9 sa 13, u jew dejta għall-qasam 14 jew għall-oqsma 15 u 16, matul it-trimestru jew xahar ta’ referenza.

(b)

Għall-kustodji li jirrappurtaw dejta fuq titoli li jżommu f’isem investituri finanzjarji residenti li mhux mitluba jirrappurtaw l-investimenti tagħhom f’titoli u f’isem investituri mhux finanzjarji, tista’ tiġi rrappurtata dejta trimestrali jew ta’ kull xahar kif ġej:

(i)

dejta għall-oqsma 1 sa 4 (tista’ tiġi rrrappurtata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6 u 8 sa 13, u jew għall-qasam 14 jew għall-oqsma 15 u 16, matul is-semestru jew xahar ta’ referenza, fuq bażi ta’ titolu b’titolu bl-użu ta’ numru ta’ identifikazzjoni bħal CUSIP, SEDOL, numru ta’ identifikazzjoni ta’ BĊN, eċċ; jew

(ii)

dejta aggregata għall-oqsma 2 sa 4 (tista’ tiġi rrrapurtata dejta għall-qasam 5 minflok l-oqsma 2 u 4), għall-oqsma 6 u 8 sa 13, u jew dejta għall-qasam 14 jew għall-oqsma 15 u 16, matul is-semestru jew xahar ta’ referenza.

Qasam

Deskrizzjoni

1

Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ titolu (numru ta’ identifikazzjoni ta’ BĊN, CUSIP, SEDOL, oħrajn)

2

Numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat (4)

3

Bażi għall-ikkwotar

4

Valur tal-prezz

5

Valur tas-suq

6

Strument:

Titoli ta’ dejn għal żmien qasir (F.31)

Titoli ta’ dejn għal żmien twil (F.32)

Ishma kkwotati (F.511)

Ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.52)

7

Settur jew subsettur ta’ investituri li jirrappurtaw dejta fuq investimenti f’titoli proprji:

Bank ċentrali (S.121)

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal bank ċentrali (S.122)

Fondi ta’ suq tal-flus (S.123)

Fondi ta’ investiment ħlief għall-fondi ta’ suq tal-flus (S.124)

Korporazzjonijiet finanzjarji vettura

8

Settur jew subsettur tal-investituri rappurtat minn kustodji:

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn bl-esklużjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta’ investiment, korporazzjonijiet vettura finanzjarja, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125 + S.126 + S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13) (5)

Djar u istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu d-djar (S.14 + S.15) (6)

9

Settur jew subsettur tal-emittent:

Bank ċentrali (S.121)

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief bank ċentrali (S.122)

Fondi ta’ suq tal-flus (S.123)

Fondi ta’ investiment ħlief għall-fondi ta’ suq tal-flus (S.124)

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn bl-esklużjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, fondi ta’ investiment, korporazzjonijiet vettura finanzjarja, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125 + S.126 + S.127)

Korporazzjonijiet vettura finanzjarja

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.128 + S.129) (7)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13)

Djar u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar (S.14 + S.15) (8)

10

Investiment ta’ portafoll u investiment dirett

11

Tqassim bil-pajjiż tal-investitur

12

Tqassim bil-pajjiż tal-emittent

13

Valuta ta’ denominazzjoni ta’ titoli

14

Tranżazzjonijiet finanzjarji

15

Aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni

16

Tibdil ieħor fil-volum


(1)  Meta disponibbli,is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrappurtati u identifikati separatament.

(2)  Il-BĊN rilevanti jista’ jitlob li aġenti ta’ rappurtar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘djar’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar’ (S.15).

(3)  Il-klassifikazzjoni tas-setturi li hemm fis-Sistema ta’ Kontijiet Nazzjonali 1993 tapplika f’dan il-każ billi l-ESA ma tapplikax.

(4)  Għal dejta aggregata: numru ta’ unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta’ prezz (ara l-qasam 4).

(5)  Fejn disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma r rappurtati u identifikati separatament.

(6)  Fejn disponibbli, is-subsetturi ‘djar’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar’ (S.15) huma rrappurtati u identifikati separatament.

(7)  Fejn disponibbli, is-subsetturi‘korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni’ (S.128) u ‘fondi tal-pensjoni’ (S.129) huma rrappurtati u identifikati separatament.

(8)  Il-BĊN rilevanti jista’ jeħtieġ aġenti ta’ rappurtar attwali biex jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘djar’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar’ (S.15).


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET

PARTI 1

Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strument

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni ddettaljata tal-kategoriji ta’ strumenti, li banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin

1.

Titoli ta’ dejn (F.3)

Titoli ta’ dejn huma strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala evidenza ta’ dejn. Titoli ta’ dejn juru l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

data tal-ħruġ li fiha nħareġ it-titolu ta’ dejn;

(b)

prezz tal-ħruġ li bih investituri jixtru t-titoli ta’ dejn meta joħorġu l-ewwel;

(c)

data ta’ fidi jew data ta’ maturità, meta jkun dovut l-aħħar ħlas mill-ġdid skedat kuntrattwalment tal-kapital;

(d)

prezz ta’ fidi jew valur nominali, li huwa l-ammont li għandu jħallas l-emittent lid-detentur mal-maturità;

(e)

maturità oriġinali, li huwa l-perijodu mid-data tal-ħruġ sal-aħħar ħlas skedat kuntrattwalment;

(f)

maturità li fadal jew reżidwa, li huwa l-perijodu mid-data ta’ referenza sal-aħħar ħlas skedat kuntrattwalment;

(g)

rata ta’ kupun li l-emittent iħallas lid-detenturi tat-titoli ta’ dejn; il-kupun jista’ jiġi stabbilit matul il-ħajja tat-titolu ta’ dejn jew ivarja bl-inflazzjoni, rati ta’ mgħax, jew prezzijiet tal-assi. Kambjali u titoli ta’ dejn kupun-żero ma joffru l-ebda imgħax ta’ kupun;

(h)

dati tal-kupuni, meta l-emittent iħallas il-kupun lid-detenturi tat-titoli;

(i)

il-prezz tal-ħruġ, il-prezz ta’ fidi, u r-rata tal-kupun jistgħu jiġu ddenominati (jew irregolati) jew fil-valuta nazzjonali jew f’valuti barranin.

Il-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu ta’ titoli ta’ dejn li jindika l-affidabbiltà kreditizja ta’ ħarġiet ta’ titoli ta’ dejn individwali, tiġi assenjata minn aġenziji rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ kategoriji ta’ klassifikazzjoni.

Fir-rigward tal-punt (c), id-data tal-maturità tista’ taħbat mal-konverżjoni ta’ titolu ta’ dejn f’sehem. F’dan il-kuntest, il-konvertibbiltà tfisser li d-detentur jista’ jiskambja titolu ta’ dejn ma’ ishma komuni tal-emittent. L-iskambjabbiltà tfisser li d-detentur jista’ jiskambja t-titolu ta’ dejn f’ishma ta’ korporazzjoni li ma tkunx l-emittent. Titoli perpetwi, li ma għandhom l-ebda data ta’ maturità msemmija, huma kklassifikati bħala titoli ta’ dejn.

1a.

Titoli ta’ dejn għal żmien qasir (F.31)

It-titoli ta’ dejn li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ sena jew inqas, u titoli ta’ dejn ripagabbli wara talba tal-kreditur.

1b.

Titoli ta’ dejn għal żmien twil (F.32)

It-titoli ta’ dejn li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ iżjed minn sena, jew b’maturità li ma tissemmiex

2.

Ishma (F.51)

L-ishma huma assi finanzjarji li huma pretenzjoni fuq il-valur reżidwu ta’ korporazzjoni, wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretenzjonijiet l-oħrajn kollha. Il-proprjetà ta’ ishma f’entitajiet legali solitament tidher f’ishma, stokks, irċevuti depożitorji, parteċipazzjonijiet, jew dokumenti simili. Ishma u stokks għandhom l-istess tifsira.

L-ishma jiġu subkategorizzati f’dawn li ġejjin: ishma kkwotati (F.511); ishma mhux ikkwotati (F.152); u ishma oħrajn (F.519).

2a.

Ishma kkwotati (F.511)

Ishma kkwotati huma titoli ta’ ishma kkwotati f’borża. Din il-borża tista’ tkun borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta’ suq sekondarju. Ishma kkwotati jirreferu għalihom ukoll bħala ishma elenkati. L-eżistenza ta’ prezzijiet ikkwotati ta’ ishma kkwotati f’borża tfisser li l-prezzijiet tas-suq kurrenti huma normalment disponibbli faċilment.

3.

Ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment (F.52)

Ishma ta’ fond ta’ investiment huma ishma ta’ fond ta’ investiment jekk il-fond għandu struttura korporattiva. Jissejħu unitajiet jekk il-fond huwa trust. Fondi ta’ investiment huma impriżi ta’ investiment kollettiv li permezz tagħhom investituri jgħaqqdu flimkien fondi għall-investiment f’assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji.

L-ishma ta’ fondi ta’ investiment jinqasmu fi: ishma jew unitajiet f’fond tas-suq tal-flus (MMF) (F.521); u ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment li ma jkunux ishma jew unitajiet MMF (F.529).

PARTI 2

Definizzjonijiet tas-setturi

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ setturi, li l-BĊNi jitttrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

Settur

Definizzjoni

1.

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti minn unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u produtturi tas-suq, u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważi-korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

2.

Il-bank ċentrali (S.121)

Is-subsettur il-bank ċentrali (S.121) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li l-funzjoni prinċipali tagħhom huwa li joħorġu l-valuta, li jżommu l-valur intern u estern tal-valuta u jżommu r-riżervi internazzjonali kollha tal-pajjiż jew parti minnhom.

3.

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali (S.122)

Is-subsettur korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali (S.122) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha, ħlief dawk ikklassifikati fis-subsetturi tal-bank ċentrali u tal-MMF, li prinċipalment joperaw fl-intermedjazzjoni finanzjarja u li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti minn unitajiet istituzzjonali u, f’isimhom, jagħtu self u/jew jagħmlu investimenti f’titoli.

4.

Fondi ta’ suq tal-flus (MMFs) (S.123)

Is-subsettur MMFs (S.123) bħala skemi ta’ investiment kollettiv jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha, ħlief dawk ikklassifikati fis-subsetturi tal-bank ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li joperaw primarjament fl-intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li jirċievu ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment bħala sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali u, f’isimhom, jagħmlu investimenti primarjament fl-ishma/unitajiet MMF, titoli ta’ dejn għal żmien qasir, u/jew depożiti.

5.

Fondi ta’ investiment mhux MMF (S.124)

Is-subsettur fondi ta’ investiment mhux MMF (S.124) jikkonsisti mill-iskemi ta’ investiment kollha, ħlief dawk ikklassifikati fis-subsettur MMF, li joperaw prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li jirċievu, minn unitajiet istituzzjonali, ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment li ma humiex sostituti mill-qrib għal depożiti u, f’isimhom, jagħmlu investimenti primarjament f’assi finanzjarji ħlief għal assi finanzjarji għal żmien qasir u assi mhux finanzjarji (solitament proprjetà immobbli). Fondi ta’ investiment mhux MMF ikopru trusts ta’ investiment, trusts ta’ unità u skemi ta’ investiment kollettiv oħrajn li l-ishma jew unitajiet ta’ fond ta’ investiment ma humiex ikkunsidrati bħala sostituti mill-qrib għad-depożiti.

6.

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet (S.125)

Is-subsettur intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet (S.125) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja billi jkollhom passiv f’forom li ma jkunux valuta, depożiti, jew ishma ta’ fond ta’ investiment, jew fir-rigward tal-assigurazzjoni, skemi ta’ pensjoni u ta’ garanzija standardizzata minn unitajiet istituzzjonali.

7.

Korporazzjonijiet finanzjarji vettura li joperaw fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (‘FVCs’ – Financial Vehicle Corporations)

FVCs huma impriżi li jwettqu tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni. FVCs li jissodisfaw l-kriterji ta’ unità istituzzjonali huma kklassifikati fl-S.125, altrimenti jiġu ttrattati bħala parti integrali tal-impriża prinċipali.

8.

Awżiljarji finanzjarji (S.126)

Is-subsettur awżiljarji finanzjarji (S.126) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet kollha finanzjarji li joperaw prinċipalment f’attivitajiet relatati mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja imma li ma humiex intermedjarji finanzjarji huma stess.

9.

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus (S.127)

Is-subsettur istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus (S.127) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li la joperaw f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira tal-assi jew tal-passiv tagħhom ma jiġux innegożjati fis-swieq miftuħin.

10.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Is-subsettur korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet kollha li joperaw prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala l-konsegwenza li jgħaqqdu r-riskji l-iktar f’forma ta’ assigurazzjoni diretta jew riassigurazzjoni.

11.

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Is-subsettur fondi tal-pensjoni (S.129) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet kollha li joperaw prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala l-konsegwenza li jgħaqqdu r-riskji soċjali u l-bżonnijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Il-fondi tal-pensjoni bħala skemi ta’ assigurazzjoni soċjali jipprovdu introjtu fl-irtirar, u ta’ spiss benefiċċji għall-mewt u d-disabbiltà

12.

Gvern ġenerali (S.13)

Is-settur gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti f’unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux tas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija intiża għall-konsum individwali u kollettiv, u huma ffinanzjati b’pagamenti obbligatorji magħmulin minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħrajn, u unitajiet istituzzjonali li joperaw prinċipalment fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid nazzjonali.

Is-settur tal-gvern ġenerali huwa maqsum f’erba’ subsetturi: il-gvern ċentrali (S.1311); il-gvern statali (S.1312); il-gvern lokali (S.1313); u fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314).

13.

Djar (S.14)

Is-settur djar (S.14) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala imprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi mhux finanzjarji u finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni tal-oġġetti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati trattati bħala kważi-korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivment għall-użu finali proprju.

14.

Istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar (S.15)

Is-settur istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu d-djar (S.15) jikkonsisti minn istituzzjonijiet mhux għall-profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu d-djar u huma produtturi mhux tas-suq privati. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma kontribuzzjonijiet volontarji f’kontanti jew in natura minn djar fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi, minn pagamenti magħmulin minn gvenijiet ġenerali u minn introjtu mill-propjetà.

PARTI 3

Definizzjoni ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji

1.

L-aġenti ta’ rappurtar attwali jirrappurtaw dejta ta’ tranżazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3(5).

2.

It-tranżazzjonijiet finanzjarji huma definiti bħala tranżazzjonijiet f’assi u passiv finanzjarji bejn unitajiet istituzzjonali residenti, u bejnhom u unitajiet istituzzjonali mhux residenti. Tranżazzjoni finanzjara bejn unitajiet istituzzjonali hija kreazzjoni jew likwidazzjoni simultanja ta’ assi finanzjarji u l-passiv kontroparti, jew bidla fil-proprjetà ta’ assi finanzjarji, jew assunzjoni ta’ passiv. Imgħax akkumulat li għadu ma tħallasx huwa rreġistrat fi tranżazzjoni finanzjarja, li juri li l-imgħax huwa investit mill-ġdid fl-istrument finanzjarju rilevanti.

Tranżazzjonijiet finanzjarji jiġu rreġistrati bil-valuri ta’ tranżazzjoni, jiġifieri, il-valuri fil-valuta nazzjonali fejn l-assi finanzjarji u/jew il-passiv involut jinħolqu, jiġu llikwidati, skambjati jew assunti bejn unitajiet istituzzjonali.

Il-valur tat-tranżazzjoni jinkludi imgħax akkumulat u ma jinkludix pagamenti għal servizzi, drittijiet, kummissjonijiet, u pagamenti simili għal servizzi mogħtija fit-twettiq tat-tranżazzjonijiet, u lanqas taxxi fuq it-tranżazzjonijiet. Bidliet fil-valutazzjoni ma humiex tranżazzjonijiet finanzjarji.

3.

Tranżazzjonijiet finanzjarji huma mkejlin bħala d-differenza bejn pożizzjonijiet ta’ titoli (inkluż l-imgħax akkumulat) u d-dati ta’ rappurtar fl-aħħar ta’ perijodu, minn fejn jitneħħa l-effett tat-tibdil minħabba l-influwenzi minn ‘aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni’ (ikkawżati minn tibdil fil-prezz u r-rati tal-kambju) u ‘tibdil ieħor fil-volum’.

4.

Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju jirreferu għall-varjazzjonijiet fil-valutazzjoni tat-titoli li jirriżultaw jew minn tibdil fil-prezz tat-titoli u/jew fir-rati tal-kambju li jeffettwaw il-valuri espressi f’euro ta’ titoli denominati f’valuta barranija. Billi dan it-tibdil jirrappreżenta qligħ jew telf ta’ investiment li ma humiex dovuti għal tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti jridu jitneħħew mid-dejta tat-tranżazzjonijiet.

Rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu tibdil li jseħħ fil-perijodu ta’ riferenza fil-valur ta’ pożizzjonijiet tal-aħħar ta’ perijodu minħabba tibdil fil-valur ta’ referenza li fih huma rreġistrati, jiġifieri qligħ jew telf ta’ investiment.

Rivalutazzjonijiet tar-rata tal-kambju tirriferi għall-movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jiġru bejn dati ta’ rappurtar tal-aħħar tal-perijodu, li jagħtu lok għal tibdil fil-valur ta’ titoli ta’ valuta barranija espressi f’euro.

5.

Tibdil ieħor fil-volum tirreferi għal tibdil fil-volum tal-assi li jista’ jirriżulta min-naħa tal-investitur, minħabba (a) bidla fil-kopertura statistika tal-popolazzjoni (eż. ir-riklassifikazzjoni u r-ristrutturar ta’ unitajiet istituzzjonali (1)); (b) ir-riklassifikazzjoni tal-assi; (c) żbalji ta’ rappurtar li ġew korretti fid-data rappurtata biss fuq medda ta’ żmien limitata; (d) il-maħfra jew tnaqqis ta’ djun mitlufin, meta dawn huma fil-forma ta’ titoli, minn kredituri, u l-kanċellazzjoni unilaterali tal-passiv mid-debituri (magħrufa bħala r-rifjut ta’ dejn); jew (e) tibdil fir-residenza tal-investitur.

PARTI 4

Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu

Qasam

Deskrizzjoni

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ titolu

Kodiċi li jidentifika titolu b’mod uniku. Dan huwa l-kodiċi ISIN jekk dan ġie assenjat lit-titolu, jew numru ta’ identifikazzjoni ta’ titolu ieħor.

Pożizzjonijiet fil-valur nominali (f’valuta nominali jew euro jew pożizzjonijiet f’numru ta’ ishma jew unitajiet)

Numru ta’ unitajiet ta’ titolu, jew ammont nominali aggregat jekk it-titolu jiġi nnegozjat f’ammonti iktar milli f’unitajiet, bl-esklużjoni ta’ imgħax akkumulat.

Pożizzjonijiet fil-valur tas-suq

Ammont miżmum ta’ titolu bil-prezz ikkwotat fis-suq f’euro. Il-BĊNi għandhom fil-prinċipju jitolbu illi l-imgħax akkumulat jiġi rrappurtat jew taħt din il-pożizzjoni jew separatament. Madankollu, il-BĊNi jistgħu fid-diskrezzjoni tagħhom jitolbu dejta li teskludi imgħax akkumulat.

Tibdil ieħor fil-valur (valur nominali)

Tibdil ieħor fil-volum tat-titolu miżmum, f’valur nominali f’valuta/unità nominali jew euro.

Tibdil ieħor fil-volum (valur tas-suq)

Tibdil ieħor fil-volum tat-titolu miżmum, f’valur tas-suq f’euro.

Tranżazzjonijiet finanzjarji

Is-somma ta’ akkwisti wara li minnha jitnaqqas il-bejgħ ta’ titolu, irreġistrat fil-valur ta’ tranżazzjoni f’euro.

Investiment ta’ portafoll jew investiment dirett

Il-funzjoni tal-investiment skont il-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti (2).

Valur tal-prezz

Il-prezz tat-titolu fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

Bażi għall-ikkwotar

Jindika jekk it-titolu huwiex ikkwotat f’perċentwali jew f’unitajiet.

Aġġustamenti ta’ rivalutazzjonijiet

Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju, kif imsemmi fil-Parti 3.

Valuta ta’ denominazzjoni ta’ titolu

Il-Kodiċi tal-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali (International Standards Organisation), jew ekwivalenti, tal-valuta użat biex jesprimi l-prezz u/jew l-ammont tat-titolu.


(1)  jiġifieri għaqdiet u akkwisti.

(2)  Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).


ANNESS III

STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI TA’ RAPPURTAR ATTWALI

L-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rappurtar lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandu jkun f’waqtu u fl-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;

(b)

ir-rapporti statistiċi għandhom jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti tar-rappurtar tekniku stabbiliti mill-BĊNi;

(c)

il-persuni għall-kuntatt fl-aġent ta’ rappurtar attwali għandhom ikunu identifikati;

(d)

għandhom jiġu segwiti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊNi.

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

kull restrizzjoni lineari għandha tiġi sodisfatta meta tkun tapplika (eż. is-subtotali għandhom jaqblu mat-totali);

(b)

l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni fuq l-iżviluppi intiżi fid-dejta pprovduta;

(c)

it-tagħrif statistiku għandu jkun komplet;

(d)

l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom isegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN għat-trażmissjoni teknika tad-dejta;

(e)

l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom isegwu l-politika ta’ arrotondament stabbilita mill-BĊNi għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3.

Standards minimi għall-konformità mal-kunċetti:

(a)

it-tagħrif statistiku għandu jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li hemm f’dan ir-Regolament;

(b)

fil-każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, fejn applikabbli l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom jagħmlu monitoraġġ fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-kejl użat u l-kejl li hemm f’dan ir-Regolament;

(c)

l-aġenti ta’ rappurtar attwali għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta pprovduta meta pparagunata mal-fiġuri tal-perijodi preċedenti.

4.

Standards minimi għar-reviżjonijiet:

Għandhom jiġu segwiti l-politika u l-proċeduri tar-reviżjonijiet stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi. Reviżjonijiet li jiddevjaw minn reviżjonijiet regolari għandhom ikunu akkumpanjati b’noti spjegattivi.


DEĊIŻJONIJIET

1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 2012

li taħtar tliet membri mir-Renju Unit u żewġ membri supplenti mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/675/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jonathan BELL, is-Sur Iain MALCOLM u s-Sinjura Irene OLDFATHER saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Ted BROCKLEBANK u s-Sur Nicol STEPHEN, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sinjura Patricia FERGUSON MSP, Member of the Scottish Parliament

Is-Sur Paul WATSON, Councillor

Is-Sur Trevor CUMMINGS, Councillor

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Jim HUME MSP, Member of the Scottish Parliament

Is-Sur Jamie McGRIGOR MSP, Member of the Scottish Parliament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 2012

li taħtar membru Grieg u membru supplenti Grieg fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/676/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Grieg,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Panagiotis PSOMIADIS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara l-ħatra tas-Sur Spyridon SPYRIDON bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Spyridon SPYRIDON, Περιφερειακός Σύμβουλος Αττικής

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Dimitrios PETROVITS, Περιφερειακός Σύμβουλος Ανατολικής Μακεδονίας-Θράκης.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

E. FLOURENTZOU


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


1.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2012

li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda: l-ametoktradin (inizjalment tressqet applikazzjoni għaliha bil-kodiċi ta’ żvilupp BAS 650 F) u l-fosfonat tad-disodju

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7581)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/677/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tkompli tapplika għal sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel l-14 ta’ Ġunju 2011.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Settembru tal-2008 il-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand BASF SE għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ametoktradin (inizjalment kienet tressqet applikazzjoni għaliha bil-kodiċi BAS 650 F) fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/535/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Mejju tal-2008 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand ISK Biosciences Europe SA għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfonat tad-disodju fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/953/KE (4) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Il-konferma li d-dossiers kienu kompluti kienet meħtieġa sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri jkun jista’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa massimu ta’ tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, mal-kundizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni ddettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati b’dik id-Direttiva.

(5)

L-effetti ta’ dawn is-sustanzi attivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent għall-użi li pproponew l-applikanti ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni fil-15 ta Settembru 2009 (għall-ametoktradin) u fis-27 ta’ Awwissu 2009 (għall-fosfonat tad-disodju), rispettivament.

(6)

Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni mill-Istati Membri relaturi, instab li kien hemm bżonn li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istati Membri relaturi jeżaminaw dik l-informazzjoni u jressqu l-valutazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dossiers għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni tiġi kkompletata fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Peress li sa issal-evalwazzjoni għadha ma identifikat l-ebda raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, sabiex ikun jista’ jitkompla l-eżami tad-dossiers. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar approvazzjoni possibbli skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għall-ametoktradin u l-fosfonat tad-disodju jitlestew fi żmien 24 xahar.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ametoktradin jew il-fosfonat tad-disodju għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Ottubru 2014, l-aktar tard.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 179, 10.7.2009, p. 66.

(4)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 62.