ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.299.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/1 |
DIRETTIVA 2012/26/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2012
li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-punt (c) tal-Artikolu 168(4)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Inċidenti farmakoloġiċi riċenti fl-Unjoni wrew il-bżonn ta' proċedura awtomatika fil-livell tal-Unjoni f'każijiet ta' kwistjonijiet speċifiċi tas-sigurtà sabiex jiġi żgurat li kwistjoni hija vvalutata u indirizzata fl-Istati Membri kollha fejn il-prodott mediċinali huwa awtorizzat. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċeduri differenti tal-Unjoni dwar prodotti awtorizzati f'livell nazzjonali, kif stipulat fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (3),.għandu jiġi ċċarat. |
(2) |
Barra minn hekk, azzjoni volontarja min-naħa tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq ma għandiex twassal għal sitwazzjoni fejn il-kwistjonijiet marbuta mar-riskji jew il-benefiċċji ta' prodott mediċinali awtorizzat fl-Unjoni mhumiex indirizzati b'mod xieraq fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, id-detentur tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq għandu jkun obbligat jinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar ir-raġunijiet għall-irtirar jew għat-twaqqif tat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali, għat-talba biex awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq tiġi revokata, jew sabiex awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq ma tiġġeddidx. |
(3) |
Huwa xieraq li jiġu ċċarati u msaħħa aktar il-Proċedura Normali u l-Proċedura Urġenti tal-Unjoni sabiex ikunu żgurati l-koordinazzjoni, il-valutazzjoni rapida f'każ ta' urġenza u l-possibbiltà li tittieħed azzjoni immedjata, meta jkun meħtieġ biex titħares is-saħħa pubblika, qabel ma tittieħed deċiżjoni fil-livell tal-Unjoni. Il-Proċedura Normali għandha tinbeda għal kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja ta' prodotti mediċinali meta jkunu involuti l-interessi tal-Unjoni. Il-Proċedura Urġenti tal-Unjoni għandha tinbeda meta tkun meħtieġa valutazzjoni rapida ta' preokkupazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta' dejta minn attivitajiet ta' farmakoviġilanza. Irrispettivament minn jekk tiġix applikata l-Proċedura Urġenti tal-Unjoni jew il-Proċedura Normali, u irrispettivament mill-proċedura li permezz tagħha il-prodott mediċinali ġie awtorizzat, kemm jekk tkun ċentralizzata kif ukoll jekk le, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza għandu dejjem jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu meta r-raġuni għat-teħid ta' azzjoni tkun ibbażata fuq dejta mill-farmakoviġilanza. Huwa xieraq li l-grupp ta’ koordinazzjoni u l-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem għandhom joqogħdu fuq din ir-rakkomandazzjoni meta jkunu qed iwettqu l-valutazzjoni tal-kwistjoni. |
(4) |
Huwa xieraq li l-Istati Membri jġibu każijiet li jikkonċernaw kontraindikazzjonijiet ġodda, tnaqqis fid-doża rakkomandata jew restrizzjonijiet tal-indikazzjoni għal prodotti mediċinali awtorizzati skont il-proċedura deċentralizzata u l-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku għall-attenzjoni tal-grupp ta' koordinazzjoni meta ma tinbediex il-Proċedura Urġenti tal-Unjoni. Sabiex jiżgura l-armonizzazzjoni għal dawk il-prodotti, il-grupp ta' koordinazzjoni jista' jiddiskuti jekk tinħtieġx xi azzjoni fil-każ li l-ebda Stat Membru ma jkun ta bidu għall-Proċedura Normali. |
(5) |
Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tarmonizza r-regoli dwar il-farmakoviġilanza madwar l-Unjoni kollha ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex ikun jista’ jintlaħaq dan l-għan. |
(6) |
Għalhekk, id-Direttiva 2001/83/KE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2001/83/KE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 23a, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej: "Jekk il-prodott ma jibqax jitqiegħed fis-suq ta' Stat Membru, kemm jekk temporanjament kif ukoll b'mod permanenti, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu javża lill-awtorità lokali kompetenti ta' dak l-Istat Membru. Dik in-notifikazzjoni għandha, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, issir f'mhux anqas minn xahrejn qabel l-interruzzjoni fit-tqegħid fis-suq tal-prodott. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bir-raġunijiet għal tali azzjoni skont l-Artikolu 123(2)."; |
(2) |
l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 34(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Fejn il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura mibdija skont l-Artikolu 31 jinkludi prodotti mediċinali awtorizzati bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 31(2) ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tadotta deċiżjonijiet biex tvarja, tissospendi jew tirrevoka l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq jew biex tirrifjuta t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ikkonċernati."; |
(4) |
fl-Artikolu 37, il-kliem "L-Artikoli 35 u 36 għandhom japplikaw" huwa sostitiwit bil-kliem "L-Artikolu 35 għandu japplika"; |
(5) |
l-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 85a huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 85a Fil-każ tad-distribuzzjoni bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali lill-pajjiżi terzi, l-Artikolu 76 u l-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 80 m’għandhomx japplikaw. Barra minn hekk, il-punti (b) u (ca) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 80 m’għandhomx japplikaw fejn il-prodott hu direttament riċevut minn pajjiż terz iżda mhux importat. Madankollu, f'dak il-każ id-distributuri bl-ingrossa għandhom jiżguraw li l-prodotti mediċinali jinkisbu biss minn persuni li jkunu awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali skont id-dispożizzjonijiet legali u ammninistrattivi applikabbli tal-pajjiż terz konċernat. Meta d-distributuri bl-ingrossa jfornu prodotti mediċinali lil persuni f'pajjiżi terzi, għandhom jiżguraw li tali provvisti jsiru biss lil persuni li jkunu awtorizzati jew intitolati li jirċievu prodotti mediċinali għal distribuzzjoni bl-ingrossa jew forniment lill-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi applikabbli tal-pajjiż terz konċernat. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 82 għandhom japplikaw għall-provvista ta’ prodotti mediċinali lil persuni f’pajjiżi terzi awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku."; |
(7) |
fl-Artikolu 107i, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: "1. Stat Membru jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandu abbażi ta' preokkupazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta' dejta minn attivitajiet ta' farmakoviġilanza jibda l-proċedura prevista f'din it-taqsima billi javża lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u l-Kummissjoni fejn:
1a. Stat Membru jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandhom, abbażi ta' preokkupazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta' dejta minn attivitajiet ta' farmakoviġilanza, jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni, meta jikkunsidraw li kontraindikazzjoni ġdida, tnaqqis fid-doża rakkomandata jew restrizzjoni għall-indikazzjonijiet ta' prodott mediċinali huma meħtieġa. L-informazzjoni għandha tiddeskrivi l-azzjoni kkunsidrata u r-raġunijiet għaliha. Kull Stat Membru jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandhom, meta jitqies li tinħtieġ azzjoni urġenti, jibdew il-proċedura prevista f'din it-taqsima fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu. Meta l-proċedura prevista f'din it-taqsima ma tinbediex, għal prodotti mediċinali awtorizzati skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III, il-każ għandu jinġieb għall-attenzjoni tal-grupp ta' koordinazzjoni. L-Artikolu 31 għandu jkun applikabbli meta jkunu involuti l-interessi tal-Unjoni. 1b. Meta l-proċedura prevista f'din it-taqsima tinbeda, l-Aġenzija għandha tivverifika jekk it-tħassib dwar is-sikurezza jirrelatax ma' prodotti mediċinali barra minn dawk li huma koperti mill-informazzjoni, jew jekk huwiex komuni għall-prodotti kollha li jappartjenu lill-istess sensiela jew klassi terapewtika. Fejn il-prodott mediċinali involut ikun awtorizzat f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha mingħajr dewmien mhux xieraq tinforma lill-inizjatur tal-proċedura dwar ir-riżultat ta' din il-verifika, u l-proċeduri stipulati fl-Artikoli 107j u 107k għandhom japplikaw. Inkella, it-tħassib dwar is-sikurezza għandu jiġi indirizzat lill-Istati Membri kkonċernati. L-Aġenzija jew l-Istat Membru, kif applikabbli, għandhom jagħmlu l-informazzjoni li l-proċedura nbdiet disponibbli għad-detenturi ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq."; |
(8) |
fl-Artikolu 107i(2), il-kliem "il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu" għandu jinbidel bil-kliem "il-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu"; |
(9) |
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 107i(3), il-kliem "skont il-paragrafu 1" jinbidel bil-kliem "skont il-paragrafi 1 u 1a"; |
(10) |
fl-Artikolu 107i(5), il-kliem "fil-paragrafu 1" jinbidel bil-kliem "fil-paragrafi 1 u 1a"; |
(11) |
fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 107j(1), il-kliem "fl-Artikolu 107i(1)" jinbidel bil-kliem "fil-paragrafi 1 u 1a tal-Artikolu 107i"; |
(12) |
l-Artikolu 123 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ottubru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-28 ta’ Ottubru 2013.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 201.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Ottubru 2012.
(3) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/5 |
DIRETTIVA 2012/28/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2012
dwar ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet orfni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 53(1), 62 u 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Libreriji, stabbilimenti edukattivi u mużewijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku, u kif ukoll arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, stabbiliti fl-Istati Membri huma impenjati fid-diġitizzazzjoni fuq skala kbira tal-kollezzjonijiet jew arkivji tagħhom biex joħolqu Libreriji Diġitali Ewropej. Huma jikkontribwixxu għall-konservazzjoni u d-disseminazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew, li huwa importanti wkoll għall-ħolqien ta’ Libreriji Diġitali Ewropej bħall-Europeana. It-teknoloġiji għad-diġitizzazzjoni massiva ta’ materjal stampat u għat-tiftix u l-indiċjar isaħħu l-valur tar-riċerka tal-kollezzjonijiet tal-libreriji. Il-ħolqien ta’ libreriji online kbar jiffaċilita għodod elettroniċi ta’ tiftix u riċerka li jiftħu sorsi ġodda ta’ esplorazzjoni għar-riċerkaturi u l-akkademiċi u li kieku ma jkunx hekk, ikollhom jikkuntentaw b’metodi ta’ riċerka aktar tradizzjonali u analoġiċi. |
(2) |
Il-ħtieġa li jiġi promoss il-moviment liberu tal-konoxxenza u l-innovazzjoni fis-suq intern hija komponent importanti tal-Istrateġija Ewropa 2020, kif spjegat fil-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ewropa 2020: Strateġija għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, li tinkludi, bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin, l-iżvilupp ta’ Aġenda Diġitali għall-Ewropa. |
(3) |
Il-ħolqien ta’ qafas legali li jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ xogħlijiet u materjal ieħor li huma protetti bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li għalihom ma ġie identifikat l-ebda detentur tad-dritt jew li għalihom id-detentur tad-dritt, anki jekk ġie identifikat, ma ġiex lokalizzat, l-hekk imsejħa xogħlijiet orfni, huwa azzjoni ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem "Aġenda Diġitali għall-Ewropa". Din id-Direttiva tindirizza l-problema speċifika tad-determinazzjoni legali tal-istatus ta' xogħlijiet orfni u tal-konsegwenzi tiegħu f’dak li jirrigwarda l-utenti permessi u l-użi permessi ta' xogħolijiet jew fonogrammi li jkunu meqjusin bħala xogħolijiet orfni. |
(4) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal soluzzjonijiet speċifiċi li qed jiġu żviluppati fl-Istati Membri biex jindirizzaw kwistjonijiet akbar tad-diġitizzazzjoni massiva, bħal fil-każ tal-hekk imsejħa “xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ”. Dawn is-soluzzjonijiet iqisu l-ispeċifiċitajiet tat-tipi differenti ta’ kontenut u utenti differenti u jibnu fuq il-kunsens tal-persuni interessati rilevanti. Dan l-approċċ ġie segwit ukoll fil-Memorandum ta’ Qbil dwar prinċipji ewlenin dwar diġitizzazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ, iffirmat fl-20 ta’ Settembru 2011 minn rappreżentanti tal-libreriji, awturi, pubblikaturi u organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tad-drittijiet kollettivi Ewropej u attestat mill-Kummissjoni. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal dak il-Memorandum ta’ Qbil, li jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li ftehimiet volontarji konklużi bejn utenti, detenturi tad-drittijiet u organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tad-drittijiet kollettivi dwar liċenzji għall-użu ta’ xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ abbażi tal-prinċipji li jinsabu fih igawdu miċ-ċertezza legali meħtieġa fil-kuntest nazzjonali u f’dak transkonfinali. |
(5) |
Id-dritt tal-awtur huwa l-bażi ekonomika għall-industrija kreattiva, peress li jistimula l-innovazzjoni, il-kreazzjoni, l-investiment u l-produzzjoni. Id-diġitizzazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ xogħlijiet fuq skala kbira huma għalhekk mezz ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew. Id-dritt tal-awtur huwa għodda importanti biex jiġi żgurat li s-settur kreattiv ikun ippremjat għall-ħidma tiegħu. |
(6) |
Id-drittijiet esklussivi tad-detenturi tad-drittijiet li jirriproduċu ix-xogħoljiet tagħhom u materjal protett ieħor u li jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, kif armonizzati skont id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (3), jeħtieġu l-kunsens minn qabel tad-detenturi tad-drittijiet għad-diġitizzazzjoni jew għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(7) |
Fil-każ ta’ xogħlijiet orfni, m'huwiex possibbli li jinkiseb tali kunsens bil-quddiem biex isiru atti ta’ riproduzzjoni jew tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(8) |
Approċċi differenti fl-Istati Membri għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ xogħol bħala xogħol orfni jistgħu joħolqu ostakoli għall-funzjonament tas-suq intern u l-użu u l-aċċess transkonfinali fir-rigward ta’ xogħlijiet orfni. Dawn l-approċi differenti jistgħu jirriżultaw ukoll f’restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi li jinkorporaw kontenut kulturali. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ tali status, għaliex dan jippermetti aċċess għal xogħlijiet orfni fl-Istati Membri kollha. |
(9) |
B’mod partikolari, huwa meħtieġ approċċ komuni biex jiġu determinati l-istatus ta’ xogħol orfni u l-użi permessi ta' xogħlijiet orfni biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fis-suq intern fir-rigward tal-użu ta’ xogħlijiet orfni minn libreriji, stabbilimenti edukattivi u mużewijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku u kif ukoll minn arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku. |
(10) |
Xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi u fonogrammi li jinsabu fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku u dawk prodotti minnhom jinkludu xogħlijiet orfni. B'kont meħud tal-pożizzjoni speċjali li x-xandara għandhom bħala produtturi ta' fonogrammi u materjal awdjoviżiv u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri biex ikun hemm limitu għall-fenomenu tax-xogħlijiet orfni fil-ġejjieni, huwa xieraq li tiġi ffissata data ta' għeluq għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal xogħlijiet u fonogrammi fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet tax-xandir. |
(11) |
Xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi u fonogrammi fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku u prodotti minnhom għandhom għall-finijiet ta' din id-Direttiva jiġu kkunsidrati li jinkludu xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi u fonogrammi li huma kkummissjonati minn dawn l-organizzazzjonijiet għall-isfruttar esklussiv min-naħa tagħhom jew minn organizzazzjonijiet oħra koproduċenti ta’ xandir pubbliku. Xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi u fonogrammi fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku li ma jkunux ġew prodotti jew ikkummissjonati minn tali organizzazzjonijiet iżda li dawk l-organizzazzjonijiet ikunu ġew awtorizzati jużawhom skont ftehim ta’ liċenzjar m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(12) |
Għal raġunijiet ta’ rispett reċiproku inter-Statali, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal xogħlijiet u fonogrammi li ġew ippubblikati għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru jew, fin-nuqqas tal-pubblikazzjoni, li xxandru għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru jew, fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni jew xandir, li saru pubblikament aċċessibbli mill-benefiċjarji ta’ din id-Direttiva bil-kunsnes tad-detenturi tad-drittijiet. F'dan l-aħħar każ, din id-Direttiva għandha tapplika biss dment li jkun raġonevoli li wieħed jippreżumi li d-detenturi tad-drittijiet ma jopponux l-użu permess b’din id-Direttiva. |
(13) |
Qabel ma xogħol jew fonogramma jkunu jistgħu jiġi kkunsidrati bħala xogħol orfni, għandha ssir tfittxija diliġenti bona fide għad-detentur tad-drittijiet fix-xogħol jew fonogramma, inklużi detenturi tad-drittijiet f'xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu mdaħħla jew inkorporati fix-xogħol jew fonogramma. Għandu jkun permess għall-Istati Membri sabiex jipprovdu li tali tiftix diligenti jkun jista' jsir mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jew minn organizzazzjonijiet oħrajn. Dawn l-organizzazzjonijiet oħrajn jistgħu jitolbu ħlas għas-servizz ta’ tfittxija diliġenti. |
(14) |
Huwa xieraq li jsir provvediment għal approċċ armonizzat dwar tali tfittxija diliġenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fl-Unjoni. Tfittxija diliġenti għandha tinvolvi l-konsultazzjoni ta’ sorsi li jipprovdu tagħrif dwar ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor kif determinat, b'konformità ma’ din id-Direttiva, mill-Istat Membru fejn għandha ssir it-tfittxjia diliġenti. Huma u jagħmlu hekk, l-Istati Membri jistgħu jirriferu għal-linji gwida dwar it-tiftix diliġenti miftiehmin fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali stabbilit bħala parti mill-inizjattiva għal librerija diġitali i2010. |
(15) |
Sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-isforzi ta’ tiftix, tfittxija diliġenti għandha ssir biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol jew fonogramma jkunu ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, f'każijiet fejn ma tkun seħħet l-ebda pubblikazzjoni, fejn ikunu xxandru għall-ewwel darba. It-tfittxija diliġenti fir-rigward ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi li l-produttur tagħhom ikollu l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru għandha ssir f’dak l-Istat Membru. Fil-każ ta’ xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi li huma koprodotti minn produtturi stabbiliti fi Stati Membri differenti, it-tfittxija diliġenti għandha ssir f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Fir-rigward ta’ xogħlijiet u fonogrammi li la jkunu ġew ippubblikati u lanqas imxandra iżda li saru pubblikament aċċessibbli mill-benefiċjarji ta’ din id-Direttiva bil-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet, it-tfittxija diliġenti għandha ssir fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni li għamlet dak ix-xogħol jew fonogramma pubblikament aċċessibbli bil-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet. It-tiftix diliġenti għad-detenturi tad-drittijiet ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu mdaħħla jew inkorporati f’xogħol jew fonogramma għandu jsir fl-Istat Membru fejn issir it-tfittxija diliġenti għax-xogħol jew fonogramma li fihom jkun imdaħħal jew inkorporat ix-xogħol jew materjal protett ieħor. Għandhom jiġu kkonsultati wkoll sorsi ta’ informazzjoni disponibbli f’pajjiżi oħrajn jekk ikun hemm evidenza li tindika li f’dawk il-pajjiżi l-oħrajn ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar detenturi tad-drittijiet. It-twettiq ta' tiftix diliġenti jista’ jiġġenera informazzjoni ta’ tipi varji, bħal rekord tat-tfittxija u r-riżultat tat-tfittxija. Ir-rekord tat-tfittxija għandu jinżamm fejn ġie ffajljat bil-għan li l-organizzazzjonijiet rilevanti jkunu jistgħu jissostanzjaw li t-tfittxija kienet waħda diliġenti. |
(16) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jżommu rekords tat-tfittxijiet diliġenti tagħhom u tar-riżultati ta’ dawn it-tfittxijiet, li jikkonsistu b’mod partikolari fi kwalunkwe deċiżjoni li xogħol jew fonogramma għandhom jitqiesu bħala xogħol orfni fis-sens ta’ din id-Direttiav, kif ukoll informazzjoni dwar il-bidla tal-istatus u dwar l-użu li dawk l-organizzazzjonijiet jagħmlu mix-xogħljiet orfni, jinġabru u jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali, b’mod partikolari permezz tar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni rilevanti f’bażi ta’ data online. Fid-dawl, b’mod partikolari, tad-dimensjoni pan-Ewropea, u biex ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-isforzi, huwa f’loku li jsir provvediment għall-ħolqien ta' bażi ta’ data online waħdanija għall-Unjoni li jkun fiha tali informazzjoni u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’mod trasparenti. Dan jista' jippermetti li kemm l-organizzazzjonijiet li jagħmlu t-tiftix diliġenti kif ukoll id-detenturi tad-drittijiet ikollhom aċċess faċli għal tali informazzjoni. Il-bażi ta’ data jista’ jkollha rwol importanti wkoll biex tipprevjeni u ġġib fi tmiemhom vjolazzjonijiet possibbli tad-dritt tal-awtur, partikolarment fil-każ ta’ bidla fl-istatus ta’ xogħol orfni fir-rigward tax-xogħlijiet u l-fonogrammi. Taħt ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 (4), l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (l-"Uffiċċju") huwa fdat b’ċerti kompiti u attivitajiet, iffinanzjati bl-użu tal-mezzi baġitarji proprji tiegħu, bil-għan li jiffaċilita u jappoġġa l-attivitajiet ta' awtoritajiet nazzjonali, tas-settur privat u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda kontra, inkluż il-prevenzjoni ta', ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. B’mod partikolari, skont il-punt (g) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament, dawk il-kompiti jinkludu l-forniment ta' mekkaniżmi li jgħinu fit-titjib tal-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet ikkonċernati tal-Istati Membri u t-trawwim tal-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet. Għaldaqstant huwa xieraq li jingħata f'idejn l-Uffiċċju l-kompitu li jistabbilixxi u jamministra l-bażi ta’ data Ewropea li jkun fiha l-informazzjoni relatata max-xogħlijiet orfni msemmijin f’din id-Direttiva. |
(17) |
Jista' jkun hemm diversi detenturi tad-dritt fir-rigward ta' xogħol jew fonogramma partikolari, u xogħlijiet u fonogrammi jistgħu huma stess inkludu xogħlijiet oħrajn jew materjal protett. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ detenturi tad-drittijiet identifikati u lokalizzati. Jekk tal-anqas detentur tad-drittijiet wieħed ikun ġie identifikat u lokalizzat, ix-xogħol jew fonogramma m’għandhomx jitqiesu bħala xogħol orfni. Il-benefiċjarji ta’ din id-Direttiva għandu jkollhom biss il-permess li jużaw xogħol jew fonogramma li fihom detentur jew detenturi tad-drittijiet ma jkunux identifikati jew lokalizzati, jekk ikunu awtorizzati jwettqu l-atti li bihom jirriproduċu u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku koperti bl-Artikoli 2 u 3 rispettivament tad-Direttiva 2001/29/KE minn dawk id-detenturi tad-drittijiet li jkunu ġew identifikati u lokalizzati, inklużi detenturi tad-drittijiet f’xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu mdaħħla jew inkorporati fix-xogħlijiet jew fonogrammi. Id-detenturi tad-drittijiet li jkunu ġew identifikati u lokalizzati jistgħu jagħtu din l-awtorizzazzjoni biss f’konnessjoni mad-drittijiet li tagħhom huma stess ikunu detenturi, jew minħabba li dawk id-drittijiet ikunu d-drittijiet proprji tagħhom jew minħabba li dawk id-drittijiet ikunu ġew trasferiti lilhom, u ma għandhomx ikunu jistgħu jawtorizzaw taħt din id-Direttiva kwalunkwe użu f’isem detenturi tad-drittijiet li ma jkunux ġew identifikati jew lokalizzati. B’mod korrispondenti, meta detenturi tad-drittijiet li qabel ma jkunux ġew identifikati jew lokalizzati jippreżentaw ruħhom biex jasserixxu drittijiethom fix-xogħol jew fonogramma, l-użu skont il-liġi tax-xogħol jew fonogramma mill-benefiċjajri jista' jkompli biss jekk dawk id-detenturi tad-drittijiet jagħtu l-awtorizzazzjoni tagħhom għal dan taħt id-Direttiva 2001/29/KE fir-rigward ta' drittijiet li tagħhom huma jkunu d-detenturi. |
(18) |
Id-detenturi tad-drittijiet għandhom ikunu intitolati li jtemmu l-istatus ta’ xogħol orfni fil-każ li jippreżentaw ruħhom biex jasserixxu drittijiethom fix-xogħol jew materjal protett ieħor. Id-detenturi li jtemmu l-istatus ta’ xogħol orfni ta’ xogħol jew materjal protett ieħor għandhom jirċievu kumpens ġust għall-użu li jkun sar mix-xogħlijiet tagħhom jew mill-materjal protett ieħor taħt din id-Direttiva, li għandu jiddeterminah l-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni li tuża x-xogħol orfni. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddetereminaw iċ-ċirkostanzi li bihom il-pagament ta’ tali kumpens jista’ jiġi organizzat, inkluż iż-żmien preċiż meta l-pagament isir dovut. Sabiex jiġi determinat il-livell possibli ta’ kumpens ġust, għandhom jitqiesu debitament, inter alia, l-objettivi tal-Istati Membri rigward il-promozzjoni kulturali, in-natura mhux kummerċjali tal-użu min-naħa tal-organizzazzjoniiet inkwistjoni sabiex jilħqu l-għanijiet relatati mal-missjonijiet tagħhom ta’ servizz pubbliku, bħall-promozzjoni tat-tagħlim u d-disseminazzjoni tal-kultura, u l-ħsara possibbli lid-detenturi tad-drittijiet. |
(19) |
Jekk, wara tfittxija li ma kenitx diliġenti, tkun saret identifikazzjoni żbaljata ta’ xogħol jew fonogramma bħala xogħol orfni, għandhom jibqgħu disponibbli r-rimedji għall-ksur tad-dritt tal-awtur fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, previsti taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u l-liġi tal-Unjoni. |
(20) |
Sabiex jiġu promossi t-tagħlim u d-disseminazzjoni tal-kultura, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eċċezzjoni jew limitazzjoni b’żieda ma’ dawk provduti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE. Dik l-eċċezzjoni jew dak il-limitu għandhom jippermettu lil ċerti organizzazzjonijiet, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(2)(c) tad-Direttiva 2001/29/KE u istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo li joperaw mingħajr skop ta' profitt, kif ukoll organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, li jirriproduċu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, fis-sens ta' dik id-Direttiva, xogħlijiet orfni, sakemm tali użu jissodisfa l-missjoni ta’ interess pubbliku tagħhom, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-għoti ta’ aċċess kulturali u edukattiv għall-kollezzjonijiet tagħhom, inklużi l-kollezzjonijiet diġitali tagħhom. L-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo għandhom, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ikopru organizzazzjonijiet nominati mill-Istati Membri biex jiġbru, jikkatalogaw u jirrestawraw films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn jew fonogrammi li jagħmlu parti mill-wirt kulturali tagħhom. Organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ikopru xandara b'mandat ta' servizz pubbliku kif konferit, definit u organizzat minn kull Stat Membru. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni stabbilita b’din id-Direttiva biex tippermetti l-użu ta’ xogħlijiet orfni hija mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet provduti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE. Hija tista' tiġi applikata biss f’ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttar normali tax-xogħol jew tal-materjal protett ieħor u li ma jippreġudikawx l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet b’mod li ma jkunx raġonevoli. |
(21) |
Bħala inċentiv għad-diġitizzazzjoni, il-benefiċjarji ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu jistgħu jkollhom introjtu relattivament għall-użu li jagħmlu ta’ xogħlijiet orfni taħt din id-Direttiva sabiex jilħqu għanijiet relatati mal-missjonijiet tagħhom ta’ interess pubbliku, inkluż dawk fil-kuntest ta’ ftehimiet ta’ sħubija bejn is-settur pubbliku u l-privat. |
(22) |
L-arranġamenti kuntrattwali jista' jkollhom rwol fit-tkattir tad-diġitizzazzjoni tal-wirt storiku Ewropew fis-sens li libreriji, istituzzjonijiet edukattivi u mużewijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku u kif ukoll arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, għandhom jitħallew, bil-ħsieb li jagħmlu l-użi permessi taħt din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet ma’ sħab kummerċjali għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni u biex jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn is-sħab. Dawn il-ftehimiet m’għandhom jimponu l-ebda restrizzjoni fuq il-benefiċjarji ta’ din id-Direttiva rigward l-użu ta' xogħlijiet orfni min-naħa tagħhom u m'għandhom jagħtu lis-sieħeb kummerjali l-ebda dritt li juża, jew jikkontrolla l-użu ta', ix-xogħlijiet orfni. |
(23) |
Sabiex jitrawwem l-aċċess taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-wirt kulturali tal-Ewropa, huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li xogħlijiet orfni li jkunu ġew diġitizzati u jkunu saru disponibbli għall-pubbliku f’xi Stat Membru jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku wkoll fi Stati Membri oħrajn. Libreriji, istituzzjonijiet edukattivi u mużewijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku u kif ukoll arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku li jużaw xogħlijiet orfni biex jissodisfaw missjonijiet ta' interess pubbliku għandhom ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħlijiet disponibbli għall-pubbliku fi Stati Membri oħrajn. |
(24) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti eżistenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni ta’ drittijiet bħal liċenzji kollettivi estiżi, preżunzjonijiet legali ta’ rappreżentanza jew trasferiment, ġestjoni kollettiva jew arranġamenti simili jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi dawk għad-diġitizzazzjoni tal-massa. |
(25) |
Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-użu ta’ xogħlijiet orfni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-ħtieġa ta' uniformità tar-regoli li jiggvernaw l-użu ta’ xogħlijiet orfni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif previst fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Din id-Direttiva tikkonċerna ċerti użi li jsiru minn xogħlijiet orfni minn libreriji, stabbilimenti edukattivi u mużewijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku, u kif ukoll minn arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, stabbiliti fl-Istati Membri, biex jintlaħqu għanijiet relatati mal-missjonijiet tagħhom ta’ interess pubbliku.
2. Din id-Diretiva għandha tapplika għal:
(a) |
xogħlijiet ippubblikati f’forma ta’ kotba, ġurnali, gazzetti, rivisti jew kitbiet oħra li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ libreriji, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku kif ukoll fil-kollezzjonijiet ta’ arkivji jew ta’ istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo oħra; |
(b) |
xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi u fonogrammi li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ libreriji, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet li huma aċċessibbli għall-pubbliku kif ukoll fil-kollezzjonijiet ta’ arkivji jew ta’ istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo; u |
(c) |
xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi u fonogrammi prodotti minn organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku sa u inkluż il-31 ta' Diċembru 2002 u miżmuma fl-arkivji tagħhom; |
li huma protetti bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkunu ġew ippubblikati għall-ewwel darba fi Stat Membru jew, fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba fi Stat Membru.
3. Din id-Direttiva tapplika wkoll għal xogħlijiet u fonogrammi msemmija fil-paragrafu 2 li qatt ma jkunu ġew ippubblikati jew imxandra iżda li jkunu saru pubblikament aċċessibbli mill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 bil-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet, dment li jkun raġonevoli li wieħed jippreżumi li d-detenturi tad-drittijiet ma jopponux l-użi msemmija fl-Artikolu 6. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għal xogħlijiet u fonogrammi li jkunu ġew depożitati ma’ dawn l-organizzazzjonijiet qabel id-29 ta’ Ottubru 2014.
4. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu mdaħħla jew inkorporati jew li jikkostitwixxu parti integrali fix-xogħlijiet jew fil-fonogrammi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.
5. Din id-Direttiva ma tinċidi fuq ebda arranġament fir-rigward tal-ġestjoni tad-drittijiet fil-livell nazzjonali.
Artikolu 2
Xogħlijiet orfni
1. Xogħol jew fonogramma għandhom jitqiesu bħala xogħol orfni jekk ħadd mid-detenturi tad-drittijiet fuq dak ix-xogħol jew fonogramma ma jkunu identifikat jew, anki jekk wieħed jew iżjed minnhom ikunu identifikati, ħadd minnhom ma jiġi lokalizzat minkejja li tkun saret u ġiet reġistrata tfittxija diliġenti għad-detenturi tad-drittijiet skont l-Artikolu 3.
2. Meta jkun hemm aktar minn detentur wieħed tad-drittijiet f'xogħol jew fonogramma, u mhux kollha jkunu ġew identifikati jew, anki jekk ikunu ġew identifikati, mhux kollha jkunu ġew lokalizzati wara li tkun saret tfittxija diliġenti skont l-Artikolu 3, ix-xogħol jew fonogramma ikun jistgħu jintużaw b'konformità ma' din id-Direttiva dment li d-detenturi tad-drittijiet li jkunu ġew identifikati u lokalizzati jkunu, relattivament għad-drittijiet li tagħhom huma detenturi, awtorizzaw lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) biex jagħmlu l-atti ta’ riproduzzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku koperti rispettivament bl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE.
3. Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fix-xogħol jew fonogramma ta’ detenturi tad-drittijiet li jkunu ġew identifikati u lokalizzati.
4. L-Artikolu 5 għandu japplika mutatis mutandis għad-detenturi tad-drittijiet fix-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 2 li ma jkunux ġew identifikati u lokalizzati.
5. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar xogħlijiet anonimi jew bi psewdonimu.
Artikolu 3
Tiftix diliġenti
1. Sabiex jiġi determinat jekk xi xogħol jew fonogramma humiex xogħol orfni, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jiżguraw li jitwettaq tiftix diliġenti bona fide fir-rigward ta' kull xogħol individwali jew kwalunkwe materjal protett ieħor, billi jikkonsultaw is-sorsi rilevanti għall-kategorija tax-xogħol u materjal protett ieħor inkwistjoni. It-tfittxija diliġenti għandha ssir qabel l-użu tax-xogħol jew fonogramma.
2. Is-sorsi li huma rilevanti għal kull kategorja ta’ xogħol jew fonogramma inkwistjoni għandhom jiġu determinati minn kull Stat Membru, b’konsultazzjoni mad-detenturi tad-dritt u l-utenti, u għandhom tal-anqas jinkludu s-sorsi rilevanti elenkati fl-Anness.
3. It-tfittxija diliġenti għandha ssir fl-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni, ixxandar għall-ewwel darba, ħlief fil-każ ta’ xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi li l-produttur tagħhom ikollu l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru, f’liema każ it-tfittxija diliġenti għandha ssir fl-Istat Membru fejn ikollu l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tiegħu.
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 1(3) it-tfittxija diliġenti għandha ssir fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni li tkun għamlet ix-xogħol jew fonogramma pubblikament aċċessibbli bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet.
4. Jekk ikun hemm evidenza li tindika li f’pajjiżi oħrajn hemm informazzjoni rilevanti dwar id-detenturi tad-drittijiet, is-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli f’dawk il-pajjiżi l-oħrajn għandhom jiġu kkonsultati wkoll.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) iżommu rekords tat-tfittxijiet diliġenti tagħhom u li dawn l-organizzazzjonijiet jagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
(a) |
ir-riżultati tat-tfittxijiet diliġenti li dawn l-organizzazzjonijiet ikunu għamlu u li jkunu wasslu għall-konklużjoni li xogħol jew fonogramma jitqiesu bħala xogħol orfni; |
(b) |
l-użu li l-organizzazzjonijiet jagħmlu mix-xogħlijiet orfni b'konformità ma’ din id-Direttiva; |
(c) |
kwalunkwe bidla, skont l-Artikolu 5, fl-istatus bħala xogħol orfni ta’ xogħlijiet u fonogrammi li l-organizzazzjonijiet jużaw; |
(d) |
l-informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni kkonċernata. |
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tkun irreġsitrata f’bażi ta’ data online waħdanija li tkun pubblikament aċċessibbli, stabbilita u amministrata mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (l-"Uffiċċju") b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 386/2012. Għal dak il-għan, għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-Uffiċċju mingħajr dewmien malli jirċevuha mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1).
Artikolu 4
Rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ xogħol orfni
Xogħol jew fonogramma li jkunu meqjusin bħala xogħol orfni skont l-Artikolu 2 fi Stat Membru għandhom jitqiesu bħala xogħol orfni fl-Istati Membri kollha. Dak ix-xogħol jew dik il-fonogramma jistgħu jintużaw u jsir aċċess għalihom b'konformità ma’ din id-Direttiva fl-Istati Membri kollha. Dan japplika wkoll għal xogħlijiet u fonogrammi msemmija fl-Artikolu 2(2) sa fejn huma kkonċernati d-drittijiet ta’ detenturi tad-drittijiet mhux identifikati u mhux lokalizzati.
Artikolu 5
Tmiem tal-istatus ta’ xogħol orfni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li detentur tad-drittijiet f’xogħol jew f’fonogramma li jkunu meqjusin bħala xogħol orfni, jkollu, f’kull waqt, il-possibbiltà li jtemm l-istatus ta’ xogħol orfni sa fejn huma kkonċernati d-drittijiet tiegħu.
Artikolu 6
L-użu permess ta’ xogħlijiet orfni
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt ta' riproduzzjoni u d-dritt ta' tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti rispettivament fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE sabiex jiżguraw li jkun permess għall-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li jużaw xogħlijiet orfni li jkunu fil-kollezzjonijiet tagħhom bil-modi li ġejjin:
(a) |
billi jagħmlu x-xogħol orfni disponibbli għall-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE; |
(b) |
permezz ta’ atti ta’ riproduzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, għall-finijiet ta' diġitizzazzjoni, tqegħid għad-dispożizzjoni, indiċjar, katalogar, konservazzjoni jew restawr. |
2. L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jagħmlu użu minn xogħol orfni b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biss sabiex jilħqu għanijiet relatati mal-missjonijiiet tagħhom ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-konservazzjoni, r-restawr ta', u l-għoti ta’ aċċess kulturali u edukattiv għal, xogħlijiet u fonogrammi miżmuma fil-kollezzjoni tagħhom. L-organizzazzjonijiet jistgħu jkollhom introjtu waqt dawn l-użi, għall-fini esklussiva li jkopru l-ispejjeż tagħhom sabiex jiddiġitizzaw xogħlijiet orfni u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jindikaw l-ismijiet tal-awturi identifikati u ta’ detenturi oħra tad-drittijiet fi kwalunkwe użu ta’ xogħol orfni.
4. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali ta' dawn l-organizzazzjonijiet waqt li jwettqu l-missjonijiet ta' interess pubbliku tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet ta’ sħubija bejn is-settur pubbliku u l-privat.
5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex ikun dovut kumpens ġust lid-detenturi tad-drittijiet li jġibu fi tmiemu l-istatus ta’ xogħol orfni tax-xogħlijiet jew materjal protett ieħor tagħhom għall-użu li jkun sar mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) minn dawn ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi jiddeterminaw iċ-ċirkostanzi li taħthom jista’ jiġi organizzat il-pagament ta’ tali kumpens. Il-livell tal-kumpens għandu jkun, fil-limiti imposti mil-liġi tal-Unjoni, determinat mil-liġi tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-organizzazzjoni li tuża x-xogħol orfni inkwistjoni.
Artikolu 7
Applikazzjoni kontinwa ta’ disposizzjonijiet legali oħrajn
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw, b'mod partikolari, id-drittijiet tal-privattivi, trademarks, drittijiet tad-disinn, mudelli ta' utilità, it-topografiji ta' prodotti semikundutturi, type faces, aċċess kondizzjonali, aċċess għal servizzi ta' xandir għall-cable, il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali, rekwiżiti fuq depożitu legali, liġijiet dwar prattiċi restrittivi u kompetizzjoni żleali, siġrieti kummerċjali, siġurtà, kunfidenzjalità, protezzjoni tad-data u privatezza, aċċess għal dokumenti pubbliċi, il-liġi dwar il-kuntratti, u regoli dwar il-libertà tal-istampa u l-libertà ta’ espressjoni fil-media.
Artikolu 8
Applikazzjoni kronoloġika
1. Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward tax-xogħlijiet u fonogrammi kollha msemmija fl-Artikolu 1 li huma protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, fi jew wara d-29 ta’ Ottubru 2014.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att konkluż u kwanlunkwe dritt miksub qabel id-29 ta’ Ottubru 2014.
Artikolu 9
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-29 ta’ Ottubru 2014. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 10
Klawsola ta' reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kostantement l-iżvilupp tas-sorsi ta' informazzjoni dwar id-drittijiet, u għandha sad-29 ta’ Ottubru 2015, u sussegwentement f'intervalli ta' kull sena, tippreżenta rapport dwar il-possibbiltà ta' inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva ta' pubblikaturi u ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor li attwalment ma jkunux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u b'mod partikolari ritratti waħedhom u immaġni oħrajn.
Sad-29 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, fid-dawl tal-iżvilupp tal-libreriji diġitali.
Meta jkun meħtieġ, b'mod partikolari sabiex tiżgura l-funzjonament tas-suq intern, il-Kummisjoni għandha tressaq proposti għall-emendament ta' din id-Direttiva.
Stat Membru li jkollu raġunijiet validi sabiex jikkunsidra li l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva timpedixxi xi wieħed mill-arranġamenti nazzjonali dwar il-ġestjoni tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 1(5) jista’ jressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni flimkien mal-evidenza rilevanti kollha. Il-Kummissjoni għandha tqis tali evidenza hija u tfassal ir-rapport imsemmi fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu u hija u tivvaluta jekk huwiex meħtieġ li tippreżenta proposti għall-emendament ta' din id-Direttiva.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 12
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU C 376, 22.12.2011, p. 66.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Ottubru 2012.
(3) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.
(4) Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1).
ANNESS
Is-sorsi msemmijia fl-Artikolu 3(2) jinkludu dawn li ġejjin:
(1) |
għal kotba ppublikati:
|
(2) |
għal gazzetti, rivisti, ġurnali u perjodiċi:
|
(3) |
għal xogħlijiet viżivi, inklużi l-arti, il-fotografija, l-illustrazzjonijiet, id-disinn, l-arkitettura, l-abbozzi ta' dawn ix-xogħlijiet tal-aħħar u xogħolijiet oħrajn tali li jinsabu f’kotba, ġurnali, gazzetti u rivisti jew xogħlijiet oħra:
|
(4) |
għal xogħlijiet awdjoviżivi u fonogrammi:
|
DEĊIŻJONIJIET
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/13 |
DEĊIŻJONI Nru 994/2012/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2012
li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri biex mill-1 ta' Jannar 2012 jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet bilaterali ġodda u eżistenti kollha tagħhom ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma adatta, wara li tikkunsidra l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva. |
(2) |
L-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri adatti kollha sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jevitaw jew jeliminaw kwalunkwe inkompatibbiltà bejn il-liġi tal-Unjoni u l-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. |
(3) |
Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija jeħtieġ li l-enerġija importata fl-Unjoni tkun irregolata għalkollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jiffunzjonax tajjeb iqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni vulnerabbli u żvantaġġata fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jimmina l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-konsumaturi u l-industrija Ewropej. Livell għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jippermetti lill-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fl-ispirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li ftehimiet bħal dawn jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u effettivament tiżgura l-provvista tal-enerġija. Tali trasparenza tkun ta' benefiċċju wkoll sabiex tinkiseb kemm kooperazzjoni interna aktar mill-qrib fl-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni dwar l-enerġija kif ukoll l-objettivi ta' politika fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija, il-klima u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. |
(4) |
Mekkaniżmu ġdid ta' skambju ta' informazzjoni għandu għalhekk jiġi stabbilit. Huwa għandu biss ftehimiet intergovernattivi li għandhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni peress li ż-żewġ kwistjonijiet huma marbuta flimkien. Il-valutazzjoni tal-bidu dwar jekk ftehim intergovernattiv, jew test ieħor li jirreferi għalih espliċitament ftehim intergovernattiv, għandux impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri; f' każ ta' dubju, Stati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni. Fil-prinċipju, ftehimiet li ma għadhomx fis-seħħ jew ma għadhomx jiġu applikati ma jkollhomx impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u għalhekk m'għandhomx ikunu koperti minn dan il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni għandu jinkludi b'mod partikolari kull ftehim intergovernattiv li għandu impatt fuq il-provvista ta' gass, żejt jew elettriku permezz ta' infrastruttura fissa jew li għandu impatt fuq l-ammont ta' enerġija importata fl-Unjoni. |
(5) |
Ftehimiet intergovernattivi li għandhom jiġu nnotifikati fl-intier tagħhom lill-Kummissjoni abbażi ta' atti oħra tal-Unjoni għandhom ikunu esklużi mill-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni. Madankollu, dik l-eżenzjoni ma għandhiex tapplika għall-ftehimiet intergovernattivi ma' pajjiżi terzi li jkollhom impatt fuq l-iżvilupp u l-użu tal-infrastruttura tal-gass u tal-provvisti tal-gass u li għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-il-punt (a) tal-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass (3). Tali ftehimiet għandhom jiġu nnotifikati skont ir-regoli stipulati f'din id-Deċiżjoni. Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, notifika ppreżentata f'konformità ma' din id-Deċiżjoni għandha titqies li tissodisfa l-obbligu stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010. |
(6) |
Ftehimiet intergovernattivi li jikkonċernaw kwistjonijiet fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni ma toħloqx obbligi fir-rigward ta' ftehimiet bejn entitajiet kummerċjali . Madankollu, hija ma tipprojbixxix lill-Istati Membri milli jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ftehimiet kummerċjali li jissemmew espliċitament fil-ftehimiet intergvernattivi. Barra minn hekk, minħabba li huwa possibbli li l-ftehimiet kummerċjali jinkludu dispożizzjonijiet regolatorji, l-operaturi kummerċjali li jinnegozjaw ftehimiet kummerċjali ma' operaturi minn pajjiżi terzi għandu jkollhom il-possibbiltà li jfittxu gwida mill-Kummissjoni sabiex jevitaw li jinħolqu konflitti potenzjali mal-liġi tal-Unjoni. |
(8) |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kull ftehim intergovernattiv eżistenti, kemm jekk daħal fis-seħħ jew qed jiġi applikat proviżorjament skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, u kull ftehim intergovernattiv ġdid. |
(9) |
Trasparenza akbar fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi futuri li ser jiġu nnegozjati jew li qed jiġu nnegozjati bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija tista' tikkontribwixxi għall-konsistenza fl-approċċi tal-Istati Membri għal tali ftehimiet, kif ukoll għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni, u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar negozjati fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi ġodda jew l-emendi fil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti. Fejn l-Istati Membri jagħmlu dik l-għażla, il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata regolarment dwar il-progess tan-negozjati. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li tipparteċipa bħala osservatur fuq talba tagħha, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà wkoll jitolbu lill-Kummissjoni biex tgħinhom matul in-negozjati tagħhom ma' pajjiżi terzi. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tipprovdi pariri dwar kif tiġi evitata inkompatibbilta' mal-liġi tal-Unjoni, u li tiġbed l-attenzjoni għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri. |
(10) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehimiet intergovernattivi eżistenti mal-liġi tal-Unjoni. F'każ ta' inkompatibbiltà, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni adegwata biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata. |
(11) |
Sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar u biex jiġu evitati kunflitti possibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ftehim intergovernattiv ġdid ma' pajjiż terz qabel jew matul in-negozjati dwaru. Meta Stat Membru, li jkun innegozja ftehim intergovernattiv, ikun informa b'dan lill-Kummissjoni qabel l-għeluq tan-negozjati u jkun ippreżentalha l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinforma lil dak l-Istat Membru bl-opinjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim negozjat mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha d-dritt tibda proċedimenti ta' ksur f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) meta tqis li Stat Membru ma jkunx osserva l-obbligi tiegħu skont it-TFUE. |
(12) |
Il-ftehimiet intergovernattivi ratifikati, finali kollha koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sabiex l-Istati Membri l-oħrajn kollha jistgħu jkunu infurmati. |
(13) |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika sigura. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni ippreżentata lilha bħala kunfidenzjali. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità. It-talbiet għall-kunfidenzjalità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4). |
(14) |
Jekk Stat Membru jqis li ftehim intergovernattiv huwa kunfidenzjali, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'sommarju tiegħu għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta' dak is-sommarju mal-Istati Membri l-oħrajn. |
(15) |
Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli fakultattivi bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. L-użu ta' tali klawżoli mudell għandu jkollu l-għan li jevita konflitti ta' ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-liġi tal-kompetizzjoni u r-regoli tas-suq intern tal-enerġija, u konflitti ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari. |
(16) |
Peress li jeżisti s-suq intern tal-enerġija u minħabba l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut ta' dawk l-objettivi meta jinnegozjaw ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija li għandhom impatt fuq il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. |
(17) |
L-għarfien reċiproku mtejjeb tal-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u ġodda għandu jagħti lok għal koordinazzjoni aħjar fi kwistjonijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Tali koordinazzjoni mtejba għandha tippermetti lill-Istati Membri jibbenifikaw b'mod sħiħ mill-piż politiku u ekonomiku tal-Unjoni u tippermetti lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet għall-problemi identifikati fil-qasam tal-ftehimiet intergovernattivi. |
(18) |
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb ir-rwol strateġiku ġenerali tal-Unjoni permezz ta' approċċ koordinat b'saħħtu u effettiv fil-konfront ta' pajjiżi produtturi, ta' transitu u konsumaturi. |
(19) |
Il-mekkaniżmu ta' skambju tal-informazzjoni, inklużi valutazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-ksur tar-regoli, l-għajnuna mill-istat u l-kompetizzjoni. |
(20) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk din id-Deċiżjoni hijiex suffiċjenti u effettiva biex tiżgura l-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija. |
(21) |
Peress li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' jinkiseb aħjar, minħabba l-effetti ta' din id-Deċiżjoni, fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-objettiv, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija kif definiti fl-Artikolu 2, sabiex jinkiseb il-funzjonament ottimali tas-suq intern ta' l-enerġija.
2. Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal ftehimiet intergovernattivi li, fl-intier tagħhom, huma diġà soġġetti għal proċeduri speċifiċi oħrajn ta' notifika skont il-liġi tal-Unjoni.
Minkejja l-ewwel subpargrafu, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal ftehimiet intergovernattivi li għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“ftehim intergovernattiv” tfisser kull ftehim legalment vinkolanti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar li jkollu impatt fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni; madankollu, fejn tali ftehim vinkolnati jkopri wkoll kwistjonijiet oħrajn, dawk id-dispożizzjonijiet biss li jirrigwardaw l-enerġija, inklużi d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-enerġija, għandhom jikkostitwixxu “ftehim intergovernattiv”; |
(2) |
“ftehim intergovernattiv eżistenti” tfisser ftehim intergovernattiv li jkun daħal fis-seħħ jew qed jiġi applikat proviżorjament qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
1. Sas 17 ta’ Frar 2013 l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi kollha eżistenti, inklużi l-annessi u l-emendi kollha għal dawk il-ftehimiet. Fejn dawk il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti jirreferu espliċitament għal testi oħra, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ukoll dawk it-testi l-oħra lill-Kummissjoni, safejn ikun fihom elementi li jħallu impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. Madankollu, dak l-obbligu ma għandhux japplika fir-rigward ta' ftehimiet bejn entitajiet kummerċjali.
Il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti li diġà kienu kkomunikati lill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu bħala li ġew ippreżentati għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sakemm dik il-komunikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu. Sas 17 ta’ Frar 2013 l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk hemmx xi parti minn tali ftehimiet intergovernattivi li għandha titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tkun kondiviża mal-Istati Membri l-oħra
Fejn, skont dan il-paragrafu, Stat Membru jippreżenta ftehimiet intergovernattivi eżistenti li jaqgħu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 lill-Kummissjoni, huwa għandu jitqies li jkun issodisfa l-obbligu ta' komunikazzjoni stabbilit f'dak il-paragrafu.
2. Fejn, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni ta' ftehimiet ippreżentati lilha taħt il-paragrafu 1, b'mod partikolari mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u mal-leġislazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati għaldaqstant fi żmien disa’ xhur wara li jkunu ġew ippreżentati dawk il-ftehimiet.
3. Qabel jew waqt negozjati ma' pajjiż terz dwar ftehim intergovernattiv jew dwar l-emenda ta' ftehim intergovernattiv eżistenti, Stat Membru jista' jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub bl-objettivi tan-negozjati, u bid-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu trattati fin-negozjati u jista' jikkomunika kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra lill-Kummissjoni. Fejn l-Istat Membru jagħti tali notofika dwar negozjati lill-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata regolarment dwar il-progress tan-negozjati.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jindika lill-Kummissjoni jekk l-informazzjoni ppreżentata skont l-ewwel subparagrafu tistax tkun kondiviża mal-Istati Membri l-oħrajn kollha. Fejn l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika li l-informazzjoni tista' tkun kondiviża, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni riċevuta aċċessibbli għall-Istati Membri kollha f'forma elettronika sigura, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe parti kunfidenzjali identifikata skont l-Artikolu 4.
4. Fejn Stat Membru jagħti notifika dwar negozjati lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tipprovdilu pariri dwar kif jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew tal-emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti li qed jiġi nnegozjat mal-liġi tal-Unjoni.
5. Mar-ratifika ta' ftehim intergovernattiv jew ta' emenda għal ftehim intergovernattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-ftehim intergovernattiv jew l-emenda, inkluż kwalunkwe anness għall-ftehim jew l-emenda, lill-Kummissjoni.
Fejn il-ftehim intergovernattiv jew l-emenda għall-ftehim intergovernattiv jirreferu espliċitament għal testi oħra, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ukoll dawk it-testi l-oħra kull fejn dawn fihom elementi li jħallu impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. Madankollu, dak l-obbligu ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn entitajiet kummerċjali.
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tagħmel aċċessibbli lill-Istati Membri l-oħrajn kollha d-dokumenti li tkun irċeviet skont il-paragrafi 1 u 5 f'forma elettronika sigura.
7. Fejn Stat Membru jagħti struzzjoni lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 4, biex ma tagħmilx aċċessibbli lill-Istati Membri l-oħra ftehim intergovernattiv eżistenti, emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti jew ftehim intergovernattiv ġdid, huwa għandu jagħmel disponibbli sommarju tal-informazzjoni ppreżentata. Dak is-sommarju għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar il-ftehim jew l-emenda inkwistjoni:
(a) |
is-suġġett; |
(b) |
l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni; |
(c) |
it-tul ta' żmien; |
(d) |
il-partijiet kontraenti; |
(e) |
informazzjoni dwar l-elementi prinċipali. |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel is-sommarji aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.
Artikolu 4
Kunfidenzjalità
1. Meta jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(1) sa (6), Stat Membru jista' jindika jekk xi parti mill-informazzjoni, kemm jekk tkun ta' natura kummerċjali jew tkun informazzjoni oħra, li l-iżvelar tagħha jista' jkun ta' ħsara għall-attivitajiet tal-partijiet involuti, għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tkun kondiviża ma' Stati Membri oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta dawk l-indikazzjonijiet.
2. It-talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun limitat strettament għas-servizzi tal-Kummissjoni li jkollhom ħtieġa assoluta li jkollhom l-informazzjoni disponibbli.
Artikolu 5
Għajnuna mill-Kummissjoni
Meta Stat Membru jagħti lill-Kummissjoni n-notifika dwar negozjati skont l-Artikolu 3(3), dak l-Istat Membru jista' jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni f'dawk in-negozjati.
Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jew fuq talba tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.
Fejn il-Kummissjoni tkun qed tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur, tista' tipprovdi pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li qed tiġi nnegozjata mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 6
Valutazzjoni tal-kompatibbiltà
1. Fejn Stat Membru qed jinnegozja ftehim intergovernattiv jew emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti u ma kienx possibbli għalih, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu stess, jasal għal konklużjoni ċara dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li qed tiġi nnegozjata mal-liġi tal-Unjoni, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan qabel l-għeluq tan-negozjati u jippreżentalha l-abbozz tal-ftehim jew l-emenda flimkien ma' kwalunkwe annes għalih/a.
2. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien erba' ġimgħat mid-data meta tirċievi l-abbozz tal-ftehim jew l-emenda, inklużi l-annessi għalihom, tinforma lill-Istat Membru kkonċernat b'kull dubju li jista' jkollha dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda mal-liġi tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda tweġiba matul dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma għandha ebda dubju.
3. Fejn il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 2 li għandha dubji, għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-opinjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda skont il-paragrafu 1 fi żmien 10 ġimgħat mid-data ta' riċeviment imsemmija fil-paragrafu 2 (il-perijodu ta' eżami). Bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-perijodu tal-eżami jista' jiġi estiż. Fin-nuqqas ta' opinjoni mill-Kummissjoni matul il-perijodu ta' eżami, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet ebda oġġezzjoni.
4. Il-perijodi ta' żmien imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiqsaru bi qbil mal-Kummissjoni jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan.
Artikolu 7
Koordinazzjoni bejn l-Istati Membri
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri bil-għan li:
(a) |
jiġu riveduti l-iżviluppi fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u jitfittxu l-konsistenza u l-koerenza fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija ma' pajjiżi produtturi, ta' transitu u ta' konsum; |
(b) |
jiġu identifikati l-problemi komuni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u tiġi kkunsidrata l-azzjoni adatta sabiex jiġu indirizzati dawk il-problemi u, fejn ikun adatt, jiġu proposti s-soluzzjonijiet; |
(c) |
fuq il-bażi tal-aħjar prattika u b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, jiġu żviluppati klawżoli mudell fakultattivi li jekk jiġu applikati jtejbu sostanzjalment il-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi futuri mal-liġi tal-Unjoni; |
(d) |
jingħata appoġġ, fejn ikun adatt, għall-iżvilupp ta' ftehimiet intergovernattivi multilaterali li jinvolvu diversi Stati Membri jew l-Unjoni kollha kemm hi. |
Artikolu 8
Rappurtar u reviżjoni
1. Sal-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta l-miżura kemm din id-Deċiżjoni tippromwovi l-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri rigward ftehimiet intergovernattivi. Huwa għandu jivvaluta wkoll l-impatt ta' din id-Deċiżjoni fuq in-negozjati ta' Stati Membri ma' pajjiżi terzi u jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-proċeduri li tistabbilixxi humiex adatti.
3. Wara li tippreżenta l-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull tliet snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 3, waqt li tieħu kont dovut tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Ottubru 2012.
(3) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.
(4) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 995/2012
tas-26 ta’ Ottubru 2012
li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam tal-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, kif ukoll talbiet għal statistika ġdida u iktar dettaljata u frekwenti, għandhom jiġu stipulati miżuri ta’ implimentazzjoni ġodda tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE. |
(2) |
L-appoġġ statistiku eżistenti għad-deċiżjonijiet fl-oqsma tal-politika kurrenti għandu jitkompla u rekwiżiti addizzjonali li jkunu ġejjin minn inizjattivi politiċi ġodda għandhom ikunu sodisfatti, bil-ħsieb tal-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli u l-imminimizzar tal-piż tar-reazzjoni. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-Istatistika Ewropea jistipula qafas ta’ referenza, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar l-aċċess għas-sorsi ta’ dejta amministrattivi u l-kunfidenzjalità statistika. |
(4) |
Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-istatistika Ewropea dwar ix-xjenza u t-teknoloġija jkunu konsistenti ma’ standards internazzjonali oħrajn. Għal dak il-għan, għandu jitqies ix-xogħol imwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u għaqdiet internazzjonali oħrajn. B’mod partikolari, il-Manwal ta’ Frascati dwar l-istatistika tal-iżvilupp u r-riċerka, il-Manwal ta’ Kanberra dwar l-istatistika dwar ir-riżorsi umani ddedikati għax-xjenza u t-teknoloġija, il-Manwal tal-Istatistika dwar il-Privattivi tal-OECD, ippubblikati mill-OECD, kif ukoll il-Manwal ta’ Oslo dwar l-istatistika tal-innovazzjoni, ippubblikat b’mod konġunt mill-OECD u l-Kummissjoni Ewropea (Eurostat), għandhom jipprovdu qafas ta’ referenza. |
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 tat-13 ta’ Awwissu 2004 li jimplementa d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni (4) għandhom jitħassru. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati li jikkonċernaw il-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar ix-xjenza u teknoloġija.
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin:
(a) |
l-istatistika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp (R & Ż); |
(b) |
l-istatistika dwar l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-gvern jew dwar il-ħruġ tal-flus fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD); |
(c) |
l-istatistika dwar l-innovazzjoni; |
(d) |
l-istatistika dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija, inklużi l-istatistika dwar is-sessi u l-mobilità, l-istatistika dwar il-privattivi, l-istatistika dwar l-industriji ta’ teknoloġija għolja u s-servizzi msejsa fuq l-għarfien u statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija. |
Il-listi ta’ varjabbi statistiċi, l-attivitajiet u s-setturi koperti, it-tqassim tar-riżultati, il-frekwenza, id-dati ta’ skadenza għall-forniment tad-dejta u l-perjodu ta’ referenza għandhom ikunu speċifikati fl-Annessi I u II.
Rigward is-suġġetti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, id-dejta meħtieġa għandha tinkiseb fil-biċċa l-kbira mis-sorsi statistiċi jew ta’ dejta eżistenti oħra, kif speċifikat fit-taqsima 3 tal-Anness I.
2. Il-listi ta’ varjabbi statistiċi, l-attivitajiet u s-setturi koperti, it-tqassim tar-riżultati, il-frekwenza, id-dati ta’ skadenza għall-forniment tad-dejta u karatteristiċi oħra stabbiliti fl-Annessi I u II għandhom, fejn xieraq, jiġu riveduti f’intervalli regolari.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jiksbu d-dejta meħtieġa bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ sorsi differenti bħalma huma stħarriġiet b’kampjuni, sorsi ta’ dejta amministrattiva jew sorsi oħrajn ta’ dejta. F’termini tal-proċeduri tal-istima tal-istatistika jew tal-kwalità, is-sorsi l-oħra ta’ dejta għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għall-istħarriġiet b’kampjuni jew is-sorsi ta’ dejta amministrattiva.
Artikolu 4
L-istatistika msemmija fl-Annessi I u II għandha tkun ibbażata fuq il-kunċetti u d-definizzjonijiet armonizzati, partikolarment dawk li jinsabu fil-verżjonijiet l-aktar reċenti tal-Manwal ta’ Frascati (statistika tar-R & Ż), il-Manwal ta’ Kanberra (statistika dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija), il-Manwal dwar l-Istatistika tal-Privattivi tal-OECD (statistika dwar il-privattivi), il-Manwal ta’ Oslo (l-istatistika tal-innovazzjoni) jew standards armonizzati oħrajn.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-varjabbli elenkati fl-Annessi I u II, inkluża dejta kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat), bl-użu tal-istandard tekniku ddeterminat mill-Kummissjoni (Eurostat) b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’reġistri ta’ dejta individwali dwar l-istatistika tal-innovazzjoni fuq bażi volontarja bl-użu ta’ standard tekniku ddeterminat mill-Kummissjoni (Eurostat).
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-dejta pprovduta.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapporti tal-kwalità standard li jikkonċernaw id-dejta dwar:
(a) |
ir-riċerka u l-iżvilupp (R & Ż); |
(b) |
l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-gvern jew il-ħruġ tal-flus fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD); |
(c) |
l-innovazzjoni. |
F’dak li jirrigwarda r-riċerka u l-iżvilupp, għandhom jitfasslu rapporti separati ta’ kwalità għas-settur tal-intrapriżi tan-negozju, is-settur tal-gvern u s-settur tal-edukazzjoni għolja. Ir-rapporti tal-kwalità għas-settur privat bla qligħ għandhom jitfasslu biss jekk l-infiq fir-R & Ż tiegħu bħala sehem mill-infiq totali nazzjonali fir-R & Ż ikun iktar minn 5 %.
3. Rapporti tal-kwalità għandhom jitfasslu mill-Istati Membri b’konformità mar-regoli stipulati fl-Anness III u għandhom ikopru l-kriterji tal-kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
4. L-ewwel rapporti tal-kwalità dwar ir-R & Ż u l-GBAORD għandhom jitfasslu għad-dejta li tikkonċerna s-sena ta’ referenza 2011 u għandhom jintbagħtu sal-31 ta’ Ottubru 2013. Għall-istatistika tal-innovazzjoni, l-ewwel rapporti tal-kwalità għandhom jitfasslu għad-dejta li tikkonċerna s-sena ta’ referenza 2012 u għandhom jintbagħtu sal-31 ta’ Ottubru 2014. Rapporti tal-kwalità sussegwenti għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) kull tieni sena fi żmien 22 xahar minn tmiem is-sena ta’ referenza li d-dejta tinġabar għaliha.
Artikolu 7
Ir-Regolamenti (KE) Nru 753/2004 u (KE) Nru 1450/2004 huma mħassrin.
Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 753/2004 għandu jkompli japplika fir-rigward tar-R & Ż u tal-GBAORD għas-sena ta’ referenza 2011.
Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 16.9.2003, p. 1.
(2) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(3) ĠU L 118, 23.4.2004, p. 23.
(4) ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32.
ANNESS I
STATISTIKA DWAR IX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA
Taqsima 1
Statistika dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp
1. L-istatistika trid tinġaba għall-attivitajiet tar-R & Ż li jsiru fl-ekonomija kollha. Ir-riżultati għandhom jirrelataw mal-popolazzjoni tal-unitajiet kollha li jagħmlu R & Ż ikklassifikati f’Taqsimiet A sa U tal-klassifikazzjoni statistika komuni tal-attivitajiet ekonomiċi kif stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (NACE Rev.2).
2. L-unitajiet statistiċi li jridu jintużaw sabiex tinġabar l-istatistika elenkata fil-paragrafu 3 huma: a) l-intrapriżi għall-istatiska li trid tinġabar fil-livell nazzjonali u b) l-unitajiet lokali għall-istatistika li trid tinġabar fil-livell reġjonali (NUTS 2). Id-definizzjonijiet tal-unitajiet statistiċi li jridu jintużaw (“intrapriża” u “unità lokali”) huma kif inhuma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet statistiċi għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (2).
3. Il-lista tal-istatistika (inkluż it-tqassim tagħhom) li għandha tinġabar hija stabbilita hawn taħt.
Kodiċi |
Titolu |
Is-setturi kollha |
Skont is-settur ta’ prestazzjoni |
||||
Is-settur tal-intrapriżi tan-negozju |
Is-settur tal-edukazzjoni għolja |
Is-settur tal-gvern |
Is-settur privat bla qligħ |
Kummenti |
|||
1.11 |
Għadd ta’ persunal fir-R & Ż b’kollox |
||||||
|
Mingħajr tqassim |
1.11.0.0 |
1.11.0.1 |
1.11.0.2 |
1.11.0.3 |
1.11.0.4 |
|
|
Skont ix-xogħol u s-sess |
1.11.1.0 |
1.11.1.1 |
1.11.1.2 |
1.11.1.3 |
1.11.1.4 |
|
|
Skont il-kwalifika u s-sess |
1.11.2.0 |
1.11.2.1 |
1.11.2.2 |
1.11.2.3 |
1.11.2.4 |
Fakultattiv |
|
Skont l-attività ekonomika prinċipali (NACE) |
|
1.11.3.1 |
|
|
|
|
|
Skont il-qasam ewlieni fix-xjenza u s-sess |
|
|
1.11.4.2 |
1.11.4.3 |
|
|
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) |
1.11.5.0 |
1.11.5.1 |
1.11.5.2 |
1.11.5.3 |
1.11.5.4 |
|
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) u s-sess |
1.11.6.0 |
1.11.6.1 |
1.11.6.2 |
1.11.6.3 |
1.11.6.4 |
Fakultattiv |
|
Skont l-attività ekonomika prinċipali (NACE) u s-sess |
|
1.11.7.1 |
|
|
|
|
1.12 |
Għadd ta’ riċerkaturi b’kollox |
||||||
|
Mingħajr tqassim |
1.12.0.0 |
1.12.0.1 |
1.12.0.2 |
1.12.0.3 |
1.12.0.4 |
|
|
Skont is-sess |
1.12.1.0 |
1.12.1.1 |
1.12.1.2 |
1.12.1.3 |
1.12.1.4 |
|
|
Skont il-kwalifika u s-sess |
1.12.2.0 |
1.12.2.1 |
1.12.2.2 |
1.12.2.3 |
1.12.2.4 |
Fakultattiv |
|
Skont l-attività ekonomika prinċipali (NACE) u s-sess |
|
1.12.3.1 |
|
|
|
|
|
Skont il-qasam ewlieni fix-xjenza u s-sess |
|
|
1.12.4.2 |
1.12.4.3 |
|
|
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) |
1.12.5.0 |
1.12.5.1 |
1.12.5.2 |
1.12.5.3 |
1.12.5.4 |
|
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) u s-sess |
1.12.6.0 |
1.12.6.1 |
1.12.6.2 |
1.12.6.3 |
1.12.6.4 |
Fakultattiv |
|
Skont il-grupp tal-età u s-sess |
1.12.7.0 |
1.12.7.1 |
1.12.7.2 |
1.12.7.3 |
1.12.7.4 |
Fakultattiv |
|
Skont iċ-ċittadinanza u s-sess |
1.12.8.0 |
1.12.8.1 |
1.12.8.2 |
1.12.8.3 |
1.12.8.4 |
Fakultattiv |
1.13 |
Għadd ta’ persunal fir-R & Ż f’ekwivalenti għall-full time (FTE) |
||||||
|
Mingħajr tqassim |
1.13.0.0 |
1.13.0.1 |
1.13.0.2 |
1.13.0.3 |
1.13.0.4 |
Kull sena |
|
Skont ix-xogħol |
1.13.1.0 |
1.13.1.1 |
1.13.1.2 |
1.13.1.3 |
1.13.1.4 |
|
|
Skont il-kwalifika |
1.13.2.0 |
1.13.2.1 |
1.13.2.2 |
1.13.2.3 |
1.13.2.4 |
Fakultattiv |
|
Skont l-attività ekonomika prinċipali (NACE) |
|
1.13.3.1 |
|
|
|
|
|
Skont il-qasam ewlieni fix-xjenza u s-sess |
|
|
1.13.4.2 |
1.13.4.3 |
|
Fakultattiv |
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) |
1.13.5.0 |
1.13.5.1 |
1.13.5.2 |
1.13.5.3 |
1.13.5.4 |
|
|
Skont il-klassi tad-daqs |
|
1.13.6.1 |
|
|
|
Fakultattiv għall-klassijiet tad-daqs 0 u minn impjegat wieħed sa disgħa. |
1.14 |
Għadd ta’ riċerkaturi f’ekwivalenti għall-full time (FTE) |
||||||
|
Mingħajr tqassim |
1.14.0.0 |
1.14.0.1 |
1.14.0.2 |
1.14.0.3 |
1.14.0.4 |
Kull sena |
|
Skont is-sess |
1.14.1.0 |
1.14.1.1 |
1.14.1.2 |
1.14.1.3 |
1.14.1.4 |
Fakultattiv |
|
Skont il-kwalifika |
1.14.2.0 |
1.14.2.1 |
1.14.2.2 |
1.14.2.3 |
1.14.2.4 |
Fakultattiv |
|
Skont l-attività ekonomika prinċipali (NACE) |
|
1.14.3.1 |
|
|
|
|
|
Skont il-qasam ewlieni fix-xjenza u s-sess |
|
|
1.14.4.2 |
1.14.4.3 |
|
Fakultattiv |
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) |
1.14.5.0 |
1.14.5.1 |
1.14.5.2 |
1.14.5.3 |
1.14.5.4 |
|
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) u s-sess |
1.14.6.0 |
1.14.6.1 |
1.14.6.2 |
1.14.6.3 |
1.14.6.4 |
Fakultattiv |
|
Skont il-klassi tad-daqs |
|
1.14.7.1 |
|
|
|
Fakultattiv għall-klassijiet tad-daqs 0 u minn impjegat wieħed sa disgħa. |
1.20 |
Infiq intramurali fir-R & Ż |
||||||
|
Mingħajr tqassim |
1.20.0.0 |
1.20.0.1 |
1.20.0.2 |
1.20.0.3 |
1.20.0.4 |
Kull sena |
|
Skont is-sors tal-fondi |
1.20.1.0 |
1.20.1.1 |
1.20.1.2 |
1.20.1.3 |
1.20.1.4 |
|
|
Skont it-tip tar-R & Ż |
1.20.3.0 |
1.20.3.1 |
1.20.3.2 |
1.20.3.3 |
1.20.3.4 |
Fakultattiv għall-HES u għas-setturi kollha |
|
Skont it-tip ta’ spejjeż |
1.20.4.0 |
1.20.4.1 |
1.20.4.2 |
1.20.4.3 |
1.20.4.4 |
|
|
Skont l-attività ekonomika prinċipali (NACE) |
|
1.20.5.1.1 |
|
|
|
|
Skont il-qasam tal-prodott (NACE) |
|
1.20.5.1.2 |
|
|
|
Fakultattiv |
|
|
Skont il-klassi tad-daqs |
|
1.20.6.1 |
|
|
|
Fakultattiv għall-klassijiet tad-daqs 0 u minn impjegat wieħed sa disgħa. |
|
Skont is-sors tal-fondi u l-klassi tad-daqs |
|
1.20.7.1 |
|
|
|
Fakultattiv għall-klassijiet tad-daqs 0 u minn impjegat wieħed sa disgħa. |
|
Skont il-qasam ewlieni tax-xjenza |
|
|
1.20.8.2 |
1.20.8.3 |
|
|
|
Skont l-għan soċjoekonomiku (SEO) |
|
|
|
1.20.9.3 |
|
Fakultattiv |
|
Skont ir-reġjun (NUTS 2) |
1.20.10.0 |
1.20.10.1 |
1.20.10.2 |
1.20.10.3 |
1.20.10.4 |
|
4. Il-varjabbli għandhom ikunu pprovduti kull sentejn f’kull sena farrada, ħlief għal dawk li t-tabelli tal-paragrafu 3 jistipulaw li għandhom jiġu pprovduti kull sena.
5. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha trid tinġabar l-istatistika mniżżla fil-paragrafu 3 hija s-sena kalendarja 2012.
6. Ir-riżultati jridu jiġu pprovduti fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. Barra minn hekk, ir-riżultati preliminari għall-varjabbli bi frekwenza annwali jridu jiġu pprovduti fi żmien 10 xhur minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.
7. Produzzjoni tar-riżultati
7.1. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont ix-xogħol iridu jitqassmu f’“riċerkaturi” u “persunal ieħor fir-R & Ż”. |
7.2. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont il-kwalifika jridu jitqassmu f’“detenturi ta’ PhD (ISCED 2011 livell 8)”, “lawrji Universitarji oħrajn u diplomi terzjarji oħrajn (ISCED 2011 livelli 5, 6 u 7)” u “kwalifiki oħrajn”. |
7.3. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont il-qasam ewlieni tax-xjenza jridu jitqassmu fi “xjenzi naturali”, “inġinerija u teknoloġija”, “xjenzi mediċi”, “xjenzi agrikoli”, “xjenzi soċjali” u “l-istudji umanistiċi klassiċi”. |
7.4. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont il-klassi tad-daqs jitqassmu fil-klassijiet tad-daqs li ġejjin: “0 impjegati”, “minn impjegat wieħed għal disgħa”, “minn 10 sa 49 impjegat”, “minn 50 sa 249 impjegat”, “minn 250 sa 499 impjegat”, “500 impjegat jew iktar”. |
7.5. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont is-sors tal-fondi jridu jitqassmu f’“is-settur tal-intrapriżi tan-negozju”, “is-settur tal-gvern”, “is-settur privat bla qligħ”, “is-settur tal-edukazzjoni għolja” u “barra l-pajjiż”. Il-kategorija “barra l-pajjiż” terġa’ titqassam fi: “intrapriżi tan-negozju barranin”, “il-Kummissjoni Ewropea”, “għaqdiet internazzjonali” u “sorsi oħrajn”. Għall-kategorija tas-settur tal-intrapriżi tan-negozju “intrapriżi tan-negozju barranin” trid terġa’ titqassam f’“intrapriżi barranin fi ħdan l-istess grupp” u “intrapriżi barranin oħrajn”. |
7.6. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont it-tip ta’ R & Ż jitqassmu f’“riċerka bażika”, “riċerka applikata” u “żvilupp sperimentali”. |
7.7. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont it-tip ta’ spejjeż iridu jitqassmu fi “spejjeż kurrenti (spejjeż tax-xogħol u spejjeż oħrajn)” u “nfiq kapitali”. |
7.8. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont l-għan soċjoekonomiku (SEO) jitqassmu skont in-nomenklatura għall-analiżi u t-tqabbil tal-baġits u l-programmi xjentifiċi (NABS) fil-livell tal-kapitlu. |
7.9. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont il-grupp tal-età jitqassmu fil-klassijiet tal-età li ġejjin (fi snin): “sal-25 sena”, “minn 25 sa 34 sena”, “minn 35 sa 44 sena”, “minn 45 sa 54 sena”, “minn 55 sa 64 sena”, “‘il fuq minn 65”. |
7.10. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont il-klassi tad-daqs jitqassmu fil-klassijiet tad-daqs li ġejjin: “ċittadinanza nazzjonali”, “ċittadinanza tal-Istati Membri l-oħra tal-UE”, “ċittadinanza ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn”, “ċittadinanza tal-Amerika ta’ Fuq”, “ċittadinanza tal-Amerika Ċentrali u t’Isfel”; “ċittadinanza tal-Asja”, “ċittadinanza tal-Afrika”, “ċittadinanza oħra”. |
7.11. |
Ir-riżultati tal-istatistika skont l-attività ekonomika u skont il-qasam tal-prodott (NACE Rev. 2) jitqassmu fit-taqsimiet, grupp u aggregati NACE Rev.2 li ġejjin: “01, 02, 03”, “05, 06, 07, 08, 09”, “10 sa 33”, “10, 11, 12”, “10, 11”, “12”, “13, 14, 15”, “13”, “14”, “15”, “16, 17, 18”, “16”, “17”, “18”, “19”, “20”, “21”, “22”, “23”, “24”, “25, 26, 27, 28, 29, 30”, “25”, “25.4”, “26”, “26.1”, “26.2”, “26.3”, “26.4”, “26.5”, “26.6”, “26.7”, “27”, “28”, “29”, “30”, “30.1”, “30.2”, “30.3”, “30.4”, “31”, “32”, “32.5”, “33”, “35, 36, 37, 38, 39”“35, 36”, “37, 38, 39”, “41, 42, 43”, “45, 46, 47, 49, 50, 51, 52, 53, 55, 56, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 77, 78, 79, 80, 81, 82”, “45, 46, 47”, “49, 50, 51, 52, 53”, “55, 56”, “58, 59, 60, 61, 62, 63”, “61”, “62”, “63”, “64, 65, 66”, “68”, “69, 70, 71, 72, 73, 74, 75”, “71”, “72”, “72.1”, “72.2”, “77, 78, 79, 80, 81, 82”, “84, 85”, “86, 87, 88”, “86”, “87, 88”, “90, 91, 92, 93”, “94, 95, 96, 97, 98, 99”, “01 sa 99”. |
8. Il-kunċetti u d-definizzjonijiet relatati mal-istatistika spjegati f’din it-taqsima huma stabbiliti fil-Manwal ta’ Frascati.
9. Fuq bażi volontarja, il-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri se jagħmlu studji pilota dwar varjabbli addizzjonali u tqassimiet ta’ statistika dwar ir-R & Ż bil-ħsieb li tissaħħaħ il-bażi tal-evidenza xjentifika dwar it-tfassil tal-politika tar-R & Ż. L-istudji pilota għandhom isiru sabiex jiġu vvalutati r-rilevanza u l-fattibilità tal-ksib tad-dejta, wara li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibilità tad-dejta f’relazzjoni mal-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju. Is-suġġetti tal-istudju pilota se jiġu deċiżi b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
Taqsima 2
Statistika dwar l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-gvern jew ħlasijiet dwar ir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD)
1. L-istatistika segwenti trid tinġabar:
Kodiċi |
Titlu |
21.0 |
Approprjazzjonijiet tal-gvern fir-R & Ż fil-baġit provviżorju (kif approvat mill-Parlament fil-bidu tas-sena baġitarja). |
21.1 |
Approprjazzjonijiet tal-gvern fir-R & Ż fil-baġit finali (baġit rivedut approvat matul is-sena baġitarja) |
22.0 |
Finanzjament pubbliku nazzjonali għal R & Ż koordinata b’mod transnazzjonali |
2. Il-varjabbli kollha għandhom ikunu pprovduti annwalment.
3. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha trid tinġabar l-istatistika hija s-sena kalendarja 2012.
4. Ir-riżultati jridu jiġu pprovduti fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-varjabbli 21.0 (inklużi t-tqassimiet kollha) u fi żmien 12-il xahar mill-varjabbli 21.1 u 22.0 (inklużi t-tqassimiet kollha).
5. Produzzjoni tar-riżultati
5.1. |
Ir-riżultati tal-istatistika miġbura għall-varjabbli 21.0 u 21.1 jitqassmu skont in-nomenklatura għall-analiżi u t-tqabbil tal-baġits u l-programmi xjentifiċi (NABS 2007) fil-livell tal-kapitlu. |
5.2. |
Ir-riżultati tal-istatistika miġbura għall-varjabbli 21.1 iridu jitqassmu:
|
5.3. |
Ir-riżultati tal-istatistika miġbura għall-varjabbli 22.0 jridu jitqassmu f’“kontribuzzjonijiet nazzjonali għal atturi pubbliċi u transnazzjonali fir-R & Ż”, “kontribuzzjonijiet nazzjonali għal programmi ta’ R & Ż pubbliċi, transnazzjonali u pan-Ewropej” u “kontribuzzjonijiet nazzjonali għal programmi ta’ R & Ż pubbliċi bilaterali jew multilaterali bejn il-gvernijiet tal-Istat Membru (u mal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-EFTA)”. |
6. Il-kunċetti u d-definizzjonijiet relatati mal-istatistika spjegati f’din it-taqsima huma stabbiliti fil-Manwal ta’ Frascati jew standards armonizzati oħrajn.
Taqsima 3
Statistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija
Ix-xogħol li jirrelata ma’ oqsma oħra tal-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għandu jirreferi b’mod partikolari għas-suġġetti li ġejjin:
(a) |
statistika dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija (inkluża statistika dwar is-sess u l-mobilità) (HRST): żvilupp u implimentazzjoni ta’ qafas komprensiv għall-istatistika dwar l-HRST prinċipalment bl-isfruttament tas-sorsi ta’ dejta nazzjonali u internazzjonali eżistenti b’mod iktar effikaċi (ukoll fi ħdan is-sistema statistika Ewropea). Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aspetti tas-sessi; |
(b) |
statistika dwar il-privattivi: żvilupp u implimentazzjoni ta’ qafas komprensiv għall-istatistika dwar il-privattivi billi tiġi pprovduta regolarment statistika dwar il-privattivi nazzjonali u internazzjonali u indikaturi bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli mill-uffiċċji tal-privattivi nazzjonali u internazzjonali; |
(c) |
statistika dwar l-industriji ta’ teknoloġija għolja u servizzi bbażati fuq l-għarfien: Żvilupp u implimentazzjoni ta’ qafas komprensiv għall-istatistika dwar l-industriji ta’ teknoloġija għolja u servizzi bbażati fuq l-għarfien, prinċipalment bl-isfruttament tas-sorsi ta’ dejta nazzjonali u internazzjonali eżistenti b’mod iktar effikaċi (ukoll fi ħdan is-sistema statistika Ewropea). Din il-ħidma tinkludi wkoll l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet u l-prodotti, il-kejl tal-prestazzjoni ekonomika ta’ dawn l-attivitajiet u l-kontribut tagħhom għall-prestazzjoni tal-ekonomija kollha kemm hi; |
(d) |
statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija: Il-ħidma addizzjonali ta’ żvilupp u implimentazzjoni huwa relatat, fost affarijiet oħra mal-istatistika dwar il-bijoteknoloġija, in-nanoteknoloġija jew oqsma oħra fejn ix-xjenza u t-teknoloġija huma vitali għall-issodisfar tal-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea (bħas-saħħa, is-sigurtà, l-ambjent u l-bdil fil-klima). |
Għas-suġġetti elenkati f’din it-taqsima, id-dejta neċessarja se tinkiseb l-iktar permezz ta’ sorsi eżistenti ta’ dejta statistiċi jew sorsi ta’ dejta oħrajn (eż. fil-qasam tal-istatistika soċjali jew ekonomika).
ANNESS II
STATISTIKA TAL-INNOVAZZJONI
Taqsima 1
L-intrapriża hija l-unità statistika użata għall-kumpilazzjoni tal-istatistika elenkata fit-Taqsima 2. Id-definizzjonijiet tal-unitajiet statistiċi li jridu jintużaw (“intrapriża”) huma kif stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 696/93.
Taqsima 2
L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika tal-innovazzjoni li ġejja:
Varjabbli |
Titlu |
Kummenti |
1 |
Għadd ta’ intrapriżi attivi fl-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala perċentwal tal-intrapriżi kollha |
2 |
Għadd ta’ intrapriżi li jinnovaw li introduċew prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti, ġodda fis-suq/ġodda għall-intrapriżi |
Bħala valur assolut, bħala perċentwal tal-intrapriżi kollha u bħala perċentwal tal-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni kollha |
3 |
Fatturat mill-innovazzjoni, relatati ma’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti, ġodda għas-suq |
Bħala valur assolut, bħala perċentwali tal-fatturat totali u bħala perċentwal tal-fatturat totali mill-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni |
4 |
Fatturat mill-innovazzjoni, relatati ma’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti, ġodda għall-kumpanija imma mhux ġodda għas-suq |
Bħala valur assolut, bħala perċentwali tal-fatturat totali u bħala perċentwal tal-fatturat totali mill-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni |
5 |
Għadd ta’ intrapriżi attivi fl-innovazzjoni involuti fil-kooperazzjoni tal-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala perċentwal tal-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni |
6 |
Infiq fl-innovazzjoni |
Bħala valur assolut, bħala perċentwali tal-fatturat totali u bħala perċentwal tal-fatturat totali mill-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni |
7 |
Għadd ta’ intrapriżi attivi fl-innovazzjoni li indikaw għanijiet importanti ħafna tal-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala perċentwal tal-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni kollha fakultattiva |
8 |
Għadd ta’ intrapriżi attivi fl-innovazzjoni li indikaw sorsi ta’ informazzjoni importanti ħafna għall-innovazzjoni |
Bħala valur assolut u bħala perċentwal tal-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni kollha fakultattiva |
9 |
Għadd ta’ intrapriżi li jiffaċċjaw fatturi ta’ osatklu importanti |
Bħala valur assolut, bħala perċentwal tal-intrapriżi kollha, bħala perċentwal tal-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni kollha u bħala perċentwal ta’ intrapriżi attivi mhux fl-innovazzjoni fakultattiva |
10 |
Għadd ta’ intrapriżi li jinnovaw li żviluppaw l-innovazzjonijiet huma stess jew flimkien mal-intrapriżi/istituzzjonijiet l-oħra |
Bħala valur assolut u bħala perċentwal tal-intrapriżi attivi fl-innovazzjoni kollha |
Minbarra l-istatistika elenkata hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jiġbru wkoll statistika addizzjonali (inklużi t-tqassimiet tagħhom) skont it-temi ewlenin elenkati fil-Manwal ta’ Oslo. L-inklużjoni ta’ din l-istatistika addizzjonali se tkun deċiża b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u tkun inkorporata fil-kwestjonarju tal-istħarriġ armonizzat.
Taqsima 3
Intrapriżi b’attività fis-suq fit-taqsimiet NACE Rev. 2 B, C, D, E, H, J, K u fit-taqsimiet NACE Rev. 2 46 u t-taqsimiet 71, 72 u 73 għandhom ikunu koperti. L-Istati Membri għandhom l-għażla li jestendu ulterjorment il-kopertura.
Taqsima 4
Il-varjabbli kollha għandhom ikunu pprovduti kull sentejn f’kull sena pari.
Taqsima 5
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha trid tinġabar l-istatistika hija s-sena kalendarja 2012.
Taqsima 6
1. |
Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu skont l-attività ekonomika skont it-taqsimiet, diviżjonijiet jew aggregati oħrajn NACE Rev. 2 u skont il-klassijiet ta’ daqs tal-impjiegi kif ġej:
|
2. |
Ir-riżultati tal-varjabbli 1 għandhom ikopru u jitqassmu f’erba’ tipi ta’ innovazzjonijiet: il-proċess, il-prodott, innovazzjonijiet organizzattivi u ta’ kummerċjalizzazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 5 sa 10 għandhom ikopru intrapriżi b’attivitajiet ta’ innovazzjoni tal-prodott u/jew il-proċess. Il-kopertura u t-tqassim skont erba’ tipi ta’ innovazzjonijiet għall-varjabbli ħlief 1 se jiġu deċiżi b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u jkunu inkorporati fil-kwestjonarju tal-istħarriġ armonizzat. |
3. |
Ir-riżultati tal-varjabbli 5 jridu jitqassmu skont it-tip ta’ kooperazzjoni fl-innovazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 6 jridu jitqassmu skont it-tip ta’ nfiq fl-innovazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 7 jridu jitqassmu skont it-tip ta’ għanijiet tal-innovazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 8 jridu jitqassmu skont it-tip ta’ sorsi ta’ informazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 9 jridu jitqassmu skont it-tip ta’ fatturi ta’ ostakolu. Ir-riżultati tal-varjabbli 10 jridu jitqassmu skont it-tip ta’ żviluppaturi. Dawn it-tqassimiet se jiġu deċiżi b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u inkorporati fil-kwestjonarju tal-istħarrip armonizzat. |
Taqsima 7
1. |
Ir-riżultati kollha jridu jiġu pprovduti fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. |
2. |
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fuq bażi volontarja, reġistri ta’ dejta individwali li tkopri l-unitajiet statistiċi mistħarrġa kollha bħala parti mill-istħarriġiet nazzjonali tal-innovazzjoni lill-Kummissjoni (Eurostat). |
Taqsima 8
1. |
Il-kwestjonarju tal-istħarriġ, użat għall-istħarriġiet tal-innovazzjoni li jsiru kull sentejn u li jibdew mis-sena ta’ referenza 2012, għandu jkopri t-temi prinċipali elenkati fil-Manwal ta’ Oslo fir-rigward tal-kejl tal-intrapriżi ta’ innovazzjoni. |
2. |
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet metodoloġiċi għall-istħarriġiet tal-innovazzjoni għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni (Eurostat) u dan iwassal għal livell għoli ta’ armonizzazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-popolazzjoni fil-mira, il-metodoloġija tal-istħarriġ (inklużi aspetti reġjonali), il-kwestjonarju armonizzat tal-istħarriġ, il-ġbir, l-ipproċessar u l-forniment tad-dejta u r-rekwiżiti ta’ kwalità tad-dejta. |
3. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-metodoloġija nazzjonali użata fl-istatistika nazzjonali dwar l-innovazzjoni. |
ANNESS III
REKWIŻITI GĦAR-RAPPORTI TAL-KWALITÀ
Taqsima 1
Introduzzjoni
Ir-rapporti ta’ kwalità għandu jkun fihom kemm indikaturi kwantitattivi u kemm kwalitattivi tal-kwalità tad-dejta, fl-istruttura standard iddeterminata mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi r-riżultati għal dawk l-indikaturi kwantitattivi li jistgħu jiġu kkalkulati abbażi tad-dejta mogħtija mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinterpretawhom u jikkummentaw dwarhom, fid-dawl tal-metodoloġija tal-ġbir tagħhom u jipprovdu l-indikaturi kwantitattivi li jifdal kif ukoll l-informazzjoni kwalitattiva.
Taqsima 2
Skeda
Kull tieni sena, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tforni lill-Istati Membri fi żmien 20 xahar wara tmiem is-sena ta’ referenza (sal-aħħar ta’ Awwissu) b’abbozzi ta’ rapporti tal-kwalità standard, li diġà jinkludu indikaturi tal-kwalità u informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat).
Kull tieni sena, l-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 22 xahar wara tmiem is-sena ta’ referenza (qabel l-aħħar ta’ Ottubru) bir-rapporti ta’ kwalità standard lesti.
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 996/2012
tas-26 ta’ Ottubru 2012
li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment. |
(2) |
Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista’ toħloq theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta' Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3) li aktar tard kien sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4). |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 284/2012 ġie emendat bosta drabi sabiex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Minħabba li jeħtieġu jsiru aktar emendi, huwa xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 jiġi sostitwit b’Regolament ġdid. |
(4) |
Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li ġiet meqjusa aktar minn 26 000 dejta ta’ okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u l-ikel provduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi li jikkonċernaw it-tieni staġun ta' tkabbir wara l-inċident. |
(5) |
Huwa xieraq li jiġu esklużi kunsinni personali mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għal għalf u ikel li joriġina mill-annimali għandha ssir referenza għad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 206/2009 tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) 136/2004 (5). Għal ikel u għalf ieħor, għandu jiġi stipulat li l-kunsinni jistgħu jitqiesu bħala kunsinni personali biss jekk mhumiex kummerċjali u huma għal persuna privata għal konsum jew użu personali. |
(6) |
L-awtoritajiet Ġappuniżi pprovdew tagħrif estensiv lill-Kummissjoni li flimkien max-xarbiet alkoħoliċi li diġà huma eżentati (is-sake, il-whiskey u x-shochu) xarbiet oħra mhux alkoħoliċi ma fihomx livelli li jistgħu jitkejlu ta' radjuattività. Il-proċess ta’ ppolixxjar fermentazzjoni jnaqqas ir-radjuattività fix-xarba alkoħolika b’livell sinifikanti. Għalhekk huwa xieraq li jiġu esklużi sċerti xarbiet alkoħoliċi oħra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet Ġappuniżi u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li qed jimpurtaw. |
(7) |
Id-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi tipprovdi evidenza li ma għadhiex meħtieġa li jkun meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u analiżi tal-ikel u l-għalf li joriġinaw fil-prefetturi ta' Yamanashi u Shizuoka dwar il-preżenza ta’ radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Ir-rekwiżit għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi għandhom jinżammu għat-te minn Shizuoka u l-faqqiegħ minn Shizuoka u Yamanashi. |
(8) |
Minħabba li għadhom jinstabu livelli ta’ radjuattività li mhumiex konformi jew li huma sinifikanti fl-ikel u l-għalf li joriġinaw fil-prefettura ta’ Fukushima, huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit eżistenti ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-ikel u l-għalf kollu li joriġina f’dik il-prefettura. Madankollu, l-eżenzjonijiet ġenerali, bħal dawk għal xarbiet alkoħoliċi u kunsinni personali, għandhom ikomplu jiġu applikati b’rabta ma' tali ikel u għalf. |
(9) |
Fir-rigward tal-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Iwate, Chiba and Kanagawa li bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġi analizzat l-ikel u l-għalf kollu qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, huwa xieraq li dak ir-rekwiżit ikun limitat għall-faqqiegħm it-te, prodotti tal-ħut, ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu, ċertu ħaxix, ċertu frott, ross u fażola tas-sojja u l-prodotti proċessati u derivati minnhom. L-istess rekwiżiti għandhom japplikaw għal oġġetti tal-ikel komposti li fihom aktar minn 50 % ta’ ingredjent/i li għalih huma meħtieġa testijiet qabel esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
(10) |
Il-kontrolli mwettqa waqt l-importazzjoni juru li l-kundizzjoni speċjali stipulati mil-liġi tal-Unoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ma kienx hemm nuqqas ta’ konformità għal aktar minn sena. Għaldaqstant huwa xieraq li titnaqqas il-frekwenza ta’ kontrolli waqt l-importazzjoni u r-rappurtar tar-riżultati lill-Kummissjoni. |
(11) |
Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni li jmiss tad-dispożizzjonijiet meta r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi dwar il-preżenza tar-radjuattività tal-ikel u l-għalf tat-tielet staġun ta’ tkabbir wara l-inċident tkun disponibbli, jiġifieri sal-31 ta’ Marzu 2014. Madankollu, għall-prodotti li għalihom l-ħsad huwa prinċipalment fit-tieni parti tat-tieni staġun ta’ tkabbir u għaldaqstant id-dejta kollha tat-tieni staġun ta’ tkabbir għadha mhijiex disponibbli, huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni tad-dispożizzjonijiet għal dawn il-prodotti sal-31 ta’ Marzu 2013. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (6) li joriġina jew li ġej mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta’:
(a) |
il-prodotti li ħarġu mill-Ġappun qabel it-28 ta' Marzu 2011; |
(b) |
il-prodotti li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011; |
(c) |
xarbiet alkoħoliċi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2203 sa 2208; |
(d) |
kunsinni personali tal-għalf u l-ikel li joriġinaw mill-annimali li huma koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 206/2009; |
(e) |
kunsinni personali tal-għalf u l-ikel ħlief dawk li joriġinaw mill-annimali li mhumiex kummerċjali u għal persuna privata għal konsum u użu personali biss. F’każ ta’ dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, "miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża" tfisser il-miżuri tranżitorji adottati mill-awtoritajiet Ġappuniżi fl-24 ta’ Frar 2012 fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulati fl-Anness III.
“Kunsinna” tfisser kwantità ta’ kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-istess klassi jew deskrizzjoni, kopert mill-istess dokument/i, imwassal bl-istess mezzi ta’ trasport u ġejj mill-istess prefettura/i tal-Ġappun, fil-limiti permessi mid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.
Artikolu 3
Importazzjoni fl-Unjoni
L-għalf u l-ikel (minn hawn ’il quddiem - "il-prodotti") imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Livelli massimi taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137
1. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, ħlief għal dawk li jidhru fl-Anness III, għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness II.
2. Il-prodotti li jidhru fl-Anness III għandhom jikkonformae mal-livell massimu għaċ-ċesju radjuattiv stipulat f’dak l-Aness.
Artikolu 5
Dikjarazzjoni
1. Kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6.
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a) |
tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun u |
(b) |
tispeċifika jekk il-prodotti jaqawx jew le taħt il-miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża. |
3. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:
(a) |
il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew |
(b) |
il-prodott, ħlief te u faqqiegħ li joriġinaw fil-prefettura ta’ Shizuoka u ħlief te u faqqiegħ li joriġinaw fil-prefettura ta’ Yamanashi, joriġina u ġej minn prefettura għajr dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Iwate; jew |
(c) |
il-prodott joriġina fi Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Iwate huwa kunsinnat minn hemm iżda mhux elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament (u konsegwentament ma hemmx bżonn analiżi qabel l-esportazzjoni); jew |
(d) |
il-prodott huwa kunsinnat mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, iżda ma joriġinax minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma ġiex espost għar-radjoattività matul it-tranżitu; jew |
(e) |
meta l-prodott ikun te jew faqqiegħ li joriġinaw fil-prefettura ta' Shizuoka jew faqqiegħ li joriġina fil-prefettura ta’ Yamanashi, jew prodott derivat jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawn il-prodotti, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi riżultati ta' teħid ta' kampjuni u analiżi; jew |
(f) |
meta l-prodott, elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, joriġina fil-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Iwate jew huwa għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta' dawn il-prodotti, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi riżultati ta' teħid ta' kampjuni u analiżi. Il-lista ta' prodotti fl-Anness IV hija bla ħsara għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (7). jew |
(g) |
meta l-oriġini tal-prodott hew tal-ingredjenti preżenti f'aktar minn 50 % mhuwiex magħruf, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati ta' teħid ta' kampjuni u analiżi. |
4. Il-punt (f) tal-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għal prodotti li nqabdu jew inħasdu mill-ibħra tal-kosta tal-prefetturi msemmija hemmhekk, irrispettivament minn fejn jaslu dawn il-prodotti.
Artikolu 6
Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni
1. Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness I.
2. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ entità awtorizzata mill-awtorità kompetenti Ġappuniża taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.
3. Għall-prodotti msemmija fil-punt (e), (f) u (g) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.
Artikolu 7
Identifikazzjoni
Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun identifikata permezz ta' kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 5(3), fuq iċ-ċertifikat sanitarju u fuq kwalunkwe dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinna.
Artikolu 8
Postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u punt tad-dħul magħżul
Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, ħlief dawk li jaqaw fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (8), għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni permezz ta' punt tad-dħul magħżul skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (9) (minn hawn 'il quddiem - "il-punt tad-dħul magħżul").
Artikolu 9
Notifika minn qabel
L-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta' kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1, minn tal-inqas jumejn ta' xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jew fuq il-punt tad-dħul magħżul.
Artikolu 10
Kontrolli uffiċjali
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jew tal-punt tad-dħul magħżul għandhom iwettqu:
(a) |
kontrolli tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1; |
(b) |
kontrolli fiżiċi u tal-identità, inkluża analiżi tal-laboratorju għall-preżenza ta’ ċesju-134 u ċesju-137, fuq 5 % tal-kunsinni. |
2. Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali, għal massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol, sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.
3. Jekk ir-riżultat tal-analiżi tal-laboratorju jipprovdi evidenza li l-garanziji pprovduti fid-dikjarazzjoni huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies bħala mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Spejjeż
L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u kwalunkwe miżura li tittieħed wara li jkun hemm nuqqas ta’ konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel.
Artikolu 12
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
Il-kunsinni jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu jippreżenta dikjarazzjoni lill-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), li:
(a) |
tkun ġiet approvata kif dovut mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fil-punt tad-dħul magħżul; u |
(b) |
tipprovdi evidenza li l-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 jkunu twettqu u li r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli kienu favorevoli. |
Artikolu 13
Prodotti li mhumiex konformi
Il-prodotti li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Tali prodotti għandhom jintremew b’mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini.
Artikolu 14
Rapporti
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tliet xhur permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) bir-riżultati analitiċi kollha miksuba. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat matul ix-xahar li jaħbat wara kull taqsima ta’ tliet xhur fis-sena.
Artikolu 15
Revoka
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 huwa revokat.
Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Miżura tranżitorja
B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012, fejn:
(a) |
il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew |
(b) |
il-prodotti jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni b’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ Novembru 2012 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel l-1 ta’ Diċembru 2012 |
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u perjodu ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2014.
Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut qabel il-31 ta’ Marzu 2013 fir-rigward tal-prodotti li l-ħsad tagħhom huwa prinċipalment bejn Awwissu u Novembru u fir-rigward il-ħut u l-prodotti tas-sajd.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.
(4) ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16.
(6) ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11.
(9) ĠU L 194, 25.7.2009 p. 11.
ANNESS I
Dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’
… (Prodott u pajjiż ta’ oriġini)
Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Lott … Numru tad-Dikjarazzjoni …
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw fi jew ġejjin mill-Ġappun wara l-inċident tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Fukushima il-
…
(rappreżentant awtorizzat msemmi fl-Artikolu 6 (2) jew 6(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012)
JIDDIKJARA li l- …
… (prodotti msemmija fl-Artikolu 1)
ta’ din il-kunsinna magħmula minn: …
… (deskrizzjoni tal-kunsinna, prodott, numru u tip ta’ pakketti, piż gross jew nett)
imbarkat fi … (post ta’ imbarkazzjoni)
fi … (data tal-imbarkazzjoni)
minn … (identifikazzjoni tat-trasportatur)
lejn … (post u pajjiż ta’ destinazzjoni)
li ġej mill-istabbiliment …
… (isem u indirizz tal-istabbiliment)
huwa konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun fir-rigward tal-livelli massimi għat-total ta’ ċesju-134 u ċesju-137.
JIDDIKJARA li l-kunsinna tikkonċerna għalf u ikel
|
li ma jaqgħux taħt il-miżuri tranżitorji stipulati fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża (ara l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012) fir-rigward tal-livell massima għat-total ta’ ċesju-134 u ċesju-137 |
|
li jaqgħu taħt il-miżuri tranżitorji stipulati fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża (ara l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012) fir-rigward tal-livell massima għat-total ta’ ċesju-134 u ċesju-137 |
JIDDIKJATA li l-kunsinna tikkonċerna:
|
għalf jew ikel li nħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta’ Marzu 2011; |
|
għalf jew ikel li joriġina fi prefettura jew ġej minn waħda ħlief dawk ta' Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Iwate, ħlief te u faqqiegħ li joriġinaw fil-prefettura ta’ Shizuoka ħlief faqqiegħ li joriġina fil-prefettura ta’ Yamanashi; |
|
għalf u ikel li ġejjin mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Iwate, iżda li ma joriġinawx f'waħda minn dawk il-prefetturi u li ma ġewx esposti għal radjuattività matul it-tranżitu; |
|
għalf u ikel mhux elenkati fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012, li joriġinaw fi u ġejjin minn unma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Iwate; |
|
te jew faqqiegħ jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawn il-prodotti, li joriġina fil-prefettura ta’ Shizuoka, u li ttieħdu kampjuni minnu fi … (data), soġġetti għal analiżi tal-laboratorju fi … (data) fil- … (isem il-laboratorju), biex jiġu determinati l-livelli ta’ radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż; |
|
faqqiegħ jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawn il-prodotti, li joriġina fil-prefettura ta’ Yamanashi, u li ttieħdu kampjuni minnu fi … (data), soġġetti għal analiżi tal-laboratorju fi … (data) fil- … (isem il-laboratorju), biex jiġu determinati l-livelli ta’ radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż; |
|
għalf u ikel elenkati fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawn il-prodotti, li joriġinaw fil-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Iwate, u ttieħdu kampjuni minnhom fi … (data), soġġetti għal analiżi tal-laboratorju fi … (data) fil- … (isem il-laboratorju), biex jiġu determinati l-livelli ta’ radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż; |
|
għalf u ikel ta’ oriġini mhux magħrufa jew li jinkludi aktar minn 50 % ta’ ingredjent/i ta’ oriġini mhux magħrufa u li ttieħdu kampjuni minnu fi … (data), soġġetti għal analiżi tal-laboratorju fi … (data) fil- … (isem il-laboratorju), biex jiġi determinat il-livell ta’ radjunuklidi, ċesju-134 u ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż. |
Magħmul fi … fi …
Timbru u firma tar- rappreżentant awtorizzat msemmi fl-Artikolu 6 (2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012,
Parti li għandha timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera (BIP) jew punt tad-dħul magħżul (DPE)
|
Il-kunsinna ġiet aċċettata biex tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni |
|
Il-kunsinna MA ĠIETX aċċettata biex tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni |
…
(Awtorità kompetenti, Stat Membru)
…
Data |
Timbru |
Firma |
ANNESS II
Livelli massimi għall-ikel (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
Ikel għat-trabi u tfal żgħar |
Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib |
Ikel ieħor bl-eċċezzjoni ta’ - ilma minerali u xarbiet simili - te magħmul minn weraq mhux fermentati |
Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul weraq mhux fermentati |
Total ta’ ċesju-134 u ċesju-137 |
50 (2) |
50 (2) |
100 (2) |
10 (2) |
Livelli massimi għall-għalf (3) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża
|
Għalf maħsub għal bhejjem u żwiemel |
Għalf maħsub għall-ħnieżer |
Għalf maħsub għat-tjur |
Għalf għall-ħut (5) |
Total ta’ ċesju-134 u ċesju-137 |
100 (4) |
80 (4) |
160 (4) |
40 (4) |
(1) Għal prodotti mniffxin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit kif ikun lest għall-konsum.
Għal faqqiegħ imnixxef fattur ta' rikostruzzjoni ta' 5 huwa applikabbli.
Għat-te, il-livell massimu japplika għal infużjoni magħmula minn weraq tat-te. Il-fattur ta' proċessar għal te mnixxef huwa ta’ 50, u għaldaqstant il-livell massimu ta’ 500 Bq/kg fuq weraq tat-te mnixxfa jiżgura li l-livell fit-te ma jaqbiżx il-livell massimu ta’ 10 Bq/kg.
(2) Sabiex tiġi żgurata konsistenta mal-livelli massimi, applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostittwixxu fuq bażi provviżorja l-valuri stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87.
(3) Livell massimu huwa relattiv għal għalf b’kontenut ta' umdità ta’ 12 %.
(4) Sabiex tiġi żgurata konsistenta mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostittwixxu fuq bażi provviżorja l-valuri stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).
(5) Bl-eċċezzjoni ta’ għalf għal ħut ornamentali.
ANNESS III
Miżuri tranżitorji stipulati fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża u ta' applikazzjoni għal dan ir-Regolament
(a) |
Ħalib u prodotti magħmula mill-ħalib, ilma minerali u xarbiet simili li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandhomx jinkludu ċesju radjuattiv ta’ aktar minn 200 Bq/kg. Ikel ieħor, ħlief għar-ross, il-fażola tas-sojja u prodotti ipproċessati minnhom li huma manifatturati, u/jew ipproċessati qabel il-31 ta' Marzu 2012 ma għandhomx jinkludu ċesju radjuattiv ta' aktar minn 500 Bq/kg. |
(b) |
Prodotti magħmula minn ross li huwa manifatturat, u/jew proċessati qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandhomx jinkludu ċesju radjuattiv aktar minn 500 Bq/kg. |
(c) |
Fażola tas-sojja li nħasdet u tqiegħdet fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 ma għandhomx jinkludu ċesju radjuattiv aktar minn 500 Bq/kg. |
(d) |
Prodotti magħmula minn fażola tas-sojja li hija manifatturata, u/jew proċessati qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 ma għandhomx jinkludu ċesju radjuattiv aktar minn 500 Bq/kg. |
ANNESS IV
Għalf u ikel li huwa meħtieġ teħid ta’ kampjuni u analiżi fil-preżenza ta’ ċesju-134 u ċesju-137 qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni
(a) |
prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta’ Fukushima:
|
(b) |
prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta’ Shizuoka:
|
(c) |
prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta’ Yamanashi:
|
(d) |
prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta’ Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa jew Iwate:
|
(e) |
prodotti komposti li jinkludu aktar minn 50 % tal-prodotti msemmija fl-intestaturi (a), (b), (c) u (d) ta' dan l-Anness. |
(*) l-elenku ta' dawn il-prodotti se jiġi rivedut qabel il-31 ta' Marzu 2013 filwaqt li jqis ir-riżultati analitiċi fil-perjodu ta' bejn Settembru 2012 sa Diċembru 2012.
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 997/2012
tas-26 ta’ Ottubru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
38,5 |
MA |
49,6 |
|
MK |
40,5 |
|
ZZ |
42,9 |
|
0707 00 05 |
AL |
36,9 |
MK |
32,3 |
|
TR |
126,2 |
|
ZZ |
65,1 |
|
0709 93 10 |
TR |
116,3 |
ZZ |
116,3 |
|
0805 50 10 |
AR |
57,6 |
CL |
75,4 |
|
TR |
83,1 |
|
UY |
56,6 |
|
ZA |
88,8 |
|
ZZ |
72,3 |
|
0806 10 10 |
BR |
258,6 |
LB |
333,4 |
|
MK |
87,0 |
|
TR |
158,3 |
|
US |
225,7 |
|
ZZ |
212,6 |
|
0808 10 80 |
CL |
148,8 |
CN |
95,2 |
|
MK |
34,4 |
|
NZ |
128,3 |
|
US |
118,8 |
|
ZA |
150,3 |
|
ZZ |
112,6 |
|
0808 30 90 |
CN |
51,0 |
TR |
113,5 |
|
ZZ |
82,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2012
dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fl-Isvezja
(2012/664/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,
Billi:
(1) |
Taħt il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sa meta dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati. |
(2) |
Konsegwentement, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u prova pilota. |
(4) |
Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jiġi mwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data. |
(5) |
L-Isvezja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar id-Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD). |
(6) |
Saret b’suċċess prova pilota mill-Isvezja mal-Pajjiżi l-Baxxi. |
(7) |
Saret żjara ta’ evalwazzjoni fl-Isvezja u sar rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Belġjana/Olandiża li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
(8) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-VRD, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD), l-Isvezja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. MAVROU
(2) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/665/PESK
tas-26 ta’ Ottubru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, bid-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) il-Kunsill impona miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea. |
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2013. |
(3) |
Jeħtieġ li l-miżuri dwar l-embargo tal-armi previsti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK jiġu emendati. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni 2010/638/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 2(1), huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2013. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/46 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ottubru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Ungerija
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7433)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/666/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli għall-kummerċ intraKomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi,
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. Dik il-lista tinkludi l-kontea ta’ Nógrád fl-Ungerija. |
(2) |
L-Ungerija għarrfet lill-Kummissjoni dwar żviluppi riċenti fir-rigward ta’ deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju tal-kontea ta’ Nógrád elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/855/KE. |
(3) |
Dik l-informazzjoni tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer nqered fit-territorju tal-kontea ta’ Nógrád. Għaldaqstant, il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2008/855/KE ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal dik il-kontea u r-referenza għal-kontea ta’ Nógrád fil-lista stipulata fil-Parti I tal-Anness tagħha għandha titħassar. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-Parti I tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-punt 3 hu mibdul b’li ġej:
“3. L-Ungerija
It-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsab fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana tal-awtostrada E71.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Maroš ŠEFČOVIČ
Viċi President
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ottubru 2012
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7440)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(2012/667/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li jinvolvu nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li tingħata għajnuna biex l-influwenza avjarja tinqered malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3), ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxu r-regoli dwar il-perċentwali li trid tiġi applikata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. |
(3) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/132/UE tal-15 ta' Frar 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011 (3), ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011. Fit-13 ta’ April 2012, il-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(5) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. |
(6) |
Il-Pajjiżi l-Baxxi, b’konsistenza mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, għarrfu minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-miżuri applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħha. Skont kif jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż kienet akkumpanjata b’rapport finanzjarju, dokumenti ta’ prova, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu u r-riżultati tal-awditjar rispettiv. |
(7) |
L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Pajjiżi l-Baxxi fil-25 ta’ April 2012 u fl-4 ta’ Ġunju 2012. Il-Pajjiżi l-Baxxi qablu permezz ta’ e-Mail bid-data tal-11 ta’ Ġunju 2012. |
(8) |
Konsegwentement, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011 issa jista’ jiġi stabbilit. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011 hija stabbilita għal EUR 429 425,74.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Maroš ŠEFČOVIČ
Viċi President
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/49 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ottubru 2012
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-2011
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7454)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(2012/668/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li tgħin biex tinqered il-marda tal-ilsien u d-dwiefer malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 14(4) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. |
(3) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/730/UE tad-9 ta’ Novembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-2011 (3), ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-2011. Fid-9 ta’ Diċembru 2011 u fl-24 ta’ Jannar 2012 ġiet ippreżentata talba uffiċjali għar-rimborż mill-Bulgarija, kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(5) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. |
(6) |
B’konformità mal-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u mingħajr dewmien, il-Bulgarija għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ġew applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Kif jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż kienet akkumpanjata b’rapport finanzjarju, dokumenti ta’ sostenn, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu u r-riżultati tal-awditjar rispettiv. |
(7) |
L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Bulgarija fl-19 ta’ Ġunju 2012. Il-Bulgarija qablet permezz ta’ e-Mail datata l-20 ta’ Ġunju 2012. |
(8) |
Konsegwentement, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba b’rabta mal-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-2011 issa jista’ jiġi stabbilit. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija fl-2011 issa hija stabbilita għal EUR 463 583,37.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Maroš ŠEFČOVIČ
Viċi President
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(3) ĠU L 293, 11.11.2011, p. 36.