ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.296.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
25 ta' Ottubru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 965/2012

tal-5 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 8(5) u 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-operaturi u l-persunal involuti fit-tħaddim ta’ ċerti inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jeżiġi li, minbarra li jissorveljaw iċ-ċertifikati li jkunu ħarġu, l-Istati Membri għandhom iwettqu investigazzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa, u jieħdu kwalunkwe miżura, inkluż iż-żamma fuq l-art ta’ inġenji tal-ajru, biex jevitaw il-kontinwazzjoni ta’ ksur.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni x-xierqa sabiex ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru.

(4)

Sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel u livell għoli ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-aktar għarfien riċenti, inklużi l-aqwa prattiċi, kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tal-operazzjonijiet bl-ajru. Għalhekk, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi maqbula taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-ICAO”) u tal-Awtoritajiet Konġunti Ewropej tal-Avjazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2009, kif ukoll il-leġiżlazzjoni eżistenti b’rabta ma’ ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.

(5)

Jeħtieġ li jiġi pprovdut żmien biżżejjed biex kemm l-industrija ajrunawtika kif ukoll l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid, u sabiex jirrikonoxxu, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-validità taċ-ċertifikati li jkunu nħarġu qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

(6)

Minħabba li dan ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(5) u 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (2) u d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandhom jitqiesu li huma mħassrin skont l-Artikoli 69(3) u 69(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Madankollu, l-Anness III għandu jibqa’ fis-seħħ b’mod temporanju sa ma jiskadu l-perjodi ta’ tranżizzjoni previsti f’dan ir-Regolament, kif ukoll għal dawk l-oqsma li għalihom għadhom ma ġew adottati l-ebda miżuri ta’ implimentazzjoni. Bl-istess mod, id-Direttiva 2004/36/KE għandha tibqa’ tgħodd b’mod temporanju sa ma jiskadu l-perjodi ta’ tranżizzjoni previsti f’dan ir-Regolament.

(7)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ressqithom bħala opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jsiru permezz tal-ajruplani u tal-ħelikopters, inklużi l-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru ta’ operaturi li jaqgħu taħt is-sorveljanza tas-sikurezza ta’ Stat ieħor meta dawn ikunu llandjaw f’ajrudromi li jinsabu f’territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli ddettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, il-limitazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka taċ-ċertifikati tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati, kif ukoll il-kundizzjonijiet li bihom għandhom jiġu pprojbiti jew illimitati l-operazzjonijiet, jewinkella li bihom dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza.

3.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-operazzjonijiet bl-ajru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.

“operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT)” tfisser operazzjoni li ssir b’inġenju tal-ajru sabiex jiġu ttrasportati l-passiġġieri, il-merkanzija jew il-posta bi ħlas jew għal kunsiderazzjoni oħra ta’ valur;

2.

“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B” tfisser ajruplani li jaħdmu b’magni bl-iskrejjen, li jkollhom konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri ta’ disa’ sits jew inqas u li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ 5 700 kilogramma jew inqas;

3.

“sit ta’ interess pubbliku (PIS)” tfisser sit li jintuża esklużivament għal operazzjonijiet li huma fl-interess pubbliku;

4.

“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 1” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jinżel fid-distanza disponibbli għal tlugħ interrott jew ikun jista’ jkompli bit-titjira b’mod sikur sa żona tal-inżul xierqa, skont meta tiżviluppa l-ħsara.

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V hemm iktar definizzjonijiet, li huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

Kapaċitajiet ta’ sorveljanza

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru, li jkollha/jkollhom is-setgħat meħtieġa u r-responsabbiltajiet allokati lilha/lilhom għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li huma suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.   Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti:

(a)

l-oqsma ta’ kompetenza ta’ kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar f’termini tar-responsabbiltajiet u tal-limitazzjoni ġeografika; u

(b)

għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha li huma suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-mandati rispettivi tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità/l-awtoritajiet kompetenti jkollha/jkollhom il-kapaċità meħtieġa biex tiżgura/jiżguraw is-sorveljanza tal-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha koperti mill-programm ta’ sorveljanza tagħhom, inklużi riżorsi biżżejjed biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità kompetenti ma jwettaqx attivitajiet ta’ sorveljenza meta jkun hemm evidenza li dan jista’ jwassal, direttament jew indirettament, għal kunflitt ta’ interess, b’mod partikulari meta dan ikun relatat ma’ interess familjari jew finanzjarju.

5.   Il-persunal awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ superviżjoni għandu jkollu s-setgħa jwettaq mill-inqas il-kompiti li ġejjin:

(a)

jeżamina r-rekords, id-dejta, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompitu ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza;

(b)

jagħmel kopji tat-tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor, jew jieħu siltiet minnhom;

(c)

jitlob għal spjegazzjoni verbali fuq il-post;

(d)

jidħol f’bini, siti tal-operat jew mezzi ta’ trasport rilevanti;

(e)

iwettaq verifiki, investigazzjonijiet, valutazzjonijiet u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel;

(f)

jadotta jew jagħti bidu għal miżuri ta’ infurzar kif ikun xieraq.

6.   Il-kompiti mogħtija fil-paragrafu 5 għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 4

Spezzjonijiet fir-rampa

L-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru ta’ operaturi li jaqgħu taħt is-sorveljanza tas-sikurezza ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz għandhom jitwettqu skont is-Subparti msejħa “RAMP” tal-Anness II.

Artikolu 5

Operazzjonijiet bl-ajru

1.   L-operaturi għandhom iħaddmu inġenju tal-ajru għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “CAT”) biss bil-mod speċifikat fl-Annessi III u IV.

2.   L-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness V meta jkunu qed iħaddmu:

(a)

ajruplani u ħelikopters użati:

(i)

għal operazzjonijiet li jużaw in-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN);

(ii)

għal operazzjonijiet imwettqin skont l-ispeċifikazzjonijiet minimi tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni (MNPS);

(iii)

għal operazzjonijiet fi spazju tal-ajru b’valuri minimi ta’ separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM);

(iv)

għal operazzjonijiet f’viżibilità baxxa (LVO);

(b)

ajruplani u ħelikopters użati għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi;

(c)

ajruplani b’żewġ magni użati għal operazzjonijiet fuq distanza estiża (ETOPS) fit-trasport kummerċjali bl-ajru;

(d)

ħelikopters użati għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bl-għajnuna ta’ sistemi ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS);

(e)

ħelikopters użati għal operazzjonijiet ta’ rfigħ tat-trasport kummerċjali bl-ajru (HHO); u

(f)

ħelikopters użati għal operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza tat-trasport kummerċjali bl-ajru (HEMS).

Artikolu 6

Derogi

1.   L-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jibdew u jispiċċaw fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat u li jsiru b’ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B jew b’ħelikopters mhux kumplessi m’għandhomx ikunu suġġetti għall-konformità mal-Annessi III u IV.

Madankollu, huma għandhom ikunu suġġetti għal dan li ġej:

(a)

għall-ajruplani, għall-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 u l-eżenzjonijiet nazzjonali relatati, abbażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju marbutin mas-sikurezza mwettqin mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

għall-ħelikopters, għar-rekwiżiti nazzjonali.

2.   B’deroga mill-Artikolu 5(1), l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jitħaddmu bil-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)7633 tal-14 ta’ Ottubru 2009 meta dawn jintużaw għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru. Kwalunkwe bidla fl-operazzjoni li taffettwa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) qabel ma tiġi implimentata.

Stat Membru li jkun beħsiebu juża d-deroga li dwarha hemm dispożizzjoni fid-Deċiżjoni C(2009)7633 iżda li mhuwiex Stat li għalih kienet indirizzata dik id-Deċiżjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b’dan qabel ma jimplimenta d-deroga. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jivvalutaw sa liema punt il-bidla jew l-użu maħsub jiddevjaw mill-kundizzjonijiet mogħtija fid-Deċiżjoni C(2009)7633 jew iħallu impatt fuq il-valutazzjoni inizjali tas-sikurezza mwettqa fil-kuntest ta’ dik id-Deċiżjoni. Jekk il-valutazzjoni turi li l-bidla jew l-użu maħsub ma jikkorrispondux mal-valutazzjoni inizjali tas-sikurezza mwettqa fil-kuntest tad-Deċiżjoni C(2009)7633, l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq talba ġdida għal deroga skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

3.   B’deroga mill-Artikolu 5(1), titjiriet marbutin mal-introduzzjoni jew l-emenda ta’ tipi ta’ inġenji tal-ajru mwettqin mill-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni jew mill-organizzazzjonijiet tad-disinn fl-ambitu tal-privileġġi tagħhom għandhom ikomplu jitħaddmu bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri.

4.   Minkejja l-Artikolu 5, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeħtieġu approvazzjoni speċifika u rekwiżiti addizzjonali b’rabta mal-proċeduri operattivi, it-tagħmir u l-kwalifiki u t-taħriġ tal-ekwipaġġ għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jsiru lil hinn mill-kosta permezz ta’ ħelikopter, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bir-rekwiżiti addizzjonali li jkunu qed jiġu applikati għal approvazzjonijiet speċifiċi ta’ dan it-tip. Dawn ir-rekwiżiti m’għandhomx ikunu inqas restrittivi minn dawk mogħtija fl-Annessi III u IV.

5.   B’deroga mill-punt CAT.POL.A.300 (a) tal-Anness IV, meta l-ajruplani b’magna waħda jintużaw f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, dawn għandhom jitħaddmu billejl jew b’kundizzjonijiet meteoroloġiċi bl-istrument (IMC) skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-eżenzjonijiet eżistenti mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.

Kwalunkwe bidla fit-tħaddim ta’ dawk l-ajruplani li taffettwa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-eżenzjonijiet għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija qabel ma tiġi implimentata. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jivvalutaw il-bidla proposta skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

6.   L-operazzjonijiet eżistenti li jsiru bil-ħelikopters lejn jew minn sit ta’ interess pubbliku (PIS) jistgħu jitwettqu b’deroga mill-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV kull meta d-daqs tas-sit ta’ interess pubbliku, l-ambjent bl-ostakli jew il-ħelikopter ma jkunux jippermettu li tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti għall-operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 1. It-tali operazzjonijiet għandhom jitwettqu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bil-kundizzjonijiet li jkunu qed jiġu applikati.

Artikolu 7

Ċertifikati tal-operaturi tal-ajru

1.   Ċertifikati tal-operaturi tal-ajru (AOCs) maħruġin qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament minn Stat Membru lil operaturi ta’ ajruplani tat-trasport kummerċjali bl-ajru skont ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandhom jitqiesu bħala ċertifikati maħruġin skont dan ir-Regolament.

Madankollu, sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Ottubru 2014:

(a)

l-operaturi għandhom jadattaw is-sistema ta’ ġestjoni, il-programmi tat-taħriġ, il-proċeduri u l-manwali tagħhom sabiex ikunu konformi mal-Annessi III, IV u V, kif ikun rilevanti;

(b)

iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru għandu jinbidel b’ċertifikati maħruġin skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.   Ċertifikati tal-operaturi tal-ajru maħruġin qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament minn Stat Membru lil operaturi ta’ ħelikopters tat-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jinbidlu f’ċertifikati tal-operaturi tal-ajru li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament skont rapport tal-konverżjoni stabbilit mill-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru, b’konsultazzjoni mal-Aġenzija.

Ir-rapport tal-konverżjoni għandu jiddeskrivi:

(a)

ir-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom inħarġu ċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru;

(b)

l-ambitu tal-privileġġi li ngħataw lill-operaturi;

(c)

id-differenzi bejn ir-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom inħarġu ċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru u r-rekwiżiti tal-Annessi III, IV u V, flimkien ma’ indikazzjoni dwar kif u meta l-operaturi se jkunu meħtieġa jiżguraw il-konformità sħiħa ma’ dawk l-Annessi.

Ir-rapport tal-konverżjoni għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha meħtieġa biex jagħtu prova tal-elementi msemmija fil-punti (a) sa (c), inklużi kopji tar-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

Artikolu 8

Limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir

Il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz għandhom ikunu suġġetti għal dan li ġej:

(a)

għall-ajruplani, għall-Artikolu 8(4) u għas-Subparti Q tal-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91;

(b)

għall-ħelikopters, għar-rekwiżiti nazzjonali.

Artikolu 9

Listi tat-tagħmir minimu

Il-listi tat-tagħmir minimu (MELs) approvati qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament mill-Istat tal-operatur jew mill-Istat ta’ reġistrazzjoni, skont kif ikun applikabbli, għandhom jitqiesu bħala listi approvati skont dan ir-Regolament u jistgħu jkomplu jintużaw mill-operatur li jkun irċieva l-approvazzjoni.

Wara li jibda japplika dan ir-Regolament, kwalunkwe bidla f’lista tat-tagħmir minimu għandha sseħħ f’konformità mal-punt ORO.MLR.105 tal-Anness III.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta’ Ottubru 2012.

2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I sa V sat-28 ta’ Ottubru 2014.

Meta Stat Membru jagħmel użu minn din il-possibbiltà, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar dan. Din in-notifika għandha tiddeskrivi r-raġunijiet għat-tali deroga u t-tul ta’ żmien tagħha, kif ukoll il-programm ta’ implimentazzjoni, li jinkludi l-azzjonijiet previsti u l-perjodu taż-żmien relatat magħhom.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

(3)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.


ANNESS I

Definizzjonijiet tat-termini użati fl-annessi II sa V

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien (ASDA)” tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-waqfien, jekk din il-mogħdija tal-waqfien tkun iddikjarata bħala disponibbli mill-Istat tal-ajrudrom u tkun tista’ ġġorr il-massa tal-ajruplan fil-kundizzjonijiet operattivi li jkun hemm fis-seħħ;

2.

“mezzi aċċettabbli tal-konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija biex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;

3.

“lista ta’ kontroll tal-aċċettazzjoni” tfisser dokument użat sabiex jgħin fit-twettiq ta’ kontroll fuq l-apparenza esterna ta’ pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi u tad-dokumenti assoċjati magħhom sabiex jiġi stabbilit li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti x-xierqa kollha;

4.

“ajrudrom xieraq” tfisser ajrudrom li fih jista’ jitħaddem l-inġenju tal-ajru, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-prestazzjoni u l-karatteristiċi tar-runway applikabbli;

5.

għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-passiġġieri:

(a)

“adult” tfisser persuna ta’ 12-il sena jew iktar;

(b)

“tifel/tfal” tfisser persuni ta’ sentejn jew iktar, iżda li għandhom inqas minn 12-il sena;

(c)

“tarbija” tfisser persuna ta’ inqas minn sentejn;

6.

“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja li jaħdem bil-magna u li għandu ġwienaħ fissi, li waqt it-titjir ikun sostnut mir-reazzjoni dinamika tal-arja fuq il-ġwienaħ tiegħu;

7.

“titjira megħjuna bl-użu ta’ sistema ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS)” tfisser, fil-każ ta’ operazzjonijiet bin-NVIS, dik il-parti ta’ titjira li ssir skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) li tkun imwettqa billejl, meta membru tal-ekwipaġġ ikun qed juża nuċċali għall-viżjoni billejl (NVG);

8.

“inġenju tal-ajru” tfisser makkinarju li jista’ jikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja ħlief mir-reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja;

9.

“mezzi alternattivi ta’ konformità” tfisser dawk il-mezzi li jipproponu alternattiva għall-mezzi aċċettabbli tal-konformità (AMC) eżistenti, jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li għalihom l-Aġenzija ma tkun adottat l-ebda AMC assoċjat;

10.

“proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ”, fil-każ tal-proċeduri ta’ fuq l-art, tfisser proċedura li tipprovdi protezzjoni kontra l-formazzjoni tal-ġlata jew tas-silġ u kontra l-akkumulazzjoni tal-borra fuq l-uċuħ tal-inġenju tal-ajru li jkunu ġew ittrattati għal perjodu taż-żmien limitat (il-ħin taż-żamma);

11.

“membru tal-ekwipaġġ tal-kabina” tfisser membru tal-ekwipaġġ ikkwalifikat b’mod xieraq, minbarra membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew membru tal-ekwipaġġ tekniku, li jkun assenjat minn operatur biex matul l-operazzjonijiet iwettaq kompiti relatati mas-sikurezza tal-passiġġieri u tat-titjira;

12.

“operazzjoni ta’ avviċinament tal-kategorija I (CAT 1)” tfisser avviċinament u nżul bi strument ta’ preċiżjoni permezz ta’ sistema għall-inżul bl-istrumenti (ILS), ta’ sistema għall-inżul bil-microwaves (MLS), ta’ GLS (sistema ta’ nżul li tinkludi sistema bis-satellita għan-navigazzjoni globali awmentata bbażata fuq l-art (GNSS/GBAS)), avviċinament b’radar ta’ preċiżjoni (PAR) jew GNSS bl-użu ta’ sistema ta’ awmentazzjoni bbażata fuq is-satelliti (SBAS) b’għoli tad-deċiżjoni (DH) ta’ mhux inqas minn 200 pied u b’medda viżwali tar-runway (RVR) ta’ mhux inqas minn 550 metru għall-ajruplani u ta’ mhux inqas minn 500 metru għall-ħelikopters;

13.

“operazzjoni tal-kategorija II (CAT II)” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament u nżul bi strument ta’ preċiżjoni, li tuża ILS jew MLS:

(a)

b’DH taħt il-200 pied, iżda ta’ mhux inqas minn 100 pied; u

(b)

b’RVR ta’ mhux inqas minn 300 metru;

14.

“operazzjoni tal-kategorija IIIA (CAT IIIA)” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament u nżul bi strument ta’ preċiżjoni, li tuża ILS jew MLS:

(a)

b’DH taħt il-100 pied; u

(b)

b’RVR ta’ mhux inqas minn 200 metru;

15.

“operazzjoni tal-kategorija IIIB (CAT IIIB)” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament u nżul bi strument ta’ preċiżjoni, li tuża ILS jew MLS:

(a)

b’DH taħt il-100 pied, jew mingħajr DH; u

(b)

b’RVR ta’ inqas minn 200 metru, iżda ta’ mhux inqas minn 75 metru;

16.

“kategorija A għall-ħelikopters” tfisser ħelikopter b’diversi magni ddisinjat b’karatteristiċi ta’ iżolament tal-magna u tas-sistema li huma speċifikati fil-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli u li hu kapaċi jwettaq operazzjonijiet permezz ta’ dejta tat-tlugħ u tal-inżul li jkunu skedati taħt il-kunċett ta’ ħsara kritika fil-magna li tiżgura żona tal-wiċċ awtorizzata adegwata u kapaċità ta’ prestazzjoni adegwata għal titjir sikur kontinwu jew għat-tlugħ interrott sikur f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna;

17.

“kategorija B għall-ħelikopters” tfisser ħelikopter b’magna waħda jew b’diversi magni li ma jissodisfax l-istandards tal-Kategorija A. Il-ħelikopters tal-Kategorija B m’għandhom l-ebda garanzija li huma kapaċi jkomplu jtiru b’mod sikur f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna, u b’hekk wieħed jassumi li f’każ bħal dan ikollu jsir inżul mhux skedat;

18.

“speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (CS)” tfisser standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw il-mezzi biex tintwera l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u li jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni;

19.

“dawran” tfisser il-fażi viżwali ta’ avviċinament bi strument biex l-inġenju tal-ajru jinġieb f’pożizzjoni li tippermetti nżul fuq runway/f’żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO) li ma tkunx tinsab f’post adegwat għall-avviċinament f’linja dritta;

20.

“mogħdija tal-ikklerjar” tfisser żona rettangolari ddefinita fuq l-art jew fl-ilma li taqa’ taħt il-kontroll tal-awtorità x-xierqa, li tiġi magħżula jew ippreparata bħala żona xierqa li fuqha ajruplan ikun jista’ jagħmel parti mit-tlugħ inizjali tiegħu sa għoli speċifikat;

21.

“bażi tas-sħab” tfisser l-għoli tal-bażi tal-element tas-sħab l-iktar baxx osservat jew imbassar fil-viċinanzi ta’ ajrudrom jew ta’ sit tal-operat jew f’żona speċifika ta’ operazzjonijiet, li normalment jitkejjel ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew, fil-każ ta’ operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, ‘il fuq mil-livell medju tal-baħar;

22.

“kondiviżjoni tal-kodiċi” tfisser arranġament li permezz tiegħu operatur iqiegħed il-kodiċi nominattiv tiegħu fuq titjira operata minn operatur ieħor u jbiegħ u joħroġ biljetti għal dik it-titjira;

23.

“żona kkonġestjonata” tfisser, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ belt jew raħal, kwalunkwe żona li tkun tintuża sostanzjalment għal skopijiet residenzjali, kummerċjali jew ta’ rikreazzjoni;

24.

“runway ikkontaminata” tfisser runway li jkollha iktar minn 25 % tal-erja tal-wiċċ tagħha, fil-limiti tat-tul u tal-wisa’ meħtieġa li jkunu qed jintużaw, li tkun koperta mill-affarijiet li ġejjin:

(a)

b’saff ilma tal-wiċċ ta’ iktar minn 3 millimetri (0.125 pulzier), jew b’silġ imfarrak maħmuġ fl-art, jew b’borra maħlula, li jkunu ekwivalenti għal iktar minn 3 millimetri (0.125 pulzier) ta’ ilma;

(b)

borra li tkun ġiet ikkompressata f’massa solida li tirreżisti iktar kompressjoni u li żżomm flimkien jew tinkiser f’biċċiet jekk tinġabar (borra kumpatta); jew

(c)

silġ, inkluż silġ imxarrab;

25.

“fjuwil ta’ kontinġenza” tfisser il-fjuwil meħtieġ biex jikkumpensa għal fatturi mhux mistennija li jistgħu jaffettwaw il-konsum tal-fjuwil waqt it-titjira lejn l-ajrudrom ta’ destinazzjoni;

26.

“avviċinament finali bi nżul kontinwu (CDFA)” tfisser teknika, li hija konsistenti mal-proċeduri ta’ avviċinament stabbilizzat, li tintuża fil-parti tal-avviċinament finali ta’ proċedura ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni bi strumenti bħala nżul kontinwu, mingħajr it-teħid ta’ pożizzjoni orizzontali, minn altitudni/għoli daqs jew ogħla mill-altitudni/mill-għoli tal-punt tal-avviċinament finali sa punt li jinsab madwar 15-il metru (50 pied) ‘il fuq mil-limitu tar-runway tal-inżul jew sal-punt fejn għandha tinbeda l-“flare manoeuvre” għat-tip ta’ inġenju tal-ajru li jkun qed jintuża;

27.

“viżibilità meteoroloġika kkonvertita (CMV)” tfisser valur, li huwa ekwivalenti għal RVR, li jitnissel mill-viżibilità meteoroloġika rrappurtata;

28.

“membru tal-ekwipaġġ” tfisser persuna assenjata minn operatur biex twettaq kompiti abbord inġenju tal-ajru;

29.

“fażijiet kritiċi tat-titjira” fil-każ ta’ ajruplani tfisser il-ġirja tat-tlugħ, il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ, l-avviċinament finali, l-avviċinament mhux milħuq, l-inżul, inkluż il-ġirja sakemm l-ajruplan jinżel, u kwalunkwe fażi oħra tat-titjira, kif stabbilit mill-bdot fil-kmand jew mill-kmandant;

30.

“fażijiet kritiċi tat-titjira” fil-każ ta’ ħelikopters tfisser is-sewqan, it-titjir, it-tlugħ, l-avviċinament finali, l-avviċinament mhux milħuq, l-inżul, u kwalunkwe fażi oħra tat-titjira, kif stabbilit mill-bdot fil-kmand jew mill-kmandant;

31.

“runway niedja” tfisser runway li l-wiċċ tagħha ma jkunx xott, iżda li n-nida ta’ fuqha ma tkunx tagħtiha dehra tleqq;

32.

“oġġetti perikolużi (DG)” tfisser artikli jew sustanzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent u li huma inklużi fil-lista ta’ oġġetti perikolużi fl-Istruzzjonijiet Tekniċi jew li jkunu kklassifikati skont dawn l-istess Struzzjonijiet;

33.

“aċċident marbut ma’ oġġetti perikolużi” tfisser ġrajja assoċjata u relatata mat-trasport bl-ajru ta’ oġġetti perikolużi, li twassal għal feriti fatali jew serji f’persuna jew għal ħsara kbira f’xi proprjetà;

34.

“inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi” tfisser:

(a)

ġrajja, minbarra aċċident marbut ma’ oġġetti perikolużi, assoċjata u relatata mat-trasport bl-ajru ta’ oġġetti perikolużi, li mhux bil-fors isseħħ abbord inġenju tal-ajru, u li twassal għal feriti f’persuna, għal ħsara f’xi proprjetà, għal nirien, ksur, tixrid tal-oġġett, tnixxija ta’ fluwidu jew radjazzjoni jew għal prova oħra li ma nżammitx l-integrità tal-pakkett;

(b)

kwalunkwe ġrajja marbuta mat-trasport ta’ oġġetti perikolużi li tipperikola serjament l-inġenju tal-ajru jew l-okkupanti tiegħu;

35.

“tneħħija tas-silġ”, fil-każ tal-proċeduri ta’ fuq l-art, tfisser proċedura li permezz tagħha jitneħħew mill-inġenju tal-ajru l-ġlata, is-silġ, il-borra jew is-silġ imfarrak maħmuġ fl-art, sabiex jiġi pprovdut wiċċ li ma jkunx ikkontaminat;

36.

“punt iddefinit wara t-tlugħ (DPATO)” tfisser il-punt, matul il-fażi tat-tlugħ u tat-tlugħ inizjali, li qablu mhijiex assigurata l-kapaċità tal-ħelikopter li jkompli t-titjira b’mod sikur, bil-magna kritika wieqfa, u b’hekk jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza;

37.

“punt iddefinit qabel l-inżul (DPBL)” tfisser il-punt, matul il-fażi tal-avviċinament u tal-inżul, li warajh mhijiex assigurata l-kapaċità tal-ħelikopter li jkompli t-titjira b’mod sikur, bil-magna kritika wieqfa, u b’hekk jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza;

38.

“distanza DR” tfisser id-distanza orizzontali li l-ħelikopter ikun ivvjaġġa mit-tarf tad-distanza disponibbli għat-tlugħ;

39.

“ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ” tfisser ftehim bejn l-impriżi li permezz tiegħu l-inġenju tal-ajru jitħaddem taħt iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) tal-kerrej;

40.

“massa operattiva mingħajr tagħbija” tfisser il-massa totali tal-inġenju tal-ajru li jkun lest għal tip ta’ operazzjoni speċifika, mingħajr il-fjuwil li jista’ jintuża u t-tagħbija tat-traffiku;

41.

“runway xotta” tfisser runway li la tkun imxarrba u lanqas ma tkun ikkontaminata, u li tinkludi dawk ir-runways miksija biċ-ċangatura li jkunu ġew ippreparati apposta b’kanali jew pavimenti porużi u li jinżammu b’tali mod li jippermettu azzjoni ta’ bbrejkjar effettiva daqs fuq runway xotta, anki meta fuq ir-runway ikun hemm in-nida;

42.

“żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali elevata (FATO elevata)” tfisser FATO li hija mill-inqas 3 metri ’l fuq mill-wiċċ tal-madwar;

43.

“ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta (ERA)” tfisser ajrudrom xieraq matul ir-rotta, li jista’ jkun meħtieġ fl-istadju tal-ippjanar;

44.

“sistema ta’ viżjoni mtejba (EVS)” tfisser sistema li turi immaġni elettroniċi tax-xena esterna f’ħin reali permezz ta’ sensers tal-immaġni;

45.

“żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO)” tfisser żona ddefinita għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter, li ‘l fuq minnha titlesta l-fażi finali tal-manuvra ta’ avviċinament għat-titjir kważi stazzjonarju jew għall-inżul, u minn fejn tinbeda l-manuvra tat-tlugħ. Fil-każ ta’ ħelikopters li joperaw fil-kategorija tal-prestazzjoni 1, iż-żona ddefinita tinkludi ż-żona disponibbli għal tlugħ interrott;

46.

“il-monitoraġġ tad-dejta tat-titjir (FDM)” tfisser l-użu proattiv u mhux punittiv ta’ dejta diġitali tat-titjir minn operazzjonijiet ta’ rutina biex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni;

47.

“tagħmir għat-taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir (FSTD)” tfisser tagħmir tat-taħriġ li huwa:

(a)

fil-każ tal-ajruplani, simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tagħmir għat-taħriġ fit-titjir (FTD), tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT) jew tagħmir bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti (BITD);

(b)

fil-każ tal-ħelikopters, simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tagħmir għat-taħriġ fit-titjir (FTD) jew tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT);

48.

“ajrudrom ERA għall-fjuwil” tfisser ajrudrom ERA, li jintgħażel biex jitnaqqas il-fjuwil ta’ kontinġenza;

49.

“sistema tal-inżul GBAS (GLS)” tfisser sistema ta’ avviċinament tal-inżul li tuża informazzjoni miġbura permezz ta’ sistema bis-satellita għan-navigazzjoni globali awmentata bbażata fuq l-art (GNSS/GBAS), biex tiggwida l-inġenju tal-ajru abbażi tal-pożizzjoni laterali u vertikali tal-GNSS tiegħu. Din is-sistema tuża referenza ġeometrika tal-altitudni għall-pendil tal-avviċinament finali tagħha;

50.

“persunal li jipprovdi servizzi ta’ emerġenza fuq l-art” tfisser kwalunkwe persunal li jipprovdi servizzi ta’ emerġenza fuq l-art (bħal pereżempju l-pulizija, il-pompiera, eċċ), li huwa involut fis-servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMSs) u li l-kompiti tiegħu huma rilevanti, bi kwalunkwe mod, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter;

51.

“iż-żamma fuq l-art” tfisser il-projbizzjoni formali ta’inġenju tal-ajru milli jitlaq u t-teħid ta’ dawk il-passi li jkunu meħtieġa għal dan il-għan;

52.

“wiri fil-livell tal-għajnejn (HUD)” tfisser sistema tal-wiri li turi l-informazzjoni tat-titjira fil-kamp viżiv estern li jkun direttament quddiem il-bdot u li ma taffettwax il-veduta esterna b’mod sinifikanti;

53.

“sistema ta’ gwida waqt l-inżul fil-livell tal-għajnejn (HUDLS)” tfisser is-sistema totali abbord li tipprovdi gwida fil-livell tal-għajnejn għall-bdot matul il-proċedura tal-avviċinament u tal-inżul u/jew matul il-proċedura ta’ avviċinament mhux milħuq. Din is-sistema tinkludi s-sensers, il-kompjuters, il-provvisti tal-enerġija, l-indikazzjonijiet u l-kontrolli kollha;

54.

“ħelikopter” tfisser inġenju tal-ajru li huwa itqal mill-arja li hu sostnut waqt it-titjir prinċipalment mir-reazzjonijiet tal-arja fuq rotor wieħed jew iktar immexxija bil-mutur, fuq assi sostanzjalment vertikali;

55.

“membru tal-ekwipaġġ f’operazzjoni ta’ rfigħ bil-ħelikopter (HHO)” tfisser membru tal-ekwipaġġ tekniku li jaqdi l-kompiti assenjati lilu marbutin mal-operazzjoni tal-irfigħ;

56.

“pjattaforma għall-ħelikopters” tfisser FATO li tinsab fuq struttura li żżomm f’wiċċ l-ilma jew fuq struttura fissa lil hinn mill-kosta;

57.

“membru tal-ekwipaġġ tal-HEMS” tfisser membru tal-ekwipaġġ tekniku li jkun assenjat f’titjira tal-HEMS bil-għan li jieħu ħsieb kull persuna li jkollha bżonn ta’ għajnuna medika waqt li tkun qiegħda tinġarr fuq il-ħelikopter u li jgħin lill-bdot waqt il-missjoni;

58.

“titjira tal-HEMS” tfisser titjira b’ħelikopter li jopera skont approvazzjoni tal-HEMS, li jkollha l-għan li tiffaċilita l-assistenza medika ta’ emerġenza, f’każ fejn it-trasport rapidu u immedjat ikun essenzjali, billi ġġorr:

(a)

persunal mediku;

(b)

provvisti mediċi (tagħmir mediku, demm, organi, mediċini); jew

(c)

persuni morda jew imweġġgħin u persuni oħra li jkunu kkonċernati b’mod dirett;

59.

“bażi operattiva tal-HEMS” tfisser ajrudrom li fih il-membri tal-ekwipaġġ tal-HEMS u l-ħelikopter tal-HEMS jistgħu jkunu qed jistennew għall-operazzjonijiet tal-HEMS;

60.

“sit tal-operat tal-HEMS” tfisser sit magħżul mill-kmandant waqt titjira tal-HEMS għall-operazzjonijiet ta’ rfigħ bil-ħelikopter u għall-inżul u t-tlugħ;

61.

“titjira tal-HHO” tfisser titjira b’ħelikopter li jopera skont approvazzjoni tal-HHO, li jkollha l-għan li tiffaċilita t-trasferiment ta’ persuni u/jew ta’ merkanzija permezz tal-irfigħ bil-ħelikopter;

62.

“HHO lil hinn mill-kosta” tfisser titjira b’ħelikopter li jopera skont approvazzjoni tal-HHO, li jkollha l-għan li tiffaċilita t-trasferiment ta’ persuni u/jew ta’ merkanzija permezz tal-irfigħ bil-ħelikopter minn jew lejn bastiment jew struttura li tinsab f’żona tal-baħar jew lejn il-baħar stess;

63.

“passiġġier ta’ HHO” tfisser persuna li għandha tiġi ttrasferita permezz tal-irfigħ bil-ħelikopter;

64.

“sit ta’ HHO” tfisser żona speċifika li fiha ħelikopter iwettaq trasferiment bl-irfigħ;

65.

“ħin taż-żamma (HoT)” tfisser il-ħin stmat li fih il-fluwidu ta’ kontra l-formazzjoni tas-silġ jipprevjeni l-formazzjoni tas-silġ u tal-ġlata u l-akkumulazzjoni tal-borra fuq l-uċuħ protetti (ttrattati) tal-ajruplan;

66.

“ambjent ostili” tfisser:

(a)

ambjent li fih:

(i)

ma jistax jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur minħabba li l-wiċċ mhuwiex adegwat;

(ii)

l-okkupanti tal-ħelikopter ma jistgħux jiġu protetti b’mod adegwat mill-elementi;

(iii)

ir-rispons/il-kapaċità ta’ tiftix u salvataġġ mhijiex ipprovduta b’mod konsistenti mal-esponiment antiċipat; jew

(iv)

ikun hemm riskju mhux aċċettabbli li jiġu pperikolati persuni jew proprjetà li jinsabu fuq l-art;

(b)

fi kwalunkwe każ, iż-żoni li ġejjin:

(i)

fil-każ ta’ operazzjonijiet fuq il-baħar, iż-żoni tal-baħar miftuħ fit-Tramuntana ta’ 45N u fin-Nofsinhar ta’ 45S kif indikat mill-awtorità tal-Istat ikkonċernat;

(ii)

dawk il-partijiet ta’ żona kkonġestjonata li m’għandhomx żoni adegwati għal inżul ta’ emerġenza sikur;

67.

“punt ta’ deċiżjoni għall-inżul (LDP)” tfisser il-punt użat biex tiġi stabbilita l-prestazzjoni waqt l-inżul li minnu jista’ jitkompla b’mod sikur l-inżul jew jinbeda nżul interrott, meta tkun ġiet innutata ħsara fil-maġna f’dak il-punt;

68.

“id-distanza disponibbli tal-inżul (LDA)” tfisser it-tul tar-runway li hu ddikjarat bħala disponibbli mill-Istat tal-ajrudrom u li jkun xieraq għall-ġirja ta’ fuq l-art ta’ ajruplan li jkun qed jillandja;

69.

“ajruplan tal-art” tfisser inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi li hu ddisinjat għal tlugħ u nżul minn fuq l-art u li jinkludi l-ajruplani anfibji operati bħala ajruplani tal-art;

70.

“operazzjoni lokali bil-ħelikopter” tfisser operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru b’ħelikopters li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ (MCTOM) ta’ iktar minn 3 175 kilogramma u konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta’ disa’ sits jew inqas, matul il-jum, fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali, li jitwettqu f’żona ġeografika lokali u ddefinita speċifikata fil-manwal tal-operat;

71.

“il-proċeduri f’viżibilità baxxa (LVP)” tfisser il-proċeduri applikati f’ajrudrom biex ikunu żgurati operazzjonijiet sikuri matul avviċinamenti tal-Kategorija I li huma iktar baxxi minn dawk standard, matul avviċinamenti tal-Kategorija II li mhumiex standard, matul avviċinamenti tal-Kategorija II u III u matul it-tlugħ f’viżibilità baxxa;

72.

“it-tlugħ f’viżibilità baxxa (LVTO)” tfisser tlugħ b’RVR ta’ inqas minn 400 metru, iżda ta’ mhux inqas minn 75 metru;

73.

“operazzjoni tal-Kategorija I li hija iktar baxxa minn dik standard (LTS CAT I)” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament u nżul bl-istrumenti tal-Kategorija I, bl-użu ta’ DH tal-Kategorija I u b’RVR li hija inqas minn dik li normalment hija assoċjata mad-DH applikabbli iżda li mhix inqas minn 400 metru;

74.

“il-konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (MOPSC)” tfisser il-kapaċità massima ta’ sits tal-passiġġieri ta’ inġenju tal-ajru partikulari, minbarra s-sits tal-ekwipaġġ, stabbilita għal skopijiet operattivi u speċifikata fil-manwal tal-operat. Jekk wieħed jieħu bħala punt ta’ referenza l-konfigurazzjoni massima ta’ sits tal-passiġġieri stabbilita matul il-proċess ta’ ċertifikazzjoni mwettaq għaċ-ċertifikat tat-tip (TC), għaċ-ċertifikat tat-tip supplimentari (STC) jew għal bidla fit-TC jew fis-STC, skont xi jkun rilevanti għall-inġenju tal-ajru partikulari, il-MOPSC tista’ tistabbilixxi l-istess numru ta’ sits jew numru iktar baxx, skont il-limitazzjonijiet operattivi;

75.

“passiġġier mediku” tfisser persuna medika li tinġarr f’ħelikopter matul titjira tal-HEMS, u tinkludi tobba, infermiera u paramediċi, iżda mhix limitata għalihom;

76.

“lejl” tfisser il-perjodu bejn tmiem il-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tal-għabex ċivili ta’ filgħodu, jew perjodu ieħor bħal dan bejn inżul ix-xemx u t-tlugħ tagħha, kif preskritt mill-awtorità x-xierqa u kif iddefinit mill-Istat Membru;

77.

“nuċċali għall-viżjoni billejl (NVG)” tfisser apparat b’żewġ lentijiet li jintensifika d-dawl u li jintlibes mar-ras, li jtejjeb il-kapaċità li jinżammu referenzi viżwali fuq wiċċ l-art matul il-lejl;

78.

“sistema ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS)” tfisser l-integrazzjoni tal-elementi kollha meħtieġa biex in-NVGs jintużaw b’suċċess u b’mod sikur waqt li jkun qed jitħaddem ħelikopter. Is-sistema tinkludi mill-inqas in-NVGs, id-dawl tan-NVIS, il-komponenti tal-ħelikopter, it-taħriġ u l-ajrunavigabbilità kontinwa;

79.

“ambjent mhux ostili” tfisser ambjent li fih:

(a)

jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur;

(b)

l-okkupanti tal-ħelikopter jistgħu jiġu protetti mill-elementi; u

(c)

ir-rispons/il-kapaċità ta’ tiftix u salvataġġ huma pprovduti b’mod konsistenti mal-esponiment antiċipat.

Fi kwalunkwe każ, dawk il-partijiet ta’ żona kkonġestjonata li jkollhom żoni adegwati għal inżul ta’ emerġenza sikur għandhom jitqiesu bħala partijiet mhux ostili;

80.

“operazzjoni ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA)” tfisser avviċinament bi strument b’gћoli minimu ta’ nżul (MDH), jew DH fil-każ ta’ titjira mwettqa b’teknika tas-CDFA, li ma jkunx iktar baxx minn 250 pied u b’RVR/CMV ta’ mhux inqas minn 750 metru fil-każ tal-ajruplani u ta’ mhux inqas minn 600 metru fil-każ tal-ħelikopters;

81.

“membru tal-ekwipaġġ tan-NVIS” tfisser membru tal-ekwipaġġ tekniku assenjat għal titjira bin-NVIS;

82.

“titjira bin-NVIS” tfisser titjira li titwettaq b’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) ta’ billejl li matulha l-ekwipaġġ tat-titjira juża n-NVGs f’ħelikopter li jkun qed jopera skont approvazzjoni tan-NVIS;

83.

“operazzjonijiet lil hinn mill-kosta” tfisser operazzjonijiet li, b’mod regolari, ikollhom parti sostanzjali mit-titjira mwettqa fuq żoni tal-baħar lejn jew minn postijiet li jinsabu lil hinn mill-kosta;

84.

“sit tal-operat” tfisser sit, minbarra ajrudrom, magħżul mill-operatur jew mill-bdot fil-kmand jew mill-kmandant għall-inżul, it-tlugħ u/jew l-operazzjonijiet ta’ tagħbija esterna;

85.

“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 1” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jinżel fid-distanza disponibbli għal tlugħ interrott jew ikun jista’ jkompli bit-titjira b’mod sikur sa żona tal-inżul xierqa, skont meta tiżviluppa l-ħsara;

86.

“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 2” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna kritika, ikun hemm prestazzjoni disponibbli biex il-ħelikopter ikun jista’ jkompli bit-titjira b’mod sikur, ħlief meta l-ħsara tiżviluppa kmieni matul il-manuvra tat-tlugħ jew tard waqt il-manuvra tal-inżul, f’liema każijiet jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza;

87.

“operazzjoni fil-kategorija tal-prestazzjoni 3” tfisser operazzjoni li fiha, f’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna fi kwalunkwe ħin waqt it-titjira, jista’ jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħelikopter b’diversi magni u jkun meħtieġ inżul ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħelikopter b’magna waħda;

88.

“kontroll operattiv” tfisser ir-responsabbiltà għall-għoti ta’ bidu għal titjira jew għall-kontinwazzjoni, għat-terminazzjoni jew għad-devjazzjoni tagħha fl-interess tas-sikurezza;

89.

“operazzjoni tal-Kategorija II li mhijiex standard (OTS CAT II)” tfisser operazzjoni ta’ avviċinament u nżul bi strument ta’ preċiżjoni, bl-użu ta’ ILS jew MLS, li fiha xi elementi (jew kollha kemm huma) tas-sistema tad-dawl li tintuża f’avviċinamenti ta’ preċiżjoni tal-kategorija II ma jkunux disponibbli, u:

(a)

b’DH taħt il-200 pied, iżda ta’ mhux inqas minn 100 pied; u

(b)

b’RVR ta’ mhux inqas minn 350 metru.

90.

“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A” tfisser ajruplani b’diversi magni li jaħdmu b’turboskrun, li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits jew li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ li taqbeż il-5 700 kilogramma, kif ukoll l-ajruplani kollha li jaħdmu b’diversi magni turboġett;

91.

“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B” tfisser ajruplani li jaħdmu b’magni bl-iskrejjen, li jkollhom MOPSC ta’ disa’ sits jew inqas u li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ 5 700 kilogramma jew inqas;

92.

“ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni Ċ” tfisser ajruplani li jaħdmu b’magni bil-pistuni, li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits jew li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ li taqbeż il-5 700 kilogramma;

93.

“il-bdot fil-kmand” tfisser il-bdot maħtur biex ikun fil-kmand u li huwa inkarigat iwettaq it-titjira b’mod sikur. Għall-għanijiet tal-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-“bdot fil-kmand” għandu jissejjaħ il-“kmandant”;

94.

“il-post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju ewlieni jew l-uffiċċju rreġistrat tal-organizzazzjoni li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament;

95.

“il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa” tfisser l-allokazzjoni ta’ parti adegwata mill-għadd totali ta’ spezzjonijiet fir-rampa mwettqin minn awtorità kompetenti jew f’isimha fuq bażi annwali kif previst fil-Parti msejħa “ARO”;

96.

“sit ta’ interess pubbliku (PIS)” tfisser sit li jintuża esklużivament għal operazzjonijiet li huma fl-interess pubbliku;

97.

“spezzjoni fir-rampa” tfisser l-ispezzjoni tal-inġenji tal-ajru, tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-ekwipaġġ tat-titjira u tad-dokumentazzjoni tat-titjira sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;

98.

“intervall tar-rettifika” tfisser limitazzjoni fuq it-tul ta’ żmien tal-operazzjonijiet imwettqin b’tagħmir li ma jaħdimx;

99.

“id-distanza disponibbli għal tlugħ interrott (RTODAH)” tfisser it-tul taż-żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali ddikjarata bħala disponibbli u xierqa għall-ħelikopters operati fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 biex fiha jikkompletaw tlugħ interrott;

100.

“id-distanza meħtieġa għal tlugħ interrott (RTODRH)” tfisser id-distanza orizzontali meħtieġa mill-bidu tat-tlugħ sal-punt li fih il-ħelikopter jieqaf għal kollox wara ħsara fil-magna u l-interruzzjoni tat-tlugħ fil-punt ta’ deċiżjoni tat-tlugħ;

101.

“il-medda viżwali tar-runway (RVR)” tfisser id-distanza sa fejn il-bdot ta’ inġenju tal-ajru li jkun jinsab fuq il-linja taċ-ċentru ta’ runway jista’ jara l-marki ta’ wiċċ ir-runway jew id-dwal li jimmarkaw it-truf tar-runway jew li jidentifikaw il-linja taċ-ċentru tagħha;

102.

“inżul ta’ emerġenza sikur” tfisser inżul inevitabbli jew inżul ta’ emerġenza inevitabbli kkontrollat fl-ilma li fih, b’mod raġonevoli, il-persuni li jinsabu fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art jew l-ilma ma jkunux mistennija jweġġgħu;

103.

“idroplan” tfisser inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi li hu ddisinjat għal tlugħ u nżul fuq l-ilma u li jinkludi l-ajruplani anfibji operati bħala idroplani;

104.

“runways separati” tfisser runways li jinsabu fl-istess ajrudrom li huma wċuħ tal-inżul separati. Dawn ir-runways jistgħu jgħattu lil xulxin jew jaqsmu minn fuq xulxin b’tali mod li jekk waħda minnhom tkun imblukkata, dan ma jżommx it-tipi ta’ operazzjonijiet ippjanati milli jitwettqu fuq ir-runway l-oħra. Kull runway għandu jkollha proċedura separata ta’ avviċinament ibbażata fuq għajnuna separata għan-navigazzjoni;

105.

“titjira speċjali tal-VFR” tfisser titjira tal-VFR awtorizzata mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru biex topera f’żona tal-kontroll f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi li huma inqas mill-VMC;

106.

“avviċinament stabbilizzat (SAp)” tfisser avviċinament li jsir b’mod ikkontrollat u xieraq f’dak li għandu x’jaqsam mal-konfigurazzjoni, l-enerġija u l-kontroll tal-passaġġ tat-titjira minn punt jew altitudni/għoli stabbilit minn qabel sa punt li jkun 50 pied ‘il fuq mil-limitu jew sal-punt minn fejn tinbeda l-manuvra tal-“flare” jekk dan ikun ogħla;

107.

“ajrudrom alternattiv għat-tlugħ” tfisser ajrudrom alternattiv li fih l-inġenju tal-ajru jista’ jillandja jekk dan ikun meħtieġ ftit wara t-tlugħ u f’każ li ma jkunx jista’ jintuża l-ajrudrom tat-tluq;

108.

“punt ta’ deċiżjoni tat-tlugħ (TDP)” tfisser il-punt użat biex tiġi stabbilita l-prestazzjoni tat-tlugħ li minnu jista’ jew isir tlugħ interrott, jew jitkompla b’mod sikur it-tlugħ, meta tkun ġiet innutata ħsara fil-maġna f’dak il-punt;

109.

“id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODA)”, fil-każ tal-ajruplani, tfisser it-tul tal-ġirja tat-tlugħ disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-ikklerjar, jekk din tkun ipprovduta;

110.

“id-distanza disponibbli għat-tlugħ (TODAH)”, fil-każ tal-ħelikopters, tfisser it-tul taż-żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali, u t-tul tal-mogħdija tal-ikklerjar tal-ħelikopter, jekk din tkun ipprovduta, li tkun ġiet iddikjarata bħala disponibbli u xierqa għall-ħelikopters biex dawn jikkompletaw it-tlugħ;

111.

“id-distanza meħtieġa għat-tlugħ (TODRH)”, fil-każ tal-ħelikopters, tfisser id-distanza orizzontali meħtieġa mill-bidu tat-tlugħ sal-punt li fih jintlaħqu, bil-magni li jifdal jaħdmu fil-limiti operattivi approvati, wara li fit-TDP tkun ġiet innutata ħsara fil-maġna kritika, veloċità sikura għat-tlugħ (VTOSS), għoli speċifikat u xaqliba tat-tlugħ pożittiva;

112.

“il-passaġġ tat-titjira tat-tlugħ” tfisser il-passaġġ vertikali u orizzontali, meta l-magna kritika tkun wieqfa, minn punt speċifiku matul it-tlugħ sa 1 500 pied ‘il fuq mill-wiċċ fil-każ ta’ ajruplan u sa 1 000 pied ‘il fuq mill-wiċċ fil-każ ta’ ħelikopter;

113.

“il-massa waqt it-tlugħ” tfisser il-massa, li tinkludi kollox u kull min ikun qed jinġarr fil-bidu tat-tlugħ fil-każ ta’ ħelikopter u fil-bidu tal-ġirja tat-tlugħ fil-każ ta’ ajruplan;

114.

“il-ġirja tat-tlugħ disponibbli (TORA)” tfisser it-tul tar-runway iddikjarat bħala disponibbli mill-Istat tal-ajrudrom u li jkun xieraq għall-ġirja fuq l-art ta’ ajruplan li jkun qed iwettaq it-tlugħ;

115.

“membru tal-ekwipaġġ tekniku” tfisser membru tal-ekwipaġġ li jieħu sehem f’operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS tat-trasport kummerċjali bl-ajru, minbarra membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, li l-operatur ikun qabbdu jaqdi kompiti fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art sabiex jgħin lill-bdot matul operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS li jkunu jeħtieġu t-tħaddim ta’ tagħmir speċjalizzat abbord;

116.

“Struzzjonijiet Tekniċi (TI)” tfisser l-edizzjoni effettiva l-iktar riċenti tal-“Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur tal-Oġġetti Perikolużi bl-Ajru”, inkluż is-Suppliment tagħha u kwalunkwe Addenda għaliha, approvata u ppubblikata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

117.

“tagħbija tat-traffiku” tfisser il-massa totali tal-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija u t-tagħmir speċjalizzat li jkun qed jinġarr abbord fil-kabina tal-passiġġieri, inkluża kwalunkwe saborra;

118.

“titjira bin-NVIS mhux megħjuna” tfisser, fil-każ ta’ operazzjonijiet bin-NVIS, dik il-parti ta’ titjira tal-VFR imwettqa billejl li fiha membru tal-ekwipaġġ ma jkunx qed juża n-NVG;

119.

“impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk topera għall-qligħ kif ukoll jekk le, jew kull korp uffiċjali, kemm jekk ikun persuna ġuridika kif ukoll jekk le;

120.

“V1” tfisser il-veloċità massima waqt it-tlugħ li fiha l-bdot irid jieħu l-ewwel azzjoni sabiex iwaqqaf l-ajruplan fid-distanza għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien. V1 tfisser ukoll il-veloċità minima waqt it-tlugħ, wara li tkun żviluppat ħsara fil-magna kritika fil-VEF, li fiha l-bdot jista’ jkompli bit-tlugħ u jilħaq l-għoli meħtieġ ‘il fuq mill-wiċċ tat-tlugħ fid-distanza tat-tlugħ;

121.

“VEF” tfisser il-veloċità li fiha wieħed jassumi li l-magna kritika tiżviluppa ħsara matul it-tlugħ;

122.

“avviċinament viżwali” tfisser avviċinament li fih il-proċedura kollha ta’ avviċinament bi strument, jew parti minnha, ma tintemmx u l-avviċinament jitwettaq permezz ta’ referenza viżwali għat-terren;

123.

“ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ” tfisser ftehim bejn it-trasportaturi tal-ajru li permezz tiegħu l-inġenju tal-ajru jitħaddem taħt l-AOC tas-sid;

124.

“runway imxarrba” tfisser runway li l-wiċċ tagħha jkun mgħotti bl-ilma, jew l-ekwivalenti tiegħu, f’livell inqas minn dak speċifikat fid-definizzjoni ta’ “runway ikkontaminata”, jew runway li fuq il-wiċċ tagħha jkun hemm biżżejjed nida biex iwassal biex din tkun tidher li tirrifletti, iżda li ma jkollha l-ebda żona sinifikanti ta’ ilma qiegħed.


ANNESS II

REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET BL-AJRU

[IL-PARTI ARO]

ARO.GEN.005   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sistema tal-amministrazzjoni u tal-ġestjoni li l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jissodisfaw għall-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu dwar l-operazzjonijiet tal-avjazzjoni ċivili bl-ajru.

IS-SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA I

Punti ġenerali

ARO.GEN.115   Dokumentazzjoni tas-sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

ARO.GEN.120   Mezzi ta’ konformità

(a)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Meta jkun hemm konformità mal-AMC, ir-rekwiżiti relatati tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew issodisfati.

(b)

Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b’mod konsistenti li l-mezzi alternattivi kollha ta’ konformità użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi kollha ta’ konformità proposti minn organizzazzjoni skont il-punt ORO.GEN.120 (b) billi tanalizza d-dokumentazzjoni fornuta u billi tagħmel spezzjoni fl-organizzazzjoni jekk dan jitqies li jkun meħtieġ.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi alternattivi ta’ konformità huma skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, din għandha, mingħajr dewmien żejjed:

(1)

tgħarraf lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta’ konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ; u

(2)

tgħarraf lill-Aġenzija dwar il-kontenut tagħhom, u tibagħtilha kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha;

(3)

tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar il-mezzi alternattivi ta’ konformità li jkunu ġew aċċettati.

(e)

Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi alternattivi ta’ konformità biex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, din għandha:

(1)

tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha; u

(2)

tavża lill-Aġenzija b’dan mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità, inkluż bi kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll b’valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni ġew issodisfati.

ARO.GEN.125   Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f’każ ta’ xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta’ okkorrenza li tkun irċeviet.

ARO.GEN.135   Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza

(a)

Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred b’mod xieraq l-informazzjoni marbuta mas-sikurezza.

(b)

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet li huma suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(c)

Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema tas-sikurezza.

(d)

Il-miżuri meħudin skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jridu jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

TAQSIMA II

Ġestjoni

ARO.GEN.200   Sistema ta’ ġestjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, li tkun tinkludi mill-inqas:

(1)

politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha u l-mezzi u l-metodi tagħha biex tikseb konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti bażiċi ta’ ħidma f’dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;

(2)

numru suffiċjenti ta’ impjegati biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Dawn l-impjegati għandhom ikunu kkwalifikati biex iwettqu l-kompiti allokati lilhom u għandu jkollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti meħtieġ biex jiżguraw kompetenza kontinwa. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-impjegati, sabiex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;

(3)

faċilitajiet u uffiċċji adegwati biex jitwettqu l-kompiti allokati;

(4)

funzjoni biex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifika interna u ta’ proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ reazzjoni u kummenti dwar is-sejbiet tal-verifika lill-ogħla livelli tal-maniġment tal-awtorità kompetenti biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ; u

(5)

persuna jew grupp ta’ persuni li jkunu responsabbli għall-kompitu ta’ monitoraġġ tal-konformità u li fl-aħħar mill-aħħar iwieġbu biss lill-ogħla livelli tal-maniġment tal-awtorità kompetenti b’rabta ma’ dan.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha, għal kull qasam ta’ attività, inkluża s-sistema ta’ ġestjoni, taħtar persuna waħda jew iktar li tkun/ikunu responsabbli b’mod ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu(i) rilevanti.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, inkluż skambju dwar is-sejbiet kollha identifikati u l-azzjonijiet kollha ta’ segwitu mwettqa bħala riżultat tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija.

(d)

Kopja tal-proċeduri marbutin mas-sistema ta’ ġestjoni u tal-emendi tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-għanijiet tal-istandardizzazzjoni.

ARO.GEN.205   Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

(a)

Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:

(1)

li hija tkun implimentat sistema biex tivvaluta, fil-bidu u b’mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata tkun konformi mal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

(2)

li hija tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell tal-maniġment ix-xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:

(i)

il-kompiti li għandhom jitwettqu;

(ii)

id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;

(iii)

il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jintlaħqu fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;

(iv)

il-kopertura tar-responsabbiltà relatata; u

(v)

il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba huma u jitwettqu t-tali kompiti.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifika interna u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza, li huma meħtieġa skont il-punt ARO.GEN.200 (a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ sorveljanza kontinwa li jitwettqu f’isimha.

ARO.GEN.210   Tibdil fis-sistema tal-ġestjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva tagħhom.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

ARO.GEN.220   Żamma tar-rekords

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprovdi għall-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:

(1)

tal-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;

(2)

tat-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tagħha;

(3)

tal-allokazzjoni tal-kompiti, li tkopri l-elementi meħtieġa skont il-punt ARO.GEN.205 kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

(4)

tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet iċċertifikati;

(5)

tad-dettalji tal-korsijiet tat-taħriġ ipprovduti mill-organizzazzjonijiet iċċertifikati u, jekk ikun applikabbli, tar-rekords relatati mal-FSTD użat għat-tali taħriġ;

(6)

tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru, iżda li jkunu ssorveljati jew iċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, skont kif miftiehem bejn dawn l-awtoritajiet;

(7)

tal-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija tal-mezzi alternattivi ta’ konformità proposti minn organizzazzjonijiet li huma suġġetti għaċ-ċertifikazzjoni u tal-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta’ konformità użati mill-awtorità kompetenti nfisha;

(8)

tas-sejbiet, l-azzjonijiet korrettivi u d-data tal-għeluq tal-azzjoni;

(9)

tal-miżuri ta’ infurzar li jkunu ttieħdu;

(10)

tal-informazzjoni marbuta mas-sikurezza u tal-miżuri ta’ segwitu; u

(11)

tal-użu tad-dispożizzjonijiet tal-flessibbiltà skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(b)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha tal-organizzazzjonijiet li tkun ħarġet.

(c)

Ir-rekords kollha għandhom jinżammu għall-perjodu minimu taż-żmien speċifikat f’dan ir-Regolament. Jekk it-tali informazzjoni ma tingħatax, ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin, skont il-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

TAQSIMA III

Sorveljanza, ċertifikazzjoni u infurzar

ARO.GEN.300   Sorveljanza

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:

(1)

il-konformità tal-organizzazzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għalihom qabel ma toħroġ ċertifikat jew approvazzjoni tal-organizzazzjoni, skont kif ikun applikabbli;

(2)

il-konformità kontinwa tal-organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat mar-rekwiżiti applikabbli għalihom;

(3)

l-implimentazzjoni tal-miżuri x-xierqa tas-sikurezza imposti mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punt ARO.GEN.135(c) u (d).

(b)

Din il-verifika għandha:

(1)

tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

(2)

tipprovdi lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-sorveljanza tas-sikurezza;

(3)

tkun ibbażata fuq verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel; u

(4)

tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punti ARO.GEN.350 u ARO.GEN.355.

(c)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza ddefinita fil-punti (a) u (b) għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tal-imgħoddi, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza.

(d)

Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri u għall-obbligi tagħhom kif stabbiliti fit-taqsima ARO.RAMP, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqin fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuni jew organizzazzjonijiet li huma stabbiliti jew li joqogħdu fi Stat Membru ieħor għandu jiġi stabbilit abbażi tal-prijoritajiet tas-sikurezza, kif ukoll tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-imgħoddi.

(e)

Meta attività ta’ persuna jew ta’ organizzazzjoni tkun tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed jew lill-Aġenzija, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont il-punt (a) tista’ taqbel li xi kompiti tas-sorveljanza jitwettqu mill-awtorità/l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru/l-Istati Membri fejn l-attività tkun qed isseħħ jew mill-Aġenzija. Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li tkun ikkonċernata minn ftehim bħal dan għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

(f)

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-sorveljanza, inkluża dik għall-ispezzjonijiet fir-rampa u għall-ispezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel.

ARO.GEN.305   Programm ta’ sorveljanza

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza li jkopri l-attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa skont il-punt ARO.GEN.300 u skont it-taqsima ARO.RAMP.

(b)

Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza tal-imgħoddi meħtieġa mit-taqsimiet ARO.GEN u ARO.RAMP, u dan il-programm għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

(1)

verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet fir-rampa u spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel, skont kif ikun meħtieġ; u

(2)

laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li t-tnejn li huma jibqgħu jkunu infurmati dwar kwistjonijiet sinifikanti.

(c)

Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar tas-superviżjoni li ma jaqbiżx l-24 xahar.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż għal massimu ta’ 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-24 xahar ta’ qabel:

(1)

l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli marbutin mas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati;

(2)

l-organizzazzjoni tkun uriet, b’mod kontinwu, skont il-punt ORO.GEN.130, li hija għandha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha;

(3)

ma jkunu nħarġu l-ebda sejbiet tal-livell 1; u

(4)

l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punt ARO.GEN.350 (d)(2).

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż għal darb’oħra għal massimu ta’ 48 xahar jekk, minbarra dan t’hawn fuq, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet sistema effettiva ta’ rrappurtar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha, u l-awtorità kompetenti tkun approvat din is-sistema.

(d)

Għall-persuni li jkollhom liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel, skont kif ikun xieraq.

(e)

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat u tad-dati meta jkunu saru t-tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat.

ARO.GEN.310   Proċedura taċ-ċertifikazzjoni inizjali — l-organizzazzjonijiet

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli. Din il-verifika tista’ tqis id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt ORO.AOC.100 (b).

(b)

Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat(i), kif stabbilit fl-Appendiċi I sa II. Iċ-ċertifikat(i) għandu jinħareġ/għandhom jinħarġu għal perjodu taż-żmien mhux limitat. Il-privileġġi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat(i).

(c)

Biex organizzazzjoni tkun tista’ timplimenta bidliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont il-punt ORO.GEN.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura mressqa mill-organizzazzjoni, li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati.

ARO.GEN.330   Bidliet — l-organizzazzjonijiet

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista’ tiffunzjona matul il-bidla, sakemm ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż.

Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.

(b)

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta bidliet li jkunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punt (a), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

(c)

Għal bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika mibgħuta mill-organizzazzjoni skont il-punt ORO.GEN.130 biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F’każ li jkun hemm kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

tgħarraf lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob li jsiru aktar bidliet;

(2)

fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont il-punt ARO.GEN.350.

ARO.GEN.350   Sejbiet u azzjonijiet korrettivi — l-organizzazzjonijiet

(a)

L-awtorità kompetenti għas-sorveljanza skont il-punt ARO.GEN.300(a) għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet għas-sinifikat tagħhom għas-sikurezza.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 1 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jbaxxu l-livell ta’ sikurezza jew li jipperikolaw b’mod serju s-sikurezza tat-titjira.

Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:

(1)

in-nuqqas ta’ għoti ta’ aċċess lill-awtorità kompetenti għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif iddefinit fil-punt ORO.GEN.140 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

(2)

il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentata ppreżentata;

(3)

evidenza ta’ prattika ħażina jew użu qarrieqi taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni; u

(4)

in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jistgħu jbaxxu l-livell ta’ sikurezza jew jipperikolaw is-sikurezza tat-titjira.

(d)

Meta tiġi stabbilita sejba waqt is-sorveljanza jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex ikun indirizzat in-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.

(1)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet u, jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew l-approvazzjoni speċifika jew biex tillimitahom jew tissospendihom kompletament jew parzjalment, skont l-estent tas-sejba tal-livell 1, sa ma l-organizzazzjoni tieħu azzjoni korrettiva b’suċċess.

(2)

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i)

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għall-azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba li, fi kwalunkwe każ, fil-bidu m’għandux ikun ta’ iżjed minn tliet (3) xhur. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet (3) xhur suġġett għal pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva miftiehem mal-awtorità kompetenti; u

(ii)

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom.

(3)

Meta organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta’ azzjoni korrettiva, jew milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha tittella’ għal waħda tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).

(4)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta’ infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.

(e)

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar oħra, meta l-awtorità ta’ Stat Membru li tkun qed taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt ARO.GEN.300 (d) tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu min-naħa ta’ organizzazzjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, din għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħtiha indikazzjoni dwar il-livell tas-sejba.

ARO.GEN.355   Sejbiet u miżuri ta’ infurzar — il-persuni

(a)

Jekk, waqt is-sorveljanza jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont il-punt ARO.GEN.300 (a) issib evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli min-naħa ta’ persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-punti ARA.GEN.355 (a) sa (d) tal-Anness VI għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 (2) (il-Parti ARA).

(b)

Jekk, waqt is-sorveljanza jew permezz ta’ mezzi oħrajn, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli min-naħa ta’ persuna li tkun suġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha u li ma jkollhiex liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont dak ir-Regolament u skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti li tkun identifikat in-nuqqas ta’ konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar li tkun meħtieġa biex tiġi evitata l-kontinwazzjoni ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.

IS-SUBPARTI OPS

OPERAZZJONIJIET BL-AJRU

TAQSIMA I

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru

ARO.OPS.100   Ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru

(a)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) meta tkun issodisfata li l-operatur ikun wera konformità mal-elementi meħtieġa skont il-punt ORO.AOC.100.

(b)

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet assoċjati miegħu.

ARO.OPS.105   Arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi

Hija u tqis is-sikurezza ta’ ftehim għall-kondiviżjoni tal-kodiċi li jkun jinvolvi operatur minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

tkun issodisfata, wara li ssir il-verifika mill-operatur hekk kif stabbilit fil-punt ORO.AOC.115, li l-operatur minn pajjiż terz ikun konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO;

(2)

tikkollabora, kif meħtieġ, mal-awtorità kompetenti tal-Istat tal-operatur minn pajjiż terz.

ARO.OPS.110   Ftehimiet ta’ kiri

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tapprova ftehim ta’ kiri meta tkun issodisfata li l-operatur iċċertifikat skont l-Anness III (il-Parti ORO) ikun konformi:

(1)

mal-punt ORO.AOC.110 (d), meta huwa jikri inġenji tal-ajru minn pajjiż terz mingħajr l-ekwipaġġ;

(2)

mal-punt ORO.AOC.110 (c), meta huwa jikri inġenji tal-ajru mingħand operatur minn pajjiż terz bl-ekwipaġġ;

(3)

mal-punt ORO.AOC.110 (e), meta huwa jikri inġenji tal-ajru tiegħu lil kwalunkwe operatur mingħajr l-ekwipaġġ;

(4)

mar-rekwiżiti rilevanti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u tal-operazzjonijiet bl-ajru meta huwa jikri inġenji tal-ajru rreġistrati fl-UE mingħajr l-ekwipaġġ u meta huwa jikri inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur stabbilit fl-UE.

(b)

L-approvazzjoni ta’ ftehim ta’ kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor għandha tiġi sospiża jew irrevokata kull meta:

(1)

l-AOC tas-sid jew tal-kerrej ikun sospiż jew irrevokat;

(2)

is-sid ikun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(c)

L-approvazzjoni ta’ ftehim ta’ kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor għandha tiġi sospiża jew irrevokata kull meta ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru partikulari jiġi sospiż jew irrevokat.

(d)

Meta tintalab tapprova minn qabel ftehim ta’ kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ lil ħaddieħor skont il-punt ORO.AOC.110(e), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura:

(1)

koordinazzjoni xierqa mal-awtorità kompetenti li hi responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-inġenju tal-ajru, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 (4), jew għall-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, f’każ li din ma tkunx l-istess awtorità;

(2)

li l-inġenju tal-ajru jitneħħa fil-ħin mill-AOC tal-operatur.

TAQSIMA II

Approvazzjonijiet

ARO.OPS.200   Proċedura għal approvazzjoni speċifika

(a)

Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ approvazzjoni speċifika jew għal bidla fiha, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness V (il-Parti-SPA) u twettaq spezzjoni xierqa tal-operatur, fejn dan ikun rilevanti.

(b)

Meta tkun sodisfatta li l-operatur ikun wera konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ jew temenda l-approvazzjoni. L-approvazzjoni għandha tkun speċifikata fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet, kif stabbilit fl-Appendiċi II.

ARO.OPS.205   Approvazzjoni tal-lista ta’ tagħmir minimu

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni inizjali ta’ lista ta’ tagħmir minimu (MEL) jew għall-emenda tagħha min-naħa tal-operatur, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta kull oġġett li jkun se jiġi affettwat biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura tal-operatur għall-estensjoni tal-intervalli ta’ rettifika B, C u D applikabbli, jekk l-operatur jagħti prova tal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt ORO.MLR.105 (f) u l-awtorità kompetenti tkun ivverifikathom.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tapprova, abbażi ta’ każ b’każ, l-operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru barra l-limiti tal-MEL, iżda fil-limiti tal-lista ta’ tagħmir minimu ta’ referenza (MMEL), jekk l-operatur jagħti prova tal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt ORO.MLR.105 u l-awtorità kompetenti tkun ivverifikathom.

ARO.OPS.210   Stabbiliment ta’ żona lokali

L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi żona lokali għall-għanijiet tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kontroll tar-rekwiżiti.

ARO.OPS.215   Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet bil-ħelikopter f’ambjent ostili li jkun jinsab ‘il barra minn żona kkonġestjonata

(a)

L-Istat Membru għandu jindika dawk iż-żoni fejn jistgħu jitwettqu operazzjonijiet bil-ħelikopter mingħajr ma jkun hemm garanzija li jista’ jitwettaq inżul ta’ emerġenza sikur, kif deskritt fil-punt CAT.POL.H.420.

(b)

Qabel ma tinħareġ l-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.POL.H.420, l-awtorità kompetenti għandha tkun qieset ir-raġunijiet li jkun ta l-operatur dwar għaliex ma jistgħux jintużaw il-kriterji tal-prestazzjoni x-xierqa.

ARO.OPS.220   Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn jew minn sit ta’ interess pubbliku

L-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.POL.H.225 għandha tinkludi lista tas-sit(i) ta’ interess pubbliku speċifikati mill-operatur li għalihom tapplika l-approvazzjoni.

ARO.OPS.225   Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet lejn ajrudrom iżolat

L-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.OP.MPA.106 għandha tinkludi lista tal-ajrudromi speċifikati mill-operatur li għalihom tapplika l-approvazzjoni.

IS-SUBPARTI RAMP

SPEZZJONIJIET FIR-RAMPA FUQ INĠENJI TAL-AJRU TA’ OPERATURI LI JAQGĦU TAĦT IS-SORVELJANZA REGOLATORJA TA’ STAT IEĦOR

ARO.RAMP.005   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija għandhom isegwu meta dawn ikunu qed iwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru użati minn operaturi minn pajjiżi terzi jew minn operaturi li jaqgħu taħt is-sorveljanza regolatorja ta’ Stat Membru ieħor, meta dawn l-inġenji tal-ajru jkunu niżlu f’ajrudromi li jinsabu fit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

ARO.RAMP.100   Punti ġenerali

(a)

L-inġenji tal-ajru, kif ukoll l-ekwipaġġ tagħhom, għandhom jiġu spezzjonati skont ir-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Minbarra li twettaq l-ispezzjonijiet fir-rampa li huma inklużi fil-programm ta’ sorveljanza tagħha stabbilit skont il-punt ARO.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni fir-rampa fuq inġenju tal-ajru li dwaru jkun hemm suspett li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(c)

Fil-kuntest tal-iżvilupp tal-programm ta’ sorveljanza stabbilit skont il-punt ARO.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi programm annwali għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru. Dan il-programm għandu:

(1)

jkun ibbażat fuq metodu tal-kalkolu li jqis l-informazzjoni storika dwar l-għadd ta’ operaturi u n-natura tagħhom, u l-għadd ta’ nżul tagħhom fl-ajrudromi tagħha, kif ukoll ir-riskji għas-sikurezza; u

(2)

jippermetti lill-awtorità kompetenti tagħti prijorità lill-ispezzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru abbażi tal-lista msemmija fil-punt ARO.RAMP.105 (a).

(d)

Meta tqis li huwa neċessarju, l-Aġenzija, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom għandha ssir l-ispezzjoni, għandha twettaq spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji tal-ajru biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-għan:

(1)

tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni assenjati lill-Aġenzija mir-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(2)

tal-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni ta’ Stat Membru; jew

(3)

tal-ispezzjonijiet ta’ organizzazzjoni biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli f’sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi.

ARO.RAMP.105   Kriterji ta’ prijoritizzazzjoni

(a)

L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’lista ta’ operaturi jew ta’ inġenji tal-ajru li jkunu ġew identifikati bħala operaturi jew inġenji tal-ajru li jippreżentaw riskju potenzjali, sabiex ikun hemm prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa.

(b)

Din il-lista għandha tinkludi:

(1)

l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru identifikati abbażi tal-analiżi tad-dejta disponibbli skont il-punt ARO.RAMP.150 (b)(4);

(2)

operaturi jew inġenji tal-ajru li l-Kummissjoni Ewropea tkun għarrfet lill-Aġenzija bihom u li jkunu ġew identifikati abbażi ta’:

(i)

opinjoni espressa mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru (ASC) fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, li hemm bżonn ta’ iktar verifiki dwar il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz ta’ spezzjonijiet sistematiċi fir-rampa; jew

(ii)

informazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tkun kisbet mingħand l-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005;

(3)

inġenji tal-ajru operati lejn it-territorju suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat minn operaturi inklużi fl-Anness B tal-lista tal-operaturi li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005;

(4)

inġenji tal-ajru operati minn operaturi ċċertifikati fi Stat li jeżerċita sorveljanza regolatorja fuq operaturi li huma inklużi fil-lista msemmija fil-punt (3);

(5)

inġenji tal-ajru użati minn operatur minn pajjiż terz li jopera għall-ewwel darba lejn, fi jew mit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu maħruġa skont il-punt ART.GEN.205 tkun limitata jew maħruġa mill-ġdid wara sospensjoni jew revoka.

(c)

Il-lista għandha tiġi ppreżentata, skont il-proċeduri stabbiliti mill-Aġenzija, wara kull aġġornament tal-lista Komunitarja tal-operaturi li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u, fi kwalunkwe każ, mill-inqas darba kull erba’ (4) xhur.

ARO.RAMP.110   Ġbir tal-informazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni li hija tqis li hija utli għat-twettiq tal-ispezzjonijiet fir-rampa.

ARO.RAMP.115   Kwalifiki tal-ispetturi li jwettqu spezzjonijiet fir-rampa

(a)

L-awtorità kompetenti u l-Aġenzija għandu jkollhom spetturi kkwalifikati biex iwettqu l-ispezzjonijiet fir-rampa.

(b)

L-ispetturi li jwettqu spezzjonijiet fir-rampa:

(1)

għandu jkollhom l-edukazzjoni ajrunawtika meħtieġa jew l-għarfien prattiku meħtieġ, li jkun rilevanti għall-qasam/l-oqsma ta’ spezzjoni tagħhom;

(2)

għandhom ikunu temmew b’suċċess:

(i)

taħriġ teoretiku u prattiku speċifiku u xieraq f’wieħed mill-oqsma ta’ spezzjoni li ġejjin jew iktar:

(A)

il-kabina tal-pilota;

(B)

is-sikurezza tal-kabina;

(C)

il-kundizzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(D)

il-merkanzija;

(ii)

taħriġ xieraq fuq ix-xogħol, mogħti minn spettur tar-rampa b’ħafna esperjenza, li jkun inħatar mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija;

(3)

għandhom iżommu l-validità tal-kwalifiki tagħhom billi jieħdu taħriġ rikorrenti u billi jwettqu mill-inqas tnax-il (12-il) spezzjoni f’kull perjodu ta’ tnax-il (12-il) xahar.

(c)

It-taħriġ imsemmi fil-punt (b)(2)(i) għandu jingħata mill-awtorità kompetenti jew minn kwalunkwe organizzazzjoni tat-taħriġ li tkun approvata skont il-punt ARO.RAMP.120(a).

(d)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm sillabi tat-taħriġ u tippromwovi l-organizzazzjoni ta’ korsijiet tat-taħriġ u ta’ laqgħat ta’ ħidma għall-ispetturi sabiex ittejjeb il-fehim u l-implimentazzjoni uniformi ta’ din is-Subparti.

(e)

L-Aġenzija għandha tiffaċilita u tikkoordina programm ta’ skambju ta’ spetturi, li jkollu l-għan li jippermetti lill-ispetturi jiksbu esperjenza prattika u li jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri.

ARO.RAMP.120   Approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tapprova organizzazzjoni tat-taħriġ li jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv, meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tat-taħriġ:

(1)

tkun ħatret kap tat-taħriġ li għandu kapaċitajiet maniġerjali tajbin biex tiżgura li t-taħriġ ipprovdut ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli;

(2)

ikollha għad-dispożizzjoni tagħha faċilitajiet tat-taħriġ u tagħmir ta’ struzzjoni xierqa għat-tip ta’ taħriġ ipprovdut;

(3)

tipprovdi taħriġ skont is-sillabi żviluppati mill-Aġenzija skont il-punt ARO.RAMP.115(d);

(4)

tuża għalliema kkwalifikati għat-taħriġ.

(b)

Jekk l-awtorità kompetenti titlob dan, il-verifika tal-konformità u l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu mill-Aġenzija.

(c)

L-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tiġi approvata biex tipprovdi wieħed mit-tipi ta’ taħriġ li ġejjin jew aktar:

(1)

taħriġ teoretiku inizjali;

(2)

taħriġ prattiku inizjali;

(3)

taħriġ rikorrenti.

ARO.RAMP.125   Twettiq tal-ispezzjonijiet fir-rampa

(a)

L-ispezzjonijiet fir-rampa għandhom jitwettqu b’mod standardizzat jew billi tintuża l-formola stabbilita fl-Appendiċi III jewinkella billi tintuża dik stabbilita fl-Appendiċi IV.

(b)

Meta jkunu qed iwettqu spezzjoni fir-rampa, l-ispetturi għandhom jagħmlu l-isforzi kollha possibbli sabiex jevitaw dewmien bla raġuni tal-inġenju tal-ajru spezzjonat.

(c)

Meta titlesta l-ispezzjoni fir-rampa, il-bdot fil-kmand jew, fl-assenza tiegħu, membru ieħor tal-ekwipaġġ tat-titjira jew rappreżentant tal-operatur, għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-ispezzjoni fir-rampa billi tintuża l-formola stabbilita fl-Appendiċi III.

ARO.RAMP.130   Klassifikazzjoni tas-sejbiet

Għal kull element li jkun ġie spezzjonat, huma ddefiniti bħala sejbiet tliet kategoriji ta’ nuqqas ta’ konformità possibbli mar-rekwiżiti applikabbli. Dawn is-sejbiet għandhom jiġu kklassifikati kif ġej:

(1)

sejba tal-kategorija 3 hija s-sejba ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli jew mat-termini ta’ ċertifikat li jkollu influwenza kbira fuq is-sikurezza;

(2)

sejba tal-kategorija 2 hija s-sejba ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli jew mat-termini ta’ ċertifikat li jkollu influwenza sinifikanti fuq is-sikurezza;

(3)

sejba tal-kategorija 1 hija s-sejba ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli jew mat-termini ta’ ċertifikat li jkollu influwenza minuri fuq is-sikurezza.

ARO.RAMP.135   Azzjonijiet ta’ segwitu marbutin mas-sejbiet

(a)

Fil-każ ta’ sejba tal-kategorija 2 jew tal-kategorija 3, l-awtorità kompetenti jew, fejn ikun rilevanti, l-Aġenzija, għandha:

(1)

tikkomunika s-sejba bil-miktub lill-operatur, inkluża talba għal evidenza tal-azzjonijiet korrettivi meħudin; u

(2)

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-operatur u, fejn ikun rilevanti, lill-Istat fejn ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru u fejn tkun inħarġet il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira. Fejn ikun xieraq, l-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija għandha titlob konferma tal-aċċettazzjoni tagħhom tal-azzjonijiet korrettivi meħudin mill-operatur skont il-punt ARO.GEN.350 jew il-punt ARO.GEN.355.

(b)

Minbarra l-punt (a), fil-każ ta’ sejba tal-kategorija 3, l-awtorità kompetenti għandha tieħu passi immedjati billi:

(1)

timponi restrizzjoni fuq l-operazzjonijiet ta’ titjir tal-inġenju tal-ajru;

(2)

titlob azzjonijiet korrettivi immedjati;

(3)

iżżomm l-inġenju tal-ajru milli jtir skont il-punt ARO.RAMP.140; jew

(4)

timponi projbizzjoni immedjata fuq l-operat skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(c)

Meta l-Aġenzija tistabbilixxi sejba tal-kategorija 3, din għandha titlob lill-awtorità kompetenti fejn ikun illandja l-inġenju tal-ajru sabiex tieħu l-miżuri x-xierqa skont il-punt (b).

ARO.RAMP.140   Żamma tal-inġenji tal-ajru fl-art

(a)

Fil-każ ta’ sejba tal-kategorija 3 meta jidher li jkun ippjanat li l-inġenju tal-ajru jittajjar mingħajr ma l-operatur jew is-sid itemm l-azzjoni korrettiva x-xierqa, jew meta jidher li x’aktarx iseħħ dan, l-awtorità kompetenti għandha:

(1)

tinnotifika lill-bdot fil-kmand/lill-kmandant jew lill-operatur li l-inġenju tal-ajru m’għandux permess jibda t-titjira sakemm ma jingħata avviż ieħor; u

(2)

żżomm dak l-inġenju tal-ajru milli jtir.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-inġenju tal-ajru jinżamm milli jtir għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-operatur u tal-Istat li fih l-ajruplan ikun irreġistrat, jekk ikun rilevanti, u lill-Aġenzija fil-każ ta’ inġenju tal-ajru miżmum milli jtir użat minn operatur minn pajjiż terz.

(c)

L-awtorità kompetenti, f’koordinazzjoni mal-Istat tal-operatur jew mal-Istat tar-reġistrazzjoni, għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet meħtieġa li bihom l-inġenju tal-ajru jista’ jitħalla jitlaq.

(d)

Jekk in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa l-validità taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbilità tal-inġenju tal-ajru, iż-żamma milli jtir għandha titneħħa biss mill-awtorità kompetenti meta l-operatur jagħti prova li:

(1)

tkun reġgħet ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;

(2)

kiseb permess għat-titjir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 (5) għal inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru;

(3)

kiseb permess għat-titjir jew dokument ekwivalenti mill-Istat tar-reġistrazzjoni jew mill-Istat tal-operatur għal inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz u mħaddmin minn operatur mill-UE jew minn operatur minn pajjiż terz; u

(4)

kiseb permess mingħand il-pajjiżi terzi li fuqhom ikun se jittajjar l-inġenju tal-ajru, jekk dan ikun applikabbli.

ARO.RAMP.145   Rappurtar

(a)

L-informazzjoni miġbura skont il-punt ARO.RAMP.125(a) għandha tiddaħħal fil-bażi tad-dejta ċċentralizzata msemmija fil-punt ARO.RAMP.150(b)(2), fi żmien 21 jum kalendarju minn meta ssir l-ispezzjoni.

(b)

L-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija għandha ddaħħal fil-bażi tad-dejta ċċentralizzata kwalunkwe informazzjoni li tkun utli biex jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u biex l-Aġenzija twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan l-Anness, inkluża l-informazzjoni rilevanti msemmija fil-punt ARO.RAMP.110.

(c)

Kull meta l-informazzjoni, kif imsemmi fil-punt ARO.RAMP.110, tindika l-eżistenza ta’ theddida potenzjali għas-sikurezza, it-tali informazzjoni għandha tiġi kkomunikata wkoll mingħajr dewmien lil kull awtorità kompetenti u lill-Aġenzija.

(d)

Kull meta l-informazzjoni dwar in-nuqqasijiet tal-inġenji tal-ajru tingħata minn persuna lill-awtorità kompetenti, l-informazzjoni msemmija fil-punt ARO.RAMP.110 u fil-punt ARO.RAMP.125(a) għandu jitneħħilha kull traċċa tas-sors hekk li is-sors tat-tali informazzjoni ma jkunx jista’ jiġi identifikat.

ARO.RAMP.150   Kompiti ta’ koordinazzjoni tal-Aġenzija

(a)

L-Aġenzija għandha tamministra u tuża l-għodod u l-proċeduri meħtieġa għall-ħażna u l-iskambju ta’:

(1)

l-informazzjoni msemmija fil-punt ARO.RAMP.145 billi tuża l-formoli stabbiliti fl-Appendiċi III u IV;

(2)

l-informazzjoni pprovduta minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom ġew konklużi ftehimiet xierqa mal-UE, jew minn organizzazzjonijiet li magħhom l-Aġenzija tkun ikkonkludiet ftehimiet xierqa skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b)

Din il-ġestjoni għandha tinkludi l-kompiti li ġejjin:

(1)

il-ħażna tad-dejta mill-Istati Membri li tkun rilevanti għall-informazzjoni marbuta mas-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru li jinżlu f’ajrudromi li jinsabu fit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

(2)

l-iżvilupp, iż-żamma u l-aġġornament kontinwu tal-bażi tad-dejta ċċentralizzata li fiha l-informazzjoni kollha msemmija fil-punti (a)(1) u (2);

(3)

il-forniment tat-tibdil u t-titjib meħtieġ fl-applikazzjoni tal-bażi tad-dejta;

(4)

l-analiżi tal-bażi tad-dejta ċċentralizzata u ta’ informazzjoni rilevanti oħra dwar is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru u tal-operaturi tal-ajru u, abbażi ta’ dan:

(i)

l-għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-azzjonijiet immedjati jew il-politika ta’ segwitu;

(ii)

ir-rappurtar ta’ problemi potenzjali relatati mas-sikurezza lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti;

(iii)

il-proponiment lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ azzjonijiet ikkoordinati, fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ sikurezza, u l-iżgurar li t-tali azzjonijiet ikunu kkoordinati fuq livell tekniku;

(5)

il-kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħrajn, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi b’rabta mal-iskambju tal-informazzjoni.

ARO.RAMP.155   Rapport annwali

L-Aġenzija għandha tħejji u tibgħat lill-Kummissjoni rapport annwali dwar is-sistema ta’ spezzjonijiet fir-rampa, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-istat tal-progress tas-sistema;

(b)

l-istat tal-ispezzjonijiet imwettqa matul is-sena;

(c)

analiżi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet b’indikazzjoni tal-kategoriji tas-sejbiet;

(d)

l-azzjonijiet imwettqa matul is-sena;

(e)

proposti għal iktar titjib fis-sistema ta’ spezzjonijiet fir-rampa; u

(f)

annessi li jkun fihom il-listi tal-ispezzjonijiet imqassmin skont l-Istat tal-operazzjoni, it-tip ta’ inġenju tal-ajru, l-operatur u r-riżultati għal kull kategorija.

ARO.RAMP.160   Informazzjoni għall-pubbliku u protezzjoni tal-informazzjoni

(a)

L-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni li jirċievu skont il-punti ARO.RAMP.105 u ARO.RAMP.145 biss għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u għandhom jipproteġuha kif xieraq.

(b)

L-Aġenzija għandha tippubblika kull sena rapport bl-informazzjoni aggregata, li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jkun fih l-analiżi tal-informazzjoni li tkun waslitilha skont il-punt ARO.RAMP.145. Ir-rapport għandu jinkiteb b’mod sempliċi u li jinftiehem faċilment, u fih is-sors tal-informazzjoni m’għandux ikun jista’ jiġi identifikat.


(1)  ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

(2)  ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(4)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

Appendiċi I

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi IV

Rapport tal-ispezzjoni fir-rampa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-OPERAZZJONIJIET BL-AJRU

[IL-PARTI-ORO]

ORO.GEN.005   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandu jsegwi operatur tal-ajru li jkun qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

IS-SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA I

Punti ġenerali

ORO.GEN.105   Awtorità kompetenti

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-operaturi li huma suġġetti għal obbligu ta’ ċertifikazzjoni għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru rilevanti għal operaturi li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru.

ORO.GEN.110   Responsabbiltajiet tal-operatur

(a)

L-operatur huwa responsabbli għat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008, skont ir-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness u skont iċ-ċertifikat tiegħu.

(b)

Kull titjira għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat.

(c)

L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema li teżerċita kontroll operattiv fuq kull titjira operata skont it-termini taċ-ċertifikat tiegħu.

(d)

L-operatur għandu jiżgura li l-inġenji tal-ajru tiegħu jkunu mgħammra u li l-ekwipaġġi tiegħu jkunu kkwalifikati kif meħtieġ għaż-żona u t-tip tal-operazzjoni.

(e)

L-operatur għandu jiżgura li l-persunal kollu li jkun assenjat għal operazzjonijiet ta’ fuq l-art jew tal-ajru, jew li jkun involut direttament fihom, jingħata struzzjonijiet kif suppost, ikun wera l-ħiliet tiegħu fil-kompiti partikulari tiegħu u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu u mir-relazzjoni bejn it-tali kompiti u l-operazzjoni kollha kemm hi.

(f)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri u struzzjonijiet għall-operat sikur ta’ kull tip ta’ inġenju tal-ajru, li jkun fihom il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-persunal ta’ fuq l-art u tal-membri tal-ekwipaġġ għal kull tip ta’ operazzjoni ta’ fuq l-art u fl-ajru. Dawn il-proċeduri ma għandhomx jeħtieġu lill-membri tal-ekwipaġġ iwettqu xi attività matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira għajr dawk meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru.

(g)

L-operatur għandu jiżgura li l-persunal kollu jkun jaf li huwa għandu jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dawk l-Istati li fihom jitwettqu l-operazzjonijiet u li huma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(h)

L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta’ lista ta’ kontroll għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru li l-membri tal-ekwipaġġ għandhom jużaw, għall-fażijiet kollha tat-titjira f’kundizzjonijiet normali, mhux normali u ta’ emerġenza, sabiex ikun żgurat li l-proċeduri operattivi mogħtija fil-manwal tal-operat jiġu segwiti. Id-disinn u l-użu tal-listi ta’ kontroll għandhom iħarsu l-prinċipji tal-fatturi umani u għandhom iqisu l-aktar dokumentazzjoni riċenti rilevanti mogħtija mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru.

(i)

L-operatur għandu jispeċifika l-proċeduri ta’ ppjanar tat-titjira sabiex jiżgura li t-titjira titwettaq b’mod sikur abbażi tal-kunsiderazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, ta’ limitazzjonijiet operattivi oħrajn u tal-kundizzjonijiet rilevanti li mistennija jkun hemm tul ir-rotta li għandha tiġi segwita u fl-ajrudromi jew fis-siti tal-operat ikkonċernati. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu inklużi fil-manwal tal-operat.

(j)

L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm programmi tat-taħriġ għall-persunal dwar l-oġġetti perikolużi, hekk kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi – programmi li għandhom ikunu suġġetti għall-analiżi u l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Il-livell tal-programmi tat-taħriġ għandu jkun xieraq għar-responsabbiltajiet tal-persunal.

ORO.GEN.115   Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ operatur

(a)

L-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ operatur jew għal emenda għal ċertifikat eżistenti għandha ssir fil-forma u l-manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jitqiesu r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b)

L-applikanti għal ċertifikat inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bid-dokumenti li juru kif se jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Dawn id-dokumenti għandhom jinkludu proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel se jiġu ġestiti u kif dawn se jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti.

ORO.GEN.120   Mezzi ta’ konformità

(a)

Operatur jista juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b)

Meta operatur li jkun suġġett għaċ-ċertifikazzjoni jkun jixtieq juża mezzi alternattivi ta’ konformità mill-Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (l-AMC) adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, dan għandu, qabel ma jimplimentahom, jipprovdi lill-awtorità kompetenti deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni tal-manwali jew tal-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew issodisfati.

L-operatur jista’ jimplimenta dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità jekk jingħata approvazzjoni minn qabel għalihom min-naħa tal-awtorità kompetenti u ladarba jirċievi n-notifika kif previst fil-punt ARO.GEN.120(d).

ORO.GEN.125   Termini tal-approvazzjoni u privileġġi ta’ operatur

Operatur iċċertifikat għandu jkun konformi mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-privileġġi ddefiniti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehmużin maċ-ċertifikat tal-operatur.

ORO.GEN.130   Tibdil

(a)

Kwalunkwe bidla li taffettwa:

(1)

il-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikat jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta’ operatur; jew

(2)

kwalunkwe element tas-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur kif meħtieġ skont il-punti ORO.GEN.200(a)(1) u (a)(2),

għandu jkollha l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.

(b)

Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-operatur għandu japplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti u jiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir kwalunkwe bidla bħal din, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-konformità kontinwa mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-operatur u t-termini tal-approvazzjoni relatati miegħu mehmuża miegħu.

L-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokument li jkun rilevanti.

Il-bidla għandha tiġi implimentata biss meta l-operatur jirċievi l-approvazzjoni formali min-naħa tal-awtorità kompetenti skont il-punt ARO.GEN.330.

L-operatur għandu jiffunzjona skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul it-tali bidliet, skont kif ikun applikabbli.

(c)

Il-bidliet kollha li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ttrattati u nnotifikati lill-awtorità kompetenti hekk kif iddefinit fil-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti skont il-punt ARO.GEN.310(c).

ORO.GEN.135   Tkomplija tal-validità

(a)

Iċ-ċertifikat tal-operatur għandu jibqa’ validu sakemm:

(1)

l-operatur jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet marbutin mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat fil-punt ORO.GEN.150;

(2)

l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-operatur kif iddefinit fil-punt ORO.GEN.140 sabiex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(3)

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew irrevokat.

(b)

Meta jiġi ċedut jew irrevokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

ORO.GEN.140   Aċċess

(a)

Sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-operatur għandu jagħti aċċess, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekord, dejta, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor li huwa rilevanti għall-attività tiegħu li hija suġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, kemm jekk din hija mogħtija b’kuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:

(1)

l-awtorità kompetenti ddefinita fil-punt ORO.GEN.105;

(2)

l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punti ARO.GEN.300(d), ARO.GEN.300(e) jew ARO.RAMP.

(b)

L-aċċess għall-inġenji tal-ajru msemmi fil-punt (a) għandu jinkludi l-possibbiltà li l-persuna awtorizzata tidħol fl-inġenju tal-ajru u tibqa’ fih matul l-operazzjonijiet ta’ titjir, sakemm il-kmandant ma jiddeċidix mod ieħor għall-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira skont il-punt CAT.GEN.MPA.135 fl-interess tas-sikurezza.

ORO.GEN.150   Sejbiet

Wara li jkun irċieva n-notifika dwar is-sejbiet, l-operatur għandu:

(a)

jidentifika l-kawża oriġinali tan-nuqqas ta’ konformità;

(b)

jiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva; u

(c)

juri l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti f’perjodu taż-żmien miftiehem ma’ dik l-awtorità, hekk kif iddefinit fil-punt ARO.GEN.350(d).

ORO.GEN.155   Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza

L-operatur għandu jimplimenta:

(a)

kwalunkwe miżura tas-sikurezza li l-awtorità kompetenti tkun qabbditu jimplimenta skont il-punt ARO.GEN.135(c); u

(b)

kwalunkwe informazzjoni obbligatorja rilevanti marbuta mas-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija, inklużi d-direttivi tal-ajrunavigabbiltà.

ORO.GEN.160   Rappurtar tal-okkorrenzi

(a)

L-operatur għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-Istat tal-operatur jeżiġi li għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe aċċident, inċident serju u okkorrenza kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u fid-Direttiva 2003/42/KE.

(b)

Mingħajr ħsara għall-punt (a), l-operatur għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru dwar kwalunkwe inċident, ħsara teknika, difett tekniku, qbiż tal-limiti tekniċi jew okkorrenza li tista’ turi informazzjoni ħażina, mhix kompluta jew ambigwa inkluża fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 (2), jew dwar kwalunkwe ċirkustanza irregolari oħra li tkun ipperikolat, jew li setgħet tipperikola, it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru iżda li ma tkunx wasslet għal aċċident jew inċident serju.

(c)

Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 996/2010, għad-Direttiva 2003/42/KE, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 (3) u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (4), ir-rapporti msemmija fil-paragrafi (a) u (b) għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti u għandhom ikunu jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kundizzjoni li l-operatur ikun jaf biha.

(d)

Ir-rapporti għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn mindu l-operatur ikun identifika l-kundizzjoni li r-rapport ikun jittratta, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi straordinarji li jimpedixxu dan.

(e)

Fejn ikun rilevanti, l-operatur għandu jipproduċi rapport ta’ segwitu biex jipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li jkun beħsiebu jieħu biex jevita okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dan ir-rapport għandu jsir fil-forma u l-manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

TAQSIMA 2

Ġestjoni

ORO.GEN.200   Sistema ta’ ġestjoni

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni li tkun tinkludi:

(1)

linji ta’ responsabbiltà u kontabbiltà fl-organizzazzjoni kollha li jkunu ddefiniti b’mod ċar, inkluża r-responsabbiltà diretta għas-sikurezza tal-maniġer responsabbli;

(2)

deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-operatur marbutin mas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika tas-sikurezza;

(3)

l-identifikazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tal-operatur, l-evalwazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati magħhom, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex jittaffa r-riskju u biex tiġi vverifikata l-effikaċja tagħhom;

(4)

iż-żamma ta’ persunal imħarreġ u kompetenti biex jaqdi l-kompiti tiegħu;

(5)

id-dokumenti tal-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluż proċess biex l-impjegati jkunu jafu r-responsabbiltajiet tagħhom, u l-proċedura biex jiġu emendati dawn id-dokumenti;

(6)

funzjoni biex tkun immonitorjata l-konformità tal-operatur mar-rekwiżiti rilevanti. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ reazzjoni u kummenti dwar is-sejbiet lill-maniġer responsabbli biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi hekk kif ikun meħtieġ; u

(7)

kwalunkwe rekwiżit ieħor previst fis-subpartijiet rilevanti ta’ dan l-Anness jew fl-Annessi applikabbli l-oħra.

(b)

Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-operatur u għan-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tiegħu, u għandha tqis il-perikli u r-riskji assoċjati magħhom inerenti f’dawn l-attivitajiet.

ORO.GEN.205   Attivitajiet issottokuntrattati

(a)

L-attivitajiet issottokuntrattati jinkludu l-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ operatur li jitwettqu minn organizzazzjoni oħra li jew tkun iċċertifikata hi stess biex twettaq it-tali attivitajiet jew li, jekk ma tkunx iċċertifikata, tkun taħdem bl-approvazzjoni tal-operatur kontraenti. L-operatur għandu jiżgura li meta jagħti b’sottokuntratt jew jixtri kwalunkwe parti mill-attività tiegħu, is-servizz jew il-prodott issottokuntrattat jew mixtri jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Meta l-operatur iċċertifikat jagħti b’sottokuntratt kwalunkwe parti mill-attività tiegħu lil organizzazzjoni li ma tkunx iċċertifikata hija stess skont din il-Parti biex twettaq dik l-attività, l-organizzazzjoni li tkun ingħatat il-kuntratt għandha taħdem skont l-approvazzjoni tal-operatur. L-organizzazzjoni kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni li tkun ingħatat il-kuntratt, biex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.

ORO.GEN.210   Rekwiżiti marbutin mal-persunal

(a)

L-operatur għandu jaħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti skont ir-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni.

(b)

L-operatur għandu jaħtar persuna jew grupp ta’ persuni li għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-operatur jibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli. It-tali persuna(i) għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

(c)

L-operatur għandu jkollu biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati, li għandhom isiru skont ir-rekwiżiti applikabbli.

(d)

L-operatur għandu jżomm ir-rekords ix-xierqa tal-esperjenza, tal-kwalifiki u tat-taħriġ biex juri l-konformità mal-punt (c).

(e)

L-operatur għandu jiżgura li l-persunal kollu jkun jaf ir-regoli u l-proċeduri li huma rilevanti biex iwettaq il-kompiti tiegħu.

ORO.GEN.215   Rekwiżiti marbutin mal-faċilitajiet

L-operatur għandu jkollu l-faċilitajiet li jippermettu li jitwettqu u jiġu ġestiti l-kompiti u l-attivitajiet ippjanati kollha skont ir-rekwiżiti applikabbli.

ORO.GEN.220   Żamma tar-rekords

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata u t-traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet kollha żviluppati, li tkun tkopri b’mod partikulari l-elementi kollha indikati fil-punt ORO.GEN.200.

(b)

Il-format tar-rekords għandu jiġi speċifikat fil-proċeduri tal-operatur.

(c)

Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, mit-tibdil u mis-serq.

IS-SUBPARTI AOC

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-OPERATURI TAL-AJRU

ORO.AOC.100   Applikazzjoni għal ċertifikat tal-operatur tal-ajru

(a)

Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), qabel ma jibda l-operazzjonijiet kummerċjali bl-ajru, l-operatur għandu japplika għal ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) maħruġ mill-awtorità kompetenti u jiksbu.

(b)

L-operatur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti:

(1)

l-isem uffiċjali u l-isem tan-negozju, l-indirizz u l-indirizz postali tal-applikant;

(2)

deskrizzjoni tal-operazzjoni proposta, inklużi t-tip(i) u l-għadd ta’ inġenji tal-ajru li għandhom jitħaddmu;

(3)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluża l-istruttura organizzattiva;

(4)

l-isem tal-maniġer responsabbli;

(5)

l-ismijiet tal-persuni nnominati meħtieġa skont il-punt ORO.AOC.135(a), flimkien mal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom; u

(6)

kopja tal-manwal tal-operat meħtieġ skont il-punt ORO.MLR.100;

(7)

dikjarazzjoni li d-dokumenti kollha mibgħuta lill-awtorità kompetenti ġew ivverifikati mill-applikant u nstabu li kienu konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(c)

L-applikanti għandhom juru lill-awtorità kompetenti li:

(1)

huma jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli kollha tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ta’ dan l-Anness u tal-Anness IV (il-Parti-CAT) u tal-Anness V (il-Parti-SPA) ta’ dan ir-Regolament, skont kif ikun applikabbli;

(2)

l-inġenji tal-ajru kollha operati għandhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003; u

(3)

l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom huma xierqa għall-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjoni u huma ta’ livell li jaqbel ma’ din l-iskala u ma’ dan il-kamp ta’ applikazzjoni.

ORO.AOC.105   Speċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet u privileġġi ta’ detentur ta’ AOC

Il-privileġġi tal-operatur, inklużi dawk mogħtija skont l-Anness V (il-Parti-SPA), għandhom ikunu speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet taċ-ċertifikat.

ORO.AOC.110   Ftehim ta’ kiri

Kwalunkwe kiri mingħand ħaddieħor

(a)

Mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kwalunkwe ftehim ta’ kiri li għandu x’jaqsam ma’ inġenju tal-ajru użat minn operatur li huwa ċċertifikat skont din il-Parti għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.

(b)

L-operatur iċċertifikat skont din il-Parti għandu jikri inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ biss mingħand operaturi li ma jkunux suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor

(c)

L-applikant għall-approvazzjoni tal-kiri ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur minn pajjiż terz għandu juri lill-awtorità kompetenti li:

(1)

l-operatur minn pajjiż terz għandu AOC validu, maħruġ skont l-Anness 6 tal-ICAO;

(2)

l-istandards tas-sikurezza tal-operatur minn pajjiż terz f’dak li għandu x’jaqsam mal-ajrunavigabbiltà kontinwa u mal-operazzjonijiet bl-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 u f’dan ir-Regolament; u

(3)

l-inġenju tal-ajru għandu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà standard maħruġ skont l-Anness 8 tal-ICAO.

Kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor

(d)

Applikant għall-approvazzjoni tal-kiri, mingħand ħaddieħor, ta’ inġenju tal-ajru rreġistrat f’pajjiż terz mingħajr l-ekwipaġġ, għandu juri lill-awtorità kompetenti li:

(1)

ġie identifikat bżonn operattiv li ma jistax jiġi ssodisfat billi jinkera inġenju tal-ajru rreġistrat fl-UE;

(2)

il-perjodu tal-kera tal-inġenju tal-ajru mingħand ħaddieħor mingħajr l-ekwipaġġ mhux se jaqbeż is-seba’ xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ tnax-il xahar wara xulxin; u

(3)

hija żġurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.

Kiri ta’ inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ lil ħaddieħor

(e)

L-operatur iċċertifikat skont din il-Parti li jkun beħsiebu jikri wieħed mill-inġenji tal-ajru tiegħu lil ħaddieħor mingħajr l-ekwipaġġ għandu japplika għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. Mal-applikazzjoni għandhom jintbagħtu kopji tal-ftehim ta’ kiri maħsub jew id-deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kiri, minbarra l-arranġamenti finanzjarji, u kull dokument ieħor rilevanti.

Kiri ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ lil ħaddieħor

(f)

Qabel ma jikri inġenju tal-ajru tiegħu bl-ekwipaġġ lil ħaddieħor, l-operatur iċċertifikat skont din il-Parti għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b’dan.

ORO.AOC.115   Ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi

(a)

Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tal-UE applikabbli għall-qasam tas-sikurezza għal operaturi u inġenji tal-ajru minn pajjiżi terzi, operatur iċċertifikat skont din il-Parti għandu jidħol fi ftehim għall-kondiviżjoni tal-kodiċi ma’ operatur minn pajjiż terz biss wara li:

(1)

jkun ivverifika li l-operatur minn pajjiż terz ikun konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO; u

(2)

wara li jkun ipprovda lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni ddokumentata li tippermetti lit-tali awtorità tikkonforma mal-punt ARO.OPS.105.

(b)

Huwa u jimplimenta l-ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, l-operatur għandu jimmonitorja u jivvaluta b’mod regolari l-konformità kontinwa tal-operatur minn pajjiż terz mal-istandards applikabbli tal-ICAO.

(c)

L-operatur iċċertifikat skont din il-Parti la għandu jbigħ u lanqas joħroġ biljetti għal titjira operata minn operatur minn pajjiż terz meta dan tal-aħħar ikun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jew meta dan tal-aħħar ma jkunx qed jibqa’ konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO.

ORO.AOC.120   Approvazzjonijiet biex jiġi pprovdut taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew biex jinħarġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

Meta l-operatur ikun beħsiebu jipprovdi l-kors tat-taħriġ meħtieġ skont l-Anness V (il-Parti-CC) għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, huwa għandu japplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti u jiksibha. Għal dan il-għan, l-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti għat-twettiq tal-kors tat-taħriġ u għall-kontenut tiegħu stabbiliti fil-punti CC.TRA.215 u CC.TRA.220 ta’ dak l-Anness, u għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti:

(1)

bid-data ppjanata għall-bidu tal-attività;

(2)

bid-dettalji personali u l-kwalifiki tal-għalliema, skont kif ikun rilevanti għall-elementi tat-taħriġ li għandhom jiġu koperti;

(3)

bl-isem/l-ismijiet u l-indirizz(i) tas-sit(i) fejn se jsir it-taħriġ;

(4)

b’deskrizzjoni tal-faċilitajiet, il-metodi tat-taħriġ, il-manwali u l-istrumenti rappreżentattivi li għandhom jintużaw; u

(5)

bis-sillabi tal-kors tat-taħriġ u l-programmi assoċjati magħhom.

(b)

Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont il-punt ARA.CC.200 tal-Anness VI (il-Parti-ARA) għar-Regolament (UE) Nru 290/2012, li l-operaturi jistgħu jkunu approvati biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-applikant għandu, minbarra li jsegwi d-dispożizzjonijiet mogħtija fil-punt (a):

(1)

juri lill-awtorità kompetenti li:

(i)

l-organizzazzjoni għandha l-kapaċità u r-responsabbiltà biex twettaq dan il-kompitu;

(ii)

il-persunal li jwettaq l-eżamijiet huwa kkwalifikat b’mod xieraq u ma għandu l-ebda kunflitt ta’ interess; u

(2)

jipprovdi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet speċifikati biex:

(i)

iwettaq l-eżami meħtieġ skont il-punt CC.TRA.220;

(ii)

joħroġ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina; u

(iii)

jagħti lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha marbutin mal-attestazzjonijiet li se joħroġ u mad-detenturi tagħhom, għall-għanijiet taż-żamma tar-rekords, tas-sorveljanza u tal-azzjonijiet ta’ infurzar min-naħa ta’ dik l-awtorità.

(c)

L-approvazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet.

ORO.AOC.125   Operazzjonijiet mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru mniżżlin mid-detentur ta’ AOC fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet

Id-detentur ta’ AOC jista’ jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenju tal-ajru li mill-bqija jintuża għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jkunu mniżżlin fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-AOC tiegħu, dejjem jekk l-operatur:

(a)

jiddeskrivi dawn l-operazzjonijiet fid-dettall fil-manwal tal-operat, inklużi:

(1)

l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli;

(2)

identifikazzjoni ċara ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-proċeduri operattivi li jintużaw meta jitwettqu l-operazzjonijiet kummerċjali u dawk li jintużaw meta jitwettqu operazzjonijiet mhux kummerċjali;

(3)

mezz biex ikun żgurat li l-persunal kollu involut fl-operazzjoni jkun kompletament familjari mal-proċeduri assoċjati magħha;

(b)

jibgħat id-differenzi identifikati bejn il-proċeduri operattivi msemmija fil-punt (a)(2) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħha minn qabel.

ORO.AOC.130   Monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet — l-ajruplani

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet, li għandha tkun integrata fis-sistema ta’ ġestjoni tiegħu, fil-każ ta’ ajruplani li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ ta’ iktar minn 27 000 kilogramm.

(b)

Is-sistema ta’ monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet m’gћandhiex tkun waħda punittiva u gћandha tinkludi protezzjonijiet adegwati biex jitħares/jitħarsu s-sors(i) tad-dejta.

ORO.AOC.135   Rekwiżiti marbutin mal-persunal

(a)   Skont il-punt ORO.GEN.210(b), l-operatur għandu jaħtar il-persuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u s-supervizzjoni tal-oqsma li ġejjin:

(1)

l-operazzjonijiet tat-titjir;

(2)

it-taħriġ tal-ekwipaġġ;

(3)

l-operazzjonijiet ta’ fuq l-art; u

(4)

l-ajrunavigabbiltà kontinwa skont ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003.

(b)   Adegwatezza u kompetenza tal-persunal

(1)

L-operatur għandu jimpjega biżżejjed persunal għall-operazzjonijiet tat-titjir u ta’ fuq l-art ippjanati.

(2)

Il-persunal kollu assenjat għall-operazzjonijiet tat-titjir u ta’ fuq l-art, jew li jkun direttament involut fihom, għandu:

(i)

ikun imћarreġ kif xieraq;

(ii)

juri l-ћiliet tiegħu fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilu; u

(iii)

ikun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu u mir-relazzjoni bejn il-kompiti tiegħu u l-operazzjoni kollha kemm hi.

(c)   Superviżjoni tal-persunal

(1)

L-operatur għandu jaħtar għadd suffiċjenti ta’ superviżuri tal-persunal, filwaqt li jqis l-istruttura tal-organizzazzjoni tiegħu u l-għadd ta’ persuni impjegati.

(2)

Il-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ dawn is-superviżuri għandhom jiġu ddefiniti u għandu jsir kwalunkwe arranġament ieħor meħtieġ biex ikun żgurat li dawn is-superviżuri jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet ta’ superviżjoni tagħhom.

(3)

Is-superviżjoni tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-persunal involut fl-operazzjoni gћandha ssir minn individwi mogħnija b’esperjenza adegwata u bil-ħiliet biex ikun żgurat li l-istandards speċifikati fil-manwal tal-operat jintlaħqu.

ORO.AOC.140   Rekwiżiti marbutin mal-faċilitajiet

Skont il-punt ORO.GEN.215, l-operatur għandu:

(a)

juża faċilitajiet xierqa tal-immaniġġjar fuq l-art biex jiżgura l-immaniġġjar sikur tat-titjiriet tiegћu;

(b)

jħejji faċilitajiet ta’ appoġġ operattiv fil-bażi operattiva ewlenija li jkunu xierqa għaż-żona u għat-tip ta’ operazzjoni; u

(c)

jiżgura li l-ispazju disponibbli għat-twettiq tax-xogħol f’kull bażi operattiva jkun biżżejjed gћall-persunal li l-azzjonijiet tiegħu jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet tat-titjir. Barra minn hekk, gћandhom jitqiesu l-ћtiġijiet tal-ekwipaġġ ta’ fuq l-art, tal-persunal li għandu f’idejh il-kontroll operattiv, tal-ћażna u l-wiri tar-rekords essenzjali u tal-ippjanar tat-titjiriet min-naħa tal-ekwipaġġi.

ORO.AOC.150   Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni

(a)

L-operatur gћandu jagћmel arranġamenti gћall-produzzjoni ta’ manwali u ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni oħra li hija meħtieġa u tal-emendi assoċjati magħhom.

(b)

L-operatur gћandu jkun kapaċi jqassam struzzjonijiet operattivi u informazzjoni oħra mingћajr dewmien.

IS-SUBPARTI MLR

MANWALI, ĠURNALI U REĠISTRI

ORO.MLR.100   Manwal tal-operat — punti ġenerali

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi manwal tal-operat (OM), hekk kif speċifikat fil-punt 8.b. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b)

Il-kontenut tal-OM għandu jirrifletti r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness, fl-Anness IV (il-Parti-CAT) u fl-Anness V (il-Parti-SPA), skont kif ikun applikabbli, u m’għandux imur kontra l-kundizzjonijiet mogħtija fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehmużin maċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (l-AOC).

(c)

L-OM jista’ jinħareġ f’diversi partijiet separati.

(d)

Il-persunal kollu tal-operazzjonijiet għandu jkollu aċċess faċli għall-partijiet tal-OM li huma rilevanti għall-kompiti tiegħu.

(e)

L-OM għandu jinżamm aġġornat. Il-persunal kollu għandu jiġi mgħarraf dwar il-bidliet li jkunu rilevanti għall-kompiti tiegħu.

(f)

Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jingħata kopja personali tat-taqsimiet rilevanti tal-OM li jkunu jikkonċernaw il-kompiti tiegħu. Kull detentur ta’ OM, jew ta’ partijiet xierqa minnu, għandu jkun responsabbli biex iżomm il-kopja tiegħu aġġornata bl-emendi jew ir-reviżjonijiet mogħtija mill-operatur.

(g)

Għad-detenturi ta’ AOC:

(1)

għall-emendi li jeħtieġ li jiġu nnotifikati skont il-punti ORO.GEN.115(b) u ORO.GEN.130(c), l-operatur għandu jibgħat l-emendi ppjanati lill-awtorità kompetenti, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom; u

(2)

għall-emendi ta’ proċeduri assoċjati ma’ oġġetti li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel skont il-punt ORO.GEN.130, l-approvazzjoni għandha tinkiseb qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ.

(h)

Minkejja l-punt (g), meta jkun hemm bżonn isiru emendi jew reviżjonijiet immedjati fl-interess tas-sikurezza, dawn jistgħu jiġu ppubblikati u applikati immedjatament, dejjem jekk tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni meħtieġa.

(i)

L-operatur għandu jinkludi l-emendi u r-reviżjonijiet kollha mitluba mill-awtorità kompetenti.

(j)

L-operatur għandu jiżgura li l-informazzjoni meħuda minn dokumenti approvati, u minn kwalunkwe emenda tagħhom, tidher b’mod korrett fl-OM. Dan ma jwaqqafx lill-operatur milli jippubblika dejta u proċeduri iktar konservattivi fl-OM.

(k)

L-operatur gћandu jiżgura li l-persunal kollu jkun kapaċi jifhem il-lingwa li fiha jkunu miktuba dawk il-partijiet tal-OM li jkunu jikkonċernaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu. Il-kontenut tal-OM għandu jkun ippreżentat f’forma li tista’ tintuża mingħajr diffikultajiet u li tħares il-prinċipji tal-fatturi umani.

ORO.MLR.101   Manwal tal-operat — struttura

L-istruttura ewlenija tal-OM għandha tkun kif ġej:

(a)

Parti A: Parti ġenerali/bażika, li tinkludi l-politiki, l-istruzzjonijiet u l-proċeduri operattivi kollha li mhumiex relatati mat-tip;

(b)

Parti B: Parti dwar il-kwistjonijiet tal-operat tal-inġenji tal-ajru, li tinkludi l-istruzzjonijiet u l-proċeduri kollha relatati mat-tip, li tqis id-differenzi bejn it-tipi/il-kategoriji, il-varjanti jew l-inġenji tal-ajru individwali użati mill-operatur;

(c)

Parti C: Parti dwar l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, li tinkludi l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar ir-rotta/ir-rwol/iż-żona u dwar l-ajrudrom/is-sit tal-operat;

(d)

Parti D: Parti dwar it-taħriġ, li tinkludi l-istruzzjonijiet kollha tat-taħriġ għall-persunal li huma meħtieġa għal operazzjonijiet sikuri.

ORO.MLR.105   Lista tat-tagħmir minimu

(a)

Għandha tiġi stabbilita lista tat-tagħmir minimu (MEL) kif speċifikat fil-punt 8.a.3. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ibbażata fuq il-lista rilevanti ta’ tagħmir minimu ta’ referenza (MMEL), kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003.

(b)

L-MEL u kull emenda tagħha għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

(c)

L-operatur għandu jemenda l-MEL wara li ssir kwalunkwe bidla applikabbli fl-MMEL, fil-limiti taż-żmien aċċettabbli.

(d)

Minbarra l-lista ta’ oġġetti, l-MEL għandha tinkludi:

(1)

preambolu, li jinkludi gwida u definizzjonijiet għall-ekwipaġġi tat-titjira u għall-persunal tal-manutenzjoni li jkunu qed jużaw l-MEL;

(2)

l-istat ta’ reviżjoni tal-MMEL li fuqha hi bbażata l-MEL u l-istat ta’ reviżjoni tal-MEL;

(3)

il-kamp ta’ applikazzjoni, l-estent u l-għan tal-MEL.

(e)

L-operatur għandu:

(1)

jistabbilixxi intervalli ta’ rettifika għal kull strument, oġġett tat-tagħmir jew funzjoni mniżżel/imniżżla fl-MEL li ma jaħdimx/ma taħdimx. L-intervall ta’ rettifika mogħti fl-MEL m’għandux ikun inqas restrittiv mill-intervall korrispondenti ta’ rettifika mogħti fl-MMEL;

(2)

jistabbilixxi programm effettiv ta’ rettifika;

(3)

iħaddem l-inġenju tal-ajru wara li jiskadi l-intervall ta’ rettifika speċifikat fl-MEL biss meta:

(i)

id-difett ikun tranġa; jew

(ii)

l-intervall ta’ rettifika jkun ġie estiż skont il-punt (f).

(f)

Suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ juża proċedura għall-estensjoni ta’ darba biss tal-intervalli ta’ rettifika tal-kategoriji B, C, u D, sakemm:

(1)

l-estensjoni tal-intervall ta’ rettifika tkun taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-MMEL għat-tip ta’ inġenju tal-ajru;

(2)

l-estensjoni tal-intervall ta’ rettifika tkun, bħala massimu, ta’ perjodu li jkun daqs l-intervall ta’ rettifika speċifikat fl-MEL;

(3)

l-estensjoni tal-intervall ta’ rettifika ma tintużax bħala mezz normali biex jitwettqu r-rettifiki ta’ oġġetti mniżżlin fl-MEL u tintuża biss meta avvenimenti li l-operatur ma jkollux kontroll fuqhom ikunu żammew ir-rettifika milli ssir;

(4)

l-operatur ikun stabbilixxa deskrizzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet speċifiċi għall-kontroll tal-estensjonijiet;

(5)

l-awtorità kompetenti tkun mgħarrfa dwar kwalunkwe estensjoni tal-intervall ta’ rettifika applikabbli; u

(6)

ikun ġie stabbilit pjan biex ir-rettifika titwettaq mill-aktar fis possibbli.

(g)

L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MEL, filwaqt li jqis il-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MMEL. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu parti mill-manwali tal-operatur jew mill-MEL.

(h)

L-operatur għandu jemenda l-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MEL wara li ssir kwanlunkwe bidla applikabbli fil-proċeduri operattivi u ta’ manutenzjoni msemmija fl-MMEL.

(i)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-MEL, l-operatur għandu jtemm:

(1)

il-proċeduri operattivi msemmija fl-MEL meta jkun qed jippjana għal oġġett imniżżel fil-lista li ma jkunx qed jaħdem u/jew meta jkun qed juża oġġett bħal dan; u

(2)

il-proċeduri ta’ manutenzjoni msemmija fl-MEL qabel ma juża l-oġġett imniżżel fil-lista li ma jkunx qed jaħdem.

(j)

Suġġett għal approvazzjoni speċifika ta’ każ b’każ min-naħa tal-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ jħaddem inġenju tal-ajru bi strumenti, oġġetti tat-tagħmir jew funzjonijiet li ma jkunux qed jaħdmu, b’mod li jmur lil hinn mil-limiti tal-MEL iżda li jħares il-limiti tal-MMEL, sakemm:

(1)

l-istrumenti, l-oġġetti tat-tagħmir jew il-funzjonijiet ikkonċernati jkunu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-MMEL, kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003;

(2)

l-approvazzjoni ma tintużax bħala mezz normali biex jitwettqu operazzjonijiet li jmorru lil hinn mil-limiti tal-MEL approvata, u tintuża biss meta avvenimenti li l-operatur ma jkollux kontroll fuqhom ikunu żammewh milli jikkonforma mal-MEL;

(3)

l-operatur ikun stabbilixxa deskrizzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet speċifiċi għall-kontroll tat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru skont din l-approvazzjoni; u

(4)

ikun ġie stabbilit pjan biex jitranġaw l-istrumenti, l-oġġetti tat-tagħmir jew il-funzjonijiet li ma jkunux qed jaħdmu jew biex it-tħaddim tal-inġenju tal-ajru jerġa’ jibda jsir skont il-limiti tal-MEL mill-aktar fis possibbli.

ORO.MLR.110   Ġurnal tal-vjaġġ

Għal kull titjira, jew għal kull serje ta’ titjiriet, għandhom jinżammu d-dettalji tal-inġenju tal-ajru, tal-ekwipaġġ tiegħu u ta’ kull vjaġġ, f’forma ta’ ġurnal tal-vjaġġ jew ta’ dokument ekwivalenti.

ORO.MLR.115   Żamma tar-rekords

(a)

Ir-rekords tal-attivitajiet imsemmija fil-punt ORO.GEN.200 għandhom jinżammu mill-inqas għal ħames (5) snin.

(b)

L-informazzjoni li ġejja, użata fil-preparazzjoni u t-twettiq ta’ titjira, u r-rapporti assoċjati magħha, għandhom jinħażnu għal tliet (3) xhur:

(1)

il-pjan operattiv tat-titjira, jekk dan ikun applikabbli;

(2)

l-avviż(i) speċifiċi dwar ir-rotta lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAM) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS), f’każ li dawn ikunu editjati mill-operatur;

(3)

id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa;

(4)

in-notifiki dwar tagħbija speċjali, inkluża l-informazzjoni bil-miktub lill-kmandant/lill-bdot fil-kmand dwar oġġetti perikolużi;

(5)

il-ġurnal tal-vjaġġ jew dokument ekwivalenti; u

(6)

ir-rapport(i) tat-titjira sabiex jiġu rreġistrati d-dettalji ta’ kwalunkwe okkorrenza jew ta’ kwalunkwe avveniment li l-kmandant/il-bdot fil-kmand iqis li huwa meħtieġ li jirrapporta jew jirreġistra.

(c)

Ir-rekords tal-persunal għandhom jinżammu għall-perjodi indikati hawn taħt:

Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira u attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

Sakemm il-membru tal-ekwipaġġ juża l-privileġġi tal-liċenzja jew tal-attestazzjoni għall-operatur tal-inġenju tal-ajru

Taħriġ, kontroll u kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ

Tliet (3) snin

Rekords dwar l-esperjenza riċenti tal-membri tal-ekwipaġġ

Ħmistax-il (15-il) xahar

Kompetenza tal-membru tal-ekwipaġġ marbuta mar-rotta u mal-ajrudrom/mal-kompitu u maż-żona, skont kif ikun xieraq

Tliet (3) snin

Taħriġ dwar l-oġġetti perikolużi, skont kif ikun xieraq

Tliet (3) snin

Rekords tat-taħriġ/tal-kwalifiki ta’ persunal ieħor li għalih huwa meħtieġ programm tat-taħriġ

L-aħħar żewġ rekords tat-taħriġ

(d)

L-operatur għandu:

(1)

iżomm rekords tat-taħriġ, tal-kontrolli u tal-kwalifiki kollha ta’ kull membru tal-ekwipaġġ, kif preskritt fil-Parti-ORO; u

(2)

iqiegħed dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat fuq talba tiegħu.

(e)

L-operatur għandu jżomm l-informazzjoni użata għall-preparazzjoni u t-twettiq ta’ titjira u r-rekords tat-taħriġ tal-persunal, anki jekk huwa ma jibqax l-operatur ta’ dak l-inġenju tal-ajru jew jekk ma jibqax iħaddem lil dak il-membru tal-ekwipaġġ, sakemm dan ikun fil-limiti taż-żmien preskritti fil-punt (c).

(f)

Jekk membru tal-ekwipaġġ isir membru tal-ekwipaġġ ta’ operatur ieħor, l-operatur għandu jqiegħed ir-rekords tal-membru tal-ekwipaġġ għad-dispożizzjoni tal-operatur il-ġdid, sakemm dan ikun fil-limiti taż-żmien preskritti fil-punt (c).

IS-SUBPARTI SEC

SIGURTÀ

ORO.SEC.100.A   Sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira

(a)

F’ajruplan li jkun mgħammar b’bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, dan il-bieb għandu jkun jista’ jissakkar, u għandhom ikunu pprovduti mezzi li bihom l-ekwipaġġ tal-kabina jkun jista’ jinnotifika lill-ekwipaġġ tat-titjira f’każ ta’ attività suspettuża jew ta’ ksur tar-regoli tas-sigurtà fil-kabina.

(b)

L-ajruplani kollha għall-ġarr tal-passiġġieri li jkollhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ li taqbeż il-45 500 kilogramm, jew li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 60 sit, li jintużaw fit-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, għandhom ikunu mgħammra b’bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira approvat, li jkun jista’ jissakkar u jinfetaħ mill-post ta’ kull bdot u li hu ddisinjat biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

(c)

Fl-ajruplani kollha li jkunu mgħammra b’bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira skont il-punt (b) t’hawn fuq:

(1)

dan il-bieb għandu jingħalaq qabel ma tinxtegħel il-magna għat-tlugħ u għandu jissakkar meta dan ikun meħtieġ mill-proċeduri tas-sigurtà jew mill-bdot fil-kmand sakemm il-magna tintefa’ wara l-inżul, ħlief meta jitqies li huwa meħtieġ li persuni awtorizzati jidħlu jew joħorġu mill-kabina, f’konformità mal-programmi nazzjonali għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili; u

(2)

għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-monitoraġġ taż-żona kollha tal-bieb li tkun tinsab ‘il barra mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira minn kull post tal-bdot, sabiex ikunu identifikati l-persuni li jitolbu li jidħlu fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u sabiex tkun identifikata mġiba suspettuża jew theddida potenzjali.

ORO.SEC.100.H   Sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira

Jekk ikun installat, il-bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira f’ħelikopter imħaddem bil-għan li jinġarru l-passiġġieri, għandu jkun jista’ jissakkar minn ġewwa l-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex ikun evitat kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat.

IS-SUBPARTI FC

EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA

ORO.FC.005   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-operatur li jkun qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru għandu jissodisfa b’rabta mal-kwalifiki, l-esperjenza u t-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira.

ORO.FC.100   Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira

(a)

Il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ tat-titjira f’postijiet magħżula tal-ewkipaġġ m’għandhomx ikunu inqas mill-kompożizzjoni u l-għadd minimi speċifikati fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru jew fil-limitazzjonijiet operattivi preskritti għall-inġenju tal-ajru.

(b)

L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jinkludi membri addizzjonali tal-ekwipaġġ tat-titjira meta t-tip ta’ operazzjoni tkun teħtieġ dan, u l-għadd ta’ membri m’għandux jitnaqqas għal inqas mill-għadd speċifikat fil-manwal tal-operat.

(c)

Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkollhom liċenzja u klassifikazzjonijiet maħruġin jew aċċettati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (6) u li jkunu xierqa għall-kompiti assenjati lilhom.

(d)

Waqt it-titjira, membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jista’ jinbidel minn membru ieħor tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq għall-qadi tal-kompiti tiegħu mal-kontrolli.

(e)

Meta juża s-servizzi ta’ membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu jaħdmu bħala ħaddiema indipendenti jew ħaddiema part-time, l-operatur għandu jivverifika li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ din is-Subparti u mal-elementi rilevanti tal-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, inklużi r-rekwiżiti dwar l-esperjenza riċenti, filwaqt li jqis is-servizzi kollha mogħtija mill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira lil operatur(i) ieħor/oħrajn, biex jistabbilixxi, b’mod partikulari:

(1)

l-għadd totali ta’ tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru mħaddmin; u

(2)

il-limitazzjonijiet applikabbli fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ applikabbli.

ORO.FC.105   Ħatra bħala bdot fil-kmand/kmandant

(a)

Skont il-punt 8.e tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-operatur għandu jaħtar bdot wieħed minn fost l-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun ikkwalifikat bħala bdot fil-kmand skont l-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, bħala bdot fil-kmand/kmandant.

(b)

L-operatur għandu jaħtar biss membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand/kmandant jekk dan:

(1)

ikollu l-livell minimu ta’ esperjenza speċifikat fil-manwal tal-operat;

(2)

ikollu għarfien xieraq tar-rotta jew taż-żona li fiha se jittajjar l-inġenju tal-ajru u tal-ajrudromi, inklużi l-ajrudromi alternattivi, u tal-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw;

(3)

fil-każ ta’ operazzjonijiet b’diversi ekwipaġġi, ikun lesta kors tal-kmand organizzat mill-operatur jekk ikun qed jitla’ mill-grad ta’ kobdot għall-grad ta’ bdot fil-kmand/kmandant.

(c)

Il-bdot fil-kmand/il-kmandant jew il-bdot li lilu tista’ tingħata t-tmexxija tat-titjira, għandu jkun ingħata taħriġ ta’ familjarizzazzjoni inizjali mar-rotta jew maż-żona li fiha se jittajjar l-inġenju tal-ajru u mal-ajrudromi, il-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw. Dan l-għarfien tar-rotta/taż-żona u tal-ajrudrom għandu jinżamm billi, mill-inqas darba f’perjodu ta’ 12-il xahar, jopera fuq ir-rotta jew iż-żona partikulari jew lejn l-ajrudrom partikulari.

(d)

Il-punt (c) m’għandux japplika fil-każ ta’ ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B li jkunu involuti f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jsiru skont il-VFR bi nhar.

ORO.FC.110   Inġinier tat-titjira

Meta post separat għall-inġinier tat-titjira jkun inkorporat fid-disinn ta’ ajruplan, l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jinkludi membru wieħed tal-ekwipaġġ li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

ORO.FC.115   Taħriġ fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM)

(a)

Qabel ma jibda jaħdem, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun irċieva taħriġ fis-CRM li jkun adattat għar-rwol tiegħu, hekk kif speċifikat fil-manwal tal-operat.

(b)

Elementi tat-taħriġ dwar is-CRM għandhom jiġu inklużi fit-taħriġ dwar it-tip jew il-kategorija tal-inġenji tal-ajru u fit-taħriġ rikorrenti, kif ukoll fil-kors tal-kmand.

ORO.FC.120   Taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur

(a)

Fil-każ ta’ operazzjonijiet b’ajruplan jew b’ħelikopter, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm il-kors tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur qabel ma jibda t-titjir tal-linja tal-ajru bla superviżjoni:

(1)

meta jaqleb għal inġenju tal-ajru li jkun jeħtieġ klassifikazzjoni ġdida tal-kategorija jew tat-tip;

(2)

meta jingħaqad ma’ operatur.

(b)

Il-kors tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur għandu jinkludi taħriġ fuq it-tagħmir installat fuq l-inġenju tal-ajru, skont kif ikun rilevanti għar-rwol tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira.

ORO.FC.125   Taħriġ dwar id-differenzi u taħriġ ta’ familjarizzazzjoni

(a)

Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom itemmu taħriġ dwar id-differenzi jew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni meta dan ikun meħtieġ skont l-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 u meta jaqilbu għal tagħmir jew proċeduri li jeħtieġu għarfien addizzjonali fuq it-tipi jew il-varjanti li jkunu qed jitħaddmu attwalment.

(b)

Il-manwal tal-operat għandu jispeċifika meta huwa meħtieġ dan it-taħriġ dwar id-differenzi jew dan it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni.

ORO.FC.130   Taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari

(a)

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm taħriġ rikorrenti annwali dwar il-proċeduri ta’ fuq l-art u dwar it-titjira li jkun rilevanti għat-tip jew il-varjant ta’ inġenju tal-ajru li jaħdem fuqu, inkluż taħriġ dwar fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun qiegħed jinġarr abbord u dwar kif jintuża dan it-tagħmir.

(b)

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jiġi kkontrollat b’mod regolari sabiex juri li huwa kapaċi jwettaq il-proċeduri normali, mhux normali u ta’ emerġenza.

ORO.FC.135   Kwalifika tal-bdot sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-bdot

Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jistgħu jkunu assenjati sabiex jaħdmu fi kwalunkwe sit tal-bdot għandhom itemmu taħriġ u kontrolli xierqa, kif speċifikat fil-manwal tal-operat.

ORO.FC.140   Operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru

(a)

Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jħaddmu iktar minn tip wieħed jew varjant wieħed ta’ inġenju tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti preskritti f’din is-Subparti għal kull tip jew varjant, ħlief jekk il-krediti relatati mar-rekwiżiti tat-taħriġ, tal-kontrolli u tal-esperjenza riċenti jkunu ddefiniti fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 għat-tipi u l-varjanti rilevanti.

(b)

Il-proċeduri x-xierqa u/jew ir-restrizzjonijiet operattivi għal kwalunkwe operazzjoni fuq iktar minn tip wieħed jew minn varjant wieħed għandhom ikunu speċifikati fil-manwal tal-operat.

ORO.FC.145   Forniment tat-taħriġ

(a)

It-taħriġ kollu meħtieġ skont din is-Subparti għandu jitwettaq:

(1)

skont il-programmi u s-sillabi tat-taħriġ stabbiliti mill-operatur fil-manwal tal-operat;

(2)

minn persunal ikkwalifikat kif xieraq. Fil-każ ta’ taħriġ u kontrolli tat-titjir u tas-simulazzjoni tat-titjir, il-persunal li jkun qed jipprovdi t-taħriġ u li jwettaq il-kontrolli għandu jkun ikkwalifikat skont l-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(b)

Meta jkun qed jistabbilixxi l-programmi u s-sillabi tat-taħriġ, l-operatur għandu jinkludi l-elementi obbligatorji għat-tip rilevanti kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003.

(c)

Il-programmi tat-taħriġ u ta’ kontrolli, inklużi s-sillabi u l-użu ta’ tagħmir individwali tat-taħriġ għas-simulazzjoni tat-titjir (FSTD), għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

(d)

Sa fejn ikun possibbli, l-FSTD għandu jirreplika l-inġenju tal-ajru użat mill-operatur. Id-differenzi bejn l-FSTD u l-inġenju tal-ajru għandhom ikunu deskritti u indirizzati permezz ta’ taħriġ jew l-għoti tal-informazzjoni, kif ikun xieraq.

(e)

L-operatur għandu jistabbilixxi sistema biex jissorvelja b’mod xieraq il-bidliet fl-FSTD u biex jiżgura li dawn il-bidliet ma jaffettwawx l-adegwatezza tal-programmi tat-taħriġ.

ORO.FC.200   Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira

(a)

Fi kwalunkwe ekwipaġġ tat-titjira, m’għandux ikun hemm iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira mingħajr esperjenza.

(b)

Il-kmandant jista’ jiddelega t-tmexxija tat-titjira lil bdot ieħor ikkwalifikat b’mod xieraq skont l-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, sakemm jitħarsu r-rekwiżiti tal-punti ORO.FC.105(b)(1), (b)(2) u (c).

(c)

Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjonijiet b’ajruplan imwettqin skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) jew billejl.

(1)

L-għadd minimu ta’ ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun ta’ żewġ bdoti għall-ajruplani kollha li jaħdmu b’turboskrun li għandhom konfigurazzjoni massima operattiva ta’ sits tal-passiġġieri (MOPSC) ta’ iktar minn disa’ sits u għall-ajruplani kollha li jaħdmu b’turboġett.

(2)

L-ajruplani l-oħra minbarra dawk koperti mill-punt (c)(1) għandhom jitħaddmu b’ekwipaġġ minimu ta’ żewġ bdoti, sakemm ma jitħarsux ir-rekwiżiti tal-punt ORO.FC.202, f’liema każ jistgħu jitħaddmu minn bdot wieħed.

(d)

Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter.

(1)

Għall-operazzjonijiet kollha mwettqin b’ħelikopters li għandhom MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit u għall-operazzjonijiet imwettqin skont l-IFR b’ħelikopters li għandhom MOPSC ta’ iktar minn 9 sits:

(i)

l-għadd minimu ta’ ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun ta’ żewġ bdoti; u

(ii)

il-kmandant għandu jkollu liċenzja ta’ bdot ta’ trasport bl-ajru (għall-ħelikopters) (ATPL(H)) bi klassifikazzjoni tal-istrumenti maħruġa skont l-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(2)

L-operazzjonijiet li mhumiex koperti mill-punt (d)(1) jistgħu jitħaddmu minn bdot wieħed skont l-IFR jew billejl, sakemm jitħarsu r-rekwiżiti tal-punt ORO.FC.202.

ORO.FC.A.201   Tibdil tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira waqt it-titjira

(a)

Il-kmandant jista’ jiddelega t-tmexxija tat-titjira:

(1)

lil kmandant ikkwalifikat ieħor; jew

(2)

għal operazzjonijiet ‘il fuq minn livell tat-titjir (FL) 200 biss, lil bdot li jkollu l-kwalifiki minimi li ġejjin:

(i)

ATPL;

(ii)

taħriġ ta’ adattament u kontrolli, inkluż taħriġ dwar il-klassifikazzjoni tat-tip, skont il-punt ORO.FC.220;

(iii)

it-taħriġ rikorrenti kollu u l-kontrolli regolari kollha skont il-punti ORO.FC.230 u ORO.FC.240;

(iv)

kompetenza b’rabta mar-rotta/maż-żona u mal-ajrudrom, skont il-punt ORO.FC.105.

(b)

Il-kobdot jista’ jinbidel:

(1)

minn bdot ieħor ikkwalifikat b’mod xieraq; jew

(2)

għall-operazzjonijiet ‘il fuq minn FL 200 biss, minn kobdot ta’ sostituzzjoni waqt it-titjir fl-istess livell (“cruising”) li jkollu l-kwalifiki minimi li ġejjin:

(i)

liċenzja valida ta’ bdot kummerċjali (CPL) bi klassifikazzjoni tal-istrumenti;

(ii)

taħriġ ta’ adattament u kontrolli, inkluż taħriġ dwar il-klassifikazzjoni tat-tip, skont il-punt ORO.FC.220, ħlief għar-rekwiżiti marbutin mat-taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul;

(iii)

taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari skont il-punt ORO.FC.230, ħlief għar-rekwiżiti marbutin mat-taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul.

(c)

Inġinier tat-titjira jista’ jinbidel waqt it-titjira minn membru tal-ekwipaġġ ikkwalifikat b’mod xieraq skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

ORO.FC.202   Operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR jew billejl

Sabiex ikunu jistgħu jitwettqu titjiriet skont l-IFR jew billejl b’għadd minimu ta’ ekwipaġġ tat-titjira ta’ bdot wieħed, kif previst fil-punti ORO.FC.200(c)(2) u (d)(2), għandhom jitħarsu l-affarijiet li ġejjin:

(a)

L-operatur għandu jinkludi, fil-manwal tal-operat, programm ta’ taħriġ rikorrenti u ta’ taħriġ ta’ adattament għall-bdoti, li jinkludi r-rekwiżiti addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed. Il-bdot għandu jkun wettaq taħriġ dwar il-proċeduri tal-operatur, b’mod partikulari dwar:

(1)

il-ġestjoni tal-magni u l-immaniġġjar tal-emerġenzi;

(2)

l-użu ta’ listi ta’ kontroll normali, mhux normali u ta’ emerġenza;

(3)

il-komunikazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC);

(4)

il-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament;

(5)

il-ġestjoni tal-awtobdot, jekk dan ikun applikabbli;

(6)

l-użu ta’ dokumentazzjoni ssimplifikata waqt it-titjira;

(7)

il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ ta’ bdot wieħed.

(b)

Il-kontrolli rikorrenti meħtieġa skont il-punt ORO.FC.230 għandhom jitwettqu fir-rwol ta’ bdot wieħed fuq it-tip jew il-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti f’ambjent li jirrappreżenta ‘l dak tal-operazzjoni.

(c)

Għall-operazzjonijiet b’ajruplan imwettqin skont l-IFR, il-bdot għandu:

(1)

jkollu għadd minimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin tat-titjir skont l-IFR fuq it-tip jew il-kategorija ta’ ajruplan rilevanti, li 10 sigħat minnhom ikunu bħala kmandant; u

(2)

jkun temm, matul id-90 jum ta’ qabel, fuq it-tip jew il-kategorija ta’ ajruplan rilevanti:

(i)

ħames titjiriet bl-IFR, inklużi tliet avviċinamenti bl-istrumenti, li matulhom kien l-uniku bdot abbord; jew

(ii)

kontroll tal-avviċinament bi strument skont l-IFR.

(d)

Għall-operazzjonijiet b’ajruplan imwettqin billejl, il-bdot għandu:

(1)

jkollu għadd minimu ta’ 15-il siegħa ta’ ħin tat-titjir billejl, li jistgħu jkunu inklużi fil-50 siegħa ta’ ħin tat-titjir skont l-IFR imsemmija fil-punt (c)(1); u

(2)

jkun temm, matul id-90 jum ta’ qabel, fuq it-tip jew il-kategorija ta’ ajruplan rilevanti:

(i)

tliet proċeduri ta’ tlugħ u nżul billejl li matulhom kien l-uniku bdot abbord; jew

(ii)

kontroll tat-tlugħ u l-inżul billejl.

(e)

Għall-operazzjonijiet b’ħelikopter imwettqin skont l-IFR, il-bdot għandu:

(1)

jkollu għadd totali ta’ 25 siegħa esperjenza ta’ titjir bl-IFR fl-ambjent operattiv rilevanti; u

(2)

jkollu 25 siegħa esperjenza ta’ titjir bħala l-uniku bdot abbord fuq it-tip ta’ ħelikopter speċifiku approvat għal titjir skont l-IFR bi bdot wieħed abbord, li 10 sigħat minnhom jistgħu jkunu magħmulin taħt superviżjoni, inklużi ħames setturi ta’ titjir tal-linja tal-ajru skont l-IFR taћt superviżjoni bl-użu tal-proċeduri ta’ bdot wieħed; u

(3)

jkun temm, matul id-90 jum ta’ qabel:

(i)

ħames titjiriet bl-IFR bħala l-uniku bdot abbord, inklużi tliet avviċinamenti bl-istrumenti, imwettqin b’ħelikopter approvat għal dan il-għan; jew

(ii)

kontroll tal-avviċinament bi strument skont l-IFR bħala l-uniku bdot abbord fuq it-tip ta’ ħelikopter rilevanti, fuq it-tagħmir għat-taħriġ fit-titjir (FTD) jew fuq is-simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS).

ORO.FC.205   Kors tal-kmand

(a)

Għall-operazzjonijiet b’ajruplan u bil-ħelikopter, il-kors tal-kmand għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(1)

it-taħriġ f’FSTD, li jinkludi t-taħriġ fit-titjir orjentat lejn it-titjir tal-linja tal-ajru(LOFT) u/jew it-taħriġ fit-titjir;

(2)

il-kontroll tal-ħiliet min-naħa tal-operatur li jkun qed jaħdem bħala kmandant;

(3)

taħriġ fir-responsabbiltajiet tal-kmand;

(4)

it-taħriġ fit-titjir tal-linja tal-ajru bħala kmandant taħt superviżjoni, għal għadd minimu ta’:

(i)

10 setturi tat-titjir, fil-każ tal-ajruplani; u

(ii)

10 sigħat, inklużi mill-inqas 10 setturi tat-titjir, fil-każ tal-ħelikopters;

(5)

it-twettiq ta’ kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru bħala kmandant u l-wiri ta’ għarfien xieraq tar-rotta jew taż-żona li fiha se jittajjar l-inġenju tal-ajru u tal-ajrudromi, inklużi l-ajrudromi alternattivi, u tal-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw; u

(6)

taħriġ fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ.

ORO.FC.215   Taħriġ inizjali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM) tal-operatur

(a)

Il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun temm kors ta’ taħriġ inizjali fis-CRM qabel ma jibda t-titjir tal-linja tal-ajru bla superviżjoni.

(b)

It-taħriġ inizjali fis-CRM għandu jingħata mill-inqas minn għalliem wieħed tas-CRM ikkwalifikat b’mod xieraq li jista’ jkun megħjun minn esperti sabiex jindirizza oqsma speċifiċi.

(c)

Jekk il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx irċieva taħriġ teoretiku fil-fatturi umani sal-livell tal-ATPL qabel, dan għandu jlesti, qabel jew flimkien mat-taħriġ inizjali fis-CRM, kors teoretiku mogħti mill-operatur u bbażat fuq is-sillabu tal-prestazzjoni u l-limitazzjonijiet umani għall-ATPL, kif stabbilit fl-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

ORO.FC.220   Taħriġ ta’ adattament u kontrolli tal-operatur

(a)

It-taħriġ fis-CRM għandu jkun integrat fil-kors tat-taħriġ ta’ adattament tal-operatur.

(b)

Ladarba jkun beda kors ta’ adattament tal-operatur, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira m’għandux ikun assenjat kompiti ta’ titjir fuq tipi jew kategoriji ta’ inġenji tal-ajru oħrajn sakemm il-kors ikun tlesta jew intemm. Il-membri tal-ekwipaġġ li jħaddmu ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B biss jistgħu jiġu assenjati għal titjiriet fuq tipi ta’ ajruplani oħrajn tal-kategorija tal-prestazzjoni B matul il-korsijiet ta’ adattament, safejn ikun meħtieġ sabiex tinżamm l-operazzjoni.

(c)

L-ammont ta’ taħriġ meħtieġ mill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira b’rabta mal-kors ta’ adattament tal-operatur għandu jiġi stabbilit skont l-istandards tal-kwalifiki u tal-esperjenza speċifikati fil-manwal tal-operat, filwaqt li jitqiesu t-taħriġ u l-esperjenza preċedenti tiegħu.

(d)

Il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm:

(1)

il-kontroll tal-ħiliet min-naħa tal-operatur u t-taħriġ dwar it-tagħmir tas-sikurezza u tal-emerġenza u l-kontrolli assoċjati miegħu qabel ma jibda t-titjir tal-linja tal-ajru taћt superviżjoni (LIFUS); u

(2)

il-kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru mat-tmiem tat-titjir tal-linja tal-ajru taħt superviżjoni. Għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, il-LIFUS jista’ jitwettaq fuq kwalunkwe ajruplan tal-kategorija applikabbli.

(e)

Fil-każ tal-ajruplani, il-bdoti li tkun inħarġitilhom klassifikazzjoni tat-tip ibbażata fuq kors tat-taħriġ bl-ebda ħin tat-titjir (ZFTT) għandhom:

(1)

jibdew it-titjir tal-linja tal-ajru taħt superviżjoni mhux iktar tard minn 21 jum wara li jlestu t-test tal-ħiliet jew wara li jsegwu taħriġ xieraq mogħti mill-operatur. Il-kontenut ta’ dan it-taħriġ għandu jkun deskritt fil-manwal tal-operat;

(2)

mhux iktar tard minn 21 ġurnata wara li jlestu t-test tal-ħiliet, jitilqu u jinżlu sitt darbiet f’FSTD taħt is-superviżjoni ta’ għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip għall-ajruplani (TRI(A)), li jkun bilqiegħda fis-sit tal-bdot l-ieħor. L-għadd ta’ tlugħ u nżul jista’ jitnaqqas meta l-krediti jkunu ddefiniti fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003. Jekk dawn il-proċeduri ta’ tlugħ u nżul ma jitwettqux fi żmien 21 ġurnata, l-operatur għandu jipprovdi taħriġ ta’ aġġornament. Il-kontenut ta’ dan it-taħriġ għandu jkun deskritt fil-manwal tal-operat;

(3)

iwettqu l-ewwel erba’ proċeduri ta’ tlugħ u nżul tal-LIFUS fl-ajruplan taħt is-superviżjoni ta’ TRI(A) li jkun bilqiegħda fis-sit tal-bdot l-ieħor. L-għadd ta’ tlugħ u nżul jista’ jitnaqqas meta l-krediti jkunu ddefiniti fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003.

ORO.FC.230   Taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari

(a)   Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari li jkunu rilevanti għat-tip jew il-varjant ta’ inġenju tal-ajru li jaħdem fuqu.

(b)   Kontroll tal-ħiliet min-naħa tal-operatur

(1)

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira, bħala membru li jifforma parti mill-ekwipaġġ normali, għandhom isirulu kontrolli tal-ħiliet organizzati mill-operatur sabiex juri li huwa kapaċi jwettaq il-proċeduri normali, mhux normali u ta’ emerġenza.

(2)

Meta l-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jkun se jkun meħtieġ jaħdem skont l-IFR, il-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur għandu jitwettaq mingħajr referenzi viżwali esterni, kif ikun xieraq.

(3)

Il-perjodu ta’ validità tal-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur għandu jkun ta’ sitt (6) xhur tal-kalendarju. Għal operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar b’ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, li jitwettqu matul staġuni li ma jkunux itwal minn tmien (8) xhur konsekuttivi, kontroll tal-ħiliet wieħed organizzat mill-operatur għandu jkun biżżejjed. Il-kontroll tal-ħiliet gћandu jitwettaq qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

(4)

Il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira involut f’operazzjonijiet matul il-jum u fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali li jitwettqu b’ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, jista’ jwettaq il-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur f’wieħed biss mit-tipi rilevanti li dan għandu fil-pussess tiegħu. Il-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur għandu jitwettaq kull darba fuq it-tip li jkun ilu ma jintuża l-iżjed għall-kontroll tal-ħiliet. It-tipi ta’ ħelikopters rilevanti li jistgħu jinġabru fi grupp wieħed għall-għanijiet tal-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur għandhom jiġu inklużi fil-manwal tal-operat.

(5)

Minkejja l-punt ORO.FC.145(a)(2), għal operazzjonijiet li jitwettqu matul il-jum u fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali b’ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, u għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, il-kontroll jista’ jitwettaq minn kmandant ikkwalifikat b’mod xieraq maħtur mill-operatur, li jkun tħarreġ fil-kunċetti tas-CRM u fil-valutazzjoni tal-ħiliet tas-CRM. L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-persuni maħtura.

(c)   Kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru

(1)

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jwettaq kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru fuq l-inġenju tal-ajru biex juri li huwa kapaċi jwettaq l-operazzjonijiet normali tat-titjir tal-linja tal-ajru li huma deskritti fil-manwal tal-operat. Il-perjodu ta’ validità tal-kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.

(2)

Minkejja l-punt ORO.FC.145(a)(2), il-kontrolli tat-titjir tal-linja tal-ajru jistgħu jitwettqu minn kmandant ikkwalifikat b’mod xieraq maħtur mill-operatur, li jkun tħarreġ fil-kunċetti tas-CRM u fil-valutazzjoni tal-ħiliet tas-CRM.

(d)   Taħriġ dwar it-tagħmir tas-sikurezza u tal-emerġenza u l-kontrolli assoċjati miegħu

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm taħriġ dwar fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun qiegħed jinġarr abbord u dwar kif jintuża dan it-tagħmir u l-kontrolli assoċjati ma’ dan it-tagħmir. Il-perjodu ta’ validità tal-kontroll dwar it-tagħmir tal-emerġenza u tas-sikurezza għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.

(e)   Taħriġ fis-CRM

(1)

L-elementi tas-CRM għandhom jiġu integrati fil-fażijiet kollha x-xierqa tat-taħriġ rikorrenti.

(2)

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jattendi għal taħriġ modulari speċifiku fis-CRM. Is-suġġetti ewlenin kollha tat-taħriġ fis-CRM għandhom ikunu koperti billi s-sessjonijiet ta’ taħriġ modulari jitqassmu b’mod kemm jista’ jkun uniformi matul kull perjodu ta’ tliet snin.

(f)   Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jattendi għal taħriġ dwar il-proċeduri ta’ fuq l-art u għal taħriġ fit-titjir f’FSTD jew f’inġenju tal-ajru, jew għal taħriġ li jkun jikkombina t-taħriġ b’FSTD u f’inġenju tal-ajru, tal-inqas kull tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju.

(g)   Il-perjodi ta’ validità msemmija fil-punti (b)(3), (c) u (d) għandhom ikunu magħduda mill-aħħar tax-xahar meta jkun twettaq il-kontroll.

(h)   Meta t-taħriġ jew il-kontrolli meħtieġa hawn fuq isiru matul l-aħħar tliet (3) xhur tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd mid-data tal-iskadenza oriġinali.

ORO.FC.235   Kwalifika tal-bdot sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-bdot

(a)

Il-kmandanti li l-kompiti jeħtiġuhom jaħdmu fi kwalunkwe sit tal-bdot u jaqdu l-kompiti ta’ kobdot, jew il-kmandanti li huma meħtieġa jwettqu taħriġ jew kompiti ta’ kontroll, għandhom itemmu taħriġ u kontrolli addizzjonali, hekk kif speċifikat fil-manwal tal-operat. Il-kontroll jista’ jitwettaq flimkien mal-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur preskritt fil-punt ORO.FC.230(b).

(b)

It-taħriġ u l-kontrolli addizzjonali għandhom jinkludu mill-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(1)

ħsara fil-magna matul it-tlugħ;

(2)

avviċinament u tidwir b’magna waħda wieqfa; u

(3)

inżul b’magna waħda wieqfa.

(c)

Fil-każ tal-ħelikopters, il-kmandanti għandhom ilestu wkoll il-kontrolli tal-ħiliet tagħhom minn fuq is-sits tan-naħa tax-xellug u tal-lemin, fuq kontrolli tal-ħiliet alternattivi, dejjem jekk, meta l-kontroll tal-ħiliet tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun kkombinat mal-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur, il-kmandant iwettaq it-taħriġ jew il-kontrolli tiegħu mis-sit li juża normalment.

(d)

Meta f’inġenju tal-ajru jitwettqu manuvri bil-magna mitfija, il-ħsara fil-magna għandha tkun simulata.

(e)

Barra minn hekk, meta wieħed jaħdem mis-sit tal-kobdot, il-kontrolli meħtieġa skont il-punt ORO.FC.230 sabiex dak li jkun jaħdem mis-sit tal-kmandant għandhom ikunu validi u kurrenti.

(f)

Il-bdot li jieħu post il-kmandant għandu jkun wera, flimkien mal-kontrolli tal-ħiliet organizzati mill-operatur preskritti fil-punt ORO.FC.230(b), prattika ta’ eżerċizzji u proċeduri, li normalment, ma jkunux fir-responsabbiltà tiegħu. Meta d-differenzi bejn is-sits tan-naħa tax-xellug u tal-lemin ma jkunux sinifikanti, il-prattika tista’ titwettaq fi kwalunkwe sit.

(g)

Il-bdot, li ma jkunx il-kmandant li jokkupa s-sit tal-kmandant, għandu juri prattika ta’ eżerċizzji u proċeduri, flimkien mal-kontrolli tal-ħiliet organizzati mill-operatur preskritti fil-punt ORO.FC.230(b), li huma r-responsabbiltà tal-kmandant li jaġixxi bħala bdot li ma jissorvelja. Meta d-differenzi bejn is-sits tan-naħa tax-xellug u tal-lemin ma jkunux sinifikanti, il-prattika tista’ titwettaq fi kwalunkwe sit.

ORO.FC.240   Operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru

(a)

Il-proċeduri jew ir-restrizzjonijiet operattivi għall-operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru, li huma stabbiliti fil-manwal tal-operat u approvati mill-awtorità kompetenti, għandhom ikopru:

(1)

il-livell minimu ta’ esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(2)

il-livell minimu ta’ esperjenza fuq tip jew varjant wieħed qabel ma jinbeda t-taħriġ fuq tip jew varjant ieħor u t-tħaddim ta’ dan it-tip jew il-varjant l-ieħor;

(3)

il-proċess li bih l-ekwipaġġ tat-titjira kkwalifikat f’tip jew varjant wieħed se jitħarreġ fuq tip jew varjant ieħor u jiġi kkwalifikat fih; u

(4)

ir-rekwiżiti applikabbli kollha tal-esperjenza riċenti għal kull tip jew varjant.

(b)

Meta membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem kemm ħelikopters kif ukoll ajruplani, dak il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira partikulari għandu jkun limitat għall-operazzjonijiet fuq tip ta’ ajruplan wieħed u tip ta’ ħelikopter wieħed biss.

(c)

Il-punt (a) m’għandux japplika għall-operazzjonijiet b’ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, jekk dawn ikunu limitati gћall-kategoriji ta’ ajruplani li jaħdmu b’magni bil-pistuni u bi bdot wieћed li jwettqu titjir skont il-VFR binhar. Il-punt (b) m’għandux japplika għall-operazzjonijiet b’ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, jekk dawn ikunu limitati gћall-kategoriji ta’ ajruplani li jaħdmu b’magni bil-pistuni u bi bdot wieћed.

ORO.FC.A.245   Programm alternattiv tat-taħriġ u tal-kwalifiki

(a)

L-operatur ta’ ajruplan li jkollu esperjenza xierqa jista’ jibdel wieħed jew iktar mir-rekwiżiti tat-taћriġ u ta’ kontroll li ġejjin għall-ekwipaġġ tat-titjira bi programm alternattiv tat-taħriġ u tal-kwalifiki (ATQP), li jkun approvat mill-awtorità kompetenti:

(1)

il-punt SPA.LVO.120 dwar it-taħriġ u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(2)

it-taħriġ ta’ adattament u l-kontrolli;

(3)

it-taħriġ dwar id-differenzi u taħriġ ta’ familjarizzazzjoni;

(4)

il-kors tal-kmand;

(5)

it-taħriġ rikorrenti u l-kontrolli regolari; u

(6)

l-operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru.

(b)

L-ATQP għandu jinkludi t-taħriġ u l-kontrolli li jistabbilixxu u jżommu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ ħiliet miksuba billi jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punti ORO.FC.220 u ORO.FC.230. Il-livell ta’ ħiliet tat-taħriġ u tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom jintwerew qabel ma tingħata l-approvazzjoni għall-ATQP mill-awtorità kompetenti.

(c)

L-operatur li jkun qed japplika għall-approvazzjoni għall-ATQP għandu jagħti lill-awtorità kompetenti pjan ta’ implimentazzjoni li jinkludi deskrizzjoni tal-livell ta’ ħiliet tat-taħriġ u tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira li għandu jintlaħaq.

(d)

Minbarra l-kontrolli meħtieġa skont il-punti ORO.FC.230 u FCL.060 tal-Anness I (il-Parti-FCL) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jtemm evalwazzjoni orjentata lejn it-titjir tal-linja tal-ajru (LOE) imwettqa f’FSTD. Il-perjodu ta’ validità ta’ LOE għandu jkun ta’ tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju. Il-perjodu ta’ validità għandu jingħadd mill-aħħar tax-xahar meta jkun twettaq il-kontroll. Meta l-LOE ssir matul l-aħħar tliet (3) xhur tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd mid-data tal-iskadenza oriġinali.

(e)

Wara sentejn ta’ operat b’ATQP approvat, l-operatur jista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jestendi l-perjodi ta’ validità tal-kontrolli msemmija fil-punt ORO.FC.230 kif ġej:

(1)

il-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur għal tnax-il (12-il) xahar tal-kalendarju. Il-perjodu ta’ validità għandu jingħadd mill-aħħar tax-xahar meta jkun twettaq il-kontroll. Meta l-kontroll isir matul l-aħħar tliet (3) xhur tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd mid-data tal-iskadenza oriġinali;

(2)

il-kontroll tat-titjir tal-linja tal-ajru għal 24 xahar tal-kalendarju. Il-perjodu ta’ validità għandu jingħadd mill-aħħar tax-xahar meta jkun twettaq il-kontroll. Meta l-kontroll isir matul l-aħħar sitt (6) xhur tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd mid-data tal-iskadenza oriġinali;

(3)

il-kontroll dwar it-tagħmir tal-emerġenza u tas-sikurezza għal 24 xahar tal-kalendarju. Il-perjodu ta’ validità għandu jingħadd mill-aħħar tax-xahar meta jkun twettaq il-kontroll. Meta l-kontroll isir matul l-aħħar sitt (6) xhur tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd mid-data tal-iskadenza oriġinali.

ORO.FC.A.250   Kmandanti li għandhom CPL(A)

(a)

Id-detentur ta’ CPL(A) (għall-ajruplani) għandu jaġixxi biss bħala kmandant ta’ ajruplan bi bdot wieħed użat għat-trasport kummerċjali bl-ajru jekk:

(1)

meta jkun qed iġorr passiġġieri b’titjir skont il-VFR, barra raġġ ta’ 50 NM (90 kilometru) mill-ajrudrom tat-tluq, huwa jkollu għadd minimu ta’ ħin tat-titjir fuq l-ajruplani ta’ 500 siegħa jew ikollu klassifikazzjoni valida tal-istrumenti; jew

(2)

meta jkun qed jaħdem fuq tip ta’ ajruplan b’diversi magni skont l-IFR, huwa jkollu għadd minimu ta’ ħin tat-titjir fuq l-ajruplani ta’ 700 siegħa, li jinkludu 400 siegħa bħala bdot fil-kmand. Dawn is-sigħat għandhom jinkludu 100 siegħa ta’ titjir skont l-IFR u 40 siegħa f’operazzjonijiet b’ajruplani b’diversi magni. L-400 siegħa bħala bdot fil-kmand jistgħu jinbidlu b’sigħat ta’ ħidma bħala kobdot f’sistema stabbilita ta’ ekwipaġġ b’diversi bdoti li tkun preskritta fil-manwal tal-operat, fuq il-bażi li sagħtejn ta’ titjir bħala kobdot jikkorrispondu għal siegħa ta’ titjir bħala bdot fil-kmand.

(b)

Il-punt (a)(1) m’għandux japplika għal operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR li jsiru binhar b’ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B.

ORO.FC.H.250   Kmandanti li għandhom CPL(H)

(a)

Id-detentur ta’ CPL(H) (għall-ħelikopters) għandu jaġixxi biss bħala kmandant ta’ ħelikopter bi bdot wieħed użat għat-trasport kummerċjali bl-ajru jekk:

(1)

meta jaħdem skont l-IFR, huwa jkollu għadd minimu ta’ ħin tat-titjir totali fuq il-ħelikopters ta’ 700 siegħa, li jinkludu 300 siegħa bħala bdot fil-kmand. Dawn is-sigħat għandhom jinkludu 100 siegħa ta’ titjir skont l-IFR. It-300 siegħa bħala bdot fil-kmand jistgħu jinbidlu b’sigħat ta’ ħidma bħala kobdot f’sistema stabbilita ta’ ekwipaġġ b’diversi bdoti li tkun preskritta fil-manwal tal-operat, fuq il-bażi li sagħtejn ta’ titjir bħala kobdot jikkorrispondu għal siegħa ta’ titjir bħala bdot fil-kmand;

(2)

meta jaħdem f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) billejl, huwa jkollu:

(i)

klassifikazzjoni valida tal-istrumenti; jew

(ii)

300 siegħa ta’ titjir fuq il-ħelikopters, li jinkludu 100 siegħa bħala bdot fil-kmand u 10 sigħat bħala bdot billejl.

IS-SUBPARTI CC

EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

ORO.CC.005   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-operatur għandu jissodisfa meta jkun qed jopera inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ tal-kabina.

TAQSIMA 1

Rekwiżiti ġenerali

ORO.CC.100   Għadd u kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

L-għadd u l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom ikunu stabbilit skont il-punt 7.a. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008, filwaqt li jitqiesu l-fatturi jew iċ-ċirkustanzi operattivi tat-titjira partikulari li għandha tiġi operata. Għandu jkun assenjat mill-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għall-operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li jkollu MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit, meta jkun qed jinġarr passiġġier wieħed jew iktar.

(b)

Għall-għanijiet tal-konformità mal-punt (a), l-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun l-ikbar għadd minn fost dawn li ġejjin:

(1)

l-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, għall-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża; jew

(2)

jekk l-għadd imsemmi fil-punt (1) ma jkunx ġie stabbilit, l-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru għall-konfigurazzjoni massima ċċertifikata ta’ sits tal-passiġġieri, imnaqqas b’1 għal kull numru sħiħ ta’ sits tal-passiġġieri tal-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża li jidħol bl-eżatt f’50 u li jkun inqas mill-kapaċità massima ċċertifikata ta’ sits tal-passiġġieri; jew

(3)

membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull 50 sit tal-passiġġier, jew frazzjoni ta’ 50, installati fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem.

(c)

Għal operazzjonijiet li għalihom ikunu assenjati iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-operatur għandu jaħtar membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina li għandu jkun responsabbli lejn il-bdot fil-kmand/il-kmandant.

ORO.CC.110   Kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni tal-kompiti

(a)

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom ikunu assenjati għal kompiti fuq inġenju tal-ajru biss jekk huma:

(1)

jkollhom mill-inqas 18-il sena;

(2)

ikunu ġew ivvalutati, skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Anness IV (il-Parti-MED) għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, bħala fiżikament u mentalment b’saħħithom biex jaqdu l-kompiti u biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom b’mod sikur; u

(3)

ikunu temmew b’suċċess it-taħriġ u l-kontrolli kollha applikabbli, kif meħtieġ minn din is-Subparti, u jkunu kapaċi jaqdu l-kompiti assenjati lilhom skont il-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-operat.

(b)

Qabel ma jassenja kompiti lil membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu jaħdmu bħala ħaddiema indipendenti jew ħaddiema part-time, l-operatur għandu jivverifika li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ din is-Subparti, filwaqt li jqis is-servizzi kollha mogħtija mill-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina lil kwalunkwe operatur ieħor, biex jistabbilixxi, b’mod partikulari:

(1)

l-għadd totali ta’ tipi u varjanti ta’ inġenji tal-ajru mħaddmin; u

(2)

il-limitazzjonijiet applikabbli fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ applikabbli.

(c)

Il-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll ir-rwol tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sikurezza tal-passiġġieri u tat-titjira, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar għall-passiġġieri.

ORO.CC.115   Twettiq tal-korsijiet tat-taħriġ u tal-kontrolli assoċjati magħhom

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi programm u sillabu ddettaljati għal kull kors tat-taħriġ skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti u, fejn applikabbli, tal-Anness V (il-Parti-CC) għar-Regolament (UE) Nru 290/2012, biex jiġu koperti l-kompiti u r-responsabbiltajiet li għandhom jitwettqu mill-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina.

(b)

Kull kors tat-taħriġ għandu jinkludi tagħlim teoretiku u prattiku, flimkien ma’ prattika b’mod individwali jew bħala grupp, skont kif ikun rilevanti għal kull suġġett tat-taħriġ, sabiex il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jilħaq u jżomm il-livell ix-xieraq ta’ kompetenza skont din is-Subparti.

(c)

Kull kors tat-taħriġ għandu:

(1)

jitwettaq b’mod strutturat u realistiku; u

(2)

jitwettaq minn persunal li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq fis-suġġett li għandu jiġi kopert.

(d)

Matul it-taħriġ meħtieġ minn din is-Subparti, jew wara li jitlesta dan it-taħriġ kollu, kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jgħaddi minn eżami li jkun ikopri l-elementi kollha tat-taħriġ tal-programm tat-taħriġ rilevanti, ħlief għat-taħriġ fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM). L-eżamijiet għandhom jitwettqu minn persunal li jkun ikkwalifikat b’mod xieraq biex jivverifika li l-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jkun kiseb u/jew ikun qed iżomm il-livell ta’ kompetenza meħtieġ.

(e)

Il-korsijiet tat-taħriġ fis-CRM u, fejn ikun applikabbli, il-moduli dwar is-CRM, għandhom jitwettqu minn għalliem tas-CRM tal-ekwipaġġ tal-kabina. Meta l-elementi tas-CRM jiġu integrati f’taħriġ ieħor, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tas-sillabu għandhom ikunu ġestiti minn għalliem tas-CRM tal-ekwipaġġ tal-kabina.

ORO.CC.120   Kors ta’ taħriġ inizjali

(a)

Kull applikant ġdid li ma jkollux diġà attestazzjoni valida tal-ekwipaġġ tal-kabina maħruġa skont l-Anness V (il-Parti-CC) għar-Regolament (UE) Nru 290/2012:

(1)

għandu jingħata kors ta’ taħriġ inizjali kif speċifikat fil-punt CC.TRA.220 ta’ dak l-Anness; u

(2)

għandu jagħmel l-eżami assoċjat miegħu u jgħaddi minnu qabel ma jsegwi taħriġ ieħor meħtieġ skont din is-Subparti.

(b)

L-elementi tal-programm ta’ taħriġ inizjali jistgħu jkunu kkombinati mal-ewwel taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u mat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti tal-punt CC.TRA.220 u jekk kwalunkwe element ta’ dan it-tip jiġi rreġistrat bħala element tal-kors ta’ taħriġ inizjali fir-rekords tat-taħriġ tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kkonċernati.

ORO.CC.125   Taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur

(a)

Kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun lesta taħriġ speċifiku xieraq għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u taħriġ ta’ adattament xieraq organizzat mill-operatur, kif ukoll il-kontrolli assoċjati magħhom, qabel ma jkun:

(1)

assenjat mill-operatur sabiex jaħdem għall-ewwel darba bħala membru tal-ekwipaġġ tal-kabina; jew

(2)

assenjat minn dak l-operatur sabiex jaħdem fuq tip ta’ inġenju tal-ajru ieħor.

(b)

Meta jkun qed jistabbilixxi l-programmi u s-sillabi tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, l-operatur għandu jinkludi l-elementi obbligatorji għat-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti hekk kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003, meta dawn ikunu disponibbli.

(c)

Il-programm ta’ taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru għandu:

(1)

jinvolvi taħriġ u prattika fuq tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fuq l-inġenju tal-ajru nnifsu; u

(2)

ikopri mill-inqas l-elementi li ġejjin tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru:

(i)

deskrizzjoni tal-inġenju tal-ajru kif inhi rilevanti għall-kompiti tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(ii)

it-tagħmir u s-sistemi kollha tas-sikurezza installati li huma rilevanti għall-kompiti tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(iii)

it-tħaddim u l-ftuħ reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, ta’ kull tip jew varjant ta’ bieb u ħruġ normali u ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza;

(iv)

il-wiri tat-tħaddim tal-ħruġ l-ieħor, inklużi t-twieqi tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(v)

it-tagħmir ta’ protezzjoni kontra n-nar u d-duħħan, jekk dan ikun installat;

(vi)

taħriġ dwar iż-żurżieqa tal-evakwazzjoni, jekk din tkun installata;

(vii)

it-tħaddim tat-tagħmir tas-sits, tas-sistema ta’ restrizzjoni u tas-sistema tal-ossiġnu li hu rilevanti f’każ ta’ inkapaċità tal-bdot.

(d)

Il-programm tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem, għandu:

(1)

jinvolvi taħriġ u prattika fuq tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fuq l-inġenju tal-ajru nnifsu;

(2)

jinkludi taħriġ dwar il-proċeduri operattivi standard tal-operatur għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li għandhom ikunu assenjati għall-ewwel darba għal kompiti mill-operatur;

(3)

ikopri mill-inqas l-elementi li ġejjin tat-taħriġ speċifiku tal-operatur, skont kif ikun rilevanti għat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem:

(i)

deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni tal-kabina;

(ii)

il-post fejn jinsab it-tagħmir portabbli kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun qiegħed jinġarr abbord, u t-tneħħija u l-użu ta’ dan it-tagħmir;

(iii)

il-proċeduri normali u ta’ emerġenza kollha;

(iv)

l-immaniġġjar tal-passiġġieri u l-kontroll tal-folla;

(v)

taħriġ dwar in-nar u d-duħħan, li jinkludi l-użu tat-tagħmir kollu relatat mat-tifi tan-nar u tat-tagħmir protettiv kollu, li jirrappreżenta dak li jinġarr abbord;

(vi)

il-proċeduri ta’ evakwazzjoni;

(vii)

il-proċeduri f’każ ta’ inkapaċità tal-bdot;

(viii)

il-proċeduri u r-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli;

(ix)

il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ.

ORO.CC.130   Taħriġ dwar id-differenzi

(a)

Minbarra t-taħriġ meħtieġ skont il-punt ORO.CC.125, il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jlesti taħriġ u kontrolli xierqa li jkopru kwalunkwe differenza qabel ma jkun assenjat fuq:

(1)

varjant ta’ tip ta’ inġenju tal-ajru mħaddem attwalment; jew

(2)

tip jew varjant ta’ inġenju tal-ajru mħaddem attwalment li jkollu:

(i)

tagħmir tas-sikurezza differenti;

(ii)

post differenti fejn jinsab it-tagħmir tal-emerġenza u tas-sikurezza; jew

(iii)

proċeduri normali u ta’ emerġenza differenti.

(b)

Il-programm ta’ taħriġ dwar id-differenzi għandu:

(1)

jiġi stabbilit skont il-bżonn abbażi ta’ tqabbil mal-programm ta’ taħriġ imwettaq mill-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, skont il-punt ORO.CC.125(c) u (d), għat-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti; u

(2)

jinvolvi taħriġ u prattika f’tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fl-inġenju tal-ajru nnifsu, skont kif ikun rilevanti għall-element tat-taħriġ dwar id-differenzi li għandu jiġi kopert.

(c)

Meta jkun qed jistabbilixxi l-programm u s-sillabu tat-taħriġ dwar id-differenzi għal varjant ta’ inġenju tal-ajru mħaddem dal-ħin, l-operatur għandu jinkludi l-elementi obbligatorji għat-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti u għall-varjanti tiegħu kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003, fejn dawn ikunu disponibbli.

ORO.CC.135   Familjarizzazzjoni

Wara t-tlestija tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur fuq tip ta’ inġenju tal-ajru, kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jtemm familjarizzazzjoni xierqa taħt superviżjoni fuq it-tip qabel ma jiġi assenjat biex jaħdem bħala membru tal-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ skont il-punt ORO.CC.100.

ORO.CC.140   Taħriġ rikorrenti

(a)

Kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jtemm taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari kull sena.

(b)

It-taħriġ rikorrenti għandu jkopri l-azzjonijiet assenjati lil kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina fil-proċeduri u l-eżerċizzji normali u ta’ emerġenza rilevanti għal kull tip u/jew varjant ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem.

(c)

Elementi tat-taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru:

(1)

It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi taħriġ prattiku ta’ kull sena minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina sabiex ikun simulat it-tħaddim ta’ kull tip jew varjant ta’ bieb u ta’ ħruġ normali u ta’ emerġenza għall-evakwazzjoni tal-passiġġieri.

(2)

It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi wkoll, f’intervalli ta’ mhux iktar minn tliet (3) snin:

(i)

it-tħaddim u l-ftuħ reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, f’tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fl-inġenju tal-ajru stess, ta’ kull tip jew varjant ta’ ħruġ normali u ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza;

(ii)

it-tħaddim reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, f’tagħmir tat-taħriġ rappreżentattiv jew fl-inġenju tal-ajru stess, tal-bieb tas-sikurezza tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’dawk ta’ emerġenza, u tas-sistema tas-sits u ta’ restrizzjoni, u wiri prattiku tat-tagħmir tas-sistema tal-ossiġnu li hu rilevanti f’każ ta’ inkapaċità tal-bdot;

(iii)

il-wiri tat-tħaddim tal-ħruġ l-ieħor kollu, inklużi t-twieqi tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira; u

(iv)

il-wiri tal-użu taċ-ċattra ta’ salvataġġ, jew taċ-ċattra ta’ salvataġġ li tkun żurżieqa, jekk din tkun installata.

(d)

Elementi tat-taħriġ speċifiku tal-operatur:

(1)

It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi, ta’ kull sena:

(i)

min-naħa ta’ kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina:

(A)

is-sejbien tal-post fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza li jkun installat jew li jkun qed jinġarr abbord, u l-immaniġġjar tat-tali tagħmir; u

(B)

l-ilbies ta’ ġkieket tas-salvataġġ u tat-tagħmir portabbli tal-ossiġnu u dak protettiv għat-teħid tan-nifs (PBE);

(ii)

l-istivar ta’ oġġetti fil-kompartiment tal-passiġġieri;

(iii)

il-proċeduri marbutin mal-kontaminazzjoni tal-wiċċ tal-inġenju tal-ajru;

(iv)

il-proċeduri ta’ emerġenza;

(v)

il-proċeduri ta’ evakwazzjoni;

(vi)

l-analiżi tal-inċidenti u tal-aċċidenti;

(vii)

il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ;

(viii)

l-aspetti ajrumediċi u l-ewwel għajnuna inkluż it-tagħmir relatat;

(ix)

il-proċeduri tas-sikurezza.

(2)

It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi wkoll, f’intervalli ta’ mhux iktar minn tliet (3) snin:

(i)

l-użu tal-piroteknika (tagħmir rappreżentattiv jew reali);

(ii)

il-wiri prattiku tal-użu tal-listi ta’ kontroll tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(iii)

taħriġ realistiku u prattiku fl-użu tat-tagħmir kollu għat-tifi tan-nar, inkluż l-ilbies protettiv, li jirrappreżenta t-tagħmir li jinġarr fl-inġenju tal-ajru;

(iv)

min-naħa ta’ kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina:

(A)

it-tifi ta’ nar li jkun karatteristiku ta’ nar ġewwa l-inġenju tal-ajru;

(B)

l-ilbies u l-użu ta’ PBE f’ambjent simulat magħluq u mimli duħħan.

(e)

Perjodi ta’ validità:

(1)

Il-perjodu ta’ validità għat-taħriġ rikorrenti ta’ kull sena għandu jkun ta’ 12-il xahar tal-kalendarju, li jingħaddu mill-aħħar tax-xahar meta jkun twettaq il-kontroll.

(2)

Jekk it-taħriġ rikorrenti u l-kontrolli regolari meħtieġa skont il-punt (a) isiru matul l-aħħar tliet (3) xhur tal-kalendarju tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd mid-data tal-iskadenza oriġinali.

(3)

Għall-elementi tat-taħriġ addizzjonali ta’ kull tliet snin speċifikati fil-punti (c)(2) u (d)(2), il-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ 36 xahar tal-kalendarju, li jingħaddu mill-aħħar tax-xahar meta jkunu twettqu l-kontrolli.

ORO.CC.145   Taħriġ ta’ aġġornament

(a)

Meta matul is-sitt (6) xhur preċedenti fil-perjodu ta’ validità tal-aħħar taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari rilevanti, membru tal-ekwipaġġ tal-kabina:

(1)

ma jkun wettaq l-ebda kompitu ta’ titjir, huwa għandu, qabel ma jerġa’ jiġi assenjat għal kompiti bħal dawn, ilesti taħriġ ta’ aġġornament u kontroll għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem; jew

(2)

ma jkunx wettaq kompiti ta’ titjir fuq tip ta’ inġenju tal-arju wieħed partikulari, huwa għandu, qabel ma jerġa’ jiġi assenjat għal dawn il-kompiti, ilesti fuq dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru partikulari:

(i)

taħriġ ta’ aġġornament u kontroll; jew

(ii)

żewġ titjiriet ta’ familjarizzazzjoni skont il-punt ORO.CC.135.

(b)

Il-programm ta’ taħriġ ta’ aġġornament għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru għandu jkopri mill-inqas:

(1)

il-proċeduri ta’ emerġenza;

(2)

il-proċeduri ta’ evakwazzjoni;

(3)

it-tħaddim u l-ftuħ reali, minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, ta’ kull tip jew varjant ta’ ħruġ normali u ta’ emerġenza, kif ukoll tal-bieb tas-sikurezza tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza;

(4)

il-wiri tat-tħaddim tal-ħruġ l-ieħor kollu, inklużi t-twieqi tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(5)

il-post fejn jinsab it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza rilevanti li jkun installat jew li jkun qed jinġarr abbord, u l-immaniġġjar tat-tali tagħmir.

(c)

L-operatur jista’ jiddeċiedi li jibdel it-taħriġ ta’ aġġornament b’taħriġ rikorrenti, jekk l-istabbiliment mill-ġdid tal-kompiti ta’ titjir ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jibda fil-perjodu ta’ validità tal-aħħar taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari. Jekk dak il-perjodu ta’ validità jkun skada, it-taħriġ ta’ aġġornament jista’ jinbidel biss b’taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u b’taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, kif speċifikat fil-punt ORO.CC.125.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti addizzjonali għall-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru

ORO.CC.200   Membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

Meta jkun hemm bżonn ta’ iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinkludi membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina maħtur mill-operatur.

(b)

L-operatur għandu jaħtar il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għall-pożizzjoni ta’ membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina biss jekk huma:

(1)

ikollhom tal-anqas sena esperjenza bħala membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina; u

(2)

ikunu temmew b’suċċess kors ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ għoli tal-kabina u l-kontroll assoċjat miegħu.

(c)

Il-kors ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ għoli tal-kabina għandu jkopri l-kompiti u r-responsabbiltajiet kollha tal-membri għolja tal-ekwipaġġ tal-kabina u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(1)

l-għoti ta’ informazzjoni qabel it-titjira;

(2)

il-kooperazzjoni mal-ekwipaġġ;

(3)

reviżjoni tar-rekwiżiti tal-operatur u tar-rekwiżiti legali;

(4)

ir-rappurtar dwar l-aċċidenti u l-inċidenti;

(5)

il-fatturi umani u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM); u

(6)

il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ.

(d)

Il-membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun responsabbli lejn il-kmandant għat-twettiq u l-koordinazzjoni tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza speċifikati fil-manwal tal-operat, inkluż għall-waqfien tal-kompiti li m’għandhomx x’jaqsmu mas-sikurezza minħabba raġunijiet ta’ sigurtà jew ta’ sikurezza.

(e)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jagħżel il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina bl-iktar kwalifiki xierqa biex jaġixxi bħala l-membru l-għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina f’każ li l-membru l-għoli maħtur tal-ekwipaġġ tal-kabina ma jkunx jista’ jkompli jaħdem. Kwalunkwe bidla f’dawn il-proċeduri għandha tiġi mgħarrfa lill-awtorità kompetenti.

ORO.CC.205   Tnaqqis tal-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina matul l-operazzjonijiet ta’ fuq l-art u fil-każ ta’ ċirkustanzi mhux mistennija

(a)

Kull meta jkun hemm xi passiġġier abbord l-inġenju tal-ajru, l-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ skont il-punt ORO.CC.100 għandu jkun preżenti fil-kompartiment tal-passiġġieri.

(b)

Suġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c), dan l-għadd jista’ jitnaqqas:

(1)

matul l-operazzjonijiet normali ta’ fuq l-art li ma jinvolvux l-għoti ta’ fjuwil mill-ġdid lill-inġenju tal-ajru jew it-tneħħija tal-fjuwil minnu, meta l-inġenju tal-ajru jkun jinsab fl-istazzjon tal-parkeġġ tiegħu; jew

(2)

f’ċirkustanzi mhux mistennija f’każ li jitnaqqas l-għadd ta’ passiġġieri li se jinġarru fuq dik it-titjira. F’dan il-każ għandu jitressaq rapport lill-awtorità kompetenti wara li tintemm it-titjira.

(c)

Kundizzjonijiet:

(1)

il-proċeduri li jiżguraw li jinkiseb livell ekwivalenti ta’ sikurezza bl-għadd imnaqqas ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, b’mod partikulari għall-evakwazzjoni tal-passiġġieri, huma stabbiliti fil-manwal tal-operat;

(2)

l-għadd imnaqqas ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jinkludi membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fil-punt ORO.CC.200;

(3)

tal-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina hu meħtieġ għal kull 50 passiġġier, jew frazzjoni ta’ 50, li jkunu preżenti fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru;

(4)

fil-każ ta’ operazzjonijiet normali ta’ fuq l-art, b’inġenji tal-ajru li jeħtieġu iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-għadd stabbilit skont il-punt (c)(3) għandu jiżdied sabiex jinkludi membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull par ta’ ħruġ ta’ emerġenza fil-livell tal-art.

ORO.CC.210   Kundizzjonijiet addizzjonali għall-assenjazzjoni tal-kompiti

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jiġu assenjati biss għal kompiti fuq tip jew varjant ta’ inġenju tal-ajru partikulari, u għandhom jaħdmu fuqu biss jekk huma:

(a)

jkollhom attestazzjoni valida maħruġa skont l-Anness V (il-Parti-CC) għar-Regolament (UE) Nru 290/2012;

(b)

ikunu kkwalifikati fit-tip jew il-varjant partikulari skont din is-Subparti;

(c)

ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli l-oħra ta’ din is-Subparti u tal-Anness IV (il-Parti-CAT);

(d)

jilbsu l-uniformi tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-operatur.

ORO.CC.215   Programmi tat-taħriġ u tal-kontrolli u dokumentazzjoni relatata magħhom

(a)

Il-programmi tat-taħriġ u tal-kontrolli li jinkludu s-sillabi meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti u jkunu speċifikati fil-manwal tal-operat.

(b)

Wara li membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jkun temm b’suċċess kors tat-taħriġ u l-kontroll assoċjat miegħu, l-operatur għandu:

(1)

jaġġorna r-rekords tat-taħriġ tal-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina skont il-punt ORO.MLR.115; u

(2)

jipprovdilu lista li turi l-perjodi ta’ validità aġġornati kif rilevanti għat-tip(i) u l-varjant(i) ta’ inġenju tal-ajru li l-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina hu kkwalifikat jaħdem fuqhom.

ORO.CC.250   Operazzjoni fuq diversi tipi jew varjanti ta’ inġenji tal-ajru

(a)

Membru tal-ekwipaġġ tal-kabina m’għandux ikun assenjat sabiex jaħdem fuq iktar minn tliet tipi ta’ inġenji tal-ajru, ħlief li, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jista’ jkun assenjat sabiex jaħdem fuq erba’ tipi ta’ inġenju tal-ajru jekk, għal mill-inqas tnejn minn dawn it-tipi:

(1)

it-tagħmir kollu tal-emerġenza u tas-sikurezza u l-proċeduri normali u ta’ emerġenza speċifiċi għat-tip ikunu simili; u

(2)

il-proċeduri normali u ta’ emerġenza li mhumiex speċifiċi għat-tip ikunu l-istess.

(b)

Għall-għanijiet tal-punt (a) u għat-taħriġ u l-kwalifiki tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-operatur għandu jistabbilixxi:

(1)

kull inġenju tal-ajru bħala tip jew varjant filwaqt li jqis, fejn din tkun disponibbli, id-dejta rilevanti stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 għat-tip jew il-varjant ta’ inġenju tal-ajru rilevanti; u

(2)

il-varjanti ta’ tip ta’ inġenju tal-ajru bħala tipi differenti, jekk ma jkunux simili fl-aspetti li ġejjin:

(i)

fit-tħaddim tal-ħruġ ta’ emerġenza;

(ii)

fil-post fejn jinsab it-tagħmir portabbli tal-emerġenza u tas-sikurezza u fit-tip ta’ dan it-tagħmir;

(iii)

fil-proċeduri ta’ emerġenza speċifiċi għat-tip.

ORO.CC.255   Operazzjonijiet b’membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

L-operatur għandu jagħżel, jirrekluta, iħarreġ u jikkontrolla l-ħiliet tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li għandhom jiġu assenjati għall-operazzjonijiet b’membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina skont kriterji li jkunu xierqa għal din it-tip ta’ operazzjoni.

(b)

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li m’għandhom l-ebda esperjenza operattiva preċedenti bħala membri uniċi tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom ikunu assenjati biss għal din it-tip ta’ operazzjoni wara li jkunu:

(1)

lestew it-taħriġ kif meħtieġ skont il-punt (c), minbarra t-taħriġ u l-kontrolli applikabbli l-oħrajn li huma meħtieġa skont din is-Subparti;

(2)

għaddew b’suċċess mill-kontrolli li jivverifikaw il-ħiliet tagħhom fil-qadi tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom skont il-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-operat; u

(3)

wettqu titjir ta’ familjarizzazzjoni ta’ mill-inqas 20 siegħa u 15-il settur fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti, taħt is-superviżjoni ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina li jkollu l-esperjenza x-xierqa.

(c)

L-elementi ta’ taħriġ addizzjonali li ġejjin għandhom ikunu koperti, b’enfasi partikulari fuq l-operazzjonijiet imwettqin b’membru wieħed biss tal-ekwipaġġ tal-kabina:

(1)

ir-responsabbiltà lejn il-kmandant għat-twettiq tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza;

(2)

l-importanza tal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mal-ekwipaġġ tat-titjira, b’mod partikulari fil-ġestjoni ta’ passiġġieri indixxiplinati jew li joħolqu sfrattu;

(3)

reviżjoni tar-rekwiżiti tal-operatur u tar-rekwiżiti legali;

(4)

id-dokumentazzjoni;

(5)

ir-rappurtar dwar l-aċċidenti u l-inċidenti; u

(6)

il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ.

IS-SUBPARTI TC

EKWIPAĠĠ TEKNIKU FL-OPERAZZJONIJIET TAL-HEMS, TAL-HHO JEW BIN-NVIS

ORO.TC.100   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-operatur għandu jissodisfa meta jkun qed jopera inġenju tal-ajru b’membri tal-ekwipaġġ tekniku f’operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza (HEMS), b’sistema ta’ immaġni għall-viżjoni billejl (NVIS) jew ta’ rfigħ bil-ħelikopter (HHO) tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

ORO.TC.105   Kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni tal-kompiti

(a)

Il-membri tal-ekwipaġġ tekniku f’operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS tat-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom ikunu assenjati kompiti biss jekk:

(1)

ikollhom mill-inqas 18-il sena;

(2)

ikunu fiżikament u mentalment b’saħħithom biex jaqdu l-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom b’mod sikur;

(3)

ikunu temmew it-taħriġ kollu applikabbli li hu meħtieġ skont din is-Subparti sabiex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom;

(4)

ikunu għaddew minn kontrolli li juru li huma kompetenti biex jaqdu l-kompiti kollha assenjati lilhom skont il-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-operat.

(b)

Qabel ma jassenja kompiti lil membri tal-ekwipaġġ tekniku li jkunu jaħdmu għal rashom u/jew li jkunu jaħdmu bħala ħaddiema indipendenti jew ħaddiema part-time, l-operatur għandu jivverifika li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ din is-Subparti, filwaqt li jqis is-servizzi kollha mogħtija mill-membru tal-ekwipaġġ tekniku lil operatur(i) ieħor/oħrajn, biex jistabbilixxi, b’mod partikulari:

(1)

l-għadd totali ta’ tipi u varjanti ta’ inġenji tal-ajru mħaddmin; u

(2)

il-limitazzjonijiet applikabbli fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ applikabbli.

ORO.TC.110   Taħriġ u kontrolli

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi programm tat-taħriġ skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti biex ikopri l-kompiti u r-responsabbiltajiet li għandhom jitwettqu mill-membri tal-ekwipaġġ tekniku.

(b)

Wara t-tlestija tat-taħriġ inizjali, tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, tat-taħriġ dwar id-differenzi u tat-taħriġ rikorrenti, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jgħaddi minn kontroll sabiex juri l-ħiliet tiegħu fit-twettiq tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza.

(c)

Għal kull kors tat-taħriġ, it-taħriġ u l-kontrolli għandhom jitwettqu minn persunal li jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza x-xierqa fis-suġġett li għandu jiġi kopert. L-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar min ikun qed iwettaq il-kontrolli.

ORO.TC.115   Taħriġ inizjali

Qabel ma jsegwi t-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jlesti taħriġ inizjali, li jkun jinkludi:

(a)

għarfien teoretiku ġenerali dwar l-avjazzjoni u r-regolamenti tal-avjazzjoni, li jkopri l-elementi kollha li huma rilevanti għall-kompiti u r-responsabbiltajiet mitluba min-naħa tal-ekwipaġġ tekniku;

(b)

taħriġ dwar in-nar u d-duħħan;

(c)

taħriġ dwar is-sopravivenza fuq l-art u fl-ilma, li jkun xieraq għaż-żona u t-tip ta’ operazzjoni partikulari;

(d)

aspetti ajrumediċi u l-ewwel għajnuna;

(e)

il-komunikazzjoni u l-elementi tas-CRM rilevanti mogħtija fil-punti ORO.FC.115 u ORO.FC.215.

ORO.TC.120   Taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur

Kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jlesti:

(a)

taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, li jinkludi l-elementi tas-CRM rilevanti,

(1)

qabel ma jkun assenjat għall-ewwel darba mill-operatur bħala membru tal-ekwipaġġ tekniku; jew

(2)

meta jibdel għal kategorija jew tip ta’ inġenju tal-ajru differenti, f’każ li kwalunkwe tagħmir jew kwalunkwe proċedura msemmija fil-punt (b) ikunu differenti.

(b)

It-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur għandu jinkludi:

(1)

il-post fejn jinsab it-tagħmir kollu tas-sikurezza u tas-sopravivenza li jkun qed jinġarr fuq l-inġenju tal-ajru, u l-użu ta’ dan it-tagħmir;

(2)

il-proċeduri normali u ta’ emerġenza kollha;

(3)

it-tagћmir abbord li jintuża għat-twettiq ta’ kompiti fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art biex il-bdot jiġi megħjun matul l-operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS.

ORO.TC.125   Taħriġ dwar id-differenzi

(a)

Kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jwettaq taħriġ dwar id-differenzi meta jkun hemm bidla fit-tagħmir jew fil-proċeduri użati fuq it-tipi jew il-varjanti li jkunu qed jitħaddmu attwalment.

(b)

L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operat f’liema każijiet ikun meħtieġ dan it-tip ta’ taħriġ dwar id-differenzi.

ORO.TC.130   Titjiriet ta’ familjarizzazzjoni

Wara t-tlestija tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jwettaq titjiriet ta’ familjarizzazzjoni qabel ma jibda jaħdem bħala membru tal-ekwipaġġ tekniku meħtieġ f’operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew bin-NVIS.

ORO.TC.135   Taħriġ rikorrenti

(a)

F’kull perjodu ta’ tnax-il (12-il) xahar, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jsegwi taħriġ rikorrenti li jkun rilevanti għat-tip jew għall-kategorija ta’ inġenju tal-ajru li fuqu jaħdem il-membru tal-ekwipaġġ tekniku u għat-tagħmir li huwa jħaddem. L-elementi tas-CRM għandhom jiġu integrati fil-fażijiet kollha x-xierqa tat-taħriġ rikorrenti.

(b)

It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi tagħlim teoretiku u prattiku, kif ukoll il-prattika.

ORO.TC.140   Taħriġ ta’ aġġornament

(a)

Kull membru tal-ekwipaġġ tekniku li ma jkun wettaq l-ebda kompitu fis-sitt (6) xhur preċedenti, għandu jlesti t-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-manwal tal-operat.

(b)

Il-membru tal-ekwipaġġ tekniku li ma jkun wettaq l-ebda kompitu ta’ titjir fuq tip wieħed jew kategorija waħda partikulari ta’ inġenju tal-ajru matul is-sitt (6) xhur preċedenti għandu, qabel ma jiġi assenjat fuq dak it-tip jew dik il-kategorija ta’ inġenju tal-ajru, ilesti jew:

(1)

taħriġ ta’ aġġornament fuq it-tip jew il-kategorija ta’ inġenju tal-ajru; jew

(2)

żewġ setturi ta’ familjarizzazzjoni fuq it-tip jew il-kategorija ta’ inġenju tal-ajru.


(1)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(3)  ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3.

(4)  ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7.

(5)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(6)  ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.


ANNESS IV

OPERAZZJONIJIET TAT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU

[IL-PARTI-CAT]

IS-SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

CAT.GEN.100   Awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

TAQSIMA 1

Inġenji tal-ajru li jaħdmu bil-mutur

CAT.GEN.MPA.100   Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ

(a)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu li huma:

(1)

relatati mas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-okkupanti tiegћu; u

(2)

speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-proċeduri mogħtija fil-manwal tal-operat.

(b)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu:

(1)

jirrapporta lill-kmandant dwar kwalunkwe ћsara, nuqqas, funzjonament ħażin jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza, jekk dan ma jkunx ġie rrappurtat diġà minn membru ieħor tal-ekwipaġġ;

(2)

jirrapporta lill-kmandant dwar kwalunkwe inċident li pperikola, jew li seta’ pperikola, is-sikurezza tal-operazzjoni, jekk dan ma jkunx ġie rrappurtat diġà minn membru ieħor tal-ekwipaġġ;

(3)

ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-iskemi ta’ rrappurtar dwar l-okkorrenzi tal-operatur;

(4)

ikun konformi mal-limitazzjonijiet kollha fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz (FTL) u mar-rekwiżiti tal-mistrieħ kollha applikabbli għall-attivitajiet tiegħu;

(5)

meta jwettaq xogħlijiet għal iktar minn operatur wieħed:

(i)

iżomm ir-rekords individwali tiegħu marbutin mal-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u mal-perjodi ta’ mistrieħ, kif imsemmi fir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL; u

(ii)

jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.

(c)

Il-membru tal-ekwipaġġ m’għandux iwettaq xogħlijiet fuq inġenju tal-ajru:

(1)

meta jkun taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx jiflaħ minħabba xi ferita, għeja, medikazzjoni, mard jew raġunijiet simili oħrajn;

(2)

sa ma jkun għadda perjodu raġonevoli taż-żmien wara li jkun mar jogħdos fl-ilma fond jew wara li jkun ta d-demm;

(3)

jekk ma jissodisfax ir-rekwiżiti mediċi applikabbli;

(4)

jekk ikollu dubju dwar jekk hux kapaċi jaqdi il-kompiti assenjati lilu; jew

(5)

jekk hu jkun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jewinkella ma jkunx jiflaħ, tant li t-titjira tista’ titqiegħed fil-periklu.

CAT.GEN.MPA.105   Responsabbiltajiet tal-kmandant

(a)

Minbarra li jikkonforma mal-punt CAT.GEN.MPA.100, il-kmandant għandu:

(1)

ikun responsabbli għas-sikurezza tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġiera kollha u tal-merkanzija kollha abbord, minn x’ħin jitla’ abbord l-inġenju tal-ajru sa ma joħroġ minnu fi tmiem it-titjira;

(2)

ikun responsabbli għat-tħaddim u s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru:

(i)

għall-ajruplani, mill-mument li fih l-ajruplan ikun lest biex jitmexxa ħalli jinsaq qabel it-tlugћ tiegћu, sal-mument li fl-aћћar jieqaf għal kollox fi tmiem it-titjira u l-magna/il-magni li tkun intużat/ikunu ntużaw bћala unità/unitajiet primarja/primarji ta’ propulsjoni tkun intfiet/ikunu ntfew;

(ii)

għall-ħelikopters, meta r-rotors ikunu qed iduru;

(3)

ikollu l-awtorità jagћti l-ordnijiet kollha u jieħu kwalunkwe azzjoni li tkun xierqa biex tkun żgurata s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni u/jew tal-proprjetà li jkun hemm fih, skont il-punt 7.c. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(4)

ikollu l-awtorità jniżżel minn fuq l-inġenju tal-ajru lil kwalunkwe persuna, jew kwalunkwe parti mit-tagћbija, li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali gћas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu;

(5)

ma jћallix lil persuna tinġarr fl-inġenju tal-ajru jekk din tidher li tkun taћt l-influwenza tal-alkoћol jew tad-droga, tant li x’aktarx tipperikola s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu;

(6)

ikollu d-dritt jirrifjuta li jittrasporta passiġġieri li mhumiex ammissibbli, persuni deportati jew persuni li jkunu fil-kustodja tal-pulizija, jekk il-ġarr tagħhom iżid ir-riskju gћas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu;

(7)

jiżgura li l-passiġġieri kollha jkunu mgћarrfa dwar fejn jinsabu l-ћruġ tal-emerġenza u dwar fejn jinsab it-tagħmir tal-emerġenza u tas-sikurezza rilevanti, kif ukoll dwar l-użu ta’ dan it-tagħmir;

(8)

jiżgura li jkun hemm konformità mal-proċeduri operattivi kollha u mal-listi kollha ta’ kontroll skont il-manwal tal-operat;

(9)

ma jippermetti lill-ebda membru tal-ekwipaġġ iwettaq kwalunkwe attività matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira, ћlief il-kompiti meћtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru;

(10)

jiżgura li r-reġistraturi tat-titjira:

(i)

ma jiġux inattivati jew mitfija matul it-titjira; u

(ii)

fil-każ ta’ aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju:

(A)

li dawn ma jitħassrux apposta;

(B)

li dawn jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; u

(C)

li dawn jerġgħu jiġu attivati biss bi qbil mal-awtorità li tkun qed twettaq l-investigazzjoni;

(11)

jiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (CDL) jew il-lista tat-tagħmir minimu (MEL);

(12)

jiżgura li l-ispezzjoni ta’ qabel it-titjira tkun saret skont ir-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003;

(13)

ikun sodisfatt li t-tagћmir tal-emerġenza rilevanti jibqa’ faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

(b)

Il-kmandant, jew il-bdot li f’idejh tkun ġiet fdata t-titjira, gћandu, fi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun teћtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjata, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jqis bħala meћtieġa f’dawk iċ-ċirkustanzi skont il-punt 7.d. tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawk il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.

(c)

Kull meta inġenju tal-ajru, waqt it-titjira, jkun immanuvrat b’reazzjoni gћal avviż ta’ riżoluzzjoni (RA) mis-sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS), il-kmandant gћandu jibgħat rapport tal-ACAS lill-awtorità kompetenti.

(d)

Perikli ta’ ħbit u ħbit ma’ għasafar:

(1)

Kull meta jiġi osservat periklu ta’ ħbit potenzjali ma’ għasafar, il-kmandant gћandu jinforma lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) hekk kif l-ammont ta’ xogħol tal-ekwipaġġ tat-titjira jkun jippermetti dan.

(2)

Kull meta inġenju tal-ajru li gћalih il-kmandant huwa responsabbli jaћbat ma’ għasafar b’mod li ssir ћsara sostanzjali fl-inġenju tal-ajru jew li jkun hemm telf jew funzjonament ħażin ta’ kwalunkwe servizz essenzjali, wara l-inżul il-kmandant gћandu jibgħat rapport bil-miktub lill-awtorità kompetenti dwar il-ħbit mal-għasafar.

CAT.GEN.MPA.110   Awtorità tal-kmandant

L-operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura li l-persuni kollha li jkunu qed jinġarru fl-inġenju tal-ajru jobdu l-ordnijiet leġittimi kollha mogħtija mill-kmandant biex tkun żgurata s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni jew tal-proprjetà li jkun hemm fih.

CAT.GEN.MPA.115   Persunal jew membri tal-ekwipaġġ fil-kompartiment tal-passiġġieri, minbarra l-ekwipaġġ tal-kabina

L-operatur għandu jiżgura li l-persunal jew il-membri tal-ekwipaġġ li jkunu qed jaqdu l-kompiti tagħhom fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ inġenju tal-ajru, minbarra l-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina:

(a)

ma jitћawdux mill-passiġġieri mal-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(b)

ma jokkupawx il-postijiet assenjati lill-ekwipaġġ tal-kabina meћtieġ;

(c)

ma jfixklux lill-membri operattivi tal-ekwipaġġ tal-kabina fil-qadi tal-kompiti tagħhom.

CAT.GEN.MPA.120   Lingwa komuni

L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.

CAT.GEN.MPA.125   Sewqan tal-ajruplani

L-operatur għandu jiżgura li ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:

(a)

tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew

(b)

tkun inħatret mill-operatur u:

(1)

tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;

(2)

tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju;

(3)

tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri;

(4)

u tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.

CAT.GEN.MPA.130   Tħaddim tar-rotor — il-ħelikopters

Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.

CAT.GEN.MPA.135   Dħul fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-ebda persuna, minbarra membru tal-ekwipaġġ tat-titjira assenjat fuq titjira, ma jidћol jew jinġarr fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm dik il-persuna ma tkunx:

(1)

membru operattiv tal-ekwipaġġ;

(2)

rappreżentant tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità li tkun qed tagħmel spezzjoni, jekk din il-persuna tkun meħtieġa tkun hemmhekk biex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha; jew

(3)

awtorizzata u tinġarr skont l-istruzzjonijiet mogħtija fil-manwal tal-operat.

(b)

Il-kmandant għandu jiżgura li:

(1)

id-dħul fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jikkawża l-ebda distrazzjoni jew tfixkil fl-operazzjoni tat-titjira; u

(2)

il-persuni kollha li jinġarru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jkunu familjari mal-proċeduri rilevanti tas-sikurezza.

(c)

Il-kmandant għandu jieħu d-deċiżjoni finali dwar id-dħul fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tal-kabina.

CAT.GEN.MPA.140   Tagħmir elettroniku portabbli

L-operatur m’gћandu jħalli lill-ebda persuna tuża, abbord inġenju tal-ajru, tagħmir elettroniku portabbli (PED) li jista’ jaffettwa ħażin il-funzjonament tas-sistemi u tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, u huwa għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jipprevjeni t-tali użu.

CAT.GEN.MPA.145   Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord

L-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).

CAT.GEN.MPA.150   Inżul ta’ emerġenza — l-ajruplani

L-operatur għandu jħaddem ajruplan b’konfigurazzjoni ta’ sits tal-passiġġieri ta’ iktar minn 30 sit f’titjiriet fuq l-ilma, f’distanza mill-art li tkun xierqa gћal inżul ta’ emerġenza, li tkun ta’ iktar minn dik magħmula f’120 minuta f’veloċità regolari, jew ta’ iktar minn 400 mil nawtiku, skont liema minn dawn ikun l-inqas, biss jekk l-ajruplan ikun konformi mad-dispożizzjonijiet għall-inżul ta’ emerġenza preskritti fil-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

CAT.GEN.MPA.155   Ġarr ta’ armi tal-gwerra u ta’ munizzjon tal-gwerra

(a)

L-operatur gћandu jġorr armi tal-gwerra jew munizzjon tal-gwerra bl-ajru biss f’każ li jkun ingћata approvazzjoni jagћmel dan mill-Istati kollha li l-ispazju tal-ajru tagħhom huwa ppjanat li jintuża għat-titjira.

(b)

Meta jkun ingħata approvazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li l-armi tal-gwerra u l-munizzjon tal-gwerra:

(1)

ikunu stivati fl-inġenju tal-ajru f’post li ma jkunx aċċessibbli għall-passiġġiera matul it-titjira; u

(2)

fil-każ tal-armi tan-nar, li dawn ma jkunux ikkargati.

(c)

L-operatur għandu jiżgura li, qabel ma tibda titjira, il-kmandant ikun mgħarraf bid-dettalji ta’ kwalunkwe armi tal-gwerra jew munizzjon tal-gwerra li jkunu ppjanati jinġarru u bil-post fejn dawn ikunu jinsabu abbord l-inġenju tal-ajru.

CAT.GEN.MPA.160   Ġarr ta’ armi u munizzjon sportivi

(a)

L-operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li kwalunkwe arma sportiva li jkun ippjanat li tinġarr bl-ajru tkun irrappurtata lill-operatur.

(b)

L-operatur li jaċċetta li jġorr armi sportivi gћandu jiżgura li dawn:

(1)

ikunu stivati fl-inġenju tal-ajru f’post li ma jkunx aċċessibbli għall-passiġġiera matul it-titjira; u

(2)

fil-każ tal-armi tan-nar jew ta’ armi oћrajn li jista’ jkollhom il-munizzjon fihom, li dawn ma jkunux ikkargati.

(c)

Il-munizzjon tal-armi sportivi jista’ jinġarr fil-bagalji tal-passiġġiera li jkunu ġew ikkontrollati, suġġett gћal ċerti limitazzjonijiet, skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.

CAT.GEN.MPA.161   Ġarr ta’ armi u munizzjon sportivi — mitigazzjonijiet

Minkejja l-punt CAT.GEN.MPA.160(b), għall-ħelikopters li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ (MCTOM) ta’ 3 175 kilogramma jew inqas u li jitħaddmu binhar fuq rotot innavigati b’referenza għal għeliem viżwali, arma sportiva tista’ tinġarr f’post li jkun aċċessibbli waqt it-titjira, sakemm l-operatur ikun stabbilixxa proċeduri xierqa u ma jkunx prattiku li din tiġi stivata f’post ta’ stivar li ma jkunx aċċessibbli waqt it-titjira.

CAT.GEN.MPA.165   Metodu ta’ ġarr tal-persuni

L-operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha possibbli biex jiżgura li l-ebda persuna, waqt titjira, ma tkun fi kwalunkwe parti ta’ inġenju tal-ajru li ma tkunx iddisinjata biex takkomoda l-persuni, sakemm din ma tkunx ingћatat aċċess temporanju mill-kmandant:

(a)

sabiex tittieħed azzjoni li tkun meħtieġa għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew ta’ kwalunkwe persuna, annimal jew merkanzija li jkun hemm fih; jew

(b)

għal parti tal-inġenju tal-ajru li fiha jinġarru t-tagћbija jew il-provvisti, li tkun iddisinjata biex persuna jkollha aċċess għaliha waqt li l-inġenju tal-ajru jkun qed itir.

CAT.GEN.MPA.170   Alkoħol u droga

L-operatur gћandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tidħol f’inġenju tal-ajru jew ma tkun tinsab fih meta din tkun taћt l-influwenza tal-alkoћol jew tad-droga tant li x’aktarx tipperikola s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu.

CAT.GEN.MPA.175   Perikli għas-sikurezza

L-operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma taġixxi b’mod imprudenti jew negliġenti, jew tonqos milli taġixxi, hekk li:

(a)

tpoġġi fil-periklu inġenju tal-ajru jew il-persuni ta’ ġo fih; jew

(b)

tikkawża jew tippermetti inġenju tal-ajru jpoġġi fil-periklu lil kwalunkwe persuna jew kwalunkwe proprjetà.

CAT.GEN.MPA.180   Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord

(a)

Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(1)

il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument(i) ekwivalent(i);

(2)

iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;

(3)

iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);

(4)

iċ-ċertifikat tal-istorbju, inkluża traduzzjoni bl-Ingliż, f’każ li din tkun ġiet ipprovduta mill-awtorità responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-istorbju;

(5)

kopja taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) li tkun iċċertifikata bħala kopja vera;

(6)

l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet rilevanti għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, maħruġin flimkien mal-AOC;

(7)

il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;

(8)

iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;

(9)

il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;

(10)

il-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (il-Parti-M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003;

(11)

id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;

(12)

mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;

(13)

il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;

(14)

informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata, li għandha tkun aċċessibbli b’mod faċli fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(15)

il-partijiet attwali tal-manwal tal-operat li huma rilevanti għall-kompiti tal-membri tal-ekwipaġġ, li għandhom ikunu aċċessibbli b’mod faċli għall-membri tal-ekwipaġġ;

(16)

it-MEL;

(17)

l-avviżi x-xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAMs) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS);

(18)

l-informazzjoni meteoroloġika x-xierqa;

(19)

il-manifesti tal-merkanzija u/jew tal-passiġġieri, jekk dan ikun applikabbli;

(20)

id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa;

(21)

il-pjan operattiv tat-titjira, jekk dan ikun applikabbli;

(22)

l-avviżi dwar kategoriji speċjali ta’ passiġġieri (SCPs) u dwar tagħbijiet speċjali, jekk dan ikun applikabbli; u

(23)

kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.

(b)

Minkejja l-punt (a), għall-operazzjonijiet ta’ titjir skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) li jsiru binhar bl-użu ta’ inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, li jitilqu minn u jinżlu fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat fi żmien 24 siegħa, jew li jibqgħu fil-limiti ta’ żona lokali speċifikata fil-manwal tal-operat, id-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat minflok:

(1)

iċ-ċertifikat tal-istorbju;

(2)

il-liċenzja tar-radju tal-inġenju tal-ajru;

(3)

il-ġurnal tal-vjaġġ, jew dokument ekwivalenti;

(4)

il-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-ajru;

(5)

in-NOTAMs u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-AIS;

(6)

l-informazzjoni meteoroloġika;

(7)

l-avviżi dwar is-SCPs u dwar it-tagħbijiet speċjali, jekk dan ikun applikabbli; u

(8)

id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa.

(c)

Minkejja l-punt (a), f’każ ta’ telf jew serq tad-dokumenti speċifikati fil-punt (a)(2) sal-punt (a)(8), l-operazzjoni tista’ titkompla sakemm it-titjira tilħaq id-destinazzjoni tagħha jew post fejn ikunu jistgħu jingħataw dokumenti ta’ sostituzzjoni.

CAT.GEN.MPA.185   Informazzjoni li għandha tinżamm fuq l-art

(a)

L-operatur għandu jiżgura li, tal-inqas għal kemm iddum kull titjira jew serje ta’ titjiriet:

(1)

tinżamm fuq l-art l-informazzjoni rilevanti gћat-titjira u xierqa gћat-tip ta’ operazzjoni;

(2)

li l-informazzjoni tinżamm sakemm din tkun ġiet idduplikata fil-post li fih tkun se tinћażen; jew, jekk dan ma