ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.287.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
18 ta' Ottubru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/643/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

1

 

 

2012/644/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

2

 

 

2012/645/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2012 dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

3

 

 

2012/646/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2012 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2012 tas-17 ta’ Ottubru 2012 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tat-tħassir tal-annotazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib ( 1 )

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 958/2012 tas-17 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 959/2012 tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Diċembru 2012 sat-28 ta’ Frar 2013

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/647/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2012 taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

11

 

 

2012/648/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2012 li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

12

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tat-3 ta’ Ottubru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV UE-Ġordan

13

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 204/11/COL tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lill-kumpaniji tal-grupp Norsk Film (in-Norveġja)

14

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 189/12/COL tat-22 ta’ Mejju 2012 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali

21

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika suġġetti għal reġistrazzjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea ( ĠU L 229, 24.8.2012 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

(2012/643/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Kanada għandhom jespandu l-kooperazzjoni doganali tagħhom biex tkopri materji tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-immaniġġar tar-riskji relatati bil-ħsieb li jżidu s-sigurtà tul il-katina loġistika kollha u fl-istess waqt jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu.

(2)

Għal dan il-għan, fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Kanada. Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-immaniġġar tar-riskji relatati (il-“Ftehim”).

(3)

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (KKKD), meta tiġi msejħa sabiex tadotta atti li jkollhom efetti legali, għandha tiġi deċiża f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, pożizzjonijiet oħrajn li għandhom jittieħdu mill-Unjoni fil-KKKD għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

(2012/644/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, matul l-adeżjonijiet mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tad-direttivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew fi tmiemhom u l-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (il-Ftehim) ġie inizjalizzat minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea nhar il-21 ta’ Diċembru 2011 u minn rappreżentant tal-Istati Uniti tal-Amerika nhar is-17 ta’ Frar 2012.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2012

dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

(2012/645/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(6) u (7) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika (“il-Ftehim”). Huwa ġie inizjalat fl-14 ta’ Ottubru 2010.

(2)

Il-ftehim ġie fid-19 ta’ Marzu 2012, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, u applikat proviżorjament mill-iffirmar tiegħu skont l-Artikolu 218(5) tat-Trattat.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika u Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim (2).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta l-pożizzjoni tal-Unjoni li ser tittieħed fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim rigward emendi tekniċi għal dak il-Ftehim skont l-Artikolu 4(2)(a) tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. MALAS


(1)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 99, 5.4.2012, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2012

li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

(2012/646/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2005/781/KE (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (“il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu XII (2) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: “Dan il-Ftehim għandu jkun validu għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded bi ftehim bejn il-Partijiet wara evalwazzjoni li ssir fis-sena ta’ qabel l-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv ta’ tiġdid tal-Ftehim.”.

(3)

Fil-ħames laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit ta]t l-Artikolu VI(2) tal-Ftehim,, li saret fi Brasilia fit-22 ta’ Novembru 2011, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-interess tagħhom li jġeddu l-Ftehim għal ħames snin oħra.

(4)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(5)

It-tiġdid tal-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għat-tiġdid tal-Ftehim skont l-Artikolu XII(2) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika li ġejja:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għal ‘l-Unjoni Ewropea’.”.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. MALAS


(1)  ĠU L 295, 11.11.2005, p. 37.


REGOLAMENTI

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 957/2012

tas-17 ta’ Ottubru 2012

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tat-tħassir tal-annotazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali.B’mod partikolari, jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li tidher fuq il-lista mfassla u aġġornata skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li, fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ listi bħal dawn, għandhom jitqiesu l-verifiki min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (3).

(3)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman (4) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib.

(4)

Il-pajjiż awtonomu tal-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-preżent huwa inkluż fil-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(5)

Wara r-riforma interna tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, effettiva sa mill-10 ta’ Ottubru 2010, l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi ma baqax jeżisti bħala pajjiż awtonomu fi ħdan dak ir-Renju. Fl-istess data, Curaçao u Sint Maarten kisbu l-istatus ta’ pajjiżi awtonomi fi ħdan ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt li Bonaire, Sint Eustatius u Saba saru muniċipalitajiet speċjali tal-parti Ewropea tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Huwa għalhekk xieraq li titħassar l-annotazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi mil-lista stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(6)

Curaçao u Sint Maarten ma esprimewx interess li jkomplu bl-esportazzjonijiet ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem lejn l-Unjoni. Għalhekk mhuwiex xieraq li dawn jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, l-annotazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi hija mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 958/2012

tas-17 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

69,6

MK

41,5

TR

59,9

ZZ

57,0

0707 00 05

MK

38,5

TR

118,9

ZZ

78,7

0709 93 10

TR

116,7

ZZ

116,7

0805 50 10

AR

82,5

CL

108,8

TR

85,8

UY

65,5

ZA

91,1

ZZ

86,7

0806 10 10

BR

274,0

MK

59,9

TR

153,1

ZZ

162,3

0808 10 80

AR

216,9

MK

29,8

NZ

130,9

US

143,5

ZA

107,2

ZZ

125,7

0808 30 90

CN

92,8

TR

117,7

ZZ

105,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 959/2012

tas-17 ta’ Ottubru 2012

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Diċembru 2012 sat-28 ta’ Frar 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Arġentina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina u l-Arġentina.

(3)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2012 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2012 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

92,505965  %

Importaturi ġodda

09.4099

1,338084  %

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

42,208055  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,385076  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

3,949315  %


DEĊIŻJONIJIET

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ottubru 2012

taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/647/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Petra ROTH, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Dagmar MÜHLENFELD, Oberbürgermeisterin der Stadt Mülheim an der Ruhr.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ottubru 2012

li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/648/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Paul FICHEROULLE sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Wara l-ħatra tas-Sur Marc HENDRICKX bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Marc HENDRICKX, Vlaams Volksvertegenwoordiger

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Karim VAN OVERMEIRE, Vlaams Volksvertegenwoordiger.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/13


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN

tat-3 ta’ Ottubru 2012

dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV UE-Ġordan

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE/ĠORDAN,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 91 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan li jagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għall-finijiet tal-ksib tal-għanijiet tal-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 101 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għall-Ftehim jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u jaraw li l-għanijiet stipulati fih jinkisbu.

(3)

Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) UE-Ġordan (“il-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV”).

(4)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV ser jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tal-elaborazzjoni u l-qbil bejn il-Partijiet dwar passi konkreti li jipprovdu gwida prattika għal din l-implimentazzjoni.

(5)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV iservi l-għan doppju li jistipula passi konkreti biex il-Partijiet jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim, u li jipprovdi qafas usa’ għal aktar tisħiħ tar-relazzjonijiet UE-Ġordan biex dawn jinvolvu miżura sinifikanti ta’ integrazzjoni ekonomika u kooperazzjoni politika aktar profonda, skont l-għanijiet ġenerali tal-Ftehim,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV (2), safejn din l-implimentazzjoni tiġi diretta lejn il-ksib tal-għanijiet tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.

(2)  Ara d-dokument 3302/12 fuq: http://register.consilium.europa.eu


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/14


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 204/11/COL

tad-29 ta’ Ġunju 2011

dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lill-kumpaniji tal-grupp Norsk Film (in-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA ("L-AWTORITÀ"),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim taż-ŻEE"), b'mod partikolari l-Artikoli 61 u 62,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja ("il-Ftehim ta' Sorveljanza u Qorti"), b’mod partikolari l-Artikolu 24,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u Qorti ("il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 4(4), u 7(1) tal-Parti II,

WARA LI SEJĦET lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 6(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 (1),

Billi:

I.   FATTI

1.   Il-proċedura

Permezz tal-ittra bid-data tat-23 ta' Marzu 2006 (Avveniment Nru 368163), diversi kumpaniji tal-films Norveġiżi (2) lmentaw li l-għotjiet annwali għas-snin 2000 - 2005 ngħataw mill-awtoritajiet Norveġiżi lil Norsk Film Studio AS/Filmparken AS.

Wara diversi skambji ta' korrispondenza, l-Awtorità adottat id-Deċiżjoni Nru 491/09/COL biex jingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' miegħu (3) L-Awtorità stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. L-Awtorità ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet terzi.

L-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew l-osservazzjonjiet tagħhom bl-ittra bid-data tat-2 ta' Frar 2010 (Avveniment Nru 545244).

2.   Il-grupp Norsk Film

Norsk Film AS ġiet stabbilita fl-1932 mill-assoċjazzjoni tat-teatri taċ-ċinema muniċipali. Il-film studjow tal-kumpanija nfetaħ fl-1935. Fil-baġit tal-Istat għall-1947, il-Gvern Norveġiż iddeċieda li jerfa’ responsabbiltà akbar fil-produzzjoni tal-films. Matul is-snin 50 u 60, Norsk Film AS ħabtet wiċċha ma’ diffikultajiet finanzjarji li wasslu lil-gvern sabiex jallokalha għotjiet ħalli b'hekk jiggarantixxi l-eżistenza tagħha għal iżjed żmien. Wara li fl-aħħar tas-snin 60 il-kumpanija ġiet iddikjarata falluta, il-gvern iddeċieda li jerfa' r-responsabbiltà kollha għall-futur tal-kumpanija. Mill-1974, l-Istat kellu f’idejh s-77,6 % tal-ishma fil-kumpanija. Norsk Film AS kellha żewġ skopijiet: li tipprovdi lill-produtturi tal-feature films Norveġiżi bil-faċilitajiet meħtieġa u li tipproduċi films Norveġiżi.

ScanCam AS twaqqfet fl-1986 minn Norsk Film AS u l-gazzetta VG (Verdens Gang) fuq il-bażi tad-dipartiment ċinematografiku li kellha Norsk Film AS. Wara, Norsk Film AS u Schibsted ASA kellhom 50 % kull wieħed tal-ishma ta’ ScanCam AS. Fil-31 ta' Diċembru 1998, Schibsted ASA biegħet sehma lil Norsk Film AS u b'hekk mill-1999 ScanCam AS saret 100 % proprjetà sussidjarja ta’ Norsk Film Studio AS.

Norsk FilmStudio AS, li twaqqfet fl-1989, kienet proprjetà sussidjarja kollha kemm hi ta' Norsk Film AS. Sal-1989, il-faċilitajiet ta' studjow u dawk tekniċi kienu diviżjoni integrali ta' Norsk Film AS. Norsk FilmStudio AS twaqqfet biex tistabbilixxi distinzjoni ċara u netta bejn ir-rwol tal-kumpanija bħala produttriċi u r-rwol tagħha li timmantjeni l-infrastruttura għall-produzzjoni tal-films (faċilitajiet ta' studjow u dawk tekniċi).

Fl-2001, il-Gvern Norveġiż irriforma l-politika tiegħu dwar il-films u nħolqot distinzjoni iżjed ċara bejn iż-żoni ta' responsabbiltà tal-Istat u r-responsabbiltà tas-settur privat. Il-kumpaniji privati tal-produzzjoni għandhom jingħataw ir-responsabbiltà li jipproduċu l-films. Għalhekk kien ġie propost li jinbiegħu l-ishma tan-Norsk Film AS. L-Istat se jibqa’ responsabbli tal-istudjows ladarba din il-parti tal-proċess ta' produzzjoni ma kinitx meqjusa bħala sostenibbli skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fl-2001, Norsk Film AS ġiet maqsuma f'żewġ kumpaniji differenti: f'kumpanija għall-produzzjoni tal-films, imsejħa Norsk Film AS u f'kumpanija tal-infrastruttura msejħa Filmparken AS. Il-bqija tal-assi baqgħu taħt Filmparken AS. Norsk FilmStudio As kompliet bħala proprjetà sussidjarja kollha kemm hi ta' Filmparken AS. Fil-25 ta' Ġunju 2001, Norsk FilmStudio AS ingħaqdet ma' Filmparken AS. Fl-4 ta' Jannar 2002, l-Istat biegħ l-ishma tiegħu tal-kumpanija tal-produzzjoni Norsk Film AS lill-kumpanija privata tal-produzzjoni msejħa Diopter AS.

Fl-2002, Filmparken AS reġgħet issemmiet mill-ġdid Norsk FilmStudio AS.

Fl-2004, ScanCam AS ingħaqdet ma’ Norsk FilmStudio AS.

Fl-2009, Norsk FilmStudio AS u The Chimney Pot AS ingħaqdu sabiex isiru Storyline Studios AS. Wara l-fużjoni, Filmparken AS ġiet fil-pussess ta' 60 % tal-kumpanija filwaqt li l-40 % l-oħra tħallew f'idejn l-azzjonisti tal-ex Chimney Pot AS.

Storyline Studios AS huwa fornitur fuq skala wiesgħa ta' strumenti u servizzi fl-industrija tal-films, li jipprovdi film studjows, makkinarju u strumenti tad-dawl, kameras, materjal li jintuża fil-fażi ta’ wara l-produzzjoni, kostumi, finanzjament, faċilitajiet ta' uffiċċji, linja ta’ produzzjoni u katalgi tal-films.

3.   Deskrizzjoni tal-miżuri eżaminati

L-Awtorità eżaminat żewġ miżuri differenti. il-ħlas tal-għotja ta' NOK 36 miljun (ara Taqsima 3.1) u t-trattament preferenzjali tat-taxxa li bbenefikaw minnhom uħud mill-kumpaniji tal-grupp Norsk Film (ara Taqsima 3.2).

3.1    Ħlas tal-għotja ta' NOK 36 miljun

Mis-snin 70 sal-2006, diversi entitajiet tal-grupp Norsk Film ingħataw għotjiet annwali. Il-baġits annwali għal 1971-1972 jirreferu għal "skema ta' għajnuna eżistenti". L-għotjiet tħallsu mill-Ministeru tal-Kultura u tal-Affarijiet tal-Knisja.

Fid-Deċiżjoni tagħha Nru 491/09/COL, l-Awtorità hija tal-fehma li l-ħlasijiet annwali maħruġa mis-snin 70 mill-Istat Norveġiż lil diversi entitajiet tal-grupp Norsk Film għall-produzzjoni tal-feature films u għaż-żamma ta’ infrastruttura meħtieġa għall-produzzjoni tal-films kienu bbażati fuq sistema ta' għajnuna eżistenti.

L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li fl-1997, il-Parlament Norveġiż iddeċieda li jagħmel għotja ta' NOK 36 miljun għal Norsk Film AS għat-titjib, l-immodernizzar u l-iżvilupp tal-faċilitajiet ta' produzzjoni msejħa "Filmparken". L-għotja ġiet allokata mit-taqsima tal-baġit nazzjonali għall-għotjiet għall-bini kulturali nazzjonali. Is-somma ġiet allokata fuq perjodu ta' sentejn, NOK 10 miljun tħallsu fl-1998 u l-bqija ta' NOK 26 miljun tħallsu fl-1999. Parti mill-għotja kopriet l-immodernizzar u t-titjib tal-faċiltajiet tal-istudjow u parti kopriet l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' amministrazzjoni ġodda.

Fid-Deċiżjoni Nru 491/09/COL, l-Awtorità tqis li ladarba l-ħlas tal-għotja ta' NOK 36miljun kien ibbażat fuq allokazzjoni ta' baġit differenti u l-ammont speċifiku kien maħsub għal skop speċjali (rinnovazzjoni tas-sit tal-jar), dan jista' jwassal għal għajnuna ġdida. L-Awtorità kellha dubji dwar jekk din il-kontribuzzjoni kinitx tagħmel parti mis-sistema ta’ għajnuna eżistenti jew jekk kinitx tikkostitwixxi miżura ġdida ta' għajnuna.

3.2    Trattament preferenzjali tat-taxxa

Mill-1995 Norsk Film AS u Norsk FilmStudio AS bbenefikaw minn eżenzjoni mit-taxxa. L-eżenzjoni kienet ibbażata fuq Taqsima 26, l-ewwel paragrafu, punt k tal-Att tat-Taxxa li kien hemm qabel tat-18 ta' Awwissu 1911 Nru 8, mibdul mill-Att tat-Taxxa tas-26 ta' Marzu 1999 Nru 14. (4)

Skont it-Taqsima 2-32 tal-Att tat-Taxxa Norveġiż, li attwalment jistabilixxi r-regoli dwar dan ir-reġim preferenzjali tat-taxxa, organizzazzjonijiet bla profitt, istituzzjonijiet u kumpaniji huma eżentati mit-taxxa korporattiva sakemm joperaw fuq bażi bla profitt.

Jekk istituzzjoni jew kumpanija hix meqjusa bħala bla profitt skont it-Taqsima 2-32 huwa ddeterminat fuq il-bażi ta' kriterji objettivi, bl-iskop tal-kumpanija jkun il-fattur deċisiv. Għaldaqstant, skop filantropiku jindika l-preżenza ta' entità bla profitt. Biex jiġi ddeterminat l-iskop tal-kumpanija, l-awtoritajiet tat-taxxa jikkunsidraw fost l-oħrajn l-istatuti tagħha li jinkludu l-iskop statutorju tagħha u l-attivitajiet effettivament imwettqa. Jiġi wkoll ikkunsidrat jekk l-entità hix involuta f'attivitajiet li huma esposti għal kompetizzjoni. Jekk l-impriża twettaq attivitajiet ekonomiċi jew kummerċjali u tikkompeti ma' kumpaniji li għandhom qligħ taxxabbli, dan jindika l-eżistenza ta' statut taxxabbli. Element ieħor li jiġi kkunsidrat hija n-natura tal-finanzjament tal-impriża. Jekk il-kumpanija hija ffinanzjata minn għotjiet privati jew kontribuzzjonijiet oħra, dan jindika li l-kumpanija ma għandha l-ebda skop ta’ profitt.

Organizzazzjoni li hi meqjusa bħala mhux għall-profitt hija eżentata mit-taxxa korporattiva fuq il-profitt b’riżultat tal-iskop mhux għall-profitt tal-kumpanija. Dħul li ġej minn attivitajiet kummerċjali hu – b'ċerti kundizzjonijiet – soġġett għal taxxa korporattiva. (5)

Jekk it-Taqsima 2-32 hix applikabbli għal kumpanija jew organizzazzjoni hija ddeterminata mill-awtoritajiet tat-taxxa bħala parti mill-proċess normali ta' valutazzjoni annwali. L-awtoritatjiet tat-taxxa lokali jiddeterminaw liema reġim tat-taxxa huwa applikabbli fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni tat-taxxa u informazzjoni oħra disponibbli.

Norsk Film AS, Norsk FilmStudio AS u ScanCam AS ingħataw eżenzjoni mit-taxxa bbażata fuq il-fatt li l-iskop tal-kumpaniji ma kienx li jagħmlu l-profitt. Sal-1995, Norsk Film AS u Norsk FilmStudio AS ma applikawx għar-reġim speċjali. Wara l-applikazzjonijiet tagħhom huma bbenefikaw minn tali reġim mill-1995 sal-2001.

Fl-2001, Norsk Film AS ġiet maqsuma f'żewġ kumpaniji differenti: kumpanija għal produzzjoni tal-films, imsejħa Norsk Film AS u kumpanija għall-infrastruttura msejħa Filmparken AS. Mill-2002, il-kumpaniji ma baqgħux iżjed iffinanzjati mis-sussidji tal-gvern u huma wettqu attivitajiet kummerċjali normali. Kienu għalhekk meqjusa bħala kumpaniji normali li jagħmlu profitt u b'konsegwenza soġġetti għat-taxxa korporattiva standard.

Sal-1998, Norsk Film AS u Schibsted ASA kellhom 50 % kull wieħed tal-ishma tal-ScanCam AS. Għalhekk ScanCam AS ma kinitx meqjusa bħala parti integranti min-negozju ta’ Norsk Film AS. Minn Diċembru 1998, ScanCam AS saret proprjetà sħiħa l-ewwel ta’ Norsk Film AS u wara, fl-1999, ta’ Norsk FilmStudio AS (il-proprjetà sussidjarja kollha kemm hi ta' Norsk Film AS). Wara din il-bidla, l-awtoritajiet tat-taxxa kkunsidraw li ScanCam AS kienet parti integranti tal-attività ta' Norsk Film AS u setgħet għalhekk tibbenefika mill-istess reġim tat-taxxa għas-snin 1998-2000. ScanCam AS għamlet profitt fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001. (6)

Fil-valutazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet tat-taxxa kkunsidraw li l-kumpaniji setgħu jibbenefikaw mill-istatus ta’ organizzazzjoni mingħajr skop ta’ profitt fuq il-bażi tal-elementi li ġejjin: l-istatuti ta’ Norsk Film AS li juru li l-iskop tagħha ma kienx ta' profitt, il-fatt li 97,7 % tal-ishma kienu miżmuma mill-Istat u l-muniċipalitajiet lokali u l-fatt li l-kumpanija kienet iffinanzjata essenzjalment permezz ta’ sussidji mill-Istat.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa indikaw li l-eżenzjoni mit-taxxa kienet mogħtija bil-patt li l-benefiċjarju juża eventwalment il-profitt kollu sabiex jikseb l-iskop tal-kumpanija fil-qafas li hi impriża mingħajr skop ta’ profitt. Is-sussidjarja Norsk FilmStudio AS kienet meqjusa bħala parti integrata tal-attività ta' Norsk Film AS u koperta mill-istess eżenzjoni tat-taxxa. L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li Norsk FilmStudio AS ma għamlitx profitt fis-snin 1995-2001 u li għaldaqstant, l-applikazzjoni għar-reġim favorevoli tat-taxxa kienet bla effett.

Il-kumpaniji huma issa kollha soġġetti għal taxxa korporattiva standard.

Fid-Deċiżjoni Nru 491/09/COL, l-Awtorità tqis li kien dubjuż jekk l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva bbażata fuq l-eżenzjoni loġika għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt tistax tiġġustifika l-eżenzjoni mit-taxxa fil-każ ta’ kumpaniji li huma tal-grupp Norsk Film.

L-għajnuna fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa korporattiva hija għajnuna operattiva. Tali għajnuna hija permessa biss taħt ċirkostanzi speċjali, u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet fejn il-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-Awtorità ġew sodisfatti (eż. għal ċerti tipi ta’ għajnuna ambjentali jew reġjonali). Għalhekk l-Awtorità ddubitat dwar kemm ir-regoli tat-taxxa speċjali – kif ġew applikati għal xi wħud mill-kumpaniji tal-grupp Norsk Film – jistgħu jkunu ġustifikati taħt id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.   Kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi

4.1    Ħlas ta' għotja ta' NOK 36 miljun

4.1.1   Il-ħlas tal-għotja ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-ħlas ta’ NOK 36 miljun ma jikkostitwix għajuna mill-Istat.

Bl-adozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-effetti, l-awtoritajiet Norveġiżi stqarru li l-għotja taħt reviżjoni ma tat effettivament ebda vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju.

L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li ebda kumpanija ma ħadet vantaġġ ekonomiku b’riżultat għall-għotja għat-titjib u l-immodernizzar ta’ Filmparken. Norsk FilmStudio AS kienet responsabbli għal kiri tal-faċilitajiet lill-kumpaniji kollha ta’ produzzjoni fin-Norveġja. Fil-grupp Norsk Film kien hemm separazzjoni legali ċara tal-attivitajiet tal-produzzjoni tal-films u l-kiri tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni. L-aċċess għall-faċilitajiet ta’ produzzjoni kien miftuħ u mogħti lill-kumpaniji kollha Norveġiżi ta’ produzzjoni (inkluż Norsk Film AS) b’termini u kundizzjonijiet ugwali. L-attivitajiet ta’ kiri ma għamlux profitti u ħolqu defiċit għal Norsk FilmStudio AS.

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li ma jistax jingħad li l-miżura tat vantaġġ ekonomiku lil grupp Norsk Film ladarba jidher biċ-ċar li dan ma kienx l-effett tal-għotja. L-iskop u l-effett tal-miżura kienu iżda li jipprovdu lill-produtturi Norveġiżi tal-films b’aċċess għal faċilitajiet ta’ produzzjoni. Huma jenfasizzaw li kien biss minħabba falliment tas-suq li Norsk FilmStudioAS operaw bħala l-fornitur uniku ta’ faċilitajiet ta’ kiri ta’ studjows fejn setgħu jiġu prodotti films ta’ ċertu tul u kwalità. Il-kumpanija għamlet dan għall-benefiċċju tal-produtturi kollha u ma rċeviet l-ebda vantaġġ ekonomiku.

4.1.2   Fi kwalunkwe każ il-miżura tkun tikkostitwixxi għajnuna eżistenti

L-awtoritajiet Norveġiżi sostnew li anki jekk l-għotja ta’ NOK 36 miljun ammontat għal għajnuna mill-Istat, fi kwalunkwe każ, din tkun tikkostitwixxi għajnuna eżistenti.

L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li l-ħlas tal-għotja ta’ NOK 36 miljun kien jagħmel parti mis-sistema ta’ għajnuna eżistenti fil-forma ta’ ħlas tal-għotjiet annwali.

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-fatt li l-għotja ġiet mħallsa minn baġit differenti minn dak użat għall-għotjiet annwali mhux indikazzjoni biżżejjed li l-għotja nnifisha kkostitwit miżura diviżibbli u ġdida. Huma jispjegaw li l-fatt li l-għotja tal-1998-1999 ġiet allokata fuq partita baġitarja oħra kien “sempliċement kumbinazzjoni u kwistjoni ta’ teknikalitajiet u l-ħlas ta’ NOK 36 miljun seta’ wara kollox ġie allokat fuq it-taqsima tal-baġit għal finanzjament tal-films u mifrux fuq perjodu ta' 10 snin u għaldaqstant ’isir parti’ mill-ħlasijiet annwali lil Norsk Film AS li jinkludu kemm għajnuna amministrattiva u għall-investiment. Il-fatt li l-għotja tal-1998-1999 ġiet mogħtija fuq partita oħra tal-baġit kien ir-riżultat ta' mod ġdid kif tiġi organizzata t-taqsima tal-baġit [nazzjonali] għal kontribuzzjonijiet sabiex jiġi mibni bini nazzjonali”. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li dak li jgħodd hu li l-ħlas kien parti minn katina ta’ ħlasijiet sistematiċi u kontinwi lill-istess benefiċjarju u li n-natura tal-għajnuna baqgħet l-istess. Jingħad li l-iskema minn dejjem kienet tikkonsisti minn parti għall-investiment u minn parti amministrattiva.

Għal ċertu perjodu l-proċess ta’ titjib u mmodernizzar baqa’ għaddej u l-ispejjeż involuti kienu stmati, sal-1998-1999, għal NOK 13-il miljun. Dan l-ammont jinkludi kontribuzzjonijiet mill-Istat Norveġiż permezz tal-iskema ta’ appoġġ eżistenti li kienet stabbilita mis-sebgħinijiet. Madankollu, fl-1997, deher biċ-ċar li NOK 13-il miljun ma kinux biżżejjed biex jintemmu x-xogħlijiet u għalhekk ġie deċiż li jiġu allokati NOK 36 miljun oħra sabiex jitlesta t-titjib.

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew l-Awtorità bid-dejta li turi li anki fil-passat l-ammonti kienu ġew allokati u maħsuba għat-titjib u l-immodernizzar ta’ infrastrutturi meħtieġa għaż-żamma tal-kundizzjonijiet għal produzzjoni tal-films.

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-fatt li l-ammont tal-għotja kien ħafna ogħla minn kemm kienu l-ħlasijiet annwali sa dak inhar ma kinitx indikazzjoni li jikkostitwixxi għajnuna ġdida. Huma jirreferu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża Namur-Les-Assurances  (7): “għajnuna ġdida li tfiġġ jew it-tibdil f’għajnuna eżistenti ma jistgħux ikunu evalwati skont l-iskala tal-għajnuna jew, b’mod partikolari, l-ammont tagħha f’termini finanzjarji fi kwalunkwe ħin fil-ħajja tal-impriża jekk l-għajnuna hija fornuta fl-ambitu ta’ dispożizzjonijiet statutorji li kienu jeżistu qabel u li baqgħu ma nbidlux”.

4.1.3   Fi kwalunkwe każ għajnuna ġdida tkun kompatibbli

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-miżura, jekk l-Awtorità tikkonkludi li ammontat għal għajnuna ġdida, tkun, fi kwalunkwe każ, kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Huma jqisu li l-miżura tkun kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE ladarba l-iskop tal-għotja kien il-konservazzjoni kulturali, u l-miżura kienet meħtieġa u proporzjonata sabiex tikseb tali skop.

L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-produzzjoni tal-films tikkostitwixxi espressjoni kulturali importanti u tagħmel parti mill-patrimonju nazzjonali. Mingħajr facilitajiet xierqa ta’ produzzjoni, ebda produzzjoni tal-films ma sseħħ. Barra minn hekk, l-għotja kienet intervent meħtieġ minħabba l-falliment tas-suq. L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw ukoll li l-Awtorità approvat il-miżuri ta’ appoġġ għall-iskemi awdjoviżivi li kienu jibqgħu bla effett li kieku ma kinux jeżistu l-infrastrutturi meħtieġa għall-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi.

4.2    Trattament preferenzjali tat-taxxa

4.2.1   L-applikazzjoni tat-trattament preferenzjali tat-taxxa ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li l-Awtorità, fid-Deċiżjoni tagħha Nru 491/09/COL, ma qajmet l-ebda dubji rigward ir-reġim tat-taxxa attwali li jeżenta mit-taxxa korporattiva impriżi bla profitt, iżda teżamina l-applikazzjoni ta' tali reġim għal ċerti kumpaniji tal-grupp Norsk Film. Hija għalhekk l-applikazzjoni attwali jew l-applikazzjoni żbaljata tar-reġim tat-taxxa għal ċerti kumpaniji li hija taħt reviżjoni.

It-tieni nett, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li ma kinux huma nnifishom li kkunsidraw jekk it-Taqsima 2-32 tal-Att tat-Taxxa kienx applikat b’mod ġust għall-kumpaniji tal-grupp ta’ Norsk Film ladarba huma mhumiex awtorità tal-istima tat-taxxa.

Madankollu, kienu indikaw li "possibilità ta' applikazzjoni żbaljata mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' dispożizzjoni ġenerali tat-taxxa għall-vantaġġ ta’ kontribwent, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. (…) Fil-każ ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dispożizzjoni tat-taxxa nazzjonali, din għandha tiġi l-ewwel ikkoreġuta mill-awtoritajiet tat-taxxa jew mill-qrati skont il-liġi nazzjonali rilevanti. (…) Kieku kwalunkwe applikazzjoni żbaljata ta’ dispożizzjonijiet tat-taxxa nazzjonali li jirriżultaw f’vantaġġ mhux ġustifikat għal kontribwent partikolari kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat din kienet toħloq sitwazzjoni impossibbli”.

L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li ladarba l-konsegwenzi ta’ tassazzjoni inġusta jistgħu jinbidlu, sakemm mhix kwistjoni ta' applikazzjoni żbaljata persistenti, miżura rimedjali għandha tittieħed skont il-liġi nazzjonali u mhux riveduta taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE.

4.2.2   L-applikazzjoni tat-trattament preferenzjali tat-taxxa kien fi kwalunkwe każ ibbażat fuq sistema ta’ għajnuna eżistenti.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tat-taxxa ta’qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE ma kienx, fi kwalunkwe każ jikkostitwixxi għajnuna ġdida iżda kien ikun sempliċement l-applikazzjoni ta' sistema ta' għajnuna eżistenti.

Jikkunsidraw li “applikazzjoni ordinarja tar-regola ġenerali u l-valutazzjoni dwar jekk hix applikabbli jew le f’każ speċifiku ma tistax tikkostitwixxi fi kwalunkwe każ għajnuna ġdida, u għaldaqstant ma kinitx teħtieġ notifika lill-Awtorità. Jekk applikazzjonijiet individwali ta' sistema ta’ għajnuna eżistenti jkunu jikkostitwixxu għajnuna ġdida, il-kamp ta’ applikazzjoni għal dik li tkun titqis bħala għajnuna ġdida se jitwessa' b’tali mod li ma jkunx jagħmel sens, u jtaffi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ għajnuna kompatibbli f’termini ta’ għajnuna eżistenti skont it-tifsira tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat”.

II.   VALUTAZZJONI

1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jaqra kif ġej:

“Għajr kif ipprovdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stati Membri tal-KE, minn Stati EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, b’tali mod li taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tkun inkompatibbli mat-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.”

1.1    Preżenza ta’ riżorsi tal-Istat

Il-miżura għandha tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

1.1.1   Ħlas ta' għotja ta' NOK 36 miljun

L-għotja ta’ NOK 36 miljun ġiet mħallsa mis-sezzjoni tal-baġit tal-Istat għal għotjiet lil bini kulturali nazzjonali.

Għalhekk l-Awtorità kkunsidrat li l-kundizzjoni li r-riżorsi tal-Istat jiġu involuti tkun ssodisfatta.

1.1.2   Trattament preferenzjali tat-taxxa

Norsk Film AS u s-sussidjarja tagħha Norsk FilmStudio AS ngħataw eżenzjoni mit-taxxa għas-snin mill-1995 sal-2001. F’ittra bid-data tat-18 ta’ Marzu 1996, l-eżenzjoni mit-taxxa ngħatat mill-Uffiċċju tat-Taxxa tal-Baerum għas-sena fiskali 1995 bil-patt l-benefiċjarju juża eventwalment il-profitt kollu biex jikseb l-iskop tal-kumpanija fil-qafas li hi impriża bla profitt.

ScanCam AS (is-sussidjarja għall-kiri tal-kameras) kienet ingħatat eżenzjoni mit-taxxa mill-1998 sal-2001 fuq l-istess bażi.

B’riżultat tar-reġim tat-taxxa favorevoli, l-Istat irrinunzja dħul minn taxxi li normalment kien jirċievi mingħand l-impriżi kkonċernati. In-nuqqas ta' dawn il-fondi rrappreżentaw piż fuq ir-riżorsi tal-Istat li jikkorrispondu għal spejjeż li s-soltu jkunu maħsuba mill-baġits tal-impriżi kkonċernati. (8)

Il-fatt li l-valutazzjoni ġiet mwettqa mill-awtoritajiet tat-taxxa lokali ma għandux effett fuq is-sejbien li r-riżorsi tal-Istat kienu involuti. (9)

1.2    Preferenza mogħtija lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta’ ċerti prodotti

1.2.1   Ħlas ta' għotja ta' NOK 36 miljun

L-ewwel nett, il-miżura kellha tagħti lil Norsk FilmStudio AS/Filmparken AS vantaġġi li teħlishom minn spejjeż li s-soltu jkunu maħsuba mill-baġits tagħhom. L-għotja ta’ NOK 36 miljun tat lill-benefiċjarji benefiċċju finanzjarju li kieku ma kinux igawdu matul l-andament normali tan-negozju. Għalhekk saħħet il-pożizzjoni finanzjarja ta Norsk FilmStudio AS/Filmparken AS mqabbla mal-impriżi l-oħra attivi fil-produzzjoni tal-films fiż-ŻEE.

It-tieni nett, il-miżura ta’ għajnuna għandha tkun selettiva billi tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”.

L-Awtorità tqis il-ħlas tal-ammont ta’ NOK 36 miljun għat-titjib tal-faċilitajiet tal-istudjows kien selettiv billi l-benefiċjarju kien espressament maħtur.

1.2.2   Reġim preferenzjali tat-taxxa

Uħud mill-kumpaniji tal-grupp Norsk Film ġew eżentati mill-ħlas tat-taxxa korporattiva li tkun is-soltu applikabbli u għalhekk eżentati minn spejjeż li s-soltu jkunu maħsuba mill-baġit ta’ kumpanija. Ma kinux ħa jgawdu minn dan il-vantaġġ matul l-andament normali tan-negozju.

Madankollu, l-Awtorità rrikonoxxiet li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-EFTA konsistentement iddeċidew li miżuri li jagħtu vantaġġi lil ċerti benefiċjarji ma jkunux selettivi jekk ikunu jistgħu jiġu ġġustifikati min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema li jkunu jagħmlu parti minnha.

Barra minn hekk, il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta fuq in-negozju juru b’mod speċifiku li “ovvjament, ma tistax titwaħħal it-taxxa fuq il-qligħ jekk ma jkun sar ebda qligħ. Għaldqastant jista’ jkun iġġustifikat min-natura tas-sistema tat-taxxa li impriżi li ma jagħmlux profitti, per eżempju fondazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet, huma speċifikament eżentati mit-taxxi fuq il-profitti jekk fil-fatt ma jistgħu jagħmlu ebda profitti."

Fid-Deċiżjoni Nru 491/09/COL l-Awtorità ma kkontestatx il-fatt li r-reġim preferenzjali tat-taxxa jista’ għaldaqstant jiġi ġġustifikat min-natura u l-loġika tas-sistema. Kellha dubji dwar l-applikazzjoni tar-reġim lill-impriżi kkunsidrati. Dawn l-impriżi ngħataw eżenzjoni mit-taxxa korporattiva fl-applikazzjoni ta’ Taqsima 26, l-ewwel paragrafu, punt k tal-Att tat-Taxxa ta’ qabel tit-18 ta' Awwissu 1911 Nru 8, mibdul mill-Att tat-Taxxa tas-26 ta' Marzu 1999 Nru 14. Mal-applikazzjoni, dan ir-reġim jipprovdi eżenzjoni mit-taxxa korporattiva lil organizzazzjonijiet li jissodisfaw ċerti kriterja, relatati fil-biċċa l-kbira mal-iskopijiet bla profitti tagħhom.

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, Norsk Film AS, Norsk FilmStudio AS u ScanCam AS ingħataw eżenzjoni mit-taxxa bbażata fuq il-fatt li l-iskop tal-kumpaniji ma kienx li jagħmlu profitt. L-Awtorità, fil-valutazzjoni tagħha, ma tistax issostitwixxi lilha nnifisha għall-awtoritajiet tat-taxxa lokali Norveġiżi. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li ngħatat, l-Awtorità ma tqisx li għandha biżżejjed evidenza li r-reġim preferenzjali ġie applikat b’mod żbaljat lit-tlett impriżi u li għalhekk il-miżura tista' tingħad li hi ta' natura selettiva.

Għal dik ir-raġuni l-Awtorita ma tistax tikkonkludi li l-applikazzjoni tat-trattament preferenzjali tat-taxxa lil Norsk FilmStudio AS/Filmparken AS/ScanCam AS ibbażata fuq il-kriterji oriġinarjament stabbiliti fl-Att tat-Taxxa tal-1911 tinkludi kwalunkwe għajnuna mill-Istat.

1.3    Tfixkil tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Partijiet Kontraenti

L-għajnuna mill-Istat lill-impriżi hi meqjusa bħala tfixkil tal-kompetizzjoni u li taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti jekk il-benefiċjarju jwettaq attività ekonomika li tinvolvi kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. Il-films ċinematografiċi jistgħu jiġu prodotti f’lokalitajiet alternattivi fiż-ŻEE. Huma jiġu sussegwentement innegozjati bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE. Appoġġ għal impriża li tipproduċi feature films u tipprovdi servizzi ta’ studjows jista’ għalhekk ibiddel il-kompetizzjoni eżistenti bejn lokalitajiet differenti għall-produzzjoni ta’ films. Għaldqastant, il-miżura taħt valutazzjoni tista’ tiġi meqjusa bħala li tfixkel il-kompetizzjoni u li taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

1.4    Konklużjoni

Fuq il-bażi tal-elementi riveduti hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-ħlas ta’ NOK 36 miljun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li l-għotja tat-trattament favorevoli tat-taxxa lil Norsk FilmStudio AS/Filmparken AS/ScanCam AS ma tinkludi ebda għajnuna mill-Istat.

L-Awtorità għalhekk se tanalizza biss il-ħlas tal-għotja ta’ NOK 36 miljun f’dan li ġej.

2.   Il-proċedura

Il-proċedura għal għajnuna ġdida hi stabbilita fl-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3. Jekk l-Awtorità għandha dubju dwar il-kompattibbiltà ta’ tali miżura ta’ għajnuna, hija għandha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali provduta fl-Artikolu 1(2) f’Parti I tal-Protokoll 3 u fl-Artikolu 4(4) f’Parti II tal-Protokoll 3.

Proċedura separata ta' għajnuna eżistenti hi stabbilita fl-Artikolu 1(1) f’Parti I tal-Protokoll 3. Skont dik id-dispożizzjoni, l-Awtorità għandha, b’kooperazzjoni mal-Istati tal-EFTA, tirrevedi b’mod kostanti s-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn tal-aħħar kwalunkwe miżuri addattati meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mit-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

Kwalunkwe valutazzjoni magħmula permezz ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward jekk miżura ta’ għajnuna potenzjali tikkostitwixx għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti hija bilfors ta’ natura preliminari biss. Anki jekk l-Awtorità, iddeċidiet skont l-informazzjoni provduta f’dak iż-żmien, li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq il-bażi tal-Artikolu 1(3) u (2) tal-Parti I tal-Protokoll 3, hija tista’ xorta waħda, fid-deċiżjoni li tikkonkludi dik il-proċedura, issib li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna eżistenti. (10) Fejn hemm involuta għajnuna eżistenti, l-Awtorità trid issegwi l-proċedura għal għajnuna eżistenti. (11) Għalqadstant, f’tali każ, l-Awtorità tkun trid tagħlaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali u, skont il-każ, tiftaħ il-proċedura għal għajnuna eżistenti stabbilita fl-Artikoli 17-19 fil-Parti II tal-Protokoll 3. (12)

It-tagħrif ippreżentat lill-Awtorità fiż-żmien meta ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma kienx tali li jiġġustifika l-konklużjoni provviżorja ta’ kwalunkwe għajnuna involuta li hija għajnuna eżistenti, u għalhekk l-Awtorità ittrattat dawn il-miżuri fil-qafas tar-regoli li jappartjenu għal għajnuna ġdida.

L-Awtorità se tikkonkludi dwar l-eżistenza u l-konformità tal-miżuri ta’ għajnuna ġdida taħt il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Jekk hemm involuta għajnuna eżistenti, ladarba ż-żewġ miżuri taħt investigazzjoni issa ntemmu, hi se tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali mingħajr ma tiftaħ il-proċedura għal għajnuna eżistenti ladarba tali proċedura ma jkollhiex aktar skop.

3.   Ħlas ta' għotja ta' NOK 36 miljun – għajnuna eżistenti

Skont l-Artikolu 1(b)(i) tal-Parti II tal-Protokoll 3, għajnuna eżistenti hi: "l-għajnuna kollha li eżistiet qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE fl-Istati tal-EFTA rispettivi, li jfisser, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali li daħħlu fis-seħħ qabel, u għadhom applikabbli wara, id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE". Skont l-Artikolu 1(c) tibdil fit-tali għajnuna jirrappreżenta għajnuna ġdida.

L-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw informazzjoni addizzjonali fil-kuntest tal-kummenti tagħhom għal Deċiżjoni Nru 491/07/COL (ara t-Taqsima 4.1.2 hawn fuq).

Hekk kif indikat fid-Deċiżjoni Nru 491/09/COL, l-Awtorità tqis li l-ħlas annwali magħmul mis-sebgħinijet mill-Istat Norveġiż lil Norsk FilmStudio AS/Filmparken AS għall-produzzjoni ta’ feature films u l-manteniment ta' infrastruttura meħtieġa għall-produzzjoni ta’ films kienu bbażati fuq sistema ta' għajnuna eżistenti.

L-Awtorità tqis li l-ħlas tas-NOK 36 miljun kien magħmul fil-kuntest tas-sistema ta’ għajnuna eżistenti.

L-ewwel nett, jidher li l-għotjiet annwali magħmula matul is-snin kienu jinkludu dejjem parti għall-għajnuna ta’ investiment u parti għall-għajnuna operattiva. (13) Għaldaqstant, l-awtoritajiet Norveġiżi kienu indikaw li l-proċess ta’ titjib u mmodernizzar kien diġà beda u sal-1998-1999 kien ġie stmat li jammonta għal NOK 13-il miljun koperti mill-għotjiet annwali. L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew siltiet mill-proposti tal-baġit li juru li diversi ammonti konsiderevoli kienu ġew allokati lil Norsk Film AS għat-titjib u l-immodernizzar tal-infrastruttura meħtieġa għal produzzjoni ta’ films. (14) Il-fatt li l-għotja speċifika ġiet maħsuba għax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tas-sit tal-jar ma għandhiex tkun għalhekk meqjusa li tikkostitwixxi xi bidla għas-sistema ta’ għajnuna eżistenti.

It-tieni nett, il-fatt li l-ħlas tal-għotja kien ġie magħmul minn baġit differenti minn dak użat għal għotjiet annwali mhix relevanti taħt iċ-ċirkostanzi tal-każ attwali. Dan irriżulta minn teknika purament baġitarja u kien ir-riżultat ta’ mod ġdid kif torganizza l-baġit.

Fl-aħħar nett, il-fatt li l-ammont tal-għotja kien ħafna ogħla minn kemm kienu l-ħlasijiet annwali mhix indikazzjoni li l-għotja tammonta għal għajnuna ġdida. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li: “għajnuna ġdida li tfiġġ jew it-tibdil f’għajnuna eżistenti ma jistgħux ikunu evalwati skont l-iskala tal-għajnuna jew, b’mod partikolari, l-ammont tagħha f’termini finanzjarji fi kwalunkwe ħin fil-ħajja tal-impriża jekk l-għajnuna hija fornuta fl-ambitu ta’ dispożizzjonijiet statutorji li kienu jeżistu qabel u li baqgħu ma nbidlux”. (15)

L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li fid-dawl ta’ dak li ntqal li l-ħlas ta' NOK 36 miljun kien parti ta' sistema ta' għajnuna eżistenti li ntemmet fl-2006.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tqis li l-għotja ta' NOK 36 miljun kienet parti minn sistema ta' għajnuna eżistenti. Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali applikabbli għal għajnuna ġdida hi għaldaqstant magħluqa.

Artikolu 2

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tqis li l-applikazzjoni tat-trattament preferenzjali tat-taxxa lil Norsk Film AS, Norsk FilmStudio AS u ScanCam AS ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 4

Il-verżjoni Ingliża biss tad-deċiżjoni hi kkunsidrata bħala awtentika.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta' l-EFTA

Per SANDERUD

Il-President

Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU C 174, 1.7.2010 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 1.7.2010.

(2)  The Chimney Pot Oslo AS, Dagslys AS, Egg & Bacon AS, Grip Teknikk AS, Bob Aas Carho ENK, Kamerautleien AS, Lydhodene AS, Megaphon AS u Krypton Film AS.

(3)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(4)  Dan ir-reġim jipprovdi eżenzjoni mit-taxxa korporattiva lill-hekk msejħa "organizzazzjonijiet ideali".

(5)  Taqsima 2-32(2) tal-Att tat-Taxxa Norveġiż juri li d-dħul hu soġġett għat-taxxa korporattiva fejn il-bejgħ annwali mill-attivitajiet kummerċjali jammonta għal aktar minn NOK 70 000 jew NOK 140 000 skont il-każ li jkun.

(6)  Ara l-ittra mill-Awtoritajiet Norveġiżi ddatata l-11.8.2006 (Avveniment Nru 383774).

(7)  Kawża C-44/93, Namur-Les Assurances du Crédit SA v Office National du Ducroire u l-Istat Belġjan [1994] Ġabra I-3829, para. 28.

(8)  Kawża C- 156/98 Il-Ġermanja v il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857, paragrafu 26.

(9)  Kawża C 248/84 Il-Ġermanja v il-Kummissjoni [1987] Ġabra I-4013, paragrafu 17.

(10)  Kawża C-400/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2005] Ġabra I-3657, paragrafi 47, 54-55.

(11)  Kawża T-190/00 Ir-Reġjun ta’ Sqallija vs Il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-5015, paragrafu 48.

(12)  Kawża C-312/90 Spanja vs Il-Kummissjoni [1992] Ġabra I-4117, paragrafi 14-17, u Kawża C-47/91 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1992] Ġabra I-4145, paragrafi 22-25.

(13)  Ara l-Kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi fuq id-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-Kawża Nru. 67377 – Allegata għajnuna mill-Istat lil kumpaniji li jappartjenu lil grupp Norsk Film (Avveniment Nru. 545244).

(14)  Ara St.prp. Nr. 1 (1976-77): NOK 1 313 000,St.prp. nr. 1 (1977-78): NOK 4 miljuni, St.prp. nr. 1 (1977-79): NOK 3.9 miljuni

(15)  Kawża C-44/93, Namur-Les Assurances du Crédit SA v Office National du Ducroire u l-Istat Belġjan [1994] Ġabra I-3829, para.28.


18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/21


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 189/12/COL

tat-22 ta’ Mejju 2012

li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jistabbilixxi l-proċeduri għall-għotja ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tas-servizzi pubbliċi (Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1)) (“Id-Direttiva 2004/17/KE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tagħha,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“Il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u partikolarment l-Artikoli 1 u 3 tal-Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba mressqa quddiem l-Awtorità fl-24 ta’ Jannar 2012, minn Akershus Energi Vannkraft AS, E-CO Energi AS, EB Kraftproduksjon AS u Østfold Energi AS (“l-applikanti”),

Wara li kkunsidrat it-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tad-19 ta’ April 2012 li tagħti s-setgħa lill-Membru li għandu responsabbiltà speċjali għall-akkwisti pubbliċi li jieħu ċerti deċiżjonijiet fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi (id-Deċiżjoni Nru 138/12/COL),

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA li jgħin lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,

Billi:

I.   Il-FATTI

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2012, l-Awtorità rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE mingħand Akershus Energi Vannkraft AS, E-CO Energi AS, EB Kraftproduksjon AS u Østfold Energi AS biex tapprova l-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għall-attivitajiet marbutin mal-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-enerġija idroelettrika fin-Norveġja. Permezz ta’ ittri mibgħuta fis-17 ta’ Frar 2012, l-Awtorità talbet tagħrif addizzjonali kemm mingħand in-Norveġja (l-avveniment Nru 624270) u mingħand l-applikant (l-avveniment Nru 624258). L-Awtorità rċeviet risposta għal din it-talba mingħand in-Norveġja b'ittra bid-data tal-20 ta’ Marzu 2012 u mingħand l-applikant b'ittra bid-data tat-22 ta’ Marzu 2012.

(2)

It-talba tal-applikanti, li għandha tkun meqjusa bħala ħidmiet pubbliċi fit-tifsira tad-Direttiva 2004/17/KE. tikkonċerna l-produzzjoni u l-forniment bl-ingrossa tal-enerġija idroelettrika, kif spjegat fit-talba.

II.   IL-QAFAS LEGALI

(3)

L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE jistipula li l-kuntratti li huma maħsuba biex jgħinu biex attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 titwettaq ma għandhomx ikunu suġġetti għad-Direttiva 2004/17/KE jekk, fl-Istat membru tal-EFTA li fih titwettaq, l-attività tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett.

(4)

Skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE, talba għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tista' titressaq mill-awtoritajiet kontraenti jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat membru taż-ŻEE kkonċernat jipprevediha. Mill-paragrafu 2 tat-Taqsima 15-1 tar-Regolament Nru 403 tas-7 ta’ April 2006 dwar l-akkwisti pubbliċi fis-settur tas-servizzi (Forskrift nr. 403 av 7. April 2006 om innkjøp i forsyningssektorene) isegwi li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jressqu talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE quddiem l-Awtorità sakemm ikunu ħadu opinjoni mingħand l-Awtorità Norveġiża tal-Kompetizzjoni.

(5)

L-applikanti ħadu l-opinjoni mingħand l-Awtorità Norveġiża tal-Kompetizzjoni fis-16 ta’ Marzu 2011, li fiha l-Awtorità Norveġiża tal-Kompetizzjoni kkonkludiet li l-attivitajiet rilevanti huma direttament esposti għall-kompetizzjoni f'suq fejn ma hemmx aċċess ristrett.

(6)

L-aċċess għas-suq ma jitqiesx li hu ristrett jekk l-Istat ikun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti taż-ŻEE li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu. Din il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness XI tad-Direttiva 2004/17/KE, li, għas-settur tal-elettriku, tirreferi għad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (2). Id-Direttiva 96/92/KE ġiet sostitwita bid-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (3) (“id-Direttiva 2003/54/KE”), li qiegħda mdaħħla fil-punt 22 tal-Anness IV tal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldaqstant, l-aċċess għas-suq se jitqies li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Norveġiż implimenta u applika b'mod xieraq id-Direttiva 2003/54/KE.

(7)

L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ indikaturi varji, li l-ebda wieħed minnhom ma hu deċiżiv fih innifsu. Fir-rigward tas-swieq ikkonċernati minn din id-deċiżjoni s-sehem tas-suq tal-protagonisti f'xi suq partikolari jikkostitwixxi kriterju wieħed li għandu jitqies. Kriterju ieħor huwa l-livell ta’ konċentrazzjoni f'dawk is-swieq. Meta wieħed iqis il-karatteristiċi tas-swieq ikkonċernati, għandhom jiġu kkunsidrati kriterji oħrajn bħall-funzjonament tas-suq ta’ bbilanċjar, il-kompetizzjoni tal-prezzijiet u l-livell tal-bdil tal-fornituri mill-klijenti.

III.   VALUTAZZJONI

Definizzjoni tas-suq

Suq tal-prodotti

(8)

Is-suq rilevanti tal-prodotti huwa l-produzzjoni u l-forniment bl-ingrossa tal-elettriku (4). Għalhekk is-suq ikopri l-produzzjoni tal-elettriku fl-impjanti tal-enerġija (power stations) u l-importazzjoni tal-elettriku permezz ta’ interkonnetturi bil-ħsieb li dan jerġa' jinbiegħ direttament lill-klijenti kbar industrijali jew lin-negozjanti li jbigħu bl-imnut.

Is-suq ġeografiku

(9)

Is-suq bl-ingrossa tal-enerġija Norveġiż huwa integrat sew fis-suq Nordiku (id-Danimarka, in-Norveġja, l-Isvezja u l-Finlandja). Parti kbira mill-produzzjoni tal-enerġija elettrika fir-reġjun Nordiku huwa mibjugħ permezz tal-iskambju komuni Nordiku tal-kuntratti għat-twassil b'mod fiżiku tal-enerġija elettrika, operat minn Nord Pool Spot AS (Nord Pool). L-iskambju tal-elettriku Nordiku tan-Nord Pool fil-preżent ikopri s-swieq bl-ingrossa tal-enerġija fin-Norveġja, fl-Isvezja, fid-Danimarka, fil-Finlandja u fl-Estonja.

(10)

In-Nord Pool jopera żewġt iswieq għan-negozju bl-ingrossa tal-enerġija elettrika: is-suq Elspot ta’ jum bil-quddiem, fejn kuljum jiġu negozjati kuntratti bis-siegħa ta’ enerġija li tkun trid titwassal b'mod fiżiku fl-24 siegħa tal-għada u Elbas li huwa suq kontinwu transkonfinali tal-istess jum fejn l-aġġustamenti għan-negozjati li jkunu saru fis-suq ta’ jum bil-quddiem jibqgħu jsiru sa siegħa qabel il-konsenja. Flimkien dawn is-swieq koprew 74 % tal-konsum Nordiku tal-elettriku fl-2010, b'volum ta’ 307 TWh. Il-volum negozjat li jifdal jiġi nnegozjat b'mod bilaterali bejn il-fornitur u l-klijent.

(11)

Is-suq Nordiku huwa maqsum f'għadd ta’ oqsma ta’ offerti li huma pariġġati minn interkonnetturi. Il-prezz tan-negozju fl-Elspot huwa bbażat fuq l-offerti mingħand il-parteċipanti kollha tas-suq u jiġi ffissat biex jibbilanċja l-forniment u d-domanda fis-suq għal kull siegħa mill-24 ta’ kull jum. Il-mekkaniżmu tal-ipprezzar fl-Elspot jaġġusta l-fluss tal-enerġija permezz tal-interkonnetturi fis-suq għall-kapaċità disponibbli tan-negozjar mogħti mill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni Nordika.

(12)

Il-limiti tal-kapaċità tat-trasmissjoni fir-reġjun Nordiku jistgħu jwasslu għal konġestjoni temporanja li taqsam iż-żona Nordika b'mod ġeografiku fi swieq iżgħar. Fl-interkonnetturi bejn il-pajjiżi Nordiċi u fin-Norveġja stess, jintużaw il-mekkaniżmi tal-ipprezzar biex itaffu l-konġestjoni fix-xibka tal-enerġija bl-introduzzjoni ta’ prezzijiet differenti tal-Elspot skont iż-żona. Għaldaqstant jista' jkun hemm prezzijiet differenti fiż-żoni tal-prezz li jibbilanċjaw il-forniment u d-domanda fiż-żona.

(13)

U b'konsegwenza ta’ dan, is-suq ġeografiku rilevanti jista' jvarja minn siegħa għall-oħra. Meta jkun hemm konġestjoni, is-suq ġeografiku rilevanti jkun aktar limitat miż-żona Nordika u jista' jikkoinċidi ma’ żoni domestiċi tal-offerti.

(14)

Fil-preżent hemm ħames żoni tal-offerta fin-Norveġja (5).

(15)

Iżda l-perċentwal tas-siegħat fejn ikun hemm differenzi fil-prezzijiet fost iż-żoni fir-reġjun Nordiku huwa limitat:

Żona tal-prezz

% ta’ siegħat iżolati

NO 1 – Oslo

1,4  %

NO 2 – Kristiansand

16,4  %

NO 3 – Trondheim

6,2  %

NO 4 – Tromsø

6,6  %

NO 5 – Bergen

4,1  %

15.3.2010-11.3.2011

Ħafna miż-żmien, iż-żoni tal-prezzijiet ikunu konnessi:

Sett ta’ żoni tal-prezz

% ta’ siegħat konnessi

NO 1 – NO 2

77,7  %

NO 1 – NO 3

48,0  %

NO 1 – NO 5

94,9  %

NO 2 – NO 5

76,6  %

NO 3 – NO 4

89,9  %

NO 1 – NO 2 – NO 5

75,7  %

NO 3 – NO 4 – l-Isvezja

76,3  %

15.3.2010-11.3.2011

Iż-żoni tal-prezz Norveġiżi ġeneralment ikunu integrati mal-Isvezja.

(16)

Il-possibbiltà li jkun hemm il-konġestjonijiet tista' tqajjem tħassib dwar l-utilizzazzjoni ta’ imblukkar temporanju li jista' jżid is-saħħa tas-suq lokali. Abbażi ta’ dan, l-awtoritajiet Norveġiżi tal-kompetizzjoni ddefinixxew is-suq ġeografiku rilevanti bħala wieħed Nordiku fis-siegħat meta ma jkunx hemm konġestjoni u wieħed iżgħar waqt is-siegħat ta’ konġestjoni (6).

(17)

Il-kwistjoni dwar jekk is-suq jiġi definit bħala wieħed li jkopri r-reġjun Nordiku jew jekk huwiex wieħed iżgħar se titħalla miftuħa billi r-riżultat tal-analiżi jibqa' l-istess sew jekk huwa bbażat fuq definizzjoni dejqa kif ukoll fuq waħda usa'.

L-aċċess għas-suq

(18)

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, u għall-għanijiet attwali, jidher li n-Norveġja implimentat u applikat b'mod sħiħ id-Direttiva 2003/54/KE. Konsegwentement, u skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 30(3), l-aċċess għas-suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett fit-territorju tan-Norveġja.

Esponiment għall-kompetizzjoni

(19)

Bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea (7), l-Awtorità se tanalizza s-sehem fis-suq tat-tliet produtturi ewlenin, il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq u l-grad ta’ likwidità tas-suq.

(20)

Il-Kummissjoni Ewropea hija tal-opinjoni li, fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku, “indikatur wieħed għall-grad ta’ kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali huwa s-sehem totali tas-suq tal-ikbar tliet produtturi” (8).

(21)

Is-sehem fis-suq aggregat f'terminu tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-ikbar tliet produtturi fir-reġjun Nordiku fl-2010 kien ta’ 45,1 % (Vattenfall: 18,8 %, Statkraft: 13,3 % u Fortum: 13 %) li huwa livell aċċettabbli.

(22)

Il-grad tal-konċentrament fin-Norveġja meqjus mill-Indiċi Hirschman-Herfindahl (HHI) skont il-kapaċità kien 1 826 fl-2008 (9).

(23)

Is-suq bl-ingrossa tal-enerġija elettrika Nordiku għandu jitqies bħala wieħed kompetittiv. It-transizzjoni għal suq miftuħ fir-reġjun Nordiku kienet suċċess kbir. Wara l-ftuħ ta’ suq konġunt Norveġiż-Svediż fl-1996, il-pajjiżi Nordiċi l-oħra ddaħħlu fis-suq; il-Finlandja fl-1998, id-Danimarka fl-1999/2000 u l-Estonja fl-2010. Madwar 74 % tal-konsum tal-enerġija elettrika fir-reġjun Nordiku fl-2010 ġie nnegozjat fil-borża. Hemm iżjed minn 300 kummerċjant irreġistrati mal-borża.

(24)

Kif inhu deskritt hawn fuq, l-imblukkar minħabba l-konġestjoni huwa rari u ta’ natura temporanja. Għalhekk teżisti pressjoni kompetittiva kostanti minħabba l-potenzjal li wieħed jakkwista l-elettriku minn barra t-territorju Norveġiż. Bejn il-pajjiżi Nordiċi ma jintalabx ħlas għat-trasmissjoni. Il-kollegamenti bejn in-Norveġja u żoni tariffarji oħra li sikwit ma jkunux konġestjonati jiggarantixxu li l-investiment fis-settur tal-elettriku fit-territorju Norveġiż ma jistax isir mingħajr ma jitqiesu produtturi oħra fis-suq Nordiku. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa jiġu ffissati minn Nord Pool, li topera pjattaforma tan-negozju fluwida ħafna.

(25)

Barra minn dan, il-funzjonament tas-swieq ta’ bilanċ għandu wkoll jitqies bħala indikatur, mhux biss fir-rigward tal-produzzjoni iżda wkoll għas-suq bl-ingrossa. Fil-fatt, kull parteċipant tas-suq li ma jsibhiex faċli li jqabbel il-portafoll tal-produzzjoni tiegħu mal-karatteristiċi tal-klijenti tiegħu jista' jsib ruħu espost għad-differenza bejn il-prezz li bih l-operatur tas-sistemi ta’ trasmissjoni [TSO - transmission system operator] ibigħ l-enerġija minħabba żbilanċ, u l-prezz li bih jixtri lura l-produzzjoni żejda. Dawn il-prezzijiet jistgħu jkunu imposti direttament mir-regolatur tat-TSO; jew inkella jintuża mekkaniżmu abbażi tas-suq, li fih il-prezz jiġi ddeterminat minn offerti li jkunu għamlu produtturi oħra biex jirregolaw il-produzzjoni tagħhom 'il fuq jew 'l isfel. Jeżisti suq ta’ bilanċ kważi kompletament integrat fir-reġjun Nordiku għall-forniment ta’ enerġija li tibbilanċja u l-karatteristiċi ewlenin tiegħu – l-ipprezzar ibbażat fuq is-suq u distakk żgħir bejn il-prezz tax-xiri mingħand it-TSO u l-prezz tal-bejgħ – huma tali li għandu jitqies bħala indikatur tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

(26)

Għalhekk dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni għas-suq rilevanti li qed jiġi rivedut mingħajr ma jitqies jekk l-ambitu ġeografiku tas-suq iwassalx sar-reġjun Nordiku ġenerali jew għandux ambitu idjeq.

IV.   IL-KONKLUŻJONI

(27)

Fid-dawl tal-indikaturi fin-Norveġja msemmijin hawn fuq, il-kundizzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li ntlaħqet fir-rigward tal-produzzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja. Barra minn hekk, kif inhu osservat fil-premessa 18, il-kundizzjoni għall-aċċess ħieles għall-attività jrid jitqies li hu milħuq. B'riżultat ta’ dan, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta l-entitajiet kuntrattwali joffru kuntratti bl-għan li jippermettu l-ġenerazzjoni tal-elettriku jew il-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku f'dawn iż-żoni ġeografiċi u lanqas meta huma jorganizzaw fil-post kompetizzjonijiet ta’ disinn bl-iskop li hemm titkompla attività ta’ din ix-xorta.

(28)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali mill-24 ta’ Jannar 2012 kif jidher mill-informazzjoni mressqa mill-applikant. Tista' tiġi riveduta, jekk tibdiliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali u fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma għadhomx sodisfatti.

(29)

Din id-Deċiżjoni ttieħdet biss bil-għan li tingħata eżenzjoni skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE u hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

(30)

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja u ma tikkonċernax l-attivitajiet tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-forniment bl-imnut tal-elettriku fin-Norveġja.

(31)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jistabbilixxi l-proċeduri għall-għotja ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tas-servizzi pubbliċi (Id-Direttiva 2004/17/KE) ma għandux japplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti li jkollhom l-għan li jippermettu l-attivitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20.

(3)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37. Id-Direttiva 2003/54/KE ddaħħlet fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 146/2005 tat-2 ta’ Diċembru 2005 (ĠU L 53, 23.2.2006, p. 43), tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, u daħlet fis-seħħ għall-Istati tal-EFTA fl-1 ta’ Ġunj 2007.

(4)  Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Jannar 2011 fil-Każ COMP/M.5978 - GDF Suez/International Power, tat-22 ta’ Diċembru 2008 fil-każ COMP/M.5224 –EDF/British Energy, tal-14 ta’ Novembru 2006 l-Każ COMP/M.4180, – Gaz de France/Suez, tad-9 ta’ Diċembru 2004 il-Każ M.3440 – EDP/ENI/GDP. Ara wkoll id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni li jeżentaw il-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Isvezja u fil-Finlandja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE; Id-Deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2006 li tistabbilixxi li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE japplika għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fil-Finlandja minbarra fil-Gżejjer Åland u d-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Isvezja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE.

(5)  Oslo - NO 1, Kristiansand - NO 2, Trondheim – NO 3, Tromsø - NO 4 u Bergen – NO 5. Fil-5 ta’ Settembru 2011, il-konfini bejn iż-żoni tal-offerti Nru 2 u Nru 5 tressaq 'il fuq minħabba li kienet bdiet titħaddem konnessjoni ġdida. Id-dejta mogħtija fl-applikazzjoni ma tqisx din il-bidla.

(6)  Ara d-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Amministrazzjoni Governamentali tal-14 ta’ Ottubru 2002Statkraft – Agder Energi u tas-7 ta’ Frar 2003Statkraft – Trondheim Energiverk.

(7)  Id-Deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2006 li tistabbilixxi li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE japplika għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fil-Finlandja minbarra fil-Gżejjer Åland u d-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Isvezja mill-applikazzjoni tal-paragrafi 7 - 13 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(8)  Ara r-Rapport dwar il-progress fil-ħolqien tas-suq intern tal-gass u tal-elettriku, COM (2005) 568 finali tal-15.11.2005, id-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Isvezja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE.

(9)  Ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, l-Anness Tekniku mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-progress fil-ħolqien tas-suq intern tal-gass u tal-elettriku, COM (2010) 84 finali, paġna 12.


Rettifika

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/25


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika suġġetti għal reġistrazzjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 229 tal-24 ta’ Awwissu 2012 )

Fil-paġna 21, l-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 jinbidel b’dan it-test li ġej:

“1.   L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan mitluba, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-bijoetanol, xi drabi msejjaħ “etanol tal-fjuwil”, jiġifieri l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) żnaturat jew mhux żnaturat), għajr prodotti b’kontenut ta’ ilma ta’ aktar minn 0,3 % (m/m) imkejla skont l-istandard EN 15376, kif ukoll l-alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jinsabu f’taħlit ma’ petrol b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 2207 10 00, ex 2207 20 00, ex 2208 90 99, ex 2710 12 11, ex 2710 12 15, ex 2710 12 21, ex 2710 12 25, ex 2710 12 31, ex 2710 12 41, ex 2710 12 45, ex 2710 12 49, ex 2710 12 51, ex 2710 12 59, ex 2710 12 70, ex 2710 12 90, ex 3814 00 10, ex 3814 00 90, ex 3820 00 00 u ex 3824 90 97 (kodiċi TARIC 2207100011, 2207200011, 2208909911, 2710121110, 2710121510, 2710122110, 2710122591, 2710123110, 2710124110, 2710124510, 2710124910, 2710125110, 2710125910, 2710127010, 2710129010, 3814001010, 3814009070, 3820000010 u 3824909767) u li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika. Ir- reġistrazzjoni tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.”.