ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.284.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
17 ta' Ottubru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 951/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjoni taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 952/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 953/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE, tan-Norveġja u l-ilmijiet internazzjoni taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 954/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-Ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2012 tal-11 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2012 tas-16 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/640/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2012 dwar l-allokazzjoni lil Spanja ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fit-Taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES għajr il-Golf ta’ Cadiz (notifikata bid-dokument numru C(2012) 7086)

13

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2012/641/UE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/23)

14

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 951/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjoni taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.01.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

53/TQ44

Stat Membru

Franza

Stokk

RED/51214D

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII u XIV

Data

26.9.2012


17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 952/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

54/TQ44

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

COD/N3M

Speċi

Merluzz (Gadus Morhua)

Żona

NAFO 3M

Data

1.10.2012


17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 953/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE, tan-Norveġja u l-ilmijiet internazzjoni taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

55/TQ44

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

HER/1/2-

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE, tan-Norveġja u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II

Data

4.3.2012


17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 954/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-Ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.01.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

56/TQ44

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

GHL/2A-C46

Speċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI

Data

11.7.2012


17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 955/2012

tal-11 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.


ANNESS

Nru

57/TQ44

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

RED/N3M

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

NAFO 3M

Data

17.9.2012


17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 956/2012

tas-16 ta’ Ottubru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

72,4

MK

46,1

TR

59,9

ZZ

59,5

0707 00 05

MK

30,3

TR

123,1

ZZ

76,7

0709 93 10

TR

116,7

ZZ

116,7

0805 50 10

AR

88,3

CL

97,2

TR

88,0

UY

65,5

ZA

89,0

ZZ

85,6

0806 10 10

BR

275,2

MK

59,9

TR

154,2

ZZ

163,1

0808 10 80

AR

217,5

MK

28,2

NZ

120,0

US

143,5

ZA

94,4

ZZ

120,7

0808 30 90

CN

92,8

TR

107,9

ZZ

100,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ottubru 2012

dwar l-allokazzjoni lil Spanja ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fit-Taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES għajr il-Golf ta’ Cadiz

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7086)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2012/640/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportuntajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (1), u b’mod partikolari l-punt 8 tal-Anness IIB tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt 5.1 flimkien mat-Tabella I tal-Anness IIB tar-Regolament (UE) Nru 43/2012 jispeċifika l-għadd massimu ta’ ġranet li fihom bastimenti tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ 10 metri jew aktar, u li għandhom abbord xbieki tat-tkarkir regolati (tartaruni Daniżi u rkaptu simili b’malji ta’ 32 mm jew aktar u għeżul b’malji ta’ 60 mm jew aktar u konzijiet tal-qiegħ), jistgħu jkunu preżenti fit-Taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES, għajr il-Golf ta’ Cadiz, mill-1 ta’ Frar 2012 sal-31 ta’ Jannar 2013.

(2)

Il-punt 8.5 tal-Anness IIB tar-Regolament (UE) Nru 43/2012 jippermetti li l-Kummissjoni talloka, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, għadd ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar li fihom bastiment jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu biex ikun preżenti fiż-żona meta jkun qed iġorr abbord kwalunkwe rkaptu regolat, abbażi tal-waqfiet permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li saru bejn l-1 ta’ Frar 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012.

(3)

Fit-28 ta’ Ġunju 2012, Spanja ressqet talba li turi li tmien bastimenti tas-sajd waqfu b’mod permanenti l-attivitajiet tagħhom tas-sajd bejn l-1 ta’ Frar 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012. Fid-dawl tad-dejta mressqa, u b’referenza għall-metodu ta’ kalkolu stabbilit fil-punt 8.2 ta’ dak l-Anness, Spanja għandha tiġi allokata sebat (7) ijiem addizzjonali fuq il-baħar għall-bastimenti msemmija fil-punt 1 ta’ dak l-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Frar 2012 u l-31 ta’ Jannar 2013.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd massimu ta’ jiem fuq il-baħar li għalihom bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Spanja jista’ jiġi awtorizzat li jkun preżenti fit-taqsimiet VIIIc u IXa tal-ICES għajr il-Golf ta’ Cadiz, li jkun qed iġorr abbord kwalunkwe rkaptu regolat u mhu suġġett għall-ebda kundizzjoni speċjali elenkata fil-punt 6.1 tal-Anness IIB tar-Regolament (UE) Nru 43/2012, kif stabbilit fit-Tabella I ta’ dak l-Anness, għandu jiżdied għal 157 jum fis-sena.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 1.


LINJI GWIDA

17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/14


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2012/23)

(2012/641/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 tiegħu u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq fuq kollateral xieraq. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stipulati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1). Miżuri temporanji addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tal-kollaterali huma stipulati fil-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (2).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għall-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 6.3.1, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew garanti jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tikkunsidra bħala rilevanti.

(3)

Sabiex tissaħħaħ il-provvista ta’ kapital lil kontropartijiet għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwessa’ b’mod temporanju l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ assi li ser jintużaw bħala kollateral f’operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema sabiex jaċċettaw strumenti ta’ dejn negozjabbli ddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala assi eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja. Tnaqqis fil-valutazzjoni li jirrifletti l-volatilità storika tar-rati tal-kambju relevanti għandu jiġi applikat li dawn l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli.

(4)

Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom japplikaw b’mod temporanju. Sakemm il-Kunsill Governattiv iqis illi m’għadhomx aktar neċessarji, biex jiżguraw mekkaniżmu xieraq għat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Għalhekk, huma għandhom ikunu implimentati permezz ta’ emenda lil-Linja Gwida BĊE/2012/18,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BCE/2012/18 hija emendata kif gej:

1.

Artikolu 1 huwa mibdul b’ li gej:

“Artikolu 1

Miżuri addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament u kollateral eliġibbli

1.   Ir-regoli għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral stipulati f’din il-Linja Gwida, kif speċifikati aktar fil-paragrafu 2, għandhom japplikaw flimkien mal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   L-Artikoli 3, 5 u 5a biss ta’ din il-Linja Gwida għandhom japplikaw lil-kollateral iddenominat f’munita barranija.

3.   F’każ ta’ kwalunkwe diskrepanza bejn din il-Linja Gwida u l-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, din il-Linja Gwida għandha tipprevali. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 mingħajr tibdil sakemm mhux stipulat mod ieħor f’din il-Linja Gwida.”

2.

l-Artiklu 5a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 5a

Ammissjoni ta’ certi assi ddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan bħala kollateral eliġibbli

1.   Strumenti ta’ dejn negozjabbli kif deskritti f’Taqsima 6.2.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, jekk iddenominati f’lira sterlina, yen jew dollaru Amerikan, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, sakemm: (a) huma jinħarġu u jinżammu/jiġu ssaldati fiż-żona tal-euro; (b) l-emittent ikun stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea; u (c) huwa jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà kollha inklużi f’Taqsima 6.2.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

2.   L-Eurosistema tapplika t-tnaqqis fil-valutazzjoni li ġej lil dawn l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli: (a) tnaqqis ta’ 16 % fuq assi ddenominati f’lira sterlina jew dollaru Amerikan; u (b) tnaqqis ta’ 26 % fuq assi ddenominati f’yen.”.

Artikolu 2

Verifika

Il-BCNi għandhom jibagħtu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida lill-BĊE, sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

2.   L-Artikolu 1 japplika mid-9 ta’ Novembru 2012.

Artikolu 4

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20.