ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.281.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 281

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
13 ta' Ottubru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2012

tas-26 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja [tal-ajru] fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja [ajru]) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(a) u (b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (2) (ir-Regolament Bażiku tal-EASA), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 8b u l-Anness Vb tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni hija meħtieġa tadotta regoli ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta dispożizzjonijiet xierqa dwar regoli tal-ajru bbażati fuq Standards u prattiki rakkomandati tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), u tarmonizza l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru tal-ICAO, bil-għan li tiġi żgurata provvista kontinwa ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru sikuri u effiċjenti fi ħdan l-Ajru Uniku Ewropew;

(2)

Eurocontrol ngħatat mandat, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (3), sabiex tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ regoli ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa dwar regoli tal-ajru bbażati fuq Standards u prattiki rakkomandati tal-ICAO u sabiex tarmonizza l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru tal-ICAO;

(3)

Skont l-Artikoli 1(3) u 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem il-Konvenzjoni ta’ Chicago) billi tipprovdi għal interpretazzjoni u għal implimentazzjoni komuni.

(4)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 huwa li jagħti appoġġ lill-kunċett ta’ spazju tal-ajru operattiv iktar integrat fil-kuntest tal-politika ta’ trasport komuni u li jistabbilixxi proċeduri komuni għall-iddisinjar, l-ippjanar u l-ġestjoni filwaqt li jiżgura t-twettiq effiċjenti u sikur tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Dan l-għan huwa partikolarment rilevanti għall-implimentazzjoni rapida ta’ blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali fl-Ajru Uniku Ewropew.

(5)

L-eżitu tal-ħidma mwettqa mill-grupp konġunt maħluq mill-Kummissjoni, mill-Eurocontrol u mill-ICAO, li ġabar flimkien id-differenzi nazzjonali ppreżentati mill-Istati Membri marbuta mal-Istandards tal-ICAO li jittrattaw ir-regoli tal-ajru u d-dispożizzjonijiet relatati għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, jappoġġja l-ħtieġa għal standardizzazzjoni tar-regoli komuni u tad-differenzi b’rabta mal-Ajru Uniku Ewropew.

(6)

Sabiex ikun żgurat traffiku tal-ajru internazzjonali sikur, effiċjenti u ħafif u sabiex ikun appoġġjat l-istabbiliment ta’ blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali, il-parteċipanti kollha fl-Ajru Uniku Ewropew jaderixxu ma’ sett ta’ regoli komuni. Barra minn hekk, fattur prinċipali li jiffaċilita l-operazzjonijiet transkonfinali sikuri huwa l-ħolqien ta’ sistema regolatorja trasparenti fejn l-atturi jistgħu jiġu pprovduti ċertezza legali u prevedibbiltà. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-ajru u dispożizzjonijiet operazzjonali relatati dwar servizzi u proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru standardizzati u dawn għandhom jiġu ssupplimentati, fejn ikun xieraq, b’materjal ta’ gwida u/jew b’mezzi aċċettabbli ta’ konformità.

(7)

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ICAO biss id-differenzi Ewropej miftiehma komunement dwar oqsma li huma koperti mil-liġi tal-Unjoni. Dawk id-differenzi għandhom jiġu stabbiliti u mmonitorjati permezz ta’ proċess permanenti.

(8)

L-Istati Membri li adottaw dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkomplimentaw standard tal-ICAO, għandhom, jekk dawn għadhom meqjusa meħtieġa u sakemm tali dispożizzjonijiet addizzjonali ma jikkostitwixxux differenza taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago jew kontra l-liġi tal-Unjoni eżistenti, ikomplu japplikaw tali dispożizzjonijiet sakemm dawn jiġu indirizzati b’dispożizzjonijiet xierqa tal-Unjoni.

(9)

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi u għad-drittijiet fuq l-Ibħra Miftuħa tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, u b’mod partikolari skont l-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif ukoll għall-obbligi tal-Istati Membri u tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u għall-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972.

(10)

Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament qafas (KE) Nru 549/2004, il-qafas regolatorju għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew ma jkoprix operazzjonijiet u taħriġ militari.

(11)

Il-proċess eżistenti biex jiġu emendati l-Istandards u l-prattiki rakkomandati tal-ICAO fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Chicago mhuwiex indirizzat minn dan ir-Regolament.

(12)

L-estensjoni tal-kompetenza tal-EASA sabiex tkun inkluża s-sikurezza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tesigi konsistenza bejn l-iżvilupp tar-regoli ta’ implimentazzjoni taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 216/2008.

(13)

Sabiex tkun żgurata konsistenza bejn it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago stabbiliti f’dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet futuri li jirriżultaw minn annessi oħrajn tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, li se jiġu inklużi fil-fażijiet li jmiss tal-ħidma kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ regoli futuri tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet inizjali għandhom jerġgħu jiġu analizzati, fejn dan ikun meħtieġ.

(14)

Fejn ikun meħtieġ, leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandha tkun aġġornata sabiex tirreferi għal dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operazzjonali dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru li għandhom ikunu applikabbli għat-traffiku ġenerali tal-ajru fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 551/2004.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika, b’mod partikolari, għall-utenti tal-ispazji tal-ajru u għall-inġenji tal-ajru involuti fit-traffiku ġenerali tal-ajru:

(a)

li joperaw fi, fi ħdan l-Unjoni jew barra minnu;

(b)

li jkollhom fuqhom in-nazzjonalità u l-marki ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, u li joperaw fi kwalunkwe spazju tal-ajru sa fejn ma joħolqux kunflitt mar-regoli ppubblikati mill-pajjiż li jkollu ġurisdizzjoni fuq it-territorju li minn fuqu jgħaddu t-titjiriet.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, għall-Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru u għall-persunal rilevanti ta’ fuq l-art involut fl-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“eżattezza” tfisser grad ta’ konformità bejn il-valur li ġie stmat jew imkejjel u l-valur proprju;

2.

“ftehim ADS-C” tfisser pjan ta’ rappurtar li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tar-rappurtar tad-dejta ADS-C (jiġifieri, id-dejta meħtieġa mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-frekwenza tar-rapporti ADS-C li jrid jintlaħaq qbil dwarhom qabel ma l-ADS-C jintuża fil-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru);

3.

“spazju tal-ajru ta’ konsulenza” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti, jew rotta deżinjata, li fi ħdanhom ikun disponibbli servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru;

4.

“rotta ta’ konsulenza” tfisser rotta deżinjata li matulha jkun disponibbli servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru;

5.

“titjira ajrubatika” tfisser manuvri mwettqa b’mod intenzjonali minn inġenju tal-ajru li jinvolvu bidla f’daqqa fil-pożizzjonament tiegħu, pożizzjonament anormali, jew varjazzjoni anormali fil-veloċità, mhux meħtieġa għat-titjir normali jew għat-tagħlim għal-liċenzji jew għall-klassifikazzjonijiet għajr klassifikazzjoni ajrubatika;

6.

“ajrudrom” tfisser erja ddefinita (inkluż kwalunkwe bini, stallazzjoni, u tagħmir) fuq l-art jew fuq l-ilma jew fuq struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta (off-shore) jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, bil-ħsieb li tintuża, b’mod sħiħ jew parzjali, għall-wasla, għat-tluq u għall-moviment fuq il-wiċċ tal-inġenju tal-ajru;

7.

“servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajrudrom;

8.

“torri ta’ kontroll ta’ ajrudrom” tfisser unità stabbilita sabiex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajrudrom;

9.

“traffiku tal-ajrudrom” tfisser it-traffiku kollu fuq l-erja ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom u l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru fil-viċinanzi ta’ ajrudrom. Inġenju tal-ajru li jkun qed jopera fil-viċinanzi ta’ ajrudrom jinkludi, imma mhuwiex limitat għall-inġenji tal-ajru li jidħlu jew joħorġu minn ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom;

10.

“ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom” tfisser il-perkors speċifikat li fih għandu jtir inġenju tal-ajru li qed jopera fil-viċinanzi ta’ ajrudrom;

11.

“żona ta’ traffiku ta’ ajrudrom” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti stabbilit madwar ajrudrom għall-protezzjoni tat-traffiku tal-ajrudrom;

12.

“xogħol fl-ajru” tfisser operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru fejn inġenju tal-ajru jintuża għal servizzi speċjalizzati bħall-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-fotografija, l-istħarriġ, l-osservazzjoni u l-pattuljar, it-tiftix u s-salvataġġ, ir-reklami fl-ajru, eċċ.;

13.

“Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika (AIP)” tfisser pubblikazzjoni maħruġa minn jew bl-awtorità ta’ Stat u li jkun fiha informazzjoni ajrunawtika ta’ natura dejjiema essenzjali għan-navigazzjoni bl-ajru;

14.

“servizz mobbli ajrunawtiku” tfisser servizz mobbli bejn stazzjonijiet ajrunawtiċi u stazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, jew bejn stazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, fejn jistgħu jipparteċipaw stazzjonijiet ta’ inġenji ta’ sopravivenza; f’dan is-servizz jistgħu jipparteċipaw anki stazzjonijiet ta’ sinjali bir-radju li jindikaw pożizzjoni ta’ emerġenza fuq frekwenzi ta’ periklu u ta’ emerġenza deżinjati;

15.

“stazzjon ajrunawtiku” tfisser stazzjon fuq l-art fis-servizz mobbli ajrunawtiku. F’ċerti każijiet, stazzjon ajrunawtiku jista’ jkun qiegħed, pereżempju, abbord bastiment jew fuq pjattaforma fuq il-baħar;

16.

“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna itqal mill-arja, li t-titjira tiegħu hija sostnuta prinċipalment minn reazzjonijiet ajrudinamiċi fuq superfiċji li jibqgħu fissi f’kundizzjonijiet partikolari ta’ titjir;

17.

“sistema għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS)” tfisser sistema tal-inġenji tal-ajru bbażata fuq sinjali ta’ transponder tar-radar ta’ sorveljanza sekondarju (SSR) li topera indipendentament mit-tagħmir ibbażat fuq l-art biex tipprovdi pariri lill-bdot dwar inġenji tal-ajru li potenzjalment jista’ jkollu kunflitt magħhom u li jkunu mgħammra bi transponders SSR;

18.

“inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe magna li tista’ tikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja għajr ir-reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja;

19.

“indirizz ta’ inġenju tal-ajru” tfisser kombinazzjoni unika ta’ 24 bit disponibbli biex tiġi assenjata lil inġenju tal-ajru għal finijiet ta’ komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art, ta’ navigazzjoni u ta’ sorveljanza;

20.

“osservazzjoni mill-inġenju tal-ajru” tfisser l-evalwazzjoni ta’ element meteoroloġiku wieħed jew iktar li ssir minn inġenju tal-ajru waqt titjira;

21.

“informazzjoni AIRMET” tfisser l-informazzjoni maħruġa minn uffiċċju għall-għassa meteoroloġika rigward l-okkorrenza jew l-okkorrenza mistennija ta’ fenomeni speċifikati tat-temp waqt ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza ta’ operazzjonijiet ta’ inġenju tal-ajru ta’ livell baxx u li ma kinitx diġà inkluża fit-tbassir maħruġ għal titjiriet ta’ livell baxx fir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir ikkonċernat jew f’suberja tiegħu;

22.

“komunikazzjoni mill-ajru għall-art” tfisser komunikazzjoni bidirezzjonali bejn inġenji tal-ajru u stazzjonijiet jew postijiet fuq wiċċ id-dinja;

23.

“stazzjon tar-radju ta’ kontroll mill-ajru għall-art” tfisser stazzjon ajrunawtiku ta’ telekomunikazzjoni li jkollu r-responsabbiltà primarja li jittratta komunikazzjonijiet li jikkonċernaw it-tħaddim u l-kontroll tal-inġenji tal-ajru f’żona partikolari;

24.

“rapport dwar l-ajru” tfisser rapport minn inġenju tal-ajru waqt titjira mħejji f’konformità mar-rekwiżiti għall-pożizzjoni, u r-rappurtar operazzjonali u/jew meteoroloġiku;

25.

“taxiing fl-ajru” tfisser moviment ta’ ħelikopter/VTOL ‘il fuq mis-superfiċji ta’ ajrudrom, normalment b’effett ta’ fuq l-art u b’veloċità fuq l-art normalment ta’ inqas minn 37 km/h (20 kts);

26.

“traffiku tal-ajru” tfisser l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru jew joperaw fuq l-erja ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom;

27.

“servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru” tfisser servizz ipprovdut fi ħdan l-ispazju tal-ajru ta’ konsulenza sabiex tkun żgurata separazzjoni, sa fejn dan ikun prattiku, bejn l-inġenji tal-ajru li jkunu qed joperaw fuq pjanijiet tat-titjiriet IFR;

28.

“awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser l-awtorizzazzjoni għal inġenju tal-ajru biex jipproċedi f’kundizzjonijiet speċifikati minn unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

29.

“istruzzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser direttiva maħruġa mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru bl-iskop li jitlob lil bdot jieħu azzjoni speċifika;

30.

“servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser servizz ipprovdut bil-għan li:

(a)

jiġu evitati kolliżjonijiet:

(1)

bejn inġenji tal-ajru, u

(2)

fuq l-erja ta’ mmanuvrar bejn inġenji tal-ajru u ostakoli; u

(b)

jitħaffef u jinżamm fluss ordnat tat-traffiku tal-ajru;

31.

“unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser terminu ġeneriku li jfisser, skont il-każ, ċentru ta’ kontroll tal-erja, unità ta’ kontroll tal-avviċinament jew torri ta’ kontroll tal-ajrudrom;

32.

“servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser terminu ġeneriku li jfisser, skont il-każ, servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir, servizz ta’ twissija, servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru, servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (servizz ta’ kontroll tal-erja, servizz ta’ kontroll tal-avviċinament jew servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom);

33.

“spazji tal-ajru tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru” tfisser spazji tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti, deżinjati b’mod alfabetiku, li fi ħdanhom jistgħu joperaw tipi speċifiċi ta’ titjiriet u li għalihom huma speċifikati s-servizzi tat-traffiku tal-ajru u r-regoli tat-tħaddim;

34.

“uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru” tfisser unità stabbilita sabiex tirċievi rapporti dwar servizzi tat-traffiku tal-ajru u pjanijiet tat-titjiriet ippreżentati qabel it-tluq;

35.

“unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru” tfisser terminu ġeneriku li jfisser, skont il-każ, unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, ċentru ta’ informazzjoni dwar it-titjir, unità ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir tal-ajrudrom jew uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

36.

“passaġġ bl-ajru” tfisser erja ta’ kontroll jew parti minnha stabbilita fil-forma ta’ kuritur;

37.

“servizz ta’ twissija” tfisser servizz ipprovdut biex jiġu nnotifikati l-organizzazzjonijiet xierqa dwar inġenji tal-ajru li jeħtieġu għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jiġu assistiti tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;

38.

“ajrudrom alternattiv” tfisser ajrudrom ‘il fejn jista’ jipproċedi inġenju tal-ajru meta jkun impossibbli jew mhux rakkomandati li jipproċedi lejn jew jinżel fl-ajrudrom fejn kien maħsub li kien se jwettaq l-inżul. Ajrudromi alternattivi jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

“alternattiva tat-tlugħ” tfisser ajrudrom alternattiv fejn inġenju tal-ajru jista’ jinżel jekk dan isir meħtieġ ftit wara t-tlugħ u ma jkunx possibbli li juża l-ajrudrom tat-tluq.

(b)

“alternattiva waqt ir-rotta” tfisser ajrudrom fejn inġenju tal-ajru jkun jista’ jinżel wara li jesperjenza kundizzjoni anormali jew ta’ emerġenza waqt li jkun għaddej fuq ir-rotta tiegħu.

(c)

“alternattiva waqt ir-rotta ETOPS” tfisser ajrudrom alternattiv adattat u xieraq fejn ajruplan ikun jista’ jinżel wara li jesperjenza tifi tal-magni jew kundizzjoni anormali jew ta’ emerġenza oħra waqt li jkun għaddej fuq ir-rotta tiegħu f’operazzjoni ta’ ETOPS.

(d)

“alternattiva ta’ destinazzjoni” tfisser ajrudrom alternattiv ‘il fejn inġenju tal-ajru jkun impossibbli jew mhux rakkomandati li jipproċedi lejn jew jinżel fl-ajrudrom fejn kien maħsub li kien se jwettaq l-inżul;

39.

“altitudni” tfisser id-distanza vertikali ta’ livell, ta’ punt jew ta’ oġġett meqjusa bħala punt, imkejjel mil-livell medju tal-baħar (MSL);

40.

“servizz ta’ kontroll tal-avviċinament” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għal titjiriet ikkontrollati li jaslu jew jitilqu;

41.

“unità ta’ kontroll tal-avviċinament” tfisser unità stabbilita biex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil titjiriet ikkontrollati li jaslu f’ajrudrom wieħed jew iktar jew li jitlqu minnhom;

42.

“rampa” tfisser erja ddefinita, maħsuba biex takkomoda inġenji tal-ajru għall-iskop tat-tagħbija jew tal-ħatt ta’ passiġġieri, tal-posta jew tal-merkanzija, tar-riforniment bil-fjuwil, tal-parkeġġ jew tal-manutenzjoni;

43.

“ċentru ta’ kontroll tal-erja (ACC)” tfisser unità stabbilita biex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil titjiriet ikkontrollati f’erjas ta’ kontroll taħt il-ġurisdizzjoni tagħha;

44.

“servizz ta’ kontroll tal-erja” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għal titjiriet ikkontrollati f’erjas ta’ kontroll;

45.

“navigazzjoni tal-erja (RNAV)” tfisser metodu ta’ navigazzjoni li jippermetti t-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fi kwalunkwe passaġġ mixtieq tat-titjira fi ħdan il-kopertura mill-għajnuniet ta’ navigazzjoni bbażati fuq l-art jew fl-ispazju jew fil-limiti tal-kapaċità ta’ għajnuniet awtonomi, jew b’kombinazzjoni ta’ dawn.

46.

“rotta ATS” tfisser rotta speċifikata ddisinjata sabiex il-fluss tat-traffiku jkun dirett kif meħtieġ għall-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

47.

“sorveljanza dipendenti awtomatika fil-funzjoni tax-xandir (ADS-B)” tfisser mezz li permezz tiegħu inġenji tal-ajru, vetturi tal-ajrudrom u oġġetti oħrajn jistgħu awtomatikament jittrażmettu u/jew jirċievu dejta bħal dejta dwar identifikazzjoni, pożizzjoni u dejta addizzjonali, kif ikun xieraq, f’modalità ta’ xandir permezz ta’ kollegament tad-dejta;

48.

“sorveljanza dipendenti awtomatika fil-funzjoni tal-kuntratt (ADS-C)” tfisser mezz li permezz tiegħu t-termini ta’ ftehim ta’ ADS-C se jiġu skambjati bejn is-sistema fuq l-art u l-inġenju tal-ajru b’kollegament tad-dejta, fejn jiġi speċifikat f’liema kundizzjonijiet għandu jingħata bidu għar-rapporti ta’ ADS-C u liema dejta għandha tkun inkluża fir-rapporti;

49.

“servizz ta’ informazzjoni b’terminal awtomatiku (ATIS)” tfisser il-provvista awtomatika ta’ informazzjoni attwali u ta’ rutina lill-inġenji tal-ajru li se jaslu u li se jitilqu matul perjodu ta’ 24 siegħa jew parti speċifikata tiegħu:

(a)

“Servizz ta’ informazzjoni b’terminal awtomatiku b’kollegament tad-dejta (D-ATIS)” tfisser il-provvista ta’ ATIS permezz ta’ kollegament tad-dejta.

(b)

“Servizz ta’ informazzjoni b’terminal awtomatiku bil-vuċi (Voice-ATIS)” tfisser il-provvista ta’ ATIS permezz ta’ xandiriet kontinwi u repetittivi bil-vuċi;

50.

“limitu” tfisser l-għoli ‘l fuq mill-art jew mill-ilma tal-bażi tal-iktar saff ta’ sħab baxx taħt 6 000 m (20 000 pied) li jkopri iktar minn nofs is-sema;

51.

“punt ta’ bidla” tfisser il-punt meta inġenju tal-ajru li qed jinnaviga fuq segment ta’ rotta tal-ATS iddefinita b’referenza għal meded tar-radju omnidirezzjonali ta’ frekwenza għolja ħafna huwa mistenni jittrasferixxi r-referenza navigazzjonali primarja tiegħu mill-faċilità wara l-inġenju tal-ajru għall-faċilità li jmiss li tinsab quddiem l-inġenju tal-ajru;

52.

“limitu ta’ awtorizzazzjoni” tfisser il-punt sa fejn inġenju tal-ajru jingħata awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

53.

“sħaba ta’ importanza operazzjonali” tfisser sħaba bl-għoli tal-bażi tas-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom ikun l-akbar, jew sħaba kumulunimbu (cumulonimbus) jew sħaba kumulu (cumulus) għolja fi kwalunkwe għoli.

54.

“kodiċi (SSR)” tfisser in-numru assenjat lil sinjal ta’ risposta b’impulsi multipli partikolari trażmess minn transponder fil-Modalità A jew fil-Modalità Ċ;

55.

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru bħala kompetenti sabiex tiżgura konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

56.

“erja ta’ kontroll” tfisser spazju tal-ajru kontrollat li jestendi ‘l fuq minn limitu speċifiku ‘l fuq minn wiċċ id-dinja;

57.

“ajrudrom ikkontrollat” tfisser ajrudrom fejn is-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jiġi pprovdut lit-traffiku tal-ajrudrom irrispettivament minn jekk teżistix żona ta’ kontroll jew le;

58.

“spazju tal-ajru kkontrollat” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti li fih is-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jiġi pprovdut skont il-klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru;

59.

“titjira kkontrollata” tfisser kwalunkwe titjira li tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

60.

“komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot (CPDLC)” tfisser mezz ta’ komunikazzjoni bejn kontrollur u bdot, fejn jintuża kollegament tad-dejta għall-komunikazzjonijiet tal-ATC;

61.

“żona ta’ kontroll” tfisser spazju tal-ajru kkontrollat li jestendi ‘l fuq minn wiċċ id-dinja sa limitu massimu speċifikat;

62.

“tlugħ b’veloċità kostanti” tfisser teknika ta’ veloċità kostanti ta’ ajruplan li tirriżulta f’żieda netta fl-altitudni hekk kif tonqos il-massa tal-ajruplan;

63.

“livell ta’ veloċità kostanti” tfisser livell miżmum waqt parti sinifikanti ta’ titjira;

64.

“pjan kurrenti tat-titjira(CPL)” tfisser il-pjan tat-titjira, inklużi l-bidliet, jekk ikun hemm, li seħħew minħabba awtorizzazzjonijiet sussegwenti;

65.

“erja ta’ periklu” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn f’ħinijiet speċifikati jistgħu jeżistu attivitajiet li jkunu perikolużi għat-titjira ta’ inġenju tal-ajru;

66.

“komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta” tfisser forma ta’ komunikazzjoni maħsuba għall-iskambju tal-messaġġi permezz ta’ kollegament tad-dejta;

67.

“datum” tfisser kwalunkwe kwantità jew sett ta’ kwantitajiet li jistgħu jservu bħala referenza jew bħala bażi għall-kalkolu ta’ kwantitajiet oħrajn;

68.

“awtorizzazzjoni sussegwenti” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa lil inġenju tal-ajru minn unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru li mhijiex l-awtorità ta’ kontroll kurrenti ta’ dak l-inġenju tal-ajru;

69.

“ħin stmat li għadda” fisser il-ħin stmat meħtieġ sabiex wieħed jipproċedi minn punt sinifikanti għal ieħor;

70.

“ħin stmat tat-tluq” tfisser il-ħin stmat meta l-inġenju tal-ajru se jibda l-moviment assoċjat mat-tluq;

71.

“ħin stmat tal-wasla” tfisser, għat-titjiriet IFR, il-ħin meta jiġi stmat li l-inġenju tal-ajru se jasal fuq dak il-punt indikat, iddefinit b’referenza għal għajnuniet ta’ navigazzjoni, minn fejn hemm il-ħsieb li tinbeda proċedura ta’ avviċinament strumentali, jew jekk mal-ajrudrom ma tkun assoċjata l-ebda għajnuna ta’ navigazzjoni, il-ħin meta l-inġenju tal-ajru se jasal fuq l-ajrudrom. Għat-titjiriet VFR, il-ħin meta jiġi stmat li l-inġenju tal-ajru se jasal fuq l-ajrudrom;

72.

“ħin mistenni tal-avviċinament” tfisser il-ħin meta ATC jistenna li inġenju tal-ajru li jkun se jasal, wara dewmien, se jħalli l-punt ta’ stennija sabiex jikkompleta l-avviċinament tiegħu għall-inżul. Il-ħin effettiv tat-tluq mill-punt ta’ stennija se jiddependi fuq l-awtorizzazzjoni għall-avviċinament;

73.

“pjan tat-titjira rreġistrat (FPL)” tfisser il-pjan tat-titjira kif ġie rreġistrat ma’ unità tal-ATS mill-bdot jew minn rappreżentant deżinjat, bla ebda bidla sussegwenti;

74.

“membru tal-ekwipaġġ tat-titjira” tfisser membru tal-ekwipaġġ liċenzjat inkarigat bi dmirijiet essenzjali għat-tħaddim ta’ inġenju tal-ajru waqt perjodu ta’ servizz ta’ titjir;

75.

“ċentru ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser unità stabbilita sabiex tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir u servizz ta’ twissija;

76.

“reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn jiġu pprovduti servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir u servizz ta’ twissija;

77.

“servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser servizz ipprovdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli ħalli t-titjiriet jitwettqu b’mod sikur u effiċjenti;

78.

“livell tat-titjira (FL)” tfisser superfiċje ta’ pressjoni atmosferika kostanti li huwa relatat ma’ datum speċifiku ta’ pressjoni, 1 013,2 hectopascals (hPa), u huwa sseparat minn superfiċji oħrajn bħal dawn b’intervalli speċifiċi ta’ pressjoni;

79.

“pjan tat-titjira” tfisser informazzjoni speċifikata pprovduta lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar titjira jew dwar parti minn titjira ppjanata ta’ inġenju tal-ajru;

80.

“viżibilità tat-titjira” tfisser il-viżibilità osservata ‘l quddiem mill-kabina tal-bdot ta’ inġenju tal-ajru waqt li qed itir;

81.

“tbassir” tfisser stqarrija tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għal ħin jew perjodu speċifikat, u għal erja jew parti speċifikata tal-ispazju tal-ajru;

82.

“viżibilità fuq l-art” tfisser il-viżibilità f’ajrudrom, kif tkun irrapportata minn osservatur akkreditat jew minn sistemi awtomatiċi;

83.

“orjentazzjoni” tfisser id-direzzjoni fejn ikun ippuntat l-assi lonġitudinali ta’ inġenju tal-ajru, ġeneralment espressa fi gradi mit-Tramuntana (ġeografika, manjetika, tal-kumpass jew tal-grilja);

84.

“għoli” tfisser id-distanza vertikali ta’ livell, ta’ punt jew ta’ oġġett meqjus bħala punt, imkejjel minn datum speċifikat;

85.

“ħelikopter” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja u li primarjament iżomm fl-ajru waqt li qed itir permezz tar-reazzjonijiet tal-arja fuq skrun b”mutur wieħed jew iktar fuq assi sostanzjalment vertikali;

86.

“spazju tal-ajru fuq ibħra miftuħa” tfisser spazju tal-ajru lil hinn mit-territorju fuq l-art u mill-ibħra territorjali, kif ġie speċifikat fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (il-Bajja ta’ Montego, 1982);

87.

“IFR” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu indikati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

88.

“titjira IFR” tfisser titjira mwettqa skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

89.

“IMC” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument;

90.

“proċedura ta’ avviċinament strumentali (IAP)” tfisser sensiela ta’ manuvri ddeterminati minn qabel b’referenza għal strumenti tat-titjir bi protezzjoni speċifikata minn ostakoli mill-punt tal-avviċinament inizjali jew fejn ikun applikabbli, mill-bidu ta’ rotta tal-wasla ddefinita sa punt minn fejn jista’ jiġi kkompletat l-inżul u wara, jekk l-inżul ma jiġix ikkompletat, sa pożizzjoni li fiha japplikaw kriterji ta’ twarrib ta’ ostakoli f’punt ta’ stennija jew waqt ir-rotta. Il-proċeduri ta’ avviċinament strumentali jiġu kklassifikati kif ġej:

(a)

Proċedura ta’ avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA) tfisser proċedura ta’ avviċinament strumentali li tuża gwida laterali imma li ma tużax gwida vertikali.

(b)

Proċedura ta’ avviċinament bi gwida vertikali (APV) tfisser proċedura strumentali li tuża gwida laterali u vertikali imma li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti għal operazzjonijiet ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni u għal operazzjonijiet ta’ nżul.

(c)

Proċedura ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni (PA) tfisser proċedura ta’ avviċinament strumentali li tuża gwida laterali u vertikali ta’ preċiżjoni b’valuri minimi kif ġew iddeterminati mill-kategorija tal-operazzjoni;

91.

“kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument (IMC)” tfisser kundizzjonijiet meteoroloġiċi espressi f’termini ta’ viżibilità, ta’ distanza mis-sħab, u ta’ limitu, inqas mill-valuri minimi speċifikati għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali;

92.

“erja tal-inżul” tfisser dik il-parti ta’ erja ta’ moviment maħsuba għall-inżul jew għat-tlugħ tal-inġenji tal-ajru;

93.

“livell” tfisser terminu ġeneriku relatat mal-pożizzjoni vertikali ta’ inġenju tal-ajru li qed itir u tista’ tfisser l-għoli, l-altitudni jew il-livell tat-titjira;

94.

“erja ta’ mmanuvrar” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru, esklużi r-rampi;

95.

“modalità (SSR)” tfisser l-identifikatur konvenzjonali relatat ma’ funzjonijiet speċifiċi tas-sinjali ta’ interrogazzjoni trażmessi minn interrogatur SSR. Hemm erba’ modalitajiet speċifikati fl-Anness 10 tal-ICAO: A, C, S u intermodalità;

96.

“erja ta’ moviment” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan ta’ inġenju tal-ajru, li tikonsisti fiż-żona ta’ mmanuvrar u fir-rampa/i);

97.

“lejl” tfisser is-sigħat bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu. L-għabex ċivili jintemm filgħaxija meta ċ-ċentru ta’ wiċċ ix-xemx ikun 6 gradi taħt l-orizzont u jibda filgħodu meta ċ-ċentru ta’ wiċċ ix-xemx ikun 6 gradi taħt l-orizzont;

98.

“ostakolu” tfisser l-oġġetti kollha mwaħħla (kemm jekk b’mod temporanju kif ukoll b’mod permanenti) u dawk mobbli, jew partijiet minnhom, li jkunu:

(a)

qegħdin f’erja maħsuba għall-moviment fuq is-superfiċje ta’ inġenju tal-ajru; jew

(b)

jestendu ‘l fuq minn wiċċ iddefinit maħsub sabiex jipproteġi l-inġenji tal-ajru li jkunu qed itiru; jew

(c)

jinsabu barra minn dawk is-superfiċji definiti u li ġew ivvalutati bħala li huma ta’ periklu għan-navigazzjoni bl-ajru;

99.

“sit tal-operat” tfisser sit magħżul mill-operatur jew mill-bdot fil-kmand għal operazzjonijiet ta’ nżul, ta’ tlugħ u/jew ta’ rfigħ;

100.

“bdot fil-kmand” tfisser il-bdot deżinjat mill-operatur, jew fil-każ ta’ avjazzjoni ġenerali, mis-sid, bħala li jkollu l-kmand f’idejh u jkun inkarigat mit-twettiq sikur ta’ titjira;

101.

“altitudni tal-pressjoni” tfisser pressjoni atmosferika espressa f’termini ta’ altitudni li tikkorrispondi għal dik il-pressjoni fl-Atmosfera Standard, kif ġiet iddefinita fl-Anness 8, il-Parti 1 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

102.

“użu problematiku ta’ sustanzi” tfisser l-użu ta’ sustanza psikoattiva waħda jew iktar minn persunal tal-avjazzjoni b’mod li:

(a)

jikkostitwixxi periklu dirett għall-utent jew jipperikola l-ħajjiet, is-saħħa jew il-benesseri ta’ oħrajn; u/jew

(b)

jikkawża jew jaggrava problema jew disturb okkupazzjonali, soċjali, mentali jew fiżiku;

103.

“erja pprojbita” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti, ‘il fuq miż-żoni fuq l-art jew mill-ilmijiet territorjali ta’ Stat, li fih huwa pprojbit it-titjir tal-inġenji tal-ajru;

104.

“sustanzi psikoattivi” tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, filwaqt li l-kafé u t-tabakk huma esklużi;

105.

“radar” tfisser apparat ta’ individwazzjoni bir-radju li jipprovdi informazzjoni dwar il-medda, l-ażimut u/jew l-elevazzjoni tal-oġġetti;

106.

“żona obbligatorja għar-radju (RMZ)” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn il-ġarr u t-tħaddim ta’ tagħmir tar-radju huma obbligatorji;

107.

“servizz ta’ navigazzjoni bir-radju” tfisser servizz li jipprovdi informazzjoni ta’ gwida jew dejta dwar il-pożizzjoni għat-tħaddim effiċjenti u sikur ta’ inġenju tal-ajru b’appoġġ minn għajnuna ta’ navigazzjoni bir-radju waħda jew iktar;

108.

“radjutelefonija” tfisser forma ta’ radjukomunikazzjoni primarjament maħsuba għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-forma ta’ diskors;

109.

“pjan tat-titjira repetittiv” tfisser pjan tat-titjira relatat ma’ sensiela ta’ titjiriet individwali ta’ spiss rikorrenti u li jiġu operati b’mod regolari b’karatteristiċi bażiċi identiċi, ippreżentat minn operatur sabiex jinżammu u jintużaw b’mod repetittiv mill-unitajiet tal-ATS;

110.

“punt tar-rappurtar” tfisser lokalità ġeografika speċifikata li l-pożizzjoni ta’ inġenju tal-ajru tista’ tiġi rrappurtata b’relazzjoni għaliha;

111.

“erja ristretta” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet definiti, ‘il fuq minn erjas l-art jew mill-ilmijiet territorjali ta’ Stat, li fih it-titjira ta’ inġenju tal-ajru tkun ristretta skont ċerti kundizzjonijiet speċifikati;

112.

“segment tar-rotta” tfisser rotta jew parti minn rotta fejn ġeneralment it-titjir isir minn waqfa intermedja;

113.

“runway” tfisser erja rettangolarid definita f’ajrudrom fuq l-art ippreparata għall-inżul u għat-tlugħ tal-inġenji tal-ajru;

114.

“pożizzjoni ta’ stennija fuq ir-runway” tfisser pożizzjoni indikata maħsuba sabiex tipproteġi runway, superfiċje li jillimita l-ostakoli jew erja kritika/sensittiva tal-ILS/MLS fejn l-inġenji tal-ajru u l-vetturi li jkunu qed jinsaqu għandhom jieqfu u jistennew, sakemm ma jkunux awtorizzati jagħmlu mod ieħor mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom;

115.

“medda viżwali tar-runway (RVR)” tfisser il-medda li minn fuqha l-bdot ta’ inġenju tal-ajru li jinsab fuq il-linja taċ-ċentru ta’ runway jista’ jara l-immarkar fuq il-wiċċ tar-runway jew id-dwal li jiddelinjaw ir-runway jew li jidentifikaw il-linja taċ-ċentru tagħha;

116.

“persunal sensittiv mil-lat tas-sikurezza” tfisser persuni li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza tal-avjazzjoni jekk iwettqu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom b’mod mhux xieraq li jinkludu, imma mhumiex limitati, għall-membri tal-ekwipaġġ, għall-persunal tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;

117.

“glider” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja li jżomm fl-ajru waqt li qed itir permezz tar-reazzjoni dinamika tal-arja kontra l-uċuh fissi tar-refgħa tiegħu, li t-titjir ħieles tiegħu ma jiddependix minn magna, u li jinkludi anki l-hang gliders, il-paragliders u inġenji paragunabbli oħrajn;

118.

“radar ta’ sorveljanza sekondarju (SSR)” tfisser sistema ta’ radar ta’ sorveljanza li juża trażmettituri/riċevituri (interrogaturi) u transponders;

119.

“informazzjoni SIGMET” tfisser l-informazzjoni maħruġa minn uffiċċju għall-għassa meteoroloġika rigward l-okkorrenza jew l-okkorrenza mistennija ta’ fenomeni speċifikati tat-temp waqt ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza ta’ operazzjonijiet ta’ inġenju tal-ajru;

120.

“erja tas-sinjali” tfisser żona f’ajrudrom li tintuża għall-wiri tas-sinjali ta’ mal-art;

121.

“punt sinifikanti” tfisser lokalità ġeografika speċifikata li tintuża biex tkun iddefinita rotta tal-ATS jew il-passaġġ tat-titjira ta’ inġenju tal-ajru u għal finijiet ta’ navigazzjoni u ta’ ATS oħrajn;

122.

“titjira VFR speċjali” tfisser titjira VFR awtorizzata mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru sabiex topera fi ħdan żona ta’ kontroll f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi taħt VMC;

123.

“inġenju tal-ajru barra r-rotta” tfisser inġenju tal-ajru li wettaq devjazzjoni sinifikanti mit-trajettorja ppjanata tiegħu jew li jirrappurta li ntilef;

124.

“radar ta’ sorveljanza” tfisser tagħmir tar-radar li jintuża sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni ta’ inġenju tal-ajru f’termini ta’ medda u ta’ ażimut;

125.

“sewqan” tfisser il-moviment ta’ inġenju tal-ajru fuq is-superfiċje ta’ ajrudrom jew ta’ sit tal-operat bil-qawwa tiegħu stess, esklużi t-tlugħ u l-inżul;

126.

“taxiway” tfisser passaġġ iddefinit fuq ajrudrom fuq l-art stabbilit għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru u maħsub sabiex jipprovdi kollegament bejn parti tal-ajrudrom u parti oħra, li jinkludi:

(a)

Taxilane għall-istands tal-inġenji tal-ajru tfisser parti minn rampa indikata bħala taxiway u maħsuba sabiex tipprovdi aċċess għall-istands tal-inġenji tal-ajru biss.

(b)

Taxiway tar-rampa tfisser parti minn sistema ta’ taxiways li tkun qiegħda fuq rampa u li tkun maħsuba sabiex tipprovdi rotta kontinwa għas-sewqan min-naħa għall-oħra tar-rampa.

(c)

Taxiway għal ħruġ rapidu tfisser taxiway konnessa ma’ runway b’angolu akut u ddisinjata sabiex tħalli li l-ajruplani li jkunu neżlin iduru b’veloċitajiet ikbar minn dawk li jintlaħqu f’taxiways għall-ħruġ oħrajn ħalli b’hekk jiġu minimizzati l-ħinijiet ta’ okkupanza tar-runways;

127.

“territorju” tfisser erjas fuq l-art u l-ilmijiet territorjali qribhom taħt is-sovranità, is-sovranità fewdali, il-protezzjoni jew il-mandat ta’ Stat;

128.

“limitu” tfisser il-bidu ta’ dik il-parti tar-runway li tista’ tintuża għal inżul;

129.

“il-ħin totali stmat li għadda” tfisser

(a)

għat-titjiriet IFR, il-ħin stmat meħtieġ mit-tlugħ sabiex inġenju tal-ajru jasal fuq dak il-punt indikat, iddefinit b’referenza għal għajnuniet ta’ navigazzjoni, minn fejn hemm il-ħsieb li tinbeda proċedura ta’ avviċinament strumentali, jew jekk mal-ajrudrom ta’ destinazzjoni ma tkun assoċjata l-ebda għajnuna ta’ navigazzjoni, il-ħin biex l-inġenju tal-ajru jasal fuq l-ajrudrom ta’ destinazzjoni.

(b)

għat-titjiriet VFR, il-ħin stmat meħtieġ mit-tlugħ sabiex l-inġenju tal-ajru jasal fuq l-ajrudrom ta’ destinazzjoni;

130.

“trajettorja” tfisser il-projezzjoni fuq wiċċ id-dinja tal-passaġġ ta’ inġenju tal-ajru, fejn id-direzzjoni ta’ dan il-passaġġ fi kwalunkwe punt ġeneralment tiġi espressa fi gradi mit-Tramuntana (ġeografika, manjetika jew tal-grilja);

131.

“konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku” tfisser parir mogħti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jispeċifika manuvri li jgħinu lill-bdot jevita kolliżjoni;

132.

“informazzjoni dwar it-traffiku” tfisser informazzjoni maħruġa minn unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru biex twissi lil bdot dwar traffiku tal-ajru ieħor magħruf jew osservat li jista’ jkun qrib il-pożizzjoni jew ir-rotta ppjanata tat-titjira u biex tgħin lill-bdot jevita kolliżjoni;

133.

“punt tat-trasferiment tal-kontroll” tfisser punt iddefinit li jinsab tul il-passaġġ tat-titjira ta’ inġenju tal-ajru, fejn ir-responsabbiltà li jiġi pprovdut servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lill-inġenju tal-ajru tiġi ttrasferita minn unità ta’ kontroll jew minn pożizzjoni ta’ kontroll għall-oħra;

134.

“altitudni ta’ tranżizzjoni” tfisser l-altitudni li fiha jew li taħtha l-pożizzjoni vertikali ta’ inġenju tal-ajru tiġi kkontrollata b’referenza għall-altitudnijiet;

135.

“livell ta’ tranżizzjoni” tfisser l-iktar livell baxx tat-titjira li huwa disponibbli sabiex jintuża ‘l fuq mill-altitudni ta’ tranżizzjoni;

136.

“żona obbligatorja għat-transponder (TMZ)” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn il-ġarr u t-tħaddim ta’ transponders li jirrappurtaw l-altitudni tal-pressjoni huma obbligatorji;

137.

“inġenju tal-ajru mhux identifikat” tfisser inġenju tal-ajru li ġie osservat jew irrappurtat li qed jopera f’żona partikolari, iżda li l-identità tiegħu ma ġietx stabbilita;

138.

“ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr magna, mingħajr ekwipaġġ u eħfef mill-arja li jtir b’mod ħieles;

139.

“VFR” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu indikati r-regoli tat-titjir viżwali;

140.

“titjira VFR” tfisser titjira mwettqa skont ir-regoli tat-titjir viżwali;

141.

“viżibilità” tfisser viżibilità għal finijiet ajrunawtiċi li hija l-ikbar minn:

(a)

l-ikbar distanza fejn oġġett iswed b’dimensjonijiet xierqa, li jkun qiegħed qrib l-art, jista’ jintlemaħ u jiġi rikonoxxut meta jiġi osservat bi sfond ċar;

(b)

l-ikbar distanza fejn dwal qrib l-1 000 candelas jistgħu jintlemħu u jiġu identifikati bi sfond mhux mixgħul;

142.

“kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali” tfisser kundizzjonijiet meteoroloġiċi espressi f’termini ta’ viżabilità, ta’ distanza mis-sħab u ta’ limitu, daqs jew aħjar minn valuri minimi speċifikati;

143.

“VMC” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu indikati l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali.

Artikolu 3

Konformità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli u mad-dispożizzjonijiet komuni stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà inklużi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għas-salvagwardji inklużi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Artikolu 4

Eżenzjonijiet għal operazzjonijiet speċjali

1.   Fuq it-talba tal-entitajiet li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan ir-Regolament lil dawk l-entitajiet għall-attivitajiet ta’ interess pubbliku li ġejjin u għat-taħriġ meħtieġ sabiex l-attivitajiet jitwettqu b’mod sikur;

(a)

missjonijiet tal-pulizija u missjonijiet doganali;

(b)

missjonijiet ta’ sorveljanza tat-traffiku u ta’ insegwiment fit-traffiku;

(c)

missjonijiet ta’ kontroll tal-ambjent imwettqa minn, jew f’isem, awtoritajiet pubbliċi;

(d)

tiftix u salvataġġ;

(e)

titjiriet mediċi;

(f)

evakwazzjonijiet;

(g)

tifi tan-nar;

(h)

eżenzjonijiet meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ titjiriet minn kapijiet ta’ Stat, Ministri u funzjonarji Statali paragunabbli.

2.   L-awtorità kompetenti li tawtorizza dawn l-eżenzjonijiet għandha tinforma lill-EASA bin-natura tal-eżenzjonijiet mhux iktar tard minn xahrejn wara li l-eżenzjoni tkun ġiet approvata.

3.   Dan l-artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 u jista’ jiġi applikat fil-każijiet fejn l-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 1 ma jkunux jistgħu jitwettqu bħala traffiku tal-ajru operattiv jew fejn inkella jistgħu ma jibbenefikawx mid-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà inklużi f’dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Differenzi

1.   Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mhux iktar tard mid-data tal-applikabbiltà tiegħu, l-Istati Membri għandhom:

(a)

Jinnotifikaw formalment lill-ICAO li d-differenzi kollha li kienu ġew innotifikati qabel fir-rigward tal-Istandards u mal-prattiki rakkomandati tal-ICAO li huma koperti minn dan ir-Regolament qed jiġu rtirati, ħlief għal dawk relatati mas-sigurtà essenzjali u mal-interessi tal-politika ta’ difiża tal-Istati Membri skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004;

(b)

jinnotifikaw lill-ICAO id-differenzi miftiehma komunement inklużi fis-suppliment għall-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kull Stat Membru għandu jippubblika, permezz tal-Pubblikazzjoni ta Informazzjoni Ajrunawtika tiegħu, id-differenzi miftiehma komunement innotifikati lill-ICAO skont il-punt b tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni oħra meħtieġa minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ difiża u ta’ sigurtà tal-ajru lokali skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Monitoraġġ tal-Emendi

1.   Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, bl-appoġġ tal-Eurocontrol u tal-EASA, proċess permanenti:

(a)

sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe emenda adottata taħt il-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Chicago li tkun ta’ rilevanza fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi mmonitorjata u analizzata; u

(b)

fejn ikun meħtieġ, jiġu żviluppati proposti għal emendi fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament relatati mal-irtirar u man-notifika tad-differenzi u mal-pubblikazzjoni fil-Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika u tal-Artikolu 7 dwar l-emendi fl-Anness għandhom japplikaw kif ikun xieraq.

Artikolu 7

Emendi fl-Anness

1.   L-Anness għandu jiġi emendat skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

2.   L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, imma ma għandhomx ikunu limitati għall-emendi meħtieġa sabiex tkun żgurata l-konsistenza tad-dispożizzjonijiet legali waqt l-estensjoni futura ta’ dan ir-Regolament sabiex jinkludi d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ annessi u ta’ dokumenti oħrajn tal-ICAO għajr l-Anness 2 jew bidliet li jirriżultaw mill-aġġornamenti ta’ dawk l-annessi u ta’ dawk id-dokumenti tal-ICAO nfushom jew minn bidliet fi kwalunkwe Regolament rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 8

Miżuri tranżitorji u addizzjonali

1.   L-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikunu adottaw dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkomplementaw Standard tal-ICAO għandhom jiżguraw li dawk ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, tali dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkomplementaw Standard tal-ICAO ma għandhomx jikkostitwixxu differenza taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw tali dispożizzjonijiet addizzjonali kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tħalliet għad-deċiżjoni ta’ Awtorità Kompetenti taħt dan ir-Regolament permezz tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Informazzjoni Ajrunawtika tagħhom. Huma għandhom ukoll jinformaw lill-Kummissjoni u lill-EASA mhux iktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew meta tkun ġiet adottata d-dispożizzjoni addizzjonali.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ sikurezza

Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri, sabiex iżommu jew itejbu l-livelli ta’ sikurezza eżistenti, għandhom jiżguraw li, fil-kuntest ta’ proċess ta’ ġestjoni tas-sikurezza li jindirizza l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza fuq il-pjan ta’ implimentazzjoni, li tinkludi identifikazzjoni tal-perikli kif ukoll valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji, qabel il-bidliet effettivi fil-proċeduri li kienu jiġu applikati qabel. Tali mitigazzjoni tista’ tinkludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3.

Artikolu 10

Emendi fir-Regolamenti (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 1265/2007, (UE) Nru 255/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 730/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 2(3) u (4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

4.

‘VFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir viżwali.”

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 2(2), punt 8, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti.”

(b)

L-Artikolu 3.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness għandhom japplikaw għall-preżentazzjoni, għall-aċċettazzjoni u għad-distribuzzjoni tal-pjanijiet tat-titjiriet għal kull titjira soġġetta għal dan ir-Regolament u għall-bidliet kollha f’punt prinċipali fi pjan tat-titjira fil-fażi ta’ qabel it-titjira skont dan ir-Regolament.”

(c)

L-intestatura u l-ewwel inċiż tal-Anness għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)

1.

Taqsima 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (*)

(*)  ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1.”"

3.   Ir-Regolament (KE) Nru 1794/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 2(c) u (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

(d)

‘VFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir viżwali.”

4.   Ir-Regolament (KE) Nru 1265/2007 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 2(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.

‘titjiriet imħaddmin skont regoli tat-titjir viżwali’ (titjiriet VFR) tfisser kwalunwke titjira mwettqa skont ir-regoli tat-titjir viżwali.”

5.   Ir-Regolament (UE) Nru 255/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti”

6.   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-referenza fl-Anness II, il-punt 4(a) għal “L-Anness 2 dwar ir-regoli tal-ajru fl-10 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2005” għandha tiġi sostitwita b’referenza għal “Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012”.

(b)

ir-referenza fl-Anness II, il-punt 4(ċ)għal “L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 47-B;” għandha tiġi emendati billi fi tmiem dik is-sentenza jiġu miżjuda “u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 kif ikun applikabbli”.

(c)

ir-referenza fl-Anness III, punt 2(b) għal “L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 47-B;” għandha tiġi emendati billi fi tmiem dik is-sentenza jiġi miżjud “u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 kif ikun applikabbli”

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-4 ta’ Diċembru 2012.

2.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qabel l-4 ta’ Diċembru 2014.

Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik il-possibbiltà, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-EASA skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, ir-raġunijiet għal dik id-deroga, kemm se ddum, kif ukoll iż-żmien previst u relatat tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.


ANNESS

IR-REGOLI TAL-AJRU

TAQSIMA 1

Titjir fuq l-Ibħra Miftuħa

SERA.1001   Ġenerali

(a)

Għal titjir fuq l-ibħra miftuħa, għandhom japplikaw mingħajr eċċezzjoni r-regoli speċifikati fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għal finijiet ta’ kontinwità u ta’ tħaddim kontinwu tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari fi ħdan il-Blokki tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali, id-dispożizzjonijiet tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jistgħu jiġu applikati fl-ispazju tal-ajru fuq l-ibħra miftuħa b’mod li jkun konsistenti ma’ kif dawk id-dispożizzjonijiet jiġu applikati fuq it-territorju tal-Istati Membri. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru Statali taħt l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dan ukoll għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru fi ħdan ir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir fejn ikunu responsabbli għall-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru skont il-ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni bl-ajru tal-ICAO jitwettqu b’mod sikur, rapidu u effiċjenti.

(b)

Għal dawk il-partijiet tal-ibħra miftuħa fejn Stat Membru jkun aċċetta, skont ftehim reġjonali tan-navigazzjoni bl-ajru tal-ICAO, ir-responsabbiltà sabiex jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru, l-Istat Membru għandu jaħtar il-fornitur tal-ATS sabiex jipprovdi dawk is-servizzi.

TAQSIMA 2

Applikabbiltà u Konformità

SERA.2001   Applikabbiltà

Mingħajr preġudizzju għas-SERA.1001 iktar ‘il fuq, dan ir-Regolament għandu japplika skont l-Artikolu 1, b’mod partikolari għall-utenti tal-ispazju tal-ajru u għall-inġenji tal-ajru:

(a)

li joperaw fi, fi ħdan jew barra mill-Unjoni;

(b)

li jkollhom in-nazzjonalità u li jkollhom fuqhom il-marki ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, u li joperaw fi kwalunkwe spazju tal-ajru sa fejn dawn ma joħolqux kunflitt mar-regoli ppubblikati mill-Istat li jkollu ġurisdizzjoni fuq it-territorju li minn fuqu jgħaddu t-titjiriet.

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, għall-Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru u għall-persunal rilevanti ta’ fuq l-art involut fl-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

SERA.2005   Konformità mar-Regoli tal-Ajru

It-tħaddim ta’ inġenju tal-ajru li jkun jew qiegħed itir, jew ikun fuq l-erja ta’ moviment ta’ ajrudrom jew f’sit tal-operat għandu jkun f’konformità mar-regoli ġenerali, mad-dispożizzjonijiet lokali applikabbli u, barra minn hekk, meta l-inġenju tal-ajru jkun qed itir, jew ma’:

(a)

ir-regoli tat-titjir viżwali; jew

(b)

ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti.

SERA.2010   Responsabbiltajiet

(a)   Ir-responsabbiltà tal-Bdot fil-kmand

Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun, kemm jekk jimmanipula l-kontrolli kif ukoll jekk le, responsabbli mit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru skont dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni li l-bdot fil-kmand jista’ jiddevja minn dawn ir-regoli f’ċirkostanzi li jagħmlu tali devjazzjoni assolutament meħtieġa fl-interessi tas-sikurezza.

(b)   Azzjoni ta’ Qabel it-Titjira

Qabel ma jibda titjira, il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jsir familjari mal-informazzjoni kollha disponibbli li tkun adattata għall-operazzjoni ppjanata. L-azzjoni ta’ qabel it-titjira għal titjiriet lil hinn mill-viċinanzi ta’ ajrudrom, u għat-titjiriet IFR kollha, għandha tinkludi studju bir-reqqa tar-rapporti u t-tbassir tat-temp attwali disponibbli, fejn jitqiesu r-rekwiżiti mil-lat tal-fjuwil u strateġija alternattiva ta’ azzjoni jekk it-titjira ma tkunx tista’ tiġi kkompletata kif kien ippjanat.

SERA.2015   L-Awtorità tal-Bdot fil-kmand ta’ Inġenju tal-Ajru

Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jkollu l-awtorità finali dwar l-operat tal-inġenju tal-ajru waqt li l-kmand ikun f’idejh.

SERA.2020   Użu Problematiku ta’ Sustanzi Psikoattivi

L-ebda persuna li l-funzjoni tagħha tkun kritika għas-sikurezza tal-avjazzjoni (persunal sensittiv mil-lat tas-sikurezza) ma għandha twettaq dik il-funzjoni waqt li tkun taħt l-influwenza ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva, li minħabba fiha li l-prestazzjoni umana tkun imxekkla. L-ebda persuna bħal din ma għandha tinvolvi ruħha fi kwalunkwe xorta ta’ użu problematiku ta’ sustanzi.

TAQSIMA 3

Regoli Ġenerali u evitar ta’ kolliżjonijiet

KAPITOLU 1

Protezzjoni ta’ Persuni u ta’ Proprjetà

SERA.3101   Tħaddim Negliġenti jew Imprudenti ta’ Inġenju tal-Ajru

Inġenju tal-ajru ma għandux jiġi operat b’mod negliġenti jew imprudenti b’tali mod li jipperikola l-ħajja jew il-proprjetà tal-oħrajn.

SERA.3105   Għoli Minimu

Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għall-inżul, jew ħlief bil-permess tal-awtorità kompetenti, inġenju tal-ajru ma għandux jittajjar fuq l-erjas konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni, sakemm dan ma jsirx f’tali għoli li jippermetti, fil-każ li tinqala’ emerġenza, li jsir inżul mingħajr periklu bla bżonn għall-persuni jew għall-proprjetà fuq is-superfiċje. L-għoli minimu għat-titjiriet VFR għandu jkun dak speċifikat fis-SERA.5005(f) u l-livelli minimi għat-titjiriet IFR għandhom ikunu dawk speċifikati fis-SERA.5015(b).

SERA.3110   Livelli ta’ Veloċità Kostanti

Il-livelli ta’ veloċità kostanti li fihom għandha titwettaq titjira jew parti minn titjira għandhom ikunu f’termini ta’:

(a)

livelli tat-titjira, għal titjiriet fil-livell l-aktar baxx tat-titjira li jista’ jintuża jew ‘il fuq minnu jew, fejn ikun applikabbli, ‘il fuq mill-altitudni ta’ tranżizzjoni;

(b)

altitudnijiet, għal titjiriet taħt il-livell l-iktar baxx tat-titjira li jista’ jintuża jew, fejn ikun applikabbli, fl-altitudni ta’ tranżizzjoni jew taħtha.

SERA.3115   Tfigħ ta’ oġġetti jew Sprejjar

It-tfigħ ta’ oġġetti jew l-isprejjar minn inġenju tal-ajru li qed itir għandu jitwettaq biss skont:

(a)

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b)

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3120   Irmonk

Inġenju tal-ajru jew oġġett ieħor għandu jiġi rmunkat biss minn inġenju tal-ajru skont:

(a)

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b)

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3125   Inżul bil-Paraxut

L-inżul bil-paraxut, għajr l-inżul ta’ emerġenza, għandu jsir biss skont:

(a)

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b)

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3130   Titjira Ajrubatika

It-titjiriet ajrubatiċi għandhom jitwettqu biss skont:

(a)

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b)

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3135   Titjiriet f’Formazzjoni

L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jittajru f’formazzjoni ħlief b’arranġament minn qabel fost il-bdoti fil-kmand tal-inġenji tal-ajru li jkunu qed jieħdu sehem fit-titjira u, għal titjira f’formazzjoni fi spazju tal-ajru kkontrollat, skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

wieħed mill-bdoti fil-kmand għandu jinħatar bħala l-mexxej tat-titjira;

(b)

il-formazzjoni topera bħala inġenju tal-ajru wieħed fir-rigward tan-navigazzjoni u tar-rappurtar dwar il-pożizzjoni;

(c)

is-separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru fit-titjira għandha tkun ir-responsabbiltà tal-mexxej tat-titjira u tal-bdoti fil-kmand tal-inġenji tal-ajru l-oħra fit-titjira u għandha tinkludi perjodi ta’ tranżizzjoni meta l-inġenji tal-ajru jkunu qed jimmanuvraw sabiex jilħqu s-separazzjoni tagħhom fi ħdan il-formazzjoni u waqt li jkunu qed jingħaqdu mal-formazzjoni u qed jinqatgħu minnha; u

(d)

għal inġenji tal-ajru Statali, distanza laterali, lonġitudinali u vertikali massima bejn kull inġenju tal-ajru u l-mexxej tat-titjira skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għal inġenji tal-ajru oħrajn għajr dawk Statali, kull inġenju tal-ajru għandu jżomm distanza li ma taqbiżx il-1 km (0,5 nm) lateralment u lonġitudinalment u 30 m (100 pied) vertikalment mill-mexxej tat-titjira.

SERA.3140   Blalen tal-Arja Ħielsa u Mingħajr Ekwipaġġ

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ għandu jiġi operat b’tali mod li jiġu minimizzati l-perikli għall-persuni, għall-proprjetà jew għal inġenji tal-ajru oħrajn u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 2.

SERA.3145   Erjas Ipprojbiti u Erjas Ristretti

L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jittajru f’erja pprojbita jew f’erja ristretta, li l-karatteristiċi partikolari tagħha jkunu ġew ippubblikati kif xieraq, ħlief skont il-kundizzjonijiet tar-restrizzjonijiet jew bil-permess tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkunu stabbiliti l-erjas.

KAPITOLU 2

Evitar ta’ Kolliżjonijiet

SERA.3201   Ġenerali

Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jeħles lill-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru mir-responsabbiltà li jieħu tali azzjoni, inklużi manuvri biex jevita kollizjoni, ibbażata fuq konsultazzjonijiet ta’ riżoluzzjoni pprovduti mit-tagħmir tal-ACAS, bl-iskop li tiġi evitata kolliżjoni bl-aħjar mod.

SERA.3205   Prossimità

Inġenju tal-ajru ma għandux jiġi operat daqshekk fil-qrib ta’ inġenju tal-ajru ieħor li joħloq periklu ta’ kolliżjoni.

SERA.3210   Id-dritta

(a)

L-inġenju tal-ajru li jkollu d-dritta għandu jżomm l-orjentazzjoni u l-veloċità tiegħu.

(b)

Inġenju tal-ajru li jkun jaf li l-manuvrabbiltà ta’ inġenju tal-ajru ieħor hija mxekkla għandu jagħti d-dritta lil dak l-inġenju tal-ajru.

(c)

Inġenju tal-ajru li jkun obbligat mir-regoli li ġejjin li jżomm ‘il bogħod minn inġenju tal-ajru ieħor għandu jevita li jgħaddi fuqu, taħtu jew quddiemu, sakemm ma jgħaddix ‘il bogħod sew minnu u jqis l-effett tat-turbolenza tar-radda tal-inġenju tal-ajru.

(1)

Avviċinament frontali. Meta żewġ inġenji tal-ajru jkunu qed javviċinaw lil xulxin b’mod frontali jew bejn wieħed u ieħor b’dan il-mod u jkun hemm periklu ta’ kolliżjoni, kull inġenju tal-ajru għandu jbiddel l-ojrentazzjoni tiegħu lejn il-lemin.

(2)

Konverġenza. Meta żewġ inġenji tal-ajru jkunu qed jikkonverġu bejn wieħed u ieħor fuq l-istess livell, l-inġenju tal-ajru li jkollu lill-ieħor fuq il-lemin tiegħu għandu jagħti d-dritta, bl-eċċezzjoni tal-każijiet li ġejjin:

(i)

l-inġenji tal-ajru bil-magna itqal mill-arja għandhom jagħtu d-dritta lill-airships, lill-glajders u lill-blalen tal-arja;

(ii)

l-airships għandhom jagħtu d-dritta lill-glajders u lill-blalen tal-arja;

(iii)

il-glajders għandhom jagħtu d-dritta lill-blalejn tal-arja;

(iv)

l-inġenji tal-ajru bil-magna għandhom jagħtu d-dritta lill-inġenji tal-ajru li jidhru li jkunu qed jirmonkaw inġenji tal-ajru jew oġġetti oħrajn.

(3)

Qbiż. Inġenju tal-ajru li jaqbeż ieħor huwa wieħed li jkun qed javviċina inġenju tal-ajru ieħor minn wara f’linja li tifforma angolu ta’ inqas minn 70 grad mal-pjan ta’ simetrija ta’ dan tal-aħħar, jiġifieri jkun f’pożizzjoni tali b’referenza għall-inġenju tal-ajru l-ieħor li billejl ma jkunx jista’ jara d-dwal tan-navigazzjoni tax-xellug tal-inġenju tal-ajru (port) u lanqas dawk tal-lemin (starboard). Inġenju tal-ajru li jkun qed jinqabeż għandu d-dritta u l-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqbżu, kemm jekk ikun qiegħed jitla’, jnżel kif ukoll f’titjira orizzontali, għandu jżomm ‘il bogħod mill-inġenju tal-ajru l-ieħor billi jbiddel l-orjentazzjoni tiegħu lejn il-lemin, u l-ebda bidla sussegwenti fil-pożizzjonijiet relattivi taż-żewġ inġenji tal-ajru ma għandha tassolvi lill-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqbeż minn dan l-obbligu qabel ma jkun għadda kompletament lill-inġenju tal-ajru l-ieħor u jkun ‘il bogħod minnu.

(i)

Qbiż mill-glajders. Glajder li jkun qed jaqbeż glajder ieħor jista’ jbiddel id-direzzjoni tiegħu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

(4)

Inżul. Inġenju tal-ajru li qed itir, jew li qed jopera fuq l-art jew fuq l-ilma, għandu jagħti d-dritta lil inġenju tal-ajr li jkun qiegħed nieżel jew li jkun qiegħed fl-istadji finali ta’ avviċinament lejn l-art.

(i)

Meta żewġ inġenji tal-ajru itqal mill-arja jew iktar ikunu qed javviċinaw ajrudrom jew sit tal-operat għal finijiet ta’ nżul, l-inġenju tal-ajru fuq livell ogħla għandu jagħti d-dritta lill-inġenju tal-ajru li jkun fuq livell iktar baxx, iżda dan tal-aħħar ma għandux jieħu vantaġġ minn din ir-regola sabiex jiġi quddiem inġenju tal-ajru ieħor li jkun qiegħed fl-istadji finali ta’ avviċinament lejn l-art, jew sabiex jaqbeż lil dak l-inġenju tal-ajru. Madankollu, inġenji tal-ajru bil-magna li jkunu itqal mill-arja għandhom jagħtu d-dritta lill-glajders.

(ii)

Inżul ta’ emerġenza. Inġenju tal-ajru li jkun konxju li inġenju ieħor ikun imġiegħel jinżel għandu jagħti d-dritta lil dak l-inġenju tal-ajru.

(5)

Tlugħ. Inġenju tal-ajru li jkun qed jinsaq fiż-żona ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom għandu jagħti d-dritta lill-inġenji tal-ajru li jkunu telgħin jew li jkunu se jitilgħu.

(d)

Moviment fuq is-superfiċje ta’ inġenji tal-ajru, ta’ persuni u ta’ vetturi.

(1)

F’każ ta’ periklu ta’ kolliżjoni bejn żewġ inġenji tal-ajru li qed jinsaqu fiż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom jew f’parti ekwivalenti minn sit tal-operat, għandu japplika dan li ġej:

(i)

meta żewġ inġenji tal-ajru jkunu qed javviċinaw lil xulxin b’mod frontali, jew bejn wieħed ieħor b’dan il-mod, kull wieħed għandu jieqaf jew, fejn ikun prattikabli, ibiddel id-direzzjoni tiegħu lejn il-lemin sabiex iżomm ‘il bogħod sew mill-ieħor;

(ii)

meta ż-żewġ inġenji tal-ajru jkunu se jikkonverġu, dak li jkollu lill-ieħor fuq il-lemin tiegħu għandu jagħti d-dritta;

(iii)

inġenju tal-ajru li jkun qed jinqabeż minn inġenju tal-ajru ieħor għandu jkollu d-dritta u l-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqbeż għandu jżomm ‘il bogħod sew mill-inġenju tal-ajru l-ieħor.

(2)

F’ajrudrom ikkontrollat, inġenju tal-ajru li jkun qed jinsaq fiż-żona ta’ mmanuvrar għandu jieqaf u jżomm il-pożizzjonijiet kollha ta’ stennija fuq ir-runway sakemm it-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom ma jkunx ħareġ awtorizzazzjoni espliċita biex jidħol jew jaqsam ir-runway.

(3)

Inġenju tal-ajru li jkun qed jinsaq fiż-żona ta’ mmanuvrar għandu jieqaf u jistenna fl-istrixxi ta’ waqfien mixgħula kollha u jista’ jipproċedi ulterjorment skont (2) meta jintfew id-dwal.

(4)

Moviment ta’ persuni u ta’ vetturi fl-ajrudromi

(i)

Il-moviment ta’ persuni jew ta’ vetturi, inklużi l-inġenji tal-ajru rmunkati, fuq iż-żona ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom għandu jiġi kkontrollat mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom, skont il-ħtieġa, sabiex jiġi evitat periklu għalihom jew għall-inġenji tal-ajru li jkunu qed iwettqu nżul, li jkunu qed jinsaqu jew li jkunu qed iwettqu tlugħ.

(ii)

F’kundizzjonijiet fejn ikunu fis-seħħ proċeduri ta’ viżibilità baxxa:

(A)

il-persuni jew il-vetturi li joperaw fuq iż-żona ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom għandhom jiġu ristretti għall-minimu essenzjali, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rekwiżiti biex tiġi (jiġu) protetta/i ż-żona/i sensittiva/i tal-ILS/MLS meta jkunu qed jitwettqu operazzjonijiet bi strumenti ta’ preċiżjoni tal-Kategorija II jew tal-Kategorija III;

(B)

soġġetta għad-dispożizzjonijiet fi (iii), is-separazzjoni minima bejn il-vetturi u l-inġenji tal-ajru li jkunu qed jinsaqu għandha tkun kif speċifikat mill-Fornitur tas-Servizz ta’ Navigazzjoni tal-Ajru (ANSP) u approvata mill-awtorità kompetenti fejn jitqiesu l-għajnuniet disponibbli;

(C)

meta operazzjonijiet bi strumenti ta’ preċiżjoni imħallta tal-Kategorija II jew tal-Kategorija III ta’ ILS u MLS ikunu qed isiru kontinwament fl-istess runway, iż-żoni kritiċi u sensittivi tal-ILS jew tal-MLS li jkunu iktar restrittivi għandhom jiġu protetti.

(iii)

Vetturi ta’ emerġenza li jkunu qed jipproċedu sabiex imorru jassistu inġenju tal-ajru li jkun f’periklu għandhom jingħataw prijorità fuq it-traffiku l-ieħor kollu ta’ moviment fuq il-wiċċ.

(iv)

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet fi (iii), jeħtieġ li l-vetturi li jkunu fuq iż-żona ta’ mmanuvrar għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:

(A)

il-vetturi u l-vetturi li jkunu qed jirmunkaw inġenju tal-ajru għandhom jagħtu d-dritta lill-inġenji tal-ajru li jkunu qed iwettqu nżul, tlugħ, ikunu qed jinsaqu jew ikunu qed jiġu rmunkati;

(B)

il-vetturi għandhom jagħtu d-dritta lil vetturi oħrajn li jkunu qed jirmunkaw inġenju tal-ajru;

(C)

il-vetturi għandhom jagħtu d-dritta lil vetturi oħrajn skont l-istruzzjonjiet tal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

(D)

minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ (A), (B) u (C), il-vetturi u l-vetturi li jkunu qed jirmunkaw inġenju tal-ajru għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet maħruġa mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom.

SERA.3215   Dwal li għandhom Jintwerew minn Inġenju tal-Ajru

(a)

Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), billejl l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru għandhom juru:

(1)

dwal ta’ kontra l-kolliżjonijiet maħsuba sabiex jiġbdu l-attenzjoni għall-inġenju tal-ajru; u

(2)

dwal tan-navigazzjoni maħsuba sabiex jindikaw il-passaġġ relattiv tal-inġenju tal-ajru lil osservatur u ma għandhomx jintwerew dwal oħrajn jekk huwa probabbli li dawn jiġu mfixkla ma’ dawn id-dwal; jew

(3)

fil-każ tal-blalen tal-arja, id-dwal tal-pożizzjoni.

(b)

Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), billejl:

(1)

l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed jiċċaqilqu fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal tan-navigazzjoni maħsuba sabiex jindikaw il-passaġġ relattiv tal-inġenju tal-ajru lil osservatur u ma għandhomx jintwerew dwal oħrajn jekk huwa probabbli li dawn jiġu mfixkla ma’ dawn id-dwal;

(2)

sakemm ma jkunux stazzjonarji u mdawla b’mod adegwat, l-inġenji tal-ajru kollha fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal maħsuba sabiex jindikaw l-estremitajiet tal-istruttura tagħhom, sa fejn dan ikun prattikabbli;

(3)

l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed jinsaqu jew ikunu qed jiġu rmunkati fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal maħsuba sabiex jiġbdu l-attenzjoni għall-inġenju tal-ajru; u

(4)

l-inġenji tal-ajru kollha fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom li l-magni tagħhom ikunu qed jaħdmu għandhom juru dwal li jindikaw dak il-fatt.

(c)

Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru u li jkunu mgħammra bi dwal ta’ kontra l-kolliżjonijiet sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ (a)(1) għandhom juru tali dwal anki matul il-jum.

(d)

Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), l-inġenji tal-ajru kollha:

(1)

li jkunu qed jinsaqu jew li jkunu qed jiġi rmunkati fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom u li jkunu mgħammra bi dwal ta’ kontra l-kolliżjonijiet, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ (b)(3) jew

(2)

fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom u li jkunu mgħammra bid-dwal sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ (b)(4)

għandhom juru tali dawl anki matul il-jum.

(e)

Bdot għandu jingħata l-permess jitfi jew inaqqas l-intensità ta’ kwalunkwe dawl li jteptep mgħammar sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ (a), (b), (c) u (d) jekk

(1)

dan jaffettwa jew x’aktarx jaffettwa ħażin il-prestazzjoni sodisfaċenti tad-dmirijiet; jew

(2)

dan jipproduċi jew x’aktarx jipproduċi dawl għammiexi li jagħmel ħsara lil osservatur fuq barra.

SERA.3220   Titjiriet Simulati bl-Istrumenti

Inġenju tal-ajru ma għandux jittajjar f’kundizzjonijiet ta’ titjiriet simulati bl-istrumenti sakemm:

(a)

fl-inġenju tal-ajru ma jkunux installati kontrolli doppji kompletament funzjonanti; u

(b)

bdot ikkwalifikat addizzjonali (f’din ir-regola msejjaħ bdot ta’ sikurezza) ma jkunx qed jokkupa sit ta’ kontroll sabiex jaġixxi ta’ bdot ta’ sikurezza għall-persuna li tkun qed ittir f’kundizzjonijiet simulati bl-istrumenti. Il-bdot ta’ sikurezza għandu jkollu viżjoni adegwata ‘l quddiem u lejn kull naħa tal-inġenju tal-ajru, jew osservatur kompetenti f’komunikazzjoni mal-bdot ta’ sikurezza għandu jokkupa pożizzjoni fl-inġenju tal-ajru minn fejn il-kamp viżiv tal-osservatur jissupplimenta adegwatament dak tal-bdot ta’ sikurezza.

SERA.3225   Tħaddim fuq jew fil-Viċinanzi ta’ Ajrudrom

Inġenju tal-ajru operat fuq jew fil-viċinanzi ta’ ajrudrom għandu:

(a)

josserva traffiku ieħor tal-ajrudrom sabiex tkun evitata kolliżjoni;

(b)

jikkonforma ma’ jew jevita x-xejra tat-traffiku fformata minn inġenji tal-ajru oħrajn li jkunu qed joperaw;

(c)

ħlief għall-blalen tal-arja, jagħmel id-dawriet kollha lejn ix-xellug, meta javviċina għal inżul u wara tlugħ, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor jew sakemm ma jingħatax istruzzjonijiet oħrajn mill-ATC;

(d)

ħlief għall-blalejn tal-arja, jagħmel inżul u tlugħ fir-riħ sakemm is-sikurezza, il-konfigurazzjoni tar-runway jew kunsiderazzjonijiet tat-traffiku tal-ajru ma jiddeterminawx li tkun preferibbli direzzjoni differenti.

SERA.3230   Operazzjonijiet fuq l-Ilma

(a)

Meta żewġ inġenji tal-ajru jew inġenju tal-ajru u bastiment ikunu qed javviċinaw lil xulxin u jkun hemm riskju ta’ kolliżjoni, l-inġenju tal-ajru għandu jipproċedi billi jqis bir-reqqa ċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet eżistenti, inklużi l-limitazzjonijiet tal-inġenju rispettiv.

(1)

Konverġenza. Inġenju tal-ajru li jkollu inġenju tal-ajru ieħor jew bastiment fuq il-lemin tiegħu għandu jagħti d-dritta sabiex iżomm ‘il bogħod sew minnu.

(2)

Avviċinament frontali. Inġenju tal-ajru li jkun qed javviċina inġenju tal-ajru ieħor jew bastiment b’mod frontali, jew bejn wieħed u ieħor b’dan il-mod, għandu jbiddel l-orjentazzjoni tiegħu lejn il-lemin sabiex iżomm ‘il bogħod sew minnu.

(3)

Qbiż. L-inġenju tal-ajru jew il-bastiment li jkun qed jinqabeż għandu d-dritta u l-inġenju tal-ajru jew il-bastiment li jkun qed jaqbeż għandu jbiddel l-orjentazzjoni tiegħu sabiex iżomm ‘il bogħod sew.

(4)

Inżul u tlugħ. Inġenju tal-ajru li jagħmel inżul jew tlugħ minn fuq l-ilma għandu, sa fejn dan ikun prattikabbli, iżomm ‘il bogħod sew mill-bastimenti kollha u jevita li jxekkel in-navigazzjoni tagħhom.

(b)

Dwal li għandhom jintwerew mill-inġenju tal-ajru fuq l-ilma. Billejl jew matul kwalunkwe perjodu ieħor preskritt mill-awtorità kompetenti, l-inġenji tal-ajru kollha fuq l-ilma għandhom juru dwal kif inhu meħtieġ mill-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972, sakemm ma jkunx prattiku għalihom li jagħmlu dan, f’liema każ huma għandhom juru dwal kemm jista’ jkun simili f’termini ta’ karatteristiċi u ta’ pożizzjoni għal dawk meħtieġa mir-Regolamenti Internazzjonali.

KAPITOLU 3

Sinjali

SERA.3301   Ġenerali

(a)

Malli josserva jew jirċievi kwalunkwe wieħed mis-sinjali mogħtija fl-Appendiċi 1, inġenju tal-ajru għandu jieħu tali azzjoni kif tista’ tkun meħtieġa mill-interpretazzjoni tas-sinjal mogħtija f’dak l-Appendiċi.

(b)

Meta jintużaw, is-sinjali tal-Appendiċi 1 għandhom ikollhom it-tifsira indikata hemmhekk. Huma għandhom jintużaw biss għall-fini indikat u ma għandu jintuża l-ebda sinjal ieħor li huwa probabbli li jiġi konfuż magħhom.

(c)

Sinjalatur/marshaller għandu jkun responsabbli biex jipprovdi s-sinjali standard ta’ gwida lil inġenju tal-ajru b’mod ċar u preċiż billi juża s-sinjali murija fl-Appendiċi 1.

(d)

Il-persuni mħarrġa, ikkwalifikati u approvati, kif inhu meħtieġ mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali biss għandhom iwettqu l-funzjonijiet ta’ sinjalatur/marshaller.

(e)

Is-sinjalatur/marshaller għandu jilbes flokk ta’ identifikazzjoni fluworexxenti distintiv sabiex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun jista’ jidentifika li huwa l-persuna responsabbli mill-operazzjoni ta’ gwida.

(f)

Bakketti fluworexxenti fid-dawl tal-jum, rakketti jew ingwanti tat-table-tennis għandhom jintużaw għas-sinjalazzjoni kollha mill-persunal ta’ fuq l-art parteċipanti kollu waqt is-sigħat ta’ dawl ta’ matul il-jum. Il-bakketti mdawla għandhom jintużaw billejl jew meta l-viżibilità tkun baxxa.

KAPITOLU 4

Ħin

SERA.3401   Ġenerali

(a)   Għandu jintuża l-Ħin Universali Kkoordinat (UTC) u għandu jkun espress f’sigħat u f’minuti u, fejn ikun meħtieġ, f’sekondi tal-jum ta’ 24 siegħa li jibda f’nofsillejl.

(b)   Il-ħin għandu jiġi vverifikat qabel ma tiġi operata titjira kkontrollata u f’ħinijiet oħrajn bħal dawn matul it-titjira skont il-ħtieġa.

(c)   Kull meta jintuża l-ħin fl-applikazzjoni ta’ komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta, dan għandu jkun preċiż sa (1) sekonda ta’ UTC.

(d)   Il-ħin fis-servizzi tat-traffiku tal-ajru

(1)

Qabel ma inġenju tal-ajru jkun qed jinsaq għat-tlugħ, it-torrijiet ta’ kontroll tal-ajrudrom għandhom jipprovdu lill-bdot bil-ħin korrett, sakemm ma jkunux saru arranġamenti sabiex il-bdot jiksbu minn sorsi oħrajn. L-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ukoll jipprovdu lill-inġenju tal-ajru bil-ħin korrett meta ssir talba għal dan. Il-verifiki tal-ħin għandhom jingħataw mill-inqas sal-eqreb minuta.

TAQSIMA 4

Pjanijiet tat-Titjiriet

SERA.4001   Preżentazzjoni ta’ Pjan tat-Titjira

(a)

L-informazzjoni dwar titjira jew dwar parti minn titjira ppjanata li għandha tiġi pprovduta lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tkun fil-forma ta’ pjan tat-titjira. It-terminu “pjan tat-titjira” jintuża sabiex ifisser, b’mod varju, informazzjoni sħiħa dwar il-punti kollha inklużi fid-deskrizzjoni tal-pjan tat-titjira, li tkopri r-rotta kollha ta’ titjira, jew informazzjoni limitata meħtieġa, fost l-oħrajn, meta l-fini huwa li tinkiseb awtorizzazzjoni għal parti minuri ta’ titjira, pereżempju, sabiex inġenju tal-ajru jkun jista’ jaqsam passaġġ bl-ajru, jagħmel tlugħ minn jew jagħmel inżul f’ajrudrom ikkontrollat.

(b)

Pjan tat-titjira għandu jiġi ppreżentat qabel ma tiġi operata:

(1)

kwalunkwe titjira jew parti minnha li għandha tkun ipprovduta b’servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(2)

kwalunkwe titjira IFR fi ħdan spazju tal-ajru ta’ konsulenza;

(3)

kwalunkwe titjira fi ħdan l-erjas jew lejhom, jew tul rotot indikati mill-awtorità kompetenti, sabiex tkun iffaċilitata l-provvista ta’ informazzjoni dwar it-titjir, ta’ servizzi ta’ twissija kif ukoll ta’ servizzi ta’ tiftix u salvataġġ;

(4)

kwalunkwe titjira fi ħdan l-erjas jew lejhom, jew tul rotot indikati mill-awtorità kompetenti, sabiex tkun iffaċilitata l-koordinazzjoni mal-unitajiet militari xierqa jew mal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi Stati ġirien sabiex tkun evitata l-possibbiltà li tkun meħtieġa interċezzjoni għall-fini ta’ identifikazzjoni

(5)

kwalunkwe titjira li taqsam fruntieri internazzjonali, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-Istati kkonċernati;

(6)

kwalunkwe titjira li huwa ppjanat li topera billejl, jekk tħalli l-viċinanzi ta’ ajrudrom.

(c)

Il-pjan tat-titjira għandu jiġi ppreżentat, qabel it-tluq, lil uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew, waqt it-titjira, għandu jiġi trażmess lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa jew lill-istazzjon tar-radju ta’ kontroll mill-ajru għall-art xieraq, sakemm ma jkunux saru arranġamenti għall-preżentazzjoni ta’ pjanijiet tat-titjiriet repetittivi.

(d)

Pjan tat-titjira għal kwalunkwe titjira li huwa ppjanat li topera min-naħa għall-oħra ta’ fruntieri internazzjonali jew li tkun ipprovduta b’servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew b’servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru għandu jiġi ppreżentat mill-inqas sittin minuta qabel it-tluq jew, jekk jiġi ppreżentat waqt it-titjira, f’ħin li se jiżgura li dan jiġi riċevut mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa mill-inqas għaxar minuti qabel ma huwa stmat li l-inġenju tal-ajru jilħaq:

(1)

il-punt ta’ dħul ippjanat f’erja ta’ kontroll jew f’erja ta’ konsulenza; jew

(2)

il-punt fejn se jinqasam passaġġ bl-ajru jew rotta ta’ konsulenza.

SERA.4005   Il-Kontenut ta’ Pjan tat-Titjira

(a)

Pjan tat-titjira għandu jinkludi informazzjoni dwar dawk il-punti li ġejjin li huma meqjusa rilevanti mill-awtorità kompetenti:

(1)

L-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru

(2)

Ir-regoli tat-titjir u t-tip ta’ titjira

(3)

In-numru u t-tip(i) ta’ inġenji tal-ajru u l-kategorija tat-turbolenza tar-radda

(4)

It-tagħmir

(5)

L-ajrudrom jew is-sit tal-operat tat-tluq

(6)

Il-ħin ta’ tluq stmat

(7)

Il-veloċità(jiet) regolari

(8)

Il-livell(i) ta’ veloċità kostanti

(9)

Ir-rotta li għandha tiġi segwita

(10)

L-ajrudrom jew is-sit tal-operat ta’ destinazzjoni u l-ħin totali stmat li għadda

(11)

L-ajrudrom(i) jew is-sit(i) tal-operat alternattiv(i)

(12)

Awtonomija tal-fjuwil

(13)

L-għadd totali ta’ persuni abbord

(14)

It-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sopravivenza

(15)

Informazzjoni oħra.

(b)

Għal pjanijiet tat-titjiriet ippreżentati waqt it-titjira, l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tat-tluq għandu jkun il-post minn fejn tkun tista’ tinkiseb informazzjoni supplimentari dwar it-titjira, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minflok il-ħin ta’ tluq stmat għandha tkun il-ħin fuq l-ewwel punt tar-rotta li l-pjan tat-titjira jkun relatat magħha.

SERA.4010   Ikkompletar ta’ Pjan tat-Titjira

(a)

Pjan tat-titjira għandu jinkludi informazzjoni, kif ikun applikabbli, dwar punti rilevanti sa u inkluża “L-ajrudrom(i) jew is-sit(i) tal-operat alternattiv(i)” dwar ir-rotta kollha jew il-parti tagħha li għaliha qed jiġi ppreżentat il-pjan tat-titjira.

(b)

Barra minn hekk, għandu jinkludi informazzjoni, kif ikun applikabbli, dwar il-punti l-oħra kollha meta dan ikun preskritt mill-awtorità kompetenti jew meta inkella jitqies li huwa meħtieġ mill-persuna li tippreżenta l-pjan tat-titjira.

SERA.4015   Bidliet fi Pjan tat-Titjira

(a)

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-SERA.8020 (b), il-bidliet kollha fi pjan tat-titjira ppreżentati għal titjira IFR, jew titjira VFR operata bħala titjira kkontrollata, għandhom jiġu rrappurtati malli dan ikun prattikabbli lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa. Għal titjiriet VFR oħrajn, il-bidliet sinifikanti fi pjan tat-titjira għandhom jiġu rrappurtati malli dan ikun prattikabbli lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(b)

L-informazzjoni ppreżentata qabel it-tluq dwar l-awtonomija tal-fjuwil jew l-għadd totali ta’ persuni ttrasportati abbord, jekk tkun skorretta fil-ħin tat-tluq, tikkostitwixxi bidla sinfikanti fil-pjan tat-titjira u bħala tali għandha tiġi rrappurtata.

SERA.4020   Għeluq ta’ Pjan tat-Titjira

(a)

Rapport mal-wasla għandu jsir personalment, bir-radjutelefonija, b’kollegament tad-dejta jew b’mezz ieħor kif ikun preskritt mill-awtorità kompetenti, mill-iktar fis possibbli wara l-inżul, lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fl-ajrudrom tal-wasla, minn kwalunkwe titjira li għaliha jkun ġie ppreżentat pjan tat-titjira li jkopri t-titjira kollha jew il-parti li tifdal tat-titjira sal-ajrudrom ta’ destinazzjoni.

(1)

Il-preżentazzjoni ta’ rapport mal-wasla mhijiex meħtieġa wara l-inżul f’ajrudrom fejn jiġu pprovduti servizzi tat-traffiku tal-ajru sakemm il-komunikazzjoni bir-radju jew is-sinjali viżwali jindikaw li l-inżul ikun ġie osservat.

(b)

Meta pjan tat-titjira jkun ġie ppreżentat biss dwar parti minn titjira, għajr il-parti li tifdal tat-titjira sad-destinazzjoni, dan għandu jingħalaq, fejn meħtieġ, b’rapport xieraq lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru rilevanti.

(c)

Meta fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-wasla ma teżisti l-ebda unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, ir-rapport mal-wasla, fejn meħtieġ, għandu jsir malli jkun prattikabbli wara l-inżul u bl-iktar mezz rapidu disponibbli lill-eqreb unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

(d)

Meta l-faċilitajiet ta’ komunikazzjoni fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-wasla jkun magħruf li ma jkunux adegwati u ma jkunux disponibbli arranġamenti alternattivi għall-ġestjoni tar-rapporti mal-wasla fuq l-art, għandha tittieħed l-azzjoni li ġejja. Immedjatament qabel jinżel l-inġenju tal-ajru dan għandu jittrażmetti, jekk ikun prattikabbli, lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa, messaġġ paragunabbli għal rapport mal-wasla, fejn ikun meħtieġ tali rapport. Normalment, din it-trażmissjoni għandha ssir lill-istazzjon ajrunawtiku li jaqdi lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru inkarigata mir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir fejn qed jiġi operat l-inġenju tal-ajru.

(e)

Ir-rapporti mal-wasla li jsiru mill-inġenju tal-ajru għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(1)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(2)

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tat-tluq;

(3)

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat ta’ destinazzjoni (biss fil-każ ta’ nżul ta’ diversjoni);

(4)

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-wasla;

(5)

il-ħin tal-wasla.

TAQSIMA 5

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi Viżwali, Regoli tat-Titjir Viżwali, VFR Speċjali u Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti

SERA.5001   Valuri Minimi tal-Viżibilità tal-VMC u tad-Distanza mis-Sħab

Il-valuri minimi tal-viżibilità tal-VMC u tad-distanza mis-sħab huma inklużi fit-Tabella S5-1.

Tabella S5-1  (*)

Faxxa ta’ altitudni

Klassi tal-ispazju tal-ajru

Viżibilità tat-titjira

Distanza mis-sħab

3 050 m (10 000 pied) jew ‘il fuq minn dan AMSL

A (**) B C D E F G

8  km

1 500 m orizzontalment

300 m (1 000 pied) vertikalment

Taħt 3 050 m (10 000 ft) AMSL u ‘l fuq minn 900 m (3 000 pied) AMSL, jew ‘il fuq minn 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minnhom tkun ogħla

A (**) B C D E F G

5  km

1 500 m orizzontalment

300 m (1 000 pied) vertikalment

900 m (3 000 pied) jew ‘il fuq minn dan AMSL, jew 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minnhom tkun ogħla

A (**) B C D E

5  km

1 500 m orizzontalment

300 m (1 000 pied) vertikalment

F G

5  km (***)

Mingħajr sħab fl-ajru u bis-superfiċje tkun tidher

SERA.5005   Regoli tat-Titjir Viżwali

(a)

Bl-eċċezzjoni ta’ meta jkunu qed joperaw bħala titjira VFR speċjali, it-titjiriet VFR għandhom jitwettqu b’mod li l-inġenju tal-ajru jittajjar f’kundizzjonijiet ta’ viżibilità u ta’ distanza mis-sħab daqs jew ikbar minn dawk speċifikati fit-Tabella S5-1.

(b)

Bl-eċċezzjoni ta’ fejn tinkiseb awtorizzazzjoni għal VFR speċjali minn unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, it-titjiriet VFR ma għandhomx jagħmlu tlugħ jew inżul f’ajrudrom fi ħdan iż-żona ta’ kontroll jew jidħlu fiż-żona ta’ traffiku tal-ajrudrom jew f’ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom meta l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rrappurtati f’dak l-ajrudrom ikunu taħt il-valuri minimi li ġejjin:

(1)

il-limitu ikun ta’ inqas minn 450 m (1 500 pied); jew

(2)

il-viżibilità fuq l-art tkun ta’ inqas minn 5 km.

(c)

Meta jkun preskritt hekk mill-awtorità kompetenti, it-titjiriet VFR billejl jistgħu jiġu permessi fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

jekk ikunu se jħallu l-viċinanzi ta’ ajrudrom, għandu jiġi ppreżentat pjan tat-titjira skont is-SERA.4001 (b)(6));

(2)

it-titjiriet għandhom jistabbilixxu u jżommu komunikazzjoni bir-radju bidirezzjonali fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni tal-ATS xieraq, meta dan ikun disponibbli;

(3)

għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-viżibilità tal-VMC u tad-distanza mis-sħab kif ġew speċifikati fit-Tabella S5-1 ħlief li:

(i)

il-limitu ma għandux ikun ta’ inqas minn 450 m (1 500 pied);

(ii)

bl-eċċezzjoni ta’ kif speċifikat fi (c)(4), id-dispożizzjonijiet dwar il-viżibilità mnaqqsa tat-titjira speċifikati fit-Tabella S5-1 a) u b) ma għandhomx japplikaw;

(iii)

fil-klassijiet tal-ispazju tal-ajru B, C, D, E, F u G, f’livell ta’ 900 m (3 000 pied) u taħtu ‘l fuq mill-MSL jew 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minnhom ikun ogħla, il-bdot għandu jkun qiegħed jara s-superfiċje l-ħin kollu;

(iv)

għall-ħelikopters fil-klassijiet tal-ispazju tal-ajru F u G f’livell ta’ 900 m (3 000 pied) u taħtu ‘l fuq mill-MSL jew 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minnhom ikun ogħla, il-viżibilità tat-titjira ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 3 km, sakemm il-bdot ikun qiegħed jara s-superfiċje l-ħin kollu u jekk ikunu mmanuvrati b’veloċità li tagħti opportunità adegwata sabiex ikun osservat traffiku ieħor jew ostakoli f’ħin xieraq sabiex tkun evitata kolliżjoni; u

(v)

għal art muntanjuża, valuri minimi ogħla ta’ viżibilità tal-VMC u ta’ distanza mis-sħab jistgħu jiġu preskritti mill-Awtorità Kompetenti.

(4)

valuri minimi tal-limitu, tal-viżibilità u tad-distanza mis-sħab li jkunu inqas minn dawk speċifikati fi (3) jistgħu jiġu permessi għall-ħelikopters f’każijiet speċjali, bħal titjiriet mediċi, operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ u għal tifi ta’ nar.

(5)

bl-eċċezzjoni ta’ meta jkun meħtieġ għal tlugħ jew inżul, jew ħlief meta jkun speċifikatament awtorizzat mill-awtorità kompetenti, titjira VFR billejl għandha tittajjar fuq livell li ma jkunx taħt l-altitudni minima tat-titjira stabbilita mill-Istat li l-inġenju tal-ajru jkun qed itir minn fuq it-territorju tiegħu, jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda altitudni minima tat-titjira bħal din:

(i)

fuq art fil-għoli jew f’żoni muntanjużi, fuq livell li huwa mill-inqas 600 m (2 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat f’i), fuq livell li huwa mill-inqas 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru.

(d)

Sakemm ma jkunux awtorizzati mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 730/2006, it-titjiriet VFR ma għandhomx jiġu operati:

(1)

‘il fuq minn FL 195;

(2)

b’veloċitajiet transoniċi u supersoniċi.

(e)

L-awtorizzazzjoni biex it-titjiriet VFR joperaw ‘il fuq minn FL 285 ma għandhiex tingħata fejn valur minimu ta’ separazzjoni vertikali ta’ 300 m (1 000 pied) jiġi applikat ‘il fuq minn FL 290.

(f)

Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għal inżul, jew ħlief bil-permess tal-awtorità kompetenti, titjira VFR ma għandhiex tittajjar:

(1)

fuq iż-żoni konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni f’għoli ta’ inqas minn 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 600 m mill-inġenju tal-ajru;

(2)

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat fi (1), f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-art jew mill-ilma, jew 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 150 m (500 pied) mill-inġenju tal-ajru.

(g)

Bl-eċċezzjoni ta’ fejn ikun indikat mod ieħor fl-awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew fejn ikun speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti, it-titjiriet VFR f’titjir b’veloċità kostanti meta jiġu operati ‘il fuq minn 900 m (3 000 pied) mill-art jew mill-ilma jew b’datum ogħla kif ġie speċifikat mill-awtorità kompetenti, għandhom jitwettqu b’livell ta’ veloċità kostanti xieraq għat-trajettorja kif ġie speċifikat fit-tabella tal-livelli ta’ veloċitajiet regolari fl-Appendiċi 3.

(h)

It-titjiriet VFR għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8:

(1)

meta jiġu operati fi ħdan il-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru B, Cu D;

(2)

meta jiffurmaw parti mit-traffiku tal-ajrudrom f’ajrudromi kkontrollati; jew

(3)

meta jiġu operati bħala titjiriet VFR speċjali.

(i)

Titjira VFR li qed topera fi ħdan jew f’żoni jew tul rotot indikati mill-awtorità kompetenti, skont is-SERA.4001(b)(3) jew (4), għandha żżomm għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li qed tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir u tirrapporta l-pożizzjoni tagħha lilhom skont il-ħtie;a.

(j)

Inġenju tal-ajru operat skont ir-regoli tat-titjir viżwali li jixtieq jaqleb għal konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti għandu:

(1)

jekk ikun ġie ppreżentat pjan tat-titjira, jikkomunika l-bidliet meħtieġa li għandhom isiru fil-pjan kurrenti tat-titjira tiegħu; jew

(2)

kif inhu meħtieġ mis-SERA.4001(b), jippreżenta pjan tat-titjira lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa malli jkun prattikabbli u jikseb awtorizzazzjoni qabel ma jipproċedi bl-IFR meta jkun fi spazju tal-ajru kkontrollat.

SERA.5010   VFR speċjali f’żoni ta’ kontroll

It-titjiriet VFR speċjali jistgħu jiġu awtorizzati li joperaw fi ħdan żona ta’ kontroll, soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-ATC. Ħlief meta jkun permess mill-awtorità kompetenti għall-ħelikopters f’każijiet speċjali bħal titjiriet mediċi, operazzjonijiet ta’ tiftix u salvatagġġ u għal tifi ta’ nar, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

mill-bdot:

(1)

mingħajr sħab fl-ajru u bis-superfiċje li tkun tidher;

(2)

il-viżibilità tat-titjira ma tkunx inqas minn 1 500 m jew, għall-ħelikopters mhux inqas minn 800 m;

(3)

b’veloċità ta’ 140 kts IAS jew inqas sabiex tingħata opportunità adegwata li jiġi osservat traffiku ieħor jew kwalunkwe ostakolu f’ħin xieraq sabiex tkun evitata kolliżjoni; u

(b)

mill-ATC:

(1)

matul il-jum biss, sakemm ma jkunx permess mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

(2)

il-viżibilità fuq l-art ma tkunx inqas minn 1 500 m jew, għall-ħelikopters, mhux inqas minn 800 m;

(3)

il-limitu ma jkunx inqas minn 180 m (600 pied).

SERA.5015   Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti (IFR) – Regoli Applikabbli għat-Titjiriet IFR Kollha

(a)   Tagħmir tal-Inġenju tal-Ajru

L-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar bi strumenti adattati u b’tagħmir tan-navigazzjoni xieraq għar-rotta tat-titjira u għandu jkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar l-operazzjonijiet fl-ajru applikabbli.

(b)   Livelli Minimi

Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għal inżul, jew ħlief meta jkun speċifikatament awtorizzat mill-awtorità kompetenti, titjira IFR għandha tittajjar fuq livell li ma jkunx taħt l-altitudni minima tat-titjira stabbilita mill-Istat li l-inġenju tal-ajru jkun qed itir minn fuq it-territorju tiegħu, jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda altitudni minima tat-titjira bħal din:

(1)

fuq art fil-għoli jew f’żoni muntanjużi, fuq livell li huwa mill-inqas 600 m (2 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru;

(2)

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat f’(1), fuq livell li huwa mill-inqas 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru.

(c)   Bidla minn Titjira IFR għal Titjira VFR

(1)

Inġenju tal-ajru li jagħżel li jbiddel il-mod kif qet iwettaq it-titjira tiegħu minn konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti għal konformità mar-regoli tat-titjir viżwali għandu jinnotifika speċifikatament lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa li t-titjira IFR ġiet ikkanċellata u għandu jikkomunikalha l-bidliet li għandhom isiru fil-pjan kurrenti tat-titjira.

(2)

Meta inġenju tal-ajru li jkun qed jopera taħt ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti jittajjar lejn jew jiltaqa’ ma’ kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali, huwa ma għandux jikkanċella t-titjira IFR tiegħu sakemm ma jkunx antiċipat u sakemm ma jkunx hemm il-ħsieb li t-titjira se titkompla għal perjodu raġonevoli ta’ ħin f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali mhux interrotti.

SERA.5020   IFR – Regoli Applikabbli għat-Titjiriet IFR fi ħdan Spazju tal-Ajru Kkontrollat

(a)

It-titjiriet IFR għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8 meta jiġu operati fi spazju tal-ajru kkontrollat.

(b)

Titjira IFR li qed topera f’titjira b’veloċità kostanti fi spazju tal-ajru kkontrollat għandha tittajjar fuq livell ta’ veloċità kostanti jew jekk tiġi awtorizzata minn unità tal-ATS biex tuża tekniki ta’ tlugħ b’veloċità kostanti bejn żewġ livelli jew ‘il fuq minn livell, magħżula mit-tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti fl-Appendiċi 3, ħlief li l-korrelazzjoni tal-livelli mat-trajettorja preskritta hemmhekk ma għandhiex tapplika kull meta jiġi indikat mod ieħor fl-awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew kull meta jiġi speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti fil-Pubblikazzjonijiet ta’ Informazzjoni Ajrunawtika.

SERA.5025   IFR – Regoli Applikabbli għat-Titjiriet IFR Barra minn Spazju tal-Ajru Kkontrollat

(a)   Livelli ta’ Veloċità Kostanti

Titjira IFR li qed topera f’titjir f’livell ta’ veloċità kostanti barra minn spazju tal-ajru kkontrollat għandha tittajjar fuq livell ta’ veloċità kostanti xieraq għat-trajettorja tagħha kif ġie speċifikat fit-tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti fl-Appendiċi 3, ħlief meta jiġi speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti għal titjir fi jew taħt 900 m (3 000 pied) ‘il fuq mil-livell medju tal-baħar.

(b)   Komunikazzjonijiet

Titjira IFR li qed topera barra minn spazju tal-ajru kkontrollat iżda fi ħdan l-erjas jew lejhom jew tul rotot indikati mill-Awtorità Kompetenti skont is-SERA.4001 (b)(3) jew (4) għandha żżomm għassa ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq u għandha tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li tkun qed tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir.

(c)   Rapporti dwar il-Pożizzjoni

Titjira IFR li qed topera barra spazju tal-ajru kkontrollat u li ġiet meħtieġa mill-awtorità kompetenti żżomm għassa ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq u tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li tkun qed tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir, għandha tirrapporta l-pożizzjoni, kif ġie speċifikat fis-SERA.8025 għat-titjiriet ikkontrollati.

TAQSIMA 6

Klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru

SERA.6001   Klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru

L-Istati Membri għandhom, kif ikun xieraq għall-ħtiġijiet tagħhom, jindikaw l-ispazju tal-ajru skont il-klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru li ġejja u skont l-Appendiċi 4:

(a)

Klassi A. Huma permessi titjiriet IFR biss. It-titjiriet kollha huma pprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u huma sseparati minn xulxin. Il-komunikazzjonijiet kontinwi bil-vuċi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha. It-titjiriet kollha għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-ATC.

(b)

Klassi B. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet kollha huma pprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u huma sseparati minn xulxin. Il-komunikazzjonijiet kontinwi bil-vuċi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha. It-titjiriet kollha għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-ATC.

(c)

Klassi Ċ. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet kollha huma pprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u t-titjiriet IFR huma sseparati minn titjiriet IFR oħrajn u minn titjiriet VFR. It-titjiriet VFR huma sseparati minn titjiriet IFR u jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku fir-rigward ta’ titjiriet VFR oħrajn u konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku meta jitolbu dan. Il-komunikazzjonijiet kontinwi bil-vuċi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha. Għal titjiriet VFR, limitazzjoni ta’ veloċità ta’ 250 kts ta’ velocità tal-ajru indikata (IAS) tapplika taħt it-3 050 m (10 000 pied) AMSL, ħlief fejn ikun approvat mill-Awtorità Kompetenti għal tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza ma jistgħux iżommu din il-veloċità. It-titjiriet kollha għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-ATC.

(d)

Klassi D. Huma permessi titjiriet IFR u VFR u t-titjiriet kollha huma pprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru. It-titjiriet IFR huma sseparati minn titjiriet IFR oħrajn, jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku fir-rigward ta’ titjiriet VFR u konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku meta jitolbu dan. It-titjiriet VFR jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku fir-rigward tat-titjiriet l-oħra kollha u konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku meta jitolbu dan. Il-komunikazzjonijiet kontinwi bil-vuċi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha u limitazzjoni ta’ veloċità ta’ 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt it-3 050 m (10 000 pied) AMSL, ħlief fejn ikun approvat mill-Awtorità Kompetenti għal tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza ma jistgħux iżommu din il-veloċità. It-titjiriet kollha għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-ATC.

(e)

Klassi E. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet IFR huma pprovduti b’servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u huma sseparati minn titjiriet IFR oħrajn. It-titjiriet kollha jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku, sa fejn dan ikun prattiku. Il-komunikazzjonijiet kontinwi bil-vuċi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet IFR. Limitazzjoni ta’ veloċità ta’ 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt it-3 050 m (10 000 pied) AMSL, ħlief fejn ikun approvat mill-Awtorità Kompetenti għal tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza ma jistgħux iżommu din il-veloċità. It-titjiriet IFR kollha għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-ATC. Il-Klassi E ma għandhiex tintuża għal żoni ta’ kontroll.

(f)

Klassi F. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet IFR parteċipanti kollha jirċievu servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru u t-titjiriet kollha jirċievu servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk jitolbu dan. Il-komunikazzjonijiet kontinwi bil-vuċi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet IFR li jipparteċipaw fis-servizz ta’ konsulenza u t-titjiriet IFR kollha għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-ajru għall-art. Limitazzjoni ta’ veloċità ta’ 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt it-3 050 m (10 000 pied) AMSL, ħlief fejn ikun approvat mill-Awtorità Kompetenti għal tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza ma jistgħux iżommu din il-veloċità. L-awtorizzazzjoni tal-ATC mhijiex meħtieġa.

(g)

Klassi G. Huma permessi titjiriet IFR u VFR u dawn jirċievu servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk jitolbu dan. It-titjiriet IFR kollha għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-ajru għall-art. Limitazzjoni ta’ veloċità ta’ 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt it-3 050 m (10 000 pied) AMSL, ħlief fejn ikun approvat mill-Awtorità Kompetenti għal tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza ma jistgħux iżommu din il-veloċità. L-awtorizzazzjoni tal-ATC mhijiex meħtieġa.

(h)

L-implimentazzjoni tal-Klassi F għandha titqies bħala miżura temporanja sakemm jasal dak iż-żmien li tkun tista’ tiġi sostitwita bi klassifikazzjoni alternattiva.

SERA.6005   Rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet u għat-transponder SSR

(a)   Żona Obbligatorja għar-Radju (RMZ)

(1)

It-titjiriet VFR li joperaw f’partijiet mill-ispazju tal-ajru tal-Klassijiet E, F jew G u t-titjiriet IFR li joperaw f’partijiet mill-ispazju tal-ajru tal-Klassijiet F jew G indikati bħala żona obbligatorja għar-radju (RMZ) mill-awtorità kompetenti għandhom iżommu għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art u għandhom jistabbilixxu komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq, sakemm ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet alternattivi preskritti għal dak l-ispazju tal-ajru partikolari mill-ANSP.

(2)

Qabel ma jidħlu f’żona obbligatorja għar-radju, il-bdoti għandhom jagħmlu sejħa inizjali fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq li tkun tinkludi l-isem tal-istazzjon imsejjaħ, is-sinjal tas-sejħa, it-tip ta’ inġenju tal-ajru, il-pożizzjoni, il-livell, l-intenzjonijiet tat-titjira u informazzjoni oħra kif ikun preskritt mill-awtorità kompetenti.

(b)   Żona Obbligatorja għat-Transponder (TMZ)

(1)

It-titjiriet kollha li joperaw fi spazju tal-ajru indikat mill-awtorità kompetenti bħala żona obbligatorja għat-transponder (TMZ) għandhom iġorru u joperaw transponders SSR li jistgħu joperaw fuq il-Modalitajiet A u Cjew fuq il-Modalità S, sakemm ma jkunux konformi ma’ dispożizzjonijiet alternattivi preskritti għal dak l-ispazju tal-ajru partikolari mill-ANSP.

(c)   L-ispazji tal-ajru indikati bħala żona obbligatorja għar-radju u/jew bħala żona obbligatorja għat-transponder għandhom jiġu ppromulgati b’mod xieraq fil-Pubblikazzjonijiet ta’ Informazzjoni Ajrunawtika.

TAQSIMA 7

Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru

SERA.7001.   Ġenerali – L-għanijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru

L-għanijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu li:

(a)

jipprevjenu kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru;

(b)

jipprevjenu kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru fuq iż-żona ta’ mmanuvrar u l-ostakoli f’dik iż-żona;

(c)

iħaffu u jżommu fluss ordnat ta’ traffiku tal-ajru;

(d)

jipprovdu pariri u informazzjoni utli biex it-titjiriet jitwettqu b’mod sikur u effiċjenti;

(e)

jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet xierqa dwar inġenji tal-ajru li jkunu jeħtieġu għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u jassistu lil dawn l-organizzazzjonijiet kif ikun meħtieġ.

SERA.7005   Koordinazzjoni bejn l-operatur tal-inġenju tal-ajru u s-servizzi tat-traffiku tal-ajru

(a)

L-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, sabiex iwettqu l-għanijiet tagħhom, għandhom iqisu b’mod xieraq ir-rekwiżiti tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru konsegwenti għall-obbligi tagħhom, kif inhu speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-Operazzjonijiet tal-Ajru, u, jekk ikunu meħtieġa jagħmlu hekk mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom jew tar-rappreżentanti deżinjati tagħhom dik l-informazzjoni li tista’ tkun disponibbli sabiex huma jew ir-rappreżentanti deżinjati tagħhom ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

(b)

Meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jitlob dan, il-messaġġi (inklużi r-rapporti dwar il-pożizzjoni) riċevuti mill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru li għaliha jkun ipprovdut servizz ta’ kontroll operattiv minn dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jitqiegħdu immedjatament għad-dispożizzjoni tal-operatur tal-inġenju tal-ajru jew ta’ rappreżentant maħtur skont proċeduri miftiehma lokalment.

TAQSIMA 8

Servizz ta’ Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru

SERA.8001   Applikazzjoni

Is-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jiġi pprovdut:

(a)

lit-titjiriet IFR kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru A, B, C, D u E;

(b)

lit-titjiriet VFR kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru B, Cu D;

(c)

lit-titjiriet VFR speċjali kollha;

(d)

lit-traffiku tal-ajrudom kollu f’ajrudromi kkontrollati.

SERA.8005   Tħaddim tas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

(a)

Sabiex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha:

(1)

tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-moviment ippjanat ta’ kull inġenju tal-ajru, jew varjazzjonijiet minnu, u informazzjoni kurrenti dwar il-progress reali ta’ kull inġenju tal-ajru;

(2)

tiddetermina mill-informazzjoni riċevuta, il-pożizzjonijiet relattivi għal xulxin ta’ inġenji tal-ajru magħrufa;

(3)

toħroġ awtorizzazzjonijiet u informazzjoni sabiex tiġi evitata kolliżjoni bejn inġenji tal-ajru taħt il-kontroll tagħha u sabiex tħaffef u żżomm fluss ordnat ta’ traffiku;

(4)

tikkoordina l-awtorizzazzjonijiet kif ikun meħtieġ ma’ unitajiet oħrajn:

(i)

kull meta inġenju tal-ajru jista’ inkella joħloq kunflitt mat-traffiku operat taħt il-kontroll ta’ unitajiet oħrajn bħal dawn;

(ii)

qabel ma tittrasferixxi l-kontroll ta’ inġenju tal-ajru lil unitajiet oħrajn bħal dawn.

(b)

L-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jipprovdu separazzjoni:

(1)

bejn it-titjiriet kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru A u B;

(2)

bejn it-titjiriet IFR fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru C, D u E;

(3)

bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR fil-Klassi tal-ispazju tal-ajru Ċ;

(4)

bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR speċjali;

(5)

bejn it-titjiriet VFR speċjali sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

ħlief li, meta jkun mitlub mill-bdot ta’ inġenju tal-ajru u bi qbil mill-bdot tal-inġenju tal-ajru l-ieħor u jekk preskritt b’dan il-mod mill-awtorità kompetenti għall-każijiet elenkati taħt b) iktar ‘il fuq fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru D u E, titjira tista’ tiġi awtorizzata soġġetta għall-kundizzjoni li żżomm is-separazzjoni tagħha fir-rigward ta’ parti speċifika tat-titjira taħt it-3 050 m (10 000 pied) matul it-tlugħ jew l-inżul, matul il-jum f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali.

(c)

Ħlief għall-każijiet fejn jista’ jiġi applikat tnaqqis fil-valuri minimi tas-separazzjoni fil-viċinanzi ta’ ajrudromi, għandha tinkiseb separazzjoni minn unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru mill-inqas minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(1)

separazzjoni vertikali, li tinkiseb billi jiġu assenjati livelli differenti magħżula mit-tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti fl-Appendiċi 3 għall-Anness għal dan ir-Regolament, ħlief li l-korrelazzjoni tal-livelli mat-trajettorja kif ġie preskritt hemmhekk, ma għandhiex tapplika kull meta jkun indikat mod ieħor f’pubblikazzjonijiet ta’ informazzjoni ajrunawtika jew f’awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa. Il-valur minimu tas-separazzjoni vertikali għandu jkun valur nominali ta’ 300 m (1 000 pied) sa u inkluż l-FL 410 u valur nominali ta’ 600 m (2 000 pied) ‘il fuq minn dan il-livell;

(2)

separazzjoni orizzontali, li tinkiseb billi tiġi pprovduta:

(i)

separazzjoni lonġitudinali, billi jinżamm intervall bejn inġenji tal-ajru li qed joperaw tul l-istess trajettorji, dawk konverġenti jew reċiproċi, espressa f’ħin jew f’distanza; jew

(ii)

separazzjoni laterali, billi l-inġenji tal-ajru jinżammu fuq rotot differenti jew f’żoni ġeografiċi differenti.

SERA.8010   Valuri minimi tas-separazzjoni

(a)

L-għażla tal-valuri minimi tas-separazzjoni għal applikazzjoni fi ħdan parti partikolari ta’ spazju tal-ajru għandha ssir mill-ANSP responsabbli mill-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti kkonċernata.

(b)

Għat-traffiku li se jgħaddi minn spazju tal-ajru ġar għall-ieħor u għar-rotot li jkunu eqreb tal-fruntiera komuni tal-ispazji tal-ajru ġirien mill-valuri minimi tas-separazzjoni applikabbli fiċ-ċirkostanzi, l-għażla tal-valuri minimi tas-separazzjoni għandha ssir f’konsultazzjoni bejn l-ANSPs responsabbli mill-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru ġar.

(c)

Id-dettalji tal-valuri minimi tas-separazzjoni magħżula u taż-żoni ta’ applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu nnotifikati:

(1)

lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati; u

(2)

lill-bdoti u lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru permezz ta’ pubblikazzjonijiet ta’ informazzjoni ajrunawtika, fejn is-separazzjoni tkun ibbażata fuq l-użu li jagħmel inġenju tal-ajru minn għajnuniet ta’ navigazzjoni speċifikati jew minn tekniki ta’ navigazzjoni speċifikati.

SERA.8015   Awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

(a)   L-awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu bbażati biss fuq ir-rekwiżiti għall-provvista ta’ servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(b)   Operazzjoni soġġetta għal awtorizzazzjoni

(1)

Awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tikiseb qabel ma tiġi operata titjira kkontrollata, jew parti minn titjira bħala titjira kkontrollata. Tali awtorizzazzjoni għandha tintalab permezz tal-preżentazzjoni ta’ pjan tat-titjira lil unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(2)

Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jinforma lill-ATC jekk awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru ma tkunx sodisfaċenti. F’każijiet bħal dawn, l-ATC toħroġ awtorizzazzjoni emendata, jekk dan ikun prattikabbli.

(3)

Kull meta inġenju tal-ajru jkun talab awtorizzazzjoni li tinvolvi prijorità, għandu jiġi ppreżentat rapport li jispjega l-ħtieġa għal tali prijorità, jekk dan jintalab mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(4)

Awtorizzazzjoni mill-ġdid potenzjali waqt it-titjir. Jekk qabel it-tluq, ikun antiċipat li, abbażi tal-awtonomija tal-fjuwil u soġġett għal awtorizzazzjoni mill-ġdid waqt it-titjir, tista’ tittieħed deċiżjoni li l-inġenju tal-ajru jipproċedi lejn ajrudrom ta’ destinazzjoni riveduta, l-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa għandhom jiġu nnotifikati b’dan permezz tal-inserzjoni fil-pjan tat-titjira ta’ informazzjoni dwar ir-rotta riveduta (fejn tkun magħrufa) u d-destinazzjoni riveduta.

(5)

Inġenju tal-ajru operat f’ajrudrom ikkontrollat ma għandux jinsaq fuq iż-żona ta’ mmanuvrar mingħajr awtorizzazzjoni mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe istruzzjoni mogħtija minn dik l-unità.

(c)   Awtorizzazzjonijiet għal titjira transonika

(1)

L-awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru relatata mal-fażi ta’ aċċelerazzjoni transonika ta’ titjira supersonika għandha testendi mill-inqas sa tmiem dik il-fażi.

(2)

L-awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru relatata mad-deċelerazzjoni u mal-inżul ta’ inġenju tal-ajru minn veloċità supersonika regolari għal titjir subsoniku għandha tipprova tipprovdi għal inżul mhux interrott għall-inqas matul il-fażi transonika.

(d)   Kontenut tal-awtorizzazzjonijiet

Awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tindika:

(1)

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru kif tintwera fil-pjan tat-titjira;

(2)

il-limitu ta’ awtorizzazzjoni;

(3)

ir-rotta tat-titjira;

(4)

il-livell(i) tat-titjira għar-rotta kollha jew għal parti minnha u l-bidliet fil-livelli jekk dan ikun meħtieġ;

(5)

kwalunkwe istruzzjoni jew informazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet oħrajn bħall-manuvri ta’ avviċinament jew ta’ tluq, il-komunikazzjonijiet u l-ħin ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni.

(e)   Il-qari lura tal-awtorizzazzjonijiet u tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza

(1)

L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jaqra lura lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru l-partijiet relatati mas-sikurezza tal-awtorizzazzjonijiet u tal-istruzzjonijiet tal-ATC li jiġu trażmessi bil-vuċi. Il-punti li ġejjin għandhom dejjem jinqraw lura:

(i)

l-awtorizzazzjonijiet tal-ATC għar-rotot;

(ii)

l-awtorizzazzjonijiet u l-istruzzjonijiet biex l-inġenju tal-ajru jidħol fi, jagħmel inżul fuq u tlugħ minn, jieqaf qabel, jaqsam, jinsaq u jimxi b’lura fuq kwalunkwe runway; u

(iii)

ir-runway li qed tintuża, l-issettjar tal-altimetru, il-kodiċijiet SSR, il-kanali ta’ komunikazzjoni li jkunu għadhom kif ġew assenjati, l-istruzzjonijiet dwar il-livelli, l-istruzzjonijiet dwar l-orjentazzjoni u l-veloċità; u

(iv)

il-livelli ta’ tranżizzjoni, kemm jekk ikunu maħruġa mill-kontrollur kif ukoll jekk ikunu inklużi fix-xandiriet tal-ATIS.

(2)

Awtorizzazzjonijiet jew istruzzjonijiet oħrajn, inklużi l-awtorizzazzjonijiet kundizzjonali u l-istruzzjonijiet dwar is-sewqan, għandhom jinqraw lura jew jiġu kkonfermati b’mod li jindika b’mod ċar li jkunu nftehmu u li se jiġu rrispettati.

(3)

Il-kontrollur għandu jismal-qari lura biex jaċċerta ruħu li l-awtorizzazzjoni jew l-istruzzjoni tkun ġiet ikkonfermata b’mod korrett mill-ekwipaġġ tat-titjira u għandu jieħu azzjoni immedjata biex jikkoreġi kwalunkwe diskrepanza li tiġi żvelata bil-qari lura.

(4)

Il-qari lura ta’ messaġġi CPDLC bil-vuċi ma għandux ikun meħtieġ, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-ANSP.

(f)   Koordinazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet

(1)

Awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi kkoordinata bejn l-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sabiex tkopri r-rotta kollha ta’ inġenju tal-ajru jew parti speċifikata minnha kif ġie deskritt fid-dispożizzjonijiet (2) sa (6).

(2)

Inġenju tal-ajru għandu jingħata awtorizzazzjoni għar-rotta kollha lejn l-ajrudrom fejn kien maħsub li se jitwettaq l-ewwel inżul:

(i)

meta kien possibbli, qabel it-tluq, li tiġi kkoordinata l-awtorizzazzjoni bejn l-unitajiet kollha li l-inġenju tal-ajru se jkun taħt il-kontroll tagħhom; jew

(ii)

meta jkun hemm assigurazzjoni raġonevoli li se titwettaq koordinazzjoni minn qabel bejn dawk l-unitajiet li l-inġenju tal-ajru se jkun sussegwentement taħt il-kontroll tagħhom.

(3)

Meta koordinazzjoni bħal fi (2) ma tintlaħaqx jew ma tkunx antiċipata, l-inġenju tal-ajru għandu jingħata awtorizzazzjoni biss sa dak il-punt fejn il-koordinazzjoni tkun raġonevolment żgurata; qabel ma jasal f’tali punt, jew meta jkun f’tali punt, l-inġenju tal-ajru għandu jirċievi awtorizzazzjoni oħra, li tkun tinkludi l-istruzzjonijiet li jkunu qed jinħarġu, kif ikun xieraq.

(4)

Meta jkun preskritt mill-unità tal-ATS, l-inġenju tal-ajru għandu jikkuntattja lil unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sussegwenti, sabiex jirċievi awtorizzazzjoni sussegwenti qabel il-punt tat-trasferiment tal-kontroll.

(i)

L-inġenju tal-ajru għandu jżomm il-komunikazzjoni bidirezzjonali meħtieġa mal-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru kurrenti filwaqt li jikseb awtorizzazzjoni sussegwenti.

(ii)

Awtorizzazzjoni maħruġa bħala awtorizzazzjoni sussegwenti għandha tkun identifikabbli b’mod ċar bħala tali għall-bdot.

(iii)

Sakemm ma jkunux ikkoordinati, l-awtorizzazzjonijiet sussegwenti ma għandhomx jaffettwaw il-profil oriġinali tat-titjira tal-inġenju tal-ajru fi kwalunkwe spazju tal-ajru, minbarra dak tal-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru responsabbli mill-konsenja tal-awtorizzazzjoni sussegwenti.

(5)

Meta inġenju tal-ajru jkollu l-intenzjoni li jitlaq minn ajrudrom fi ħdan erja ta’ kontroll sabiex jidħol f’erja ta’ kontroll oħra f’perjodu ta’ tletin minuta, jew tali perjodu ta’ ħin speċifiku ieħor kif ġie miftiehem bejn iċ-ċentri ta’ kontroll tal-erjas kkonċernati, il-koordinazzjoni maċ-ċentru ta’ kontroll tal-erja sussegwenti għandha ssir qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni għat-tluq.

(6)

Meta inġenju tal-ajru jkollu l-intenzjoni li jħalli erja ta’ kontroll għal titjira barra minn spazju tal-ajru kkontrollat, u sussegwentement se jerġa’ jidħol fl-istess erja ta’ kontroll jew f’erja ta’ kontroll oħra, tista’ tinħareġ awtorizzazzjoni mill-punt ta’ tluq sal-ajrudrom ta’ fejn kien maħsub li se jitwettaq l-ewwel inżul. Awtorizzazzjoni bħal din jew reviżjonijiet fiha għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet tat-titjira mwettqa fi ħdan spazju tal-ajru kkontrollat.

SERA.8020   Adeżjoni ma’ Pjan tat-Titjira

(a)

Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(b) u f’(d), inġenju tal-ajru għandu jaderixxi mal-pjan kurrenti tat-titjira jew mal-parti applikabbli ta’ pjan kurrenti tat-titjira ppreżentat għal titjira kkontrollata sakemm ma tkunx saret talba għal bidla u ma tkunx inkisbet awtorizzazzjoni mingħand l-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, jew sakemm ma tinqalax sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun teħtieġ azzjoni immedjata mill-inġenju tal-ajru, f’liema każ malli ċ-ċirkostanzi jippermettu, wara li tiġi eżerċitata tali awtorità ta’ emerġenza, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi nnotifikata bl-azzjoni meħuda u li din l-azzjoni ttieħdet taħt awtorità ta’ emerġenza.

(1)

Sakemm ma jiġux awtorizzati mod ieħor mill-awtorità kompetenti, jew sakemm ma jiġux ordnati jagħmlu mod ieħor mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, it-titjiriet ikkontrollati għandhom, sa fejn ikun prattikabbli:

(i)

meta jkunu fuq rotta stabbilita tal-ATS, joperaw tul il-linja taċ-ċentru definita ta’ dik ir-rotta; jew

(ii)

meta jkunu fuq kwalunkwe rotta oħra, joperaw direttament bejn il-faċilitajiet ta’ navigazzjoni u/jew il-punti li jiddefinixxu dik ir-rotta.

(2)

Sakemm ma jiġix awtorizzat mod ieħor mill-awtorità kompetenti jew sakemm ma jiġix ordnat jagħmel mod ieħor mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, inġenju tal-ajru li jopera tul segment ta’ rotta tal-ATS iddefinit b’referenza għal meded ta’ frekwenzi għoljin ħafna ta’ radju omnidirezzjonali għandu jaqleb għall-gwida primarja għan-navigazzjoni tiegħu mill-faċilità wara l-inġenju tal-ajru għal dik ta’ quddiemu fil-punt ta’ bidla, jew kemm jista’ jkun operattivament fattibbli qrib tiegħu, fejn stabbilit.

(3)

Devjazzjoni mir-rekwiżiti fi (2) għandha tiġi nnotifikata lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(b)

Bidliet involontarji. Fil-każ li titjira kkontrollata b’mod involontarju tiddevja mill-pjan kurrenti tat-titjira tagħha, għandha tittieħed l-azzjoni li ġejja:

(1)

Devjazzjoni mit-trajettorja: jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx fuq it-trajettorja tiegħu, minnufih għandha tittieħed azzjoni sabiex l-orjentazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi aġġustata ħalli din terġa’ lura fit-trajettorja tagħha malli dan ikun prattikabbli.

(2)

Varjazzjoni fil-veloċità tal-ajru vera: jekk il-veloċità tal-ajru vera medja fuq livell ta’ veloċità kostanti bejn żewġ punti ta’ rappurtar tvarja jew mistennija tvarja bi 5 fil-mija iktar jew inqas tal-veloċità tal-ajru vera, minn dik mogħtija fil-pjan tat-titjira, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi informata b’dan.

(3)

Bidla fl-istima tal-ħin: jekk jinstab li l-istima tal-ħin għall-punt ta’ rappurtar, għall-fruntiera tar-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir jew għall-ajrudrom ta’ destinazzjoni applikabbli li jmiss, liema minnhom ikun l-ewwel, għandha żball ta’ iktar minn 3 minuti minn dik innotifikata lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew tali perjodu ta’ ħin ieħor kif inhu preskritt mill-awtorità kompetenti jew abbażi tal-ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni bl-ajru tal-ICAO, stima riveduta tal-ħin għandha tiġi nnotifikata mill-iktar fis possibbli lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(4)

Barra minn hekk, meta jkun hemm stabbilit ftehim ta’ ADS-C, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi informata awtomatikament permezz ta’ kollegament tad-dejta kull meta jsiru bidliet li jmorru lil hinn mill-valuri ta’ limitu stipulati mill-kuntratt tal-avveniment ta’ ADS-C.

(c)

Bidliet ippjanati. It-talbiet għal bidliet fil-pjan tat-titjira għandhom jinkludu l-informazzjoni kif ġie indikat hawn taħt:

(1)

Bidla fil-livell ta’ veloċità kostanti: l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru; il-livell ta’ veloċità kostanti ġdid mitlub u l-veloċità kostanti fuq dan il-livell, l-istimi tal-ħin riveduti (meta jkun applikabbli) fi fruntieri sussegwenti tar-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir.

(2)

Bidla fir-rotta:

(i)

Destinazzjoni mhux mibdula: l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru; ir-regoli tat-titjir; deskrizzjoni tar-rotta l-ġdida tat-titjira inkluża d-dejta tal-pjan tat-titjira relatata li tibda bil-pożizzjoni minn fejn għandha tibda l-bidla fir-rotta mitluba; l-istimi riveduti tal-ħin; kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

(ii)

Destinazzjoni mibdula: l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru; ir-regoli tat-titjir; deskrizzjoni tar-rotta riveduta tat-titjira sal-ajrudrom ta’ destinazzjoni riveduta inkluża d-dejta tal-pjan tat-titjira relatata li tibda bil-pożizzjoni minn fejn għandha tibda l-bidla fir-rotta mitluba; l-istimi riveduti tal-ħin; l-ajrudrom(i) alternattiv(i); kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

(d)

Deterjorament tat-temp taħt il-VMC. Meta jsir evidenti li titjir f’VMC skont il-pjan kurrenti tat-titjira tagħha mhuwiex se jkun prattikabbli, titjira VFR operata bħala titjira kkontrollata għandha:

(1)

titlob awtorizzazzjoni emendata li tippermetti li l-inġenju tal-ajru jkompli f’VMC sal-ajrudrom ta’ destinazzjoni jew sa ajrudrom alternattiv, jew li jħalli l-ispazju tal-ajru fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni tal-ATC; jew

(2)

jekk ma tkun tista’ tinkiseb l-ebda awtorizzazzjoni skont a), tkompli topera f’VMC u tinnotifika lill-unità tal-ATC xierqa bl-azzjoni li qed tittieħed jew sabiex tħalli l-ispazju tal-ajru kkonċernat jew sabiex tagħmel inżul fl-eqreb ajrudrom xieraq; jew

(3)

jekk operata fi ħdan żona ta’ kontroll, titlob awtorizzazzjoni sabiex topera bħala titjira VFR speċjali; jew

(4)

titlob awtorizzazzjoni sabiex topera skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti.

SERA.8025   Rapporti dwar il-Pożizzjoni

(a)

Sakemm ma tkunx eżentata mill-awtorità kompetenti jew mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa f’kundizzjonijiet speċifikati minn dik l-awtorità, titjira kkontrollata għandha tirrapporta lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa, mill-iktar fis possibbli, il-ħin u il-livell meta tgħaddi kull punt ta’ rappurtar obbligatorju indikat, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra. B’mod simili, ir-rapporti dwar il-pożizzjoni għandhom jsiru b’relazzjoni għal punti addizzjonali meta dan jintalab mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa. Fin-nuqqas ta’ punti ta’ rappurtar indikati, ir-rapporti dwar il-pożizzjoni għandhom isiru f’intervalli preskritti mill-awtorità kompetenti jew speċifikati mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(1)

Titjiriet ikkontrollati li jipprovdu informazzjoni dwar il-pożizzjoni lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa permezz ta’ komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta għandhom jipprovdu rapporti dwar il-pożizzjoni bil-vuċi biss meta jintalbu jagħmlu dan.

SERA.8030   Terminazzjoni ta’ Kontroll

Titjira kkontrollata għandha, ħlief meta tagħmel inżul f’ajrudrom ikkontrollat, tinforma lill-unità tal-ATC xierqa malli tieqaf tkun soġġetta għas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.

SERA.8035   Komunikazzjonijiet

(a)

Inġenju tal-ajru operat bħala titjira kkontrollata għandu jżomm għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq tal-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, u għandu jistabbilixxi magħha komunikazzjoni bidirezzjonali skont il-ħtieġa, bl-eċċezzjoni ta’ kif jista’ jiġi preskritt mill-ANSP rilevanti fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru li jifformaw parti mit-traffiku tal-ajrudrom f’ajrudrom ikkontrollat.

(1)

Ir-rekwiżit li inġenju tal-ajru jżomm għassa ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art għandu jibqa’ fis-seħħ meta jkunu ġew stabbiliti s-CPDLC.

(b)

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet xierqa dwar in-nuqqasijiet fil-komunikazzjoni kif ġew adottati taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Il-Kummissjoni għandha tipproponi proċeduri Ewropej komuni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija tal-ICAO fid-dritt tal-Unjoni.

TAQSIMA 9

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir

SERA.9001   Applikazzjoni

(a)

Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir għandu jiġi pprovdut mill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa lill-inġenji tal-ajru kollha li huwa probabbli li kunu affettwati mill-informazzjoni u li jkunu:

(1)

ipprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru; jew

(2)

ikunu magħrufa b’mod ieħor mal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru rilevanti.

(b)

Li jiġu riċevut servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir ma jneħħi ebda responsabbiltà minn fuq il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru u l-bdot fil-kmand għandu jieħu d-deċiżjoni finali dwar kwalunkwe tibdil issuġġerit fil-pjan tat-titjira.

(c)

Fejn l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jipprovdu kemm servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir kif ukoll servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-provvista tas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jkollu preċedenza fuq il-provvista tas-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir, kull meta l-provvista ta’ servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru teħtieġ dan.

SERA.9005   Ambitu tas-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir

(a)

Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir għandu jinkludi l-provvista ta’:

(1)

informazzjoni SIGMET u AIRMET rilevanti;

(2)

informazzjoni rilevanti dwar l-attività vulkanika ta’ qabel l-eruzzjoni, dwar l-eruzzjonijiet tal-vulkani u dwar is-sħab ta’ rmied vulkaniku;

(3)

informazzjoni rilevanti dwar ir-rilaxx fl-atmosfera ta’ materjali radjuattivi jew ta’ sustanzi kimiċi tossiċi;

(4)

informazzjoni rilevanti dwar bidliet fid-disponibbiltà tas-servizzi ta’ navigazzjoni bir-radju;

(5)

informazzjoni rilevanti dwar bidliet fil-kundizzjoni tal-ajrudromi u tal-faċilitajiet assoċjati, inkluża informazzjoni dwar l-istat taż-żoni ta’ moviment ta’ ajrudrom meta dawn ikunu affettwati minn borra, silġ jew fond sinifikanti ta’ ilma;

(6)

informazzjoni rilevanti dwar blalen tal-arja ħielsa u mingħajr ekwipaġġ;

u ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li huwa probabbli li taffettwa s-sikurezza.

(b)

Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir li jiġi pprovdut lit-titjiriet għandu jinkludi, minbarra l-informazzjoni deskritta fil-qosor f’(a), il-provvista ta’ informazzjoni dwar:

(1)

il-kundizzjonijiet tat-temp irrappurtati jew imbassra fl-ajrudromi tat-tluq, ta’ destinazzjoni u alternattivi;

(2)

il-perikli ta’ kolliżjonijiet, għall-inġenji tal-ajru li joperaw fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru C, D, E, F u G;

(3)

għal titjir fuq żoni ta’ ilma, sa fejn ikun prattikabbli u meta jkun mitlub minn bdot, kwalunkwe informazzjoni disponibbli bħal sinjal ta’ sejħa bir-radju, pożizzjoni, trajettorja vera, veloċità, eċċ., ta’ bastimenti ta’ superfiċje fiż-żona.

(c)

Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir li jiġi pprovdut lit-titjiriet VFR għandu jinkludi, minbarra dak deskritt fil-qosor f’(a), il-provvista ta’ informazzjoni disponibbli dwar il-kundizzjonijiet tat-traffiku u tat-temp tul ir-rotta tat-titjira li huwa probabbli li se jagħmlu l-operazzjoni taħt ir-regoli tat-titjir viżwali imprattikabbli.

SERA.9010   Servizz ta’ Informazzjoni b’Terminal Awtomatiku (ATIS)

(a)   L-użu tal-messaġġi tal-ATIS fi trażmissjonijiet ta’ talba/risposta diretti

(1)

Meta jkun mitlub mill-bdot, il-messaġġ(i) tal-ATIS applikabbli għandu(għandhom) jiġi/u trażmess(i) mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(2)

Kull meta jiġu pprovduti Voice-ATIS u/jew D-ATIS:

(i)

l-inġenju tal-ajru għandu jikkonferma li rċieva l-informazzjoni meta jistabbilixxi komunikazzjoni mal-unità tal-ATS li tkun qed tipprovdi servizz ta’ kontroll tal-avviċinament, mat-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom jew mas-Servizz ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir tal-Ajrudrom (AFIS), kif ikun xieraq; u

(ii)

l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha, meta tirrispondi lil inġenju tal-ajru li jkun qed jikkonferma li rċieva messaġġ tal-ATIS jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru li jkun qed jasal, fi kwalunkwe ħin ieħor kif jista’ jkun preskritt mill-awtorità kompetenti, tipprovdi lill-inġenju tal-ajru bil-konfigurazzjoni kurrenti tal-altimetru.

(3)

L-informazzjoni inkluża f’ATIS kurrenti, li r-riċevuta tiegħu tkun ġiet ikkonfermata mill-inġenju tal-ajru kkonċernat, ma għandhiex għalfejn tiġi inkluża fi trażmissjoni diretta lill-inġenju tal-ajru, ħlief għall-konfigurazzjoni tal-altimetru, li għandu jiġi pprovdut skont (2).

(4)

Jekk inġenju tal-ajru jikkonferma r-riċevuta ta’ ATIS li ma għadux kurrenti, kwalunkwe element ta’ informazzjoni li jeħtieġ li jiġi aġġornat għandu jiġi trażmess mingħajr dewmien lill-inġenju tal-ajru.

(b)   ATIS għall-inġenji tal-ajru li qed jaslu u li qed jitilqu

Il-messaġġi tal-ATIS li jinkludu informazzjoni kemm dwar il-wasla kif ukoll dwar it-tluq għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin fl-ordni elenkat:

(1)

l-isem tal-ajrudrom;

(2)

l-indikatur tal-wasla u/jew tat-tluq;

(3)

it-tip ta’ kuntratt, jekk il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ D-ATIS;

(4)

id-deżinjatur;

(5)

il-ħin tal-osservazzjoni, jekk ikun xieraq;

(6)

it-tip ta’ avviċinament(i) li għandu(għandhom) ikun(u) mistenni(ja);

(7)

ir-runway(s) li qed tintuża(jintużaw); l-istatus tas-sistema ta’ twaqqif li tikkostitwixxi periklu potenzjali, jekk ikun hemm;

(8)

kundizzjonijiet sinifikanti tas-superfiċje tar-runway u, jekk ikun xieraq, l-azzjoni ta’ bbrejkjar;

(9)

id-dewmien fl-istennija, jekk ikun xieraq;

(10)

il-livell ta’ tranżizzjoni, jekk ikun applikabbli;

(11)

informazzjoni operattiva essenzjali oħra;

(12)

id-direzzjoni u l-veloċità tar-riħ fis-superfiċje, inklużi l-varjazzjonijiet sinifikanti u, jekk is-sensuri tar-riħ fis-superfiċje relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qed jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni tkun meħtieġa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

(13)

il-viżibilità u, meta jkun applikabbli, l-RVR (1);

(14)

it-temp preżenti (2);

(15)

is-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom tkun ikbar; il-kumulunimbu (cumulonimbus); jekk is-sema tkun imdallma, il-viżibilità vertikali meta tkun disponibbli (2);

(16)

it-temperatura tal-arja;

(17)

it-temperatura meta tifforma n-nida;

(18)

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-altimetru;

(19)

kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar fenomeni meteoroloġiċi sinifikanti fl-erjas ta’ avviċinament u ta’ tlugħ inkluż riħ qawwi trasversali, u informazzjoni dwar it-temp reċenti ta’ sinifikat operattiv;

(20)

tbassir tax-xejriet, meta jkun disponibbli; u

(21)

istruzzjonijiet speċifiċi tal-ATIS.

(c)   ATIS għall-inġenji tal-ajru li qed jaslu

Il-messaġġi tal-ATIS li jinkludu informazzjoni dwar il-wasla biss għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin fl-ordni elenkata:

(1)

l-isem tal-ajrudrom;

(2)

l-indikatur tal-wasla;

(3)

it-tip ta’ kuntratt, jekk il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ D-ATIS;

(4)

id-deżinjatur;

(5)

il-ħin tal-osservazzjoni, jekk ikun xieraq;

(6)

it-tip ta’ avviċinament(i) li għandu(għandhom) ikun(u) mistenni(ja);

(7)

ir-runway(s) prinċipali għall-inżul; l-istatus tas-sistema ta’ twaqqif li tikkostitwixxi periklu potenzjali, jekk ikun hemm;

(8)

kundizzjonijiet sinifikanti tas-superfiċje tar-runway u, jekk ikun xieraq, l-azzjoni ta’ bbrejkjar;

(9)

id-dewmien fl-istennija, jekk ikun xieraq;

(10)

il-livell ta’ tranżizzjoni, jekk ikun applikabbli;

(11)

informazzjoni operattiva essenzjali oħra;

(12)

id-direzzjoni u l-veloċità tar-riħ fis-superfiċje, inklużi l-varjazzjonijiet sinifikanti u, jekk s-sensuri tar-riħ fis-superfiċje relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qed jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni tkun meħtieġa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

(13)

il-viżibilità u, fejn ikun applikabbli, l-RVR (2);

(14)

it-temp preżenti (2);

(15)

is-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom tkun ikbar; il-kumulunimbu (cumulonimbus); jekk is-sema tkun imdallma, il-viżibilità vertikali meta tkun disponibbli (2);

(16)

it-temperatura tal-arja;

(17)

it-temperatura meta tifforma n-nida;

(18)

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-altimetru;

(19)

kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar fenomeni meteoroloġiċi sinifikanti fiż-żona ta’ avviċinament inkluż ir-riħ qawwi trasversali, u informazzjoni dwar it-temp reċenti ta’ sinifikat operattiv;

(20)

tbassir tax-xejriet meta jkun disponibbli; u

(21)

istruzzjonijiet speċifiċi tal-ATIS.

(d)   ATIS għall-inġenji tal-ajru li qed jitilqu

Il-messaġġi tal-ATIS li jinkludu informazzjoni dwar it-tluq biss għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin fl-ordni elenkat:

(1)

l-isem tal-ajrudrom;

(2)

l-indikatur tat-tluq;

(3)

it-tip ta’ kuntratt, jekk il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ D-ATIS;

(4)

id-deżinjatur;

(5)

il-ħin tal-osservazzjoni, jekk ikun xieraq;

(6)

ir-runway(s) li għandha(għandhom) tintuża(jintużaw) għat-tlugħ; l-istatus tas-sistema ta’ twaqqif li tikkostitwixxi periklu potenzjali, jekk ikun hemm;

(7)

kundizzjonijiet tal-wiċċ sinifikanti tar-runway(s) li se tintuża(jintużaw) għat-tlugħ u, jekk ikun xieraq, l-azzjoni ta’ bbrejkjar;

(8)

id-dewmien fit-tluq, jekk ikun xieraq;

(9)

il-livell ta’ tranżizzjoni, jekk ikun applikabbli;

(10)

informazzjoni operattiva essenzjali oħra;

(11)

id-direzzjoni u l-veloċità tar-riħ fis-superfiċje, inklużi l-varjazzjonijiet sinifikanti u, jekk s-sensuri tar-riħ fis-superfiċje relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qed jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni tkun meħtieġa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

(12)

il-viżibilità u, fejn ikun applikabbli, l-RVR (3);

(13)

it-temp preżenti (3);

(14)

is-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom tkun ikbar; il-kumulunimbu (cumulonimbus); jekk is-sema tkun imdallma, il-viżibilità vertikali meta tkun disponibbli (3);

(15)

it-temperatura tal-arja;

(16)

it-temperatura meta tifforma n-nida;

(17)

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-altimetru;

(18)

kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar fenomeni meteoroloġiċi sinifikanti fiż-żona ta’ tlugħ inkluż riħ qawwi trasversali;

(19)

tbassir tax-xejriet, meta jkun disponibbli; u

(20)

istruzzjonijiet speċifiċi tal-ATIS.

TAQSIMA 10

Servizz ta’ twissija

SERA.10001   Applikazzjoni

(a)

Is-servizz ta’ twissija għandu jiġi pprovdut mill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru:

(1)

lill-inġenji tal-ajru kollha pprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(2)

sa fejn ikun prattikabbli, lill-inġenji tal-ajru l-oħra kollha li jkunu rreġistraw pjan tat-titjira jew inkella s-servizzi tat-traffiku tal-ajru jkunu jafu bihom; u

(3)

lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li huwa magħruf jew maħsub li huwa soġġett għal interferenza illegali.

SERA.10005   Informazzjoni lil inġenju tal-ajru li qed jopera fil-viċinanzi ta’ inġenju tal-ajru fi stat ta’ emerġenza

(a)

Meta jkun ġie stabbilit minn unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li inġenju tal-ajru jkun fi stat ta’ emerġenza, l-inġenji tal-ajru l-oħra li huwa magħruf li jinsabu fil-viċinanzi tal-inġenju tal-ajru involut għandhom, ħlief kif inhu previst f’(b), jiġu informati bin-natura tal-emerġenza malli dan ikun prattikabbli.

(b)

Meta unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru tkun taf jew taħseb li inġenju tal-ajru qed ikun soġġett għal interferenza illegali, fil-komunikazzjonijiet tal-ATS mill-ajru għall-art ma għandha ssir l-ebda referenza għan-natura tal-emerġenza sakemm din ma tkunx issemmiet l-ewwel darba fil-komunikazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru involut u jkun hemm ċertezza li tali referenza mhijiex se taggrava s-sitwazzjoni.

TAQSIMA 11

Interferenza, Kontinġenzi ta’ Emerġenza u Interċettazzjoni

SERA.11001   Interferenza Illegali

(a)

Inġenju tal-ajru li qed ikun soġġett għal interferenza illegali għandu jagħmel ħiltu sabiex jissettja t-transponder għall-Kodiċi 7500 u jinnotifika lill-unità tal-ATS xierqa bi kwalunkwe ċirkostanza sinifikanti assoċjata ma’ dan u bi kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan kurrenti tat-titjira meħtieġa fiċ-ċirkostanzi sabiex l-unità tal-ATS tkun tista’ tagħti prijorità lill-inġenju tal-ajru u timminimizza l-kunflitt ma’ inġenji tal-ajru oħrajn.

(b)

Jekk inġenju tal-ajru qed ikun soġġett għal interferenza illegali, il-bdot fil-kmand għandu jipprova jagħmel inżul, malli dan ikun prattikabbli, fl-eqreb ajrudrom adattat jew f’ajrudrom apposta assenjat mill-awtorità kompetenti, sakemm kunsiderazzjonijiet abbord l-inġenju tal-ajru ma jesiġux mod ieħor.

SERA.11005   Servizz lil inġenju tal-ajru fil-każ ta’ emerġenza

(a)

Fil-każ ta’ inġenju tal-ajru li huwa magħruf jew maħsub li qiegħed fi stat ta’ emerġenza, inkluż li qed jiġi soġġett għal interferenza illegali, l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni, assistenza u prijorità lill-inġenju tal-ajru fuq inġenji tal-ajru oħrajn skont kif ikun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi.

(b)

Meta sseħħ jew ikun hemm suspett ta’ okkorrenza ta’ interferenza illegali f’inġenju tal-ajru, l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jieħdu ħsieb fil-pront it-talbiet tal-inġenju tal-ajru. L-informazzjoni rilevanti biex it-titjira titwettaq b’mod sikur għandha tkompli tiġi trażmessa u għandha tittieħed kull azzjoni meħtieġa biex jitħaffef it-twettiq tal-fażijiet kollha tat-titjira, speċjalment l-inżul sikur tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Meta sseħħ jew ikun hemm suspett ta’ okkorrenza ta’ interferenza illegali f’inġenju tal-ajru, l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom, f’konformità mal-proċeduri miftiehma lokalment, jinformaw immedjatament lill-awtorità xierqa deżinjata mill-Istat u jiskambjaw informazzjoni meħtieġa mal-operatur tal-inġenju tal-ajru jew mar-rappreżentant deżinjat tiegħu.

SERA.11010   Kontinġenzi ta’ waqt it-titjira

Inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat

(a)

Malli unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf b’inġenju tal-ajru mitluf, hija għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa kif ġie deskritt fil-qosor fi (1) u (3) sabiex tassisti lill-inġenju tal-ajru u sabiex tissalvagwardja t-titjira tiegħu.

(1)

Jekk il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru ma tkunx magħrufa, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha:

(i)

tipprova tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru, sakemm tali komunikazzjoni ma tkunx teżisti diġà;

(ii)

tuża l-mezzi kollha disponibbli sabiex tiddetermina l-pożizzjoni tiegħu;

(iii)

tinforma lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru l-oħra li l-inġenju tal-ajru seta’ ntilef jew jista’ jintilef fl-erja tagħhom, billi tqis il-fatturi kollha li setgħu affettwaw in-navigazzjoni tal-inġenju tal-ajru fiċ-ċirkostanzi;

(iv)

tinforma, f’konformità mal-proċeduri miftiehma lokalment, lill-unitajiet militari xierqa u tipprovdilhom il-pjan tat-titjira rilevanti kif ukoll dejta oħra dwar l-inġenju tal-ajru mitluf;

(v)

titlob mingħand l-unitajiet imsemmija fi (iii) u (iv) u mingħand inġenji tal-ajru oħrajn li qed itiru kull assistenza biex tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-inġenju tal-ajru u biex tiġi determinata l-pożizzjoni tiegħu.

(2)

Ir-rekwiżiti fi (1)(iv) u (1)(v) għandhom japplikaw ukoll għall-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li ġew informati skont (1)(iii).

(3)

Meta l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi stabbilita, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha:

(i)

tinforma lill-inġenju tal-ajru bil-pożizzjoni tiegħu u bl-azzjoni korrettiva li għandha tittieħed. Dan il-parir għandu jiġi pprovdut immedjatament meta l-ATS ikun jaf li jkun hemm possibbiltà ta’ interċettazzjoni jew ta’ xi periklu ieħor għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru; u

(ii)

tipprovdi, skont il-ħtieġa, informazzjoni rilevanti dwar l-inġenju tal-ajru mitluf u kwalunkwe parir mogħti lil dak l-inġenju tal-ajru lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru oħrajn u lil unitajiet militari xierqa.

(b)

Malli l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf b’inġenju tal-ajru mhux identifikat fl-erja tagħha, hija għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi l-identità tal-inġenju tal-ajru kull meta dan ikun meħtieġ għall-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew ikun meħtieġ mill-awtoritajiet militari xierqa skont proċeduri miftiehma lokalment. Għal dan l-għan, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tieħu daqstant passi minn dawn li ġejjin daqskemm ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi:

(1)

tipprova tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru;

(2)

tistaqsi lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru oħrajn fi ħdan ir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir dwar it-titjira u titlob l-assistenza tagħhom sabiex tkun stabbilita komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru;

(3)

tistaqsi dwar it-titjira lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jaqdu r-reġjuni ta’ informazzjoni dwar it-titjir ġirien u titlob l-assistenza tagħhom sabiex tkun stabbilita komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju ta-ajru;

(4)

tipprova tikseb informazzjoni mingħand inġenji tal-ajru oħrajn fl-erja.

(5)

l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, kif ikun meħtieġ, għandha tinforma lill-unità militari xierqa malli l-identità tal-inġenju tal-ajru tiġi stabbilita.

(c)

Fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat, għandha titqies il-possibbiltà li l-inġenju tal-ajru jkun soġġett għal interferenza illegali. Jekk l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru tikkunsidra li inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat jista’ jkun soġġett għal interferenza illegali, l-awtorità xierqa maħtura mill-Istat għandha tiġi informata immedjatament, skont il-proċeduri miftiehma lokalment.

SERA.11015   Interċettazzjoni

(a)

Bl-eċċezzjoni ta’ servizz ta’ interċettazzjoni u ta’ skorta pprovdut fuq talba ta’ inġenju tal-ajru, l-interċettazzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili għandha tkun irregolata b’regolamenti u b’direttivi amministrattivi xierqa maħruġa mill-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(d), li abbażi tiegħu l-Istati Kontraenti tal-ICAO jimpenjaw irwieħhom, meta joħorġu regolamenti għall-inġenji tal-ajru Statali tagħhom, li jqisu b’mod xieraq is-sikurezza tan-navigazzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili.

(b)

Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru ċivili, meta jiġi interċettat, għandu:

(1)

immedjatament isegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, jinterpreta u jirrispondi għas-sinjali viżwali skont l-ispeċifikazzjonijiet fit-Tabelli S11-1 u S11-2;

(2)

jinnotifika, jekk ikun possibbli, lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa;

(3)

jipprova jistabbilixxi komunikazzjoni bir-radju mal-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jew mal-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni xierqa, billi jagħmel sejħa ġenerali fuq il-frekwenza ta’ emerġenza 121.5 MHz, fejn jagħti l-identità tal-inġenju tal-ajru interċettat u n-natura tat-titjira; u jekk ma jkun ġie stabbilit l-ebda kuntatt u jekk dan ikun prattikabbli, għandu jirrepeti din is-sejħa fuq il-frekwenza ta’ emerġenza 243 MHz;

(4)

jekk ikun mgħammar bi transponder SSR, jagħżel il-Modalità A, Kodiċi 7700, sakemm ma jingħatax istruzzjonijiet oħrajn mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(5)

jekk ikun mgħammar b’ADS-B jew b’ADS-C, jagħżel il-funzjonalità ta’ emerġenza xierqa, jekk din tkun disponibbli, sakemm ma jingħatax istruzzjonijiet oħrajn mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

Tabella S11 – 1

Sinjali Mibdija mill-Inġenju tal-Ajru ta’ Interċettazzjoni u r-Risposti mill-Inġenju tal-Ajru Interċettat

Serje

Sinjal tal-Inġenju tal-Ajru TA’ INTERĊETTAZZJONI

Tifsira

Risposta tal-Inġenju tal-Ajru INTERĊETTAT

Tifsira

1

BINHAR jew BILLEJL — Inġenju tal-ajru jitbandal u jteptep dwal tan-navigazzjoni f’intervalli irregolari (u d-dwal għall-inżul fil-każ ta’ ħelikopter) minn pożizzjoni xi ftit ‘il fuq u ‘l quddiem, u normalment fuq ix-xellug tal-inġenju tal-ajru interċettat (jew fuq il-lemin, jekk l-inġenju tal-ajru interċettat ikun ħelikopter) u, wara konferma, dawra bil-mod waqt titjira livellata, normalment lejn ix-xellug (jew lejn il-lemin fil-każ ta’ ħelikopter) fuq l-orjentazzjoni mixtieqa.

Nota 1

Il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi jew it-terren jistgħu jesiġu li l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jdawwar il-pożizzjonijiet u d-direzzjoni tad-dawra mogħtija iktar ‘il fuq fis-Serje 1.

Nota 2

Jekk l-inġenju tal-ajru interċettat ma jkunx jista’ jlaħħaq mal-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, dan tal-aħħar huwa mistenni jwettaq sensiela ta’ dawriet orbitali u li jbandal l-inġenju tal-ajru kull darba li jgħaddi mal-inġenju tal-ajru interċettat.

Ġejt interċettat. Segwini.

BINHAR jew BILLEJL — Inġenju tal-ajru jitbandal u jteptep id-dwal tan-navigazzjoni f’intervalli irregolari u jsegwi.

Fhimtek, se nobdi.

2

BINHAR jew BILLEJL — Manuvra ta’ tbegħid f’daqqa mill-inġenju tal-ajru interċettat li tikkonsisti f’dawra għat-tlugħ ta’ 90 grad jew iktar mingħajr ma jaqsam il-linja tat-titjira tal-inġenju tal-ajru interċettat.

Tista’ tipproċedi.

BINHAR jew BILLEJL — Inġenju tal-ajru jitbandal.

Fhimtek, se nobdi.

3

BINHAR jew BILLEJL — Iniżżel l-apparat għall-inżul (jekk installat), li juri dwal għall-inżul mixgħulin b’mod kostanti, filwaqt li jtir fuq ir-runway li qed tintuża jew, jekk l-inġenju tal-ajru interċettat ikun ħelikopter, itir fuq l-erja tal-inżul tal-ħelikopters. Fil-każ tal-ħelikopters, il-ħelikopter ta’ interċettazzjoni jagħmel avviċinament ta’ nżul, hekk kif itir wieqaf qrib l-erja tal-inżul.

Inżel f’dan l-ajrudrom.

BINHAR jew BILLEJL — Iniżżel l-apparat għall-inżul (jekk installat), juri d-dwal għall-inżul mixgħulin b’mod kostanti u jsegwi lill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni u jekk wara li jtir fuq ir-runway li qed tintuża jew fuq l-erja tal-inżul tal-ħelikopters, l-inżul jiġi kkunsidrat sikur, jipproċedi bl-inżul.

Fhimtek, se nobdi.

Tabella S11 – 2

Sinjali Mibdija mill-Inġenju tal-Ajru Interċettat u r-Risposti mill-Inġenju tal-Ajru ta’ Interċettazzjoni

Serje

Sinjali tal-Inġenju tal-Ajru INTERĊETTAT

Tifsira

Risposti tal-Inġenju tal-Ajru ta’ INTERĊETTAZZJONI

Tifsira

4

BINHAR jew BILLEJL — Jgħolli l-apparat għall-inżul (jekk installat) u jteptep id-dwal għall-inżul filwaqt li jgħaddi fuq ir-runway li qed tintuża jew fuq iż-żona tal-inżul tal-ħelikopters b’għoli li jaqbeż it-300 m (1 000 pied) imma li ma jaqbiżx is-600 m (2 000 pied) (fil-każ ta’ ħelikopter, f’għoli li jaqbeż il-50 m (170 pied) imma li ma jaqbiżx il-100 m (330 pied)) ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom u jkompli jtir dawra tond fuq ir-runway li qed tintuża jew fuq l-erja tal-inżul tal-ħelikopters. Jekk ma jkunx jista’ jteptep id-dwal għall-inżul, iteptep kwalunkwe dawl ieħor disponibbli.

L-ajrudrom li indikajt mhuwiex adegwat.

BINHAR jew BILLEJL — Jekk ikun mixtieq li l-inġenju tal-ajru interċettat isegwi lill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni lejn ajrudrom alternattiv, l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jgħolli l-apparat għall-inżul tiegħu (jekk installat) u juża s-sinjali tas-Serje 1 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Jekk jiġi deċiż li l-inġenju tal-ajru interċettat jinħeles, l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni juża s-sinjali tas-Serje 2 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Fhimtek, segwini.

Fhimtek, tista’ tipproċedi.

5

BINHAR jew BILLEJL — Jitfi u jixgħel b’mod regolari d-dwal kollha disponibbli imma b’tali mod li jkun distintiv minn dwal iteptpu.

Ma nistax nobdi.

BINHAR jew BILLEJL — Uża s-sinjali tas-Serje 2 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Fhimtek.

6

BINHAR jew BILLEJL — Iteptep b’mod irregolari d-dwal kollha disponibbli.

F’periklu.

BINHAR jew BILLEJL — Uża s-sinjali tas-Serje 2 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Fhimtek.

(c)

Jekk kwalunkwe struzzjoni riċevuta bir-radju minn kwalunkwe sors toħloq kunflitt ma’ dawk mogħtija b’sinjali viżwali mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, l-inġenju tal-ajru interċettatt għandu jitlob kjarifika immedjata filwaqt li jkompli jikkonforma mal-istruzzjonijiet viżwali mogħtija mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

(d)

Jekk kwalunkwe struzzjoni riċevuta bir-radju minn kwalunkwe sors toħloq kunflitt ma’ dawk mogħtija bir-radju mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, l-inġenju tal-ajru interċettatt għandu jitlob kjarifika immedjata filwaqt li jkompli jikkonforma mal-istruzzjonijiet bir-radju mogħtija mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

(e)

Jekk waqt l-interċettazzjoni jiġi stabbilit kuntatt bir-radju imma komunikazzjoni b’lingwa komuni ma tkunx possibbli, għandhom isiru tentattivi sabiex jingħataw istruzzjonijiet, konferma tal-istruzzjonijiet u informazzjoni essenzjali billi jintużaw il-frażijiet u l-pronunzji fit-Tabella S11-3 u billi kull frażi tiġi trażmessa darbtejn:

Tabella S11-3

Frażijiet biex jintużaw minn inġenju tal-ajru ta’ INTERĊETTAZZJONI

Frażijiet biex jintużaw minn inġenju tal-ajru INTERĊETTAT

Frażi

Pronunzja (4)

Tifsira

Frażi

Pronunzja (4)

Tifsira

CALL SIGN

KOL SA-IN

X’inhu s-sinjal tas-sejħa tiegħek?

CALL SIGN

(sinjal tas-sejħa) (5)

KOL SA-IN

(sinjal tas-sejħa)

Is-sinjal tas-sejħa tiegħi huwa (is-sinjal tas-sejħa)

FOLLOW

FOL-LO

Segwini

WILCO

VILL-KO

Fhimtek

DESCEND

DEE-SEND

Inżel għall-inżul

Will comply

 

 

 

 

 

CAN NOT

KANN NOTT

Ma nistax nobdi

YOU LAND

YOU LAAND

Inżel f’dan l-ajrudrom

REPEAT

REE-PEET

Irrepeti l-istruzzjoni tiegħek

 

 

 

AM LOST

AM LOSST

Pożizzjoni mhux magħrufa

PROCEED

PRO-SEED

Tista’ tipproċedi

 

 

 

 

 

 

MAYDAY

MAYDAY

Qiegħed fil-periklu

 

 

 

HIJACK (6)

HI-JACK

Ġejt maħtuf

 

 

 

LAND

(isem il-post)

LAAND

(isem il-post)

Qed nagħmel talba biex ninżel fi

(isem il-post)

 

 

 

DESCEND

DEE-SEND

Jeħtieġ li ninżel

(f)

Malli unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf li inġenju tal-ajru qed jiġi interċettat fiż-żona ta’ responsabbiltà tagħha, hija għandha tieħu daqstant passi minn dawn li ġejjin daqskemm ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi:

(1)

tipprova tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru interċettat bi kwalunkwe mezz disponibbli, inkluża l-frekwenza tar-radju ta’ emerġenza 121,5 MHz, sakemm tali komunikazzjoni ma tkunx teżisti diġa;

(2)

tinforma lill-bdot tal-inġenju tal-ajru interċettat bl-interċettazzjoni;

(3)

tistabbilixxi kuntatt mal-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni li qed iżżomm komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni u tipprovdiha l-informazzjoni disponibbli dwar l-inġenju tal-ajru;

(4)

tittrażmetti messaġġi bejn l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jew l-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni u l-inġenju tal-ajru interċettat, kif ikun meħtieġ;

(5)

f’koordinazzjoni mill-qrib mal-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru interċettat;

(6)

tinforma lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jaqdu reġjuni ta’ informazzjoni dwar it-titjir ġirien jekk jidher li l-inġenju tal-ajru ntilef u tbiegħed minn tali reġjuni ta’ informazzjoni dwar it-titjir ġirien.

(g)

Malli unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf li inġenju tal-ajru qed jiġi interċettat barra miż-żona ta’ responsabbiltà tagħha, hija għandha tieħu daqstant passi minn dawn li ġejjin daqskemm ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi:

(1)

tinforma lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li taqdi l-ispazju tal-ajru fejn qed titwettaq l-interċettazzjoni, tipprovdi lil din l-unità l-informazzjoni disponibbli li se tassisti fl-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u titlobha tieħu azzjoni skont (f);

(2)

tittrażmetti l-messaġġi bejn l-inġenju tal-ajru interċettat u l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa, l-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni jew l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

TAQSIMA 12

Servizzi relatati mal-meteoroloġija — Osservazzjonijiet u rapporti mill-inġenju tal-ajru permezz ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi

SERA.12001   Tipi ta’ osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru

(a)

Matul kwalunkwe fażi tat-titjira għandhom jitwettqu l-osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru li ġejjin:

(1)

osservazzjonijiet speċjali mill-inġenju tal-ajru; u

(2)

osservazzjonijiet oħrajn mill-inġenju tal-ajru mhux ta’ rutina.

SERA.12005   Osservazzjonijiet speċjali mill-inġenju tal-ajru

(a)

L-inġenji tal-ajru kollha għandhom iwettqu u jirrappurtaw osservazzjonijiet speċjali kull meta jiltaqgħu mal-kundizzjonijiet li ġejjin jew josservawhom:

(1)

turbolenza moderata jew qawwija; jew

(2)

formazzjoni ta’ silġ moderata jew qawwija; jew

(3)

mewġa qawwija orografika; jew

(4)

maltempati bir-ragħad, mingħajr silġ, li huma mdallma, integrati, mifruxa jew f’linji ta’ tempesti ta’ xita u ta’ riħ; jew

(5)

maltempati bir-ragħad, bis-silġ, li huma mdallma, integrati, mifruxa jew f’linji ta’ tempesti ta’ xita u ta’ riħ; jew

(6)

maltempata tat-trab qawwija jew maltempata tar-ramel qawwija; jew

(7)

sħaba ta’ rmied vulkaniku; jew

(8)

attività vulkanika ta’ qabel l-eruzzjoni jew eruzzjoni ta’ vulkan.

(b)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreskrivu, kif ikun meħtieġ, kundizzjonijiet oħrajn li għandhom jiġu rrappurtati mill-inġenji tal-ajru kollha meta dawn jiltaqgħu magħhom jew josservawhom.

SERA.12010   Osservazzjonijiet oħrajn mill-inġenju tal-ajru mhux ta’ rutina

Meta inġenju tal-ajru jiltaqa’ ma’ kundizzjonijiet meteoroloġiċi oħrajn li mhumiex elenkati taħt is-SERA.12005 (a), pereżempju, riħ qawwi trasversali u li, fl-opinjoni tal-bdot fil-kmand, jistgħu jaffettwaw is-sikurezza jew jaffettwaw sew l-effiċjenza ta’ operazzjonijiet oħrajn tal-inġenju tal-ajru, il-bdot fil-kmand għandu jinforma lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa malli dan ikun prattikabbli.

SERA.12015   Rappurtar ta’ osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru permezz ta’ komunikazzjoni bil-vuċi

(a)

L-osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru għandhom jiġu rrappurtati matul it-titjira fil-ħin li ssir l-osservazzjoni jew ftit wara, malli dan ikun prattikabbli.

(b)

L-osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru għandhom jiġu rrappurtati bħala rapporti dwar l-ajru u għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi 5.

SERA.12020   Skambju ta’ rapporti dwar l-ajru

(a)

L-unitajiet tal-ATS għandhom jittrażmettu, malli jkun prattikabbli, rapporti dwar l-ajru speċjali u mhux ta’ rutina lil:

(1)

inġenji tal-ajru oħrajn ikkonċernati;

(2)

l-uffiċċju għall-għassa meteoroloġika assoċjat (MWO); u

(3)

unitajiet tal-ATS oħrajn ikkonċernati.

(b)

It-trażmissjonijiet lill-inġenji tal-ajru għandhom jiġu ripetuti b’ċerta frekwenza u għandhom jitkomplew għal perjodu ta’ ħin li għandu jiġi ddeterminat mill-unità tal-ATS ikkonċernata.


(*)  Meta l-għoli tal-altitudni ta’ tranżizzjoni jkun inqas minn 3 050 m (10 000 pied) AMSL, minflok 10 000 pied għandhom jintużaw FL 100.

(**)  Il-valuri minimi tal-VMC fl-ispazju tal-ajru tal-Klassi A huma inklużi biex jigwidaw lill-bdoti u ma jimplikawx aċċettazzjoni ta’ titjiriet VFR fl-ispazju tal-ajru tal-Klassi A.

(***)  Meta jkun preskritt hekk mill-awtorità kompetenti:

(a)

il-viżibbiltajiet tat-titjira mnaqqsa għal mhux inqas minn 1 500 m jistgħu jiġu permessi għal titjiriet li joperaw:

(1)

b’veloċitajiet ta’ 140 kts IAS jew inqas sabiex tingħata opportunità adegwata li jiġi osservat traffiku ieħor jew kwalunkwe ostakolu f’ħin xieraq sabiex tkun evitata kolliżjoni; jew

(2)

f’ċirkostanzi fejn il-probabbiltà li inġenju tal-ajru jiltaqa’ ma’ traffiku ieħor normalment tkun baxxa, pereżempju, f’żoni fejn it-traffiku jkollu volum baxx u għal xogħol fl-ajru fuq livelli baxxi.

(b)

Il-ĦELIKOPTERS jistgħu jingħataw il-permess joperaw f’inqas minn 1 500 m imma mhux f’viżibilità tat-titjira ta’ inqas minn 800 m, jekk jiġu mmanuvrati b’veloċità li tagħti opportunità adegwata li jiġi osservat traffiku ieħor jew kwalunkwe ostakolu f’ħin xieraq sabiex tkun evitata kolliżjoni. Viżibbiltajiet tat-titjira ta’ inqas minn 800 m jistgħu jiġu permessi għal każijiet speċjali, bħal titjiriet mediċi, operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ u għal tifi ta’ nar.

(1)  Dawn l-elementi jiġu sostitwiti bit-terminu ‘CAVOK’ meta l-kundizzjonijiet li ġejjin iseħħu simultanjament fil-ħin tal-osservazzjoni: (a) il-viżibilità, 10 km jew iktar, u l-iktar viżibilità baxxa mhux irrappurtata; (b) l-ebda sħaba ta’ importanza operazzjonali; u (c) l-ebda temp ta’ sinifikat għall-avjazzjoni.

(2)  Dawn l-elementi jiġu sostitwiti bit-terminu ‘CAVOK’ meta l-kundizzjonijiet li ġejjin iseħħu simultanjament fil-ħin tal-osservazzjoni: (a) il-viżibilità, 10 km jew iktar, u l-iktar viżibilità baxxa mhux irrappurtata; (b) l-ebda sħaba ta’ importanza operazzjonali; u (c) l-ebda temp ta’ sinifikat għall-avjazzjoni.

(3)  Dawn l-elementi jiġu sostitwiti bit-terminu ‘CAVOK’ meta l-kundizzjonijiet li ġejjin iseħħu simultanjament fil-ħin tal-osservazzjoni: (a) il-viżibilità, 10 km jew iktar, u l-iktar viżibilità baxxa mhux irrappurtata; (b) l-ebda sħaba ta’ importanza operazzjonali; u (c) l-ebda temp ta’ sinifikat għall-avjazzjoni.

(4)  Fit-tieni kolonna, is-sillabi li għandhom jiġu enfasizzati ġew sottolinjati.

(5)  Is-sinjal tas-sejħa li għandu jingħata huwa dak użat fil-komunikazzjonijiet radjutelefoniċi mal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u li jikkorrispondi għall-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-pjan tat-titjira.

(6)  Iċ-ċirkostanzi mhux dejjem jistgħu jippermettu, u lanqas jista’ jkun mixtieq li tintuża l-frażi “HIJACK” (ħtif).

Appendiċi 1

Sinjali

1.   SINJALI TA’ PERIKLU U TA’ URĠENZA

1.1.   Ġenerali

1.1.1.

Minkejja d-dispożizzjonijiet f’1.2 u f’1.3, inġenju tal-ajru fil-periklu għandu juża kwalunkwe mezz li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jiġbed l-attenzjoni, jikkomunika x’inhi l-pożizzjoni tiegħu u jikseb għajnuna.

1.1.2.

Il-proċeduri għat-trażmissjoni ta’ telekomunikazzjoni għas-sinjal ta’ periklu u ta’ urġenza għandhom ikunu skont il-Volum II tal-Anness 10 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago.

1.2.   Sinjali ta’ Periklu

1.2.1.

Is-sinjali li ġejjin, użati jew flimkien jew separatament, ifissru li hemm theddida ta’ periklu gravi u imminenti, u qed tintalab assistenza immedjata:

(a)

sinjal magħmul bir-radjutelegrafija jew bi kwalunkwe metodu ta’ sinjalazzjoni ieħor li jikkonsisti fil-grupp SOS (.. . — — —. .. fil-Kodiċi Morse);

(b)

sinjal ta’ periklu bir-radjutelefonija li jikkonsisti fil-kelma mitkellma MAYDAY;

(c)

messaġġ ta’ periklu mibgħut permezz ta’ kollegament tad-dejta li jittrażmetti l-ħsieb tal-kelma MAYDAY;

(d)

rokits jew granati li jitfgħu dwal ħomor, sparati wieħed wieħed b’intervalli qosra bejniethom;

(e)

murtal bil-paraxut li juri dawl aħmar;

(f)

l-issettjar tat-transponder għall-Modalità A, Kodiċi 7700.

1.3.   Sinjali ta’ Urġenza

1.3.1.

Is-sinjali li ġejjin, użati jew flimkien jew separatament, ifissru li inġenju tal-ajru jixtieq jagħti avviż dwar id-diffikultajiet li qed iġiegħluh jinżel mingħajr ma jitlob assistenza immedjata:

(a)

jitfi u jixgħel ripetutament id-dwal għall-inżul; jew

(b)

jitfi u jixgħel b’mod ripetut id-dwal għan-navigazzjoni b’tali mod li jkun distintiv mid-dwal tan-navigazzjoni li jteptpu.

1.3.2.

Is-sinjali li ġejjin, użati jew flimkien jew separatament, ifissru li inġenju tal-ajru għandu messaġġ urġenti ħafna x’jittrażmetti dwar is-sikurezza ta’ bastiment, ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ vettura oħra, jew ta’ xi persuna abbord jew li tidher mill-inġenju tal-ajru:

(a)

sinjal magħmul bir-radjutelegrafija jew bi kwalunkwe metodu ta’ sinjalazzjoni ieħor li jikkonsisti fil-grupp XXX (—..— —..— —..— fil-Kodiċi Morse);

(b)

sinjal ta’ urġenza bir-radjutelefonija li jikkonsisti fil-kelmiet mitkellma PAN, PAN;

(c)

messaġġ ta’ urġenza mibgħut permezz ta’ kollegament tad-dejta li jittrażmetti l-ħsieb tal-kelmiet PAN, PAN.

2.   SINJALI VIŻWALI UŻATI SABIEX IWISSU LIL INĠENJU TAL-AJRU MHUX AWTORIZZAT LI QED ITIR F’ERJA RISTRETTA, IPPROJBITA JEW TA’ PERIKLU JEW LI JKUN SE JIDĦOL FIHA

2.1.

Meta jintużaw sinjali viżwali sabiex iwissu lil inġenju tal-ajru mhux awtorizzat li qed itir f’erja ristretta, ipprojbita jew ta’ periklu jew li jkun se jidħol fiha, binhar u billejl, sensiela ta’ projettili sparati mill-art f’intervalli ta’ 10 sekondi, kull wieħed juri, meta jisplodi, dwal jew stilel ħomor u ħodor għandhom jindikaw lil inġenju tal-ajru mhux awtorizzat li qiegħed itir f’erja ristretta, ipprojbita jew ta’ periklu jew li jkun se jidħol fiha u li l-inġenju tal-ajru għandu jieħu azzjoni rimedjali kif jista’ jkun meħtieġ.

3.   SINJALI GĦAT-TRAFFIKU TAL-AJRUDROM

3.1.   Sinjali bid-Dawl u Sinjali Pirotekniċi

3.1.1.   Istruzzjonijiet

Tabella AP 1 - 1

Dawl

Mill-Kontroll tal-Ajrudrom lil:

Inġenju tal-Ajru li qed itir

Inġenju tal-Ajru fuq l-art

Dirett lejn l-inġenju tal-ajru kkonċernat

(ara l-Grafika A1-1).

Aħdar kostanti

Awtorizzat biex tagħmel inżul

Awtorizzat biex tagħmel tlugħ

Aħmar kostanti

Agħti d-dritta lill-inġenju tal-ajru l-ieħor u kompli tir dawra tond

Ieqaf

Sensiela ta’ dwal ħodor iteptpu

Irritorna għall-inżul (*)

Awtorizzat biex issuq

Sensiela ta’ dwal ħomor iteptpu

L-ajrudrom mhuwiex sikur, tinżilx

Suq ‘il bogħod mill-erja tal-inżul li qed tintuża

Sensiela ta’ dwal bojod iteptpu

Inżel f’dan l-ajrudrom u pproċedi għar-rampa (*)

Irritorna lejn il-punt tal-bidu fl-ajrudrom

Pirotekniku aħmar

Minkejja kwalunkwe istruzzjoni preċedenti, għalissa tinżilx

 

Image

3.1.2.   Konferma minn inġenju tal-ajru

(a)

Meta jkun qed itir:

(1)

matul is-sigħat ta’ dawl ta’ matul il-jum:

billi jbandal il-ġwienaħ tal-inġenju tal-ajru, ħlief għall-bażi u għall-partijiet finali tal-avviċinament;

(2)

matul is-sigħat ta’ dlam:

billi jteptep darbtejn id-dwal għall-inżul tal-inġenju tal-ajru jew, jekk ma jkunx mgħammar b’dan il-mod, billi jixgħel u jitfi darbtejn id-dwal tan-navigazzjoni tiegħu.

(b)

Meta jkun fuq l-art:

(1)

matul is-sigħat ta’ dawl ta’ matul il-jum:

billi jċaqlaq l-aleruni jew it-tmun tal-inġenju tal-ajru;

(2)

matul is-sigħat ta’ dlam:

billi jteptep darbtejn id-dwal għall-inżul tal-inġenju tal-ajru jew, jekk ma jkunx mgħammar b’dan il-mod, billi jixgħel u jitfi darbtejn id-dwal tan-navigazzjoni tiegħu.

3.2.   Sinjali Viżwali ta’ Fuq l-Art

3.2.1.   Projbizzjoni ta’ Nżul

3.2.1.1.

Pannell kwadru aħmar orizzontali bi djagonali sofor (Grafika A1-2) meta jintwera f’erja tas-sinjali jindika li l-inżul huwa pprojbit u li l-projbizzjoni tista’ tkun waħda twila.

Image

3.2.2.   Ħtieġa għal Prekawzjonijiet Speċjali waqt l-Avviċinament jew l-Inżul

3.2.2.1.

Pannell kwadru aħmar orizzontali bi djagonal wieħed isfar (Grafika A1-3) meta jintwera f’erja tas-sinjali jindika li minħabba l-istat ħażin taż-żona ta’ mmanuvrar jew, minħabba kwalunkwe raġuni oħra, fl-avviċinament lejn l-art jew fl-inżul iridu jiġu osservati prekawzjonijiet speċjali.

Image

3.2.3.   Użu ta’ Runways u ta’ Taxiways

3.2.3.1.

Dumbbell bajda orizzontali (Grafika A1-4) meta tintwera fl-erja tas-sinjali tindika li l-inġenji tal-ajru huma mitluba jagħmlu l-inżul, it-tlugħ u jsuqu fuq ir-runways u t-taxiways biss.

Image

3.2.3.2.

L-istess dumbbell bajda orizzontali bħal fi 3.2.3.1 imma bi strixxa sewda mqiegħda perpendikularment għall-maqbad min-naħa għall-oħra ta’ kull parti ċirkulari tad-dumbbell (Grafika A1-5) meta tintwera f’erja tas-sinjali tindika li l-inġenji tal-ajru huma mitluba jagħmlu l-inżul u t-tlugħ fuq ir-runways biss, imma l-manuvri l-oħra ma hemmx għafejn ikunu ristretti għar-runways u għat-taxiways.

Image

3.2.4.   Runways jew Taxiways Magħluqa

3.2.4.1.

Slaleb ta’ kulur wieħed kontrastanti, isfar jew abjad (Grafika A1-6), murija orizzontalment fuq ir-runways u fuq it-taxiways jew f’partijiet minnhom jindikaw erja li mhijiex tajba għall-moviment ta’ inġenju tal-ajru.

Image

3.2.5.   Direzzjonijiet għall-Inżul jew għat-Tlugħ

3.2.5.1.

T tal-inżul orizzontali bajda jew oranġjo (Grafika A1-7) tindika d-direzzjoni li għandha tintuża mill-inġenju tal-ajru għall-inżul u għat-tlugħ, li għandha tkun f’direzzjoni parallel għall-maqbad tat-T lejn id-driegħ tas-salib. Meta tintuża billejl, it-T tal-inżul għandha tkun jew imdawla kollha jew il-kontorni tagħha għandhom ikunu mdawla bi dwal bojod.

Image

3.2.5.2.

Sett ta’ żewġ ċifri (Grafika A1-8) muri vertikalment mat-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom jew qrib tiegħu jindika lill-inġenju tal-ajru fuq iż-żona ta’ mmanuvrar id-direzzjoni għat-tlugħ, espressa f’unitajiet ta’ 10 gradi lejn l-eqreb 10 gradi tal-kumpass manjetiku.

Image

3.2.6.   Traffiku fuq il-Lemin

3.2.6.1.

Meta tintwera f’erja tas’sinjali jew orizzontalment fi tmiem ir-runway jew l-istrixxa li qed tintuża, vleġġa lejn il-lemin b’kulur jgħajjat (Grafika A1-9) tindika li qabel l-inżul u wara t-tlugħ id-dawriet għandhom isiru lejn il-lemin.

Image

3.2.7.   Uffiċċju tar-Rappurtar tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru

3.2.7.1.

L-ittra C murija vertikalment bl-iswed fi sfond isfar (Grafika A1-10) tindika fejn qiegħed l-uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

Image

3.2.8.   Titjiriet tal-Glajders li qed Joperaw

3.2.8.1.

Salib doppju abjad muri orizzontalment (Grafika A1-11) fl-erja tas-sinjali jindika li l-ajrudrom qed jintuża mill-glajders u li qed isiru titjiriet ta’ glajders.

Image

4.   SINJALI TA’ GWIDA

4.1.   Minn Sinjalatur/Marshaller lil Inġenju tal-Ajru

4.1.1.   Is-sinjali li għandhom jintużaw mis-sinjalatur/mill-marshaller, bl-idejn imdawla skont il-ħtieġa sabiex tkun iffaċilita l-osservazzjoni mill-bdot, u faċċata tal-inġenju tal-ajru f’pożizzjoni għandhom ikunu:

(a)

għal inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi, fuq ix-xellug tal-inġenju tal-ajru, fejn il-bdot jara l-aħjar is-sinjali; u

(b)

għall-ħelikopters, fejn il-bdot jista’ jara l-aħjar lis-sinjalatur/lill-marshaller.

4.1.2.   Qabel ma juża s-sinjali li ġejjin, is-sinjalatur/il-marshaller għandu jaċċerta ruħu li fl-erja fejn għandu jiġi ggwidat inġenju tal-ajru ma jkunx hemm oġġetti li l-inġenju tal-ajru, f’konformità mas-SERA.3301 (a), jista’ inkella jolqothom.

Image

1.   Wingwalker/gwida  (**)

Ogħlli l-id il-leminija ‘l fuq mil-livell tar-ras bil-bakketta tipponta ‘l fuq; ċaqlaq il-bakketta fl-id ix-xellugija u ppontaha ‘l isfel lejn ġismek.

Image

2.   Identifika x-xatba

Ogħlli dirgħajk, stirati kompletament, dritt ‘il fuq mir-ras bil-bakketti jippontaw ‘il fuq.

Image

3.   Ipproċedi għas-sinjalatur/għall-marshaller li jmiss jew skont l-istruzzjonijiet tat-torri/tal-kontroll mill-art

Ipponta dirgħajk it-tnejn ‘il fuq; ċaqlaq u stira dirgħajk ‘il barra lejn il-ġnub ta’ ġismek u bil-bakketti pponta lejn id-direzzjoni tas-sinjalatur/tal-marshaller li jmiss jew lejn l-erja ta’ sewqan.

Image

4.   Dritt ‘il quddiem

Ilwi dirgħajk stirati mill-minkeb u ċaqlaq il-bakketti ‘l fuq u ‘l isfel mill-għoli tas-sider għar-ras.

Image

5(a).   Dur lejn ix-xellug (mill-perspettiva tal-bdot)

Bid-driegħ u bil-bakketta tal-lemin stirati f’angolu ta’ 90 grad għall-ġisem, agħmel sinjal “ejja ‘l quddiem” bl-id ix-xellugija. Ir-rata tal-moviment tas-sinjal tindika lill-bdot ir-rata tad-dawra tal-inġenju tal-ajru.

Image

5(b).   Dur lejn il-lemin (mill-perspettiva tal-bdot)

Bid-driegħ u bil-bakketta tax-xellug stirati f’angolu ta’ 90 grad għall-ġisem, agħmel sinjal “ejja ‘l quddiem” bl-id il-leminija. Ir-rata tal-moviment tas-sinjal tindika lill-bdot ir-rata tad-dawra tal-inġenju tal-ajru.

Image

6(a).   Waqfien normali

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub u ċaqlaqhom bil-mod għal fuq rasek sakemm il-bakketti jsallbu lil xulxin.

Image

6(b).   Waqfien ta’ emerġenza

Stira dirgħajk u l-bakketti f’daqqa għal fuq rasek u sallab il-bakketti.

Image

7(a).   Issettja l-brejkijiet

Ogħlli id waħda bil-pala miftuħa sewwasew ‘il fuq mill-għoli tal-ispalla. Kun żgur li għamilt kuntatt viżwali mal-ekwipaġġ tat-titjira u agħlaq l-id f’ponn. Tiċċaqlaqx qabel l-ekwipaġġ tat-titjira ma juruk “is-seba’ l-kbir ‘il fuq” bħala sinjal ta’ konferma.

Image

7(b).   Erħi l-brejkijiet

Ogħlli id waħda magħluqa f’ponn sewwasew ‘il fuq mill-għoli tal-ispalla. Kun żgur li għamilt kuntatt viżwali mal-ekwipaġġ tat-titjira u iftaħ il-pala tal-id. Tiċċaqlaqx qabel l-ekwipaġġ tat-titjira ma jurik “is-seba’ l-kbir ‘il fuq” bħala sinjal ta’ konferma.

Image

8(a).   Kunjardi inseriti

B’dirgħajk u bil-bakketti stirati kompletament ‘il fuq minn rasek, ċaqlaq bi skossi l-bakketti ‘l ġewwa (“jabbing”) sakemm il-bakketti jmissu lil xulxin. Kun żgur li tingħata konferma min-naħa tal-ekwipaġġ tat-titjira.

Image

8(b).   Kunjardi mneħħija

B’dirgħajk u bil-bakketti stirati kompletament ‘il fuq minn rasek, ċaqlaq bi skossi l-bakketti ‘l barra (“jabbing”). Tneħħix il-kunjardi qabel ma tkun awtorizzat mill-ekwipaġġ tat-titjira.

Image

9.   Attiva l-magna(i)

Ogħlli d-driegħ il-lemini sal-livell ta’ rasek bil-bakketta tipponta ‘l fuq u ibda moviment ċirkulari bl-id; fl-istess ħin, bid-driegħ ix-xellugi mgħolli ‘l fuq mil-livell tar-ras, ipponta lejn il-magna li għandha tiġi attivata.

Image

10.   Itfi l-magni

Stira driegħ bil-bakketta ‘l quddiem minn ġismek fuq il-livell ta’ spallejk; ċaqlaq l-id u l-bakketta għall-parti ta’ fuq tal-ispalla xellugija u iġbed il-bakketta lejn fuqnett tal-ispalla leminija f’moviment ta’ qtugħ min-naħa għall-oħra tal-gerżuma.

Image

11.   Naqqas il-veloċità

Ċaqlaq dirgħajk stirat ‘l isfel f’ġest bħallikieku qed ittaptap, filwaqt li ċċaqlaq il-bakketti ‘l fuq u ‘l isfel mill-qadd sal-irkopptejn.

Image

12.   Naqqas il-veloċità tal-magna/i fuq in-naħa indikata

B’dirgħajk isfel u bil-bakketti ppontati lejn l-art, xengel jew il-bakketta leminija jew dik xellugija ‘l fuq u ‘l isfel filwaqt li tindika li l-magna(i) fuq ix-xellug jew il-lemin rispettivament għandha titnaqqsilha/titnaqqsilhom il-veloċità.

Image

13.   Imxi lura

B’dirgħajk quddiem ġismek fuq il-livell tal-qadd, dawwar dirgħajk f’moviment ‘il quddiem. Sabiex twaqqaf il-moviment lura, uża s-sinjal 6 (a) jew 6 (b).

Image

14(a).   Dawriet waqt li timxi lura (għad-denb sal-istarboard)

Ipponta d-driegħ ix-xellugi bil-bakketta ‘l isfel u ġib id-driegħ il-lemini minn pożizzjoni veritikali ‘l fuq minn rasek għal pożizzjoni orizzontali ‘l quddiem, fejn tirrepeti l-moviment tad-driegħ il-lemini.

Image

14(b).   Dawriet waqt li timxi lura (għad-denb sal-port)

Ipponta d-driegħ il-lemini bil-bakketta ‘l isfel u ġib id-driegħ ix-xellugi minn pożizzjoni veritikali ‘l fuq minn rasek għal pożizzjoni orizzontali ‘l quddiem, fejn tirrepeti l-moviment tad-driegħ ix-xellugi.

Image

15.   Affermattiv/kollox sew  (***)

Ogħlli d-driegħ il-lemini sal-livell tar-ras bil-bakketta tipponata ‘l fuq jew uri l-id “bis-saba’ l-kbira mgħolli ‘l fuq”; id-driegħ ix-xellugi jibqa’ mal-ġenb ħdejn l-irkoppa.

Image

16.   Tir fl-istess post  (****)

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub.

Image

17.   Iċċaqlaq ‘il fuq  (****)

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub u, bil-pali ta’ jdejk iħarsu ‘l fuq, ċaqlaq idejk ‘il fuq. Il-veloċità tal-moviment tindika r-rata tat-tlugħ.

Image

18.   Iċċaqlaq ‘l isfel  (****)

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub u, bil-pali ta’ jdejk iħarsu ‘l isfel, ċaqlaq idejk ‘l isfel. Il-veloċità tal-moviment tindika r-rata ta’ nżul.

Image

19(a).   Iċċaqlaq orizzontalment lejn ix-xellug  (****) (mill-perspettiva tal-bdot)

Stira driegħ orizzontalment f’angolu ta’ 90 grad għall-ġenb lemini ta’ ġismek. Ċaqlaq id-driegħ l-ieħor fl-istess direzzjoni b’tixjira.

Image

19(b).   Iċċaqlaq orizzontalment lejn il-lemin  (****) (mill-perspettiva tal-bdot)

Stira driegħ orizzontalment f’angolu ta’ 90 grad għall-ġenb xellugi ta’ ġismek. Ċaqlaq id-driegħ l-ieħor fl-istess direzzjoni b’tixjira.

Image

20.   Inżel  (****)

Sallab dirgħajk bil-bakketti l isfel u quddiem ġismek.

Image

21.   Żomm il-pożizzjoni/stenna

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti ‘l isfel f’angolu ta’ 45 grad għall-ġnub. Żomm il-pożizzjoni sakemm l-inġenju tal-ajru jkun lest għall-manuvra li jmiss.

Image

22.   Ibgħat l-inġenju tal-ajru

Wettaq salut standard bl-id u/jew bil-bakketta tal-lemin sabiex tibgħat lill-inġenju tal-ajru. Żomm kuntatt viżwali mal-ekwipaġġ tat-titjira sakemm l-inġenju tal-ajru jkun beda jinsaq.

Image

23.   Tmissx il-kontrolli (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Stira d-driegħ il-lemini kompletament ‘il fuq minn rasek u agħlaq il-ponn jew żomm il-bakketta f’pożizzjoni orizzontali; id-driegħ ix-xellugi jibqa’ mal-ġenb ħdejn l-irkoppa.

Image

24.   Ikkonnettja l-enerġija fuq l-art (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Żomm dirgħajk stirati kompletament ‘l fuq minn rasek; iftaħ l-id ix-xellugija orizzontalment u ċaqlaq it-truf tas-swaba tal-id il-leminija lejn u miss il-pala miftuħa tal-id ix-xellugija (fejn tifforma “T”). Billejl, jistgħu anki jintużaw bakketti mdawla sabiex jiffurmaw “T” ‘il fuq mir-ras.

Image

25.   Skonnettja l-enerġija (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Żomm dirgħajk stirati kompletament ‘l fuq minn rasek bit-truf tas-swaba’ tal-id il-leminija jmissu l-pala orizzontali miftuħa tal-id ix-xellugija (fejn tifforma “T”); imbagħad ċaqlaq l-id il-leminija ‘l bogħod mix-xellugija. Tiskonnettjax l-enerġija qabel ma tkun awtorizzat mill-ekwipaġġ tat-titjira. Billejl, jistgħu anki jintużaw bakketti mdawla sabiex jiffurmaw “T” ‘il fuq mir-ras.

Image

26.   Negattiv (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Żomm id-driegħ il-lemin dritt ‘il barra f’angolu ta’ 90 grad mill-ispalla u pponta l-bakketta ‘l isfel lejn l-art jew uri id “bis-saba l-kbir ‘l isfel”; l-id ix-xellugija tibqa’ mal-ġenb ħdejn l-irkoppa.

Image

27.   Stabbilixxi komunikazzjoni permezz ta’ interfown (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Stira dirgħajk it-tnejn f’angolu ta’ 90 grad minn ġismek u ċaqlaq idejk sabiex tqiegħedhom fuq widnejk it-tnejn.

Image

28.   Iftaħ/agħlaq it-taraġ  (*****) (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Bid-driegħ il-lemini mal-ġenb u bl-id ix-xellugija mgħollija ‘l fuq mir-ras b’angolu ta’ 45 grad, ċaqlaq id-driegħ il-lemini b’tixjira lejn il-parti ta’ fuq ta’ spalltek ix-xellugija.

4.2.   Mill-bdot ta’ inġenju tal-ajru lis-sinjalatur/lill-marshaller

4.2.1.   Dawn is-sinjali għandhom jintużaw minn bdot fil-kabina tal-bdot fejn is-sinjalatur/il-marshaller ikun jista’ jara sew idejn il-bdot, bl-idejn imdawla kif ikun meħtieġ sabiex tkun iffaċilita l-osservazzjoni min-naħa tas-sinjalatur/tal-marshaller.

4.2.1.1.   Brejkijiet

(a)   Brejkijiet imdaħħla: ogħlli driegħ u id, bis-swaba stirati, orrizontalment quddiem wiċċek, imbagħad agħlaq l-id f’ponn.

(b)   Brejkijiet merħija: ogħlli driegħ, bil-ponn magħluq, orizzontalment quddiem wiċċek u iftaħ subgħajk.

4.2.1.2.   Kunjardi

(a)   Daħħal il-kunjardi: b’dirgħajk stirati u bil-pali ta’ jdejk ‘il barra, ċaqlaq idejk ‘il ġewwa sabiex issallabhom quddiem wiċċek.

(b)   Neħħi l-kunjardi: b’idejk imsallba quddiem wiċċek u bil-pali ta’ jdejk ‘il barra, ċaqlaq dirgħajk ‘il barra.

4.2.1.3.   Lest biex tattiva l-magna/i

(a)

Ogħlli n-numru xieraq ta’ swaba’ ta’ id waħda biex tindika n-numru tal-magna li għandha tiġi startjata.

4.3.   Sinjali ta’ komunikazzjoni teknika/ta’ manutenzjoni

4.3.1.   Fir-rigward tas-sinjali ta’ komunikazzjoni teknika/ta’ manutenzjoni, is-sinjali manwali għandhom jintużaw biss meta l-komunikazzjoni verbali ma tkunx possibbli.

4.3.2.   Is-sinjalaturi/il-marshallers għandhom ikunu żguri li jirċievu konferma min-naħa tal-ekwipaġġ tat-titjira fir-rigward tas-sinjali ta’ komunikazzjoni teknika/ta’ manutenzjoni.

5.   SINJALI STANDARD BL-IDEJN F’KAŻ TA’ EMERĠENA

5.1.

Is-sinjali bl-idejn li ġejjin huma stabbiliti bħala l-minimu meħtieġ għal komunikazzjoni f’każ ta’ emerġenza bejn il-kmandant tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza tal-ARFF/ħaddiema tat-tifi tan-nar tal-ARFF u l-kabina tal-bdot u/jew l-ekwipaġġi tal-kabina tal-bdot tal-inġenju tal-ajru li kellu inċident. Is-sinjali bl-idejn f’każ ta’ emerġenza tal-ARFF għandhom jingħataw min-naħa xellugija ta’ quddiem tal-inġenju tal-ajru għall-ekwipaġġ tal-kabina tal-bdot.

Image

1.   Nirrakkomanda Evakwazzjoni

L-evakwazzjoni tkun rakkomandata abbażi tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni esterna min-naħa tal-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar tal-inġenju tal-ajru u tal-Kmandant tal-Operazzjonijiet ta’ Emerġenza.

Driegħ stirat ‘il bogħod mill-ġisem, u miżmum orizzontali bl-id mgħollija sal-livell tal-għajnejn. Ċaqlaq dirgħajk b’moviment bħallikieku qed tagħmel sinjal għal avviċinament angolat lura. Id-driegħ li ma jkunx qed jiċċaqlaq jinżamm qrib il-ġisem.

Billejl – l-istess bil-bakketti.

Image

2.   Nirrakkomanda li Tieqaf

Nirrakkomanda li l-evakwazzjoni li għaddejja bħalissa titwaqqaf. Waqqaf il-moviment tal-inġenju tal-ajru jew xi attività oħra li tkun għaddejja.

Dirgħajn quddiem ir-ras – Imsallba mill-polz

Billejl – l-istess bil-bakketti.

Image

3.   Emerġenza Kkontrollata

L-ebda evidenza fuq barra ta’ kundizzjonijiet perikolużi jew “kollox sew”.

Dirgħajn stirati ‘l barra u ‘l isfel f’angolu ta’ 45 grad. Dirgħajn imċaqalqin ‘il ġewwa, taħt il-qadd fl-istess ħin sakemm il-poloz jissalbu, imbagħad stirati ‘l barra lejn il-pożizzjoni tal-bidu.

Billejl – l-istess bil-bakketti.

Image

4.   Nirien

Ċaqlaq l-id il-leminija bħallikieku qed “trewwaħ” mill-ispalla sal-irkoppa, filwaqt li fl-istess ħin ipponta bl-id ix-xellugija lejn iż-żona tan-nirien.

Billejl – l-istess bil-bakketti.


(*)  Awtorizzazzjonijiet għall-inżul u għas-sewqan se jingħataw fil-ħin xieraq.

(**)  Dan is-sinjal jipprovdi indikazzjoni minn persuna ppożizzjonata f’tarf il-ġewnaħ tal-inġenju tal-ajru, lill-bdot/marshaller/operatur tal-imbottar lura, li l-moviment tal-inġenju tal-ajru li qiegħed/mhuwiex qiegħed f’pożizzjoni ta’ parkeġġ għandu jkun mingħajr ostakoli

(***)  Dan is-sinjal jintuża wkoll bħala sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni.

(****)  biex jintuża għall-ħelikopters li jkunu qed itiru fl-istess post.

(*****)  Dan is-sinjal huwa maħsub prinċipalment għall-inġenji tal-ajru b’sett ta’ taraġ integrali fuq quddiem.

Appendiċi 2

Blalen tal-arja ħielsa u mingħajr ekwipaġġ

1.   KLASSIFIKAZZJONI TAL-BLALEN TAL-ARJA ĦIELSA U MINGĦAJR EKWIPAĠĠ

1.1.   Il-blalen tal-arja ħielsa u mingħajr ekwipaġġ għandhom jiġu kklassifikati bħala (ara l-Grafika AP2-1):

(a)   ħafif: ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jġorr tagħbija utli ta’ pakkett wieħed jew iktar b'massa kkombinata ta’ inqas minn 4 kg, sakemm ma jikkwalifikax bħala ballun tal-arja tqil skont c) 2), 3) jew 4); jew

(b)   medju: ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jġorr tagħbija utli ta’ pakkett wieħed jew iktar b'massa kkombinata ta’ 4 kg jew iktar imma ta’ inqas minn 6 kg, sakemm ma jikkwalifikax bħala ballun tal-arja tqil skont c) 2), 3) jew 4) iktar ‘l isfel; jew

(c)   tqil: ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jġorr tagħbija utli li:

(1)

għandha massa kkombinata ta’ 6 kg jew iktar; jew

(2)

tinkludi pakkett ta’ 3 kg jew iktar; jew

(3)

tinkludi pakkett ta’ 2 kg jew iktar b'densità tal-erja ta’ iktar minn 13 g għal kull ċentimetru kwadru, iddeterminata bid-diviżjoni tal-massa totali fi grammi tal-pakkett tat-tagħbija utli bl-erja f'ċentimetri kwadri tal-iċken superfiċje tiegħu; jew

(4)

tuża ħabel jew apparat ieħor għas-sospensjoni tat-tagħbija utli li jeħtieġ forza ta’ impatt ta’ 230 N jew iktar sabiex dik it-tagħbija utli sospiża tiġi sseparata mill-ballun tal-arja.

2.   REGOLI OPERATTIVI ĠENERALI

2.1.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ ma għandux jiġi operat mingħajr awtorizzazzjoni mill-Istat minn fejn jiġi llanċjat.

2.2.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ, għajr ballun tal-arja ħafif użat esklużivament għal finijiet meteoroloġiċi u operat bil-mod preskritt mill-awtorità kompetenti, ma għandux jiġi operat min-naħa għall-oħra tat-territorju ta’ Stat ieħor mingħajr awtorizzazzjoni mill-Istat l-ieħor ikkonċernat.

2.3.   L-awtorizzazzjoni msemmija fi 2.2 għandha tinkiseb qabel l-illanċjar tal-ballun tal-arja jekk ikun hemm aspettattiva raġonevoli, meta tiġi ppjanata l-operazzjoni, li l-ballun tal-arja jista' jinġarr fi spazju tal-ajru fuq it-territorju ta’ Stat ieħor. Tali awtorizzazzjoni tista' tinkiseb għal sensiela ta’ titjiriet ta’ blalen tal-arja jew għal tip partikolari ta’ titjira rikorrenti, pereżempju, titjiriet ta’ blalen tal-arja għal riċerka atmosferika.

2.4.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ għandu jiġi operat skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-Istat tar-Reġistrazzjoni u mill-Istat(i) li l-ballun tal-arja mistenni jtir fuqu(hom).

2.5.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ ma għandux jiġi operat b'tali mod li l-impatt tal-ballun tal-arja jew ta’ kwalunkwe parti minnu, inkluża t-tagħbija utli tiegħu, ma’ wiċċ id-dinja, joħloq periklu għall-persuni jew għall-proprjetà.

2.6.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat fuq l-ibħra miftuħa mingħajr koordinazzjoni minn qabel mal-ANSP(s).

Grafika AP2-1

Image

3.   LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI U REKWIŻITI TAT-TAGĦMIR

3.1.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat mingħajr awtorizzazzjoni mill-ANSP(s) f'altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m jew fi kwalunkwe livell taħtha (60 000 pied) fejn:

(a)

ikun hemm sħab jew fenomeni li jdallmu b'kopertura ta’ iktar minn erba' oktas; jew

(b)

il-viżibilità orizzontali tkun ta’ inqas minn 8 km.

3.2.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil jew medju ma għandux jiġi rilaxxat b'mod li jġiegħlu jtir iktar baxx minn 300 m (1 000 pied) fuq iż-żoni konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni mhux assoċjati mal-operazzjoni.

3.3.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat sakemm:

(a)

ma jkunx mgħammar b'mill-inqas żewġ sistemi jew apparati ta’ terminazzjoni tat-titjira bit-tagħbija utli, kemm jekk jekk ikunu awtomatiċi kif ukoll jekk ikunu operati b'telekmand, li joperaw indipendentement minn xulxin;

(b)

għal blalen tal-arja tal-polietilene bi pressjoni ta’ żero, ma jintużawx mill-inqas żewġ metodi, sistemi, apparati jew kombinazzjonijiet tagħhom li jiffunzjonaw indipendentement minn xulxin; sabiex tiġi tterminata t-titjira tal-għata tal-ballun tal-arja

(c)

l-għata tal-ballun tal-arja ma tkunx mgħammra jew b'apparat(i) riflettiv(i) tar-radar jew b'materjal riflettiv tar-radar li se jippreżenta eku għal radar ta’ superfiċje li jopera fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 200 MHz sa 2 700 MHz, u/jew il-ballun tal-arja ma jkunx mgħammar b'tali apparati oħrajn li se jippermettu traċċar kontinwu mill-operatur lil hinn mill-medda tar-radar ibbażat fuq l-art.

3.4.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

f'erja fejn ikun qed jintuża tagħmir SSR ibbażat fuq l-art, sakemm ma jkunx mgħammar bi transponder għar-radar ta’ sorveljanza sekondarju, b'kapaċità għal rappurtar tal-altitudni tal-pressjoni, li qed jopera kontinwament fuq kodiċi assenjat jew li jista' jinxtegħel meta jkun meħtieġ mill-istazzjon tat-traċċar; jew

(b)

f'erja fejn qed jintuża tagħmir ADS-B ibbażat fuq l-art, sakemm ma jkunx mgħammar bi trażmettitur ADS-B b'kapaċità għal rappurtar tal-altitudni tal-pressjoni, li qed jopera kontinwament jew li jista' jinxtegħel meta jkun meħtieġ mill-istazzjon tat-traċċar.

3.5.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jkun mgħammar b'antenna pendenti li teħtieġ forza ta’ iktar minn 230 N sabiex tiksirha fi kwalunkwe punt ma għandux ikun operat sakemm l-antenna ma jkollhiex fjammi jew pinnuri kkuluriti li jkunu mehmuża f'intervalli ta’ mhux iktar minn 15 m.

3.6.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat taħt altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) billejl jew matul kwalunkwe perjodu ieħor preskritt mill-awtorità kompetenti, sakemm il-ballun tal-arja u l-aċċessorji u t-tagħbija utli tiegħu, kemm jekk jiġu sseparati waqt l-operazzjoni kif ukoll jekk le, ma jiġux imdawla.

3.7.   Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil li jkun mgħammar b'apparat ta’ sospensjoni (għajr minn paraxut miftuħ b'kulur jgħajjat ħafna) twil iktar minn 15 m ma għandux jiġi operat billejl taħt altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) sakemm l-apparat ta’ sospensjoni ma jiġix ikkulurit b'faxex alternati b'kuluri jgħajtu ħafna jew sakemm ma jkollux fjammi kkuluriti mehmuża miegħu.

4.   TERMINAZZJONI

4.1.   L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil għandu jattiva l-apparati ta’ terminazzjoni xierqa meħtieġa minn 3.3 a) u b):

(a)

meta jsir magħruf li l-kundizzjonijiet tat-temp ikunu inqas minn dawk preskritti għall-operazzjoni;

(b)

jekk ħsara jew kwalunkwe raġuni oħra tagħmel operazzjoni oħra perikoluża għat-traffiku tal-ajru jew għall-persuni jew għall-proprjetà fis-superfiċje; jew

(c)

qabel dħul mhux awtorizzat fl-ispazju tal-ajru fuq it-territorju ta’ Stat ieħor.

5.   NOTIFIKA TAT-TITJIRA

5.1.   Notifika ta’ Qabel it-Titjira

5.1.1.

Notifika bikrija tat-titjira ppjanata ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ fil-kategorija medja jew tqila għandha ssir lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa mhux inqas minn sebat ijiem qabel id-data tat-titjira ppjanata.

5.1.2.

Notifika tat-titjira ppjanata għandha tinkludi daqstant informazzjoni minn dik li ġejja daqskemm tkun meħtieġa mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa:

(a)

l-identifikazzjoni tat-titjira tal-ballun tal-ajru jew l-isem f'kodiċi tal-proġett;

(b)

il-klassifikazzjoni u deskrizzjoni tal-ballun tal-arja;

(c)

il-kodiċi SSR, l-indirizz tal-inġenju tal-ajru jew il-frekwenza tal-NDB kif ikun applikabbli;

(d)

l-isem u n-numru tat-telefon tal-operatur;

(e)

is-sit tal-illanċjar

(f)

il-ħin stmat tal-illanċjar (jew il-ħin ta’ meta jibda u ta’ meta jiġi kkompletat illanċjar multiplu);

(g)

in-numru ta’ blalen tal-arja li għandhom jiġu llanċjat u l-intervall skedat bejn l-illanċjar (jekk ikun hemm illanċjar multiplu);

(h)

id-direzzjoni mistennija tat-tlugħ;

(i)

il-livell(i) ta’ veloċità kostanti (altitudni tal-pressjoni);

(j)

il-ħin stmat li għadda sabiex il-ballun tal-arja jgħaddi altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) jew sabiex jilħaq livell ta’ veloċità kostanti jekk ikun f'livell ta’ 18 000 m (60 000 pied) jew taħtu, flimkien mal-post stmat. Jekk l-operazzjoni tikkonsisti fi llanċjar kontinwu, il-ħin li għandu jiġi inkluż għandu jkun il-ħin stmat meta l-ewwel illanċjar u l-aħħar wieħed fis-sensiela se jilħaq il-livell xieraq (pereżempju, 122136Z–130330Z);

(k)

id-data stmata u l-ħin stmat tat-terminazzjoni tat-titjira u l-post ippjanat tal-impatt/l-erja ppjanata ta’ rkupru. Fil-każ ta’ blalen tal-arja li qed iwettqu titjiriet twal, li minħabba f'hekk id-data u l-ħin tat-terminazzjoni tat-titjira u l-post tal-impatt ma jistgħux jiġu mbassra b'eżattezza, għandu jintuża t-terminu “titjira twila”. Jekk se jkun hemm iktar minn post wieħed ta’ impatt/irkupru, kull post għandu jiġi elenkat flimkien mal-ħin stmat xieraq tal-impatt. Jekk se jkun hemm sensiela ta’ impatti kontinwi, il-ħin li għandu jiġi inkluż għandu jkun il-ħin stmat tal-ewwel impatt u tal-aħħar wieħed fis-sensiela (pereżempju, 070330Z–072300Z).

5.1.3.

Kwalunkwe bidla fl-informazzjoni ta’ qabel l-illanċjar innotifikata skont il-Paragrafu 5.1 għandha tiġi kkomunikata lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernata mhux inqas minn 6 sigħat qabel il-ħin stmat tal-illanċjar, jew fil-każ ta’ investigazzjonijiet ta’ disturbi solari jew kożmiċi li jinvolvu element kritiku ta’ ħin, mhux inqas minn 30 minuta qabel il-ħin stmat tal-bidu tal-operazzjoni.

5.2.   Notifika tal-Illanċjar

5.2.1.

Immedjament wara li jiġi llanċjat ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ medju jew tqil, l-operatur għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa b'dawn li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tat-titjira tal-ballun tal-arja;

(b)

is-sit tal-illanċjar;

(c)

il-ħin effettiv tal-illanċjar;

(d)

il-ħin stmat meta l-ballun tal-arja se jgħaddi altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied), jew il-ħin stmat meta se jilħaq il-livell ta’ veloċità kostanti jekk fi jew taħt 18 000 m (60 000 pied), u l-post stmat; u

(e)

kwalunkwe bidla fl-informazzjoni nnotifikata qabel skont 5.1.2(g) u (h).

5.3.   Notifika ta’ Kanċellazzjoni

5.3.1.

L-operatur għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa immedjatament malli jsir magħruf li t-titjira ppjanata ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ medju jew tqil, innotifikata qabel skont il-Paragrafu 5.1, tkun ġiet ikkanċellata.

6.   RAPPORTI DWAR IL-POŻIZZJONI U REĠISTRAZZJONI TAL-POŻIZZJONI

6.1.   L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil li jopera f'altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) jew taħtha għandu jimmonitorja l-passaġġ tat-titjira tal-ballun tal-arja u għandu jgħaddi rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja kif ikun mitlub mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Sakemm is-servizzi tat-traffiku tal-ajru ma jesiġux rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja f'intervalli iktar frekwenti, l-operatur għandu jirreġistra l-pożizzjoni kull sagħtejn.

6.2.   L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles tqil u mingħajr ekwipaġġ li jopera f'altitudni tal-pressjoni ta’ iktar minn 18 000 m (60 000 pied) għandu jimmonitorja l-progress tat-titjira tal-ballun tal-arja u għandu jgħaddi rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja kif ikun mitlub mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Sakemm is-servizzi tat-traffiku tal-ajru ma jesiġux rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja f'intervalli iktar frekwenti, l-operatur għandu jirreġistra l-pożizzjoni kull 24 siegħa.

6.3.   Jekk pożizzjoni ma tkunx tista' tiġi rreġistrata skont 6.1 u 6.2, l-operatur għandu jinnotifika immedjatament lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa. Din in-notifika għandha tinkludi l-aħħar pożizzjoni rreġistrata. L-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi nnotifikata immedjatament meta t-traċċar tal-ballun tal-arja jerġa' jiġi stabbilit.

6.4.   Siegħa qabel ma jibda l-inżul ippjanat ta’ ballun tal-arja ħieles tqil u mingħajr ekwipaġġ, l-operatur għandu jgħaddi lill-unità tal-ATS xierqa l-informazzjoni li ġejja dwar il-ballun tal-arja:

(a)

il-pożizzjoni ġeografika attwali;

(b)

il-livell attwali (altitudni tal-pressjoni);

(c)

il-ħin imbassar għall-penetrazzjoni f'altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied), jekk dan ikun applikabbli;

(d)

il-ħin u l-post imbassra tal-impatt mal-art.

6.5.   L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles medju jew tqil u mingħajr ekwipaġġ għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-arju xierqa meta l-operazzjoni tiġi fi tmiemha.

Appendiċi 3

Tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti

1.1.

Il-livelli ta’ veloċità kostanti li għandhom jiġu osservati huma kif ġej:

TRAJETTORJA (*)

Minn 000 grad sa 179 grad

Minn 180 grad sa 359 grad

Titjiriet IFR

Titjiriet VFR

Titjiriet IFR

Titjiriet VFR

Livell

Livell

Livell

Livell

FL

Piedi

Metri

FL

Piedi

Metri

FL

Piedi

Metri

FL

Piedi

Metri

010

1 000

300

020

2 000

600

030

3 000

900

035

3 500

1 050

040

4 000

1 200

045

4 500

1 350

050

5 000

1 500

055

5 500

1 700

060

6 000

1 850

065

6 500

2 000

070

7 000

2 150

075

7 500

2 300

080

8 000

2 450

085

8 500

2 600

090

9 000

2 750

095

9 500

2 900

100

10 000

3 050

105

10 500

3 200

110

11 000

3 350

115

11 500

3 500

120

12 000

3 650

125

12 500

3 800

130

13 000

3 950

135

13 500

4 100

140

14 000

4 250

145

14 500

4 400

150

15 000

4 550

155

15 500

4 700

160

16 000

4 900

165

16 500

5 050

170

17 000

5 200

175

17 500

5 350

180

18 000

5 500

185

18 500

5 650

190

19 000

5 800

195

19 500

5 950

200

20 000

6 100

205

20 500

6 250

210

21 000

6 400

215

21 500

6 550

220

22 000

6 700

225

22 500

6 850

230

23 000

7 000

235

23 500

7 150

240

24 000

7 300

245

24 500

7 450

250

25 000

7 600

255

25 500

7 750

260

26 000

7 900

265

26 500

8 100

270

27 000

8 250

275

27 500

8 400

280

28 000

8 550

285

28 500

8 700

290

29 000

8 850

 

 

 

300

30 000

9 150

 

 

 

310

31 000

9 450

 

 

 

320

32 000

9 750

 

 

 

330

33 000

10 050

 

 

 

340

34 000

10 350

 

 

 

350

35 000

10 650

 

 

 

360

36 000

10 950

 

 

 

370

37 000

11 300

 

 

 

380

38 000

11 600

 

 

 

390

39 000

11 900

 

 

 

400

40 000

12 200

 

 

 

410

41 000

12 500

 

 

 

430

43 000

13 100

 

 

 

450

45 000

13 700

 

 

 

470

47 000

14 350

 

 

 

490

49 000

14 950

 

 

 

510

51 000

15 550

 

 

 

eċċ.

eċċ.

eċċ. eċċ.

 

 

 

eċċ.

eċċ.

eċċ.

 

 

 


(*)  It-trajettorja manjetika, jew f'erjas polari f'latitudnijiet ogħla minn 70 grad u fi hdan tali estensjonijiet għal dawk iż-żoni kif jistgħu jiġu preskritti mill-awtoritajiet kompetenti, it-trajettorji tal-grilja kif jiġu ddeterminati minn netwerk ta' lini paralleli għall- Meridjan ta' Greenwich sovrapposti fuq karta stereografika polari fejn id-direzzjoni lejn il-Pol tat-Tramuntana tiġi użata bħala t-Tramuntana tal-Grilja

Appendiċi 4

Klassijiiet tal-ispazju tal-ajru tal-ATS — servizzi pprovduti u rekwiżiti tat-titjira

(referenzi għas-SERA.6001 u għas-SERA.5025 (b)

Klassi

Tip ta’ titjira

Separazzjoni Pprovduta

Servizz ipprovdut

Limitazzjoni ta’ veloċità (*)

Rekwiżit ta’ kapaċità għal komunikazzjoni bir-radju

Komunikazzjoni bidirezzjonali kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art meħtieġa

Soġġett għal awtorizzazzjoni tal-ATC

A

IFR biss

L-inġenji tal-ajru kollha

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

B

IFR

L-inġenji tal-ajru kollha

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

VFR

L-inġenji tal-ajru kollha

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

C

IFR

IFR minn IFR

IFR minn VFR

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

VFR

VFR minn IFR

1)

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għas-separazzjoni mill-IFR;

2)

Informazzjoni dwar it-traffiku tal-VFR/VFR

(u konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku meta tkun mitluba)

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

D

IFR

IFR minn IFR

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, informazzjoni dwar it-traffiku dwar it-titjiriet VFR

(u konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku meta tkun mitluba)

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

VFR

Xejn

informazzjoni dwar it-traffiku tal-IFR/VFR u tal-VFR/VFR (u konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku meta tkun mitluba)

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

E

IFR

IFR minn IFR

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u, sa fejn ikun prattiku, informazzjoni dwar it-traffiku dwar it-titjiriet VFR

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

VFR

Xejn

Informazzjoni dwar it-traffiku sa fejn ikun prattiku

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Le (**)

Le (**)

Le

F

IFR

IFR minn IFR sa fejn ikun prattiku

Servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru; servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva (***)

Le (***)

Le

VFR

Xejn

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Le (**)

Le (**)

Le

G

IFR

Xejn

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva (**)

Le (**)

Le

VFR

Xejn

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Le (**)

Le (**)

Le


(*)  Meta l-livell tal-altitudni ta’ tranżizzjoni ikun inqas minn 3 050 m (10 000 pied) AMSL, minflok 10 000 pied għandu jintuża FL 100. L-Awtorità Kompetenti tista’ anki teżenta tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità

(**)  ll-bdoti għandhom iżommu għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art u għandhom jistabbilixxu komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq fl-RMZ.

(***)  Komunikazzjonijiet obbligatorji bil-vuċi mill-ajru għall-art għal titjiriet li jipparteċipaw fis-servizz ta’ konsulenza. ll-bdoti għandhom iżommu għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art u għandhom jistabbilixxu komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq fl-RMZ.

Appendiċi 5

REKWIŻITI LI JIKKONERNAW IS-SERVIZZI FIN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU

Speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-osservazzjonijiet u r-rapporti mill-inġenji tal-ajru permezz ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi

1.   KONTENUT TAR-RAPPORTI DWAR L-AJRU

1.1.   Rapporti speċjali dwar l-ajru

1.1.1.

L-elementi inklużi fir-rapporti speċjali dwar l-ajru għandhom ikunu:

 

Id-deżinjatur tat-tip ta’ messaġġ

 

Taqsima 1 (Informazzjoni dwar il-pożizzjoni)

 

L-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru

 

Il-pożizzjoni jew il-latitudni u l-lonġitudni

 

Il-ħin

 

Il-livell jew il-medda ta’ livelli

 

Taqsima 3 (Informazzjoni meteoroloġika)

Kundizzjoni li tagħti lok għall-ħruġ ta’ rapport speċjali dwar l-ajru, li għandu jingħażel mil-lista ppreżentata fis-SERA.12005(a).

2.   DIŻPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATATI MA’ RAPPURTAR TA’ RIĦ QAWWI TRASVERSALI U TAL-IRMIED VULKANIKU

2.1.   Rappurtar ta’ riħ qawwi trasversali

2.1.1.

Meta jiġu rappurtati osservazzjonijiet minn inġenji tal-ajru ta’ riħ qawwi trasversali li l-inġenju tal-ajru jkun iltaqa’ miegħu matul il-fażijiet ta’ tlugħ u ta’ avviċinament tat-titjira, għandu jiġi inkluż it-tip ta’ inġenju tal-ajru.

2.1.2.

Fejn ikunu ġew irrappurtati jew imbassra kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi trasversali fil-fażijiet ta’ tlugħ jew ta’ avviċinament tat-titjira imma l-inġenju tal-ajru ma jkunx iltaqa’ magħhom, il-bdot fil-kmand għandu jinforma b’dan lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa malli jkun prattikabbli sakemm il-bdot fil-kmand ma jkunx jaf li l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa diġà ġiet informata b’dan minn inġenju tal-ajru preċedenti.

2.2.   Rappurtar ta’ wara t-t-titjira ta’ attività vulkanika

2.2.1.

Mal-wasla ta’ titjira f’ajrudrom, ir-rapport komplut dwar l-attività vulkanika għandu jiġi kkonsenjat mingħajr dewmien, mill-operatur tal-inġenju tal-ajru jew minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira, lill-uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom, jew jekk tali uffiċċju ma jkunx faċilment aċċessibbli għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ titjiriet li jkunu għadhom kemm waslu, il-formola kompluta għandha tiġi ttrattata skont l-arranġamenti lokali magħmula mill-awtorità meteoroloġika u mill-operatur tal-inġenju tal-ajru.

2.2.2.

Ir-rapport komplut dwar l-attività vulkanika riċevut minn uffiċċju meteoroloġiku għandu jiġi trażmess mingħajr dewmien lill-uffiċċju għall-għassa meteoroloġika responsabbli mill-provvista ta’ għassa meteoroloġika għar-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir fejn tkun ġiet osservata l-attività vulkanika.

Suppliment għall-ANNESS

Lista ta’ differenzi miftiehma komunement li għandha tiġi nnotifikata lill-ICAO skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament:

Anness 2 tal-ICAO

Differenzi bejn dan ir-Regolament u l-Istandards Internazzjonali inklużi fl-Anness 2 (l-għaxar edizzjoni, sa u inkluża l-Emenda 42) għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

Differenza A2-01

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.2

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, SERA.3210(b), jispeċifika:

“(b)

Inġenju tal-ajru li jkun jaf li l-manuvrabbiltà ta’ inġenju tal-ajru ieħor hija mxekkla għandu jagħti d-dritta lil dak l-inġenju tal-ajru.”

Differenza A2-02

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.3.2. b)

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.3215(b)(2), jispeċifika (bl-inklużjoni, mal-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.2.3.2 b), tat-test sottolinjat):

“(2)

sakemm ma jkunux stazzjonarji u, b’mod ieħor, imdawla b’mod adegwat, l-inġenji tal-ajru kollha fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal maħsuba sabiex jindikaw l-estremitajiet tal-istruttura tagħhom, sa fejn dan ikun prattikabli;”

Differenza A2-03

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.5. c) u d)

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.3225 jvarja mill-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.2.5. c) u 3.2.5. d) għaliex jispeċifika li s-subparagrafi (c) u (d) ma japplikawx għall-blalen tal-arja:

“(c)

ħlief għall-blalen tal-arja, jagħmel id-dawriet kollha lejn ix-xellug, meta javviċina għal inżul u wara tlugħ, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor jew sakemm ma jingħatax struzzjonijiet oħrajn mill-ATC;

(d)

ħlief għall-blalen tal-arja, jagħmel inżul u tlugħ fir-riħ sakemm is-sikurezza, il-konfigurazzjoni tar-runway jew kunsiderazzjonijiet tat-traffiku tal-ajru ma jiddeterminawx li tkun preferibbli direzzjoni differenti.”

Differenza A2-04

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.3.1.2

Anness 2 tal-ICAO, 3.3.1.2 huwa sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 923/2012 SERA.4001(b). Id-differenzi bejn dan l-Istandard tal-ICAO u dan ir-regolament tal-Unjoni huma kif ġej:

Fir-rigward tat-titjiriet VFR li huwa ppjanat li joperaw min-naħa għall-oħra tal-fruntieri internazzjonali, ir-regolament tal-Unjoni (SERA.4001(b)(5)) ivarja mill-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.3.1.2 e) biż-żieda tat-test sottolinjat, kif ġej:

“kwalunkwe titjira li taqsam fruntieri internazzjonali, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-Istati kkonċernati.”

Fir-rigward tat-titjiriet VFR u IFR li huwa ppjanat li joperaw billejl, fir-regolament tal-Unjoni, SERA.4001(b)(6) ġie inserit rekwiżit addizzjonali kif ġej:

“(6)

kwalunkwe titjira li huwa ppjanat li topera billejl, jekk tħalli l-viċinanzi ta’ ajrudrom”

Din id-differenza hija indirizzata wkoll fid-Differenza A2-06 iktar ‘l isfel għall-VFR.

Differenza A2-05

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.2.4.

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.3210(c)(3)(i) jvarja mill-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.2.2.4. billi jispeċifika li:

“(i)

Qbiż mill-glajders. Glajder li jkun qed jaqbeż glajder ieħor jista’ jbiddel id-direzzjoni tiegħu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.”

Differenza A2-06

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 4

4.3

Dispożizzjoni ġdida. Anness 2 tal-ICAO, 4.3, huwa sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 923/2012 SERA.5005(c). Id-differenza hija li r-Regolament (UE) Nru 923/2012 iżid rekwiżiti li jipprovdu li t-titjiriet VFR billejl jistgħu jkunu permessi, kif ġej:

“(c)

Meta jkun preskritt hekk mill-awtorità kompetenti, it-titjiriet VFR billejl jistgħu jiġu permessi fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

jekk ikunu se jħallu l-viċinanzi ta’ ajrudrom, għandu jiġi ppreżentat pjan tat-titjira;

(2)

it-titjiriet għandhom jistabbilixxu u jżommu komunikazzjoni bir-radju bidirezzjonali fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni tal-ATS xieraq, meta dan ikun disponibbli;

(3)

għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-viżibilità tal-VMC u tad-distanza mis-sħab kif ġew speċifikati fit-Tabella S5-1 ħlief li:

(i)

il-limitu ma għandux ikun ta’ inqas minn 450 m (1 500 pied);

(ii)

ħlief kif speċifikat fi (c)(4), id-dispożizzjonijiet dwar il-viżibilità mnaqqsa tat-titjira speċifikati fit-Tabella S5-1 a) u b) ma għandhomx japplikaw;

(iii)

fil-klassijiet tal-ispazju tal-ajru B, C, D, E, F u G, fi u taħt 900 m (3 000 pied) ‘il fuq mill-MSL jew 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minnhom ikun ogħla, il-bdot għandu jkun qiegħed jara s-superfiċje l-ħin kollu;

(iv)

għall-ħelikopters fil-klassijiet tal-ispazju tal-ajru F u G, il-viżibilità tat-titjira ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 3 km, sakemm il-bdot ikun qiegħed jara jara s-superfiċje l-ħin kollu u jekk ikunu mmanuvrati b’veloċità li tagħti opportunità adegwata sabiex ikun osservat traffiku ieħor jew ostakoli f’ħin xieraq sabiex tkun evitata kolliżjoni; u

(v)

għal art muntanjuża, valuri minimi ogħla ta’ viżibilità tal-VMC u ta’ distanza mis-sħab jistgħu jiġu preskritti.

(4)

valuri minimi tal-limitu, tal-viżibilità u tad-distanza mis-sħab li jkunu inqas minn dawk speċifikati fi 4.3 c) iktar ‘il fuq jistgħu jiġu permessi għall-ħelikopters f’każijiet speċjali, bħal titjiriet mediċi, operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ u għal tifi ta’ nhar.

(5)

ħlief meta jkun meħtieġ għal tlugħ jew inżul, jew ħlief meta jkun speċifikatament awtorizzat mill-awtorità kompetenti, titjira VFR billejl għandha tittajjar fuq livell li ma jkunx taħt l-altitudni minima tat-titjira stabbilita mill-Istat li l-inġenju tal-ajru jkun qed itir minn fuq it-territorju tiegħu, jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda altitudni minima tat-titjira bħal din:

(i)

fuq art fil-għoli jew f’żoni muntanjużi, fuq livell li huwa mill-inqas 600 m (2 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru;

(ii)

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat f’i), fuq livell li huwa mill-inqas 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru.”

Differenza A2-07

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 4

4.6

Anness 2 tal-ICAO, 4.6, huwa sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 923/2012 SERA.5005, li jintroduċi kriterji għal twarrib mill-ostakoli f’(f), kif ġej:

“(f)

Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għal inżul, jew ħlief bil-permess tal-awtorità kompetenti, titjira VFR ma għandhiex tittajjar:

(1)

fuq iż-żoni konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni f’għoli ta’ inqas minn 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 600 m mill-inġenju tal-ajru;

(2)

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat fi (1), f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-art jew mill-ilma, jew 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 150 m (500 pied) mill-inġenju tal-ajru.”

Differenza A2-08

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.8 u Appendiċi 2

Il-kelmiet “fil-periklu” tal-Kapitolu 3, il-Parti 3.8, mhumiex inklużi fil-liġi tal-Unjoni, biex b’hekk l-ambitu tal-missjonijiet ta’ skorta ġie estiż għal kwalunkwe tip ta’ titjira li titlob tali servizz. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet inklużi fl-Appendiċi 2, il-Partijiet 1.1 sa 1.3. inklużi kif ukoll dawk misjuba fid-dokument A mehmuż, mhumiex inklużi fil-liġi tal-Unjoni.

Anness 11 tal-ICAO

Differenzi bejn dan ir-Regolament u l-Istandards Internazzjonali inklużi fl-Annessi 11 (it-tlettax-il edizzjoni, sa u inkluża l-Emenda 47-B) u 3 (is-sbatax-il edizzjoni, sa u inkluża l-Emenda 75) għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

Differenza A11-01

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 2

Paragrafu 2.25.5

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012 SERA.3401(d)(1) ivarja mill-Anness 11 tal-ICAO, standard 2.25.5 billi jiddikjara li

“Il-verifiki tal-ħin għandhom jingħataw mill-inqas sal-eqreb nofs minuta”

Differenza A11-02

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 2

Paragrafu 2.6.1

Possibbiltà ta’ eżenzjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012 paragrafu SERA.6001 jippermetti li l-inġenji tal-ajru jaqbżu l-limitu ta’ veloċità ta’ 250 knot fejn dan ikun approvat mill-Awtorità Kompetenti għat-tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità

Differenza A11-03

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.8005(b), jispeċifika:

(b)

L-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jipprovdu separazzjoni:

(1)

bejn it-titjiriet kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru A u B;

(2)

bejn it-titjiriet IFR fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru C, D u E;

(3)

bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR fil-Klassi tal-ispazju tal-ajru Ċ;

(4)

bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR speċjali;

(5)

bejn it-titjiriet VFR speċjali sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

ħlief li, meta jkun mitlub mill-bdot ta’ inġenju tal-ajru u bi qbil mill-bdot tal-inġenju tal-ajru l-ieħor u jekk preskritt b’dan il-mod mill-awtorità kompetenti għall-każijiet elenkati taħt (b) iktar ‘il fuq fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru D u E, titjira tista’ tiġi awtorizzata bla ħsara għalli żżomm is-separazzjoni tagħha fir-rigward ta’ parti speċifika tat-titjira taħt it-3 050  M (10 000 pied) matul it-tlugħ jew l-inżul, matul il-jum f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali.

Differenza A11-04

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.8015, jispeċifika (biż-żieda mal-Istandard tal-ICAO fl-Anness 11, 3.7.3.1 tat-test sottolinjat):

(e)

Il-qari lura tal-awtorizzazzjonijiet u tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza

(1)

L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jaqra lura lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru l-partijiet relatati mas-sikurezza tal-awtorizzazzjonijiet u tal-istruzzjonijiet tal-ATC li jiġu trażmessi bil-vuċi. Il-punti li ġejjin għandhom dejjem jinqraw lura:

(i)

l-awtorizzazzjonijiet tal-ATC għar-rotot;

(ii)

l-awtorizzazzjonijiet u l-istruzzjonijiet biex l-inġenju tal-ajru jidħol fi, jagħmel inżul fuq u tlugħ minn, jieqaf qabel, jaqsam, jinsaq u jimxi b’lura fuq kwalunkwe runway; u

(iii)

ir-runway li qed tintuża, l-issettjar tal-altimetru, il-kodiċijiet SSR, il-kanali ta’ komunikazzjoni li jkunu għadhom kif ġew assenjati, l-istruzzjonijiet dwar il-livelli, l-istruzzjonijiet dwar l-orjentazzjoni u dwar il-veloċità; u

(iv)

il-livelli ta’ tranżizzjoni, kemm jekk ikunu maħruġa mill-kontrollur kif ukoll jekk ikunu inklużi fix-xandiriet tal-ATIS.

Differenza A11-05

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.8015(e)(2), jispeċifika (biż-żieda mal-Istandard tal-ICAO fl-Anness 11, 3.7.3.1.1 tat-test sottolinjat):

(2)

Awtorizzazzjonijiet jew istruzzjonijiet oħrajn, inklużi l-awtorizzazzjonijiet kundizzjonali u l-istruzzjonijiet dwar is-sewqan, għandhom jinqraw lura jew jiġu kkonfermati b’mod li jindika b’mod ċar li jkunu nftehmu u li se jiġu rrispettati.

Differenza A11-06

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.5010, jispeċifika:

SERA.5010 VFR speċjali f’żoni ta’ kontroll

It-titjiriet VFR speċjali jistgħu jiġu awtorizzati joperaw fi ħdan żona ta’ kontroll, bla ħsara għal awtorizzazzjoni tal-ATC. Ħlief meta jkun permess mill-awtorità kompetenti għall-ħelikopters f’każijiet speċjali bħal titjiriet mediċi, operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ u għal tifi ta’ nar, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

mill-bdot:

(1)

mingħajr sħab fl-ajru u bis-superfiċje tkun tidher;

(2)

il-viżibilità tat-titjira ma tkunx inqas minn 1 500  m jew, għall-ħelikopters mhux inqas minn 800 m;

(3)

b’veloċità ta’ 140 kts IAS jew inqas sabiex tingħata opportunità adegwata li jiġi osservat traffiku ieħor jew kwalunkwe ostakolu f’ħin xieraq sabiex tkun evitata kolliżjoni; u

(b)

mill-ATC:

(1)

matul il-jum biss, sakemm ma jkunx permess mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

(2)

il-viżibilità fuq l-art ma tkunx inqas minn 1 500  m jew, għall-ħelikopters, mhux inqas minn 800 m;

(3)

il-limitu ma jkunx inqas minn 180 m (600 pied).

Differenza A03-07

Anness 3 tal-ICAO

Kapitolu 5

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.12005, jispeċifika:

(b)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreskrivu, kif ikun meħtieġ, kundizzjonijiet oħrajn li għandhom jiġu rrappurtati mill-inġenji tal-ajru kollha meta dawn jiltaqgħu magħhom jew josservawhom.