|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.275.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/25/UE tad-9 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi l-proċeduri ta’ informazzjoni għall-iskambju, bejn l-Istati Membri, ta’ organi umani maħsuba għat-trapjant ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
10.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 924/2012
tal-4 ta’ Ottubru 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet ta’ anti-dumping u anti-sussidji (1) (“ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tad-WTO”), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 (2) li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-Regolament definittiv”). |
B. RAPPORTI ADOTTATI MILL-KORP GĦALL-FTEHIM FUQ TILWIM TAD-WTO
|
(2) |
Fit-28 ta’ Lulju 2011, il-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim (“DSB”) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) adotta r-Rapport tal-Korp tal-Appell u r-Rapport tal-Bord kif immodifikat bir-rapport tal-Korp tal-Appell fil-każ “Il-Komunitajiet Ewropej – Miżuri Anti-Dumping Definittivi fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina” (3) (“Rapporti”). F’dawn ir-Rapporti, fost l-oħrajn instab li l-UE aġixxiet b’mod inkonsistenti ma’:
|
C. PROĊEDURA
|
(3) |
Fis-6 ta’ Marzu 2012, skont ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tad-WTO, bdiet reviżjoni bil-pubblikazzjoni ta’ Notifika (5) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta’ bidu”). Il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-partijiet fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament (KE) Nru 91/2009 (“l-investigazzjoni oriġinali”) bir-reviżjoni u bil-mod li bih kien maħsub li jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-Rapporti rigward ir-Regolament definittiv. |
D. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(4) |
Il-prodott ikkonċernat hu ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, ħlief l-azzar inossidabbli, jiġifieri viti tal-injam (ħlief il-coach screws), viti self-tapping, viti u boltijiet oħra bir-ras (bl-iskorfini jew il-woxers tagħhom jew le, iżda ħlief il-viti magħmula minn staneg, vireg, profili jew wajer, b’sezzjoni solida, bi ħxuna tal-parti dritta li ma taqbiżx is-6 mm u ħlief il-viti u l-boltijiet li jwaħħlu l-materjal għall-bini tal-linji ferrovjarji), u woxers, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (imsejħa “qfieli” jew “prodott ikkonċernat”). |
|
(5) |
Bħalissal-prodott ikkonċernat huwa kklassifikat fil-kodiċijiet NM 7318 12 90 , 7318 14 91 , 7318 14 99 , 7318 15 59 , 7318 15 69 , 7318 15 81 , 7318 15 89 , ex 7318 15 90 , ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00 . |
|
(6) |
Ir-Rapporti ma jaffettwawx il-konklużjonijiet li jinsabu fil-premessi (40) sa (57) tar-Regolament definittiv dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili. |
E. IL-KONKLUŻJONIJIET RIVEDUTI BBAŻATI FUQ IR-RAPPORTI
|
(7) |
Kif indikat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid il-konklużjonijiet definittivi tal-investigazzjoni oriġinali billi tqiesu r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB. Din ir-rivalutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li nġabret fl-investigazzjoni oriġinali u l-informazzjoni li nġabret wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika. |
|
(8) |
L-investigazzjoni oriġinali dwar id-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Dwar il-parametri rilevanti fil-kuntest tal-istima tal-ħsara, ġiet analizzata dejta li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“perjodu kkunsidrat”). |
|
(9) |
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jirranġa l-aspetti tar-Regolament definittiv li nstabu inkonsistenti mid-DSB fir-Rapporti li dan adotta u li jikkonforma r-Regolament definittiv mar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB. |
1. Trattament Individwali: applikazzjoni tal-Artikolu 9(5) fir-Regolament definittiv
|
(10) |
Din it-taqsima tistabbilixxi l-konklużjonijiet ivvalutati mill-ġdid tal-investigazzjoni oriġinali rigward dawn ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tar-Rapporti li l-UE aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikoli 6.10 u 9.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping fir-rigward tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku kif applikat fl-investigazzjoni oriġinali tal-qfieli. |
|
(11) |
Kif imsemmi fil-premessi (81) u (84) tar-Regolament definittiv, kull wieħed mill-ħames produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun u tliet produtturi esportaturi eżaminati individwalment li talbu trattament individwali (“TI”) instabu li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha biex jingħataw TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Kif jissemma fil-premessi (62) u (78) tar-Regolament definittiv, erba’ produtturi esportaturi li oriġinarjament kienu parti mill-kampjun kif ukoll kumpanija waħda li ngħatat eżami individwali tqiesu bħala kumpaniji li ma kkoperawx, billi dawn ressqu informazzjoni li mhix konsistenti mal-evidenza matul l-investigazzjoni. |
|
(12) |
Fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet rigward l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku li jinsab fir-Rapporti, il-Kummissjoni stiednet produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex jippreżentaw ruħhom u jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jirrivedu l-qagħda attwali tagħhom jekk l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea bħalissa huma soġġetti għall-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; u huma qiesu ruħhom li ġew skoraġġuti milli jikkoperaw u milli jitolbu TI fl-investigazzjoni oriġinali minħabba l-piż amministrattiv involut, jew minħabba li tqiesu li ma ssodisfawx il-kriterji kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni stiednet dawn il-produtturi jiddikjaraw jekk huma qiesux ruħhom li ġew skoraġġuti milli jikkoperaw u milli jitolbu TI fl-investigazzjoni oriġinali minħabba l-piż amministrattiv involut, jew minħabba li ma qiesux ruħhom li jissodisfaw il-kriterji kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawk il-partijiet interessati ġew mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 30 jum wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu u biex jipprovdu dawn iż-żewġ elementi ta’ informazzjoni:
|
|
(14) |
Xi produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina esprimew tħassib dwar il-proċedura ta’ implimentazzjoni tar-Rapporti tad-DSB stabbiliti fin-Notifika ta’ bidu. B’mod partikolari dawn enfasizzaw li l-iskadenzi ppubblikati huma qisuhom qosra wisq. Huma sostnew li fuq produtturi esportaturi tpoġġa piż amministrattiv żejjed, u dan ħalla effett dissważiv u waqqafhom milli jirċievu trattament individwali. |
|
(15) |
It-tħassib espress minn dawk il-produtturi esportaturi tqies bla bażi. Il-Kummissjoni qieset din l-iskadenza xierqa fid-dawl tal-piż amministrattiv u l-ammont żgħir ta’ informazzjoni mitluba. In-Notifika ta’ Bidu spjegat li reviżjoni tal-qagħda attwali ta’ produttur esportatur titqies ġaladarba tkun waslet applikazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(16) |
L-uniku għan li tintalab din l-informazzjoni kien biex il-Kummissjoni tkun tista’ tidentifika dawk il-produtturi esportaturi li kienu f’pożizzjoni li jikkoperaw u jitolbu TI matul l-investigazzjoni oriġinali iżda li qisu ruħhom li ġew skoraġġuti milli jagħmlu dan. L-iskadenza ta’ 30 jum tqieset xierqa biex titwieġeb talba għal dikjarazzjoni sempliċi u għal ċifri bażiċi ħafna u ma tistax titqies li timponi piż amministrattiv sproporzjonat. Il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u produttur esportatur Ċiniż sostnew li bit-talba għall-informazzjoni kif jissemma fil-premessa (15) hawn fuq, il-Kummissjoni imponiet kundizzjonijiet fuq produtturi esportaturi Ċiniżi, minkejja li t-TI għandu jingħata bħala regola skont l-Artikoli 6.10 u 9.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping. Dan l-approċċ imur kontra r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti tad-DSB u dawn il-partijiet stiednu lill-Kummissjoni biex tikkuntattja lill-produtturi esportaturi Ċiniżi ex officio u tindika li dawn se jingħataw TI. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li, meta ppubblikat in-Notifika ta’ Bidu li ntbagħtet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa kollha u lill-assoċjazzjoni tal-kummerċ tagħhom u lill-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni kienet ikkuntattjat lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha u stednithom jippreżentaw ruħhom fi żmien 30 jum, jekk huma esportaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u ma ppreżentawx ruħhom matul l-investigazzjoni oriġinali. Din il-kwistjoni tal-aħħar m’għandhiex titqies bħala “kundizzjoni” fis-sens ta’ “test” kif ġie ppreżentat mill-istess partijiet, iżda pjuttost bħala dikjarazzjoni ta’ fatt li turi li huma kienu fil-fatt imħassba bl-investigazzjoni oriġinali. Fl-aħħarnett, għandu jiġi nnutat li mistoqsijiet relatati mal-prodotti esportati jsiru bl-iskop li jiġi vverifikat jekk il-kampjun li ntgħażel fil-bidu jeħtieġx li jinbidel, u mhumiex relatati mal-kwistjoni tat-TI. Għalhekk din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(17) |
Mill-15-il kumpanija li ppreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu u li għamlu t-talbiet sal-iskadenza:
|
|
(18) |
Il-kumpaniji li għamlu t-talbiet ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar l-informazzjoni provduta lilhom. |
|
(19) |
Il-produttur esportatur li stqarr li huwa konformi mal-kriterji u li talab biex il-qagħda tiegħu tkun eżaminata, instab li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tan-Notifika ta’ Bidu. Dan il-produttur esportatur talab ukoll eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku filwaqt li stqarr li huwa kien jitlob dan it-trattament kieku ma ġiex skoraġġut milli jikkopera matul l-investigazzjoni oriġinali. Filwaqt li tqies li matul l-investigazzjoni oriġinali l-produtturi esportaturi kollha li għamlu din it-talba ġew eżaminati individwalment, għal raġunijiet ta’ trattament ugwali, it-talba tiegħu ġiet aċċettata. |
|
(20) |
In-Notifika li ġiet ippubblikata fis-6 ta’ Ġunju 2012 (6) tħabbar ir-reviżjoni tal-qagħda attwali għal dan il-produttur esportatur, Bulten Fasteners (China) Co., Ltd (“BFC”). Il-kwantitajiet esportati ta’ dan il-produttur esportatur matul il-PI jammontaw għal inqas minn 0,4 % tal-esportazzjonijiet totali mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-PI. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm bżonn li jinbidel il-kampjun oriġinali tal-produtturi esportaturi. Intbagħat kwestjonarju lill-produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-kumpaniji relatati tiegħu fl-UE li huma involuti fil-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat matul il-PI oriġinali. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni tad-dumping u wettqet verifiki fl-istabbilimenti ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(22) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li BFC għandu jingħata TI skont ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku fir-Rapporti tad-DSB. |
2. Ċertu aspett tad-determinazzjoni tad-dumping fl-investigazzjonijiet tal-qfieli
|
(23) |
Din it-taqsima tistabbilixxi l-konklużjonijiet ivvalutati mill-ġdid tal-investigazzjoni oriġinali rigward dawn ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tar-Rapporti li l-UE aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikoli 6.4, 6.2 u 2.4 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-determinazzjoni tad-dumping fl-investigazzjoni oriġinali tal-qfieli. |
|
(24) |
Fil-kuntest tad-djalogu miftuħ li sar ma’ xi produtturi esportaturi Ċiniżi u l-Kamra tal-Kummerċ, informazzjoni aktar dettaljata dwar il-karatteristiċi tal-prodott tal-prodotti mibjugħa mill-produttur Indjan li kkopera kienet mogħtija lill-partijiet sabiex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tad-DSB tad-WTO rigward l-Artikoli 6.4, 6.2 u 2.4 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping, kif jissemma fil-premessi (28) sa (53) ta’ hawn fuq. Din l-informazzjoni kopriet b’mod partikolari l-karatteristiċi tal-prodott li nstabu pertinenti fid-determinazzjoni tal-valur normali u li ntużaw fit-tqabbil mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-fatt li l-bejgħ domestiku Indjan inqasam f’bejgħ “standard” u f’bejgħ “speċjali” u ġiet identifikata l-klassi tas-sodezza ta’ kull tranżazzjoni. Imbagħad valur normali għal kull kilogramma ġie kkalkulat għal kull klassi tas-sodezza kif identifikat fit-tabella tal-PCN. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni kkonċentrat fuq żewġ elementi kruċjali tat-tqabbil, jiġifieri fuq il-klassi tas-sodezza u fuq il-qfieli standard kontra l-qfieli speċjali, kif indikat fil-premessi (48) sa (50) tar-Regolament definittiv. Id-distinzjoni bejn l-ispeċjali u l-istandard żdiedet bħala element ġdid tat-tqabbil matul l-investigazzjoni u l-klassi tas-sodezza ntużat bħala l-kriterju ewlieni l-ieħor tat-tqabbil kif inhu mressaq mill-parti l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi nfushom matul l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(26) |
Kif jissemma fil-premessa (56) tar-Regolament definittiv, il-qfieli standard prodotti fil-pajjiż analogu jistgħu jitqabblu mal-qfieli esportati lejn l-UE mill-produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ntgħażlu fil-kampjun billi dawn instabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bħall-prodotti esportati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
|
(27) |
Il-valur normali ġie espress abbażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, u aġġustat biex iqis l-effett tal-prezz tal-pass għall-kontroll tal-kwalità li għamel il-produttur Indjan ‘il barra miċ-Ċina. Għalhekk ir-riżultat kien żewġ listi ta’ valuri normali f’Yuan Ċiniż (CNY) għal kull kilogramma bil-klassi tas-sodezza, waħda għall-qfieli standard u oħra għall-qfieli speċjali. |
2.1. Nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni tat-30 ta’ Mejju 2012
|
(28) |
Fit-30 ta’ Mejju 2012 ġiet żvelata informazzjoni addizzjonali għall-partijiet interessati kollha dwar it-tipi ta’ prodotti użati għall-finijiet tat-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Kif jissemma fin-Notifika ta’ Bidu, lill-partijiet interessati ngħatatilhom aktar informazzjoni preċiża dwar il-karatteristiċi tal-prodotti li nstabu pertinenti fid-determinazzjoni tal-valur normali. |
|
(29) |
Il-kontenut tan-nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni kien relatat mal-valur normali ddeterminat skont il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku mill-produttur Indjan li kkopera. Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngћatawx MET kellu jiġi stabbilit skont il-prezzijiet jew il-valur maħdum f’pajjiż analogu. Żewġ produtturi Indjani qablu li jikkoperaw billi jwieġbu kwestjonarju. Id-dejta ppreżentata fir-risposti tagħhom tal-kwestjonarju ġiet ivverifikata fl-istabbilimenti ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji. Madankollu, kumpanija waħda biss tat dejta dettaljata biżżejjed biex tintuża bħala bażi ħalli jkun stabbilit il-valur normali. |
|
(30) |
Kif jissemma fil-premessa (90) tar-Regolament definittiv, “għadd ta’ importaturi u esportaturi wrew tħassib dwar kemm huwa xieraq l-użu tad-dejta minn dan il-produttur tal-aħħar minħabba li i) il-kwantità manifatturata u mibjugħa fis-suq domestiku Indjan minn dan il-produttur, allegatament, ma tkunx rappreżentattiva tal-kwantità esportata mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn il-Komunità u ii) dan il-produttur Indjan allega rabtiet kummerċjali ma’ wieħed mill-produtturi Komunitarji li jappoġġa l-ilment. F’dan ir-rigward, għandu jkun innutat li i) il-volum tal-bejgħ tal-produttur Indjan tqies rappreżentattiv biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti valuri normali affidabbli u ii) il-fatt li l-produttur tal-pajjiż analogu għandu rabtiet ma’ produttur tal-Komunità li jappoġġa l-ilment, ma jagħmilx l-għażla ta’ dak il-pajjiż analogu irraġonevoli.Kien innutat ukoll li dawk it-rabtiet saru wara l-PI. Meta jitqiesu dak li ntqal hawn fuq u n-nuqqas ta’ koperazzjoni minn produtturi ta’ pajjiżi terzi oħra, l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu tqieset raġonevoli. |
|
(31) |
Fid-dawl tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ftuħ tas-suq Indjan, u tal-fatt li l-produttur Indjan li kkopera biegħ tipi ta’ prodotti komparabbli ma’ dawk esportati mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ġie konkluż li l-Indja kienet pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adatta fit-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
In-nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni ddikjarat li d-dejta dwar il-bejgħ domestiku kopriet il-perjodu ta’ investigazzjoni iżda mingħajr in-Numru ta’ Kontroll tal-Prodott (“PCN”). Madankollu l-produttur Indjan seta’ jidentifika l-klassi tas-sodezza tal-qafla mibjugħa, u jekk dik il-qafla kinitx “standard” jew “speċjali” kif definit fir-Regolament definittiv. Il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-qfieli standard u dawk speċjali ma kinitx ġiet identifikata fil-bidu tal-investigazzjoni meta kien inħoloq il-PCN. |
|
(33) |
Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li din id-distinzjoni affettwat il-kumparabbiltà tal-prezzijiet u għalhekk intalbet din id-dejta mingħand il-produttur Indjan u ngħatat. Għaldaqstant il-bejgħ domestiku Indjan inqasam f’bejgħ “standard” u f’bejgħ “speċjali” u mbagħad ġiet identifikata l-klassi tas-sodezza ta’ kull tranżazzjoni. Valur normali għal kull kilogramma ġie kkalkulat għal kull klassi tas-sodezza kif kien oriġinarjament identifikat fit-tabella tal-PCN. |
|
(34) |
Il-bqija tal-karatteristiċi tal-PCN oriġinali ma ntużawx, mhux biss minħabba li produttur Indjan ma setgħax jagħti d-dejta f’dan il-livell ta’ dettall, iżda anke minħabba dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(35) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonċentrat fuq żewġ differenzi kruċjali bejn il-prodotti: il-klassi tas-sodezza, fuq naħa; u l-qfieli standard kontra l-qfieli speċjali, bħala indikatur tad-differenzi fil-klijenti u d-differenzi fil-kwalità, fuq in-naħa l-oħra. |
|
(36) |
Il-valur normali ġie espress abbażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, u tnaqqas minnu aġġustament biex jitneħħa l-effett tal-prezz tal-kontroll tal-kwalità li għamel il-produttur Indjan ‘il barra miċ-Ċina. Għalhekk ir-riżultat kien żewġ listi ta’ valuri normali f’Yuan Ċiniż (CNY) għal kull kilogramma bil-klassi tas-sodezza, waħda għall-qfieli standard u oħra għall-qfieli speċjali. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha li l-valur normali ma jistax ikun żvelat billi dan jikkonċerna l-prezz kunfidenzjali ta’ produttur Indjan wieħed fis-suq domestiku. Madankollu, il-partijiet interessati ġew mgħarrfa li l-valur normali “standard” għal qafla bil-klassi tas-sodezza 8.8 (“G” fit-tabella tal-PCN), li hija tat-tip standard u tiġi esportata b’mod komuni minn produtturi Ċiniżi, ġie kkalkulat fil-firxa bejn CNY 9 u CNY 12 għal kull kilogramma abbażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
2.2. Kummenti li waslu għan-nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni tat-30 ta’ Mejju 2012
|
(38) |
Importatur wieħed u erba’ produtturi esportaturi allegaw li l-ħin mogħti lill-partijiet biex jikkummentaw fuq l-informazzjoni addizzjonali (10 ijiem) kien qasir wisq. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-limitu taż-żmien imsemmi hawn fuq kien xieraq, meta wieħed iqis li l-informazzjoni mogħtija kienet biss żieda ma’ dik diġà żvelata fir-Regolament definittiv, fi tmiem l-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk iż-żmien mogħti biex tiġi eżaminata din l-informazzjoni addizzjonali u jsiru kummenti dwarha, tqies raġonevoli. |
|
(39) |
Xi partijiet allegaw li l-Kummissjoni kienet iddikjarat li ma kelliex informazzjoni ġdida dwar il-karatteristiċi fiżiċi għajr il-klassi tas-sodezza tal-prodotti użati għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi miċħuda. F’dak l-istadju tar-reviżjoni, il-Kummissjoni kienet sempliċement qed tagħmel kjarifika addizzjonali dwar kif il-valur normali kien ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi identifikaw is-“sodezza” bħala waħda mill-karatteristiċi rilevanti. Madankollu, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni ma kellha ebda informazzjoni dwar karatteristiċi fiżiċi oħrajn. |
|
(40) |
L-istess partijiet stqarru li matul is-seduti tas-smigħ il-Kummissjoni ddikjarat, dwar aġġustamenti possibbli li jridu jsiru għall-fini tat-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-valur normali, li se tingħata preferenza lil aġġustament skont analiżi tal-prezz minflok skont analiżi tal-ispiża. Fil-fatt il-Kummissjoni ċċarat li skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, għandu jsir tqabbil li jqis b’mod xieraq id-differenzi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezz u mhux id-differenzi fl-ispiża. |
|
(41) |
Sussegwentement, dawn il-partijiet tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li għandhom isiru aġġustamenti biex jitqiesu d-differenzi fl-ispiża tal-produzzjoni bħal differenzi fl-effiċjenza tal-konsum tal-materja prima; differenzi fil-konsum tal-vireg tal-wajer; fil-konsum tal-elettriku, fl-elettriku ġġenerat minnu nnifsu, fil-produttività għal kull impjegat, fil-livell raġonevoli ta’ qligħ u f’differenzi relatati mat-tagħmir. Kif intqal hawn fuq, l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirriferi għall-prezz u mhux għall-ispiża. Dawn il-partijiet ma taw ebda evidenza li d-differenzi allegati fl-ispiża ssarrfu f’differenzi fil-prezzijiet. F’investigazzjonijiet dwar ekonomiji fi tranżizzjoni bħaċ-Ċina, pajjiż analogu jintuża meta meħtieġ biex jipprevjeni milli jitqiesu l-prezzijiet u l-ispejjeż f’pajjiżi b’ekonomija li mhix tas-suq u li mhumiex r-riżultat normali tal-forzi tas-suq. Għalhekk, għall-fini biex jiġi stabbilit il-valur normali, jintuża sostitut tal-ispejjeż u l-prezzijiet tal-produtturi f’ekonomiji tas-suq li jiffunzjonaw. Għalhekk, dawn it-talbiet għal aġġustamenti li jqisu d-differenzi fl-ispiża tal-produzzjoni ġew micħudin. |
|
(42) |
Dawn il-partijiet sostnew ukoll li l-informazzjoni addizzjonali mogħtija fit-30 ta’ Mejju 2012 dwar il-karatteristiċi tal-prodotti mibjugħa mill-produttur Indjan ma kinitx sħiħa sakemm tkun allegata nieqsal-informazzjoni dwar dawn il-kwestjonijiet: differenzi relatati mat-tip tal-qafla; il-kisi u l-użu tal-kromju; id-dijametru u t-tul; it-traċċabbiltà; ISO 9000; l-unità tar-rata ta’ difetti; u aspetti oħra ta’ ebusija, tgħawwiġ, sodezza, durabbiltà tal-impatt u koeffiċjenti oħra tal-frizzjoni. Huma fittxu kjarifika dwar ir-raġunijiet għalfejn il-bqija tal-karatteristiċi tal-PCN oriġinali ma tqisux rilevanti. Dawn il-kwistjonijiet ġew spjegati rispettivament f’żewġ noti ta’ żvelar ta’ informazzjoni li ntbagħtu fil-5 ta’ Lulju u li tqiegħdu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati fil-11 ta’ Lulju 2012. |
2.3. Nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni tal-5 ta’ Lulju 2012
|
(43) |
Wara t-talba għal informazzjoni addizzjonali li għamlu l-partijiet kif jissemma fil-premessa (42) hawn fuq, intbagħtet it-tieni nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni lill-partijiet interessati kollha fil-5 ta’ Lulju 2012. F’din in-nota, ingħatat din l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
|
2.4. Kummenti li waslu għan-nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni tal-5 ta’ Lulju 2012
|
(44) |
Xi partijiet talbu informazzjoni addizzjonali dwar il-livell tal-prezz tal-valur normali. Kif jissemma fil-premessa (82) hawn taħt, il-livell tal-prezz ma jistax ikun żvelat billi dan ikun jikkostitwixxi informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna l-prezzijiet ta’ produttur analogu wieħed. Madankollu, verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valur normali bil-klassi tas-sodezza għal qfieli standard ġiet żvelata fil-5 ta’ Lulju 2012 lil dawk il-produtturi esportaturi Ċiniżi li talbu din l-informazzjoni addizzjonali u tqiegħdet ukoll fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet tabella li turi l-firxiet tal-livelli tal-prezzijiet tal-valuri normali kkalkulati bil-klassi tas-sodezza għall-qfieli standard mibjugħa fis-suq domestiku Indjan, lil klijenti indipendenti, mill-uniku produttur Indjan li kkopera. |
|
(45) |
Xi partijiet sostnew ukoll li matul seduta tas-smigħ li saret fis-26 ta’ Ġunju 2012 il-Kummissjoni għarrfithom li l-bejgħ domestiku Indjan kien ta’ żewġ tipi ta’ kisi “A” u “B” skont it-tabella tal-PCN użata fl-investigazzjoni oriġinali. Din l-allegazzjoni hija bla bażi. Il-Kummissjoni għarrfet lill-imsemmija partijiet li f’dak l-istadju tar-reviżjoni, hija kienet qed teżamina t-tipi ta’ kisi użati mill-produttur Indjan fuq qfieli standard. Matul is-smigħ sussegwenti li sar fit-3 ta’ Lulju 2012 u b’nota tal-informazzjoni li fil-11 ta’ Lulju 2012 tqiegħdet fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, il-partijiet kollha ġew mgħarrfa li l-produttur Indjan kien qed juża kisja “A” għall-produzzjoni ta’ qfieli standard. |
|
(46) |
Matul seduta li saret fil-11 ta’ Lulju 2012, l-istess partijiet talbu lill-Kummissjoni biex tispjega kif saret il-qasma tal-valur normali bejn il-qfieli speċjali u l-qfieli standard mill-produttur Indjan. Il-Kummissjoni indikat li din saret skont l-ismijiet tal-klijenti. Madankollu, kif jixhdu l-minuti li għamel l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ tal-Kummerċ, il-Kummissjoni ddikjarat qabel tmiem is-seduta li se jkollha tiċċara din il-kwistjoni, li fil-fatt għamlet f’nota oħra tal-informazzjoni fit-13 ta’ Lulju 2012 li ntbagħtet lill-partijiet li ħadu sehem fis-seduta u li tqiegħdet fil-fajl mhux kunfidenzjali għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati kollha. Għalhekk id-dikjarazzjoni li għamlu l-imsemmija partijiet u li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni ddikjarat li “l-qasma tal-valur normali bejn il-qfieli speċjali u l-qfieli standard saret fost l-oħrajn skont l-ismijiet tal-klijenti” hija inkompluta billi ngħatat aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni kif jissemma fil-premessa hawn taħt. |
|
(47) |
Dwar id-differenza bejn il-qfieli standard u l-qfieli speċjali, in-nota tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2012 spjegat li “ma jistax ikun eskluż li l-industrija awtomobilistika tuża wkoll qfieli standard għal ċerti applikazzjonijiet”. Xi partijiet sostnew li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-qfieli awtomobilistiċi jistgħu wkoll jitqiesu bħala standard. Din l-allegazzjoni hija bla bażi. Kif spjegat b’mod ċar f’dik in-nota, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni saret fin-nuqqas ta’ lista tal-klijenti mingħand il-produttur Indjan. Madankollu, kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u kif spjegat aktar fit-taqsima 2.7 hawn taħt, għal raġunijiet ta’ kwalità u ta’ kummerċ, il-produtturi awtomobilistiċi dejjem jordnaw qfieli li huma ddisinjati b’mod personalizzat ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-ISO ta’ dik l-industrija. Għaldaqstant, il-qfieli kollha maħsuba għas-settur awtomobilistiku u meqjusa bħala prodotti “speċjali” mill-produtturi tal-qfieli, inkluż fl-Indja, skont l-informazzjoni li hemm fil-websajts tal-manifatturi Indjani tal-karozzi. Billi l-produttur Indjan iddefinixxa b’mod ċar il-partijiet kollha manifatturati b’disinn personalizzat bħala “qfieli speċjali”, il-Kummissjoni tqis li l-qfieli standard maħsuba għall-industrija awtomobilistika ma kinux inklużi fil-lista tal-qfieli standard mogħtija matul l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(48) |
Il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u produttur esportatur Ċiniż għamlu dikjarazzjonijiet simili għal dawk ta’ hawn fuq dwar l-inklużjoni possibbli tal-qfieli maħsuba għas-settur awtomobilistiku fil-valur normali u, barra minn hekk, allegaw li l-qfieli tal-karozzi li ma jsirux skont disinn speċifiku ta’ klijent xorta jridu jgħaddu minn kontroll speċjali tal-kwalità jew iridu jirrispettaw il-ħtiġijiet tat-traċċabbiltà li jagħmluhom aktar għoljin u għandhom normalment jitqiesu bħala qfieli speċjali. Huma ddikjaraw li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-qfieli użati għal applikazzjonijiet ta’ livell għoli iżda li mhumiex manifatturati skont id-disinji tal-utent kellhom madankollu jitqiesu bħala qfieli speċjali, kienu bla bażi, u allura l-Kummissjoni aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 2.10 tar-Regolament bażiku billi kisret il-prinċipju ta’ tqabbil ġust. Barra minn hekk, huma qiesu li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq il-qasma li saret mill-produttur Indjan ma kinux soġġetti għal żjara ta’ verifika fuq il-post. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huma talbu lill-Kummissjoni biex tirrivedi d-distinzjoni bejn il-qfieli standard u l-qfieli speċjali u jekk dan mhux possibbli, li terġa’ lura għal sett tad-dejta tal-valur normali differenti. |
|
(49) |
Ir-raġunament tal-Kummissjoni dwar id-distinzjoni bejn il-qfieli standard u l-qfieli speċjali diġà huwa indirizzat fil-premessa (47) hawn fuq. Dwar id-dikjarazzjoni li tikkonċerna n-nuqqas ta’ verifika tal-qasma li saret mill-produttur Indjan, il-Kummissjoni vverifikat l-elenku tal-bejgħ permezz ta’ għadd ta’ testijiet “walk-through” (jiġifieri verifika fil-fond ta’ kampjun ta’ tranżazzjonijiet tal-bejgħ inklużi fl-elenku tal-bejgħ sabiex tivverifika l-preċiżjoni tiegħu) skont il-prattiċi standard ta’ verifika. Barra minn hekk, il-qasma sussegwenti tal-elenku tal-bejgħ mogħtija mill-produttur Indjan ġiet iċċekkjata mal-livell medju tal-prezz tal-qasma kif spjegat fl-imsemmija nota. Għaldaqstant, l-allegazzjoni li l-Kummissjoni qieset b’valur nominali d-dejta mogħtija mill-produttur Indjan, hija bla bażi. |
|
(50) |
Barra minn hekk, il-kriterji użati mill-produttur Indjan li jiddefinixxu l-qfieli speċjali, jiġifieri skont id-disinn tal-klijent kif jissemma fil-premessa (47) hawn fuq, jiżguraw biżżejjed l-affidabbiltà tad-dejta. Fl-investigazzjoni oriġinali l-Kummissjoni diġà għamlet aġġustament għall-valur normali sabiex jitqiesu l-passi għall-kontroll tal-kwalità applikati mill-produttur Indjan li ma nstabux fil-każ tal-produtturi Ċiniżi li ntgħażlu fil-kampjun. B’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li terġa’ lura għal sett tad-dejta tal-valur normali differenti kif jissuġġerixxu l-partijiet ikkonċernati. Fl-aħħarnett, kif jissemma fil-premessa (89) tar-Regolament definittiv, minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni, l-ebda produttur ieħor minn kull pajjiż analogu possibbli ma offra li jikkopera fil-proċediment. |
|
(51) |
Dwar l-użu tad-dejta tal-produttur Indjan tal-pajjiż analogu biex jiġi ddeterminat il-valur normali, l-Assoċjazzjoni tad-Distributuri Ewropej (EFDA) iddikjarat li teknika bħal din mhix xierqa meta wieħed iqis li l-firxa tal-prodott tagħha, il-volum tal-produzzjoni, il-profili tal-klijenti, il-metodu tad-distribuzzjoni u l-pożizzjoni fis-suq ma kinux komparabbli għall-qagħda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, hija stqarret li l-prezzijiet Ċiniżi kienu baxxi minħabba li dawn jirriflettu l-benefiċċji ta’ produzzjoni ta’ prodotti standard f’volumi kbar billi huma produtturi speċjalizzati u effiċjenti. Barra minn hekk, hija talbet aktar informazzjoni dettaljata dwar il-prezzijiet tal-produttur Indjan u l-volum tal-produzzjoni tiegħu ta’ qfieli standard. Fl-aħħarnett, l-EFDA ressqet dejta tal-Eurostat biex issaħħaħ l-allegazzjonijiet tagħha li tqabbil dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Indja għal żewġ kodiċijiet NM speċifiċi, juri li l-esportazzjonijiet Indjani ta’ dawn il-prodotti kienu anqas minn 4 % tal-esportazzjonijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li l-Indja ma kinitx fornitur kredibbli ta’ dawn il-prodotti għas-swieq tal-esportazzjoni. |
|
(52) |
Dwar l-adegwatezza tal-għażla tal-produttur Indjan tal-pajjiż analogu, issir referenza għall-aħħar parti tal-premessa (49) hawn fuq. Dwar id-dikjarazzjoni ġenerali li l-prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni jirriflettu l-benefiċċji ta’ produzzjoni f’volumi kbar, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux sostanzjati jew kwantifikati b’mod li jagħmel sens u li jista’ jgħin fl-analiżi mwettqa f’dak l-istadju tar-reviżjoni. Dwar it-talba għal informazzjoni addizzjonali rigward id-dejta tal-produttur Indjan, issir referenza għall-premessa (82) dwar il-kunfidenzjalità. Dwar id-dikjarazzjoni li l-esportazzjonijiet mill-Indja ma kinux kompatibbli ma’ dawk mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-PI u wara, għad-determinazzjoni tal-valur normali, huma l-prezzijiet domestiċi Indjani li jitqiesu rilevanti skont ir-Regolament bażiku u mhux il-prezzijiet Indjani tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet tal-EFDA huma bla bażi. |
|
(53) |
Dwar il-kwistjoni tal-kisja applikata mill-produttur Indjan, il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u produttur esportatur esprimew dubji u talbu lill-Kummissjoni tispjega kif l-informazzjoni kunfidenzjali tat prova konklussiva li l-produttur Indjan biegħ biss qfieli elttroplejtjati fis-suq domestiku tiegħu. Matul il-verifika, il-produttur Indjan ta evidenza li biha l-Kummissjoni setgħet tikkonkludi li l-qfieli standard mibjugħa domestikament kienu elettroplejtjati, u jikkorrispondu għal kisi tat-tip “A” tal-PCN oriġinali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tqis li l-evidenza fil-fajl hija biżżejjed biex tikkonkludi li l-qfieli standard mibjugħa fis-suq domestiku kienu elettroplejtjati. F’dan ir-rigward, sar aġġustament għad-differenza fil-kromju, kif jissemma fil-premessa (81) hawn taħt. |
2.5. Aktar informazzjoni mitluba wara n-nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni tal-5 ta’ Lulju 2012
|
(54) |
Xi produtturi esportaturi talbu aktar kjarifiki u informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu talba possibbli għal aġġustamenti fil-marġni tad-dumping tagħhom kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, u bbażaw fuq dawn il-kunsiderazzjonijiet:
|
|
(55) |
Dwar il-punt a) ta’ hawn fuq, kif jissemma fin-nota tal-informazzjoni mogħtija fit-30 ta’ Mejju 2012, il-klassi tas-sodezza tal-qfieli mibjugħa mill-produttur Indjan li kkopera kienet l-indikatur tas-sodezza li jinsab fil-PCN użat fil-kwestjonarju mibgħut lill-partijiet kollha. Il-klassi tas-sodezza ġiet identifikata billi ntuża l-istess element rilevanti tal-PCN mill-produttur Indjan fl-elenku tal-bejgħ ivverifikat matul iż-żjara ta’ verifika fuq il-post. |
|
(56) |
Id-differenza bejn il-qfieli speċjali u l-qfieli standard ġiet spjegata fil-premessa (54) tar-Regolament definittiv. Il-qfieli “speċjali” huma dawk immanifatturati skont disinn tal-klijent. Il-qfieli “standard” huma dawk immanifatturati għall-ħażna u mhux skont speċifikazzjonijiet ta’ klijent partikolari. Il-ħtieġa li ssir differenza bejn il-qfieli standard u dawk speċjali prodotti mill-produttur Indjan li kkopera ġiet rikonoxxuta kollha kemm hi u kif jissemma fil-premessi (51) u (54) tar-Regolament definittiv, it-tqabbil bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur nomali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ntgħażlu fil-kampjun sar bejn qfieli tat-tip “standard”. |
|
(57) |
Dwar il-kwistjonijiet li qamu taħt il-punt b), għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, mhux possibbli li jiġu żvelati t-tipi eżatti tal-mudell ta’ viti u boltijiet mibjugħa mill-produttur Indjan. Madankollu, kif indikat hawn fuq, it-tqabbil sar abbażi tal-piż fl-istess kategorija standard jew speċjali u fl-istess klassi tas-sodezza stabbilita fil-PCN. |
|
(58) |
Mill-ġdid, dwar kwistjonijiet li qamu taħt il-punt b), bosta partijiet interessati talbu aktar tagħrif dwar l-kisja. Id-dejta tal-investigazzjoni oriġinali kompliet tiġi analizzata u din uriet li l-prodott mibjugħ bħala “standard” fis-suq domestiku Indjan kellu kisja bażika, jiġifieri elettroplejtjar. Din l-informazzjoni ngħatat waqt seduti tas-smigħ mitluba mill-partijiet interessati u ġiet żvelata mill-ġdid lill-partijiet interessati li talbuha u tqiegħdet ukoll fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(59) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun talbu aktar informazzjoni dwar aġġustamenti għall-użu tal-kromju fil-kisja. Id-dejta dwar il-bejgħ mogħtija mill-produttur Indjan li kkopera kompliet tiġi analizzata u wasslet għal aġġustament fil-valur normali għal differenza fil-kromju kif spjegat fil-premessa (81) hawn taħt. L-istess żewġ produtturi esportaturi talbu li jiġi kjarifikat aktar kif ġiet iddeterminata l-profitabbiltà għall-bejgħ domestiku tal-produttur Indjan li kkopera; jekk l-ispejjeż tal-produzzjoni ġewx irrappurtati abbażi tal-PCN bażi jew jekk intużawx l-ispejjeż medji; u jekk il-valur normali kienx jinkludi bejgħ għal xi kumpaniji relatati. |
|
(60) |
L-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-valur normali ssemmiet fil-premessa (94) tar-Regolament definittiv. Din speċifikat ukoll li ntuża biss il-bejgħ domestiku lil kumpaniji mhux relatati. |
|
(61) |
Dawn iż-żewġ produtturi esportaturi sostnew aktar tard li huma kellhom dubji serji dwar jekk il-profitabbiltà u t-testijiet tar-rappreżentanza sarux b’mod korrett. B’mod aktar speċifiku dwar it-test tar-rappreżentanza, dawn il-produtturi esportaturi ddubitaw li l-kwantitajiet tal-bejgħ domestiku tal-produttur Indjan kienu aktar minn 5 % tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom għal kull grupp rivedut ta’ prodotti. Dwar it-test tar-rappreżentanza nstab li f’każijiet fejn it-test ta’ 5 % ma ntlaħaqx għal tip partikolari ta’ prodott, il-bejgħ domestiku xorta nstab li huwa għoli biżżejjed biex isir tqabbil xieraq. Dwar it-test tal-profitabbiltà, ġie kkonfermat li din sar abbażi tat-tip ta’ prodott. |
|
(62) |
Dwar il-kwistjonijiet li qamu taħt il-punt c) hawn fuq, jiġifieri għalfejn il-PCN sħiħ ma ntużax biex jitqabbel il-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni, matul l-investigazzjoni deher ċar li l-PCN sħiħ ma jkunx indikatur affidabbli. L-ewwel nett, dan minħabba li la l-awtoritajiet Ċiniżi u lanqas l-awtoritajiet Indjani ma jiddistingwu bejn l-10 kodiċijiet NM użati biex jiġi ddefinit il-prodott ikkonċernat, kif qed jagħmlu l-awtoritajiet tal-UE. It-tieni, kif spjegat fil-premessa (48) tar-Regolament definittiv, għadd ta’ partijiet iddikjaraw li l-qfieli mmanifatturati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu prodotti standard (prinċipalment ivarjaw bejn il-klassi tar-reżistenza 4.8 u 8.8), li ma kellhomx karatteristiċi speċjali fejn jidħlu l-materja prima, ir-reżistenza, il-kisja, jew aspetti relatati maċ-ċertifikazzjoni/sikurezza; li kienu maħsuba għal applikazzjonijiet ta’ livell inqas għoli (użu mhux professjonali u distribuzzjoni ġenerali) għall-kuntrarju ta’ applikazzjonijiet ta’ livell għoli; u ma laħqux rekwiżiti stretti ta’ utenti finali speċifiċi bħall-industrija awtomobilistika, l-industrija tal-kimika, u l-industrija ajruspazjali. |
|
(63) |
Dwar il-kwistjonijiet li qamu taħt il-punt d) hawn fuq, l-elementi tat-“traċċabbiltà”, l-istandard ISO 9000, l-unità tar-rata ta’ difetti, u kriterji oħra bħall-“ebusija, it-tgħawwiġ, is-sodezza, id-durabbiltà tal-impatt u l-koeffiċjent tal-frizzjoni” li tqajmu minn żewġ produtturi esportaturi oħra ma setgħux jiġu aċċettati billi l-kumpaniji kkonċernati ma wrewx kif dawn l-elementi jaffettwaw il-komparabilità tal-prezz bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(64) |
Fin-nuqqas ta’ xi informazzjoni speċifika dwar in-nuqqas ta’ komparabbiltà kif ġie ddikjarat apparti r-rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-partijiet interessati fl-investigazzjoni oriġinali, u minħabba l-ammont limitat ta’ informazzjoni ulterjuri disponibbli dwar karatteristiċi tekniċi oħra bħall-kisja, fl-investigazzjoni oriġinali ġie konkluż li l-fatturi ewlenin u d-differenzi enfasizzati mill-partijiet interessati nnifishom, partikolarment il-qfieli standard vs il-qfieli speċjali u l-klassi tas-sodezza ħolqu biżżejjed bażi fuq xiex seta’ jsir it-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
2.6. Żvelata aktar informazzjoni dwar il-valur normali fil-11 ta’ Lulju 2012
|
(65) |
Fil-11 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni kompliet tiżvela l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-valur normali kif deskritt hawn fuq u l-kalkolu mill-ġdid propost tagħha tal-marġni tad-dumping abbażi ta’ kif spjegat hawn fuq, u talbet għal kummenti. |
|
(66) |
Kif jissemma fil-premessa (32) hawn fuq, fis-sottomossjoni oriġinali tiegħu, il-produttur Indjan ta elenku tal-bejgħ domestiku (“DMSAL”), mingħajr il-PCNs. L-uniku identifikatur ta’ kull bejgħ kien Kodiċi tal-Oġġett, li kien kodiċi intern għal kull prodott, u kelmiet li jiddeskrivu l-prodott, pereżempju: M8X1,25X16 VIT TAL-FLANĠ |
|
(67) |
Kif spjegat fil-premessi (48) sa (57) tar-Regolament definittiv, il-kumpanija Indjani qasmet il-bejgħ domestiku tagħha bejn il-qfieli standard u l-qfieli speċjali billi użat id-distinzjoni msemmija fi premessa (77). minħabba f’hekk, id-DMSAL tressaq bħala żewġ fajls: “DSMAL standard” u “DMSAL speċjali”. Dak il-bejgħ li ma setax jiġi identifikat bħala “standard” jew “speċjali” ġie eskluż minn aktar kalkoli tal-valur normali. |
|
(68) |
Matul l-investigazzjoni deher ċar ukoll li l-klassi tas-sodezza tal-qfieli tkun meħtieġa biex ikun stabbilit il-valur normali. Il-kumpanija Indjana identifikat il-klassi tas-sodezza għal kull linja tal-fajls tad-“DSMAL standard” u tad-“DSMAL speċjali” u dawn tressqu b’kolonna msemmija “Grad” bil-klassi tas-sodezza indikata, pereżempju:
|
|
(69) |
Il-valur normali oriġinali kien ikkalkulat abbażi ta’ dan, billi ntużat il-qasma bejn il-qfieli standard u l-qfieli speċjali, u l-klassi tas-sodezza, kif stabbilit fl-ewwel l-iżvelar tar-reviżjoni tal-implimentazzjoni fit-30 ta’ Mejju 2012. |
|
(70) |
Kif jissemma fil-premessa (54), xi produtturi esportaturi talbu aktar kjarifiki filwaqt li rriferew għan-nuqqas ta’ tqabbil abbażi tal-kisi, id-dijametru u t-tul tal-qafla, u sostnew li dan jista’ jkollu effett fuq il-livell tal-valur normali li ġie kkalkulat fil-bidu. |
|
(71) |
Fin-nuqqas tal-PCN, il-kelmiet li ddeskrivew kull tranżazzjoni (wara li ngħaqdu flimkien it-tranżazzjonijiet mal-istess kelmiet li jiddeskrivu) ġew analizzati biex jinstab id-dijametru u t-tul tal-qafla mibjugħa. Jekk jittieħed l-eżempju ta’ hawn fuq, M8 = dijametru, u 16 = it-tul. Għalhekk f’dan il-każ, dawn jiddeskrivu vit b’dijametru ta’ 8 mm u b’tul ta’ 16 mm. Il-1,25 jirriferi għat-thread pitch, iżda dan ma ntużax għall-klassifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(72) |
Il-PCN użat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jirrapporta din id-dejta b’mod ftit differenti. Il-vit ta’ hawn fuq għandu jiġi rrappurtat bħala “080016” għad-dijametru u t-tul. |
|
(73) |
Sabiex ikun żgurat tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni varjat id-dijametru u t-tul fi tliet faxex indaqs, kif stabbilit fit-tieni ittra tal-iżvelar tal-5 ta’ Lulju 2012:
|
|
(74) |
Numru żgħir ta’ bejgħ tal-produttur Indjan ma qagħadx f’dawn il-firxiet u ma ntużax biex jiġi kkalkulat il-valur normali. Għalhekk il-vit deskritt hawn fuq jiġi rrapportat bil-PCN rivedut “GSS” = il-klassi tas-sodezza 8.8; dijametru żgħir; tul żgħir. |
|
(75) |
Mill-eżempju ta’ hawn fuq joħroġ ċar li l-kelmiet li jiddeskrivu l-prodott ma’ jinkludu l-ebda informazzjoni dwar il-kisja użata minn produttur domestiku Indjan. Għalhekk il-fajl tal-investigazzjoni ġie ċċekkjat għal xi evidenza tat-tip ta’ kisja, jekk hemm, li ntużat mill-produttur Indjan għall-bejgħ tiegħu tal-qfieli standard fis-suq domestiku tiegħu. Evidenza kunfidenzjali fil-fajl, ivverifikat fl-istabbiliment tal-produttur Indjan, uriet li ntuża l-elettroplejtjar (PCN tat-tip A) fuq qfieli standard fis-suq domestiku u dan ġie żvelat lill-partijiet kollha fil-5 ta’ Lulju 2012. |
2.7. Kummenti dwar in-nota ta’ żvelar ta’ informazzjoni tal-11 ta’ Lulju 2012
|
(76) |
Bosta produtturi esportaturi wieġbu għall-iżvelar imsemmi hawn fuq. Kif mitlub minn dawk il-produtturi esportaturi, saret seduta tas-smigħ ippreseduta mill-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ tal-Kummerċ sabiex jibqa’ għaddej d-djalogu mal-Kummissjoni u jiġu diskussi l-punti li qajmu. B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi qajmu dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
(77) |
Dwar il-punt (a) hawn fuq, il-produttur Indjan qasam il-bejgħ domestiku tiegħu fi standard u speċjali billi qies il-qfieli mmanifatturati skont disinn ta’ klijent bħala qfieli speċjali, filwaqt li bejgħ ieħor huwa ta’ qfieli standard, jiġifieri li ma sarx skont xi disinn speċifiku jew xi disinn ta’ klijent. |
|
(78) |
Dwar il-punt (b) hawn fuq u kif jissemma f’nota għall-fajl, datata t-13 ta’ Lulju 2012 u mibgħuta lill-partijiet interessati msemmija wara s-seduta li saret fil-11 ta’ Lulju, il-Kummissjoni kkonfermat li fin-nuqqas tal-ismijiet tal-klijenti kif jissemma hawn fuq, il-Kummissjoni tirriferi għall-premessa (47) hawn fuq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-assoċjazzjoni Ewropea tal-produtturi tal-qfieli, “fl-Ewropa, meta Klijent – b’mod partikolari fis-Settur Awtomobilistiku – jordna qafla mmanifatturata skont disinn, iżda li hi kollha kemm hi skont l-istandards internazzjonali (ISO, EN, DIN, AFNOR, UNI), dan il-qafla hija f’kull każ meqjusa mill-Produtturi tal-Qfieli bħala prodott “speċjali” u għalhekk tkun identifikata – fil-klassifikazzjoni interna tal-Kumpanija – bħala “speċjali”… dan huwa l-‘modus operandi’ tal-Produtturi kollha tal-Qfieli mad-dinja kollha kif ukoll fl-Indja”. Għaldaqstant il-Kummissjoni hija kunfidenti li l-qfieli standard maħsuba għall-industrija awtomobilistika ma kinux inklużi fil-lista tal-qfieli standard mogħtija fost il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(79) |
Dwar il-punt (c) hawn fuq, waqt seduta tas-smigħ, il-produtturi esportaturi qajmu l-kwistjoni ta’ aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, sabiex jitqiesu d-dazji fuq l-importazzjoni tal-vireg tal-wajer fl-Indja li huma inklużi fil-valur normali, iżda mhux fuq il-prezz tal-esportazzjoni miċ-Ċina. Il-kumpaniji Ċiniżi li ntgħażlu fil-kampjun matul l-investigazzjoni oriġinali xtraw vireg tal-wajer immanifatturati fiċ-Ċina. |
|
(80) |
Il-materja prima impurtata mill-produttur Indjan kienet soġġetta għad-dazju doganali bażiku (5 % tal-valur valutabbli) u għat-Taxxa Parafiskali tal-Edukazzjoni fuq id-Dazju Doganali (3 % tad-dazju doganali bażiku magħdud mal-ammont ta’ CVD). Madankollu, skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, aġġustament bħal dan għat-taxxi indiretti jista’ jiġi ddikjarat jekk it-tariffi fuq l-importazzjoni mħallsa fuq il-prodott simili u fuq materjali fiżikament inkorporati fih, meta maħsuba għal konsum fis-suq domestiku, ma jinġabrux jew jiġu rimborżati meta l-prodott simili huwa esportat lejn l-Unjoni Ewropea. Fin-nuqqas ta’ dikjarazzjoni u evidenza li l-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi msemmija hawn fuq lejn l-UE, ma jinġabrulhomx tariffi fuq l-importazzjoni tal-materja prima (vireg tal-wajer) jew igawdu minn rifużjoni ta’ dawn it-tariffi, id-dikjarazzjoni għandha tiġi miċħuda. Barra minn hekk, aġġustament bħal dan normalment ma jkunx disponibbli meta l-produttur esportatur ikkonċernat, kif inhu l-każ f’din ir-reviżjoni, iġib il-materja prima tiegħu kollha mingħand fornituri domestiċi u għalhekk ma jġarrab l-ebda tariffa fuq l-importazzjoni. |
|
(81) |
Dwar il-punt (d) hawn fuq, evidenza dwar fajl tal-investigazzjoni oriġinali wriet li l-kisja standard fuq il-qfieli standard mibjugħa fis-suq domestiku Indjan kien fiha l-Kromju Cr3, u għalhekk din qablet mad-definizzjoni tal-PCN li l-ebda Kromju VI ma żdied mal-kisja. Għalhekk il-marġnijiet tad-dumping ġew ikkalkulati mill-ġdid u l-aktar kisja tal-kromju għalja tqiegħdet fuq in-naħa tal-esportazzjoni, mingħajr aġġustament tal-prezz tal-esportazzjoni. Żewġ produtturi esportaturi sostnew li l-informazzjoni fuq il-kisja kkonċernat il-qagħda attwali u mhux il-qagħda matul il-PI. Dan mhux korrett. Matul il-verifika fl-andament tal-investigazzjoni oriġinali nkisbet evidenza vverifikata li turi li l-qfieli standard kollha mibjugħa fis-suq domestiku fl-Indja kienu elettroplejtjati matul il-PI oriġinali. |
|
(82) |
Dwar il-punt (e) hawn fuq, ġie kkonfermat li l-marġnijiet tad-dumping ġew ikkalkulati b’tali mod li meta ma kienx hemm bejgħ domestiku korrispondenti, it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni ġiet eskluża mill-kalkolu tad-dumping. Xi partijiet sostnew li ma kien hemm l-ebda bażi biex ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni jiġu esklużi fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Madankollu, għal kull produttur esportatur Ċiniż li ntgħażel fil-kampjun instab tqabbil sinifikanti bejn il-bejgħ domestiku u l-bejgħ tal-esportazzjoni sabiex wieħed ikun jista’ jasal għal rappreżentazzjoni ġusta tal-bejgħ li sar mill-partijiet differenti. |
|
(83) |
Dwar il-punt (f) hawn fuq, il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u esportatur Ċiniż iddikjaraw li l-produttur Indjan ma tax raġuni tajba għala ma ħalliex lill-Kummissjoni tiżvela informazzjoni speċifika dwar il-kodiċijiet tal-prodotti tal-bejgħ domestiku tiegħu. Il-Kummissjoni tat informazzjoni kemm setgħet, filwaqt li rrispettat ir-regoli tal-kunfidenzjalità, permezz ta’ għadd ta’ noti għall-fajl, in-nota tal-informazzjoni kienet disponibbli għall-partijiet interessati kollha u ngħataw seduti tas-smigħ lill-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u lill-esportaturi Ċiniżi kollha li talbuhom. Dwar it-talba għal żvelar tal-kodiċijiet tal-prodotti tal-produttur Indjan, l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni se jippermetti lill-partijiet l-oħra biex jikkalkulaw il-prezzijiet domestiċi tal-produttur Indjan bi preċiżjoni raġonevoli, u dan għandu jiġi evitat biex tiġi protetta l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Jekk l-informazzjoni kunfidenzjali ma tkunx protetta, il-Kummissjoni tista’ tintalab għad-danni u jiġu skoraġġuti l-kumpaniji f’pajjiżi analogi li l-koperazzjoni tagħhom fl-investigazzjonijiet hija volontarja. Għalhekk din it-talba ġiet miċħuda. |
2.8. Aġġustamenti li saru fil-metodoloġija użata fir-Regolament definittiv biex jiġi kkalkulat il-valur normali
|
(84) |
Fid-dawl tar-rappreżentazzjonijiet li għamlu l-produtturi esportaturi Ċiniżi f’din ir-reviżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tat-tipi tal-prodotti fil-kalkolu tal-valur normali mill-Indja, bl-argument li apparti d-distinzjoni bejn il-qfieli standard kontra l-qfieli speċjali u l-klassi tas-sodezza, l-elementi tad-dijametru, it-tul u l-kisja kienu importanti u s-seduti tas-smigħ u d-djalogu li saru fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta, id-dejta tal-produttur Indjan kienet eżaminata mill-ġdid. |
|
(85) |
Wara dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni setgħet tidentifika d-dijametru u t-tul tal-qfieli mibjugħa fis-suq domestiku Indjan. Sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ġust bejn dawn il-qfieli u dawk esportati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kemm id-dijametru kif ukoll it-tul tqiegħdu f’firxiet u għall kull firxa ġie kkalkulat valur normali. Dan kien spjegat fid-dettall f’żewġ noti tal-informazzjoni datati l-5 u l-11 ta’ Lulju 2012 li kienu disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Bl-użu tal-firxiet ħalli ssir distinzjoni bejn id-dimensjonijiet ewlenin tal-prodott mibjugħ mill-produttur Indjan, din il-metodoloġija ppermettiet tqabbil ġust mal-esportazzjonijiet tal-kumpaniji Ċiniżi kif intalab mill-partijiet interessati. Sussegwentement, żewġ produtturi esportaturi sostnew li huma ma kellhomx informazzjoni sħiħa, u ddikjaraw li il-klassifika kienet oskura u mhux xierqa u, allura, ma kellhomx biżżejjed informazzjoni biex jitolbu aġġustament għad-differenzi fiżiċi. Madankollu, lil hinn minn dawn id-dikjarazzjonijiet ġenerali, dawn iż-żewġ produtturi esportaturi ma taw l-ebda suġġeriment alternattiv validu u lanqas evidenza sostantiva. Għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(86) |
L-EFDA ddikjarat li l-użu tad-dijametru u t-tul ma jirriflettix ir-realtà u ssuġġerixxiet alternattiva li rabtet iż-żewġ kriterji sabiex fil-fehma tagħhom jiġi evitat li jitħallew barra xi prodotti, mingħajr iżda ma ssostanzjat dan l-approċċ alternattiv. Il-klassifika proposta mill-Kummissjoni ma eskludiet l-ebda tip ta’ prodotti (ġew koperti l-kumbinazzjonijiet kollha possibbli tad-dijametru u t-tul) u għalhekk din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tibqa’ tiġi eżaminata. |
|
(87) |
Il-qfieli standard kollha mibjugħa nstabu li kienu elettroplejtjati u għalhekk il-valur normali ġie kkalkulat abbażi tal-kisja li tikkorrespondi għall-kodiċi “A” tal-PCN. Meta produttur esportatur Ċiniż li ntgħażel fil-kampjun ma esportax il-qfieli b’kisja tat-tip A, intuża l-eqreb tip ta’ kisja mingħajr l-ebda aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(88) |
Id-dejta tal-klassi tas-sodezza, u l-qasma bejn il-qfieli standard u l-qfieli speċjali, baqgħu ma nbidlux. |
|
(89) |
Żewġ produtturi esportaturi talbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ għad-DĠ tal-Kummerċ biex jeżamina d-dejta kunfidenzjali produttur analogu Indjan u biex jagħti assigurazzjonijiet dwar in-natura kunfidenzjali tal-bejgħ domestiku tiegħu, kif ukoll dwar il-kwistjoni tal-kisja tal-qfieli standard, il-preżenza tal-kromju fuq il-kisja u dwar l-estrazzjoni tal-informazzjoni dwar it-tul u d-dijametru għall-qfieli standard. L-Uffiċjal tas-Seduta, wara li eżamina d-dejta kunfidenzjali tal-produttur analogu Indjan, iċċara l-mistoqsijiet li għamlulu ż-żewġ produtturi esportaturi. Ir-rapport tal-Uffiċjal tas-Seduta tqiegħed fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(90) |
Minkejja l-informazzjoni addizzjonali, il-kjarifiki, is-seduti tas-smigħ u d-djalogi li saru, hawn fuq imsemmija, xi partijiet baqgħu jiddikjaraw li kien għad jonqoshom l-informazzjoni biex ikunu jistgħu jagħmlu talbiet għal aġġustamenti ħalli jkun żgurat tqabbil ġust. Il-Kummissjoni tat informazzjoni estensiva lill-partijiet dwar il-gruppi tal-prodotti użati biex jiġi stabbilit il-valur normali, kif meħtieġa mill-Korp tal-Appell (7). Barra minn hekk, matul perjodu estiż ta’ żmien, mit-30 ta’ Mejju 2012 sad-19 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni tat informazzjoni u wieġbet kull mistoqsija li għamlu l-partijiet kollha. Barra minn hekk, lill-partijiet kollha ngħatalhom perjodu addizzjonali ta’ 20 jum biex jikkummentaw dwar l-iżvelar finali. |
|
(91) |
L-istess partijiet sostnew li, għall-kuntrarju tar-Rapport tal-Korp tal-Appell, il-Kummissjoni rrifjutat li tiżvela informazzjoni dwar prodotti speċifiċi tal-produttur Indjan użati biex jiġi stabbilit il-valur normali mingħajr ma wriet kawża ġusta. L-Artikolu 6.5 tal-ADA jistipula li l-informazzjoni li hija kunfidenzjali jew li tingħata b’mod kunfidenzjali għandha tiġi trattata b’dan il-mod mill-awtoritajiet tal-investigazzjoni. F’dan il-każ, il-produttur Indjan ta informazzjoni dwar it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fis-suq domestiku b’mod kunfidenzjali u l-kumpanija ġeddet it-talba tagħha għal trattament kunfidenzjali indirizzata lill-Kummissjoni, filwaqt li ddikjarat li hija se tibqa’ tqis dik l-informazzjoni bħala strettament kunfidenzjali kif jissemma fil-premessa (82). Dawn il-partijiet iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tagħti sommarju mhux kunfidenzjali sinifikanti tal-informazzjoni li ta l-produttur Indjan kif jeħtieġu r-Rapporti. Madankollu, fil-proċess kontinwu ta’ djalogu u kif jissemma fil-premessi hawn fuq, il-Kummissjoni żvelat l-informazzjoni rilevanti kollha fil-limiti tal-kunfidenzjalità lill-partijiet interessati relatati mal-produttur Indjan sabiex ikunu jistgħu jiddefendu l-interessi tagħhom. |
2.9. Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-valur normali, il-prezzijiet tal-esportazzjoni, it-tqabbil
|
(92) |
Il-valur normali ġie kkalkulat u mqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq. Saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni sabiex titneħħa d-differenza fil-prezz fejn żdied il-Kromju VI mal-kisja fuq il-qfieli kkonċernati. Sar tqabbil bejn dawn it-tnejn abbażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, bħal fl-investigazzjoni oriġinali. |
2.10. Dikjarazzjonijiet għal aġġustamenti bbażati fuq il-karatteristiċi tal-prodotti
|
(93) |
Produttur esportatur wieħed iddikjara aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku għad-differenzi fiżiċi fid-diversi tipi (viti essagonali, viti tal-injam, boltijiet, eċċ.) tal-prodott ikkonċernat. Billi għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-produttur esportatur ikkonċernat ma għandux aċċess tad-dejta kollha dwar il-valur normali, il-kumpanija qagħdet fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha stess biex turi safejn ivarjaw il-prezzijiet għal kull tip ta’ qafla. |
|
(94) |
Fl-investigazzjoni oriġinali t-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar permezz ta’ distinzjoni bejn tipi ta’ qfieli standard u qfieli speċjali, kif inhu ddikjarat fil-premessa (102) tar-Regolament definittiv, u anke billi tiġi identifikata l-klassi tas-sodezza. F’dan il-każ ma ntużawx in-numri ta’ kontroll tal-prodott (PCNs) kollha minħabba li l-produttur fil-pajjiż analogu ma tax informazzjoni f’kategoriji skont il-PCNs kif mitlub. Wieħed mill-elementi tal-PCN oriġinali kellu l-għan li jidentifika t-tipi differenti ta’ qfieli skont taħt liema kodiċi NM jaqgħu. Minħabba li l-produttur Indjan ma tax din l-informazzjoni, dan l-element ma setax jintuża biex isir it-tqabbil fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(95) |
L-informazzjoni li ta l-produttur esportatur indikat li jista’ jkun hemm raġunijiet biex isir aġġustament għad-differenzi fid-diversi tipi ta’ qfieli. Madankollu, il-metodoloġija ssuġġerita ma tqisitx xierqa minħabba li l-kumpanija ma tatx informazzjoni preċiża dwar it-tipi tal-prodotti skont il-kodiċi NM, kif spjegat fil-premessa (34), kif kien intalab fil-bidu. Bħala alternattiva, sar eżami tad-differenzi fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk kinux jeżistu differenzi fil-prezz bejn it-tipi differenti ta’ qfieli. L-informazzjoni li tat l-industrija tal-Unjoni ngħatat b’mod sħiħ bil-PCN kif intalab fil-bidu. Dan l-eżami kkonferma li l-prezzijiet fis-suq tal-UE varjaw skont it-tip ta’ qafla. Abbażi ta’ dan, tqies xieraq li jsir aġġustament fil-valuri normali biex jirrifletti dawn id-differenzi. Bħala bażi għall-aġġustament, il-prezz medju tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni ngħata l-valur “1” u t-tipi individwali kollha ngħataw il-valur individwali tagħhom stess skont ir-relazzjoni tal-prezz tagħhom mal-prezz medju. Imbagħad dawn il-valuri ġew applikati għall-valur normali użat fit-tqabbil ma’ kull tip esportat mill-produttur esportatur. |
|
(96) |
Ladarba dawn l-aġġustamenti saru skont il-valur tas-suq tad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi fis-suq tal-UE, tqies xieraq li jsiru aġġustamenti simili fil-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping tal-produtturi esportaturi kollha. |
|
(97) |
Wara l-pubblikazzjoni tad-dokument tal-Iżvelar Ġenerali, is-CCME u esportatur Ċiniż sostnew li l-Kummissjoni kienet għadha qed tikser l-Artikoli 2.4, 6.2 u 6.4 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping billi ma tagħtix informazzjoni f’waqtha dwar il-bażi fuq xiex tqabblu l-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, u stiednu lill-Kummissjoni biex tiżvela informazzjoni komprensiva dwar it-tipi ta’ prodotti tal-valur normali użati biex tilħaq l-obbligu tagħha li tagħti l-opportunitajiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jiżguraw id-difiża tal-interess tagħhom, jippreżentaw il-każ tagħhom b’mod tassew infurmat u jiżguraw tqabbil ġust bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-valur normali. Għalhekk l-imsemmija partijiet talbu lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid dawn li ġejjin:
|
|
(98) |
Dwar il-punt a), fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli bin-noti tal-informazzjoni datati t-30 ta’ Mejju 2012, il-11 ta’ Lulju 2012, it-13 ta’ Lulju 2012, id-dokument tal-Iżvelar Ġenerali mibgħut fil-31 ta’ Lulju 2012 u b’mod partikolari fil-premessi (77) sa (96) u fis-seduti tas-smigħ li saru matul il-proċess konsultattiv, huwa meqjus li lill-partijiet interessati ngħatatilhom l-informazzjoni kollha li tista’ tiġi żvelata fil-limiti tar-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità. |
|
(99) |
Dwar il-punt b) rigward il-ħtieġa li jkun żgurat li l-qfieli standard immanifatturati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jkunux imqabbla mal-qfieli mmanifatturati mill-produttur analogu għal użu f’applikazzjonijiet ta’ livell għoli, dan l-aspett ġie indirizzat fil-premessa (78) hawn fuq. Fin-nuqqas ta’ xi evidenza ġdida, u affaċċjata b’sempliċi allegazzjonijiet mill-imsemmija partijiet dwar il-preżenza possibbli ta’ qfieli maħsuba għal applikazzjonijiet oħra ta’ livell għoli minbarra l-industrija awtomobilistika, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni disponibbli fil-fajl hija affidabbli biżżejjed biex ikun żgurat li qfieli standard biss intużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali użat fit-tqabbil mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-imsemmi esportatur Ċiniż. |
|
(100) |
Dwar il-punt c) u l-allegazzjonijiet li abbażi tagħhom il-Kummissjoni naqset milli tagħti informazzjoni dwar kif il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jissostanzjaw talbiet għal aġġustamenti dwar l-elementi tat-“traċċabbiltà”, l-istandard ISO 9000, l-unità tar-rata ta’ difetti, u kriterji oħra bħall-“ebusija, it-tgħawwiġ, is-sodezza, id-durabbiltà tal-impatt u l-koeffiċjent tal-frizzjoni” (ara l-premessa (63) hawn fuq) u d-dazji fuq l-ispejjeż tal-importazzjoni (ara l-premessi (79) u (80) hawn fuq), il-Kummissjoni tinnota dan li ġej: L-ewwel nett, huwa mfakkar li dawn l-elementi tqajmu mill-partijiet mingħajr ma taw aktar dettalji. Matul seduta tas-smigħ li organizza l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-11 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet biex jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar il-kwistjonijiet hawn fuq imsemmija, iżda ma ngħatat l-ebda informazzjoni addizzjonali. Dwar it-talba għal aġġustamenti fil-prezzijiet tal-esportazzjoni sabiex jitqiesu d-dazji fuq l-importazzjoni tal-vireg tal-wajer fl-Indja u, b’mod ġenerali, aċċess irħas lill-produtturi esportaturi Ċiniżi għall-materja prima, fil-premessa (80) il-Kummissjoni spjegat fid-dettall ir-raġuni għalfejn ma setax jiġi aċċettat dan l-aġġustament. Barra minn hekk, kif stipulat fil-premessa (63) tar-Regolament oriġinali, l-ispiża tal-materja prima maġġuri – vireg tal-wajer tal-azzar – sostanzjalment ma rriflettietx il-valuri tas-suq. Instab li l-prezzijiet mitluba tal-vireg tal-wajer tal-azzar fis-suq domestiku kienu konsiderevolment orħos minn dawk mitluba fi swieq oħra. Għalhekk, dawn il-prezzijiet distorti ma setgħux jintużaw bħala bażi għal aġġustament kif intalab mill-imsemmija partijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tagħraf liema informazzjoni addizzjonali, fil-fehma tal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u l-produttur esportatur, segħet tingħata sabiex tkompli tissostanzja dawn iż-żewġ talbiet għal aġġustamenti. |
|
(101) |
Dwar il-punt d) huwa mfakkar li informazzjoni dwar it-“tipi tal-valur normali tal-produtturi tal-UE u l-livelli tal-prezzijiet tagħhom, kif ukoll l-impatt tal-aġġustamenti li rriżultaw fuq it-tipi tal-valur normali tal-produttur analogu” hija kunfidenzjali u ma tistax tiġi żvelata. Il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u produttur esportatur Ċiniż wieħed talbu kjarifiki ulterjuri dwar kif saru l-aġġustamenti għad-differenza fil-prezz tal-kisja. Madankollu, kif indikat fil-premessa (92) hawn fuq, għandu jiġi nnutat li fid-dokument speċifiku tal-iżvelar, il-Kummissjoni indikat li t-tipi ta’ prodotti esportati ġew aġġustati, biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jifhmu kif sar l-aġġustament. |
|
(102) |
Dwar il-punt e) u l-ħtieġa allegata sabiex it-tranżazzjonijiet komparabbli kollha tal-esportazzjoni jitqiesu fil-kalkolu tad-dumping ħalli jkun żgurat tqabbil ġust tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2.4.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping, il-Kummissjoni tinnota li eżatt wara t-talba u s-suġġerimenti li għamlu dawn il-partijiet ġie aġġustat il-valur normali użat għad-determinazzjoni tal-marġnijiet tad-dumping. Il-metodoloġija użata kienet spjegata fil-premessi (93) sa (96) hawn fuq u r-raġunijiet biex jiġi espress l-ammont ta’ dumping misjub bħala persentaġġ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni użati fil-kalkolu tal-ammont ta’ dumping spjegati fil-premessi (107) u (108) hawn taħt huma f’konformità sħiħa mal-Artikolu 2.4.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping, li jirriferi għat-tranżazzjonijiet komparabbli tal-esportazzjoni. F’dan il-każ, kull tranżazzjoni komparabbli (skont it-tipi ta’ prodotti) intużat għat-tqabbil. Għalhekk, kien raġonevoli li l-ammont ta’ dumping misjub jiġi espress bħala persentaġġ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni użati fil-kalkolu tal-ammont ta’ dumping. |
|
(103) |
Wara l-iżvelar ġenerali, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi tennu li għandhom isiru aġġustamenti għal differenzi allegati fl-effiċjenza tal-konsum tal-materja prima u aċċess eħfef għall-materja prima, konsum tal-elettriku aktar effiċjenti u produttività anqas għal kull impjegat. Huwa mfakkar li l-ebda produtturi esportaturi Ċiniżi ma rċieva MET fl-investigazzjoni oriġinali u l-istruttura tal-ispiża tagħhom ma tistax titqies li tirrifletti l-valuri tas-suq li jistgħu jintużaw bħala bażi għal aġġustamenti b’mod partikolari dwar l-aċċess għall-materja prima. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li nstab li l-proċessi tal-produzzjoni li jeżistu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huma komparabbli ma’ dawk tal-produttur Indjan u d-differenzi allegati nstab li kienu żgħar ħafna. F’dan il-każ, il-produttur Indjan instab li kien qed jikkompeti ma’ ħafna produtturi oħra fis-suq domestiku Indjan, u huwa meqjus li l-prezzijiet tiegħu kienu jirriflettu bis-sħiħ il-qagħda fis-suq domestiku. Kif jissemma fil-premessa (41) hawn fuq, għall-fini biex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jintuża sostitut tal-ispejjeż u l-prezzijiet tal-produtturi f’ekonomiji tas-suq li jiffunzjonaw. |
|
(104) |
L-istess żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi sostnew li bit-tqassir tad-dejta dwar id-dijametru u t-tul f’firxiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel it-tqabbil permezz taċ-ċifri attwali tat-tul u d-dijametru u mhux permezz tal-firxiet. L-ewwel nett, kif jissemma fil-premessa (70) hawn fuq, il-Kummissjoni qablet wara seduta tas-smigħ li saret fis-26 ta’ Ġunju 2012 mal-istess partijiet li tistabbilixxi firxa għad-dijametru u t-tul biex tqis l-impatt tal-karatteristiċi fiżiċi fuq il-prezzijiet. L-imsemmija l-partijiet indikaw xi firxiet possibbli, iżda l-Kummissjoni matul is-seduta tas-smigħ indikat li dawn il-firxiet proposti għandhom jiġi riveduti sabiex ikun żgurat it-tqabbil tat-tipi esportati kollha mat-tipi li jixbhuhom mill-qrib tal-produttur Indjan. It-tieni nett, l-imsemmija partijiet iddikjaraw fi preżentazzjoni li saret matul seduta tas-smigħ fit-3 ta’ Lulju 2012 bħala eżempju, li d-dijametru jkollu impatt żgħir f’termini tal-unità tal-konsum tal-materja prima. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
2.11. Il-marġnijiet tad-dumping
|
(105) |
Il-marġnijiet tad-dumping ġew stabbiliti skont tqabbil ta’ valur normali medju peżat ma’ prezz tal-esportazzjoni medju peżat. |
|
(106) |
Il-marġni definittiv tad-dumping, espress bħala persentaġġ tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, għall-produttur esportatur soġġett għal din ir-reviżjoni, huwa kif ġej:
|
|
(107) |
Il-marġnijiet definittivi tad-dumping riveduti, espressi bħala persentaġġ tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(108) |
Produttur esportatur wieħed sostnali bil-kalkolu tal-marġni tad-dumping tiegħu, l-ammont totali ta’ dumping misjub għandu jiġi espress bħala persentaġġ tal-valur totali tas-CIF tat-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni u mhux bħala persentaġġ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni użati fil-kalkolu tal-ammont ta’ dumping. Jekk isir mod ieħor, skont din il-kumpanija, tinħoloq preżunzjoni tad-dumping għal dawk it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni mhux użati għad-determinazzjoni tad-dumping. |
|
(109) |
Tqabbil bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali sar skont il-medja peżata biss għal dawk it-tipi esportati mill-produttur esportatur Ċiniż li għalihom hemm tip immanifatturat u mibjugħ mill-produttur Indjan. Dan tqies bħala l-aktar bażi affidabbli biex jiġi stabbilit il-livell tad-dumping, jekk ikun hemm, ta’ dan il-produttur esportatur; tentattiv biex jitqabblu t-tipi l-oħra kollha esportati mat-tipi li jixbhu mill-qrib tal-produttur Indjan kien iwassal għal konklużjonijiet mhux preċiżi. Abbażi ta’ dan, huwa korrett li l-ammont ta’ dumping misjub jiġi espress bħala persentaġġ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni użati fil-kalkolu tal-ammont ta’ dumping – din il-konklużjoni titqies bħala rappreżentattiva għat-tipi kollha esportati. L-istess approċċ intuża fil-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping tal-produtturi esportaturi l-oħra. |
3. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(110) |
Kif indikat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, sabiex jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporti tad-DSB, li jissuġġerixxi li l-UE kienet aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 4.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping billi eskludiet mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni lil dawk il-produtturi ma kinux lesti li jiġu inklużi fil-kampjun u billi qieset li l-livell limitu ta’ 25 % stabbilit fl-Artikolu 4.1 tar-Regolament bażiku jirrappreżenta b’mod awtomatiku “proporzjon maġġuri” tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Fil-paragrafu 430 tar-rapport tal-Korp tal-Appell maħruġ fil-15 ta’ Lulju 2011, huwa rikonoxxut li n-“natura frammentata tal-industrija tal-qfieli, madankollu, setgħet tippermetti proporzjon baxx bħal dan minħabba li mhux prattiku li tinkiseb aktar informazzjoni, sakemm il-proċess li bih il-Kummissjoni ddefinixxiet l-industrija ma tax lok għal riskju materjali ta’ tgħawwiġ. […] meta llimitat id-definizzjoni tal-industrija domestika għal dawk il-produtturi li huma lesti jkunu parti mill-kampjun, il-Kummissjoni eskludiet produtturi li taw informazzjoni rilevanti.” (enfażi miżjuda). Huwa dawn il-produtturi tal-aħħar li issa qed jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(111) |
Fl-investigazzjoni oriġinali nstab li l-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li qablu li jkunu inklużi fil-kampjun u li kkoperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni oriġinali, irrappreżentat 27,0 % tal-produzzjoni totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Għaldaqstant huwa meqjus li dawn il-kumpaniji jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(112) |
Wara l-konklużjonijiet tar-Rapporti tad-DSB, u abbażi tas-sottomissjonijiet validi kollha li waslu mingħand il-produtturi kollha tal-UE li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 6.(b)(i) tan-Notifika ta’ Bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (8), u irrispettivament minn jekk dawn indikawx li kienu lesti jkunu parti mill-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid li l-industrija tal-Unjoni attwalment irrappreżentat 36,3 % tal-produzzjoni totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni fl-2006. |
|
(113) |
Wara li rrivediet id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni aċċertat li l-persentaġġ tal-produzzjoni tal-qfieli ta’ dik l-industrija mill-produzzjoni totali stmata, jirrappreżenta proporzjon kbir skont it-tifsira tal-Artikolu 4.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping. |
|
(114) |
Kif jissemma fil-premessa (112) tar-Regolament definittiv, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-prodott simili huwa mmanifatturat minn għadd kbir ta’ produtturi fl-Unjoni. Fil-fatt stmat li hemm aktar minn 300, fil-biċċa l-kbira tagħhom huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) iżda jinkludu ftit kumpaniji akbar jew gruppi ta’ kumpaniji. Fiż-żmien meta bdiet l-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkuntattjat lil kull wieħed minn dawn il-produtturi magħrufa u talbithom jieħdu sehem fl-investigazzjoni u jagħtu ċerta informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tagħhom. La n-Notifika ta’ Bidu ppubblikata malli bdiet l-investigazzjoni oriġinali u lanqas l-ittra li ntbagħtet fil-bidu lill-produtturi magħrufa kollha tal-UE, ma għamlet referenza għall-fatt li l-informazzjoni mressqa mill-produtturi tal-UE li ma xtaqux jikkoperaw, mhux se tiġi meqjusa. |
|
(115) |
Kif imsemmi, il-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-qfieli tal-UE huma żgħar, jekk mhux, mikrointrapriżi (negozji tal-familja) li tipikament ikollhom riżorsi limitati inklużi riżorsi finanzjarji u umani, u mhumiex membri ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali jew tal-UE li jistgħu jirrappreżentawhom matul l-investigazzjoni u, kif ġeneralment jiġri għall-SMEs, ma jkollhom l-ebda riżorsi biex jingaġġaw avukati speċjalizzati fil-kummerċ u kontabilisti. Kumpaniji żgħar ikollhom ukoll tħassib kbir ħafna dwar il-protezzjoni tad-dejta kunfidenzjali tagħhom matul investigazzjonijiet bħal dawn, li huma jqisuha vitali. Madankollu, għadd sostanzjali ta’ produtturi ppreżentaw ruħhom (63 produttur tal-UE b’kollox) u taw l-informazzjoni meħtieġa. Għandu jiġi nnutat li dawn il-produtturi kienu jinkludu SMEs kif ukoll kumpaniji akbar, ilkoll mifruxin madwar l-UE. Fid-dawl ta’ dan kollu, u fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, dawn il-produtturi, li rrappreżentaw 36,3 % tal-produzzjoni totali tal-prodott ikkonċernat fl-UE, jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu proporzjon maġġuri tal-industrija totali tal-Unjoni u għaldaqstant skont it-tifsira tal-Artikolu 4.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping. Barra minn hekk, kif imsemmi, billi l-akbar produtturi magħrufa tal-UE ppreżentaw ruħhom fil-bidu, sal-iskadenza stabbilita fin-Notifika ta’ Bidu oriġinali, il-kampjun magħżul fl-investigazzjoni oriġinali jista’ jitqies rappreżentattiv, anke wara l-ddaħħlu 18-il produttur tal-UE ieħor fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(116) |
Il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża sostniet li l-Kummissjoni ma setgħetx tillimita lilha nnifisha li tuża d-dejta li tawha l-produtturi tal-UE li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenza msemmija fil-premessa (112) hawn fuq billi ċerti produtturi tal-UE setgħu għażlu li ma jippreżentawx ruħhom għax ma kinux lesti li jkunu parti mill-kampjun u għalhekk kienu jafu li r-rispons tagħhom ma kienx se jitqies. L-assoċjazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi talbet lill-Kummissjoni “biex tibda mill-ġdid il-proċess kollu tal-għażla u biex tikkuntattja lill-produtturi kollha tal-UE mingħajr ma tirriferi għall-fatt li l-produtturi għandhom ikunu lesti li jkunu parti mill-kampjun” (9). Madankollu, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, tqies li ma kienx hemm bżonn li jerġa’ jinfetaħ il-proċess biex jingħażel kampjun finali, billi l-akbar produtturi magħrufa tal-UE ppreżentaw ruħhom fil-bidu. Wara l-iżvelar, il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tenniet li ma setax jiġi eskluż li għadd kbir ta’ produtturi sempliċiment ma weġbux il-kwestjonarju kampjunarju “eżattament minħabba li huma jafu li jekk ma jkunux lesti li jkunu parti mill-kampjun se jiġu awtomatikament esklużi mill-industrija domestika”. Għandu jiġi nnutat li l-istess argumenti tressqu mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-importaturi Ewropej matul l-investigazzjoni oriġinali li kienu qed isostnu kontra locus standi. Kif spjegat fil-premessa (26) tar-Regolament definittiv, il-Kummissjoni kkuntattjat għadd sinifikanti ta’ produtturi tal-Unjoni wara li beda l-proċediment, u ftit minnhom biss wieġbu. Għandu jiġi nnutat li ma saret l-ebda referenza għall-inklużjoni possibbli tagħhom jew le fil-kampjunament finali. Fil-fatt, l-għażla possibbli tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun finali kien irrilevanti fid-deċiżjoni tagħhom li jippreżentaw ruħhom matul il-proċediment, billi d-deċiżjoni tagħhom kienet motivata minn fatturi oħra bħal dawk enfasizzati fil-premessa (115) hawn fuq. Għaldaqstant, it-talba indirizzata lill-Kummissjoni li l-Kummissjoni għandha tagħmel l-istima tad-dannu mill-ġdid ġiet miċħuda. |
4. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni
|
(117) |
Wara r-Rapporti, il-konklużjonijiet dwar id-dannu stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali ġew eżaminati mill-ġdid fil-livell tal-industrija tal-Unjoni kif definit skont il-premessa (114) hawn fuq, għal xejriet li jikkonċernaw il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-bejgħ, il-prezzijiet tal-unità, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u l-produttività jiġifieri mill-informazzjoni miġbura fir-rigward tas-sitt(6) produtturi li ntgħażlu fil-kampjun u 57 produttur l-oħra li issa huma parti mill-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ fatturi oħrajn tad-dannu li nstabu għall-industrija tal-UE li ntgħażlet fil-kampjun, billi l-informazzjoni dwar il-ħażniet, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu mill-investimenti, il-kapaċità li jiżdied il-kapital u l-pagi nkisbet mit-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tas-sitt produtturi li ntgħażlu fil-kampjun, il-konklużjonijiet huma għalhekk ikkonfermati fir-reviżjoni. |
4.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(118) |
L-evoluzzjoni tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għall-industrija tal-Unjoni bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli kollha (ara l-premessa (112)) huma dan li ġej:
|
|
(119) |
Minkejja ż-żieda sinifikanti fid-domanda ta’ 29 % bejn l-2004 u l-PI, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat u kien 9 % ogħla fil-PI meta mqabbel mal-2003 bi tqabbil mas-6 % fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri xorta b’mod sinifikanti inqas miż-żieda fid-domanda ta’ 29 %. |
|
(120) |
Dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-investigazzjoni oriġinali, minkejja sett differenti ta’ dejta, kienu kkonfermati (ara l-premessi (130) sa (133) tar-Regolament definittiv). |
4.2. Il-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir u l-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni
|
(121) |
Iċ-ċifri ta’ hawn taħt jirrappreżentaw il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti indipendenti fl-Unjoni bbażati (fil-volum u l-valur) fuq l-informazzjoni disponibbli kollha:
|
|
(122) |
Id-dejta riveduta rrappurtata fit-tabella hawn fuq tikkonferma l-konklużjonijiet imsemmija fil-premessi (137) sa (140) tar-Regolament definittiv sakemm ix-xejriet kollha tad-dannu huma kkonfermati. Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat, u mhux bi 12 % kif instab fl-investigazzjoni oriġinali u bi 30 % fil-valur, u mhux b’21 %. Fil-fatt, ix-xejriet instabu ferm simili għal dawk fl-investigazzjoni oriġinali. L-istess tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ bejn l-2004 u l-2005 jikkonferma l-konklużjoni msemmija fil-premessa (139) tar-Regolament definittiv li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tieħu vantaġġ miż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u għalhekk is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’20 % f’anqas minn tliet snin. |
4.3. L-impjiegi u l-produttività
|
(123) |
L-evoluzzjoni tal-impjiegi u l-produttività fl-industrija tal-Unjoni kienet kif ġej:
|
4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(124) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-konklużjonijiet imsemmija fil-premessi (153) sa (161) tar-Regolament definittiv huma kkonfermati. |
5. Il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
|
(125) |
Kif indikat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni qieset il-konklużjonijiet tar-Rapporti tad-DSB li jissuġġerixxu li l-UE aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikoli 3.1 u 3.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping fir-rigward tal-konsiderazzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fl-investigazzjoni oriġinali tal-qfieli. |
|
(126) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid l-istima tagħha tad-dannu fid-dawl tal-fatt li xi produtturi esportaturi nstab li ma kinux qed jagħmlu dumping matul il-PI. Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ma kinux qed jagħmlu dumping. Kif jissemma fil-premessa (105) hawn fuq, produttur esportatur ieħor instab li ma kienx qed jagħmel dumping f’din ir-reviżjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet totali mingħand dawn it-tliet produtturi esportaturi rrappreżenta biss bejn 0,01 % u 0,40 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-PI. L-analiżi tad-dannu dwar l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li saret skont il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mingħajr l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta’ dumping, turi bidliet mhux sinifikanti fix-xejriet deskritti fil-premessa (121) tar-Regolament definittiv.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
6. Il-kawżalità — il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(127) |
Kif indikat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni rrivalutat l-analiżi tagħha tal-kawżalità sabiex tqis il-konklużjonijiet tar-Rapporti li jissuġġerixxu li l-UE aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikoli 3.1 u 3.5 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping billi titqies dejta statistika ġenerali dwar l-esportazzjoni rrappurtata mill-Eurostat u mhux il-prestazzjoni speċifika tal-esportazzjoni tal-industrija tal-UE.x |
|
(128) |
Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ġiet analizzata fil-premessa (175) tar-Regolament definittiv. Instab li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi rrappreżentaw biss 11 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fl-2006. Madankollu, kif jissemma fir-rapporti tad-DSB, id-dejta użata relatata mal-esportazzjonijiet tal-produtturi kollha fl-Unjoni, kienet ibbażata fuq id-dejta tal-Eurostat u mhux relatata mal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni. Wara r-Rapporti tad-DSB, il-Kummissjoni rrivalutat l-analiżi tagħha tal-kawżalità billi eżaminat jekk il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif ġiet definita mill-ġdid setgħetx kienet fattur tad-dannu mġarrab. Instab li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi rrappreżentaw biss 3,7 % tal-produzzjoni tal-industrija definita mill-ġdid tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-PI, u mhux 11 % kif jissemma fil-premessa (175) tar-Regolament definittiv. Dawn l-esportazzjonijiet żdiedu b’madwar 4 % bejn l-2003 u l-PI. Barra minn hekk, dawn l-esportazzjonijiet saru b’mod konsistenti bi prezzijiet konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.
|
|
(129) |
Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx sors ta’ dannu materjali. Barra minn hekk, il-konklużjoni finali kif jissemma fil-premessa (184) tar-Regolament definittiv li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku hija kkonfermata. |
7. Trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali
|
(130) |
Kif tindika n-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħasbet biex issir rivalutazzjoni tal-konklużjonijiet ibbażata fuq id-deċiżjonijiet tar-Rapporti li jissuġġerixxi li l-UE aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikoli 6.5 u 6.5.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali. |
|
(131) |
Wara r-Rapporti, il-Kummissjoni stiednet żewġ produtturi rilevanti tal-Unjoni biex jipprovdu dikjarazzjonijiet xierqa tar-raġunijiet għalfejn l-informazzjoni kunfidenzjali ma ġietx spjegata f’sommarju mhux kunfidenzjali. Iż-żewġ produtturi taw informazzjoni addizzjonali b’mod mhux kunfidenzjali jew, meta ċerta informazzjoni ma ġietx spjegata fil-qosor, huma ddikjaraw għalfejn dan kien il-każ. L-informazzjoni li taw dawn il-produtturi ntbagħtet lill-partijiet interessati kollha. Assoċjazzjoni waħda li tirrappreżenta lill-importaturi tal-Unjoni Ewropea sostniet li l-informazzjoni li taw iż-żewġ produtturi tal-Unjoni ma kinitx tinftiehem u ma tippermettix kontroverifika mad-dejta li tista’ tinstab pubblikament fil-Eurostat. Dwar dan l-argument, huwa nnutat li billi l-informazzjoni li taw dawn iż-żewġ produtturi hija informazzjoni speċifika għal kumpanija, mhux probabbli li jeżistu xi sorsi pubbliċi li jippermettu kontroverifika. |
|
(132) |
Il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u l-EFDA sostnew li informazzjoni addizzjonali mogħtija ma kinitx sħiħa billi xi elementi fit-Tabelli 22, 23, u minn 32 sa 34 kienu għadhom neqsin u għalhekk mhux skont il-mod kif il-konklużjonijiet tad-DSB kellhom jiġu applikati. Ma waslu l-ebda kummenti oħra wara l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni mhux kunfidenzjali addizzjonali. Billi t-Tabelli 32 sa 34 fihom dettalji dwar il-bejgħ u l-ispejjeż imġarrba mill-kumpanija kkonċernata, din l-informazzjoni naturalment kunfidenzjali tqassret biex tingħata ċerta informazzjoni dwar il-kontenut tagħha, mingħajr żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali. L-Informazzjoni l-oħra msemmija bħala nieqsa fit-Tabella 22 (it-tipi ta’ materja prima fornita u l-volumi ta’ materja prima mixtrija), it-Tabella 23 (ċifri indiċizzati biss tal-marġni tal-profitt qabel it-taxxa u l-ebda ċifri separati għall-bejgħ fl-UE u barra minnha), tressqet mill-ġdid mill-kumpanija kkonċernata tal-Unjoni sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tinftiehem tajjeb u r-reazzjoni żdiedet mal-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Bħala konklużjoni, huwa meqjus li r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporti dwar din il-kwistjoni kienu rrispettati bis-sħiħ. |
|
(133) |
Barra minn hekk, l-EFDA ddikjarat li t-Tabella 24 pprovduta mill-produttur tal-Unjoni ma ħallietx li ssir il-konklużjoni li din il-kumpanija sofriet dannu sinifikanti, billi din uriet żidiet kostanti fil-qligħ, l-utilizzazzjoni u l-produzzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni għal darb’oħra għamlet l-istima tad-dannu li tinkludi dejta għal sitt produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun u kkonkludiet li ġġarrab dannu materjali kif ikkonfermat fil-premessa (124) hawn fuq. Għalhekk id-dikjarazzjoni hija bla bażi. |
|
(134) |
Fl-aħħarnett, kif jissemma fil-punt 6. tan-Notifika ta’ Bidu, wara l-konklużjoni li tirrigwarda l-Artikolu 6.5 u 6.5.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni kunfidenzali, fit-30 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni żvelat id-dejta tal-Eurostat dwar il-produzzjoni totali tal-UE tal-qfieli kif ġiet ippreżentata fil-bidu. |
8. Rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet oħra
|
(135) |
Kif jissemma fin-Notifika, il-Kummissjoni beħsiebha tqis il-kummenti tal-partijiet fl-investigazzjoni tal-qfieli li jiddikjaraw li ntlaqtu ħażin bl-iżvelar tal-konklużjonijiet fir-rigward tat-trattament tal-ekonomija tas-suq jew fir-rigward ta’ kull rakkomandazzjoni u deċiżjoni oħra tad-DSB. Il-Kummissjoni tat TI lil kumpanija waħda bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku fir-rapporti tad-DSB. |
F. ŻVELAR
|
(136) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq. Wara l-iżvelar huma ngħataw ukoll perjodu ta’ żmien biex iressqu l-kummenti u d-dikjarazzjonijiet tagħhom. Wara l-iżvelar waslu bosta kummenti. |
|
(137) |
Minn dan ta’ hawn fuq joħroġ li l-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 għandhom jinżammu u li l-importazzjonijiet mingħand Bulten Fasteners China għandhom isiru soġġetti għal dazju ta’ 0 %. |
G. KONKLUŻJONI
|
(138) |
Abbażi tar-rivalutazzjoni ta’ hawn fuq, ġie konkluż li d-dumping dannuż stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali huwa kkonfermat. Madankollu, produttur esportatur wieħed ingħata TI skont ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku fir-rapporti tad-DSB. Għaldaqstant, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament definittiv għandu jiġi emendat skont dan. L-istess Artikolu għandu jiġi emendat ukoll biex jitqiesu d-dazji riveduti tal-anti-dumping ikkalkulati għal uħud mill-kumpaniji elenkati fit-tabella tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament definittiv kif jidher hawn taħt:
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella li tindika r-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti manifatturati mill-kumpaniji elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 hija b’dan mibdula b’din it-tabella li ġejja:
|
“Kumpanija |
Dazju (%) |
Il-Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Biao Wu Tensile Fasteners Co., Ltd., Shanghai |
43,4 % |
A924 |
|
CELO Suzhou Precision Fasteners Co., Ltd., Suzhou |
0,0 % |
A918 |
|
Changshu City Standard Parts Factory u Changshu British Shanghai International Fastener Co., Ltd., Changshu |
38,3 % |
A919 |
|
Golden Horse (Dong Guan) Metal Manufactory Co., Ltd., il-Belt ta’ Dongguan |
22,9 % |
A920 |
|
Kunshan Chenghe Standard Components Co., Ltd., Kunshan |
63,7 % |
A921 |
|
Ningbo Jinding Fastener Co., Ltd., il-Belt ta’ Ningbo |
64,3 % |
A922 |
|
Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd., il-Belt ta’ Jiangshan |
69,7 % |
A923 |
|
Yantai Agrati Fasteners Co., Ltd., Yantai |
0,0 % |
A925 |
|
Bulten Fasteners (China) Co., Ltd., Beijing |
0,0 % |
A997 |
|
Kumpaniji elenkati fl-Anness I |
54,1 % |
A928 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
74,1 % |
A999 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. CHARALAMBOUS
(1) ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.
(3) WTO, Rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2011-2, WT/DS397/AB/R, il-15 ta’ Lulju 2011. WTO, Rapport tal-Bord, WT/DS397/R, it-3 ta’ Diċembru 2010.
(4) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(6) ĠU C 160, 6.6.2012, p. 19.
(7) Rapport tal-Korp tal-Appell: Il-paragrafu 512 li jiddikjara li “l-Artikolu 2(4) jobbliga lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni... bħala minimu li jgħarrfu lill-partijiet bil-gruppi ta’ prodotti użati għall-finijiet tat-tqabbil tal-prezz.”
(8) ĠU C 267, 9.11.2007, p. 31.
(9) “Seduta tas-Smigħ dwar ir-Reviżjoni tal-Miżuri Anti-Dumping fis-Seħħ fuq Importazzjonijiet ta’ Qfieli li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, Seduta organizzata mill-Uffiċjal tas-Seduta mal-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Qfieli (CCME), il-11 ta’ Lulju 2012.
|
10.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 925/2012
tat-8 ta’ Ottubru 2012
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pimiento de Fresno-Benavente (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa minn Spanja biex id-denominazzjoni “Pimiento de Fresno-Benavente” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
SPANJA
Pimiento de Fresno-Benavente (IĠP)
|
10.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 926/2012
tad-9 ta’ Ottubru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
67,7 |
|
MK |
44,6 |
|
|
TR |
55,3 |
|
|
ZZ |
55,9 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
22,1 |
|
TR |
119,8 |
|
|
ZZ |
71,0 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
116,7 |
|
ZZ |
116,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
90,0 |
|
CL |
108,8 |
|
|
TR |
88,5 |
|
|
UY |
79,0 |
|
|
ZA |
98,6 |
|
|
ZZ |
93,0 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
255,0 |
|
MK |
23,1 |
|
|
TR |
127,3 |
|
|
ZZ |
135,1 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
79,8 |
|
CL |
99,9 |
|
|
NZ |
124,7 |
|
|
US |
158,1 |
|
|
ZA |
107,7 |
|
|
ZZ |
114,0 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
69,0 |
|
TR |
109,3 |
|
|
ZZ |
89,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
10.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/27 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/25/UE
tad-9 ta’ Ottubru 2012
li tistabbilixxi l-proċeduri ta’ informazzjoni għall-iskambju, bejn l-Istati Membri, ta’ organi umani maħsuba għat-trapjant
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Lulju 2010, dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta’ organi umani maħsuba għat-trapjant (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ saħħa pubblika l-iskambju ta’ organi umani bejn l-Istati Membri jeħtieġ sett dettaljat ta’ regoli uniformi proċedurali għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-karatterizzazzjoni ta’ organi u donaturi, għat-traċċabbiltà tal-organi u għar-rappurtar ta’ reazzjonijiet u okkorrenzi avversi serji. |
|
(2) |
Varjetà ta’ partijiet interessati fl-Istati Membri jistgħu jiġu involuti, bħala mittenti jew bħala destinatarji, fit-trażmissjoni tal-informazzjoni għall-iskambju ta’ organi umani, bħalma huma awtoritajiet kompetenti, entitajiet iddelegati inklużi organizzazzjonijiet Ewropej għall-iskambju tal-organi, organizzazzjonijiet ta’ ksib u ċentri ta’ trapjant. Fejn dawn l-entitajiet jibagħtu jew jirċievu informazzjoni għall-iskambju ta’ organi umani, huma għandhom jaġixxu skont il-proċeduri komuni stabbiliti f’din id-Direttiva. Dawn il-proċeduri ma għandhomx jipprekludu kuntatti verbali addizzjonali, b’mod partikolari f’każ ta’ urġenza. |
|
(3) |
Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-dejta personali tad-donaturi u tar-riċevituri huwa konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2). Sabiex jiżdied l-għarfien tal-persuni li jipproċessaw l-informazzjoni trażmessa skont din id-Direttiva, huwa xieraq li tiġi inkluża tfakkira fil-komunikazzjonijiet bil-miktub skont din id-Direttiva. |
|
(4) |
Sabiex ikun hemm il-possibbiltà ta’ reazzjonijiet rapidi fil-każ ta’ twissijiet, u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu, kif previst fl-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva 2010/53/UE, li tinżamm id-dejta meħtieġa biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sħiħa għal minimu ta’ 30 sena wara d-donazzjoni, u bla ħsara għall-obbligi ta’ entitajiet oħra f’dan ir-rigward, huwa xieraq li din l-informazzjoni tgħaddi minn taħt idejn l-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet iddelegati u li jirreġistrawha. L-organizzazzjonijiet ta’ ksib u ċ-ċentri ta’ trapjant għandhom għalhekk jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jew l-entitajiet iddelegati jirċievu kopja tat-informazzjoni dwar il-karatterizzazzjoni tal-organi u tad-donaturi skambjati skont din id-Direttiva, fejn ikun applikabbli. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-varjetà ta’ prassi attwali bejn l-Istati Membri, f’dan l-istadju mhuwiex xieraq li tiġi stipulata formola komuni għat-trażmissjoni tat-tagħrif dwar il-karatterizzazzjoni tal-organi u tad-donaturi f’din id-Direttiva. Madankollu, sabiex jiġi ffaċilitat l-għarfien reċiproku tal-informazzjoni trażmessa, tali formola komuni għandha tiġi żviluppata fil-ġejjieni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
|
(6) |
Okkorrenza jew reazzjoni avversa serja tista’ sseħħ f’xi Stat Membru ta’ oriġini jew ta’ destinazzjoni u tista’ tkun ta’ tħassib għall-kwalità u s-sigurtà tal-organi mogħtija u bħala konsegwenza għas-saħħa tar-riċevituri, u fil-każ ta’ donazzjonijiet minn donaturi ħajjin wkoll għas-saħħa tad-donatur. Meta jsir skambju ta’ organi bejn l-Istati Membri, dan it-tħassib jista’ jseħħ fi Stati Membri differenti. Barra minn hekk, l-organi minn donatur jistgħu jiġu trapjantati f’riċevituri fi Stati Membri differenti b’mod li, jekk okkorrenza jew reazzjoni avversa serja sseħħ fi Stat Membru ta’ destinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet iddelegati fl-Istat Membru ta’ oriġini u fl-Istati Membri l-oħra ta’ destinazzjoni għandhom jiġu infurmati. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti kollha jew l-entitajiet iddelegati tal-Istati Membri kollha kkonċernati jkunu infurmati mingħajr dewmien żejjed. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha tiġi mxerrda fost l-Istati Membri kollha kkonċernati permezz ta’ sett ta’ rapporti bil-miktub. Ir-rapporti inizjali għandhom jiġu aġġornati jekk ssir disponibbli informazzjoni rilevanti addizzjonali. |
|
(7) |
It-trażmissjoni tal-informazzjoni hija spiss kwistjoni ta’ urġenza. Huwa essenzjali li l-mittenti tal-informazzjoni jkunu f’qagħda li jidentifikaw u jinformaw malajr id-destinatarji rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet iddelegati ta’ Stat Membru għandhom, fejn xieraq, skont it-tqassim tal-kompetenzi fl-Istat Membru kkonċernat, jittrasferixxu l-informazzjoni li jirċievu skont din id-Direttiva lir-riċevitur xieraq. Lista ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, għandha tkun disponibbli fil-livell tal-Unjoni u tiġi kontinwament aġġornata. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għat-trapjant tal-organi, stabbilit skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/53/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-iskambju transkonfinali ta’ organi umani maħsuba għat-trapjant fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Suġġett
Skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/53/UE, din id-Direttiva tistabbilixxi:
|
(a) |
proċeduri għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-karatterizzazzjoni tal-organi u tad-donaturi; |
|
(b) |
proċeduri għat-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-organi; |
|
(c) |
proċeduri biex jiġi żgurat li okkorrenzi u reazzjonijiet avversi serji jiġu rrappurtati. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“Stat Membru ta’ oriġini” tfisser l-Istat Membru fejn jinkiseb l-organu għall-fini ta’ trapjant; |
|
(b) |
“Stat Membru ta’ destinazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn jintbagħat l-organu għall-fini ta’ trapjant; |
|
(c) |
“Numru ta’ identifikazzjoni ta’ donatur/riċevitur nazzjonali” tfisser il-kodiċi ta’ identifikazzjoni attribwit għal donatur jew riċevitur b’konformità mas-sistema ta’ identifikazzjoni stabbilita fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2010/53/UE; |
|
(d) |
“Speċifikazzjoni tal-organu” tfisser (1) id-deskrizzjoni anatomika ta’ organu inkluż: it-tip tiegħu (eż. qalb, fwied), (2) fejn applikabbli, il-pożizzjoni tiegħu (xellug jew lemin) fil-ġisem; u (3) jekk huwa organu sħiħ jew parti minn organu, bl-isem tal-lobu jew is-segment tal-organu; |
|
(e) |
“entità ddelegata” tfisser entità li lilha jkunu ġew iddelegati l-kompiti skont l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2010/53/UE jew organizzazzjoni Ewropea tal-iskambju tal-organi li lilha jkunu ġew iddelegati l-kompiti skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2010/53/UE. |
Artikolu 4
Regoli ta’ proċedura komuni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trażmessa skont din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet iddelegati, l-organizzazzjonijiet ta’ ksib u/jew iċ-ċentri ta’ trapjant:
|
(a) |
tiġi trażmessa bil-miktub elettronikament jew b’telefax; |
|
(b) |
tinkiteb f’lingwa li tinftiehem b’mod reċiproku mill-mittent u d-destinatarju jew, f’nuqqas ta’ dan, f’lingwa miftiehma bejn iż-żewġ naħat, jew, f’nuqqas ta’ dan, bl-Ingliż; |
|
(c) |
tiġi trażmessa mingħajr dewmien żejjed; |
|
(d) |
tiġi rreġistrata u tkun disponibbli malli ssir talba; |
|
(e) |
tindika d-data u l-ħin tat-trażmissjoni; |
|
(f) |
tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għat-trażmissjoni; |
|
(g) |
jkun fiha t-tfakkira li ġejja: “Dejta personali. Trid tkun protetta kontra l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat.” |
2. F’każ ta’ urġenza, l-informazzjoni tista’ tiġi skambjata f’forma verbali, partikolarment għall-iskambji skont l-Artikoli 5 u 7. Dawn il-kuntatti verbali għandhom jiġu segwiti b’trażmissjoni bil-miktub skont dawn l-Artikoli.
3. L-Istati Membri ta’ destinazzjoni jew ta’ oriġini għandhom jiżguraw li l-wasla tal-informazzjoni trażmessa skont din id-Direttiva tkun kkonfermata lill-mittent, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-personal maħtur fl-awtoritajiet kompetenti jew fl-entitajiet iddelegati:
|
(a) |
jkun disponibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa, għal sitwazzjonijiet urġenti; |
|
(b) |
jkun f’qagħda li jirċievi u jittrażmetti l-informazzjoni skont din id-Direttiva mingħajr dewmien żejjed. |
Artikolu 5
Informazzjoni dwar il-karatterizzazzjoni tal-organu u d-donatur
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-organi jkunu maħsuba għall-iskambju bejn l-Istati Membri, qabel l-iskambju tal-organi, l-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini tittrażmetti l-informazzjoni miġbura biex tikkaratterizza l-organi miksuba u d-donatur, kif speċifikat fl-Artikolu 7 u fl-Anness tad-Direttiva 2010/53/UE, lill-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet iddelegati tal-Istati Membri potenzjali ta’ destinazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn parti mill-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa skont il-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli dakinhar tat-trażmissjoni inizjali u ssir disponibbli aktar tard, tiġi trażmessa fil-ħin biex ikunu jistgħu jsiru d-deċiżjonijiet mediċi:
|
(a) |
mill-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini lill-awtorità kompetenti jew entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni jew |
|
(b) |
direttament mill-organizzazzjoni ta’ ksib liċ-ċentru tat-trapjant. |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ ksib u ċ-ċentri ta’ trapjant jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jew l-entitajiet iddelegati kopja tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Informazzjoni biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-organi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini tgħarraf lill-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni dwar:
|
(a) |
l-ispeċifikazzjoni tal-organu; |
|
(b) |
in-numru ta’ identifikazzjoni tad-donatur nazzjonali; |
|
(c) |
id-data tal-ksib; |
|
(d) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt taċ-ċentru ta’ ksib. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni tgħarraf lill-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini dwar:
|
(a) |
in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tar-riċevitur jew, jekk l-organu ma jkunx ġie trapjantat, tal-użu finali tiegħu; |
|
(b) |
id-data tat-trapjanti, jekk applikabbli; |
|
(c) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt taċ-ċentru tat-trapjanti. |
Artikolu 7
Rappurtar ta’ okkorrenzi u reazzjonijiet avversi serji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun implimentata l-proċedura li ġejja mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-entitajiet iddelegati:
|
(a) |
Kull meta l-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni tkun notifikata dwar okkorrenza jew reazzjoni avversa serja li tissuspetta li tkun ġejja mill-organu li jkun ġie minn Stat Membru ieħor, hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti jew entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini u tittrażmetti mingħajr dewmien bla bżonn lil dik l-awtorità kompetenti jew entità ddelegata rapport inizjali li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness I, skont sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli. |
|
(b) |
L-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha minnufih tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jew entitajiet iddelegati ta’ kull Stat Membru kkonċernat ta’ destinazzjoni u tittrażmettilhom kull rapport inizjali li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness I, kull meta tiġi nnotifikata dwar okkorrenza jew reazzjoni avversa serja li tissuspetta li tkun ġejja minn donatur li l-organi tiegħu ntbagħtu wkoll lejn Stati Membri oħra. |
|
(c) |
Meta xi informazzjoni addizzjonali ssir disponibbli wara l-ewwel rapport, għandha tiġi trażmessa mingħajr dewmien żejjed. |
|
(d) |
L-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha, bħala regola fi żmien tliet xhur mir-rapport inizjali trażmess skont il-punti (a) jew (b), tittrażmetti lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-entitajiet iddelegati tal-Istati Membri kollha ta’ destinazzjoni, rapport finali komuni bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness II. L-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet iddelegati tal-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti f’ħin propizju lill-awtorità kompetenti jew l-entità ddelegata tal-Istat Membru ta’ oriġini. Ir-rapport finali għandu jitħejja wara li tinġabar l-informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri kollha involuti. |
Artikolu 8
Interkonnessjoni bejn l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti jew tal-entitajiet iddelegati li lilha/lilhom għandha tiġi trażmessal-informazzjoni rilevanti għall-fini tal-Artikolu 5, min naħa waħda, u tal-Artikoli 6 u 7 min-naħa l-oħra. Dawn id-dettalji ta’ kuntatt tal-anqas jinkludu d-dejta li ġejja: isem l-organizzazzjoni, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-imejl, tat-telefax u l-indirizz postali.
2. Fejn Stat Membru jkollu diversi awtoritajiet kompetenti jew entitajiet iddelegati, għandu jiżgura li l-informazzjoni li tasal minn xi wieħed minnhom skont l-Artikoli 5, 6 jew 7 tiġi mgħoddija lill-awtorità kompetenti xierqa jew entità ddelegata fil-livell nazzjonali, skont it-tqassim mill-ġdid tal-kompetenzi f’dak l-Istat Membru.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha u entitajiet iddelegati maħtura mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni f’dik il-lista aġġornata. Il-Kummissjoni tista’ tafda t-tfassil u ż-żamma ta’ din il-lista lil terza persuna.
Artikolu 9
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva tal-anqas sal-10 ta’ April 2014.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
Rapport inizjali għal okkorrenzi jew reazzjonijiet avversi suspettati li jkunu serji
|
1. |
Stat Membru li jirrapporta |
|
2. |
Numru ta’ identifikazzjoni tar-rapport: pajjiż (ISO)/numru nazzjonali |
|
3. |
Dettalji ta’ kuntatt ta’ min jagħmel ir-rapport (l-awtorità kompetenti jew entità ddelegata fl-Istat Membru li jirrapporta): telefown, imejl u, meta disponibbli, telefax |
|
4. |
Ċentru/organizzazzjoni ta’ rappurtar |
|
5. |
Dettalji ta’ kuntatt tal-koordinatur/persuna ta’ kuntatt (ċentru tat-trapjanti/ksib fl-Istat Membru li jirrapporta): telefown, imejl u, meta disponibbli, telefax |
|
6. |
Data u ħin ta’ rappurtar (ssss/xx/jj/ss/mm) |
|
7. |
Stat Membru ta’ oriġini |
|
8. |
Numru ta’ identifikazzjoni tad-donatur nazzjonali, kif ikkomunikat skont l-Artikolu 6 |
|
9. |
Stati Membri kollha ta’ destinazzjoni (jekk magħrufa) |
|
10. |
Numru(i) ta’ identifikazzjoni nazzjonali tar-riċevitur, kif ikkomunikat skont l-Artikolu 6 |
|
11. |
Data u ħin tal-bidu tal-okkorrenza jew tar-reazzjoni avversa serja (ssss/xx/jj/ss/mm) |
|
12. |
Data u ħin tal-iskoperta tal-okkorrenza jew tar-reazzjoni avversa serja (ssss/xx/jj/ss/mm) |
|
13. |
Deskrizzjoni tal-okkorrenza jew reazzjoni avversa serja |
|
14. |
Miżuri immedjati meħuda/proposti |
ANNESS II
Rapport finali ta’ okkorrenzi jew reazzjonijiet avversi serji
|
1. |
Stat Membru li jirrapporta |
|
2. |
Numru ta’ identifikazzjoni tar-rapport: pajjiż (ISO)/numru nazzjonali |
|
3. |
Dettalji ta’ kuntatt ta’ min jagћmel ir-rapport: telefown, imejl u, meta disponibbli, telefax |
|
4. |
Data u ħin ta’ rappurtar (ssss/xx/jj/ss/mm) |
|
5. |
Numru(i) ta’ identifikazzjoni tar-rapport(i) inizjali (Anness I) |
|
6. |
Deskrizzjoni tal-każ |
|
7. |
Stati Membri involuti |
|
8. |
Eżitu tal-investigazzjoni u konklużjoni finali |
|
9. |
Azzjonijiet preventivi u korrettivi meħuda |
|
10. |
Konklużjoni/Segwitu, jekk meħtieġ |