ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.258.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
26 ta' Settembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2012 tal-25 ta’ Settembru 2012 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

21

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2012 tal-25 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2012 tal-25 ta’ Settembru 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/517/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

29

 

 

2012/518/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 li taħtar żewġ membri Ċiprijotti u tliet membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni

30

 

 

2012/519/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 li taħtar żewġ membri supplenti Pollakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

31

 

 

2012/520/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 874/2012

tat-12 ta’ Lulju 2012

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tesiġi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti marbutin mal-enerġija li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni iżda b’funzjonalità ekwivalenti.

(2)

Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar enerġetiku ghal bozoz domestiċi ġew stabbiliti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE (2).

(3)

L-elettriku użat minn bozoz tal-elettriku jammonta għal sehem sinifikanti tad-domanda totali għall-elettriku fl-Unjoni. Mat-titjib li diġà ntlaħaq fl-effiċjenza enerġetika, għad hemm lok sostanzjali għal aktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija mill-bozoz tal-elettriku.

(4)

Id-Direttiva 98/11/KE għandha tiġi revokata u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet ġodda f’dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li t-tikketta enerġetika tipprovdi inċentivi dinamiċi għall-fornituri sabiex ikomplu jtejbu l-effiċjenza enerġetika ta’ bozoz tal-elettriku u titħaffef il-bidla fis-suq favur teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/11/KE huwa limitat għal ċerti teknoloġiji fil-kategorija tal-bozoz domestiċi. Sabiex tintuża t-tikketta biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika ta’ teknoloġiji oħra tal-bozoz, inkluża dik tat-tidwil professjonali, dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll bozoz direzzjonali, bozoz b’vultaġġ baxx ħafna, dajowds li jemettu d-dawl, u bozoz li, fil-biċċa l-kbira, jintużaw f’tidwil professjonali, bħal bozoz bi skariku elettriku ta’ intensità għolja.

(5)

L-unitajiet tat-tidwil ta’ spiss jinbiegħu bil-bozoz inkorporati jew li jakkumpanjawhom. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar il-kumpatibbiltà tal-unità tat-tidwil mal-bozoz li jiffrankaw l-enerġija u dwar l-effiċjenza enerġetika tal-bozoz inklużi mal-unità tat-tidwil. Fl-istess waqt, dan ir-Regolament ma għandux jimponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-manifatturi u l-bejjiegħa tal-unitajiet tat-tidwil, lanqas ma għandu jiddiskrimina bejn l-unitajiet tat-tidwil fir-rigward tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni lill-konsumaturi dwar l-effiċjenza enerġetika.

(6)

L-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, kif elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta għall-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil.

(8)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni teknika ta’ bozoz tal-elettriku u unitajiet tat-tidwil u għall-iskeda tal-bozoz tal-elettriku.

(9)

Fuq kollox, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-informazzjoni li għandha tingħata għal kwalunkwe tip ta’ bejgħ mill-bogħod, reklamar u materjal tekniku promozzjonali għall-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil.

(10)

Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal analiżi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku.

(11)

Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mid-Direttiva 98/11/KE għal dan ir-Regolament, il-bozoz domestiċi li jkollhom tikketta skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mad-Direttiva 98/11/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/11/KE għandha għalhekk tiġi revokata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar u għall-forniment ta’ informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għal bozoz tal-elettriku bħal

(a)

bozoz bil-filament,

(b)

bozoz fluworexxenti,

(c)

bozoz bi skariku elettriku ta’ intensità għolja;

(d)

bozoz LED u moduli LED.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għat-tikkettar ta’ unitajiet tat-tidwil iddisinjati biex joperaw tali bozoz u kkummerċjalizzati lill-utenti aħħarin, inkluż meta dawn ikunu integrati fi prodotti oħra li mhumiex dipendenti fuq l-input ta’ enerġija biex iwettqu l-użu primarju tagħhom matul l-użu (bħall-għamara).

2.   Il-prodotti li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)

Bozoz u moduli LED bi fluss tal-luminożità ta’ inqas minn 30 lumen.

(b)

Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati għat-tħaddim bil-batteriji.

(c)

Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati għal applikazzjonijiet li l-użu primarju tagħhom mhuwiex it-tidwil, bħal:

(i)

l-emissjoni ta’ dawl bħala aġent fi proċessi kimiċi jew bijoloġiċi (bħall-polimerizzazzjoni, it-terapija fotodinamika, l-ortikoltura, il-kura tal-annimali domestiċi, il-prodotti kontra l-insetti);

(ii)

il-qbid tal-immaġni u projezzjoni ta’ immaġini (bħal dwal tal-kameras, magni ta’ fotokopjar, vidjoprojetturi);

(iii)

it-tisħin (bozoz infraħomor);

(iv)

is-sinjalar (bħal bozoz tal-mitjar).

Dawn il-bozoz u moduli LED mhumiex esklużi meta jiġu kkummerċjalizzati għat-tidwil.

(d)

Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati bħala parti minn unità tat-tidwil u mhux maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari, għajr meta jkunu offruti għall-bejgħ, kiri jew kiri bin-nifs jew jintwerew separatament lill-utent aħħari, pereżempju bħala partijiet ta’ bdil.

(e)

Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati bħala parti ta’ prodott li l-użu primarju tiegħu mhuwiex it-tidwil. Madankollu, jekk jitqiegħdu għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs jew jiġu esposti separatament, pereżempju bħala partijiet ta’ bdil, dawn għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(f)

Bozoz u moduli LED li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti li jsiru applikabbli fl-2013 u l-2014 skont ir-Regolamenti li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(g)

L-unitajiet tat-tidwil li huma ddisinjati biex joperaw esklussivament bil-bozoz u l-moduli LED elenkati fil-punti (a) sa (c).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.

“Sors ta’ dawl” tfisser superfiċje jew oġġett iddisinjati biex primarjament jemettu radjazzjoni ottika viżibbli prodotta mit-trasformazzjoni tal-enerġija. It-terminu “viżibbli “ jirreferi għal tul tal-mewġa ta’ 380-780 nm.

2.

“Tidwil” tfisser l-applikazzjoni tad-dawl għal xena, oġġetti jew l-ispazji ta’ madwarhom sabiex sabiex il-bndemin ikunu jistgħu jarawhom.

3.

“Tidwil ta’ aċċentwazzjoni” hija għamla ta’ tidwil fejn id-dawl huwa dirett sabiex jenfasizza oġġett jew parti minn erja;

4.

“Bozza” tfisser unità li l-prestazzjoni tagħha tista’ tiġi vvalutata indipendentement u li tikkonsisti minn sors wieħed jew aktar ta’ dawl. Tista’ tinkludi komponenti addizzjonali meħtieġa għall-attivazzjoni, il-provvista tal-elettriku jew il-funzjonament stabbli tal-unità jew għad-distribuzzjoni, il-filtrazzjoni jew it-trasformazzjoni tar-radjazzjoni ottika, f’każijiet fejn dawk il-komponenti ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jagħmlu ħsara permanenti lill-unità.

5.

“Bażi tal-bozza” tfisser dik il-parti tal-bozza li tipprovdi konnessjoni mal-provvista tal-elettriku permezz ta’ ħowlder tal-bozza jew konnettur tal-bozza u li tista’ sservi wkoll biex iżżomm il-bozza fil-ħowlder tal-bozza;

6.

“Ħowlder tal-bozza” jew “sokit” tfisser apparat li jżomm il-bozza f’postha, ħafna drabi billi jkollu l-bażi mdaħħla fiha, f’liema każ jipprovdi wkoll il-mezz biex iqabbad il-bozza mal-provvista tal-elettriku.

7.

“Bozza direzzjonali” tfisser bozza li, tal-anqas, 80 % tad-dawl li titfa’ jkun f’angolu solidu ta’ π sr (li jikkorrispondi għal kon b’angolu ta’ 120°);

8.

“Bozza mhux direzzjonali” tfisser bozza li mhijiex bozza direzzjonali;

9.

“Bozza bil-filament” tfisser bozza li fiha d-dawl jiġi prodott permezz ta’ konduttur li jkun qisu ħajta li jissaħħan sal-inkandexxenza bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku. Il-bozza jista’ jkollha gassijiet li jinfluwenzaw il-proċess tal-inkandexxenza.

10.

“Bozza inkandexxenti” tfisser bozza bil-filament li fiha l-filament jaħdem f’bozza evakwata jew ikun imdawwar b’gass inerti.

11.

“Bozza aloġena (tat-tungstenu)” tfisser bozza bil-filament li fiha l-filament huwa magħmul mit-tungstenu u huwa mdawwar b’gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu. Il-provvista elettrika tagħhom tista’ tkun ġejja minn provvista integrata.

12.

“Bozza bi skariku elettriku” tfisser bozza li fiha d-dawl jiġi prodott, b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, fwar tal-metall jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar.

13.

“Bozza fluworexxenti” tfisser bozza bi skariku elettriku tat-tip bil-merkurju bi pressjoni baxxa li fiha l-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Bozoz fluworexxenti jistgħu jiġu fornuti b’ballast integrat.

14.

“Bozza fluworexxenti mingħajr ballast integrat” tfisser bozza fluworexxenti b’bażi waħda jew doppja mingħajr ballast integrat.

15.

“Bozza bi skariku elettriku ta’ intensità għolja” tfisser bozza bi skariku elettriku li fiha l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bozza u l-ark jkollu qawwa ta’ skariku superfiċjali ogħla minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru.

16.

“Dajowd li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl li jikkonsisti minn apparat fi stat solidu li jinkorpora punt p-n. Il-punt jemetti radjazzjoni ottika meta mqanqal minn kurrent elettriku.

17.

“Pakkett LED” tfisser assemblaġġ li għandu LED wieħed jew aktar. L-assemblaġġ jista’ jinkludi element ottiku u interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi.

18.

“Modulu LED” tfisser assemblaġġ li ma għandux bażi u li jinkorpora pakkett LED wieħed jew aktar fuq unità ta’ ċirkwit stampat. L-assemblaġġ jista’ jkollu komponenti elettriċi, ottiċi, mekkaniċi u termali, interfaċċji u tagħmir ta’ kontroll.

19.

“Bozza LED” tfisser bozza li tinkorpora LED wieħed jew aktar. Il-bozza tista’ tkun mgħammra b’bażi.

20.

“Tagħmir ta’ kontroll tal-bozza” tfisser apparat li jinsab bejn il-provvista tal-elettriku u bozza waħda jew aktar, li jipprovdi funzjonalità relatata mal-funzjonament tal-bozza/bozoz, bħal dik li jittrasforma l-vultaġġ tal-provvista, jillimita l-kurrent tal-bozza/bozoz sal-valur meħtieġ, jipprovdi l-vultaġġ ta’ attivazzjoni jew il-kurrent tat-tisħin minn qabel, jipprevjeni l-attivazzjoni kiesħa, jikkoreġi l-fattur ta’ potenza jew inaqqas l-interferenza tar-radju. L-apparat jista’ jkun iddisinjat biex ikun konness ma’ tagħmir ieħor ta’ kontroll tal-bozza sabiex iwettaq dawn il-funzjonijiet. It-terminu ma jinkludix:

apparati ta’ kontroll;

provvisti tal-elettriku li jikkonvertu l-vultaġġ tal-mejns f’vultaġġ ieħor ta’ provvista li huma ddisinjati sabiex jipprovdu, fl-istess stallazzjoni, kemm prodotti ta’ tidwil kif ukoll prodotti li l-iskop primarju tagħhom mhuwiex wieħed ta’ tidwil.

21.

“Apparat ta’ kontroll” tfisser apparat mekkaniku jew elettroniku li jikkontrolla jew jimmonitorja l-fluss ta’ luminożità tal-bozza b’mezzi oħra għajr il-konverżjoni tal-enerġija għall-bozza, bħal swiċċijiet bit-tajmer, sensers ta’ preżenza, sensers tad-dawl u apparati ta’ kontroll tad-dawl ta’ matul il-jum. Minbarra dan, id-dimmers bi qtugħ tal-fażi għandhom jitqiesu wkoll bħala apparati ta’ kontroll.

22.

“Tagħmir estern ta’ kontroll tal-bozza” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-bozza mhux integrat, iddisnjat biex jiġi installat barra l-kontenitur tal-bozza jew tal-unità tat-tidwil, jew biex jitneħħa mill-kontenitur mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-bozza jew lill-unità tat-tidwil.

23.

“Ballast” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-bozza mdaħħal bejn il-provvista u bozza waħda jew aktar bi skariku elettriku li, permezz ta’ induttanza, kapaċitanza jew kombinazzjoni ta’ induttanza u kapaċitanza, iservi l-aktar biex jillimita l-kurrent tal-bozza/bozoz sal-valur meħtieġ.

24.

“Tagħmir ta’ kontroll għal bozoz aloġeni” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-bozoz li jittrasforma l-vultaġġ tal-mejns f’vultaġġ baxx ħafna għall-bozoz aloġeni.

25.

“Bozza fluworexxenti kumpatta” tfisser bozza fluworexxenti li tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa biex tixgħel il-bozza u biex din taħdem b’mod stabbli.

26.

“Unità tat-tidwil” tfisser apparat li jiddistribwixxi, jiffiltra jew jittrasforma d-dawl li jgħaddi minn bozza waħda jew aktar li jinkludi l-partijiet kollha meħtieġa biex isostnu, jiffissaw u jipproteġu l-bozoz u, fejn meħtieġ, ċirkwiti awżiljarji flimkien mal-mezzi għall-konnessjoni tagħhom mal-provvista tal-elettriku.

27.

“Punt tal-bejgħ” tfisser post fiżiku fejn il-prodott huwa muri jew offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs lill-utent aħħari.

28.

“Utent aħħari” tfisser persuna naturali li qed tixtri jew mistennija tixtri bozza tal-elettriku jew unità tat-tidwil għal finijiet li mhumiex fl-ambitu tal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha.

29.

“Sid finali” tfisser il-persuna jew l-entità li tkun sid ta’ prodott matul il-fażi tal-użu taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, jew kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f’isem tali persuna jew entità.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri

1.   Il-fornituri tal-bozoz tal-elettriku mqiegħda fis-suq bħala prodotti individwali għandhom jiżguraw li:

(a)

Tkun disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness II.

(b)

Id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness III, tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq talba tagħhom.

(c)

Kwalunkwe reklam, prezz formali kkwotat jew offerta li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz għal bozza speċifika tispeċifika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

(d)

Kwalunkwe materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna bozza speċifika li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tagħha jispeċifika l-klassi ta’ effiċjenza enerġetika ta’ dik il-bozza.

(e)

Jekk il-bozza hija maħsuba biex tinbiegħ permezz ta’ punt tal-bejgħ, titqiegħed, tiġi stampata jew titwaħħal tikketta, prodotta fil-format u li fiha l-informazzjoni kif stipulat fl-Anness I.1, fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ individwali, u li l-imballaġġ juri l-potenza nominali tal-bozza barra t-tikketta.

2.   Fornituri ta’ unitajiet tat-tidwil maħsuba biex jinbiegħu lill-utenti aħħarin għandhom jiżguraw li:

(a)

Id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness III, tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq talba tagħhom

(b)

L-informazzjoni li tinsab fit-tikketta skont l-Anness I.2 hija pprovduta fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)

fi kwalunkwe reklam, prezz formali kkwotat jew offerta li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz għal mudell speċifiku ta’ unità tat-tidwil;

(ii)

fi kwalunkwe materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna bozza speċifika li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tagħha.

F’dawn il-każijiet l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’formati għajr dak stipulat fl-Anness I.2., bħal dak kompletament testwali.

(c)

Jekk l-unità tat-tidwil hija maħsuba biex tinbiegħ permezz ta’ punt tal-bejgħ, għandha tkun disponibbli tikketta prodotta fil-format u tinkludi l-informazzjoni kif stipulat fl-Anness I mingħajr ħlas għall-fornituri u f’format elettroniku jew tal-karta. Jekk il-fornitur jagħżel sistema ta’ forniment li biha t-tikketti huma pprovduti biss fuq talba tan-negozjanti, il-fornituri għandhom jipprovdu minnufih it-tikketti fuq tali talba.

(d)

Jekk l-unità tat-tidwil titqiegħed fis-suq f’imballaġġ għal utenti aħħarin li jinkludi bozoz tal-elettriku li l-utent aħħari jista’ jissostitwixxi f’unità tat-tidwil, l-imballaġġ oriġinali ta’ dawk il-bozoz huwa inkluż fl-imballaġġ tal-unità tat-tidwil. Jekk le, mela l-parti esterna jew interna tal-imballaġġ tal-unità tat-tidwil għandha tippreżenta, f’xi għamla oħra, l-informazzjoni mogħtija fuq l-imballaġġ oriġinali tal-bozoz u meħtieġa minn dan ir-Regolament u minn regolamenti tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal-bozoz skont id-Direttiva 2009/125/KE.

Fornituri ta’ unitajiet tat-tidwil maħsuba biex jinbiegħu permezz ta’ punt tal-bejgħ li jipprovdu informazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala li wettqu r-responsabbiltajiet tagħhom bħala distributuri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għall-bozoz stipulati f’regolamenti tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz skont id-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tan-negozjanti

1.   Negozjanti ta’ bozoz tal-elettriku għandhom jiżguraw li:

(a)

Kull mudell offtrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, fejn is-sid finali ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri, ikun ikkummerċjalizzat bl-informazzjoni li għandha tingħata mill-fornituri skont l-Anness IV.

(b)

Kwalunkwe reklam, prezz formali kkwotat jew offerta li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz għal mudell speċifiku tispeċifika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

(c)

Kwalunkwe materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tiegħu, li jinkludi l-klassi ta’ effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell.

2.   Negozjanti ta’ unitajiet tat-tidwil ikkummerċjalizzati lil utenti aħħarin għandhom jiżguraw li:

(a)

L-informazzjoni fuq it-tikketta, skont l-Anness I.2, hija pprovduta fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)

fi kwalunkwe reklam, prezz formali kkwotat jew offerta li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz għal mudell speċifiku ta’ unità tat-tidwil;

(ii)

fi kwalunkwe materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna unità tat-tidwil speċifika li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tagħha.

F’dawn il-każijiet l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’formati għajr dak stipulat fl-Anness I.2., bħal dak kompletament testwali.

(b)

Kwalunkwe mudell ippreżentat fil-punt tal-bejgħ huwa akkumpanjat mit-tikketta kif stipulat fl-Anness I.2. It-tikketta għandha tintwera f’wieħed mill-modi li ġejjin jew fit-tnejn:

(i)

fi prossimità tal-unità tat-tidwil murija, sabiex tkun viżibbilment ċara u identifikabbli bħala t-tikketta li tappartjeni lill-mudell, mingħajr il-bżonn li jinqara l-isem tad-ditta u n-numru tal-mudell fuq it-tikketta;

(ii)

takkumpanja b’mod ċar l-informazzjoni l-aktar direttament viżibbli dwar l-unità tat-tidwil (bħall-prezz jew informazzjoni teknika) fil-punt tal-bejgħ.

(c)

Jekk l-unità tat-tidwil tinbiegħ f’imballaġġ għall-utenti aħħarin li jinkludi bozoz tal-elettriku li l-utent aħħari jista’ jissostitwixxi fl-unità tat-tidwil, l-imballaġġ oriġinali ta’ dawk il-bozoz huwa inkluż fl-imballaġġ tal-unità tat-tidwil. Jekk le, mela l-parti esterna jew interna tal-imballaġġ tal-unità tat-tidwil għandha tippreżenta, f’xi għamla oħra, l-informazzjoni mogħtija fuq l-imballaġġ oriġinali tal-bozoz u meħtieġa minn dan ir-Regolament u minn regolamenti tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal-bozoz skont id-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 5

Metodi ta’ kejl

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avanzati u riċenti rikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness V.

Artikolu 6

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness V meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-konsum tal-enerġija ddikjarati.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness V.

Artikolu 8

Revoka

Id-Direttiva 98/11/KE għandha tiġi revokata b’effett mill-1 ta’ Settembru 2013.

Ir-referenzi għad-Direttiva 98/11/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Referenzi għall-Anness IV għad-Direttiva 98/11/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Anness VI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-Artikoli 3(2) u 4(2) ma għandhomx japplikaw għal unitajiet tat-tidwil qabel l-1 ta’ Marzu 2014.

2.   L-Artikolu 3(1) (c-d) u l-Artikolu 4(1)(a-c) ma għandhomx japplikaw għal reklami stampati u materjal promozzjonali tekniku stampat ippubblikati qabel l-1 ta’ Marzu 2014.

3.   Bozoz imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 98/11/KE mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2013 għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/11/KE.

4.   Bozoz imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 98/11/KE li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li jitqegħdu fis-suq jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-1 ta’ Settembru 2013 għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 98/11/KE.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2013, ħlief fil-każijiet elenkati fl-Artikolu 9.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(4)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.


ANNESS I

Tikketta

1.   TIKKETTA GĦAL BOZOZ TAL-ELETTRIKU PPREŻENTATI F’PUNT TAL-BEJGĦ

(1)

It-tikketta għandha tkun bħall-illustrazzjoni li ġejja jekk din ma tkunx stampata fuq l-imballaġġ:

Image

(2)

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta:

I.

l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ bozza minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddeterminata skont l-Anness VI; it-tarf tal-vleġġa li tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bozza għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

IV.

il-konsum annwali ta’ enerġija ppeżat (EC ) f’kWh għal kull 1 000 siegħa, ikkalkulat u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness VII.

(3)

Jekk it-tikketta tiġi stampata fuq l-imballaġġ u l-informazzjoni speċifikata fil-punt (2)(i), (II) u (IV) hija inkluża x’imkien ieħor fuq l-imballaġġ, dik l-informazzjoni tista’ titħalla barra mit-tikketta. It-tikketta għandha mbagħad tintagħżel minn dawn l-illustrazzjonijiet:

Image

Image

Image

Image

(4)

Id-disinn tat-tikketta għandha tkun kif ġej:

Image

fejn:

(a)

L-ispeċifikazzjonijiet tad-daqs fil-grafika hawn fuq u fil-punt (d) japplikaw għal tikketta ta’ bozza wiesgħa 36 mm u għolja 75 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format differenti, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-verżjoni tat-tikketta speċifikata fil-punti (1) u (2) għandha tkun mill-anqas wiesgħa 36 mm u għolja 75 mm, u l-verżjonijiet speċifikati fil-punt (3) għandhom ikunu, mill-inqas, wiesgħa 36 mm u għolja 68 mm u, mill-inqas, wiesgħa 36 mm u għolja 62 mm, rispettivament. Jekk l-ebda ġenb tal-imballaġġ mhuwa kbir bizzejjed biex jinkludi t-tikketta u l-bordura vojta tagħha, jew fejn din tgħatti aktar minn 50 % tal-wiċċ tal-ikbar ġenb, jistgħu jiġu mċekkna t-tikketta u l-bordura iżda mhux b’aktar milli meħtieġ biex jiġu ssodisfati dawn iż-żewġ kundizzjonijiet. Madankollu, f’ebda każ ma tista’ tiċċekken it-tikketta għal iżjed minn 40 % (bħala tul) tad-daqs standard tagħha. Jekk l-imballaġġ huwa żgħir wisq biex jieħu tikketta mċekkna bħal din, tikketta wiesgħa 36 mm u għolja 75 mm għandha titwaħħal mal-bozza jew mal-imballaġġ.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad kemm għal verżjonijiet multikuluriti kif ukoll għal dawk monokromatiċi tat-tikketta.

(c)

Għall-verżjoni multikulurita tat-tikketta, il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar u iswed, skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika li tidher hawn fuq; l-ispeċifikazzjonijiet tal-kulur japplika biss għall-verżjoni multikulurita tat-tikketta):

Image

Linja tal-Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 1 mm.

Image

Logo tal-EU – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Logo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: Logo tal-UE u logo tal-enerġija (flimkien): wisa’: 30 mm, għoli: 9 mm.

Image

Bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 30 mm.

Image

Skala A++-E

Vleġġa: għoli: 5 mm, spazju intermedju: 0,8 mm – kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

Test: Calibri tipa grassa 15 pt, b’ittri kbar u abjad; ’+’ simboli: Calibri tipa grassa 15 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.

Image

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Vleġġa: wisa’: 11,2 mm, għoli: 7 mm, 100 % sewda;

Test: Calibri tipa grassa 20 pt, b’ittri kbar u abjad; ’+’ simboli: Calibri tipa grassa 20 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.

Image

Konsum tal-enerġija ppeżat;

Valur: Calibri tipa grassa 16 pt, 100 % iswed; u Calibri regolari 9 pt, 100 % iswed.

Image

Isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali.

Image

Identifikatur tal-mudell tal-fornitur

L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 30 x 7 mm.

Xejn iżjed li jitqiegħed, jiġi stampat jew jitwaħħal fuq l-imballaġġ individwali ma għandu joskura t-tikketta jew inaqqas il-viżibbiltà tagħha.

Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista’ tiżdied wkoll kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

2.   TIKKETTA GĦAL UNITAJIET TAT-TIDWIL PPREŻENTATI F’PUNT TAL-BEJGĦ

(1)

It-tikketta għandha tkun il-verżjoni tal-lingwa rilevanti, u għandha tintwera skont l-illustrazzjoni li ġejja, jew f’varjanti ddefiniti skont il-punti (2) u (3).

Image

(2)

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:

I.

L-isem tal-fornitur jew marka kummerċjali;

II.

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ unità tat-tidwil minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

III.

Is-sentenza kif murija bħala eżempju fil-punt (1), jew waħda mill-alternattivi tagħha mill-eżempji fil-punt (3) hawn taħt, kif applikabbli. Minflok it-terminu “unità tat-tidwil” jista’ jintuża terminu aktar preċiż li jiddeskrivi t-tip partikolari ta’ unità tat-tidwil jew il-prodott li fih tiġi integrata l-unità tat-tidwil (bħall–għamara), sakemm jibqa’ ċar li t-terminu jirreferi għall-prodott għall-bejgħ li jopera b’sorsi tad-dawl;

IV.

Il-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika skont il-parti 1 ta’ dan l-Anness, akkumpanjati minn dawn l-elementi li ġejjin, kif applikabbli:

(a)

pittogramma ta’ “bozza” li tindika l-klassijiet ta’ bozoz sostitwibbli mill-utenti li hija kumpattibbli magħhom l-unità tat-tidwil skont ir-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kumpatibbiltà;

(b)

salib fuq il-klassijiet ta’ bozoz li mhijiex kumpattibbli magħhom l-unità tat-tidwil skont ir-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kumpatibbiltà

(c)

l-ittri “LED” irranġati vertikalment tul il-klassijiet A sa A++ jekk l-unità tat-tidwil tinkludi moduli LED li mhumiex maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari. Jekk tali unità tat-tidwil ma fihiex sokits għal bozoz sostitwibbli mill-utent, il-klassijiet minn B sa E għandhom ikunu koperti b’salib;

V.

Waħda mill-opzjonijiet li ġejjin, kif applikabbli:

(a)

jekk l-unità tat-tidwil titħaddem b’bozoz li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utent aħħari, u tali bozoz huma inklużi fl-imballaġġ tal-unità tat-tidwil, is-sentenza kif murija fl-eżempju fil-punti (1), li tinkludi l-klassijiet tal-enerġija xierqa. Fejn meħtieġ, is-sentenza tista’ tiġi aġġustata biex tirreferi għal bozza waħda jew aktar, u jistgħu jiġu elenkati bosta klassijiet tal-enerġija;

(b)

jekk l-unità tat-tidwil tinkludi biss moduli LED li mhumiex maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari, is-sentenza kif murija fl-eżempju fil-punt (3)(b);

(c)

jekk l-unità tat-tidwil tinkludi kemm moduli LED li mhumiex maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari kif ukoll sokits għal bozoz li jistgħu jiġu sostitwiti, u tali bozoz mhumiex inklużi mal-unità tat-tidwil, is-sentenza kif murija fl-eżempju fil-punt(3)(d);

(d)

jekk l-unità tat-tidwil titħaddem biss b’bozoz li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utent aħħari u ebda bozza bħal din mhija inkluża mal-unità tat-tidwil, l-ispazju għandu jitħalla vojt, kif muri fl-eżempju fil-punt (3)(a).

(3)

Dawn l-illustrazzjonijiet jipprovdu eżempji ta’ tikketti tipiċi ta’ unitajiet tat-tidwil flimkien mal-illustrazzjoni fil-punt (1), mingħajr ma jintwerew il-kombinazzjonijiet kollha possibbli.

(a)

Unità tat-tidwil b’bozoz sostitwibbli mill-utent aħħari kumpatibbli b’bozoz tal-klassijiet tal-enerġija kollha bl-ebda bozoz inklużi:

Image

(b)

Unità tat-tidwil li tinkludi biss moduli LED mhux sostitwibbli:

Image

(c)

Unità tat-tidwil li tinkludi kemm moduli LED mhux sostitwibbli kif ukoll sokits għal bozoz sostitwibbli mill-utent, bil-bozoz inklużi:

Image

(d)

Unità tat-tidwil li tinkludi kemm moduli LED mhux sostitwibbli kif ukoll sokits għal bozoz sostitwibbli mill-utent, bil-bozoz mhux inklużi:

Image

(4)

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-grafika hawn taħt:

Image

(a)

Il-verżjoni tat-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 50 mm u għolja 100 mm.

(b)

L-isfond għandu jkun jew abjad jew trasparenti, iżda l-ittri tal-klassijiet tal-enerġija għandhom ikunu dejjem bl-abjad. Meta l-isfond ikun trasparenti, in-negozjant għandu jiżgura li t-tikketta hija applikata fuq superfiċje li tkun bajda jew griża ċara li tippreserva l-leġibbiltà tal-elementi kollha tat-tikketta.

(c)

Il-kuluri għandhom ikunu CMYK – cyan, maġenta, isfar u iswed, skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika li tidher hawn fuq):

Image

Linja tal-Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 1 mm.

Image

Bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 43 mm.

Image

Logo tal-unità tat-tidwil: linja: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – Daqs: 13 mm x 13 mm – kantunieri tondi: 1 mm. Il-pittogramma kif murija, jew il-pittogramma jew ritratt tal-fornitur stess, jekk jiddeskrivu aħjar l-unità tat-tidwil li tikkorrispondi għal dik it-tikketta.

Image

Test: Calibri Regolari 9 pt jew akbar, 100 % iswed

Image

Skala A++-E

Vleġġa: għoli: 5 mm, spazju intermedju: 0,8 mm – kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

Test: Calibri tipa grassa 14 pt, b’ittri kbar u abjad; “+” simboli: Calibri tipa grassa 14 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.

Image

Test LED: Verdana Regolari 15 pt, 100 % iswed:

Image

Salib: kulur:13-X-X-04, linja: 3 pt

Image

Logo tal-bozza: Pittogramma kif murija

Image

Test: Calibri Regolari 10 pt jew akbar, 100 % iswed

Image

Numerazzjoni tar-Regolament: Calibri tipa grassa10 pt, 100 % sewda;

Image

Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali.

Image

Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqgħodu f’spazju tad-daqs 43 x 10 mm.

Image

Vleġġa tal-klassi tal-enerġija

Vleġġa: għoli: 3,9 mm, wisa’: kif murija fl-illustrazzjoni fil-punt (4) iżda mċekkna fl-istess proporzjon tat-tul, kulur: il-kulur iddefinit fil-punt Image , kif applikabbli.

Test: Calibri tipa grassa 10,5 pt, b’ittri kbar u abjad; “+” simboli: Calibri tipa grassa 10,5 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.

Jekk mhemmx biżżejjed spazju biex jintwerew il-vleġeġ tal-klassi tal-enerġija fi ħdan l-erja tas-sentenza msemmija fil-punt (2) V. (a), tista’ tintuża l-erja bejn in-numru tar-Regolament u l-logo tal-UE għal dak l-iskop.

(e)

It-tikketta tista’ tintwera wkoll f’orjentazzjoni orizzontali fejn, f’dak il-każ, għandha tkun wiesgħa mill-inqas 100 mm u għolja mill-inqas 50 mm. Il-komponenti tat-tikketti għandhom ikunu kif deskritti fil-punti (b) sa (d) u għandhom ikunu rranġati skont l-eżempji kif ġejjin, kif applikabbli. Jekk mhemmx biżżejjed spazju biex jintwerew il-vleġeġ tal-klassi tal-enerġija fil-kaxxa tat-test fuq ix-xellug tal-iskala A++ sa E, il-kaxxa tat-test tista’ titkabbar vertikalment skont il-ħtieġa.

Image Image Image

(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS II

Skeda tal-Prodott għall-bozoz tal-elettriku

L-iskeda għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata għat-tikketta. Fejn mhumiex ipprovduti fuljetti informattivi dwar il-prodott, it-tikketta pprovduta mal-prodott tista’ titqies ukoll bħala l-iskeda.


ANNESS III

Dokumentazzjoni teknika

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (2)(a) għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell, suffiċjenti li ma tħalli l-ebda dubju u tkun faċilment identifikata;

(c)

fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(f)

il-parametri tekniċi għad-determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika fil-każ ta’ bozoz tal-elettriku, u kumpatibbiltà mal-bozoz fil-każ ta’ unitajiet tat-tidwil, li jispeċifikaw mill-inqas kombinazzjoni realistika waħda ta’ konfigurazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jiġi ttestjat il-prodott;

(g)

għall-bozoz tal-elettriku, ir-riżultati tal-kalkoli imwettaq skont l-Anness VII.

L-informazzjoni li tinsab f’din id-dokumentazzjoni teknika tista’ tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE.


ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tingħata f’każijiet fejn is-sidien aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri

1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif stipulat fl-Anness VI;

(b)

fejn meħtieġ mill-Anness I, il-konsum ta’ enerġija ppeżat f’kWh għal kull 1 000 siegħa, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-parti 2 tal-Anness VII.

2.

Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness II.

3.

Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew tintwera l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness, għandhom jinqraw faċilment.


ANNESS V

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jitwettqu kontrolli tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, inklużi il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL BOZOZ TAL-ELETTRIKU U MODULI LED KUMMERĊJALIZZATI BĦALA PRODOTTI INDIVIDWALI

Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw kampjun ta’ għadd minimu ta’ għoxrin bozza tal-istess mudell mill-istess manifattur, possibbilment miksuba fi proporzjon ugwali minn erba’ sorsi magħżula b’ mod każwali, filwaqt li jitqiesu l-parametri tekniċi stipulati fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt (f) fl-Anness III.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 4 jekk l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell jikkorrispondi mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddikjarata tiegħu u jekk ir-riżultati medji tal-kampjun ma jvarjawx b’iktar minn 10 % mil-limitu, parametru ta’ referenza jew valuri ddikjarati (inkluż l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika).

Inkella, il-mudell se jitqies bħala mhux konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 4.

It-tolleranzi għall-varjazzjoni indikati hawn fuq jikkonċernaw biss l-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa fuq il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika biex tinkiseb klassi tal-enerġija aktar effiċjenti.

Il-valuri ddikjarati ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

2.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL UNITAJIET TAT-TIDWIL MAĦSUBA BIEX IKUNU KUMMERĊJALIZZATI JEW KUMMERĊJALIZZATI LILL-UTENT AĦĦARI

L-unità tat-tidwil għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 4 jekk hija akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott u, jekk tinstab bħala kumpatibbli ma’ kwalunkwe bozoz li tiddikjara li hija kumpatibbli magħhom skont il-punti 2.2.IV(a) u (b) tal-Anness I, bl-applikazzjoni tal-metodi u l-kriterji l-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-kumpatibbiltà.


ANNESS VI

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bozoz għandha tkun iddeterminata abbażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tagħhom kif stipulat fit-Tabella 1.

L-EEI tal-bozoz għandu jiġu determinat skont l-Anness VII.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għal bozoz

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għal bozoz direzzjonali

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għal bozoz direzzjonali

A++ (l-iktar effiċjenti)

EEI ≤ 0,11

EEI ≤ 0,13

A+

0,11 < EEI ≤ 0,17

0,13 < EEI ≤ 0,18

A

0,17 < EEI ≤ 0,24

0,18 < EEI ≤ 0,40

B

0,24 < EEI ≤ 0,60

0,40 < EEI ≤ 0,95

C

0,60 < EEI ≤ 0,80

0,95 < EEI ≤ 1,20

D

0,80 < EEI ≤ 0,95

1,20 < EEI ≤ 1,75

E (l-inqas effiċjenti)

EEI > 0,95

EEI > 1,75


ANNESS VII

Metodu għall-ikkalkular tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika u l-konsum tal-enerġija

1.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta’ mudell, il-potenza tiegħu kkoreġuta għal kwalunkwe telf tat-tagħmir ta’ kontroll hija mqabbla mal-potenza ta’ referenza tiegħu. Il-potenza ta’ referenza tinkiseb mill-flus utli ta’ luminożità, li huwa l-fluss totali għal bozoz direzzjonali, u l-fluss f’kon ta’ 90° jew 120° għal bozoz direzzjonali.

L-EEI jiġi kkalkulat u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali:

EEI = Pcor/Pref

fejn:

Pcor hija l-potenza assenjata (Prated) għall-mudelli mingħajr tagħmir ta’ kontroll estern u l-potenza assenjata (Prated) ikkoreġuta skont it-Tabella 2 għal mudelli b’tagħmir ta’ kontroll estern. Il-potenza assenjata tal-bozoz titkejjel għall-vultaġġ nominali tal-input tagħhom.

Tabella 2

Korrezzjoni tal-potenza jekk il-mudell jesiġi tagħmir estern ta’ kontroll

Skop tal-korrezzjoni

Potenza kkoreġuta għal telf ta’ tagħmir ta’ kontroll (Pcor)

Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz aloġeni

Prated × 1,06

Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz LED

Prated × 1,10

Bozoz fluworexxenti b’dijametru ta’ 16 mm (bozoz T5) u bozoz fluworexxenti b’bażi unika 4-pin li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz fluworexxenti

Prated × 1,10

Bozoz oħra li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz fluworexxenti

Formula

Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern bi skariku elettriku ta’ intensità għolja

Prated × 1,10

Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll għal bozoz b’sodju ta’ pressjoni baxxa

Prated × 1,15

Pref hija l-potenza ta’ referenza miksuba minn fluss utli ta’ luminożità tal-mudell (Φuse) permezz tal-formuli li ġejjin:

 

Għall-mudelli b’Φuse < 1 300 lumen: Pref = 0,88√Φuse + 0,049Φuse

 

Għall-mudelli b’Φuse < 1 300 lumen: Pref = 0,07341Φuse

Il-fluss utli ta’ luminożità (Φuse) huwa ddefinit skont it-Tabella 3.

Tabella 3

Definizzjoni ta’ fluss utli ta’ luminożità

Mudell

Fluss utli ta’ luminożità (Φuse)

Bozoz mhux direzzjonali

Fluss ta’ luminożità assenjat totali (Φ)

Bozoz direzzjonali b’angolu tar-raġġ ≥ 90° għajr bozoz bil-filament u li għandhom twissija testwali jew grafika fuq l-imballaġġ tagħhom li mhumiex adattati għat-tidwil li jaċċentwa

Fluss utli ta’ luminożità assenjat f’kon ta’ 120° (Φ120°)

Bozoz direzzjonali oħra

Fluss ta’ luminożità assenjat f’kon ta’ 90° (Φ90°)

2.   KALKOLU TAL-KONSUM TAL-ENERĠIJA

Il-konsum annwali ta’ enerġija ppeżat (Ec ) jiġi kkalkulat f’kWh/1 000 siegħa kif ġej u mqarreb sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali:

Formula

Fejn Pcor hija l-potenza kkoreġuta għal kwalunkwe telf tat-tagħmir ta’ kontroll skont il-parti 1 hawn fuq.


26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 875/2012

tal-25 ta’ Settembru 2012

li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku") u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li, f'konformità mal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ikkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IT-TALBA

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex tagħmel l-importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija soġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le.

(2)

It-talba tressqet fl-14 ta' Awwissu 2012 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (European Bicycles Manufacturers Association EBMA) f’isem In Cycles - Montagem e Comercio de Bicicletas, Ldo, SC. EUROSPORT DHS S.A. u MAXCOM Ltd, tliet produtturi tar-roti fl-Unjoni.

B.   IL-PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' evażjoni huwa biċikletti u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikletti), mhux bil-mutur, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċi TARIC 8712007090) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("il-prodott ikkonċernat").

(4)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkunsinnat mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, u li bħalissa jaqa’ taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat ("il-prodott li qed jiġi investigat").

C.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ u li possibbilment qed jiġu evitati huma miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (2) li jimponu dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tal-miżuri imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1524/2000 (3) u emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (4).

D.   IR-RAĠUNIJIET

(6)

It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu evitati permezz ta' trasbord vija l-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ ta' ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 13.2 tar-Regolament bażiku vija l-Indoneżja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija.

(7)

L-evidenza prima facie li ġiet ippreżentata hija din:

(8)

It-talba turi li seħħet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija lejn l-Unjoni wara ż-żieda fid-dazji anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat imposta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005, mingħajr raġuni jew ġustifikazzjoni biżżejjed għal tibdil bħal dan għajr l-impożizzjoni tad-dazju.

(9)

Din il-bidla tidher li tirriżulta mit-trasbord ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina vija l-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija lejn l-Unjoni u minn operazzjonijiet ta' assemblaġġ fl-Indoneżja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija.

(10)

Barra minn hekk, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiddgħajfu kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll f’termini ta’ prezz. Volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(11)

Fl-aħħar nett, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat qegħdin ikunu l-oġġett ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat.

(12)

Jekk prassi ta’ evażjoni vija l-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr għat-trasbord u l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ, tkun identifikata fil-proċess tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri din il-prassi wkoll.

E.   IL-PROĊEDURA

(13)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u biex tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat soġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Kwestjonarji

(14)

Sabiex tikseb it-tagħrif meqjus neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi magħrufa fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, tal-Indoneżja, tal-Malasja, tas-Sri Lanka u tat-Tuneżija. Jista' jintalab ukoll tagħrif mill-industrija tal-Unjoni, skont kif ikun xieraq.

(15)

F’kull każ, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, peress li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(16)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indoneżja, il-Malasja is-Sri Lanka u t-Tuneżija se jiġu nnotifikati bil-ftuħ tal-investigazzjoni.

(b)   Il-ġbir ta' informazzjoni u s-seduti ta' smigħ

(17)

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jagħtu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, jekk dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

(c)   L-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(18)

B’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwixxix evażjoni.

(19)

Minħabba li l-possibbiltà li sseħħ evażjoni barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lil produtturi fl-Indoneżja, il-Malasja is-Sri Lanka u t-Tuneżija ta' biċikletti u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikletti), mhux bil-mutur, li jistgħu juru li mhuma relatati (5) ma' ebda produttur soġġett għall-miżuri (6) u li jinstabu li mhumiex involuti fi prattiki ta' evażjoni kif definiti fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   IR-REĠISTRAZZJONI

(20)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' evażjoni, ikunu jistgħu jiġu imposti dazji anti-dumping addattati mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn ikkonsenjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija.

G.   IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(21)

Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti taż-żmien li fihom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu l-kwestjonarju mimli jew kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha titqies matul l-investigazzjoni,

il-produtturi fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjoni jew mill-miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(22)

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li t-tħaddim tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

H.   IN-NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(23)

F'każijiet li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

(24)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, dik l-informazzjoni għandha tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

(25)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq fatti disponibbli b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din kienet ikkooperat.

I.   L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(26)

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

J.   L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(27)

Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (7).

K.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(28)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

(29)

Talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji.

(30)

Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm.,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’dan qed tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' biċikletti u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikletti), mhux bil-mutur, ikkunsinnati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jew le, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċi TARIC 8712003010 u 8712007091) humiex qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni, permezz ta' regolament, tista' titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jitqiesu waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

3.   Il-produtturi fl-Indoneżja, il-Malasja is-Sri Lanka u t-Tuneżija li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri, għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

5.   Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tagħhom. Madankollu, kull Prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju għandhom jitressqu fuq karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tagħti s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence.

Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata "Limited" (8) ("Ristrett") u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata "For inspection by interested parties" ("Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati").

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks +32 22985353

L-indirizz elettroniku: TRADE-R563-BICYCLES-CIRC@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2.

(3)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39

(4)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(5)  B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew għandha 5 % jew iżjed tal-ishma jew tal-kwoti tal-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest "persuna" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma’ kumpaniji soġġetti għall-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri anti-dumping oriġinali), xorta waħda tista’ tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji soġġetta għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew użata biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  Dokument "Limited" ("Ristrett") huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-Dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 876/2012

tal-25 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

57,9

XS

46,1

ZZ

52,0

0707 00 05

MK

13,4

TR

126,8

ZZ

70,1

0709 93 10

TR

115,6

ZZ

115,6

0805 50 10

AR

93,8

CL

98,0

TR

96,0

UY

67,7

ZA

89,9

ZZ

89,1

0806 10 10

MK

37,9

TR

129,5

ZZ

83,7

0808 10 80

BR

89,7

CL

87,3

NZ

128,4

US

181,6

ZA

108,5

ZZ

119,1

0808 30 90

CN

99,9

TR

113,8

ZA

144,5

ZZ

119,4

0809 30

TR

150,2

ZZ

150,2

0809 40 05

IL

60,4

XS

74,4

ZZ

67,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 877/2012

tal-25 ta’ Settembru 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 860/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 255, 21.9.2012, p. 25.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Settembru 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

34,90

0,68

1701 12 90  (1)

34,90

4,14

1701 13 10  (1)

34,90

0,82

1701 13 90  (1)

34,90

4,43

1701 14 10  (1)

34,90

0,82

1701 14 90  (1)

34,90

4,43

1701 91 00  (2)

44,01

4,27

1701 99 10  (2)

44,01

1,13

1701 99 90  (2)

44,01

1,13

1702 90 95  (3)

0,44

0,25


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/517/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Angelo ZUBBANI, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Leoluca ORLANDO, Sindaco del Comune di Palermo.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li taħtar żewġ membri Ċiprijotti u tliet membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/518/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċiprijott,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Savvas ELIOFOTOU u tas-Sur Evyenios MICHAIL saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Andreas MOUSEOS tas-Sur Andreas HADZILOIZOU u tas-Sur Christofis ANTONIOU, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

is-Sinjura Louisa MAVROMMÁTI, Αντιδήμαρχος 'Εγκωμης

is-Sur Louis KOUMENIDES, Πρόεδρος Κ.Σ. Κάτω Λευκάρων

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Sávvas VÉRGΑS, Δήμαρχος Πάφου

is-Sur Glavkos KARIÓLOU, Δήμαρχος Κερύνειας

is-Sur Georgios IAKOVOU, Πρόεδρος Κ.Σ. Αγίων Τριμιθιάς.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li taħtar żewġ membri supplenti Pollakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/519/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Jacek CZERNIAK u s-Sur Marcin JABŁOŃSKI saru vakanti żewġ postijiet ta’ membri supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejin huma b’dan maħturin membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Piotr CAŁBECKI, Marszałek Województwa Kujawsko-Pomorskiego

Is-Sur Jarosław DWORZAŃSKI, Marszałek Województwa Podlaskiego.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li taħtar membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/520/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Barbara BONINO, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Mattia TARSI, Consigliere, Provincia di Pesaro.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.