ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.257.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
25 ta' Settembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 867/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb ( 1 )

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tawmatin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 870/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

10

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 871/2012 tal-24 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/513/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUMM GEORGIA/1/2012 tal-14 ta’ Settembru 2012 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/514/PESK tal-24 ta’ Settembru 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/515/PESK tal-24 ta’ Settembru 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

18

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/516/PESK tal-24 ta’ Settembru 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament Nru 10 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika ( ĠU L 254, 20.9.2012 )

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 867/2012

tal-24 ta’ Settembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2) bil-għan li ssir effettiva l-parti l-kbira tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/420/PESK tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (3) tipprovdi għal miżura addizzjonali, jiġifieri li l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti u l-ajruplani kollha destinati għas-Sirja jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jaħseb li l-merkanzija fiha oġġetti li l-forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni tagħhom hija projbita jew suġġetta għal awtorizzazzjoni.

(3)

Fir-rigward ta’ dik il-miżura, id-Deċiżjoni 2012/420/PESK tipprovdi wkoll li l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti li jittrasportaw merkanzija lejn is-Sirja għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla jew qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tiddaħħal fi Stat Membru jew tinħareġ minnu.

(4)

Minbarra dan, id-Deċiżjoni 2012/420/PESK tipprovdi għal deroga mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi fir-rigward ta’ trasferiment ta’ fondi dovuti b’rabta mal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lil ċittadini Sirjani li jkunu qed isegwu edukazzjoni, taħriġ professjonali jew ikunu impenjati f’riċerka akkademika fl-Unjoni.

(5)

Id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal derogi mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-Bank Ċentrali tas-Sirja għandhom jiġu emendati.

(6)

Xi wħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex huma jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(7)

Għall-istess raġuni, hija meħtieġa emenda sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(r)

‘territorju doganali tal-Unjoni’ tfisser it-territorju kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (*).

(*)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.”;"

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2c

1.   Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni bil-quddiem kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet relevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (**) japplikaw għall-merkanzija kollha li titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn is-Sirja.

Il-persuna jew entità li tipprovdi dik l-informazzjoni għandha wkoll tippreżenta kwalunkwe awtorizzazzjoni jekk din tkun meħtieġa minn dan ir-Regolament.

2.   Il-qbid u t-trattament ta’ tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li l-forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti mill-Artikoli 2 u 2a ta’ dan ir-Regolament, jistgħu, b’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali jew mad-deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti, isiru a spejjeż tal-persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 jew, jekk ma jkunx possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu rkuprati minn dik il-persuna jew entità, l-ispejjeż jistgħu, b’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna jew entità li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija jew tagħmir fit-tentattiv ta’ forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti.

(**)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”;"

(3)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Huma pprojbiti:

(a)

il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir jew teknoloġija kif elenkati fl-Anness VII biex jiġu użati fil-bini jew l-installazzjoni fis-Sirja ta’ impjanti ġodda tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku;

(b)

l-għoti, b’mod dirett jew b’mod indirett, ta’ għajnuna teknika, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni jew riassigurazzjoni b’rabta ma’ kwalunkwe proġett imsemmi fil-punt (a).”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20a

B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jkunu jqisu bħala xierqa, it-trasferiment minn jew permezz ta’ entità finanzjarja elenkata fl-Anness II jew IIa ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi, fejn it-trasferiment ikun relatat ma’ ħlas minn persuna jew entità mhux elenkati fl-Anness II jew IIa b’konnessjoni mal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja lil ċittadini Sirjani li jkunu qegħdin isegwu xi edukazzjoni, taħriġ professjonali jew ikunu impenjati f’xi riċerka akkademika fl-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat, abbażi ta’ każ b’każ, li l-pagament ma jkunx riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew IIa.”;

(5)

L-Artikolu 21a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21a

1.   B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jkunu jqisu bħala xierqa:

(a)

trasferiment minn jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi riċevuti u ffriżati wara d-data tan-nominazzjoni tiegħu fejn it-trasferiment ikun relatat ma’ pagament dovut b’rabta ma’ kuntratt ta’ kummerċ speċifiku; jew

(b)

trasferiment ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi lil jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja fejn it-trasferiment ikun relatat ma’ pagament dovut b’rabta ma’ kuntratt kummerċjali speċifiku,

bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti tkun iddeterminat, abbażi ta’ każ b’każ, li l-pagament ma tkun se tirċevih, direttament jew indirettament, l-ebda persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew IIa u bil-kondizzjoni li t-trasferiment ma jkunx ipprojbit b’xi mod ieħor minn dan ir-Regolament.

2.   B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jkunu jqisu bħala xierqa, trasferiment magħmul minn jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati sabiex jipprovdi lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri b’likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 196, 24.7.2012, p. 59.


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 868/2012

tal-24 ta’ Settembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-ażorubina (sinonimu karmojżina) ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-għalf tal-qtates u l-klieb li jaqa’ taħt il-kategorija “koloranti” taħt l-intestatura “koloranti awtorizzati biex jagħtu l-kulur lill-oġġetti tal-ikel skont ir-regoli Komunitarji, għajr il-blu patentat V, l-aħdar aċidu jgħajjat BS u l-kantaksantin”. Dan l-użu mbagħad iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-ażorubina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2012 (3) li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-ażorubina ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, jew l-ambjent, u li hija effettiva bħala kolorant. Hija kkonkludiet li sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni ma għandu jinqala’ l-ebda tħassib għall-utenti dwar is-sigurtà. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-ażorubina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Billi saru xi modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-ażorubina u billi ma hemm l-ebda effett immedjat dirett fuq is-sigurtà, għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-awtorizzazzjoni sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jkun hemm perjodu tranżitorju għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti ta’ ażorubina, kif awtorizzata skont id-Direttiva 70/524/KEE u ta’ għalf li jkun fih l-ażorubina.

(7)

Għall-operaturi huwa proċess kumpless ħafna li jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor it-tikketti tal-għalf li jkun fih addittivi differenti li ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom għandhom jikkonformaw ma’ regoli ġodda tal-ittikkettar. Għalhekk, huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti bidla tat-tikketti bla tfixkil.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni

Is-sustanza ażorubina speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi sensorji” u mal-grupp funzjonali “koloranti, (i) sustanzi li jżidu jew li jerġgħu jagħtu l-kulur fl-għalf”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-rekwiżiti tal-ittikkettar

L-għalf li jkun fih l-ażorubina għandu jiġi ttikkettat skont dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.

Madankollu, l-għalf li jkun fih l-ażorubina li ġie ttikkettat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm il-ħażniet jispiċċaw.

Artikolu 3

Il-miżuri tranżitorji

Il-ħażniet eżistenti tal-ażorubina u tal-għalf li jkun fih l-ażorubina fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw skont il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jispiċċaw.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(2):2570.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: koloranti

2a122

Ażorubina jew karmojżina

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Ażorubina

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

1.

Isem kimiku: Disodju 4-idrossi-3-(4-sulfonat-1-naftilażo) naftalen-1-sulfonat

2.

Sinonimi: karmojżina, CI Aħmar tal-Ikel 3

3.

Einecs: 222-657-4

4.

Formula Kimika C20H12N2Na2O7S2

5.

Purità:

5.1.

Analiżi kimika: Kontenut minimu ta’ 85 % ta’ sustanzi koloranti kkalkulat bħala l-melħ tas-sodju.

5.2.

4-amminonaftalen-1-aċidu sulfoniku u 4-idrossinaftalen-1-aċidu sulfoniku: mhux aktar minn 0,5 %

5.3.

Sustanzi koloranti sussidjarji: mhux aktar minn 2,0 %

5.4.

Materjal li ma jinħallx fl-ilma: mhux aktar minn 0,2 %

5.5.

Ammini aromatiċi primarji mhux sulfonati): mhux aktar minn 0,01 % (ikkalkolat bħala anilina)

5.6.

Sustanza li tista’ tiġi estratta bl-etere: mhux aktar minn 0,2 % f’kundizzjonijiet newtri.

 

Il-Metodu ta’ Analiżi  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-ażorubina fl-addittiv tal-għalf: Spettrofotometrija ta’ 516 nm fl-ilma u Kromatografija fuq Saff Irqiq (Thin Layer Chromatography — TLC) (Monografu tal-FAO JECFA nru 1 (Vol 4) Kompendju magħqud għall-ispeċifikazzjonijiet tal-addittivi tal-ikel).

Għad-determinazzjoni tal-ażorubina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija ta’ 516 nm f’soluzzjoni milwiema Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE (2).

Qtates u klieb

176

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għas-sikurezza: għandha tintuża protezzjoni għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda waqt l-użu.

Il-25 ta’ Novembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20.


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 869/2012

tal-24 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tat-tawmatin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi r-rievalwazzjoni tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

It-tawmatin kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-ispeċi kollha tal-annimali. Dan l-addittiv fl-għalf wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tat-tawmatin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, u ntalab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, it-tawmatin ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li huwa effikaċi bħala sustanza għat-togħma. Hija kkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tat-tawmatin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Minħabba li huma introdotti modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tat-tawmatin u minħabba li ma hemm l-ebda effetti immedjati diretti fuq is-sigurtà, qabel l-awtorizzazzjoni għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni għad-disponiment tal-ħażniet eżistenti tat-tawmatin, kif awtorizzat b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE u tal-għalf li fih it-tawmatin.

(7)

Huwa ferm kumpless għall-operaturi biex jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor għat-tikketti tal-għalf li fih addittivi differenti li jkunu ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom iridu jitħarsu regoli ġodda dwar it-tikkettjar. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti konverżjoni bla xkiel tat-tikkettjar.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza tawmatin speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti għat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Rekwiżiti tat-tikkettjar

Għalf li fih it-tawmatin għandu jkun ittikkettjat skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.

Madankollu, għalf li fih it-tawmatin li jkun ġie ttikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 3

Miżuri ta’ tranżizzjoni

Il-ħażniet eżistenti ta’ tawmatin u ta’ għalf li fih it-tawmatin dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw bil-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jiġu eżawriti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2011; 9(9):2354.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: komposti li jgħinu fit-togħma

2b957

Tawmatin

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Tawmatin

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Proteini tat-tawmatin I u II estratti mill-arilli tal-frotta tar-razza naturali Thaumatococcus daniellii (Benth)

1.

Einecs: 258-822-2

2.

Formula kimika: Polipeptid ta’ 207 amminoaċidi

3.

Massa molekolari relattiva: Tawmatin I: 22209, Tawmatin II: 22293

4.

Test għall-purità: mill-inqas 16 % nitroġenu fuq il-bażi mnixxfa ekwivalenti għal mhux inqas minn 94 % proteina

5.

Purità:

5.1.

Karboidrati: Mhux aktar minn 3 % espressi fuq bażi ta’ piż xott

5.2.

Irmied sulfonizzat: Mhux aktar minn 2 % espress fuq bażi ta’ piż xott

5.3.

Aluminju: Mhux aktar minn 100 mg/kg espressi fuq bażi ta’ piż xott

 

Il-Metodu tal-Analiżi  (1)

L-identifikazzjoni tat-tawmatin fl-addittiv tal-għalf: Il-kontenut ta’ nitroġenu fl-addittiv tal-ikel, il-metodu Kjeldahl (Il-monografija JECFA fuq it-Tawmatin. 2006. Monografija. ta’ Speċifikazzjoni tat-Tawmatin).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Użu rakkomandat sa 5 mg/kg għall-għalf sħiħ.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandha tintuża protezzjoni tan-nifs, tal-ġilda, u tal-għajnejn.

Il-25 ta’ Novembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 870/2012

tal-24 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprovdi għar-rievalwazzjoni ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

In-narinġin kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ispeċi tal-annimali kollha. Dan l-addittiv tal-għalf wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tan-narinġin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2011 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, in-narinġin ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li hu effikaċi bħala sustanza għat-togħma. Hija kkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tan-narinġin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Minħabba li huma introdotti modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tan-narinġin u minħabba li ma hemm l-ebda effetti immedjati diretti fuq is-sigurtà, qabel l-awtorizzazzjoni għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jitħalla perjodu ta’ tranżizzjoni għad-disponiment tal-ħażniet eżistenti tan-narinġin, kif awtorizzat b’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE u tal-għalf li fih in-narinġin.

(7)

Huwa ferm kumpless għall-operaturi biex jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor għat-tikketti tal-għalf li fih addittivi differenti li jkunu ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom iridu jitħarsu regoli ġodda dwar it-tikkettjar. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jingħata perjodu ta’ żmien li jippermetti konverżjoni bla xkiel tat-tikkettjar.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza narinġin speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti għat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Rekwiżiti tat-tikkettjar

Għalf li fih in-narinġin għandu jkun ittikkettat skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2013.

Madankollu, għalf li fih in-narinġin li jkun ġie ttikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel il-25 ta’ Mejju 2013 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 3

Miżuri ta’ tranżizzjoni

Ħażniet eżistenti ta’ għalf li fih in-narinġin dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw bil-kundizzjonijiet tad-Direttiva 70/524/KEE sakemm jiġu eżawriti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-25 ta’ Novembru 2012.

Dan id-dokument għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2011; 9(11):2416.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: komposti li jgħinu fit-togħma

2b16058

Narinġin

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Narinġin

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Narinġin

Estratt mill-frott taċ-Ċitru

Purità: min. 90 %

(2S)-4H-1-Benżopiran-4-wieħed,7-((2-O-(6-deossi-alfa-L-mannopiranosil)-beta-D-glukopiranosil) ossi)-2,3-diidro-5- idrossi-2-(4-idrossifenil)

Formula kimika: C27H32O14

Nru tal-CAS 10236-47-2

FLAVIS 16.058

 

Il-Metodu ta’ Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tan-narinġin fl-addittiv għall-għalf:

Il-metodu High Performance Liquid Chromatography (HPLC) konness mal-UV detector (il-monografija tal-Farmakopea Ewropea 2.2.29).

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Użu rakkomandat sa 5 mg/kg għall-għalf sħiħ.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandha tintuża protezzjoni tan-nifs, tal-ġilda, u tal-għajnejn.

Il-25 ta’ Novembru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 871/2012

tal-24 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

57,9

XS

50,7

ZZ

54,3

0707 00 05

MK

13,4

TR

102,3

ZZ

57,9

0709 93 10

TR

107,1

ZZ

107,1

0805 50 10

AR

93,9

CL

112,9

TR

95,0

UY

109,3

ZA

95,9

ZZ

101,4

0806 10 10

MK

36,9

TR

121,9

ZZ

79,4

0808 10 80

BR

89,7

CL

87,3

NZ

128,1

US

181,6

ZA

121,1

ZZ

121,6

0808 30 90

CN

86,0

TR

113,7

ZA

144,5

ZZ

114,7

0809 30

TR

144,7

ZZ

144,7

0809 40 05

IL

60,4

XS

74,4

ZZ

67,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUMM GEORGIA/1/2012

tal-14 ta’ Settembru 2012

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)

(2012/513/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), kifemendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/536/PESK (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika ta' EUMM Georgia, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-1 ta' Lulju 2011, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (GħR), il- KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM/1/2011 (3) li taħtar lis-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2011. Il-mandat tiegħu ġie estiż sal-14 ta' Settembru 2012 bid-Deċiżjoni tal-KPS 2011/539/PESK (4).

(3)

Fit-13 ta' Settembru, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/503/PESK (5) li testendi t-tul tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013.

(4)

Fit-12 ta' Settembru 2012, ir-RGħ ipproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Settembru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) huwa b'dan estiż sal-14 ta' Settembru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)  ĠU L 236, 13.9.2011, p. 7.

(3)  ĠU L 175, 2.7.2011, p. 27.

(4)  ĠU L 238, 15.9.2011, p. 32.

(5)  ĠU L 249, 14.9.2012, p. 13.


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/514/PESK

tal-24 ta’ Settembru 2012

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1), modifikata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2011/537/PESK (2). Il-missjoni EUPOL RD Congo tiskadi fit-30 ta' Settembru 2012.

(2)

Fit-13 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà approva r-rakkomandazzjoni li l-EUPOL RD Congo tiġi estiża b'sena waħda, segwita minn fażi transizzjonali finali ta' tnax-il xahar bil-mira li jiġu ttrasferiti l-kompiti tagħha.

(3)

Il-missjoni EUPOL RD Congo għandha ghalhekk tiġi estiża sat-30 ta' Settembru 2013.

(4)

Huwa meħtieġ li jigi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL RD Congo għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġu adattati ċerti dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni klassifikata tal-UE.

(6)

Il-missjoni EUPOL RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/576/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"1.   Il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn hawn 'il-quddiem imsejħa "EUPOL RD Congo" jew "il-Missjoni"), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK, għandha tiġi estiża għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2013.";

(2)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"1.   Għall-finijiet ta' titjib fil-maturità u fis-sostenibbilà tal-proċess ta' riforma tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNK), l-EUPOL RD Congo għandha tassisti lill-awtoritajiet Kongoliżi fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Pulizija u fl-iżvilupp tal-linji gwida tal-Qafas Strateġiku. Il-Missjoni ser tikkontribwixxi għall-isforzi lokali u internazzjonali għar-rinforzi tal-kapaċitajiet tal-PNK. L-EUPOL RD Congo għandha tiffoka fuq attivitajiet u proġetti konkreti sabiex tissejjes l-azzjoni tagħha fil-livell strateġiku tal-proċess ta' riforma, fuq il-bini ta' kapaċitajiet u fuq it-tisħiħ tal-interazzjoni bejn il-PNK u s-sistema usa' tal-ġustizzja kriminali bil-għan ta' appoġġ aħjar għall-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u l-impunità. L-EUPOL RD Congo għandha taħdem b'koordinazzjoni mill-qrib ma' donaturi oħra tal-Unjoni, internazzjonali u bilaterali, bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi.";

(3)

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"3.   Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta' sigurtà speċifiċi għall-Missjoni u l-pjan ta' sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika tal-Unjoni għas-sigurtà fuq il-post. Fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal ikun fdat biha waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/KE tad-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurta għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE (*).

(*)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.";"

(4)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Artikolu 12

Sigurtà

1.   Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta' miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL RD Congo f'konformità mal-Artikoli 5 u 9.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u l-istrumenti ta' appoġġ tagħha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

4.   Il-persunal tal-EUPOL RD Congo għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f'konformità mal-OPLAN. Hu għandu jingħata taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post, organizzat mill-SMSO.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE.";

(5)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 14(1):

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 6 750 000.”;

(6)

L-Artikolu 16 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Artikolu 16

Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif ikun il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell "CONFIDENTIEL UE / EU CONFIDENTIAL" iġġenerata għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE.

2.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / EU RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU.

3.   Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / EU RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan.

4.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (**).

5.   Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

(**)  Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).";"

(7)

Fl-Artikolu 18, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Hija għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2013.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33.

(2)  ĠU L 236, 13.9.2011, p. 8.


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/515/PESK

tal-24 ta’ Settembru 2012

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2011/538/PESK (2). Il-missjoni EUSEC RD Congo tiskadi fit-30 ta' Settembru 2012.

(2)

Fit-13 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà approva r-rakkomandazzjoni li l- EUSEC RD Congo tiġi estiża b'sena waħda, segwita minn fażi transizzjonali finali ta' tnax-il xahar bil-mira li jiġu ttrasferiti l-kompiti tagħha.

(3)

Il-missjoni EUSEC RD Congo għandha ghalhekk tiġi estiża sat-30 ta' Settembru 2013.

(4)

Huwa meħtieġ li jigi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUSEC RD Congo għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġu adattati ċerti dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni klassifikata tal-UE.

(6)

Il-missjoni EUSEC RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni Nru 2010/565/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 9(1):

"L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 11 000 000.";

(2)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 13

Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif ikun il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "CONFIDENTIEL UE / EU CONFIDENTIAL" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (*).

2.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / UE RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU.

3.   Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / EU RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan.

4.   Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (**).

5.   Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

(*)  ĠU L 141. 27.5.2011. p. 17."

(**)  Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).";"

(3)

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 15 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO) li għandu jirrapporta lilu u li għandu jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).";

(4)

Fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2013.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 248, 22.9.2010, p. 59.

(2)  ĠU L 236, 13.9.2011, p. 10.


25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/516/PESK

tal-24 ta’ Settembru 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK.

(2)

B’segwitu għal deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilita skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-KSNU, sitt persuni għandhom jitneħħew mil-lista kif tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu emendati l-entrati għal dawk il-persuni.

(3)

Il-listi li jinsabu fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK. Dawk il-persuni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, u l-entrati korrispondenti għandhom jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.


ANNESS

PERSUNI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

 

L-Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-elenkar

1.

Kaptan (Forza Navali) Sanhá CLUSSÉ

Ċittadinanza: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28.9.1965

Ġenituri: Clusse Mutcha u Dalu Imbungue

Kariga uffiċjali: Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali

Passaport: SA 0000515

Data tal-ħruġ: 08.12.2003

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data ta’ skadenza: 29.8.2013

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Qrib ħafna ta’ António Injai. Sanhá Clussé integra d-delegazzjoni tal- “Kmand Militari” li ltaqgħet mal-ECOWAS f’Abidjan fis-26 ta’ April 2012.

2.

Kurunell Cranha DANFÁ

Ċittadinanza: Ginea Bissaw

D.t.t.: 5.3.1957

Kariga uffiċjali: Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: AAIN29392

Data tal-ħruġ: 29.9.2011

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data ta’ skadenza: 29.9.2016

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

3.

Maġġur Idrissa DJALÓ

Ċittadinanza: Ginea Bissaw

D.t.t.: 6.1.1962

Kariga uffiċjali: Konsulent dwar il-protokoll tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Punt ta’ Kuntatt għall-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta’ April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

4.

Logutenent-kurunell Tchipa NA BIDON

Ċittadinanza: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28.5.1954

Ġenituri: “Nabidom”

Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence

Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data ta’ skadenza: 15.5.2011

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012.

5.

Logutenent-kurunell Tcham NA MAN (magħruf bħala Namam)

Ċittadinanza: Ginea Bissaw

D.t.t.: 27.2.1953

Ġenituri: Biute Naman u Ndjade Na Noa

Kariga uffiċjali: Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

Passaport: SA0002264

Data tal-ħruġ: 24.7.2006

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data ta’ skadenza: 23.7.2009

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Ukoll membru tal-Kmand Militari Għoli (l-ogħla ġerarkija tal-Forzi Armati tal-Ginea Bissaw)

6.

Logutenent-kurunell Júlio NHATE

Ċittadinanza: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28.9.1965

Kariga uffiċjali: Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Alleat leali ta’ António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta’ April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari.


Rettifika

25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/22


Rettifika tar-Regolament Nru 10 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 254 tal-20 ta' Settembru 2012 )

Fil-paġna 70, fl-Anness 15, jiżdiedu l-punti 5, 5.1, 5.1.1 u 5.1.2 kif ġej:

“5.   ĠENERAZZJONI TAL-LIVELL TAT-TEST MEĦTIEĠ

5.1.   Metodoloġija tat-test

5.1.1.   Il-metodu tat-test skont l-IEC 61000-4-4: it-tieni edizzjoni, 2004, għandu jintuża biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-livell tat-test.

5.1.2.   Il-fażi tat-test

Il-vettura għandha titqiegħed fuq il-pjan ta’ massa il-kurrenti qosra elettriċi rapidi/il-fqigħ (EFT/B) għandhom jiġu applikati fuq il-vettura fuq il-linji tal-kurrent alternat u tal-kurrent dirett f’modalitajiet komuni billi jintuża CDN kif deskritt fl-Appendiċi ta’ dan l-anness,

Il-preparazzjoni tat-test għandha tkun innutata fir-rapport tat-test.”