ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.249.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
14 ta' Settembru 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 815/2012 tat-13 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, dwar skemi speċjali għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti li jfornu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 816/2012 tat-13 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/503/PESK tat-13 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

14.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/1


DIRETTIVA 2012/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (2) tipprovdi sistema moderna, ibbażata fuq ir-riskju għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-Unjoni. Dik is-sistema hija essenzjali sabiex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni sikur u solidu li jista’ jipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni sostenibbli u jappoġġa l-ekonomija reali billi iħeġġeġ investimenti fit-tul u stabbiltà addizzjonali.

(2)

Id-Direttiva 2009/138/KE tistabbilixxi l-31 ta’ Ottubru 2012 bħala d-data għat-traspożizzjoni u l-1 ta’ Novembru 2012 bħala d-data ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, dik id-Direttiva tistabbilixxi l-1 ta’ Novembru 2012 bħala d-data d-data tat-tħassir tad-Direttivi eżistenti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (3) (kollettivament imsejħa “Solvency I”).

(3)

Fid-19 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni adottat proposta (“il-proposta Omnibus II”) biex temenda, fost l-oħrajn, d-Direttiva 2009/138/KE sabiex tikkunsidra l-arkitettura l-ġdida ta’ superviżjoni għall-assigurazzjoni, jiġifieri l-ħolqien tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol). Il-proposta Omnibus II tinkludi wkoll dispożizzjonijiet biex jiġu posposti d-data tat-traspożizzjoni u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE, u għad-data tat-tħassir ta’ Solvency I.

(4)

Minħabba l-kumplessità tal-proposta Omnibus II, hemm riskju li mhux se tkun daħlet fis-seħħ qabel id-data tat-trspożizzjoni u d-data ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE. Jekk dawk id-dati ma jinbidlux dan jirriżulta f’li d-Direttiva 2009/138/KE tiġi implimentata qabel id-dħul fis-seħħ tar-regoli tranżitorji u l-adattamenti importanti pprovduti mill-proposta Omnibus II.

(5)

Sabiex jiġu evitati l-obbligi leġiżlattivi ta’ piż żejjed għall-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/138/KE u aktar tard skont l-arkitettura l-ġdida prevista mill-proposta Omnibus II, huwa xieraq għalhekk li tiġi posposta d-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE.

(6)

Sabiex jippermettu għas-superviżuri u għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-arkitettura superviżorja l-ġdida sħiħa, huwa wkoll xieraq li jsir provvediment għal data aktar tard ta’ applikazzjoni għat-Direttiva 2009/138/KE.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-data tat-tħassir ta’ Solvency I għandha tiġi posposta kif meħtieġ.

(8)

Minħabba l-perjodu qasir ħafna ta’ żmien li fadal qabel id-dati stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2009/138/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 309(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, id-data “31 ta’ Ottubru 2012” tinbidel bi “30 ta’ Ġunju 2013”;

(b)

wara l-ewwel subparagrafu għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.”;

2.

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 310, d-data l-“1 ta’ Novembru 2012” tinbidel bi “1 ta’ Jannar 2014”.

3.

fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 311, d-data l-“1 ta’ Novembru 2012” tinbidel bi “1 ta’ Jannar 2014”.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Settembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2012.

(2)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE tal-25 ta’ Frar 1964 dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi fir-rigward tar-riassigurazzjoni u tar-retroċessjoni (ĠU 56, 4.4.1964, p. 878/64); l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal- (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3); id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 li tabolixxi r-restizzjonijiet fuq il-libertà tal-istabbiliment fin-negozju tal-assigurazzjoni diretta ħlief fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20); id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1976 li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13); id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta’ Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ koassigurazzjoni Komunitarja (ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25.); id- Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1984 li temenda, partikolarment fir-rigward tal-assistenza lit-turisti, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) (ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21); id- Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987 dwar ilkoordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77); it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar ilkoordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xorta oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw iddispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1); fid-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1), fid-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar issuperviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1); fid-Direttiva 2001/17/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rijorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28); id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1); u d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 815/2012

tat-13 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, dwar skemi speċjali għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti li jfornu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(2), l-Artikolu 45(1) u (2), u l-Artikolu 51(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 jistabilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). L-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 speċifikament jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iskemi speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew ta’ servizzi elettroniċi previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2). Dawn l-iskemi speċjali jinvolvu persuna taxxabbli stabbilita barra mill-Istat Membru ta’ konsum li jiddikjara l-VAT dovuta fuq il-bejgħ rilevanti fl-Istat Membru ta’ konsum permezz ta’ interface elettroniku fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni (Punt Uniku ta’ Servizz).

(2)

Ċerta informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet mwettqa taħt dawn l-iskemi speċjali għandha tiġi miġbura u mqassma bejn l-Istati Membri. Speċifikament, dan jirrigwarda l-iskambju tal-identifikazzjoni u tal-ġbir u l-iskambju tad-dettalji fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT, inklużi l-korrezzjonijiet f’dawn id-dikjarazzzjonijiet tal-VAT, bejn l-Istati Membri.

(3)

Sabiex l-iskambju tal-informazzjoni iseħħ b’mod uniformi, huwa meħtieġ li jkunu adottati d-dettalji tekniċi ta’ tali skambju, inkluż messaġġ elettroniku komuni. Dan ikun jista’ jippermetti wkoll l-iżvilupp uniformi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali, għax ikunu qed isegwu qafas regolat.

(4)

Għandu jkun hemm ukoll, bla dewmien u b’mod uniformi, l-iskambju ta’ ċerta informazzjoni dwar bidliet fid-dettalji tal-identifikazzjoni bħall-esklużjoni minn skemi speċjali, bħall-waqfien volontarju jew bħall-bidla tal-Istat Membru ta’ identifikazzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissorveljaw l-applikazzjoni korretta tal-iskemi speċjali u jiġġieldu l-frodi. Għal dan il-għan, arranġamenti komuni għall-iskambju elettroniku ta’ tali informazzjoni għandhom jiġu pprovduti.

(5)

Sabiex il-piż amministrattiv jinżamm għal minimu, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ċerti ħtiġijiet tal-interface elettroniku li jiffaċilitaw is-sottomissjoni tal-informazzjoni għall-identifikazzjoni u tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT mill-persuni taxxabbli. L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jipprovdu funzjonalitajiet addizzjonali li jkomplu jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.

(6)

Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni marbuta mar-reġistrazzjoni fl-iskema, u d-dikjarazzjonijiet tal-VAT li jsiru skont l-iskema, ikunu jistgħu jiġu trażmessi u pproċessati effettivament, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-interface elettroniku tagħhom b’mod uniformi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit messaġġ elettroniku komuni għat-twassil ta’ din l-informazzjoni.

(7)

Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa f’każijiet fejn ma jsir l-ebda bejgħ taħt l-iskemi speċjali f’perjodu partikolari fi Stat Membru, jew f’kollha kemm huma.

(8)

Sabiex l-Istati Membri u l-persuni taxxabbli ikunu jistgħu jirreferu għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT b’mod inekwivokabbli fil-komunikazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż il-ħlas tat-taxxa, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jalloka numru ta’ referenza uniku għal kull dikjarazzjoni tal-VAT.

(9)

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess jum li fih jibdew japplikaw l-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skema mhux tal-Unjoni” tfisser l-iskema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fil-Komunità, prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE;

(2)

“skema tal-Unjoni” tfisser l-iskema speċjali għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ xandir jew servizzi elettroniċi fornuti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru ta’ konsum, prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE;

(3)

“skemi speċjali” tfisser l-iskema mhux tal-Unjoni u l-iskema tal-Unjoni;

Artikolu 2

Il-funzjonalitajiet tal-interface elettroniku

L-interface elettroniku fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li bih persuna taxxabbli tirreġistra għall-użu ta’ waħda mill-iskemi speċjali, u li permezz tagħha dik il-persuna tippreżenta d-dikjarazzjoniet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont din l-iskema, għandu jkollha l-funzjonalitajiet li ġejjin:

(a)

għandha toffri l-faċilità li taħżen id-dettalji ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 361 tad-Direttiva 2006/112/KE, jew tad-dikjarazzjoni tal-VAT skont l-Artikoli 365 u 369g tad-Direttiva 2006/112/KE, qabel ma jkunu sottomessi;

(b)

għandha tippermetti lill-persuna taxxabbli tippreżenta l-informazzjoni rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet tal-VAT permezz ta’ trasferiment elettroniku tal-fajl skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 3

It-twassil tal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni

1.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti dan li ġej lill-Istati Membri l-oħra, permezz tan-network CCN/CSI:

(a)

informazzjoni biex tkun identifikata l-persuna taxxabbli li tuża l-iskema mhux tal-Unjoni;

(b)

dettalji simili biex tkun identifikata l-persuna taxxabbli li tuża l-iskema tal-Unjoni;

(c)

in-numru ta’ identifikazzjoni allokat.

Il-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness I għandu jintuża biex jitrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-kolonna B tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness I għandha tintuża għall-iskema mhux tal-Unjoni, u l-kolonna C ta’ dan il-messaġġ elettroniku komuni għandha tintuża għall-iskema tal-Unjoni.

2.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu mingħajr dewmien jinforma lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk CCN/CSI, permezz tal-messaġġ elettroniku komuni stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, fejn il-persuna taxxabbli:

(a)

hija eskluża minn waħda mill-iskemi speċjali;

(b)

volontarjament ma tibqax tuża waħda mill-iskemi speċjali;

(c)

tbiddel l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni fi ħdan l-iskema tal-Unjoni.

Artikolu 4

Il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli

1.   Il-persuna taxxabbli għandha tippreżenta d-dikjarazzjonijiet tal-VAT bid-dettalji skont l-Artikoli 365 u 369g tad-Direttiva 2006/112/KE, lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni permezz tal-messaġġ elettroniku komuni stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament. Il-kolonna B tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III għandha tintuża għall-iskema mhux tal-Unjoni, u l-kolonna C ta’ dan il-messaġġ elettroniku komuni għandha tintuża għall-iskema tal-Unjoni.

2.   Fejn persuna taxxabbli ma tforni l-ebda servizz taħt l-iskemi speċjali fl-ebda Stat Membru matul il-perjodu tar-rendikont, għandha titħejja dikjarazzjoni tal-VAT b’valur żero. Għal dan il-għan, il-kaxxi 1, 2 u 21 biss tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III għandhom jimtlew għall-iskema tal-Unjoni, u l-kaxxi 1, 2 u 11 għall-iskema mhux tal-Unjoni.

3.   Il-persuna taxxabbli tkun biss meħtieġa li ddaħħal il-forniment tas-servizzi li jikkonċernaw Stat Membru ta’ konsum u minn Stat Membru ta’ stabbiliment jekk il-forniment tas-servizzi taħt l-iskemi speċjali jkun ġie magħmul fi jew minn dak l-Istat Membru rispettivament waqt il-perjodu tar-rendikont.

Artikolu 5

It-twassil tal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-VAT

L-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tintbagħat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni lil kull Stat Membru ta’ konsum u ta’ stabbiliment imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-VAT, permezz tan-netwerk CCN/CSI billi jintuża l-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Għall-fini tal-ewwel paragrafu, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti lill-Istat Membru ta’ konsum u ta’ stabbiliment, fejn jew minn fejn il-fornimenti jkunu saru, l-informazzjoni ġenerali li tinsab fil-parti 1 tal-messaġġ elettroniku komuni stabbilit fl-Anness III, flimkien mal-informazzjoni fil-parti 2 ta’ dak il-messaġġ elettroniku komuni rigward dak l-Istat Membru partikolari ta’ konsum jew ta’ stabbiliment.

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti l-informazzjoni li fiha d-dikjarazzjoni tal-VAT lil dawk l-Istati Membri biss li ġew indikati fuq dik id-dikjarazzjoni tal-VAT.

Artikolu 6

Numru ta’ referenza uniku

L-informazzjoni trażmessa skont l-Artikolu 5 għandu jkun fiha numru ta’ referenza allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li jkun uniku għad-dikjarazzjoni speċifika tal-VAT.

Artikolu 7

Il-korrezzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jippermetti lill-persuna taxxabbli biex tikkoreġi kwalunkwe dikjarazzjoni tal-VAT permezz tal-interface elettroniku msemmi fl-Artikolu 2. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti l-informazzjoni bil-korrezzjonijiet lill-Istat(i) Membru(i) ta’ konsum u ta’ stabbiliment ikkonċernat(i) skont l-Artikolu 5, u jirreġistra l-ħin ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


ANNESS I

Dettalji ta’ Identifikazzjoni

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

In-numru tal-kaxxa

L-iskema mhux tal-Unjoni

L-iskema tal-Unjoni

1

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 362 tad-Direttiva 2006/112/KE (1)

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 369d tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż

2

In-numru nazzjonali tat-taxxa, jekk jeżisti

 

3

Isem il-kumpanija

Isem il-kumpanija

4

L-isem/ismijiet kummerċjali tal-kumpanija jekk differenti minn isem il-kumpanija

L-isem/ismijiet kummerċjali tal-kumpanija jekk differenti minn isem il-kumpanija

5

L-indirizz postali sħiħ (2)

L-indirizz postali sħiħ (3)

6

Il-pajjiż li fih il-persuna taxxabbli għandha l-post tan-negozju

Il-pajjiż li fih il-persuna taxxabbli għandha l-post tan-negozju, jekk ma jkunx fl-Unjoni

7

L-indirizz elettroniku tal-persuna taxxabbli

L-indirizz elettroniku tal-persuna taxxabbli

8

Il-websajt(s) tal-persuna taxxabbli meta disponibbli

Il-websajt(s) tal-persuna taxxabbli meta disponibbli

9

Isem ta’ kuntatt

Isem ta’ kuntatt

10

In-numru tat-telefown

In-numru tat-telefown

11

In-numru tal-IBAN jew tal-OBAN

In-numru tal-IBAN

12

In-numru tal-BIC

In-numru tal-BIC

13.1

 

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu jew jekk mhux disponibbli, in-numru/i ta’ referenza tat-taxxa allokat(i) mill-Istat(i) Membru/i li fih il-persuna taxxabbli għandha stabbiliment(i) fiss(i) (4) minbarra dawk fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

14.1

 

L-indirizz(i) postali sħiħ/sħaħ u l-isem/ismijiet kummerċjali tal-istabbilimenti fissi (5) minbarra dawk fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

15.1

 

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT allokat(i) mill-Istat(i) Membru/i bħala persuna taxxabbli mhux stabbilita (6)

16

Dikjarazzjoni elettronika li l-persuna taxxabbli mhijiex irreġistrata għall-VAT fl-Unjoni

 

17

Id-data ta’ meta bdiet tintuża l-iskema (7)

Id-data ta’ meta bdiet tintuża l-iskema (8)

18

Id-data tat-talba li għandha tiġi rreġistrat taħt l-iskema mill-persuna taxxabbli

Id-data tat-talba li għandha tiġi rreġistrat taħt l-iskema mill-persuna taxxabbli

19

Id-data tad-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

Id-data tad-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

20

 

Indika jekk il-persuna taxxabbli hijiex grupp għall-iskop tal-VAT (9)

21

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat(i) mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikoli 362 jew 369d tad-Direttiva 2006/112/KE jekk qabel kienet użata waħda mill-iskemi.

In-numru/i ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat(i) mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikoli 362 jew 369d tad-Direttiva 2006/112/KE jekk qabel kienet użata waħda mill-iskemi.


(1)  Għandu jkun segwit il-format: UExxxyyyyyz fejn: XXX huwa n-numru ISO bi 3 figuri tal-MSI; YYYYY huwa n-numru b’5 figuri assenjat mill-MSI; u z huwa l-figura ta’ kontroll.

(2)  Jekk hemm kodiċi postali għandu jiġi indikat.

(3)  Jekk hemm kodiċi postali għandu jiġi indikat.

(4)  Fejn hemm iktar minn stabbiliment wieħed fiss, uża l-kaxxa 13.1, 13.2, eċċ

(5)  Fejn hemm iktar minn stabbiliment wieħed fiss, uża l-kaxxa 14.1, 14.2, eċċ.

(6)  Fejn hemm aktar minn numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT wieħed allokat mill-Istat(i) Membru/i, bħala persuna taxxabbli mhux stabbilita, uża l-kaxxa 15.1, 15.2 eċċ.

(7)  Dan f’ċerti każijiet limitati jista’ jkun qabel id-data ta’ reġistrazzjoni fl-iskema.

(8)  Dan f’ċerti każijiet limitati jista’ jkun qabel id-data ta’ reġistrazzjoni fl-iskema.

(9)  Din hija sempliċiment kaxxa li għandha tiġi mmarkata iva/le.


ANNESS II

Dettalji dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli fir-reġistru ta’ Stat Membru ta’ identifikazzjoni

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, li jinkludi il-kodiċi tal-pajjiż

Id-data minn meta l-bidla hija effettiva

Ir-raġuni għat-tibdil fir-reġistru tal-istatus tal-persuna taxxabbli permezz tal-użu tal-kodiċijiet li ġejjin:

(1)

Il-persuna taxxabbli nnotifikat lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li m’għadhiex tforni servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir jew servizzi elettroniċi;

(2)

Huwa mifhum mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li l-attivitajiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli, koperti bl-iskema speċjali, jkunu ntemmu;

(3)

Il-persuna taxxabbli m’għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali;

(4)

Il-persuna taxxabbli b’mod persistenti ma tikkonformax mar-regoli tal-iskema speċjali;

(5)

Il-persuna taxxabbli talbet li volontarjament toħroġ mill-iskema;

(6)

Il-persuna taxxabbli talbet li tkun identifikata fi Stat Membru ġdid ta’ identifikazzjoni.


ANNESS III

Id-Dikjarazzjonijiet tal-VAT

Parti 1:   Informazzjoni ġenerali

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

In-numru tal-kaxxa

L-iskema mhux tal-Unjoni

L-iskema tal-Unjoni

Numru ta’ referenza uniku  (1):

1

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 362 tad-Direttiva 2006/112/KE

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ individwu allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 369d tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-perjodu tar-rendikont tal-VAT (2)

Il-perjodu tar-rendikont tal-VAT (3)

2a

Data tal-bidu u data tat-tmiem tal-perjodu (4)

Data tal-bidu u data tat-tmiem tal-perjodu (5)

3

Munita

Munita

Parti 2:   Għal kull Stat Membru ta’ konsum fejn hija dovuta l-VAT  (6)

2(a)   Il-fornimenti mwettqa mill-post tan-negozju jew mill-istabbiliment fiss fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

4.1

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru ta’ konsum

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru ta’ konsum

5.1

Ir-rata tal-VAT standard fl-Istat Membru ta’ konsum

Ir-rata tal-VAT standard fl-Istat Membru ta’ konsum

6.1

Ir-rata tal-VAT imnaqqsa fl-Istat Membru ta’ konsum

Ir-rata tal-VAT imnaqqsa fl-Istat Membru ta’ konsum

7.1

L-ammont taxxabbli bir-rata standard

L-ammont taxxabbli bir-rata standard

8.1

L-ammont tal-VAT bir-rata standard

L-ammont tal-VAT bir-rata standard

9.1

L-ammont taxxabbli bir-rata mnaqqsa

L-ammont taxxabbli bir-rata mnaqqsa

10.1

L-ammont tal-VAT bir-rata mnaqqsa

L-ammont tal-VAT bir-rata mnaqqsa

11.1

L-ammont totali tal-VAT pagabbli

L-ammont totali tal-VAT pagabbli għall-forniment ta’ servizzi mwettaq mill-post tan-negozju jew minn stabbiliment fiss fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni

2(b)   Il-fornimenti mwettqa minn stabbilimenti fissi mhux fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni  (7)

12.1

 

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru ta’ konsum

13.1

 

Ir-rata tal-VAT standard fl-Istat Membru ta’ konsum

14.1

 

Ir-rata tal-VAT imnaqqsa fl-Istat Membru ta’ konsum

15.1

 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-individwu, jew jekk mhux disponibbli in-numru ta’ referenza tat-taxxa, allokat mill-Istat Membru ta’ stabbiliment fiss, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż

16.1

 

L-ammont taxxabbli bir-rata standard

17.1

 

L-ammont pagabbli tal-VAT bir-rata standard

18.1

 

L-ammont taxxabbli bir-rata mnaqqsa

19.1

 

L-ammont pagabbli tal-VAT bir-rata mnaqqsa

20.1

 

L-ammont totali tal-VAT pagabbli għall-forniment ta’ servizzi mwettqa minn stabbiliment fiss mhux fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

2(c)   It-total komplessiv għall-post tan-negozju jew għall-istabbiliment fiss fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, u għall-istabbilimenti fissi kollha fl-Istati Membri l-oħra kollha

21.1

 

L-ammont totali tal-VAT pagabbli mill-istabbilimenti kollha (Kaxxa 11.1 + Kaxxa 11.2 … + Kaxxa 20.1 + Kaxxa 20.2 …)


(1)  In-numru ta’ referenza uniku kif allokat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jikkonsisti mill-kodiċi tal-pajjiż għall-MSI/għan-numru/għall-perjodu tar-rendikont tal-VAT/ — jiġifieri GB/xxxxxxxxx/Q1.yy + żid il-ħin irreġistrat għal kull verżjoni. In-numru għandu jingħata mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni qabel it-twassil tar-rendikont lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

(2)  Għandu x’jaqsam mat-trimestri kalendarji: Q1.yyyy – Q2.yyyy – Q3.yyyy Q4.yyyy.

(3)  Għandu x’jaqsam mat-trimestri kalendarji: Q1.yyyy – Q2.yyyy – Q3.yyyy Q4.yyyy.

(4)  Għandha timtela’ biss f’każijiet fejn il-persuna taxxabbli tippreżenta aktar minn dikjarazzjoni waħda tal-VAT għall-istess kwart ta’ sena. Tirrigwarda l-jiem kalendarji: jj.xx.ssss — jj.xx.ssss.

(5)  Għandha timtela’ biss f’każijiet fejn il-persuna taxxabbli tippreżenta aktar minn dikjarazzjoni waħda tal-VAT għall-istess kwart ta’ sena. Tirrigwarda l-jiem kalendarji: jj.xx.ssss — jj.xx.ssss.

(6)  Fejn ikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed ta’ konsum (jew jekk fi Stat Membru wieħed ta’ konsum kien hemm bidla fir-rata tal-VAT fin-nofs ta’ trimestru), uża l-kaxxa 4.2, 5.2, 6.2, eċċ.

(7)  Meta hemm aktar minn stabbiliment wieħed, uża l-kaxxa 12.1.2, 13.1.2 14.1.2, eċċ.


14.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 816/2012

tat-13 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

59,9

ZZ

59,9

0707 00 05

MK

23,6

TR

121,6

ZZ

72,6

0709 93 10

TR

112,7

ZZ

112,7

0805 50 10

AR

94,3

BO

100,6

CL

105,1

TR

97,0

UY

84,1

ZA

99,4

ZZ

96,8

0806 10 10

BA

58,9

EG

180,7

MK

53,3

TN

197,3

TR

117,9

ZZ

121,6

0808 10 80

AR

201,7

BR

93,9

CA

157,8

CL

87,0

NZ

123,4

US

177,6

ZA

125,9

ZZ

138,2

0808 30 90

AR

196,5

CN

49,3

TR

121,9

ZA

162,3

ZZ

132,5

0809 30

TR

162,0

ZZ

162,0

0809 40 05

BA

60,9

HR

73,9

IL

57,6

TR

107,6

XS

60,5

ZZ

72,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/503/PESK

tat-13 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1) li kompliet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (“EUMM Georgia” jew “il-Missjoni”) stabbilita fil-15 ta’ Settembru 2008. Dik id-Deċiżjoni tiskadi fl-14 ta’ Settembru 2012.

(2)

Fil-15 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) approva r-rakkomandazzjonijiet dwar ir-reviżjoni fil-livell strateġiku dwar il-futur tal-EUMM Georgia.

(3)

L-EUMM Georgia għandha tiġi estiża b’perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(4)

Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 7(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta’ sigurtà speċifiċi għall-Missjoni u l-pjan ta’ sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika ta’ sigurtà fuq il-post tal-Unjoni. Fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE li biha l-persunal ikun fdat waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurta għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE (*).

(*)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17. ”;"

(2)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Sigurtà

1.   Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta’ miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom għall-EUMM Georgia konformement mal-Artikoli 5 u 9.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u mad-dokumenti li jappoġġawha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

4.   Il-persunal tal-EUMM Georgia għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda xogħlu, konformement mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE skont id-Deċiżjoni 2011/292/UE.”;

(3)

fl-Artikolu 14(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2012 u l-14 ta’ Settembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 20 900 000.”;

(4)

l-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, skont il-każ u konformement mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE.

2.   Ir-RGħ huwa wkoll awtorizzat jirrilaxxa lin-NU u lill-OSKE, konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u tal-OSKE.

3.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata u dokumenti tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

4.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux ikklassifikat tal-UE relatat mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (**).

5.   Ir-RGħ jista’ jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafi 2 u 3, lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

(**)  Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”;"

(5)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Reviżjoni tal-Missjoni

Għandha tiġi ppreżentata lill-KPS reviżjoni tal-Missjoni kull sitt xhur, abbażi ta’ rapport mill-Kap tal-Missjoni u mis-SEAE.”;

(6)

Fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta’ Settembru 2013.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.