ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.227.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
23 ta' Awwissu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2012 tal-24 ta’ Lulju 2012 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Langres (DPO)]

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 763/2012 tat-22 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 764/2012 tat-22 ta’ Awwissu 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/22/UE tat-22 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-Karbonat tad-DDA jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/484/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mir-Repubblika Orjentali tal-Urgugwaj fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5704)  ( 1 )

11

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 742/2012 tas-16 ta' Awwissu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja ( ĠU L 219, 17.8.2012 )

15

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/478/PESK tas-16 ta' Awwissu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja ( ĠU L 219, 17.8.2012 )

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 762/2012

tal-24 ta’ Lulju 2012

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Langres (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni “Langres”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif inhu stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-ispeċifikazzjonijiet, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 247, 25.8.2011, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobon

FRANZA

Langres (DPO)


23.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 763/2012

tat-22 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

57,4

ZZ

57,4

0707 00 05

MK

66,1

TR

91,2

ZZ

78,7

0709 93 10

TR

107,9

ZZ

107,9

0805 50 10

AR

93,9

CL

88,4

TR

95,0

UY

88,9

ZA

99,2

ZZ

93,1

0806 10 10

BA

61,1

CL

196,9

EG

199,0

TR

148,1

ZZ

151,3

0808 10 80

BR

88,1

CL

146,1

NZ

121,2

US

148,7

UY

68,3

ZA

107,8

ZZ

113,4

0808 30 90

AR

111,1

CN

61,3

TR

137,4

ZA

120,9

ZZ

107,7

0809 30

TR

163,7

ZZ

163,7

0809 40 05

BA

64,0

IL

106,3

ZZ

85,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


23.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 764/2012

tat-22 ta’ Awwissu 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 223, 21.8.2012, p. 53.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-23 ta’ Awwissu 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

38,09

0,00

1701 12 90  (1)

38,09

3,18

1701 13 10  (1)

38,09

0,00

1701 13 90  (1)

38,09

3,48

1701 14 10  (1)

38,09

0,00

1701 14 90  (1)

38,09

3,48

1701 91 00  (2)

44,19

4,21

1701 99 10  (2)

44,19

1,08

1701 99 90  (2)

44,19

1,08

1702 90 95  (3)

0,44

0,25


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

23.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/7


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/22/UE

tat-22 ta’ Awwissu 2012

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-Karbonat tad-DDA jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Jannar 2007, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Lonza, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE, biex is-sustanza attiva Karbonat tad-DDA tiddaħħal fl-Anness I għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif iddefinit fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE. Il-Karbonat tad-DDA ma kienx fis-suq fid-data msemmija fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 98/8/KE bħala sustanza attiva ta’ prodott bijoċidali.

(2)

Wara li wettaq evalwazzjoni, fil-11 ta’ Novembru 2010, ir-Renju Unit ressaq ir-rapport tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni.

(3)

Ir-rapport ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-2 ta’ Marzu 2012, u s-sejbiet tal-analiżi ġew inkorporati fir-rapport ta’ valutazzjoni.

(4)

Skont l-evalwazzjonijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-Karbonat tad-DDA jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-Karbonat tad-DDA jiġi inkluż għal użu fil-prodotti tat-tip 8 fl-Anness I għad-Direttiva.

(5)

Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Pereżempju, l-użu minn utenti mhux professjonali ma ġiex ivvalutat. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jivvalutaw dawk ix-xenarji ta’ użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u l-kompartimenti ambjentali li għadhom ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(6)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għas-saħħa tal-bniedem, għall-utenti industrijali huwa xieraq li jkun mitlub li jkunu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri, u li l-prodotti jintużaw b’tagħmir personali protettiv xieraq sakemm fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma jkunx jista’ jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta’ mezzi oħra.

(7)

minħabba r-riskji identifikati għall-kompartimenti akkwatiċi u terrestri, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-applikazzjoni industrijali titwettaq f’żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b’sistema ta’ iżolament, li hekk kif l-injam jiġi ttrattat jinħażen taħt għata u/jew fuq bażi iebsa impermeabbli, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni ta’ prodotti użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-Karbonat tad-DDA jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

(8)

Ġew identifikati riskji mhux aċċettabbli għall-ambjent għal sitwazzjonijiet meta njam ittrattat permezz ta’ immersjoni fil-Karbonat tad-DDA jkun espost kontinwament għall-elementi jew ikun suġġett għal tixrib frekwenti (użu tal-klassi 3 kif iddefinit mill-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (Organisation for Economic Co-operation and Development — OECD) (2)), u meta njam ittrattat bil-Karbonat tad-DDA jintuża għall-kostruzzjoni fuq barra qrib jew fuq l-ilma (ix-xenarju ta’ ‘pont’ fl-użu tal-klassi 3, kif iddefinit mill-OECD (3)) jew kien f’kuntatt ma’ ilma ħelu (użu tal-klassi 4b kif iddefinit mill-OECD (4)). Għalhekk, huwa xieraq li jintalab li l-prodotti ma jiġux awtorizzati għat-trattament tal-injam maħsub għal dawk l-użi, sakemm ma tkunx ġiet ippreżentata dejta li turi li l-prodott se jissodisfa kemm ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE kif ukoll tal-Anness VI għaliha, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

(9)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali tal-prodotti tat-tip 8 li fihom is-sustanza attiva Karbonat tad-DDA, u wkoll biex jiġi ffaċilitat l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

(11)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  Serje ta’ dokumenti tal-OECD dwar ix-xenarju tal-emissjonijiet, Numru 2, id-Dokument dwar ix-Xenarju tal-Emissjonijiet għall-Preservattivi tal-Injam, il-parti 2, p. 64.

(3)  Ibid.

(4)  Ibid.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodotti

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“58

Karbonat tad-DDA

Massa ta’ reazzjoni ta’ Karbonat tal-N,N-Dideċil-N,N-dimetilammonju, u Bikarbonat tal-N,N-Dideċil-N,N-dimetilammonju

Nru tal-KE: 451-900-9

Nru tal-CAS: 894406-76-9

Piż niexef: 740 gm/kg

fl-1 ta’ Frar 2013.

Mhux applikabbli

fil-31 ta’ Jannar 2023.

8

Il-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni ma kinetx tindirizza l-użi potenzjali kollha; ċerti użi, bħall-użu minn utenti mhux professjonali, ġew esklużi. Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi vvalutata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fejn rilevanti għall-prodott partikolari, dawk ix-xenarji ta’ użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u għall-kompartimenti ambjentali li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għall-utenti industrijali għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri, u l-prodotti għandhom jintużaw flimkien ma’ tagħmir personali protettiv xieraq, sakemm fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma jistax jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli b’mezzi oħra;

(2)

it-tikketti, u fejn ipprovduti, il-fuljetti tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni industrijali għandha titwettaq f’żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b’sistemi ta’ iżolament, li hekk kif l-injam jiġi ttrattat jinħażen taħt għata u/jew fuq bażi iebsa impermeabbli, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew l-ilma, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi;

(3)

il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għal trattament tal-injam li jkun se jiġi f’kuntatt ma’ ilma ħelu jew ikun ser jintuża f’kostruzzjoni fuq barra, qrib jew fuq l-ilma, jew għal trattament permezz tal-immersjoni tal-injam li ser ikun espost kontinwament għall-elementi jew ikun suġġett għal tixrib frekwenti, sakemm ma tiġix ippreżentata dejta li turi li l-prodott se jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-Anness VI, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

23.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/11


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Awwissu 2012

skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mir-Repubblika Orjentali tal-Urgugwaj fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5704)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/484/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 25(6) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (2)

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri huma mitlubin jipprovdu li t-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz isir biss jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ikun jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni kif ukoll jekk ikun hemm konformità mal-liġijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħrajn tad-Direttiva qabel ma jsir it-trasferiment.

(2)

Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni. F’dak il-każ, id-dejta personali tista’ tiġi trasferita mill-Istati Membri mingħajr ma jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali.

(3)

Skont id-Direttiva 95/46/KE, il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta għandu jkun evalwat fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li jikkonċernaw operazzjoni ta’ trasferiment ta’ dejta jew sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil ċerti elementi importanti għat-trasferiment u elenkati fl-Artikolu 25 tagħha.

(4)

Minħabba d-diversi metodi li pajjiżi terzi jużaw fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta, il-valutazzjoni tal-adegwatezza għandha titwettaq, u kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha ssir u tkun infurzata, b’mod li ma tinħoloqx diskriminazzjoni arbitrarja jew mingħajr ġustifikazzjoni kontra jew bejn pajjiżi terzi li fihom ikun hemm kundizzjonijiet simili, u lanqas ma sservi ta’ ostaklu moħbi għall-kummerċ, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għall-impenji internazzjonali attwali tal-Unjoni.

(5)

Il-Kostituzzjoni Politika tar-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, li għaddiet fl-1967, ma tirrikonoxxix espressament id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Madankollu, il-katalgu tad-drittijiet fundamentali mhux lista magħluqa peress li l-Artikolu 72 tal-Kostituzzjoni jistipula li l-elenkar tad-drittijiet, tal-obbligi u tal-garanziji magħmul mill-Kostituzzjoni ma jeskludix oħrajn li jkunu inerenti għall-personalità umana jew li jkunu jidderivaw mill-forma repubblikana tal-gvern. L-Artikolu 1 tal-Att Nru 18.331 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali u l-azzjoni “Habeas Data” tal-11 ta’ Awwissu 2008 (Ley No 18.331 de Protección de Datos Personales y Acción de “Habeas Data”) jistipulaw espressament li “d-dritt għall-protezzjoni tad-deja personali huwa inerenti fil-bniedem u għalhekk huwa inkluż fl-Artikolu 72 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika”. L-Artikolu 332 tal-Kostituzzjoni jistipula li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Kostituzzjoni li jirrikonoxxu d-drittijiet tal-individwi kif ukoll dawk li jagħtu drittijiet u jimponu obbligi fuq l-awtoritajiet pubbliċi, m’għandhiex tkun imxekkla minn nuqqas ta’ regolamentazzjoni speċifika; pjuttost, għandha tissejjes fuq il-prinċipji ġenerali tal-liġi u fuq id-dottrina aċċettata b’mod ġenerali, permezz tal-użu tal-prinċipji sottostanti ta’ liġijiet simili.

(6)

Fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj l-istandards legali għall-protezzjoni tad-dejta personali huma prinċipalment imsejsa fuq l-istandards stipulati fid-Direttiva 95/46/KE u huma stipulati fl-Att Nru 18.331 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali u l-azzjoni ‘Habeas Data’ (Ley No 18.331 de Protección de Datos Personales y de Acción de “Habeas Data”) tal-11 ta’ Awwissu 2008. Din tkopri l-persuni fiżiċi u ġuridiċi.

(7)

L-Att huwa kkumplimentat ulterjorment bid-Digriet Nru 414/009 tal-31 ta’ Awwissu 2009, li ġie adottat sabiex jiċċara diversi aspetti tal-Att u sabiex jistipula r-regolament dettaljat dwar l-organizzazzjoni, is-setgħat u l-funzjonament tal-awtorità ta’ sorveljanza għall-protezzjoni tad-dejta; Il-Preambolu tad-Digriet jistipula li huwa xieraq li f’dak li jirrigwarda din il-kwistjoni s-sistema tal-liġi nazzjonali tiġi aġġustata skont l-iktar sistema legali aċċettata u komparabbli, essenzjalment dak li ġie stabbilit mill-pajjiżi Ewropej permezz tad-Direttiva 95/46/KE.

(8)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta jinsabu wkoll f’għadd ta’ atti speċjali li joħolqu u jirregolaw bażijiet ta’ dejta, jiġifieri atti li jirregolaw ċerti reġistri pubbliċ (kuntratti pubbliċi, proprjetà industrijali u trade marks, atti personali, proprjetà immobbli, il-minjieri jew ir-rappurtar tal-krediti). L-Att Nru 18.331 japplika wkoll għal dawn l-atti fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet li ma jkunux regolati minn strumenti legali speċifiċi, skont l-Artikolu 332 tal-Kostituzzjoni.

(9)

L-istandards legali dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj ikopru l-prinċipji bażiċi kollha neċessarji biex ikun hemm livell adegwat ta’ protezzjoni għall-persuni fiżiċi, u jagħmlu wkoll xi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet sabiex jiġu protetti l-interessi pubbliċi importanti. Dawn l-istandards legali dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-eċċezzjonjiet jirriflettu l-prinċipji stipulati mid-Direttiva 95/46/KE.

(10)

L-applikazzjoni tal-istandards legali dwar il-protezzjoni tad-dejta hija ggarantita minn rimedji amministrattivi u ġudizzjarji, b’mod partikolari mill-azzjoni legali ‘habeas data’ li tippermetti li s-suġġett li lilu tkun tirrigwarda d-dejta jiftaħ kawża fil-qorti kontra l kontrollur tad-dejta sabiex jinforza d-dritt tiegħu ta’ aċċess, rettifika u tħassir, u permezz ta’ sorveljanza indipendenti mwettqa mill-awtorità ta’ sorveljanza, l-Unità għar-Regolamentazzjoni u l-Kontroll tad-Dejta Personali (Unidad Reguladora y de Control de Datos Personales (URCDP), li għandha s-setgħa li tinvestiga, tintervjeni u timmulta skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE, u li taġixxi b’mod kompletament indipendenti. Barra minn hekk, kwalunkwe parti interessata għandha d-dritt li titlob rimedju ġudizzjarju biex tiġi kkumpensata għal ħsarat imġarrba b’riżultat ta’ proċessar tad-dejta personali tagħha li ma jkunx sar skont il-liġi.

(11)

L-awtoritajiet tal-Urugwaj għall-protezzjoni tad-dejta taw spjegazzjonijiet u garanziji dwar kif għandha tiġi interpretata l-liġi Urugwajana, u taw garanziji li l-leġiżlazzjoni Urugwajana dwar il-protezzjoni tad-dejta tiġi implimentata f’konformità ma’ din l-interpretazzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-Urugwaj għall-protezzjoni tad-dejta spjegaw li, skont l-Artikolu 332 tal-Kostituzzjoni, l-Att Nru 18.331 japplika wkoll għal atti speċjali li joħolqu u jirregolaw bażijiet ta’ dejta speċifiċi relatati ma’ dawk il-kwistjonijiet li mhumiex regolati minn dawn l-istrumenti legali speċifiċi. Iċċaraw ukoll li, fir-rigward tal-listi msemmija fl-Artikolu 9 C) tal-Att Nru 18.331, li ma jeħtiġux il-kunsens tas-suġġett tad-dejta biex jiġu pproċessati, l-Att japplika wkoll, jiġifieri l-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-finalità, id-drittijiet tas-suġġetti li lilhom tkun tirrigwarda d-dejta u huma suġġetti għas-sorveljanza tal-awtorità għall-protezzjoni tad-dejta. F’dak li jirrigwarda l-prinċipju tat-trasparenza, l-awtoritajiet Urugwajani għall-protezzjoni tad-dejta infurmaw li l-obbligu li s-suġġett li lilu tkun tirrigwarda d-dejta jingħata l-informazzjoni meħtieġa, japplika fil-każijiet kollha. Fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess, l-awtorità għall-protezzjoni tad-dejta ċċarat li huwa biżżejjed li s-suġġett li lilu tkun tirrigwarda d-dejta jġib prova tal-identità tiegħu meta jagħmel talba. L-awtoritajiet Urugwajani għall-protezzjoni tad-dejta ċċaraw li ma jistax jiġi mifhum li l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet relatati mal-prinċipju dwar it-trasferimenti nazzjonali stipulati fl-Artikolu 23(1) tal-Att Nru 18.331 hija usa’ minn dik tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE.

(12)

Din id-Deċiżjoni tqis dawn l-ispjegazzjonijiet u garanziji, u hija msejsa fuqhom.

(13)

Ir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj hija wkoll firmatarja tal-Konvenzjoni Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem (“Patt ta’ San José de Costa Rica”) tat-22 ta’ Novembru 1969 u li ilha fis-seħħ mit-18 ta’ Lulju 1978 (3). L-Artikolu 11 ta’ din il-Konvenzjoni jistipula d-dritt għall-privatezza u l-Artikolu 30 jistipula li r-restrizzjonijiet li, skont din il-Konvenzjoni, jistgħu jiġu applikati fuq it-tgawdija jew l-eżerċizzju tad-drittijiet jew il-libertajiet rikonoxxuti mill-Konvenzjoni, ma jistgħux jiġu applikati ħlief skont il-liġijiet promulgati għal raġunijiet ta’ interess ġenerali u skont l-iskop li għalih ikunu ġew stabbiliti restrizzjonijiet ta’ dan it-tip (Artikolu 30). Barra minn hekk, ir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj aċċettat il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem. Barra minn hekk, fl-1118-il laqgħa tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, li saret fis-6 ta’ Lulju 2011, id-Deputati stiednu lir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj biex tiffirma l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Individwi f’dak li jirrigwarda l-Ipproċessar Awtomatizzat tad-Dejta Peronali (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tagħha (ETS Nru 118), wara opinjoni favorevoli tal-Kumitat Konsultattiv rilevanti (4).

(14)

Għalhekk, ir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj għandha titqies bħala li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali, kif imsemmi fid-Direttiva 95/46/KE.

(15)

Din id-Deċiżjoni għandha tikkonċerna l-adegwatezza tal-protezzjoni mogħtija fir-Repubblika Orjentali tal-Urugway bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE. M’għandhiex taffettwa kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħrajn li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dik id-Direttiva li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ dejta personali fl-Istati Membri.

(16)

Fl-interess tat-trasparenza u sabiex tiġi mħarsal-abilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni tal-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fejn tista’ tkun ġustifikata s-sospensjoni ta’ flussi speċifiċi ta’ dejta, minkejja li jinstab li jkun hemm protezzjoni adegwata.

(17)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tad-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe sejbiet rilevanti lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE. Sorveljanza ta’ dan it-tip għandha tkopri, fost l-oħrajn, is-sistema tar-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj li hija applikabbli għat-trasferimenti fil-qafas tat-trattati internazzjonali.

(18)

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE ta opinjoni favorevoli dwar il-livell ta’ adegwatezza fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali, li ġiet ikkunsidrata fit-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni (5).

(19)

Il-miżuri stipulati minn din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 95/46/KE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, ir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj hija meqjusa bħala li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali trasferita mill-Unjoni Ewropea.

2.   L-awtorità ta’ sorveljanza tar-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj li hija kompetenti biex jiġu applikati l-istandards legali dwar il-protezzjoni tad-dejta fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj hija stipulata fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għas-setgħat tagħhom li jieħdu azzjoni biex jiżguraw li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dispożizzjonijiet oħrajn differenti mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat eżistenti tagħhom li jissospendu l-flussi ta’ dejta lil riċevitur fl-Istat tar-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj sabiex jiġu protetti l-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn awtorità Urugwajana kompetenti tkun ikkonkludiet li r-riċevitur ikun jikser l-istandards applikabbli ta’ protezzjoni; jew

(b)

fejn ikun hemm probabbiltà sostanzjali li l-istandards tal-protezzjoni jkunu qed jiġu miksura, fejn ikun hemm motivi raġonevoli biex wieħed jaħseb illi l-awtorità kompetenti Urugwajana ma tkunx qed tieħu, jew ma tkunx se tieħu l-passi xierqa u fil-ħin sabiex jissolva l-każ ikkonċernat, fejn it-tkomplija tat-trasferiment tkun toħloq periklu imminenti ta’ ħsara kbira lis-suġġetti li lilhom tkun tirrigwarda d-dejta u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu għamlu dak kollu xieraq fiċ-ċirkostanzi biex jinnotifikaw lill-parti responsabbli għall-ipproċessar li tkun stabbilita fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj u jkunu tawha ċans biżżejjed biex tirrispondi.

2.   Is-sospensjoni tieqaf hekk kif l-istandards ta’ protezzjoni jkunu assigurati u l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun notifikata b’dan.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr l-ebda dewmien meta jiġu adottati miżuri msejsa fuq l-Artikolu 2.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli biex jiżguraw il-konformità mal-istandards ta’ protezzjoni fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj tonqos milli tiżgura din il-konformità.

3.   Jekk l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 2 u skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tipprovdi provi li xi korp responsabbli biex jiżgura konformità mal-istandards tal-protezzjoni fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj ma jkunx qed jagħmel xogħlu b’mod effikaċi, il-Kummissjoni tinforma lill-awtorità Urugwajana kompetenti u, jekk ikun neċessarju, tippreżenta abbozzi ta’ miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE, bl-għan li tiġi revokata jew sospiża din id-Deċiżjoni, jew li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe konklużjonjiet pertinenti lill-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull prova li tista’ taffettwa l-konklużjoni tal-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li l-protezzjoni fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, u kwalunkwe prova li din id-Deċiżjoni tkun qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju.

Artikolu 5

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Viċi President


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  Ittra tal-31 ta’ Awwissu 2011.

(3)  L-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani; O.A.S, Serje ta’ Trattati, Nru 36, 1144 U.N.T.S. 123. http://www.oas.org/juridico/english/treaties/b-32.html

(4)  Il-Kunsill tal-Ewropa-: https://wcd.coe.int/wcd/ViewDoc.jsp?Ref=CM/Del/Dec(2011)1118/10.3&Language=lanEnglish&Ver=original&Site=CM&BackColorInternet=DBDCF2&BackColorIntranet=FDC864&BackColorLogged=FDC864

(5)  Opinjoni 6/2010 dwar il-livell ta’ protezzjoni ta’ dejta personali fir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj. Disponibbli f’http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2010/wp177_mt.pdf


ANNESS

L-Awtorità kompetenti ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Deċiżjoni:

Unidad Reguladora y de Control de Datos Personales (URCDP),

Andes 1365, Piso 8

Tel. +598 2901 2929 Int. 1352

11.100 Montevideo

L-URUGWAJ

L-indirizz tal-posta elettronika: http://www.datospersonales.gub.uy/sitio/contactenos.aspx

Ilmenti onlajn: http://www.datospersonales.gub.uy/sitio/denuncia.aspx

Websajt: http://www.datospersonales.gub.uy/sitio/index.aspx


Rettifika

23.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/15


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 742/2012 tas-16 ta' Awwissu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 219 tas-17 ta' Awwissu 2012 )

F'paġna 2, it-tabella fl-Anness, ir-ringiela “1.”, il-kolonna “Data tal-elenkar”:

minflok:

“16.8.2012”,

aqra:

“17.8.2012”.


23.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/15


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/478/PESK tas-16 ta' Awwissu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 219 tas-17 ta' Awwissu 2012 )

F'paġna 22, it-tabella fl-Anness, ir-ringiela “1.”, il-kolonna “Data tal-elenkar”:

minflok:

“16.8.2012”,

aqra:

“17.8.2012”.