ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.202.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 202

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
28 ta' Lulju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/442/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2012 tas-27 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 415/2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi ta' monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta' bastimenti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 690/2012 tas-27 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2012 tas-27 ta’ Lulju 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/443/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2012 indirizzata lil Spanja dwar miżuri speċifiċi biex tiġi rinfurzata l-istabbiltà finanzjarja

17

 

 

2012/444/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Banka Slovenije

21

 

 

2012/445/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fl-Ungerija

22

 

 

2012/446/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Ungerija

23

 

 

2012/447/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2012 li tawtorizza lid-Danimarka sabiex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

24

 

 

2012/448/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4693)  ( 1 )

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Lulju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

(2012/442/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 168(4)(b), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2012, l-2013 u l-2014 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (3) għandu jiġi integrat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (4) ġie integrat fil-Ftehim taż-ŻEE b’ċerti adattamenti għall-Istati tal-EFTA li jagħmlu parti miż-ŻEE.

(6)

Ladarba r-Regolament (KE) Nru 1213/2008 ġie mħassar u għandu konsegwentement jiġi mħassar taħt il-Ftehim taż-ŻEE, dawk l-adattamenti għandhom jiġu trasferiti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1274/2011. Huma jikkonċernaw in-numru ta’ pestiċidi li għandhom jiġu mmonitorjati mill-Islanda u l-għadd ta’ kampjuni ta’ kull prodott li għandhom jittieħdu u jkunu analizzati mill-Islanda u min-Norveġja, u jagħtu kas, b’mod partikolari, tal-kapaċità limitata tal-laboratorji Islandiżi.

(7)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar il-modifikazzjoni tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 325, 8.12.2011, p. 24.

(4)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9.


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru …/…

ta’

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE kien emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… (1).

(2)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2012, l-2013 u l-2014 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (2) għandu jiġi integrat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (3), li hu integrat fil-Ftehim taż-ŻEE, ġie mħassar fl-Unjoni Ewropea u għaldaqstant għandu jiġi mħassar ukoll skont il-Ftehim taż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 54zzzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008) jitħassar.

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 65 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1171/2011):

“66.

32011 R 1274: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2012, l-2013 u l-2014 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 24).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinftiehmu skont l-adattamenti li ġejjin:

1.

Dan li ġej jiżdied fl-Artikolu 1:

‘L-Islanda tista’, għas-snin 2012, 2013, 2014, tkompli tieħu kampjuni u tagħmel analiżi għall-istess 61 pestiċida kif immonitorjati fil-prodotti tal-ikel fis-suq tagħha fl-2011.’

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 5 tal-Anness II:

‘IS

12 (*)

15 (**)

NO

12 (*)

15 (**)’ ”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1274/2011 bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 325, 8.12.2011, p. 24.

(3)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9.

(*)  Ma hemm indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


REGOLAMENTI

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 689/2012

tas-27 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 415/2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi ta' monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta' bastimenti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 5(2), tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007 tat-13 ta' Marzu 2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi ta' monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta' bastimenti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (2).

Billi:

(1)

Sabiex jibqa’ interoperabbli mas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku u tal-informazzjoni tal-bastimenti marittimi, u għalhekk mas-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS), jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 415/2007 jiġi emendat skont dan.

(2)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 415/2007 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

(2)  ĠU L 105, 23.4.2007, p. 35.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 415/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-werrej għandu jiżdied kapitolu:

"2.3.9.

L-approvazzjoni tat-tip"

(2)

Ir-"REFERENZI" huma emendati kif ġej:

(a)

L-10 u l-11-il ringiela jinbidlu b'dan li ġej:

Titolu tad-dokument

Organizzazzjoni

Id-data ta’ publikazzjoni

“Ir-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371, ‘Il-karatteristiċi tekniċi għal sistema universali ta’ identifikazzjoni awtomatika ta’ fuq il-vapuri u li tuża time division multiple access fil-frekwenza marittima mobbli tal-VHF’

UIT

2001

L-Istandard Internazzjonali IEC 61993, ‘In-navigazzjoni marittima u t-tagħmir u s-sistemi ta’ komunikazzjoni bir-radju — Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika, it-2 parti: Tagħmir li jinsab fuq il-vapuri ta’ Klassi A tas-sistema universali ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS)’

IEC

2002”

(b)

Tiżdied ir-ringiela li ġejja:

Titolu tad-dokument

Organizzazzjoni

Id-data ta’ publikazzjoni

“Linji gwida tekniċi dwar l-AIS Interna

Grupp ta' esperti fuq monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta' bastimenti”

 

(3)

Fil-Kapitolu 2.2 il-paragrafu ta' qabel tal-aħħar jinbidel b'dan li ġej:

“Għall-bastimenti li jkunu mexjin ir-rata ta’ aġġornament tal-informazzjoni dinamika fuq livell tattiku tista’ tkun maqluba bejn il-modalità SOLAS u l-modalità tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Fil-modalità tal-passaġġi fuq l-ilma interni dan jista' jiżdied sa żewġ sekondi. Għal bastimenti ankrati huwa rrakkomandat li jkun hemm rata ta' aġġornament ta' ftit minuti, jew fil-każ li l-informazzjoni tiġi emendata.”

(4)

Fil-Kapitolu 2.3.1 għandha tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

“It-tfassil tal-AIS Interna għandu jqis il-linji gwida tekniċi dwar l-AIS Interna kif ġiet imħejjija mill-grupp ta’ esperti fuq monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta' bastimenti (*).

(*)  VTT-secretariat@risexpertgroups.org”"

(5)

Fit-tabella tal-Kapitolu 2.3.2.1. titħassar l-aħħar ringiela.

(6)

Il-kapitolu 2.3.2.3. huwa emendat kif ġej:

(a)

Titħassar it-tielet ringiela fit-tabella.

(b)

Tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Bastiment mgħobbi/li nħatt

(Estensjoni tal-AIS Interna)”

(7)

Fil-Kapitolu 2.3.2.4. ir-raba' ringiela fl-ewwel tabella intitolata “L-ETA f‘magħluq/pont/terminal” hija emendata kif ġej:

“Il-pixka massima statika attwali sal-għola punt tal-bastiment

(Estensjoni tal-AIS Interna)”

(8)

Il-kapitolu 2.3.3. huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tieni paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“Għal bastimenti mexjin fiż-żoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni r-rata ta' rappurtar għall-informazzjoni dinamika tista' tinqaleb bejn il-modalità SOLAS u l-modalità tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Fil-modalità tal-passaġġi fuq l-ilma interni dan jista' jiżdied sa żewġ sekondi. Fiż-żoni b'traffiku mħallat bħall-portijiet tal-baħar għandu jkun possibbli li r-rata ta' rappurtar għall-informazzjoni dinamika titnaqqas mill-awtorità kompetenti biex jiġi żgurat bilanċ fil-frekwenza tar-rappurtar bejn il-bastimenti fuq l-ilmijiet interni u l-bastimenti SOLAS fil-metodu tagħhom ta' rappurtar. Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tkun tista' tinqaleb b'kontrolli TDMA minn stazzjon bażi (qlib awtomatiku mit-telekmand TDMA permezz tal-messaġġ 23) u b'kmandi minn sistemi li jinsabu fuq il-vapur, pereżempju l-MKD, l-ECDIS jew il-kompjuter abbord, permezz tal-interfaċċja, pereżempju l-IEC 61162 (qlib awtomatiku bil-kmand ta’ sistema li tinsab abbord). Għal informazzjoni statika u relatata mal-vjaġġ huwa rrakkomandat li jkun hemm rata ta' rapportar ta' bosta minuti, jekk din tintalab, jew jekk l-informazzjoni tkun emendata.”

(b)

Fit-Tabella 2.1. id-disa' ringiela tinbidel b'dan li ġej:

Il-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vapuri

Intervall għar-rapportaġġ nominali

“Vapur li qed jopera bil-modalità tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li miexi (2)

assenjat bejn żewġ sekondi u għaxar sekondi”

(c)

Tiżdied is-sentenza li ġejja:

Nota: Stazzjon mobbli tal-AIS Interna jopera jew fil-modalità tal-passaġġi tal-ilma interni (assenjazzjoni ta' grupp bil-messaġġ 23) jew fil-modalità SOLAS (modalità awtonoma, l-ebda assenjazzjoni attiva ta' grupp).”

(9)

Fil-Kapitolu 2.3.4 l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Is-soluzzjoni teknika tal-AIS Interna hija bbażata fuq l-istess standards tekniċi bħall-IMO SOLAS AIS (Rec. ITU-R M.1371, IEC 61993).”

(10)

Il-Kapitolu 2.3.5 jinbidel b’dan li ġej:

“2.3.5   Il-kompatibbiltà mat-transponders tal-Klassi A tal-IMO

It-transponders tal-AIS Interna għandhom ikunu konformi mat-transponders tal-Klassi A tal-IMO u għandhom għalhekk ikunu kapaċi jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi kollha tal-AIS tal-IMO (skont il-kjarifiki tekniċi ITU-R M.1371 u IALA fuq ITU-R M.1371) kif ukoll il-messaġġi ddefiniti fil-Kapitolu 2.4 ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Il-kapaċità tat-trażmissjoni (tx) tad-DSC u l-provvista ta' MKD mhumiex meħtieġa għat-transponders tal-AIS Interna, iżda l-funzjonalità MKD kif ukoll il-funzjonalità għall-ġestjoni tal-kanal DSC huma meħtieġa. Il-manifatturi jistgħu jneħħu l-ħardwer u s-softwer rispettivi mit-transponders tal-Klassi A.”

(11)

Għandu jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

"2.3.9.   Approvazzjoni tat-tip

It-tagħmir tal-AIS Interna għandu jkun ta' tip approvat għall-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi."

(12)

Il-kapitolu 2.4.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-Kapitolu 2.4.1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2.4.1   Messaġġ 1, 2, 3: rapporti dwar il-pożizzjoni (ITU-R 1371)"

(b)

Fit-Tabella 2.2 ir-ringiela ta' qabel tal-aħħar għandha tinbidel b'dan li ġej:

Il-Parametru

Għadd ta' bits

Deskrizzjoni

“L-istat tal-Komunikazzjoni

19

Ara ITU-R M.1371”

(13)

It-titolu tal-kapitolu 2.4.2. għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.4.2.   Messaġġ 5: dejta statika dwar il-vapur u dwar il-vjaġġ (ITU-R 1371)

(14)

Il-kapitolu 2.4.3. huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-kapitolu 2.4.3. għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.4.3.   Il-messaġġ 23, kmand għal assenjament lil grupp (ITU-R M.1371)

(b)

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal qabel it-Tabella 2.4:

“Il-Kmand għal Assenjament lil Grupp jiġi trażmess minn stazzjon bażi meta dan ikun qed jopera bħala entità ta' kontroll. Il-messaġġ għandu jiġi applikat lil stazzjon mobbli ġewwa r-reġjun definit u kif jiġi magħżul skont it-"Tip ta' Bastiment u Merkanzija" jew skont it-"Tip ta' Stazzjon". L-istazzjoni li jirċievi għandu jara ż-żoni kollha tas-settur fl-istess ħin. Għandu jikkontrolla l-parametri ta' operazzjoni ta' stazzjon mobbli li ġejjin: il-modalità tat-trażmissjoni/tal-wasla; l-intervall tar-rapportaġġ; u t-tul ta' ħin kwiet.”

(c)

Fit-Tabella 2.4. id-disa’ u l-10 ringieli jinbidlu b'dan li ġej:

Il-Parametru

Għadd ta' bits

Deskrizzjoni

“It-tip ta’ stazzjon

4

0 = kull tip ta' tagħmir mobbli (default); 1 = l-istazzjon mobbli tal-Klassi A biss; 2 = it-tipi kollha ta' stazzjonijiet mobbli tal-Klassi B; 3 = l-istazzjon mobbli fl-ajru SAR (għat-tiftix u salvataġġ); 4 = l-istazzjonijiet mobbli "SO" tal-Klassi B biss; 5 = l-istazzjon mobbli tal-Klassi B”CS” abbord il-vapur (IEC62287 biss); 6= passaġġi fuq l-ilma interni 7 sa 9= użu reġjonali u 10 sa 15 = għall-użu fil-futur

It-tip ta' vapur u t-tip ta' merkanzija

8

0= it-tipi kollha (default)

1...99 ara t-Tabella 50, l-Anness 8 tal-ITU-R M.1371-3

100…199 riservati għal użu reġjonali

200…255 riservati għal użu reġjonali”

(d)

Fit-Tabella 2.5. l-10, il-11-il u t-12-il ringiela huma sostitwiti b'dan li ġej:

Issettjar tal-kamp tal-intervall tar-rapportaġġ

Intervall tar-rapportaġġ għall-messaġġ 18

“9

L-intervall tar-rapportaġġ iqsar li jmiss

10

L-intervall tar-rapportaġġ itwal li jmiss

11

2 sekondi (ma japplikax għall-Klassi B ‘CS’)”

(e)

L-aħħar sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

Nota: Meta trażmissjoni fuq żewġ kanali tiġi sospiża mill-kmand tal-modalità Tx/Rx 1 jew 2, l-intervall tar-rapportaġġ meħtieġ għandu jinżamm permezz tal-kanal tat-trażmissjoni li jibqa'.”

(15)

It-titolu tal-kapitolu 2.4.4. għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.4.4.   L-applikazzjoni ta' messaġġi speċifiċi (ITU-R 1371)

(16)

Fil-kapitolu 2.4.4.1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

“L-FIs fi ħdan il-fergħa tal-AIS Interna għandhom jiġu allokati u użati skont kif deskritt fl-ITU-R M.1371.”

(17)

Il-kapitolu 2.4.4.2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Tabella 2.7 is-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-11-il ringiela jinbidlu b'dan li ġej:

 

Il-Parametru

Għadd ta' bits

Deskrizzjoni

Dejta binarja

“Tul / konvoj

13

1–8 000 (il-kumplament ma għandux jintuża) it-tul tal-vapur/konvoj f'1/10m 0 = default

Wisa' / konvoj

10

1–1 000 (il-kumplament ma għandux jintuża) il-wisa' tal-vapur/konvoj f'1/10m; 0 = default

Tip ta’ Bastiment u Konvojs

14

Il-klassifikazzjoni Numerika tal-ERI (CODES): It-tip ta’ bastiment jew konvoj kif deskritt fl-Appendiċi E

"Il-pixka massima statika attwali

11

1 – 2 000 (il-kumplament mhux użat) il-pixka f'1/100m, 0 = default = mhux magħruf”

(b)

Fit-Tabella 2.8 is-16-il ringiela tinbidel b'dan li ġej:

 

Il-Parametru

Bit

Deskrizzjoni

Dejta binarja

“Il-pixka massima statika attwali sal-ogħla punt tal-bastiment

12

0 – 4 000 (il-kumplament mhux użat) f'1/100m, 0 = default = mhux użat”

(c)

Fit-Tabella 2.15 it-tmien, l-10, it-12-il u l-14-il ringiela jinbidlu b'dan li ġej:

 

Il-Parametru

Bit

Deskrizzjoni

Dejta binarja

"Il-livell tal-ilma

14

Bit 0: 0 = valur negattiv, 1 = valur pożittiv

Bits 1-13: 0-8191, f'1/100m,

Bits 0-13: 0 = mhux magħruf = default (2)

Il-livell tal-ilma

14

Bit 0: 0 = valur negattiv, 1 = valur pożittiv

Bits 1-13: 0-8191, f'1/100m,

Bits 0-13: 0 = mhux magħruf = default (2)

Il-livell tal-ilma

14

Bit 0: 0 = valur negattiv, 1 = valur pożittiv

Bits 1-13: 0-8191, f'1/100m,

Bits 0-13: 0 = mhux magħruf = default (2)

Il-livell tal-ilma

14

Bit 0: 0 = valur negattiv, 1 = valur pożittiv

Bits 1-13: 0-8191, f'1/100m,

Bits 0-13: 0 = mhux magħruf = default (2)"

(18)

Fl-Appendiċi A d-definizzjonijiet huma emendati kif ġej:

(a)

Id-definizzjoni tas-Servizzi ta' Informazzjoni tax-Xmajjar għandha tinbidel b'dan li ġej:

Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)

Kunċett Ewropew għal servizzi ta' informazzjoni armonizzati għall-appoġġ tal-ġestjoni tat-traffiku u l-ġestjoni tat-trasport fin-navigazzjoni interna, inklużi l-interfaċċji għal modalitajiet oħra ta' trasport.”

(b)

Id-definizzjoni taż-żona tal-VTS għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Iż-żona tal-VTS

Iż-żona tal-VTS hija ż-żona tas-servizz ta' VTS delinjata, dikjarata formalment. Żona tal-VTS tista’ tiġi subdiviża f’subżoni jew setturi. (Sors: linji gwida tal-IALA VTS)."

(c)

Id-definizzjoni ta' Informazzjoni dwar in-Navigazzjoni għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Informazzjoni dwar in-Navigazzjoni

L-informazzjoni dwar in-navigazzjoni hija informazzjoni provduta lill-kaptan abbord bħala għajnuna għat-teħid tad-deċiżjonijiet abbord. (Sors: Linji gwida tal-IALA VTS).”

(d)

Id-definizzjoni tal-informazzjoni dwar it-traffiku tattika [l-informazzjoni tattika dwar it-traffiku] għandha tinbidel b'dan li ġej:

"L-informazzjoni tattika dwar it-traffiku (TTI)

L-informazzjoni tattika dwar it-traffiku hija l-informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet immedjati tal-kaptan jew tal-operatur tal-VTS f’dak li għandu x’jaqsam man-navigazzjoni fis-sitwazzjoni attwali tat-traffiku u ż-żona ġeografika tal-madwar. Immaġni tattika tat-traffiku fiha informazzjoni dwar il-pożizzjoni u informazzjoni speċifika dwar il-bastiment tal-oġġetti kollha fil-mira individwati minn radar ippreżentati fuq karta tan-navigazzjoni elettronika u –jekk disponibbli- imtejba minn informazzjoni dwar it-traffiku estern, bħal ma hi l-informazzjoni mogħtija mill-AIS. It-TTI tista’ tkun ipprovduta abbord bastiment jew fuq l-art, pereżempju ġewwa ċentru tal-VTS. (Sors: Linji gwida tal-RIS)"

(e)

Id-definizzjoni tal-Informazzjoni Strateġika dwar it-traffiku tal-bastimenti għandha tinbidel b'dan li ġej:

"L-informazzjoni strateġika dwar it-traffiku (STI)

L-informazzjoni strateġika dwar it-traffiku hija l-informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet fuq perjodu ta' żmien medju jew fit-tul tal-utenti tal-RIS. L-immaġni strateġika tat-traffiku żżid il-kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjoni dwar l-ippjanar fir-rigard tas-sikurezza u l-effiċjenza tal-vjaġġ. L-immaġni strateġika tat-traffiku tiġi prodotta f’ċentru tal-RIS u titqassam lill-utenti meta tintalab. Immaġni strateġika tat-traffiku jkun fiha l-bastimenti kollha rilevanti fiż-żona tal-RIS bil-karatteristiċi, il-merkanzija u l-pożizzjonijiet tagħhom, irrappurtata permezz tar-rappurtar vokali tal-VHF jew tar-rappurtar elettroniku tal-vapuri, maħżuna f’bażi ta' dejta u ppreżentata f’tabella jew fuq mappa elettronika. L-informazzjoni Strateġika tat-Traffiku tista’ tiġi pprovduta minn ċentru tal-RIS/VTS jew minn uffiċċju. (Sors: Linji gwida tal-RIS)”

(f)

Id-definizzjoni tal-Monitorġġ tat-traffiku tal-bastimenti għandha tinbidel b'dan li ġej:

Il-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti

Il-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti huwa l-forniment ta' informazzjoni importanti relatata mal-movimenti ta’ vapuri rilevanti f’żona tal-RIS. Dan jinkludi informazzjoni dwar l-identità tal-vapuri, il-pożizzjoni, (it-tip ta’ merkanzija) u l-port tad-destinazzjoni.”

(g)

Id-definizzjoni tal-operatur RIS għandha tinbidel b'dan li ġej:

"L-operatur RIS

Persuna li twettaq kompitu wieħed jew iktar li jikkontribwixxu għas-servizzi tal-RIS."

(h)

Id-definizzjoni tad-Diriġent tal-flotta għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Id-diriġent tal-flotta

Persuna li tippjana u tosserva l-istatus (tan-navigazzjoni) attwali ta’ għadd ta’ bastimenti mexjin jew li qed jaħdmu taħt kmand jew proprjetà individwali."

(i)

Id-definizzjoni ta' Operatur f'ċentri tad-diżastri ta' servizzi ta' emerġenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Operatur f'ċentri tad-diżastri ta' servizzi ta' emerġenza

Il-persuna li twettaq monitoraġġ, tikkontrolla u torganizza l-ġlieda kontra d-diżgrazzji, l-inċidenti u d-diżastri b’mod sikur u mingħajr xkiel.”

(19)

L-Appendiċi D huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt D.1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“D.1   Sentenzi tal-input

L-interfaċċja diġitali serjali tal-AIS huwa appoġġat mis-sentenzi tal-IEC 61162 eżistenti u sentenzi ġodda bħall-IEC 61162. Id-deskrizzjonijiet dettaljati għas-sentenzi tal-interfaċċja diġitali jinsabu fl-IEC 61162.

Dan l-appendiċi fih informazzjoni li ġiet użata matul l-iżvilupp tal-AIS Interna għall-input tad-dejta speċifika interna (ara l-emendi għall-protokoll għall-AIS Interna) fl-unità tal-AIS Interna li tinsab abbord il-vapur.”

(b)

Fit-tieni sentenza fil-punt D.2 il-kelma “proposta” għandha tinbidel bil-kelma “użata”.

(c)

Fit-tieni sentenza fil-punt D.3 l-kelma “proposta” għandha tinbidel bil-kelma “użata”.

(20)

L-Appendiċi E għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi E

TIPI TA' VAPURI ERI

Din it-tabella għandha tintuża sabiex jinqalbu t-tipi ta' vapuri tan-NU li jintużaw fil-messaġġ Intern 10 għat-tipi tal-IMO li jintużaw fil-messaġġ IMO 5.

USEV/C

M

Kodiċi Subdiv

L-Isem

Nru

8

00

0

Bastiment, tip mhux magħruf

V

8

01

0

Bastiment motorizzat għall-ġarr tal-merkanzija

V

8

02

0

Tanker motorizzat

V

8

02

1

Tanker motorizzat, tagħbija likwida, tip N

V

8

02

2

Tanker motorizzat, tagħbija likwida, tip C

V

8

02

3

Tanker motorizzat, tagħbija niexfa

V

8

03

0

Bastiment tal-kontejners

V

8

04

0

Tanker tal-gass

C

8

05

0

Bastiment motorizzat tal-ġarr tal-merkanzija, lanċa tal-irmonk

C

8

06

0

Tanker motorizzat, lanċa tal-irmonk

C

8

07

0

Bastiment motorizzat tal-ġarr tal-merkanzija b’bastiment wieħed jew iżjed maġenbu

C

8

08

0

Bastiment motorizzat tal-ġarr tal-merkanzija bit-tanker

C

8

09

0

Bastiment motorizzat tal-ġarr tal-merkanzija li jimbotta bastiment tal-ġarr tal-merkanzija wieħed jew iżjed

C

8

10

0

Bastiment motorizzat tal-ġarr tal-merkanzija li jimbotta mill-inqas bastiment wieħed bit-tank

Nru

8

11

0

Lanċa tal-irmonk, bastiment tal-ġarr tal-merkanzija

Nru

8

12

0

Lanċa tal-irmonk, tanker

C

8

13

0

Lanċa tal-irmonk, bastiment tal-ġarr tal-merkanzija, f’daqqa

C

8

14

0

Lanċa tal-irmonk, bastiment għall-ġarr tal-merkanzija/tanker, f’daqqa

V

8

15

0

Bastiment għall-ġarr tal-merkanzija/barkun

V

8

16

0

Barkun bit-tank

V

8

16

1

Barkun bit-tank, tagħbija likwida, tip N

V

8

16

2

Barkun bit-tank, tagħbija likwida, tip C

V

8

16

3

Barkun bit-tank, tagħbija mhux likwida

V

8

17

0

Barkun għall-ġarr tal-merkanzija bil-kontejners

V

8

18

0

Barkun bit-tank, gass

C

8

21

0

Pushtow, barkun b’tagħbija waħda

C

8

22

0

Pushtow, barkuni b’żewġ tagħbijiet

C

8

23

0

Pushtow, barkuni bi tliet tagħbijiet

C

8

24

0

Pushtow, barkuni b’erba’ tagħbijiet

C

8

25

0

Pushtow, barkuni b’ħames tagħbijiet

C

8

26

0

Pushtow, barkuni b’sitt tagħbijiet

C

8

27

0

Pushtow, barkuni b’seba’ tagħbijiet

C

8

28

0

Pushtow, barkuni bi tmien tagħbijiet

C

8

29

0

Pushtow, barkuni b’disa’ tagħbijiet

C

8

31

0

Pushtow, barkun wieħed bil-gass/tank

C

8

32

0

Pushtow, żewġ barkuni, mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

C

8

33

0

Pushtow, tliet barkuni li mill-inqas wieħed minnhom hu tanker jew barkun tal-gass

C

8

34

0

Pushtow, erba’ barkuni li mill-inqas wieħed minnhom hu tanker jew barkun tal-gass

C

8

35

0

Pushtow, ħames barkuni li mill-inqas wieħed minnhom hu tanker jew barkun tal-gass

C

8

36

0

Pushtow, sitt barkuni li mill-inqas wieħed minnhom hu tanker jew barkun tal-gass

C

8

37

0

Pushtow, seba’ barkuni li mill-inqas wieħed minnhom hu tanker jew barkun tal-gass

C

8

38

0

Pushtow, tmien barkuni li mill-inqas wieħed minnhom hu tanker jew barkun tal-gass

C

8

39

0

Pushtow, disa’ barkuni jew aktar li mill-inqas wieħed minnhom hu tanker jew barkun tal-gass

V

8

40

0

Lanċa tal-irmonk, waħedha

Nru

8

41

0

Lanċa tal-irmonk, b’irmonk wieħed jew iżjed

C

8

42

0

Lanċa tal-irmonk, li tassisti bastiment jew b’kombinazzjoni magħquda

V

8

43

0

Dgħajsa li timbotta, waħedha

V

8

44

0

Bastiment tal-passiġġieri, dgħajsa, bastiment tas-Salib l-Aħmar, kruċiera

V

8

44

1

Dgħajsa

V

8

44

2

Bastiment tas-Salib l-Aħmar

V

8

44

3

Bastiment tal-kruċieri

V

8

44

4

Bastiment tal-passiġġieri mingħajr akkomodazzjoni

V

8

45

0

Bastiment tas-servizz, ronda mill-pulizija, servizzi tal-port

V

8

46

0

Vapur, bastiment għall-manutenzjoni tax-xogħol, gruwi li jżommu f’wiċċ l-ilma, bastiment bil-kejbil, bastiment bil-bagi, karrakka tal-ħama.

C

8

47

0

Oġġett, miġbud, mhux speċifikat b’mod ieħor.

V

8

48

0

Dgħajsa tas-sajd

V

8

49

0

Bastiment tal-bankers

V

8

50

0

Barkun, tanker, kimika

C

8

51

0

Oġġett, mhux speċifikat b’mod ieħor.

Kodiċijiet żejda għall-mezzi tat-trasport marittimi

V

1

50

0

Bastiment Marittimu ta' Tagħbija Ġenerali

V

1

51

0

Unità ta’ Bastiment tal-Ġarr Marittimu

V

1

52

0

Bastiment tal-Ġarr Marittimu bil-Massa

V

1

53

0

Tanker

V

1

54

0

Tanker tal-gass likwifikat

V

1

85

0

Bastiment tad-divertiment, itwal minn 20 metru

V

1

90

0

Bastiment veloċi

V

1

91

0

Aliskaf

V

1

92

0

Katamaran Veloċi”



28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 690/2012

tas-27 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

58,9

XS

38,5

ZZ

48,7

0707 00 05

MK

53,8

TR

95,4

ZZ

74,6

0709 93 10

TR

102,0

ZZ

102,0

0805 50 10

AR

91,6

TR

89,0

UY

96,7

ZA

100,7

ZZ

94,5

0806 10 10

EG

187,3

IL

187,9

MA

254,8

TR

162,6

ZZ

198,2

0808 10 80

AR

197,0

BR

95,0

CL

104,3

NZ

121,9

US

123,1

UY

52,1

ZA

111,1

ZZ

114,9

0808 30 90

AR

138,5

CL

122,1

NZ

175,8

ZA

110,9

ZZ

136,8

0809 10 00

AR

124,4

TR

168,7

ZZ

146,6

0809 29 00

TR

333,9

ZZ

333,9

0809 30

TR

172,6

ZZ

172,6

0809 40 05

BA

70,9

IL

84,6

ZZ

77,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 691/2012

tas-27 ta’ Lulju 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 196, 24.7.2012, p. 57.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-28 ta’ Lulju 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

42,50

0,00

1701 12 90  (1)

42,50

1,86

1701 13 10  (1)

42,50

0,00

1701 13 90  (1)

42,50

2,15

1701 14 10  (1)

42,50

0,00

1701 14 90  (1)

42,50

2,15

1701 91 00  (2)

50,30

2,38

1701 99 10  (2)

50,30

0,00

1701 99 90  (2)

50,30

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Lulju 2012

indirizzata lil Spanja dwar miżuri speċifiċi biex tiġi rinfurzata l-istabbiltà finanzjarja

(2012/443/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1)(b) flimkien mal-Artikolu 126(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti linji gwida ekonomiċi speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Spanja għall-2012 u l-opinjoni tiegħu dwar il-programm ta’ stabbiltà ta’ Spanja għall-2012-2015 (1), il-Kunsill irrakkomanda li Spanja għandha tieħu azzjoni biex “timplementa r-riforma tas-settur finanzjarju, b’mod partikolari tikkumplementa r-ristrutturar tas-settur bankarju li għaddej bħalissa billi tindirizza s-sitwazzjoni ta’ istituzzjonijiet dgħajfa li għad fadal, u tressaq strateġija komprensiva biex tindirizza effettivament l-assi ta’ legati fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek, u tiddefinixxi pożizzjoni ċara dwar il-finanzjament u l-użu ta’ faċilitajiet ta’ salvagwardja”.

(3)

Id-disponibbiltà abbundanti ta’ finanzjament estern bi prezz baxx fi Spanja fis-snin 2000 tat lok għal domanda interna stimulata mill-kreditu u boom ta’ assi ikkonċentrati b’mod partikolari fis-settur immobiljari. Is-settur bankarju Spanjol ġie affettwat ħażin meta nfaqgħet il-bużżieqa tas-settur immobiljari u tal-konstruzzjoni u mir-riċessjoni ekonomika konsegwenti. B’riżultat ta’ dan, bl-eċċezzjoni ta’ għadd żgħir ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu kbar u diversifikati internazzjonalment, il-banek Spanjoli tilfu l-biċċa l-kbira tal-aċċess għas-swieq tal-finanzjament tal-operaturi b’termini affordjabbli u, għaldaqstant, saru dipendenti ħafna fuq ir-rifinanzjament tal-Eurosistema. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-banek Spanjoli biex jieħdu self ġiet limitata severament mill-impatt ta’ klassifikazzjoni aktar baxxa fuq id-disponibbiltà kollaterali.

(4)

Il-kontrazzjoni mdaqqsa tal-ekonomija f’dawn l-aħħar snin, li qed taffettwa l-impjiegi u l-qgħad b’mod negattiv ħafna, iddeterjorat b’mod sostanzjali l-pożizzjoni baġitarja fi Spanja. Skont aġġornament mis-servizzi tal-Kummissjoni tat-Tbassir tar-Rebbiegħa 2012, id-defiċit ġenerali tal-gvern huwa pprojettat għal 6,3 % tal-PDG fl-2012, li jitqabbel ma’ defiċit mistenni ta’ 5,3 % tal-PDG fil-programm ta’ stabbiltà tal-2012 u l-abbozz tal-liġi tal-baġit tal-2012. Id-dejn pubbliku gross tela’ għal 68,5 % tal-PDG fl-2011, u skont l-aġġornament mis-servizzi tal-Kummissjoni tat-Tbassir tar-Rebbiegħa 2012, mistenni jitla’ f’daqqa għal 80,9 % tal-PDG fl-2012 u għal 86,8 % fl-2013, abbażi ta’ xenarju ta’ ebda bidla fil-politika, u għalhekk ikun qabeż il-valur ta’ referenza tat-Trattat fis-snin kollha. Ir-riskji li hemm marbuta max-xenarju makroekonomiku u l-miri baġitarji, kif ukoll mal-miżuri addizzjonali ta’ salvataġġ finanzjarju, jistgħu jikkontribwixxu għal iktar żieda fid-dejn pubbliku. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, fl-10 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni lil Spanja taħt il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) biex sal-2014 ittemm is-sitwazzjoni attwali ta’ defiċit eċċessiv.

(5)

L-awtoritajiet Spanjoli ħadu għadd ta’ miżuri importanti biex jiġu indirizzati l-problemi fis-settur bankarju. Dawn il-miżuri jinkludu tindifa tal-karti tal-bilanċ tal-banek, żieda tar-rekwiżiti kapitali minimi, ristrutturar tas-settur bankarju tat-tfaddil, żieda sinifikanti fir-rekwiżiti ta’ proviżjonament għal self relatat mal-iżvilupp tas-settur immobiljari (Real Estate Development – RED) u għal assi preklużi. Dawn il-miżuri, madankollu, ma kinux suffiċjenti biex itaffu l-pressjoni tas-suq.

(6)

Fi Frar 2011, l-awtoritajiet Spanjoli għollew ir-rekwiżit tal-proporzjon minimu tal-kapital (“capital principal”) għal 8 % tal-assi tal-bank ippeżati għar-riskju u lill-banek tawhom sa Settembru 2011 biex jikkonformaw ma’ dan ir-regolament il-ġdid. Għall-banek li huma aktar dipendenti fuq il-finanzjament tal-operaturi u kkaratterizzati minn aċċess limitat għas-suq il-proporzjon minimu tal-kapital żdied għal 10 %. Fi Frar u Mejju tal-2012, leġiżlazzjoni ġdida esiġiet li l-banek jibnu proviżjonijiet u bafers kapitali ogħla kontra telf possibbli fuq self produttiv u self improduttiv fuq l-istokk akkumulat ta’ assi tas-settur tal-kostruzzjoni u dak immobiljari. Il-volum kumplessiv mistenni ta’ dawn ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ proviżjonament ammontaw għal madwar EUR 84 biljun.

(7)

Minn April 2012, it-total tal-kontribuzzjoni finanzjarja grossa mill-Istat Spanjol (esklużi l-garanziji fuq il-ħruġ ta’ bonds) ammonta għal madwar EUR 15-il biljun. L-appoġġ kapitali ġie pprovdut permezz tal-Fond għar-Ristrutturar Xieraq tal-Banek (Fund for Orderly Bank Restructuring - FROB) mogħni b’kapital ta’ EUR 15-il biljun, li minnhom EUR 9 biljun kienu diġà tħallsu. L-Istat ipprovda wkoll garanziji għal bonds bankarji privileġġati li nħarġu minn banek li jammontaw għal madwar EUR 86 biljun (minn dan it-total, madwar EUR 58 biljun f’garanziji kienu pendenti). Għalkemm il-FROB kien għad baqagħlu kapaċità ta’ finanzjament ta’ tliet darbiet daqs l-allokazzjoni kapitali tiegħu, l-appoġġ disponibbli mis-settur pubbliku domestiku mhux se jkun biżżejjed biex jipprovdi protezzjoni kbira biżżejjed għat-twettiq tat-tindif meħtieġ tas-sistema kollha tas-settur bankarju.

(8)

Tħassib dwar il-ħtieġa għal rikapitalizzazzjoni ulterjuri tas-settur bankarju kkontribwixxa għal pressjonijiet tas-suq dejjem jiżdiedu fuq il-bonds tal-gvern Spanjol. Ir-rendiment tal-bonds sovrani laħqu livelli li jaqbżu sew il-500 punti bażi lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2012 u l-bidu ta’ Lulju 2012, u b’hekk żied l-ispejjeż tal-finanzjament għad-dejn sovran Spanjol. Il-piż dejjem jikber tal-imgħax ikompli jkabbar l-isfida tal-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi fi Spanja u l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Għalhekk, ir-ristrutturazzjoni u r-rikapitalizzazzjoni komprensivi tas-settur bankarju huma element importanti fit-tnaqqis tal-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi.

(9)

Fil-25 ta’ Ġunju 2012, l-awtoritajiet Spanjoli talbu uffiċjalment assistenza finanzjarja fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni u r-rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju Spanjol. L-assistenza qed tintalab skont it-termini tal-Assistenza Finanzjarja għar-Rikapitalizzazzjoni tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji mill-Faċilita Ewropea ta’ Stabbilità Finanzjarja. L-assistenza pprovduta hija soġġetta għal kundizzjonalità speċifika għas-settur finanzjarju, kif previst fil-Memorandum ta’ Qbil (MtQ) innegozjat bejn il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni, b’koordinazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), bl-assistenza teknika tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). Dan ser jinkludi kemm kondizzjonalità speċifika għall-banek f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna Statali kif ukoll kondizzjonalità orizzontali. B’mod parallell, Spanja ser ikollha tikkonforma kompletament mal-impenji u l-obbligi tagħha skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv u r-rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew.

(10)

Iż-żieda fir-reżiljenza tas-settur bankarju Spanjol fuq terminu twil hija kritika biex tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja fi Spanja u jiġi llimitat it-tifrix tal-istress finanzjarju f’ekonomiji oħrajn taż-żona tal-euro u, għaldaqstant jiġu evitati l-effetti ħżiena fuq il-funzjonament xieraq tal-ekonomija u tal-unjoni ekonomika u monetarja. Il-miżuri sinifikanti li ttieħdu s’issa biex jindirizzaw dawn il-problemi ma kinux għalkollox suffiċjenti. Għalhekk huma meħtieġa aktar miżuri. B’mod partikolari, Spanja għandha timplimenta miżuri speċifiċi addizzjonali biex tittratta l-assi akkumulati b’mod effettiv, tirrestawra l-finanzjament abbażi tas-suq, tnaqqas id-dipendenza tal-banek fuq appoġġ ta’ likwidità mill-bank ċentrali, u biex isaħħaħ il-mekkaniżmi tal-identifikazzjoni tar-riskji u tal-immaniġġjar tal-kriżijiet.

(11)

Bħala parti mill-istrateġija kumplessiva, huwa essenzjali li tittratta l-assi akkumulati b’mod effettiv billi tesiġi segregazzjoni ċara tal-assi problematiċi ta’ banek megħjuna mill-karti tal-bilanċ tal-banek. Dan għandu japplika, b’mod partikolari, għal self relatat mal-RED u mal-assi preklużi. Segregazzjoni ta’ dan it-tip tneħħi kwalunkwe dubju li jkun baqa’ dwar il-kwalità tal-karti tal-bilanċ tal-banek, u b’hekk ikunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom ta’ intermedjazzjoni finanzjarja.

(12)

Barra minn hekk, it-titjib fit-trasparenza tal-karti tal-bilanċ tal-banek b’dan il-mod jista’ jiffaċilita tnaqqis xieraq tal-iskoperturi tal-banek għas-settur immobiljari, jerġa’ jibda l-finanzjamant ibbażat fuq is-suq, u jnaqqas id-dipendenza tal-banek fuq appoġġ ta’ likwidità mill-bank ċentrali.

(13)

L-iżgurar ta’ qafas sod għas-settur bankarju Spanjol jesiġi li jissaħħu l-mekkaniżmi tal-identifikazzjoni tar-riskji u tal-immaniġġjar tal-kriżijiet. Strateġija effettiva għandha tinkludi bidliet li jkollhom l-għan li jsaħħu l-qafas regolatorju u ta’ sorveljanza, filwaqt li jqisu l-esperjenzi tal-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, il-governanza korporattiva għandha tissaħħaħ skont l-aqwa prattiki internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-BĊE, l-ABE u l-FMI, ftehmet mal-awtoritajiet Spanjoli l-kundizzjonijiet ta’ politika speċifika għas-settur finanzjarju mehmużin mal-assistenza finanzjarja. Dawk il-kondizzjonijiet huma stabbiliti fil-MtQ li għandu jiġi ffirmat mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet Spanjoli. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar Faċilita’ ta’ Assistenza Finanzjarja.

Spanja għandha tirrikapitalizza b’mod xieraq u tirristruttura bl-akbar reqqa s-sistema bankarja tagħha. F’dak ir-rigward, Spanja għandha tiżviluppa b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, u b’konsultazzjoni mal-BĊE strateġija għall-istruttura, il-funzjonament u l-vijabbiltà futuri tal-banek Spanjoli li tidentifika kif se jiġi żgurat li huma kapaċi joperaw mingħajr appoġġ ulterjuri mill-istat. Din l-istrateġija ser tiġi speċifikata aktar fil-MtQ, bi żvilupp ulterjuri tal-kundizzjonijiet ta’ politika inkorportati f’din id-Deċiżjoni.

2.   Il-komponenti ewlenin ta’ din l-istrateġija għandhom ikunu bidla radikali fil-partijiet dgħajfa tas-settur bankarju Spanjol u tisħiħ tal-oqfsa regolatorji u ta’ sorveljanza għas-settur bankarju.

3.   Il-bidla radikali fil-partijiet dgħajfa tas-settur bankarju Spanjol għandha tkun magħmula minn dawn it-tliet elementi:

(a)

l-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet kapitali ta’ kull bank individwali permezz ta’ analiżi komprensiva tal-kwalità tal-assi tas-settur bankarju u test tal-istress bank b’bank, abbażi ta’ dik l-analiżi tal-kwalità tal-assi. Abbażi tar-riżultati tas-simulazzjonijiet ta’ kriżi, il-banek li jeħtieġu injezzjoni kapitali ser jitpoġġew fi tliet ġruppi differenti. Kull grupp ser ikun soġġett għall-obbligu li jippreżenta pjani ta’ ristrutturar u risoluzzjoni, u għall-miżuri komplementari u sussegwenti kollha, kif previst fil-MtQ;

(b)

ir-rikapitalizzazzjoni, ir-ristrutturar u/jew ir-riżoluzzjoni b’mod xieraq ta’ banek dgħajfa, abbażi ta’ pjanijiet biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat fit-test tal-istress. Dawn il-pjani ser ikunu bbażati fuq il-prinċipji ta’ vijabbilta’, jimminimizzaw l-ispiża għal min iħallas it-taxxa (kondiviżjoni tal-piżijiet) u jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, Spanja ser tadotta leġislazzjoni biex (i) tippermetti l-implimentazzjoni ta’ Eżerċizzji ta’ Responsabbiltà Subordinata, inkluż il-forom obbligatorji ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet, u (ii) jiġi aġġornat il-qafas ta’ risoluzzjoni tal-banek sabiex jiġu inkorporati s-setgħat ta’ risoluzzjoni rilevanti għall-FROB u l-Fond għall-Garanzija tad-Depożiti (FGD), u b’kont meħud tal-proposta regolatorja tal-UE dwar ġestjoni ta’ kriżi u r-risoluzzjoni tal-banek, inkluż għodda speċjali għar-risoluzzjoni ta’ banekk mhux vijabbli;

(c)

is-segregazzjoni tal-assi f’dawk il-banek li jirċievu appoġġ pubbliku fl-isforz tar-rikapitalizzazzjoni tagħhom u t-trasferiment tagħhom tal-assi danneġġati lil Kumpanija Maniġerjali tal-Assi (KMA) esterna, biex jilħqu l-valur fit-tul tagħhom. Spanja, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-ABE u bl-assistenza teknika tal-FMI, ser tħejji qafas legislattiv komprensiv għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-KMA, sabiex tagħmilha kompletament operattiva sa Novembru 2012.

4.   Sabiex jiġi żgurat qafas sod għas-settur bankarju, Spanja għandha ssaħħaħ ukoll l-oqfsa regolatorji u ta’ sorveljanza kif ukoll tirrinforza l-governanza. L-istrateġija u l-kundizzjonalità, li hija speċifikata b’mod komprensiv fil-MtQ, għandha fost l-oħrajn tinkludi l-miżuri li ġejjin:

(a)

teħtieġ mill-istituzzjonijiet tal-kreditu Spanjoli li jżidu l-proporzjon tagħhom ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-anqas għal 9 % skont id-definizzjoni tal-kapital stabbilita fl-eżerċizzju ta’ rikapitalizzazzjoni tal-ABE;

(b)

teħtieġ, mill-1 ta’ Jannar 2013, li l-istituzzjonijiet tal-kreditu Spanjoli japplikaw id-definizzjoni ta’ kapital stabbilita fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (Capital Requirements Regulation - CRR);

(c)

l-analiżi mill-ġdid tal-qafas legali għall-proviżjonament tat-telf mis-self. B’mod partikolari, abbażi tal-esperjenzi tal-kriżi finanzjarja, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jagħmlu proposti biex iġeddu l-qafas permanenti għall-proviżjonament tat-telf mis-self, filwaqt li jqisu l-miżuri temporanji introdotti matul dawn l-aħħar xhur, kif ukoll il-qafas tal-kontabilità tal-UE;

(d)

it-tisħiħ ulterjuri tal-indipendenza operazzjonali tal-Banco de España; f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u standards internazzjonali, bit-trasferiment tas-setgħat ta’ sanzjonar u ta’ liċenzjar tal-Ministeru tal-Ekonomija fir-rigward tas-settur bankarju lill-Banco de España;

(e)

it-tisħiħ ulterjuri tal-proċeduri ta’ sorveljanza tal-Banco de España abbażi ta’ awditjar intern;

(f)

ir-reviżjoni tal-arranġamenti ta’ governanza tal-aġenziji li joffru sikurezza finanzjarja (il-FROB u l-FGD – il-Fond ta’ Garanzija tad-Depożiti) biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali;

(g)

it-tisħiħ tar-regoli dwar il-governanza tas-settur bankarju tat-tfaddil u tal-banek li huma proprjetà tal-banek tat-tfaddil;

(h)

l-emendar tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u dwar it-titoli biex tillimita l-bejgħ mill-banek ta’ strumenti ta’ dejn subordinarju (jew stumenti mhux koperti mill-FGD) lil klijenti bl-imnut mhux kwalifikati, u t-tisħiħ tal-monitoraġġ tal-konformità mill-awtoritajiet;

(i)

it-teħid ta’ passi biex tiġi minimizzata l-ispiża għal min iħallas it-taxxa tar-ristrutturar tal-banek. Wara l-allokazzjoni tat-telf lit-titolari tal-ekwità, l-awtoritajiet Spanjoli ser jeħtieġu miżuri ta’ kondiviżjoni tal-piż minn detenturi ta’ kapital ibridu u detenturi tad-dejn subordinarju f’banek li jirċievu kapital pubbliku;

(j)

l-impenn biex jiġu llimitati l-livelli tal-paga tal-membri tal-bord eżekuttiv u dak superviżorju tal-banek kollha megħjuna mill-Istat;

(k)

it-tisħiħ tar-reġistru tal-kreditu pubbliku ser jissaħħaħ.

5.   L-awtoritajiet ser jipprovdu lill-Kummissjoni, il-BĊE, l-ABE u l-FMI, taħt kundizzjonijiet stretti ta’ kunfidenzjalità, id-data meħtieġa għall-monitoraġġ tas-settur bankarju.

6.   Il-Kummissjoni, b’koordinazzjoni mal-BĊE u l-ABE, għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijijet ta’ politika marbutin mal-assistenza finanzjarja jiġu sodisfatti permezz ta’ missjonijiet u rappurtar regolari mill-awtoritajiet Spanjoli kull tliet xhur. Il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-FROB fil-kuntest tal-programm ser isir b’mod regolari.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU C 219, 24.7.2012, p. 81.


28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Banka Slovenije

(2012/444/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2012/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Banka Slovenije (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti li jkunu ġew rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Banka Slovenije jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Banka Slovenije għażel lil Deloitte revizija d.o.o. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2014.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte revizija d.o.o. tinħatar bħala l-awditur estern ta' Banka Slovenije għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2014.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(13) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

"13.   Deloitte revizija d.o.o hija b' dan approvata bħala l-awditur estern ta' Banka Slovenije għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2014.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 161, 7.6.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Lulju 2012

dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fl-Ungerija

(2012/445/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Taħt il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona huma ppreservati sa meta dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Għal dan il-għan, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta' rapport ta' valutazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(4)

L-Ungerija infurmat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-fajls nazzjonali tal-analiżi tad-DNA li għalihom japplikaw l-Artikoli 2 sa 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u l-kondizzjonijiet għall-konsultazzjoni awtomatizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 36(2) ta' dik id-Deċiżjoni.

(5)

Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(6)

L-Ungerija lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-data dwar id-DNA.

(7)

Saret b'suċċess prova pilota mill-Ungerija mal-Awstrija.

(8)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fl-Ungerija u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Awstrijaka u ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(9)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dwar id-DNA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix u l-paragunar awtomatizzati tad-data dwar id-DNA, l-Ungerija implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Lulju 2012

dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Ungerija

(2012/446/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal- kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b'mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Taħt il-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona huma ppreservati sa meta dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Għal dan il-għan, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta' rapport ta' valutazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(4)

Taħt il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data.

(5)

L-Ungerija lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika.

(6)

Saret b'suċċess prova pilota mill-Ungerija mal-Awstrija.

(7)

Saret żjara ta' evalwazzjoni fl-Ungerija u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Awstrijaka u ntbagħat lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju tad-data dattiloskopika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, l-Ungerija implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Lulju 2012

li tawtorizza lid-Danimarka sabiex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2012/447/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fil-5 ta’ Settembru 2011, id-Danimarka talbet awtorizzazzjoni biex tapplika miżura ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li tirregola d-dritt tat-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri.

(2)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba li saret mid-Danimarka permezz ta’ ittra bid-data tal-14 ta’ Marzu 2012. Permezz ta’ ittra datata 15 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lid-Danimarka li kellha l-informazzjoni kollha li kienet tikkonsidra neċessarja sabiex tqis it-talba.

(3)

Bħalissa, skont id-Direttiva 2006/112/KE, jekk vettura kummerċjali ħafifa ta’ piż massimu awtorizzat sa tliet tunnellati tkun reġistrata mal-awtoritajiet Daniżi bħala li tintuża għal skopijiet ta’ negozju biss, il-persuna taxxabbli tkun awtorizzata li tnaqqas għal kollox it-taxxa fuq ix-xiri u l-kostijiet operazzjonali tal-vettura. Jekk tali vettura sussegwentement tintuża għal skopijiet privati, il-persuna taxxabbli titlef id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT imposta fuq il-kost tax-xiri tal-vettura.

(4)

Ladarba dik is-sistema tpoġġi piż kbir kemm fuq il-persuna taxxabbli kif ukoll fuq l-amministrazzjoni tat-taxxa, l-awtoritajiet Daniżi talbu awtorizzazzjoni biex ikunu jistgħu japplikaw miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE. Dik il-miżura tippermetti li persuna taxxabbli, li tkun irreġistrat vettura bħala biss għal skopijiet ta’ negozju, tkun tista’ tuża l-vettura għal skopijiet mhux ta’ negozju, u li tikkalkula l-ammont taxxabbli fir-rigward tal-provvista kunsidrata skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE abbażi ta’ rata fissa ta’ kuljum, minflok ma titlef id-dritt tagħha li tnaqqas il-VAT imħallsa fuq il-kost tax-xiri tal-vettura.

(5)

Dak il-metodu ta’ kalkolu ssimplifikat ikun madankollu limitat għal għoxrin jum ta’ użu mhux għan-negozju għal kull sena kalendarja, u l-ammont ta’ rata fissa ta’ VAT li għandu jitħallas huwa ffissat għal DKK 40 għal kull jum ta’ użu mhux għan-negozju. Dan l-ammont ġie stabbilit mill-Gvern Daniż wara analiżi tal-istatistiċi nazzjonali.

(6)

Il-miżura, li għandha tapplika għal vetturi kummerċjali ħfief ta’ piż massimu awtorizzat sa tliet tunnellati, tissimplifika l-obbligi tal-VAT ta’ persuna taxxabbli li, darba kultant, tagħmel użu mhux għan-negozju ta’ vettura rreġistrata għal skopijiet ta’ negozju. Madankollu, jibqa' possibbli li persuna taxxabbli tista’ tagħżel li tirreġistra vettura kummerċjali ħafifa bħala li tintuża kemm għal skop ta’ negozju kif ukoll għall-użu personali. Meta tagħmel hekk, il-persuna taxxabbli titlef id-dritt li tnaqqas il-VAT max-xiri tal-vettura iżda ma tkun meħtieġa tħallas l-ebda imposta ta’ kuljum għal xi użu privat.

(7)

It-twettiq ta’ miżura li biha jiġi żgurat li persuna taxxabbli li tagħmel użu ta’ darba kultant li ma jkunx għan-negozju minn vettura rreġistrata għal skopijiet ta’ negozju ma tkunx imċaħħda għal kollox mid-dritt tat-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri fuq dik il-vettura ikun konsistenti mar-regoli ġenerali dwar tnaqqis kif stabbiliti bid-Direttiva 2006/112/KE.

(8)

L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal perjodu limitat u għalhekk għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2014. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba sa dakinhar tista’ issir valutazzjoni dwar jekk id-deroga tibqax ġustifikata.

(9)

Id-deroga jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul tat-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma jkollha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jiġu mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE, meta persuna taxxabbli tuża għal skopijiet privati tagħha, jew ta’ dawk impjegati magħha, jew b’mod iktar ġenerali għal skopijiet oħra barra minn dawk tan-negozju tagħha, vettura kummerċjali ħafifa li tkun ġiet irreġistrata bħala biss għall-użu tan-negozju, id-Danimarka hija awtorizzata li tistabbilixxi l-ammont taxxabbli b’referenza għal rata fissa għal kull jum ta’ tali użu.

Ir-rata fissa kuljum msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun DKK 40.

Artikolu 2

Il-miżura msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi applikata biss fil-każ ta’ vetturi utilitarji ħfief ta’ piż totali massimu awtorizzat ta’ tliet tunnellati.

Din il-miżura ma tapplikax fejn l-użu mhux għan-negozju jkun jaqbeż l-għoxrin jum kull sena kalendarja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Lulju 2012

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4693)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/448/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Peress li l-produzzjoni tal-karta tal-gazzetti tikkonsma ammonti sinifikanti ta’ enerġija, injam u sustanzi kimiċi, u tista’ twassal għal ħsara ambjentali jew riskji relatati mal-użu tar-riżorsi naturali, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp tal-prodotti “karta tal-gazzetti”.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp tal-prodotti “karta tal-gazzetti” għandu jinkludi karta magħmula minn polpa u użata għall-istampar ta’ gazzetti u prodotti oħra stampati.

2.   Il-grupp tal-prodotti tal-karta tal-gazzetti ma għandux jinkludi karta tal-ikkuppjar u karta grafika, karta termalment sensittiva, karta fotografika u karta mingħajr karbonju, karta tal-imballaġġ u tat-tgeżwir kif ukoll karta bil-fwieħa.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

karta tal-gazzetti” tfisser karta li tintuża l-aktar għall-istampar tal-gazzetti u li tkun magħmula minn polpa u/jew karta rkuprata li l-piż tagħha jvarja minn 40 sa 65 gm/m2.

(2)

fibri rkuprati” tfisser fibri ddevjati mill-fluss tal-iskart waqt proċess ta’ manifattura jew iġġenerati mid-djar jew minn faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali fir-rwol tagħhom bħala utenti finali tal-prodott, li ma jkunux jistgħu jintużaw aktar għall-iskop maħsub tagħhom.

Artikolu 3

Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa karta tal-gazzetta għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “Karta tal-gazzetti” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Karta tal-gazzetti”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-“Karta tal-gazzetti” għandu jkun “037”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi billi jrawmu r-riċiklaġġ tal-karti, inaqqsu r-rimi ta’ sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilmijiet, inaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu tal-enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis tal-ożonu, tnaqqis tar-riżorsi mhux rinnovabbli) permezz tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet relatati fl-arja u billi jnaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi u japplikaw prinċipji għas-salvagwardja tal-foresti.

KRITERJI

Dawn il-kriterji huma stabbiliti għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

1.

Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

2.

Użu tal-enerġija

3.

Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti

4.

Sustanzi kimiċi perikolużi

5.

Immaniġġjar tal-iskart

6.

Adegwatezza għall-użu

7.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-produzzjoni tal-polpa li tinkludi s-sottoproċessi kostitwenti kollha mill-punt li fih il-fibra verġni/materja prima rkuprata tidħol fis-sit tal-produzzjoni, sal-punt meta l-polpa toħroġ mill-fabbrika tal-polpa. Għall-proċessi ta’ produzzjoni tal-karta, il-kriterji ekoloġiċi jkopru s-sottoproċessi kollha mit-tballit tal-polpa (diżintegrazzjoni tal-karta rkuprata) sat-tkebbib tal-karta fuq ir-rombli.

L-attivitajiet li ġejjin mhumiex koperti minn dawn il-kriterji:

1.

Trasport u imballaġġ tal-polpa, il-karta u l-materja prima

2.

Konverżjoni tal-karta

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra li turi konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawk jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew il-fornitur(i) u/jew il-fornitur(i) tagħhom, kif ikun xieraq.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju, jekk tiġi aċċettata l-ekwivalenza tagħhom mill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.

Fejn possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tal-EN ISO 17025 jew ekwivalenti.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jesiġu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 —   Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

(a)   COD, Kubrit (S), NOx, Fosforu (P)

Għal kull wieħed minn dawn il-parametri, l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma mill-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom ikunu espressi f’termini ta’ punti (PCOD, PS, PNOx, PP) kif dettaljat hawn taħt.

L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PS, PNOx, PP ma għandu jaqbeż 1,5.

L-għadd totali ta’ punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż 4,0.

Il-kalkolu ta’ PCOD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta’ PS, PNOx, PP għandhom isiru bl-istess mod eżatt).

Għal kull polpa “i” li tintuża, l-emissjonijiet relatati mkejla ta’ COD (COD polpa,i espressi f’kg/tunnellata mnixxfa bl-arja —ADT), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta’ kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja), u magħduda flimkien. L-emissjoni ppeżata ta’ COD għall-polpi mbagħad tiżdied mal-emissjoni mkejla ta’ COD mill-produzzjoni tal-karta biex tagħti emissjoni totali ta’ COD, COD totali.

Il-valur ta’ referenza ppeżat ta’ COD għall-produzzjoni tal-polpa għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bħas-somma tal-valuri ta’ referenza ppeżati għal kull polpa użata u jiżdied mal-valur ta’ referenza għall-produzzjoni tal-karta biex jagħti valur totali ta’ COD referenza, COD reftotal. Il-valuri ta’ referenza għal kull tip ta’ polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta huma indikati fit-Tabella 1.

Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta’ COD għandha tiġi diviża bil-valur ta’ referenza totali ta’ COD kif ġej:

Formula

Tabella 1

Valuri ta’ referenza minn tipi differenti ta’ polpa u mill-produzzjoni tal-karta

Grad ta’ Polpa/Karta

Emissjonijiet (kg/ADT)

CODreferenza

Sreferenza

NOx,referenza

Preferenza

Polpa kimika bbliċjata (għajr is-sulfit)

18,0

0,6

1,6

0,045

Polpa kimika bbliċjata (sulfit)

25,0

0,6

1,6

0,045

Polpa kimika mhux ibbliċjata

10,0

0,6

1,6

0,04

CTMP

15,0

0,2

0,3

0,01

TMP/polpa ta’ njam mitħun

3,0

0,2

0,3

0,01

Polpa ta’ fibra rkuprata

2,0

0,2

0,3

0,01

Karta (fabbriki tal-karti mhux integrati fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq)

1

0,3

0,8

0,01

Karta (Fabbriki tal-karti oħra)

1

0,3

0,7

0,01

Għandha tingħata eżenzjoni għall-valur tal-polpa kimika bbliċjata Preferenza (għajr is-sulfit) indikat fit-Tabella 1, sa livell ta’ 0,1 fejn jintwera li l-ogħla livell ta’ P huwa minħabba l-okkorrenza naturali ta’ P fil-polpa tal-injam.

F’każ ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u elettriku fl-istess impjant, l-emissjonijiet ta’ S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista’ tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku:

2 × (MWh(elettriku)) / [2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]

L-elettriku f’dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fil-fabbrika ta’ koġenerazzjoni.

Is-sħana f’dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/karta.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn li għandha tinkludi rapporti ta’ testijiet li jużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(ossid.): EPA nru 8; S(imnaqqsa): EPA nru 16 A; kontenut ta’ S fiż-żejt: ISO 8754; kontenut ta’ S fil-faħam: ISO 351; P: EN ISO 6878, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349.

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jseħħu matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bojlers ta’ rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati. Valuri ta’ emissjonijiet irrapportati għall-S fl-arja għandhom jinkludu kemm emissjonijiet ossidizzati kif ukoll emissjonijiet imnaqqsa ta’ S (sulfur tad-dimetil, merkaptan tal-metil, sulfur tal-idroġenu u emissjonijiet simili). L-emissjonijiet tal-S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, faħam u fjuwils esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati.

Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-emissjonijiet għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-emissjonijiet għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

(b)   AOX (Aloġenu Organiku Adsorbabbli)

Sal-31 ta’ Marzu 2013, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0,20 kg/ADT.

Mill-1 ta’ April 2013 sakemm jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0,17 kg/ADT.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet billi juża l-metodu ta’ ttestjar li ġej: AOX ISO 9562 akkumpanjat minn kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandu jitkejjel biss fi proċess fejn jintużaw komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata ta’ karta jew fl-effluwenti mill-produzzjoni ta’ polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b’sustanzi mingħajr kloru.

Il-kejl għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u kampjuni li ma jkunux qagħdu jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

(c)   CO2

L-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju minn sorsi mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu 1 000 kg għal kull tunnellata ta’ karta prodotta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Għall-fabbriki tal-karti mhux integrati (fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq), l-emissjonijiet ma għandhomx jaqbżu 1 100 kg għal kull tunnellata. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.

L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju fl-arja. Din għandha tinkludi s-sorsi kollha ta’ fjuwils mhux rinnovabbli matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post).

Il-fatturi ta’ emissjonijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils:

Tabella 2

Fjuwil

Emissjoni ta’ CO2 fossili

Unità

Faħam

96

gm CO2 fossili/MJ

Żejt mhux raffinat

73

gm CO2 fossili/MJ

Żejt tal-fjuwil 1

74

gm CO2 fossili/MJ

Żejt tal-fjuwil 2-5

81

gm CO2 fossili/MJ

LPG

66

gm CO2 fossili/MJ

Gass Naturali

56

gm CO2 fossili/MJ

Elettriku mis-sistema

400

gm CO2 fossili/kWh

Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.

Għall-elettriku mis-sistema, il-valur ikkwotat fit-tabella ta’ hawn fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi valur medju għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (fornitur kontraenti jew medja nazzjonali), f’liema każ l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi fit-tabella.

L-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli (1) mixtrija u użati għall-proċessi tal-produzzjoni, mhux se jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2 L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li enerġija ta’ dan it-tip fil-fatt tkun qed tintuża fil-fabbrika tal-karti jew tkun qed tinxtara minn barra.

Kriterju 2 —   Użu tal-enerġija

(a)   Elettriku

Il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jkun espress f’termini ta’ punti (PE) kif dettaljat hawn taħt.

L-għadd ta’ punti, PE, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5.

Il-kalkolu tal-PE għandu jsir kif ġej.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i li tintuża, il-konsum relatat tal-elettriku (Epolpa, i espress f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Epolpa, i = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-karta (Ekarta) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Ekarta = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PE) kif ġej:

Formula

Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-elettriku għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-elettriku għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

(b)   Fjuwil (sħana)

Il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (PF) kif dettaljat hawn taħt.

L-għadd ta’ punti, PF, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5.

Il-kalkolu ta’ PF għandu jsir kif ġej.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i użata, il-konsum ta’ fjuwil relatat (Fpolpa, i espressa f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fpolpa, i = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament

Nota:

1.

Fpolpa, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, polpa) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika ħlief jekk tkun polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li fiha tal-anqas 90 % materja niexfa.

2.

L-ammont ta’ fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu fjuwil mibjugħ fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: bl-istess mod, il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-karta (Fkarta, espress f’kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fkarta = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × elettriku prodott internament

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PF) kif ġej:

Formula

Tabella 3

Valuri ta’ referenza għall-elettriku u l-fjuwil

Grad ta’ polpa

Fjuwil kWh/ADT

Freferenza

Elettriku kWh/ADT

Ereferenza

Mhux admp

admp

Mhux admp

admp

Polpa kimika

4 000

5 000

800

800

Polpa termomekkanika (thermochemical pulp,TMP)

0

900

2 200

2 200

Polpa ta’ njam mitħun (inkluż injam mitħun pressurizzat)

0

900

2 000

2 000

Polpa kimitermomekkanika (Chemithermomechanical pulp, CTMP)

0

1 000

2 000

2 000

Polpa ta’ fibra rkuprata

300

1 300

450

550

Grad ta’ karta

Fjuwil

kWh/tunnellata

 

Elettriku

kWh/tunnellata

Grad tal-karta tal-gazzetti

 

1 800

 

700

Admp

=

air dried market pulp (polpa tas-suq imnixxfa bl-arja)

Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) kif ukoll għal (b)): l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha relatata. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta’ elettriku u fjuwil.

L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha tal-enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka tal-iskart tal-karti għall-produzzjoni tal-karta rkuprata. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima, kif ukoll fil-konverżjoni u l-imballaġġ, mhijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta’ enerġija.

L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta’ likuri u skart minn proċessi fil-post (eż. skart tal-injam, serratura tal-injam, likuri, skart tal-karta, karti mqattgħa), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku - madankollu, l-applikant jeħtieġ jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana minn dawn is-sorsi meta jikkalkula l-enerġija tas-sħana totali.

L-enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mis-sistema u l-ġenerazzjoni interna ta’ elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-iskart tal-ilma mhemmx għalfejn jiġi inkluż.

Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b’0, 8 u jiżdied mal-konsum totali ta’ fjuwil.

Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

Kriterju 3 —   Fibri

Tal-anqas is-70 % (w/w) fuq l-ammont totali ta’ fibri użati għall-karta tal-gazzetti għandhom ikunu fibri rkuprati.

Il-fibri kollha użati li ma jkunux irkuprati għandhom ikunu fibri verġni koperti minn ċertifikati validi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-katina ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

Madankollu, fejn l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jippermettu t-taħlit ta’ materjal iċċertifikat u materjal mhux iċċertifikat fi prodott jew linja ta’ prodotti, il-proporzjon tal-materjal mhux iċċertifikat ma għandux jaqbeż 50 % tal-ammont totali ta’ fibri verġni użati. Tali materjal mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jinkiseb b’mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta’ kustodja għandhom ikunu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.

Huwa eskluż mill-kalkolu tal-kontenut ta’ fibri rkuprati l-użu mill-ġdid ta’ materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jiġu rreklamati fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (mill broke) – prodotti minnhom stess jew mixtrija).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li tindika t-tipi, il-kwantitajiet u l-oriġini tal-fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta.

Fejn jintużaw fibri verġni, il-prodott għandu jkun kopert minn ċertifikati validi ta’ ġestjoni tal-foresti u tal-katina ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ parti terza, bħall-PEFC, l-FSC jew ekwivalenti. Jekk il-prodott jew il-linja ta’ prodotti tinkludi materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-materjal mhux iċċertifikat ikun anqas minn 50 fil-mija u jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li dan jiġi fornut legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ materjal mhux iċċertifikat.

Il-perċentwal ta’ fibri rkuprati għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon bejn l-inputs tal-fibri rkuprati mqabbla mal-produzzjoni tal-karta finali. Meta jintużaw fibri rkuprati, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-ammont medju ta’ gradi ta’ karta rkuprata użata għall-prodott skont l-istandard EN 643 (2) jew standard ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni li ma ntużaw l-ebda karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (tal-fabbrika stess jew mixtrija) għall-kalkolu tal-perċentwal irkuprat.

Kriterju 4 —   Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni.

(a)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott ma għandux jinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u lanqas sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet tar-riskju skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KE (5) speċifikati fit-tabella ta’ hawn taħt.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (6)

Frażi ta’ Riskju (7)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment għat-tul jew repetut

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment għat-tul jew repetut

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Ma għandhom jintużaw l-ebda formulazzjoni ta’ żebgħa kummerċjali, sustanzi koloranti, aġenti għall-finitura tal-uċuħ, awżiljarji u materjali ta’ kisi fuq polpa jew karta li tkun ġiet assenjata jew li fil-ħin tal-applikazzjoni tista’ tiġi assenjata d-dikjarazzjoni ta’ periklu H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda.

R43

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ riskju elenkati hawn fuq, jew li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu elenkati fit-tabella hawn fuq, u l-limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ġeneriċi jew speċifiċi ta’ konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,1 % piż skont il-piż.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dawn il-kriterji billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u billi juri li s-sustanzi msemmija f’dawn il-kriterji ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għas-sustanzi u t-taħlitiet għandha tiġi speċifikata fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(b)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f’taħlitiet, f’oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,1 %. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw meta l-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,1 %.

Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.

L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u billi juri li s-sustanzi msemmija f’dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(c)   Kloru

Il-gass tal-kloru jew komposti klorurati oħra ma għandhomx jintużaw bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li l-gass tal-kloru jew komposti klorurati oħra ma ntużawx bħala aġent tal-ibbliċjar. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta’ fibri rkuprati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru jew b’komposti klorurati oħra.

(d)   APEOs

Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ sustanzi tat-tindif, sustanzi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, jew dispersanti. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-fenoli tal-alkil.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ dawk il-prodotti.

(e)   Monomeri residwi

Il-kwantità totali ta’ monomeri residwi (eskluż l-akrilammid) li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew taħlitiet tagħhom) u li jkunu preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma, ma għandhiex taqbeż 100 ppm (ikkalkulata fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom):

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (8)

Frażi ta’ Riskju (9)

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50/50-53

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

L-akrilammid ma għandux ikun preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 700 ppm (ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom).

Il-korp kompetenti jista’ jeżenta lill-applikant minn dawk ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ sustanzi kimiċi użati fi trattament estern tal-ilma.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza).

(f)   Aġenti tensjoattivi fit-tneħħija tal-linka

L-aġenti tensjoattivi kollha użati fit-tneħħija tal-linka għandhom finalment ikunu bijodegradabbli (ara l-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija hawn taħt).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jew ir-rapporti tat-testijiet rilevanti għal kull aġent tensjoattiv, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintuża wieħed mill-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija li ġejjin: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwali ta’ degradazzjoni (inkluż l-adsorbiment) fi 28 ġurnata ta’ mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u ta’ mill-anqas 60 % għal 302 C.

(g)   Bijoċidi

Il-komponenti attivi f’bijoċidi jew f’aġenti bijostatiċi użati kontra organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f’sistemi ta’ ċirkolazzjoni tal-ilma li jkun fihom il-fibri, ma għandhomx ikunu potenzjalment bijokumulattivi. Il-bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi hija kkaratterizzata minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni stabbilit b’mod sperimentali (BCF) ta’ ≤ 100.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali jew ir-rapport tat-test rilevanti, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.

(h)   Ażokoloranti

Ma għandhomx jintużaw ażokoloranti li jistgħu jinferqu f’xi wieħed mill-ammini aromatiċi li ġejjin, skont l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006:

1.

4-amminobifenil

(92-67-1),

2.

benżidina

(92-87-5),

3.

4-kloro-o-toluwidina

(95-69-2),

4.

2-naftilammina

(91-59-8),

5.

o-amminoażotoluwen

(97-56-3),

6.

2-ammino-4-nitrotoluwen

(99-55-8),

7.

p-kloroanilina

(106-47-8),

8.

2,4-diamminoanisol

(615-05-4),

9.

4,4’-diamminodifenilmetan

(101-77-9),

10.

3,3’-diklorobenżidina

(91-94-1),

11.

3,3’-dimetossibenżidina

(119-90-4),

12.

3,3’-dimetilbenżidina

(119-93-7),

13.

3,3’-dimetil-4,4’-diamminodifenilmetan

(838-88-0),

14.

p-kresidina

(120-71-8),

15.

4,4’-metilen-bis-(2-kloroanilina)

(101-14-4),

16.

4,4’-ossidianilina

(101-80-4),

17.

4,4’-tijodianilina

(139-65-1),

18.

o-toluwidina

(95-53-4),

19.

2,4-diamminotoluwen

(95-80-7),

20.

2,4,5-trimetilanilina

(137-17-7),

21.

4-amminoażobenżen

(60-09-3),

22.

o-anisidina

(90-04-0).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

(i)   Materjali koloranti jew pigmenti bbażati fuq kumplessi tal-metall

Ma għandhomx jintużaw koloranti jew pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb, ir-ram, il-kromju, in-nikil jew l-aluminju. Jistgħu, madankollu, jintużaw koloranti jew pigmenti tal-ftaloċjanina tar-ram.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.

(j)   Impuritajiet joniċi f’materjali koloranti

Il-livelli ta’ impuritajiet joniċi fil-materjali koloranti li jintużaw ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.

Kriterju 5 —   Immaniġġjar tal-iskart

Is-siti kollha fejn tiġi prodotta l-polpa u l-karta għandu jkollhom sistema għall-immaniġġjar tal-iskart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni) u l-prodotti residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-prodott ekotikkettat. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:

il-proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-fluss tal-iskart,

il-proċeduri għall-irkupru ta’ materjali għal użi oħra, bħall-inċinerazzjoni sabiex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu,

il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri adottati għall-immaniġġjar tal-iskart ta’ kull wieħed mis-siti konċernati u dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju.

Kriterju 6 —   Adegwatezza għall-użu

Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li turi l-konformità mal-ambitu tal-kriterji. Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-permanenza skont l-istandards applikabbli. Il-manwal tal-utent se jipprovdi l-lista tan-normi u l-istandards li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-permanenza.

Bħala alternattiva għall-użu tal-metodi ta’ hawn fuq, il-produtturi għandhom jiggarantixxu l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti tagħhom billi jipprovdu dokumentazzjoni xierqa li turi l-kwalità tal-karta, skont l-istandard EN ISO/IEC 17050-1:2004, li jipprovdi kriterji ġenerali għad-dikjarazzjoni ta’ konformità mad-dokumenti normattivi min-naħa tal-fornituri.

Kriterju 7 —   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:

“—

tniġġis baxx tal-arja u tal-ilma

użu ta’ fibri ċċertifikati U/JEW użu ta’ fibri rriċiklati [każ b’każ]

sustanzi perikolużi ristretti”

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  Kif iddefinit fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(2)  Lista Ewropea ta’ Gradi Standard ta’ Karta u Kartun Irkuprati, Ġunju 2002

(3)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(5)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(6)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(7)  Kif ipprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.

(8)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(9)  Kif ipprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.