ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.201.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 201

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
27 ta' Lulju 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi ( 1 )

60

 

*

Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

107

 

*

Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro

135

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1235/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jemenda, fir-rigward tal-farmakoviġilanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s- sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata ( ĠU L 348, 31.12.2010 )

138

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/1


REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv ntbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Waqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fuq it-talba tal-Kummissjoni, ġie ppubblikat rapport fil-25 ta’ Frar 2009 minn Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli ppresedut minn Jacques de Larosière u kkonkluda li l-qafas superviżorju tas-settur finanzjarju tal-Unjoni kien jeħtieġ jissaħħaħ biex jitnaqqas ir-riskju u s-severità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri u rrakkomanda riformi estensivi għall-istruttura tas-superviżjoni ta’ dak is-settur, inkluż il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda kull wieħed għas-settur bankarju, għas-settur tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u għas-settur tat-titoli u s-swieq, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, intitolata “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew” ipproponiet it-tisħiħ tal-qafas regolatorju tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta’ Lulju 2009, intitolata “L-iżgurar ta’ swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi”, il-Kummissjoni vvalutat ir-rwol tad-derivati fil-kriżi finanzjarja, u fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2009, intitolata “L-iżgurar ta’ swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi: Azzjonijiet futuri ta’ politika”, il-Kummissjoni ddeskriviet l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati mad-derivati.

(3)

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal tliet regolamenti li jistabilixxu s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, inkluż il-ħolqien ta’ tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni u għall-istabiliment ta’ standards u prattika komuni regolatorji u superviżorji ta’ kwalità għolja. L-ASE jinkludu l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-ASE għandhom rwol kruċjali x’jiżvolġu fis-salvagwardja tal-istabilità tas-settur finanzjarju. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi żgurat kontinwament li l-iżvilupp ta’ ħidmithom ikun kwistjoni ta’ priorità politika għolja u li jkollhom ir-riżorsi adegwati.

(4)

Id-derivati negozjati barra l-Borża (“il-kuntratti tad-derivati OTC”) huma nieqsa mit-trasparenza minħabba li dawn huma kuntratti nnegozjati privatament u kwalunkwe informazzjoni dwarhom normalment hija disponibbli biss għall-partijiet kontraenti. Dawn joħolqu nisġa kumplessa ta’ interdipendenza li tagħmilha diffiċli li jiġu identifikati n-natura u l-livell tar-riskji involuti. Il-kriżi finanzjarja wriet li dawn il-karatteristiċi jżidu l-inċertezza fi żminijiet ta’ tensjoni fis-suq u għaldaqstant, huma ta’ riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Dan ir-Regolament jistabilixxi l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis ta’ dawn ir-riskji u t-titjib tat-trasparenza tal-kuntratt derivati.

(5)

Fis-summit tas-26 ta’ Settembru 2009 f’Pittsburgh, il-mexxejja tal-G20 qablu li l-kuntratti tad-derivati OTC standardizzati kollha għandhom jiġu kklerjati permezz ta’ kontroparti ċentrali sa tmiem l-2012 u li l-kuntratti tad-derivati OTC għandhom jiġu rapportati lil repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F’Ġunju 2010, il-mexxejja tal-G20 f’Toronto rriaffermaw l-impenn tagħhom u ntrabtu wkoll li jaċċelleraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri qawwija biex tittejjeb it-trasparenza u s-sorveljanza regolatorja tal-kuntratti tad-derivati OTC b’mod konsistenti internazzjonalment u nondiskriminatorju.

(6)

Il-Kummissjoni ser tissorvelja u tagħmel ħilitha biex tiżgura li dawk l-impenji jkunu implimentati bl-istess mod mis-sħab internazzjonali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex tesplora soluzzjonijiet ta’ sostenn reċiproku biex tiżgura konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti mill-pajjiżi terzi u b’hekk tevita kwalunkwe irduppjar possibbli f’dan ir-rigward. Bl-għajnuna tal-AETS, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tħejji rapporti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni internazzjonali tal-prinċipji stipulati f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġu evitati rekwiżiti potenzjali doppji jew li joħolqu kunflitt, il-Kummissjoni għandha mnejn tadotta deċiżjonijiet dwar l-ekwilvalenza tal-qafas legali, superviżorju u ta’ infurzar f’pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati għadd ta’ kundizzjonijiet. Il-valutazzjoni li tifforma l-bażi ta’ tali deċiżjonijiet m’għandiex tipperikola d-dritt ta’ kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz u rikonoxxuta mill-AETS li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew postijiet ta’ negozju stabbiliti fl-Unjoni, peress li d-deċiżjoniji ta’ rikonoxximent għandha tkun indipendenti minn din il-valutazzjoni. B’mod simili, la deċiżjoni ta’ ekwivalenza u lanqas il-valutazzjoni m’għandhom jipperikolaw id-dritt ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz u rikonoxxut mill-AETS li jipprovdi servizzi lil entitajiet stabbiliti fl-Unjoni.

(7)

Fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi, u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont ir-regolament li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, deċiżjonijiet li jiddeterminaw sistemi legali ta’ pajjiżi terzi bħala ekwivalenti għal sistemi legali tal-Unjoni għandhom jiġu adottati biss jekk is-sistema legali tal-pajjiż terz tipprovdi għal sistema ekwivalenti effikaċi għar-rikonoxximent ta’ kontropartijiet ċentrali awtorizzati taħt sistemi legali barranin f’konformità mal-objettivi u mal-istandards regolatorji ġenerali stabbiliti mill-G-20 f’Settembru 2009 għat-titjib tat-trasparenza fis-swieq tad-derivati, għat-taffija tar-riskji sistemiċi u l-protezzjoni kontra l-abbuż tas-suq. Sistema bħal din għandha titqies bħala ekwivalenti jekk tiżgura li r-riżultat sostanzjali tas-sistema regolatorja applikabbli tkun simili għar-rekwiżiti tal-Unjoni, u għandha titqies bħala effikaċi jekk dawk ir-regoli jkunu qed jiġu applikati b’mod konsistenti.

(8)

Huwa xieraq u meħtieġ f’dan il-kuntest, meta jitqiesu l-karatteristiċi tas-swieq tad-derivati u t-tħaddim tal-kontropartijiet ċentrali, li tiġi verifikata l-ekwivalenza effettiva ta’ sistemi regolatorji barranin għall-ilħiq tal-objettivi u l-istandards tal-G-20 sabiex tittejjeb it-trasparenza fis-swieq tad-derivati, jittaffa r-riskju sistemiku u jkun hemm protezzjoni kontra l-abbuż tas-suq. Is-sitwazzjoni speċjali ħafna tal-kontropartijiet ċentrali teħtieġ li d-dispożizzjonijiet marbuta ma’ pajjiżi terzi ikunu organizzati u jaħdmu skont l-arranġamenti li huma speċifiċi għal dawn l-entitajiet ta’ struttura tas-suq. Għaldaqstant dan l-approċċ ma jikkostitwixxix preċedent għal leġislazzjoni oħra.

(9)

Il-Kunsill Ewropew, fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2009, qabel li kien hemm bżonn ta’ titjib sostanzjali fil-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-kontraparti u li kien importanti li jittejbu t-trasparenza, l-effiċjenza u l-integrità għal tranżazzjonijiet tad-derivati. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar “Swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta’ politika” appellat għall-ikklerjar u rapportar obbligatorju tad-kuntratti tad-derivati OTC.

(10)

L-AETS għandha taġixxi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament billi tissalvagwardja l-istabilità tas-swieq finanzjarji f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u s-soluzzjoni ta’ tilwim bejniethom. Hija inkarigata wkoll bl-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u implimentattivi u għandha rwol ċentrali fl-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

(11)

Wieħed mill-kompiti bażiċi li għandu jitwettaq permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) hu li jiġi promoss it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagamenti. F’dan ir-rigward, il-membri tas-SEBĊ iwettqu sorveljanza billi jiżguraw sistemi tal-ikklerjar u ta’ pagamenti effiċjenti u sodi, inklużi l-kontropartijiet ċentrali. B’hekk, il-membri tas-SEBĊ huma involuti mill-qrib fl-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-kontropartijiet ċentrali, ir-rikonoxximent tal-kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u l-approvazzjoni tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà. Barra minn hekk huma involuti mill-qrib fir-rigward tal-istabbiliment ta’ standards tekniċi regolatorji kif ukoll ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) biex jiġu żgurati sistemi tal-ikklerjar u ta’ pagamenti effiċjenti u integri fl-Unjoni u ma’ pajjiżi oħrajn. Konsegwentement, u sabiex jiġi evitat il-ħolqien possibbli ta’ settijiet ta’ regoli paralleli, l-AETS u s-SEBĊ għandhom jikkooperaw mill-qrib meta jħejju l-abbozz tal-istandards tekniċi rilevanti. Barra minn hekk, l-aċċess għall-informazzjoni mill-BĊE u l-BĊN huwa kruċjali meta jwettqu l-kompiti tagħhom fir-rigward tas-sorveljanza tas-sistemi tal-ikklerjar u tal-pagamenti kif ukoll fir-rigward tal-funzjonijiet ta’ bank ċentrali ta’ emissjoni.

(12)

Regoli uniformi huma meħtieġa għall-kuntratti tad-derivati stabbiliti fl-Anness I, it-Taqsima C, il-punti (4) sa (10) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (7).

(13)

L-inċentivi għall-promozzjoni tal-użu tal-kontropartijiet ċentrali ma rriżultawx li kienu biżżejjed biex jiżguraw li l-kuntratti tad-derivati OTC standardizzati jiġu fil-fatt ikklerjati ċentralment. Ir-rekwiżiti mandatorji għall-ikklerjar mill-kontroparti ċentrali għal dawk il-kuntratti tad-derivati li jistgħu jiġu kklerjati ċentralment huwa għaldaqstant neċessarju.

(14)

Huwa possibbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu ostakli għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq intern u li jkunu ta’ detriment għall-parteċipanti fis-suq u l-istabbiltà finanzjarja. Applikazzjoni uniformi tal-obbligu tal-ikklerjar fl-Unjoni hija neċessarja wkoll sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti fis-suq.

(15)

L-iżgurar li l-obbligu tal-ikklerjar inaqqas ir-riskju sistemiku jirrikjedi proċess ta’ identifikazzjoni tal-klassijiet tad-derivati li għandhom ikunu soġġetti għal dak l-obbligu. Dak il-proċess għandu jqis il-fatt li mhux il-kuntratti tad-derivati OTC kollha kklerjati minn kontroparti ċentrali jistgħu jitqiesu idonji għall-ikklerjar mandatorju mill-kontroparti ċentrali.

(16)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk il-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivati OTC għandhomx ikunu soġġetti jew le għal obbligu tal-ikklerjar. Fuq il-bażi tal-abbozz tal-istandards tekniċi żviluppati mill-AETS, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk klassi ta’ kuntratt tad-derivati OTC għandhiex tkun soġġetta għal obbligu tal-ikklerjar, u minn meta l-obbligu tal-ikklerjar ikun effettiv inkluż, fejn adatt, l-introduzzjoni gradwali u l-maturità minima li jifdal tal-kuntratti mibdija jew rinnovati qabel id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Implimentazzjoni gradwali tal-obbligu tal-ikklerjar tista’ tkun f’termini tat-tipi ta’ parteċipanti tas-suq li għandhom jikkonformaw mal-obbligu tal-ikklerjar. Meta jkun qed jiġi ddeterminat liema klassijiet ta’ kuntratti ta’ derivati OTC għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, l-AETS għandha tqis in-natura speċifika tal-klassijiet rilevanti ta’ kuntratti tad-derivati OTC konklużi ma’ min joħroġ bonds koperti jew ma’ “cover pools” ta’ bonds koperti.

(17)

Meta tkun qed tiddetermina liema klassijiet ta’ kuntratti tad-derivati OTC għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, l-AETS għandha wkoll tieħu kont dovut ta’ konsiderazzjonijiet oħrajn rilevanti, l-aktar importanti l-interkonnettività bejn il-kontropartijiet li jużaw il-klassijiet rilevanti tal-kuntratti OTC tad-derivati u l-impatt fuq il-livelli ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, kif ukoll tippromwovi kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ugwali fis-suq intern kif jissemma fl-Artikolu 1(5)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(18)

Meta l-AETS tkun identifikat li prodott ta’ derivati OTC huwa standardizzat u adatt għall-ikklerjar iżda l-ebda kontroparti ċentrali mhi lesta tikklerja l-prodott, l-AETS għandha tinvestiga r-raġuni għal dan.

(19)

Fid-determinazzjoni ta’ liema klassijiet ta’ kuntratti ta’ derivati OTC għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, għandu jittieħed kont debitu tan-natura speċifika tal-klassijiet rilevanti ta’ kuntratti tad-derivati OTC. Ir-riskju predominanti għat-tranżazzjonijiet f’xi klassijiet ta’ kuntratti tad-derivati OTC jista’ jkun relatat mar-riskju tas-saldu, li hu indirizzat permezz ta’ arranġamenti separati tal-infrastruttura, u jista’ jiddistingwi bejn ċerti klassijiet ta’ kuntratti tad-derivati OTC (bħall-boroż tal-kambju) minn klassijiet oħrajn. L-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali speċifikament jindirizza r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, u jista’ ma jkunx l-aħjar soluzzjoni biex jiġi ttrattat r-riskju tas-saldu. Is-sistema għal kuntratti bħal dawn għandha tiddependi, b’mod partikolari, fuq konverġenza internazzjonali preliminari u rikonoxximent reċiproku tal-infrastruttura rilevanti.

(20)

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi u koerenti ta’ dan ir-Regolament u kundizzjonijiet ugwali għall-parteċipanti fis-suq, meta klassi ta’ kuntratti tad-derivati OTC tiġi ddikjarata li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar, dan l-obbligu għandu japplika wkoll għall-kuntratti kollha li jappartjenu għal dik il-klassi ta’ kuntratt tad-derivati OTC li jsiru fi jew wara d-data ta’ notifika ta’ awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali għall-iskop tal-obbligu tal-ikklerjar irċevut mill-AETS iżda qabel id-data li minnha jieħu effett l-obbligu tal-ikklerjar, sakemm dawk il-kuntratti jkollhom maturità li jifdal ‘il fuq mill-minimu determinat mill-Kummissjoni.

(21)

Meta tkun qed tistabbilixxi jekk klassi ta’ kuntratt tad-derivati OTC hix se tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ kklerjar, l-AETS għandha timmira lejn tnaqqis fir-riskju sistemiku. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata dwar l-ipprezzar fil-klassi rilevanti ta’ kuntratt tad-derivati OTC kif ukoll id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata dwar l-ipprezzar fil-klassi rilevanti ta’ kuntratti tad-derivati OTC.

(22)

Biex jiġi kklerjat kuntratt tad-derivati OTC, iż-żewġ partijiet f’dak il-kuntratt iridu jkunu soġġetti għal obbligu ta’ kklerjar jew iridu jagħtu l-kunsens tagħhom. Għaldaqstant, l-eżenzjonijiet għall-obbligu tal-ikklerjar għandhom jiġu strettament imfassla għax inaqqsu l-effikaċja tal-obbligu u l-benefiċċji tal-ikklerjar mill-kontroparti ċentrali u jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju intragrupp tal-parteċipanti fis-suq.

(23)

Sabiex titrawwem stabbiltà finanzjarja fi ħdan l-Unjoni, jista’ jkun meħtieġ li t-tranżazzjonijiet magħmula mill-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi wkoll jiġu soġġetti għall-obbligi ta’ kklerjar u tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju, sakemm it-tranżazzjonijiet ikkonċernati jkollhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn dawn l-obbligi huma meħtieġa jew adegwati biex titwaqqaf l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(24)

Il-kuntratti tad-derivati OTC li mhumiex meqjusa idonji għall-ikklerjar mis-kontroparti ċentrali jinvolvu riskju ta’ kreditu tal-kontraparti u operattiv, u għalhekk għandhom jiġu stabiliti regoli għall-immaniġjar ta’ dak ir-riskju. Biex jittaffa r-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, il-parteċipanti kollha fis-suq li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għandu jkollhom proċeduri ta’ immaniġġjar tar-riskji li jirrikjedu l-iskambju f’waqtu, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral. Fit-tħejjija tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dawk il-proċeduri ta’ immaniġġjar tar-riskju, l-AETS għandha tqis il-proposti tal-korpi internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards dwar ir-rekwiżiti tal-marġni għal derivati kklrjati b’mod mhux ċentrali. Fl-iżvilupp tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-arranġamenti meħtieġa għal skambju preċiż u adegwat tal-kollateral biex jiġu mmaniġġjati riskji assoċjati mal-kummerċi mhux ikklerjati, l-AETS għandha tieħu kont xieraq tal-ostakoli ffaċċjati minn min joħroġ bonds koperti jew “cover pools” fil-provvista tal-kollateral f’għadd ta’ qrati tal-Unjoni. L-AETS għandha tqis ukoll il-fatt li l-pretensjonijiet preferenzjali mogħtija lill-kontropartijiet tal-emittenti koperti tal-bonds fuq l-assi tal-emittenti koperti tal-bonds jipprovdi protezzjoni ekwivalenti kontra r-riskju tal-kreditu tal-kontroparti.

(25)

Ir-regoli dwar l-ikklerjar ta’ kuntratti tad-derivati OTC, ir-rappurtar dwar it-tranżazzjonijiet ta’ derivati u t-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivati OTC li ma jkunx ikklerjati minn kontroparti ċentrali għandhom japplikaw għall-kontropartijiet finanzjarji, jiġifieri d-ditti ta’ investiment kif awtorizzat f’konformità mad-Direttiva 2004/39/KE, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif awtorizzat f’konformità mad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (8), l-impriżi tal-assigurazzjoni kif awtorizzat f’konformità mal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (9), l-impriżi tal-assigurazzjoni kif awtorizzat f’konformità mad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (10), l-impriżi tar-riassigurazzjoni kif awtorizzat f’konformità mad-Direttiva 2005/68/K E tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (11), l-impriżi għall-investment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u, fejn relevanti, il-kumpaniji ta’ ġestjoni tagħhom kif awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (12), l-istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali kif iddefinit fid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (13) u fondi ta’ investiment alternattivi ġestiti minn amministraturi ta’ fondi ta’ investiment alternattivi awtorizzati (AIFM) kif awtoriżżati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv (14).

(26)

Entitajiet li joperaw arranġamenti għal skemi tal-pensjonijiet, li l-għan primarju tagħhom huwa li jipprovdu benefiċċji mal-irtirar, normalment fil-forma ta’ ħlasijiet għall-ħajja, iżda wkoll bħala ħlasijiet li jsiru għal perjodu temporanju jew somma f’daqqa, tipikament jimminimizzaw l-allokazzjoni tagħhom għal flus kontanti sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza u r-rendiment għat-titolari tal-poloz tagħhom. Għalhekk, li dawn l-entitajiet ikunu meħtieġa jikklerjaw kuntratti tad-derivati OTC f’post ċentrali, jirriżulta fl-iżvestiment ta’ proporzjon sinifikanti tal-assi tagħhom fi flus kontanti sabiex huma jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġini li għaddejjin tal-kontropartijiet ċentrali. Sabiex jiġi evitat impatt negattiv probabbli ta’ tali rekwiżit fuq id-dħul fl-irtirar ta’ pensjonanti futuri, l-obbligu tal-ikklerjar ma għandux japplika għal skemi tal-pensjonijiet sakemm il-kontropartijiet ċentrali jiżviluppaw soluzzjoni teknika adatta għat-trasferiment ta’ kollateral mhux fi flus kontanti bħala marġni ta’ varjazzjoni biex tittratta din il-problema. Tali soluzzjoni teknika għandha tieħu kont tar-rwol speċjali tal-arranġamenti għal skemi tal-pensjonijiet u tevita effetti sinifikattivament negattivi fuq il-pensjonanti. Matul il-perjodu ta’ transizzjoni, id-derivati OTC li jsiru bil-ħsieb li jitnaqqsu r-riskji ta’ investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja ta’ arranġamenti ta’ skemi tal-pensjonijiet għandhom ikunu soġġetti mhux biss għall-obbligu tar-rappurtar, iżda wkoll għar-rekwiżiti ta’ kollateralizzazzjoni bilaterali. L-għan aħħari, madankollu, huwa l-ikklerjar f’post ċentrali hekk kif dan ikun possibbli.

(27)

Huwa importanti li jiġi żgurat li huma biss l-entitajiet u l-arranġamenti adatti li jirċievu trattament speċjali kif ukoll li jittieħed kont tad-diversità tas-sistemi tal-pensjonijiet madwar l-Unjoni, filwaqt li jiġu pprovduti wkoll kundizzjonijiet ekwivalenti għall-arranġamenti kollha għal skemi tal-pensjoni. Għalhekk, id-deroga temporanja għandha tapplika għal istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali rreġistrati skont id-Direttiva 2003/41/KE, inkluż kwalunkwe entità awtorizzata responsabbli biex tamministra tali istituzzjoni u li taġixxi f’isimha kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva kif ukoll kwalunkwe entità ġuridika stabbilita għall-iskop ta’ investiment minn tali istituzzjonijiet, li jaġixxu unikament u esklużivament fl-interess tagħhom u għan-negozji tal-istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/41/KE.

(28)

Id-deroga temporanja għandha tapplika wkoll għan-negozji ta’ provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja sakemm l-attivi u l-passivi kollha korrispondenti jkunu “ring-fenced”, ġestiti u organizzati separatament, mingħajr l-ebda possibbiltà ta’ trasferiment. Hija għandha tapplikaw wkoll kwalunkwe entità oħra awtorizzata u sorveljata li topera fuq bażi nazzjonali biss jew arranġamenti li huma pprovduti prinċipalment fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, dejjem jekk it-tnejn li huma jkunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali u l-fini ewlenija tagħhom ikun li jipprovdu benefiċċji mal-irtirar. Dawk l-entitajiet u l-arranġamenti li tirreferi għalihom din il-premessa għandhom ikunu soġġetti għad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti u, sabiex tkun żgurata l-konsistenza, jitneħħew l-allinjamenti ħżiena possibbli u jiġi evitat kull abbuż, għall-opinjoni tal-AETS wara konsultazzjoni mal-AEAPX. Din tista’ tinkludi entitajiet u arranġamenti li jistgħu ma jkunux neċessarjament marbutin ma’ programm tal-pensjoni ta’ min iħaddem iżda xorta waħda jkollhom l-għan primarju li jipprovdu dħul fl-irtirar, fuq bażi obbligatorja jew volontarja. Eżempji jistgħu jinkludu l-entitajiet legali li joperaw skemi ta’ pensjonijiet fuq bażi ffinanzjata taħt il-liġi nazzjonali, sakemm huma jinvestu f’konformità mal-prinċipju tal-prudenza u l-arranġamenti tal-pensjonijiet meħuda direttament minn individwi, li jistgħu jiġu pprovduti wkoll mill-assiguranti tal-ħajja. L-eżenzjoni fil-każ ta’ arranġamenti tal-pensjonijiet meħuda direttament minn individwi m’għandhiex tkopri kuntratti tad-derivati OTC relatati ma’ prodotti oħra tal-assigurazzjoni tal-ħajja tal-assigurant li ma jkollhomx l-għan primarju li jipprovdu dħul fl-irtirar.

Eżempji oħra jistgħu jkunu n-negozji għall-provvediment ta’ rtirar ta’ impriżi tal-assigurazzjoni koperti mid-Direttiva 2002/83/KE, sakemm l-attivi li jikkorrespondi għan-negozji huma inklużi f’reġistru speċjali f’konformità mal-Anness għad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (15) kif ukoll arranġamenti ta’ provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni bbażati fuq ftehimiet ta’ negozjar kollettiv. L-istituzzjonijiet stabbiliti għall-fini ta’ provvediment ta’ kumpens lil membri ta’ arranġamenti ta’ skemi tal-pensjonijiet f’każ ta’ inadempjanza għandhom jiġu ttrattati wkoll bħala skema tal-pensjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament.

(29)

Fejn xieraq, ir-regoli applikabbli għall-kontropartijiet finanzjarji gġandhom japplikaw ukoll għall-kontropartijiet mhux finanzjarji Huwa rikonoxxut li l-kontropartijiet mhux finanzjarji jużaw il-kuntratti ta’ sabiex ikopru lilhom innfushom kontra r-riskji kummerċjali direttament marbuta mal-attivitajiet kummerċjali jew tat-teżor tagħhom. Konsegwentement, fid-determinazzjoni ta’ jekk kontroparti mhux finanzjarja għandhiex tkun soġġetta għall-obbligi tal-ikklerjar, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-fini li għaliha l-kontroparti mhux finanzjarja tuża kuntratti tad-derivati OTC u għad-daqs tal-iskoperturi li jkollha f’dawk l-istrumenti. Biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet mhux finanzjarji jkollhom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-limiti tal-ikklerjar, l-AETS, meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-istandards tekniċi rilevanti għandha twettaq konsultazzjoni pubblika miftuħa li tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet mhux finanzjarja. L-AETS għandha wkoll tikkonsulta l-awtoritajiet u rilevanti kollha, pereżempju l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, sabiex jiġi żgurat li jitqiesu għalkollox il-partikolaritajiet ta’ dawn is-setturi. Barra minn hekk, sas-17 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza sistemika tat-tranżazzjonijiet tad-ditti mhux finanzjarji fil-kuntratti tad-derivati OTC f’setturi differenti, inkluż fis-settur tal-enerġija.

(30)

Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk kuntratt tad-derivati OTC jnaqqasx ir-riskji relatati direttament mal-attivitajiet kummerċjali u attivitajiet tat-teżor ta’ kontroparti mhux finanzjarja, għandu jittieħed kont dovut tal-istrateġiji ġenerali ta’ hedging u ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ dik il-kontroparti mhux finanzjarja. B’mod partikolari, għandha tingħata konsiderazzjoni dwar jekk kuntratt tad-derivati OTC huwiex ekonomikament adatt għat-tnaqqis tar-riskji fit-tmexxija u l-immaniġġjar ta’ kontroparti mhux finanzjarja, fejn ir-riskji huma relatati mal-varjazzjonijiet fir-rati ta’ interess, rati ta’ kambju, rati ta’ inflazzjoni jew prezzijiet tal-prodotti bażiċi.

(31)

Il-limitu minimu għall-ikklerjar hu ċifra importanti ħafna għall-kontropartijiet mhux finanzjarji kollha. Meta jiġi stabbilit il-limitu tal-ikklerjar, għandha titqies ir-rilevenza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontraparti u għal kull klassi ta’ kuntratt tad-derivati OTC. F’dan ir-rigward, għandhom isiru l-isforzi xierqa biex jiġu rikonoxxuti l-metodi tal-mitigazzjoni tar-riskji użati mill-kontropartijiet mhux finanzjarji fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali normali tagħhom.

(32)

Il-Membri tas-SEBĊ u korpi oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili, korpi pubbliċi oħra tal-Unjoni inkarigati mill-immaniġġjar tad-dejn pubbliku, u l-Bank għal Soluzzjonijiet Internazzjonali għandu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi evitata l-limitazzjoni tas-setgħa tagħhom li jwettaq il-kompiti tiegħu ta’ interess komuni.

(33)

Billi mhux il-parteċipanti kollha fis-suq li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar ikunu kapaċi jsiru membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali, huma għandu jkollhom il-possibilità ta’ aċċess għall-kontropartijiet ċentrali bħala klijenti jew klijenti indiretti suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(34)

L-introduzzjoni ta’ obbligu tal-ikklerjar flimkien ma’ proċess li jistabbilixxi liema kontropartijiet ċentrali jistgħu jintużaw għall-fini ta’ dan l-obbligu tista’ twassal għal distorsjonijiet mhux intenzjonati għall-kompetizzjoni fis-suq tad-derivati OTC. Pereżempju, kontroparti ċentrali tista’ tirrifjuta li tikklerja tranżazzjonijiet eżegwiti f’ċertu postijiet ta’ negozju għaliex il-kontroparti ċentrali tkun proprjetà ta’ post ta’ negozju kompetitur. Biex tiġi evitata prattika diskriminatorja bħal din, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jaċċettaw li jikklerjaw it-tranżazzjonijiet imwettqa f’postijiet ta’ negozju differenti, safejn dawn tal-aħħar jikkonformaw mar-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi stabbiliti mill-kontroparti ċentrali, u mingħajr riferenza għad-dokumenti kontrattwali li abbażi tagħhom il-partijiet kontraenti jkunu kkonkludew it-tranżazzjoni rilevanti tad-derivat OTC, sakemm dawk id-dokumenti jikkonformaw mal-istandards tas-suq. Il-postijiet ta’ negozju għandhom jipprovdu “trade feeds” lill-kontropartijiet ċentrali fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja. Id-dritt ta’ aċċess ta’ kontroparti ċentrali għal post ta’ negozju għandu jippermetti li jsiru arranġamenti li permezz tagħhom bosta kontropartijiet ċentrali jużaw “trade feeds” tal-istess post ta’ negozju, madankollu, dan ma għandux iwassal għall-interoperabbiltà għall-ikklerjar ta’ derivati jew joħloq frammentazzjoni tal-likwidità.

(35)

Dan ir-Regolament m’għandux li jibblokka aċċess ġust u miftuħ bejn il-postijiet tal-kummerċ u l-kontropartijiet ċentrali fis-suq intern, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS u adottati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tas-suq tad-derivati OTC u għandha, fejn neċessarju, tintervjeni sabiex twaqqaf distorsjonijiet għall-kompetizzjoni milli jiġru fis-Suq Intern bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali fis-swieq finanzjarji.

(36)

F’ċerti oqsma fis-servizzi finanzjarji u fin-negozjar tal-kuntratti tad-derivati, jistgħu jeżistu wkoll drittijiet kummerċjali u dawk tal-proprjetà intelletwali. F’każijiet fejn tali drittijiet tal-proprjetà huma marbuta ma’ prodotti u servizzi li jkunu saru standards tal-industrija, jew li jħallu impatt fuqhom, il-liċenzji għandhom ikunu disponibbli abbażi ta’ termini proporzjonati, ġusti, raġjonevoli u li ma jiddiskriminawx.

(37)

Sabiex jiġu identifikati l-klassijiet rilevanti ta’ kuntratti tad-derivati OTC li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-livelli limiti u l-kontropartijiet mhux finanzjarji rilevanti sistemikament, jeħtieġ data affidabbli. Għalhekk, għall-finijiet regolatorji, huwa importanti li jiġi stabbilit rekwiżit uniformi tar-rapportar tad-data dwar id-derivati fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, obbligu ta’ rapportar retrospettiv hu meħtieġ bl-aktar mod estensiv possibbli, kemm għall-kontropartijiet finanzjarji u kemm għal dawk mhux finanzjarji li jaqbżu l-limitu minimu, sabiex l-AETS u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra jiġu pprovduti b’data komparattiva.

(38)

Tranżazzjoni intragrupp hija tranżazzjoni bejn żewġ impriżi li jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju ċentralizzat. Huma parti mill-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE jew, fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-istess korp ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, it-tnejn huma istituzzjonijiet ta’ kreditu jew waħda hija istituzzjoni ta’ kreditu u l-oħra hija korp ċentrali. Il-kuntratti ta’ derivati OTC jistgħu jkunu rikonoxxuti fi gruppi finanzjarji jew mhux finanzjarji, kif ukoll fi gruppi magħmulin minn impriżi kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, u jekk tali kuntratt ikun ikkunsidrat bħala tranżazzjoni intragrupp fir-rigward ta’ kontraparti waħda, huwa għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala tranżazzjoni intragrupp fir-rigward tal-kontraparti l-oħra għal dak il-kuntratt. Huwa rikonoxxut li tranżazzjonijiet intragrupp jistgħu jkunu meħtieġa għall-aggregazzjoni tar-riskji fi ħdan struttura ta’ grupp u li għalhekk ir-riskji intragrupp huma speċifiċi. Peress li l-preżentazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għall-obbligu ta’ ikklerjar tista’ tillimita l-effiċjenza ta’ dawn il-proċessi ta’ immaniġġjar tar-riskju intragrupp, jista’ jkun ta’ benefiċċju li tranżazzjonijiet intragrupp ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar, sakemm din l-eżenzjoni ma żżidx ir-riskju sistemiku. B’riżultat, skambju adegwat ta’ kollateral għandu jiġi sostitwit għall-ikklerjar ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mill-kontroparti ċentrali, fejn dak ikun adatt għall-mitigazzjoni tar-riskji intragrupp tal-kontroparti.

(39)

Madankollu, uħud mit-tranżazzjonijiet intragrupp jistgħu jiġu eżentati, f’xi każi abbażi tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, mir-rekwiżit ta’ kollateralizzazzjoni sakemm l-proċeduri tagħhom tal-immaniġġjar tar-riskju huma adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni u ma jkunx hemm impediment għat-trasferiment fil-pront ta’ fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet. Dawn il-kriterji kif ukoll il-proċeduri li l-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom isegwu fl-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet, għandhom jiġu speċifikati fi standards tekniċi regolatorji adottati f’konformità mar-regolamenti rilevanti li jistabbilixxu l-ASE. Qabel ma jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iħejju valutazzjoni ta’ impatt tal-impatt potenzjali tagħhom fuq is-suq intern kif ukoll fuq parteċipanti fis-suq finanzjarju u b’mod partikolari fuq l-operazzjonijiet u l-istruttura ta’ gruppi kkonċernati. L-istandards tekniċi kollha applikabbli għall-kollateral skambjat fi tranżazzjonijiet intragrupp inklużi l-kriterji għall-eżenzjoni għandhom jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet prevalenti ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u d-differenzi eżistenti bejn kontrapartijiet mhux finanzjarji u finanzjarji kif ukoll il-finijiet u l-metodi tagħhom fl-użu tad-derivati.

(40)

Il-kontropartijiet għandhom jitqiesu bħala li għandhom jiġu inklużi f’konsolidazzjoni f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE (16) jew mal-Istandards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jew, f’relazzjoni ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha s-sede tagħha f’pajjiż terz, f’konformità mal-prinċipji ta’ kontabilità ġeneralment aċċettati ta’ pajjiż terz determinat li jkun ekwivalenti għall-IFRS f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 (18) (jew l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom ikun permess f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1569/2007), jew meta huma t-tnejn li huma koperti mill-istess superviżjoni konsolidata f’konformità mad-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) jew, f’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha s-sede tagħha f’pajjiż terż, l-istess superviżjoni konsolidata mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz dikjarata bħala ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji stipulati fl-Artikolu 143 tad-Direttiva 2006/48/KE jew fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/49/KE.

(41)

Huwa importanti li l-parteċipanti fis-suq jirrapportaw lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet id-dettalji kollha dwar il-kuntratti tad-derivati li jidħlu fihom. Konsegwentement, l-informazzjoni dwar ir-riskji inerenti fis-swieq tad-derivati ser tkun ċentralment maħżuna u faċilment aċċessibbli, fost l-oħrajn, mill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku (BERS) u l-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ.

(42)

Il-forniment ta’ servizzi repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet huwa kkaratterizzat minn ekonomiji ta’ skala, li jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni f’dan il-qasam partikolari. Fl-istess ħin, l-impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ rappurtar komprensiv fuq il-parteċipanti fis-suq, tista’ żżid il-valur tal-informazzjoni miżmuma minn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet anke għall-partijiet terzi li jipprovdu servizzi anċillari bħal servizzi ta’ konferma tat-tranżazzjonijiet, ta’ tqabbil tat-tranżazzjonijiet, u ta’ avvenimenti ta’ kreditu, rikonċiljazzjoni tal-portafoll jew kompressjoni tal-portafoll. Jixraq li jiġi żgurat li kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-settur ta’ wara l-kummerċ b’mod aktar ġenerali mhuwiex kompromess b’monopolju naturali possibbli fil-forniment ta’ servizzi ta’ repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Għalhekk, ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-repożitorju fuq termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, soġġetti għall-prekawzjonijiet neċessarji rigward il-protezzjoni tad-data.

(43)

Sabiex tkun possibbli li tinkiseb idea komprensiva dwar is-suq u biex jiġi valutat ir-riskju sistemiku, għandhom jiġu rrapportati lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet kemm il-kuntratti tad-derivati kklerjati minn kontroparti ċentrali kif ukoll dawk mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali.

(44)

L-ASE għandhom jiġu pprovduti b’riżorsi adegwati sabiex iwettqu b’mod effikaċi l-kompiti li jiġu assenjati lilhom b’dan ir-Regolament b’mod effettiv.

(45)

Il-kontropartijiet u l-kontropartijiet ċentrali li jikkonkludu, jimmodifikaw, jew jitterminaw kuntratt tad-derivati għandhom jiżguraw li d-dettalji ta’ dak il-kuntratt jiġu rappurtati lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Huma għandhom ikunu jistgħu jiddelegaw ir-rappurtar tal-kuntratt lil entità oħra. Entità jew l-impjegati tagħha li jirrapportaw id-dettalji ta’ kuntratt tad-derivati lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’isem kontroparti oħra, skont dan ir-Regolament, ma għandhiex tikser xi restrizzjoni tad-divulgazzjoni. Meta jkun qed jitħejja l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji rigward ir-rappurtar, l-AETS għandha tqis il-progress magħmul fl-iżvilupp ta’ identifikatur ta’ kuntratt uniku u l-lista ta’ data ta’ rappurtar meħtieġa fl-Anness I, Tabella 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (20) li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE u tikkonsulta ma’ awtoritajiet rilevanti oħra bħall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regulaturi tal-Enerġija.

(46)

Filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji ddelineati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tar-reġimi ta’ sanzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u l-atti legali tal-Unjoni adottati bħala segwitu għal dik il-Komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw dawk il-penali b’mod li ma jnaqqasx l-effikaċja ta’ dawk ir-regoli. Dawk il-penali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Għandhom ikunu msejsin fuq linji gwida adottati mill-AETS għall-promozzjoni tal-konverġenza u l-konsistenza bejn is-setturi tar-reġimi ta’ sanzjoni fis-settur finanzjarju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali mposti jiġu murija fil-pubbliku, meta xieraq, u li rapporti ta’ valutazzjoni dwar l-effikaċja tar-regoli eżistenti jiġu pubblikati f’intervalli regolari.

(47)

Kontroparti ċentrali tista’ tiġi stabbilita f’konformità ma’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe Stat Membru. L-ebda Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri ma għandu jiġi diskriminat, direttament jew indirettament, bħala post għal servizzi tal-ikklerjar. Xejn f’dan ir-Regolament m’għandu jkun tentattiv ta’ restrizzjoni jew impediment fuq kontroparti ċentrali f’ġurisdizzjoni waħda mill-ikklerjar ta’ prodott denominat fil-munita ta’ Stat Membru ieħor jew fil-munita ta’ pajjiż terz.

(48)

L-awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentraligħandha tkun soġġetta għal ammont minimu ta’ kapital inizjali. Il-kapital li jinkludi l-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ kontroparti ċentrali, għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju li jirriżulta mill-attivitajiet tal-kontroparti ċentralif’kull ħin sabiex jiżguraw li din tkun kapitalizzata adegwatement kontra riskji ta’ kreditu, kontroparti, suq, operat, legali u tan-negozju mhux diġà koperti minn riżorsi speċifiċi finanzjarji u li tkun kapaċi twettaq stralċ ordinat jew ristrutturar tal-operazzjonijiet tagħha jekk dan ikun meħtieġ.

(49)

Peress li dan ir-Regolament jintroduċi obbligu legali għall-ikklerjar permezz ta’ kontropartijiet ċentrali speċifiċi għal skopijiet regolatorji, hu essenzjali li jiġi żgurat li dawk il-kontropartijiet ċentrali ikunu siguri u sodi u jikkonformaw f’kull waqt mar-rekwiżiti organizzattivi, tal-kondotta tal-operazzjonijiet u prudenzjali stretti stabbiliti b’dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji kollha li jittrattaw il-kontropartijiet ċentrali.

(50)

Għalhekk huwa neċessarju, għal finijiet regolatorji u ta’ armonizzazzjoni, li jiġi żgurat li l-kontropartijiet jużaw biss kontropartijiet ċentrali li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw jew ikomplu japplikaw rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ kontropartijiet ċentrali stabbiliti fit-territorju tagħhom inklużi ċerti rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2006/48/KE. Madankollu, l-impożizzjoni ta’ tali rekwiżiti addizzjonali ma għandhiex tinfluwenza d-dritt tal-kontropartijiet ċentrali awtorizzat fi Stati Membri oħra jew rikonoxxut, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, biex jipprovdu servizzi ta’ kklerjar lill-membri tal-ikklerjar u lill-klijenti tagħhom stabbiliti fl-Istat Membru bl-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali, għax dawk il-kontropartijiet ċentrali m’humiex soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti addizzjonali u m’humiex meħtieġa jkunu konformi magħhom. Sat-30 ta’ Diċembru 2014, l-AETS tabbozza rapport dwar l-impatt tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali mill-Istati Membri.

(51)

Regoli diretti dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-kontropartijiet ċentrali huma korollarju essenzjali għall-obbligu tal-ikklerjar tad-kuntratti tad-derivati OTC. Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jżommu r-responsabilità għall-aspetti kollha tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-kontropartijiet ċentrali, inkluż r-responsabbiltà li jivverifikaw li l-kontroparti ċentrali applikanti tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (21), fid-dawl tal-fatt li dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibqgħu fl-aqwa pożizzjoni biex jeżaminaw kif joperaw il-kontropartijiet ċentrali fuq bażi ta’ kuljum, biex iwettqu eżamijiet regolari u jieħdu l-azzjoni xierqa, fejn ikun meħtieġ.

(52)

Meta kontroparti ċentrali tkun fir-riskju tal-insolvenza, ir-responsabilità fiskali tista’ tkun predominanti tal-Istat Membru fejn hi stabbilita dik il-kontroparti ċentrali. Għaldaqstant l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ dik il-kontroparti ċentrali għandha l-ewwel tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti rilevanti ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, billi l-membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali jistgħu jkunu stabiliti fi Stati Membri differenti u se jkunu l-ewwel li jiġu milquta mill-inadempjenza tal-kontroparti ċentrali, huwa imperattiv li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha u l-AETS ikunu nvoluti fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni. Dan għandu jevita miżuri jew prattika nazzjonali diverġenti u ostakli għall-funżjonament tajjeb tas-suq intern. Barra minn hekk, ebda proposta jew politika ta’ kwalunkwe membru ta’ kulleġġ tas-superviżuri m’għandha tiddiskrimina, direttament jew indirettament, kontra kwalunkwe Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri bħala post ta’ servizzi ta’ kklerjar fi kwalunkwe munita. L-AETS għandha tieħu sehem f’kull kulleġġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regeolament. L-AETS għandha tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra fl-Istati Membri kkonċernati bil-ħidma tat-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet.

(53)

Fid-dawl tar-rwol assenjat lill-kulleġġi, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha kif ukoll il-membri tal-SEBĊ jiġu involuti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Il-kulleġġ għandu jkun magħmul mhux biss mill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-kontroparti ċentrali iżda wkoll mis-superviżuri tal-entitajiet li jistgħu jiġu milquta mill-operazzjonijiet ta’ dik il-kontroparti ċentrali, b’mod partikolari, membri tal-ikklerjar magħżula, postijiet ta’ negozju, Kontropartijiet ċentrali interoperabbli u depożitarji ċentrali tat-titoli. Membri tal-SEBĊ li huma responsabbli mis-superviżjoni tal-kontroparti ċentrali u Kontropartijiet ċentrali interoperabbli kif ukoll dawk responsabbli mill-kwistjoni tal-muniti tal-istrumenti finanzjarji ikklerjati mil-kontroparti ċentrali, għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġ. Minħabba li l-entitajiet sorveljati jew ikkontrollati jiġu stabbiliti f’numru limitat ta’ Stati Membri fejn topera l-kontroparti ċentrali, awtorità kompetenti unika jew membru tal-SEBĊ jistgħu jkunu responsabbli mis-superviżjoni jew is-sorveljanza ta’ numru ta’ entitajiet imsemmija qabel. Sabiex tkun żgurata l-kooperazzjoni bla xkiel bejn il-membri kollha tal-kulleġġ, għandhom jiddaħħlu fis-seħħ proċeduri u mekkaniżmi xierqa.

(54)

Billi l-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ hu meqjus li hu bbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu, hu adatt li s-setgħat li jiddeterminaw il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kulleġġ jiġu kkonferiti fuqhom, minħabba s-sensittività tal-kwistjoni. Għalhekk regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ votazzjoni għandhom ikunu ikunu stabbiliti fi ftehim bil-miktub konkluż bejn il-membri kollha tal-kulleġġ. Madankollu, sabiex jiġu bbilanċjati l-interessi kollha tal-parteċipanti rilevanti tas-suq u l-Istati Membri b’mod adatt, il-kulleġġ għandu jivvota f’konformità mal-prinċipju ġenerali fejn kull membru għandu vot wieħed, irrispettivament min-numru ta’ funzjonijiet li jwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għall-kulleġġi b’iktar minn 12-il membru, massimu ta’ żewġ membri tal-kulleġġ mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Għall-kulleġġi akbar minn dak id-daqs, massimu ta’ tliet membri tal-kulleġġ mill-istess Stat Membru għandhom ikollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.

(55)

Is-sitwazzjoni ferm partikolari tal-kontropartijiet ċentrali tirrikjedi li l-kulleġġi jiġu organizzati u jaħdmu skont l-arranġamenti li jkunu speċifiċi għas-superviżjoni tal-kontropartijiet ċentrali.

(56)

L-arranġamenti pprovduti għal dan ir-Regolament ma jikkostitwixxux preċedent għal leġislazzjoni oħra dwar is-superviżjoni u s-sorveljanza tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward tal-modalitajiet ta’ votazzjoni għar-riferimenti lill-AETS.

(57)

Kontroparti ċentrali m’għandhiex tiġi awtorizzata meta l-membri kollha tal-kulleġġ, minbarra l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-kontroparti ċentrali, jaslu għal opinjoni konġunta permezz ta’ qbil reċiproku li l-kontroparti ċentrali ma għandhiex tiġi awtorizzata. Madankollu, jekk maġġoranza suffiċjenti tal-kulleġġ tkun esprimiet opinjoni negattiva u kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, bl-appoġġ ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-kulleġġ, tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AETS, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali għandha tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AETS tista’ tieħu rigward il-konformità mal-liġi Ewropea. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont tali deċiżjoni tal-AETS. Meta l-membri kollha tal-kulleġġ, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali, jilħqu opinjoni konġunta fis-sens li huma jikkunsidraw li r-rekwiżitima ġewx issodisfati u li l-kontroparti ċentrali m’għandhiex tirċievi awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-kontroparti ċentrali tkun stabbilita għandha tkun tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS għal deċiżjoni dwar il-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(58)

Hu meħtieġ li jiġu rinfurzati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS u awtoritajiet oħra rilevanti u t-tisħiħ tal-obbligi tal-assistenza u l-kooperazzjoni bejniethom. Minħabba żieda fl-attività transfruntiera, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom sabiex jiżguraw l-infurzar effikaċi ta’ dan ir-Regolament, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn il-ksur jew il-ksur suspettat jistgħu jkunu ta’ tħassib għall-awtoritajiet f’żewġ Stati Membri jew iżjed. Għall-iskambju tal-informazzjoni, jeħtieġ segretezza professjonali stretta. Huwa essenzjali, minħabba l-impatt wiesa’ tal-kuntratti tad-derivati OTC, li awtoritajiet rilevanti oħra, bħall-awtoritajiet fiskali u r-regolaturi tal-enerġija, ikollhom aċċess għall-informazzjoni neċessarja biex jaqdu dmirijiethom.

(59)

Fid-dawl tan-natura globali tas-swieq finanzjarji, l-AETS għandha tkun responsabbli direttament għar-rikonoxximent tal-kontropartijiet ċentrali stabiliti f’pajjiżi terzi u għaldaqstant biex tippermettilhom jipprovdu s-servizzi tal-ikklerjar fl-Unjoni, sakemm il-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet il-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz bħala ekwivalenti għall-qafas tal-Unjoni u li ċerti kundizzjonijiet oħra jkunu ssodisfati. Għalhekk, CCP stabbilita f’pajjiż terz li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew postijiet ta’ negozju stabbiliti fl-Unjoni għandha tkun rikonoxxuta mill-AETS. Madankollu, sabiex ma jinħoloqx xkiel għall-iżvilupp ulterjuri tan-negozju tal-immaniġġjar tal-investiment transkonfinali fl-Unjoni, CCP ta’ pajjiż terz li tipprovdi servizzi lil klijenti stabbiliti fl-Unjoni permezz ta’ membru tal-ikklerjar stabbilit f’pajjiż terz ma għandhiex tiġi rikonoxxuta mill-AETS. F’dan il-kuntest, ftehimiet mas-sieħba internazzjonali ewlenin tal-Unjoni ser ikunu ta’ importanza partikoari sabiex jiġi żgurat kuntest ekwu globali u l-istabbiltà finanzjarja.

(60)

Fis-16 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-ħtieġa li l-Unjoni tippromwovi l-interess u l-valuri tagħha b’aktar asserzjoni u, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku, fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tieħu passi, fost oħrajn, biex tiżgura aċċess akbar għas-suq għal negozji Ewropej u tapprofondixxi l-kooperazzjoni regolatorja mas-sħab kummerċjali prinċipali.

(61)

Kontroparti ċentrali għandu jkollha arranġamenti ta’ governanza robusti, diriġenza għolja ta’ reputazzjoni tajba u membri indipendenti fuq il-bord tagħha, irrispettivament mill-istruttura tas-sjieda tagħha. Mill-inqas terz, u mhux inqas minn żewġ membri tal-bord tagħha għandhom ikunu indipendenti. Madankollu, l-arranġamenti differenti ta’ governanza u l-istrutturi tas-sjieda jistgħu jinfluwenzaw ir-rieda jew l-abilità tal-kontroparti ċentrali għall-ikklerjar ta’ ċertu prodotti. Għalhekk huwa xieraq li l-membri indipendenti tal-bord u l-kumitat tar-riskju li jrid jiġi stabbilit mil-kontroparti ċentrali, jindirizzaw kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali li tista’ taffaċċa kontroparti ċentrali. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jeħtieġu jkunu rappreżentati b’mod xieraq għax id-deċiżjonijiet meħuda mil-kontroparti ċentrali jistgħu jolqtuhom.

(62)

Kontroparti ċentrali tista’ testernalizza funzjonijiet. Il-kumitat għar-riskju tal-kontroparti ċentrali għandu jagħti konsulenza dwar din l-esternalizzazzjoni. Attivitajiet ewlenin marbuta mal-immaniġġjar tar-riskju m’għandhomx jiġu esternalizzati ħlief jekk ikun hemm l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

(63)

Ir-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni għal kontroparti ċentrali għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati, u mhux diskriminatorji u għandhom jippermettu l-aċċess mill-bogħod safejn dan ma jesponix lil-kontroparti ċentrali għal riskji addizzjonali.

(64)

Il-klijenti tal-membri tal-ikklerjar li jikklerjaw id-kuntratti tad-derivati OTC tagħhom mal-kontropartijiet ċentrali għandhom jingħataw livell għoli ta’ protezzjoni. Il-livell fattwali ta’ protezzjoni jiddependi mil-livell ta’ segregazzjoni li jagħżlu dawk il-klijenti. L-intermedjarji għandhom jissegregaw l-assi tagħhom minn dawk tal-klijenti tagħhom. Għal din ir-raġuni, il-kontropartijiet ċentrali għandhom iżommu rekords aġġornati u faċilment identifikabbli, sabiex jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet u l-assi tal-klijenti ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti għal membru tal-ikklerjar solventi jew, skont il-każ, il-likwidazzjoni ordnata tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u r-ritorn ta’ kollateral eċċessiv lill-klijenti. Ir-rekwiżiti stabiliti f’dan ir-Regolament dwar is-segregazzjoni u l-portabilità tal-pożizzjonijiet u l-assi tal-klijenti għandhom għalhekk jipprevalixxu fuq kwalunkwe liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi kunfliġġenti tal-Istati Membri li jipprevjenu l-partijiet milli josservawhom.

(65)

Kontroparti ċentrali għandu jkollha qafas għall-immaniġġjar tar-riskji sod biex jiġu mmaniġjati r-riskji tal-kreditu, riskji tal-likwidità, operazjonali u riskji oħra, inklużi r-riskji li jkollhom għal entitajiet oħra b’konsegwenza tal-interdipendenzi. Kontroparti ċentrali għandu jkollha proċeduri u mekkaniżmi adegwati fis-seħħ biex tittratta l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar. Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ kontaġju ta’ tali inadempjenza, il-kontroparti ċentrali għandu jkollha fis-seħħ rekwiżiti stretti ta’ parteċipazzjoni, tiġbor marġini inizjali xierqa, iżżomm fond tal-inadempjenza u riżorsi oħra finanzjarji biex tkopri telfiet potenzjali. Sabiex jiġi żgurat li hija tibbenefika minn riżorsi biżżejjed fuq bażi kontinwa, il-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi ammont minimu taħt liema d-daqs tal-fond tal-inadempjenza ġeneralment m’għandux jinżel. Dan, madankollu, m’għandux jillimita l-abilita’ tal-kontroparti ċentrali li tuża it-totalità ta’ dan il-fond tal-inadempjenza biex ikopri t-telf ikkawżat minn inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar.

(66)

Meta tiddefinixxi qafas b’saħħtu għall-immaniġġjar tar-riskju, kontroparti ċentrali għandha tieħu kont tar-riskju potenzjali tiegħu u l-impatt ekonomiku fuq il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom. Għalkemm l-iżvilupp ta’ immaniġġjar tar-riskju ferm robusta għandu jibqa’ l-objettiv primarju tagħha, kontroparti ċentrali tista’ tadatta l-karatteristiċi tagħha għall-attivitajiet speċifiċi u għall-profili tar-riskju tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar, u fejn jitqies adatt fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu żviluppati mill-AETS, tista’ tinkludi fl-ambitu tal-assi likwidi ħafna aċċettati bħala kollateral, mill-inqas flus kontanti, bonds tal-gvern, bonds koperti f’konformità mad-Direttiva 2006/48/KE soġġett għal haircuts adegwati, garanziji kapital eżerċitabbli mal-ewwel talba mogħtija minn membru tas-SEBĊ, garanziji ta’ banek kummerċjali taħt kundizzjonijiet stretti, b’mod partikolari fir-rigward tal-affidabbiltà finanzjarja tal-garanti, u r-rabtiet kapitali tal-garanti mal-membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali. Fejn ikun xieraq, l-AETS tista’ tqis ukoll id-deheb bħala assi aċċettabbli bħala kollateral. Il-kontropartijiet ċentrali għandhom ikunu jistgħu jaċċettaw, taħt kundizzjonijiet tal-immaniġġjar tar-risku stretti, garanziji ta’ banek kummerċjali minn kontropartijiet mhux finanzjarji li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar.

(67)

L-istrateġiji ta’ immaniġġjar tar-riskju tal-kontroparti ċentrali jridu jkunu sodi biżżejjed biex jiġu evitati r-riskji għal min iħallas it-taxxi.

(68)

L-appelli għall-manutenzjoni tal-marġini u t-telf impost fuq il-kollateral jista’ jkollhom effetti proċikliċi. Il-kontropartijiet ċentrali, l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom għaldaqstant jadottaw miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-effetti proċikliċi possibbli fil- prattika tal-immaniġjar tar-riskji adottata mill-kontropartijiet ċentrali, sa kemm is-sodezza tal-kontroparti ċentrali u s-sigurtà finanzjarja ma tiġix affetwata b’mod negattiv.

(69)

L-immaniġġjar tal-iskoperturi huwa parti essenzjali tal-proċess tal-ikklerjar. Għandu jingħata l-aċċess għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti u l-użu tagħhom biex jitfornew servizzi tal-ikklerjar inġenerali. Dawn is-sorsi tal-ipprezzar għandhom jinkludu dawk relatati mal-indiċijiet li jintużaw bħala referenzi għal derivati jew strumenti finanzjarji oħra.

(70)

Il-marġini huma l-ewwel linja ta’ difiża għal kontroparti ċentrali. Għalkemm il-kontropartijiet ċentrali għandhom jinvestu l-marġini rċevuti b’mod sikur u prudenti, għandhom jagħmlu sforzi partikolari sabiex jiżguraw protezzjoni adegwata tal-marġini sabiex jiggarantixxu li dawn jiġu rritornati fil-ħin lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti jew lil kontroparti ċentrali interoperabbli meta l-kontroparti ċentrali li tiġbor dawn il-marġini tkun inadempjenti.

(71)

Huwa essenzjali għal kontroparti ċentrali li jkollha aċċess għal riżorsi adatti ta’ likwidita. Hu possibbli li tali likwidità tirriżulta minn aċċess għal likwidità ta’ bank ċentrali jew għal-likwidità ta’ bank kummerċjali ta’ sodezza kreditizja u affidabilità, jew taħlita tat-tnejn. Aċċess għal-likwidità jista’ jirriżulta minn awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE jew arranġamenti xierqa oħra. Fil-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ riżorsi ta’ likwidità, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ stress, il-kontroparti ċentrali għandha tqis ir-riskji li tinkiseb il-likwidità billi tiddependi biss fuq linji ta’ kreditu tal-banek kummerċjali.

(72)

Il-“Kodiċi tal-Kondotta Ewropea għall-Ikklerjar u s-Saldu” tas-7 ta’ Novembru 2006 stabbilixxa qafas volontarju għat-twaqqif ta’ konnessjonijiet bejn il-kontropartijiet ċentrali. Madankollu, is-settur ta’ wara n-negozjar jibqa’ frammentat skont il-linji nazzjonali, u jwassal għal kost ogħla għan-negozji transkonfinali u t-tfixkil tal-armonizzjoni. Għaldaqstat hu neċessarju li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ interoperabilità bejn il-kontropartijiet ċentrali safejn dawn ma jesponux lill-kontropartijiet ċentrali rilevanti għal riskji li ma jkunux immaniġjati kif xieraq.

(73)

L-arranġamenti tal-interoperabbiltà huma importanti għal integrazzjoni akbar għas-suq ta’ wara n-negozjar fl-Unjoni u għandha tiġi pprovduta regolazzjoni. Madankollu, peress li l-arranġamenti tal-interoperabbiltà jistgħu jesponu lill-kontropartijiet ċentrali għal riskji addizzjonali, il-lontropartijiet ċentrali għandhom ikunu ġew, għal tliet snin, awtorizzati biex jikklerjaw jagħrfu skont dan ir-Regolament, jew awtorizzati taħt reġim ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali li kien jeżisti minn qabel, qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għal arranġamenti ta’ interoperabilità. Minbarra dan, meta jitqiesu l-kumplessitajiet addizzjonali involuti fl-arranġamenti tal-interoperabilità bejn il-kontropartijiet ċentrali li jikklerjaw il-kuntratti tad-derivati OTC, huwa xieraq li f’dan l-istadju jiġi ristrett l-ambitu tal-arranġamenti tal-interoperabilità għat-titoli transferibbli u strumenti tas-swieq tal-flus. Madankollu, sat-30 ta’ Diċembru 2014 l-AETS għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar jekk ikunx xieraq it-twessigħ ta’ dak l-ambitu biex jinkludi strumenti finanzjarji oħra.

(74)

Ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jiġbru d-data għal skopijiet regolatorji li tkun rilevanti għall-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha. L-AETS għandha tassumi r-responsabilità għar-reġistrazzjoni, l-irtirar tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tan-negozjar.

(75)

Peress li r-regolaturi, il-kontropartijiet ċentrali u parteċipanti oħra fis-suq joqogħdu fuq id-data miżmuma mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, jeħtieġ li jiġi żgurat li dawk ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti stretti operattivi, taż-żamma tar-rekords u tal-immaniġjar tad-data.

(76)

It-trasparenza tal-prezzijiet, it-drittijiet u l-mudelli tal-maniġġar tar-riskju assoċjati mas-servizzi pprovduti mill-kontropartijiet ċentrali, il-membri tagħhom u r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet hi meħtieġa sabiex tippermetti lill-parteċipanti fis-suq li jagħmlu għażla infurmata.

(77)

Sabiex twettaq dmirijietha b’mod effettiv, l-AETS għandha tkun tista’ tirrikjedi, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, l-informazzjoni meħtieġa kollha mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, partijiet terzi relatati u partijiet terzi li lilhom ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi. Jekk l-AETS tirrikjedi informazzjoni bħal din permezz ta’ talba sempliċi, id-destinatarju ma jkunx obbligat li jipprovdi l-informazzjoni, iżda, fil-każ li jagħmel dan b’mod volontarju, l-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tkun inkorretta jew qarrieqa. Tali informazzjoni għandha tingħata mingħajr dewmien.

(78)

Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew fiskali, l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali jistgħu jużawha biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Madankollu, dan m’għandux jipprevjeni l-eżerċizzju, f’konformità mad-dritt nazzjonali, tal-funzjonijiet tal-korpi nazzjonali responsabbli għall-prevenzjoni, l-istħarriġ jew il-korrezzjoni ta’ każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina.

(79)

Sabiex teżerċita s-setgħat superviżorji tagħha b’mod effettiv, l-AETS għandha tkun tista’ twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post.

(80)

L-AETS għandha tkun tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, pereżempju fejn kompitu ta’ superviżjoni jirrikjedi għarfien u esperjenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet lokali, li huma disponibbli aktar faċilment fil-livell nazzjonali. L-AETS għandha tkun tista’ tiddelega t-twettiq ta’ kompiti speċifiċi ta’ investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post. Qabel tiddelega l-kompiti, l-AETS għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kundizzjonijiet dettaljati relatati ma’ tali delega tal-kompiti, inkluż l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat, l-iskeda ta’ żmien biex jitwettaq il-kompitu, u t-trasmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-AETS u lill-AETS. L-AETS għandha tikkumpensa lill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ kompitu ddelegat skont regolament dwar l-imposti li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att iddelegat. L-AETS ma għandhiex tkun tista’ tiddelega s-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni.

(81)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu li l-AETS teżamina jekk ikunux ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. L-AETS għandha tivvaluta tali talbiet u tieħu kwalunkwe miżura adatta.

(82)

L-AETS għandha tkun tista’ timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex iġġiegħel lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jwaqqfu ksur tal-liġi, biex jipprovdu informazzjoni kompluta u korretta rikjesta mill-AETS jew biex jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post.

(83)

L-AETS għandha wkoll tkun tista’ timponi multi fuq ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, meta ssib li jkunu wettqu, b’mod intenzjonali jew le, ksur ta’ dan ir-Regolament. Il-multi għandhom jiġu imposti skont il-gravità tal-ksur. Il-każijiet ta’ ksur għandhom jinqasmu fi gruppi differenti u għandha tiġi allokata multa speċifika għal kull grupp. Biex tiġi kkalkolata l-multa relatata ma’ ksur partikolari, l-AETS għandha tuża metodoloġija f’żewġ fażijiet li tikkonsisti fl-iffissar ta’ ammont bażiku u l-aġġustament ta’ dak l-ammont bażiku, jekk ikun meħtieġ, b’ċerti koeffiċjenti. L-ammont bażiku għandu jiġi stabbilit billi jitqies il-fatturat annwali tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat, u l-aġġustamenti għandhom isiru billi jiżdied jew jitnaqqas l-ammont bażiku permezz tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti rilevanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(84)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-koeffiċjenti marbuta ma’ ċirkostanzi aggravanti u attenwanti sabiex l-AETS ikollha l-għodda meħtieġa biex tiddeċiedi dwar multa li tkun proporzjonali għall-gravità tal-ksur imwettaq minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi li fihom ikun twettaq il-ksur.

(85)

Qabel ma tittieħed deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, l-AETS għandha tagħti lill-persuni suġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu sabiex ikunu rispettati d-drittijiet ta’ difiża tagħhom.

(86)

L-AETS għandha żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali meta liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel li tirriżulta minn fatti identiċi, jew minn fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata b’riżultat ta’ proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.

(87)

Deċiżjonijiet tal-AETS li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandhom ikunu infurzabbli u l-infurzar tagħhom għandu jkun suġġetti għar-regoli tal-proċedura ċivili li jkunu fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu jitwettaq l-infurzar. Regoli tal-proċeduri ċivili m’għandhomx jinkludu regoli tal-proċedura kriminali iżda jistgħu jinkludu regoli tal-proċedura amministrattiva.

(88)

Fil-każ ta’ ksur li jitwettaq minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, l-AETS għandu jkollha s-setgħa li twettaq firxa ta’ miżuri superviżorji, inkluż il-fatt, li tesiġi li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet itemm il-ksur, u, bħala l-aħħar miżura, li tirtira r-reġistrazzjoni meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun kiser b’mod serju u ripetut dan ir-Regolament. Il-miżuri superviżorji għandhom ikunu applikati mill-AETS b’kont meħud tan-natura u l-gravità tal-ksur u għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Qabel tieħu deċiżjoni dwar miżuri superviżorji, l-AETS għandha tagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu sabiex id-drittijiet tagħhom għal difiża jkunu rispettati.

(89)

Huwa essenzjali li l-Istati Membri u l-AETS għandhom jipproteġu d-dritt tal-privatezza tal-persuni fiżiċi meta jipproċessaw id-data personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (22) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (23).

(90)

Huwa importanti li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Dan ir-Regolament isegwi r-rakkomandazzjonijiet eżistenti żviluppati mil-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Hlas u Saldu (CPSS) u Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) fejn hu nnutat li l-prinċipji CPSS-IOSCO għall-infrastruttura tas-swieq finanzjarji, inklużi l-kontropartijiet ċentrali, ġew stabbiliti fis-16 ta’ April 2012. Hu joħloq qafas tal-Unjoni li fih il-kontropartijiet ċentrali ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur. L-AETS għandha tqis dawn l-istandards eżistenti u l-iżviluppi futuri tagħhom meta tfassal jew tipproponi li tirrevedi l-istandards tekniċi regolatorji kif ukoll il-linji gwidi u r-rakkomandazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament.

(91)

Is-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi lil-lista tal-entitajiet eżentati minn dan ir-Regolament, iktar regoli ta’ proċedura fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ sanzjoni, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, skadenzi, il-ġbir ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ sanzjoni u l-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ ħlasijiet ta’ penali jew multi; miżuri ta’ emenda lill-Anness II biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji; l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tat-tip ta’ drittijiet, il-materji li għalihom it-drittijiet jkunu dovuti, l-ammont tat-drittijiet u l-metodu ta’ ħlas tagħhom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(92)

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti, is-setgħa għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji tal-AETS f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 għall-applikazzjoni, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tal-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE u biex tispeċifika l-kuntratti tad-derivati OTC li huma meqjusa li għandhom effett dirett, sustanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew il-każijiet meta jkun neċessarju jew xieraq li tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament; it-tipi ta’ arranġamenti kuntrattwali indiretti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament; il-klassijiet ta’ kuntratti tad-derivati OTC li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, id-data jew id-dati minn meta l-obbligu tal-ikklerjar għandu ssir effettiv, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu tal-ikklerjar, u l-maturità minima li jifdal tal-kuntratti mibdija jew rinnovati qabel id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ; id-dettalji li għandhom jiddaħħlu fin-notifika tal-awtorità kompetenti lill-AETS tal-awtorizzazzjoni tagħha ta’ kontroparti ċentrali biex tiġi kklerjata klassi ta’ kuntratt tad-dervivati OTC; klassijiet partikolari ta’ kuntratti tad-derivati OTC, il-grad ta’ standardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u tal-proċessi operattivi, il-volum u l-likwidità, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata dwar l-ipprezzar; id-dettalji li għandhom jiddaħlu fir-reġistru tal-AETS ta’ klassijiet tal-kuntratti tad-derivati OTC li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar; id-dettalji u t-tipi ta’ rapporti għall-klassijiet differenti ta’ derivati; il-kriterji biex jiġi determinat liema kuntratti tad-derivati OTC huma miżurabbli b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew l-attività ta’ finanzjament tat-teżor u l-valuri ta’ limiti tal-ikklerjar il-proċeduri u l-arranġamenti fir-rigward tat-tekniki tat-taffija tar-riskji għal kuntratti tad-derviati OTC minn kontroparti ċentrali; il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni meħtieġa u l-livell meħtieġ ta’ kapital; in-nozzjoni ta’ frammentazzjoni tal-likwidità; ir-rekwiżiti dwar il-kapital, il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ kontroparti ċentrali; il-kontenut minimu tar-regoli u l-arranġamenti ta’ governanza għal-kontropartijiet ċentrali; id-dettalji tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm mill-kontropartijiet ċentrali; il-kontenut minimu u r-rekwiżiti tal-politika ta’ kontinwità tal-operat u tal-pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri għall-kontropartijiet ċentrali; il-perċentwal adatt u l-firxiet taż-żmien għall-perjodu tal-likwidazzjoni u l-kalkolu tal-volatilità storika li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji, filwaqt li jitqies l-objettiv tal-limitazzjoni tal-proċikliċità, u l-kundizzjonijiet li bihom il-prattika ta’ marġinizzazzjoni tal-portafolli tkun tista’ tiġi mplimentata; il-qafas għad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli, li għandhom jintużaw meta jiġi definit id-daqs tal-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi tal-kontropartijiet ċentrali; il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont tar-riżorsi proprji tal-kontropartijiet ċentrali; it-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna, bħall-flus kontanti, id-deheb, il-bonds tal-gvern u oħrajn korporattivi ta’ kwalità għolja, bonds koperti u t-tnaqqis impost u l-kundizzjonijiet li skonthom garanziji tal-banek kummerċjali jistgħu jiġu aċċettati bħala kollateral; l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kkunsidrati likwidi ħafna, bi kreditu u riskju tas-suq minimu, l-arranġamenti b’sigurtà għolja u l-limiti ta’ konċentrazzjoni; it-tip ta’ testijiet tal-istress li għandhom jitwettqu mill-kontropartijiet ċentrali għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji u portafolli, l-involviment tal-membri tal-ikklerjar jew partijiet oħra fit-testijiet, il-frekwenza u ż-żmien tat-testijiet l-informazzjoni ewlenija li l-kontroparti ċentrali għandha tiżvela fuq il-mudell tal-immaniġjar tar-riskji tagħha u l-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-testijiet tal-istress; id-dettalji tal-applikazzjoni mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet mal-AETS; il-frekwenza u d-dettall li bihom ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jiżvelaw informazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet aggregati skont il-klassi tal-kuntratt tad-derivati OTC; u l-istandards operattivi meħtieġa għall-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-data minn repożitorju għall-ieħor.

(93)

Kwalunkwe obbligu impost bir-Regolament u li għandu jiġi żviluppat ulterjorment permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati taħt l-Artikoli 290 jew 291 tat-TFUE għandu jinftiehem bħala li japplika biss sa mid-data li fiha dawk l-atti jkunu daħlu fis-seħħ.

(94)

Bħala parti mill-iżvilupp ta’ linji gwidi tekniċi u standards tekniċi regolatorji, u b’mod partikulari meta jkun qed jiġi stabbilit il-limitu minimu għall-ikklerjar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji taħt dan ir-Regolament, l-AETS għandha torganizza seduti ta’ smigħ pubbliċi tal-parteċipanti fis-suq.

(95)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (24).

(96)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta l-ħtieġa għal kwalunkwe miżura adatta biex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-iżvilupp konsistenti u effettivi ta’ regolamenti, standards u prattika li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jittieħed kont tal-eżitu tal-ħidma li tiġi mwettqa mill-fora internazzjonali rilevanti.

(97)

Fid-dawl tar-regoli rigward is-sistemi interoperabbli, tqies xieraq li tiġi emendata id-Direttiva 98/26/KE biex tipproteġi d-drittijiet ta’ operatur tas-sistema li jipprovdi titolu kollateral lil operatur tas-sistema riċeventi fil-każ ta’ proċeduri ta’ insolvenza kontra dak l-operatur tas-sistema riċeventi.

(98)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-ikklerjar, ir-reġistrazzjoni, is-saldu u l-ħlas effiċjenti, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jakkomodaw fil-proċeduri tagħhom ta’ komunikazzjoni mal-parteċipanti u mal-infrastrutturi tas-suq li jikkollegaw magħhom, il-proċeduri u l-istandards ta’ komunikazzjoni internazzjonali rilevanti biex jintbagħtu messaġġi u data ta’ referenza.

(99)

Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stipulati rekwiżiti uniformi għall-kuntratti tad-derivati OTC u għat-twettiq tal-attivitajiet tal-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħaba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ikklerjar u tal-immaniġġjar bilaterali tar-riskju għall-kuntratti tad-derivati negozjati barra l-Borża (“OTC”), ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-kuntratti tad-derivati u rekwiżiti uniformi għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal kontropartijiet ċentrali u l-membri tal-ikklerjar tagħhom, il kontropartijiet finanzjarji u r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Għandu japplika għal kontropartijiet mhux finanzjarji u postijiet ta’ negozju fejn ikun hekk previst.

3.   It-Titolu V ta’ dan ir-Regolament għandu japplika biss għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus, kif iddefinit fil-punt (18)(a) u (b) u l-punt (19) of tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika:

(a)

għall-membri tas-SEBĊ u l-korpi oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili u korpi publiċi oħra tal-Unjoni li huma impenjati fi jew jintervjenu fl-amministrazzjoni tad-dejn publiku;

(b)

għall-Bank ta’ Saldi Internazzjonali.

5.   Bl-eċċezzjoni tal-obbligu tar-rappurtar taħt l-Artikolu 9, dan ir-Regolament, m’għandux japplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a)

għall-banek ta’ żvilupp multilaterali, kif imniżżla taħt it-Taqsima 4.2 tal-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE;

(b)

entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-punt (18) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE meta jkunu proprjetà tal-gvern ċentrali u jkollhom arranġamenti espliċiti ta’ garanzija pprovduti mill-gvern ċentrali;

(c)

il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 4 ta’dan l-Artikolu.

Għal dak il-għan, sas-17 ta’ Novembru 2012 il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fejn tevalwa t-trattament internazzjonali tal-korpi pubbliċi inkarigati minn jew li jintervjenu fl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku u l-banek ċentrali.

Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tat-trattament ta’ dawk il-korpi u banek ċentrali fil-qafas legali ta’ għadd sinifikanti ta’ pajjiżi terzi, inklużi mill-inqas [tlieta] mill-iktar qrati importanti fir-rigward ta’ volum ta’ kuntratti li jsiru ġo fihom, u tal-istandards ta’ immaniġġjar tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet tad-derivati ippreżentati minn dawn il-korpi u minn banek ċentrali f’dawn il-qrati. Jekk ir-rapport juri, speċjalment fir-rigward tal-analiżi komparattiva, li eżenzjoni mir-responsabbiltà monetarja ta’ dawn il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi mill-obbligu tal-ikklerjar u tar-rappurtar tkun neċessarja, il-Kummissjoni għandha żżidhom fil-lista stipulata fil-paragrafu 4.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kontroparti ċentrali” tfisser persuni ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f’suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;

(2)

“repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tad-derivati;

(3)

“ikklerjar” tfisser il-proċess biex jiġu stabbiliti pożizzjonijiet, inkluż il-kalkolu ta’ obbligi netti, u biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji, flus jew it-tnejn li huma, jkunu disponibbli biex jiżguraw l-espożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-pożizzjonijiet;

(4)

“post ta’ negozju” tfisser sistema operata minn ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1)(1) u 4(1)(13) tad-Direttiva 2004/39/KE minbarra internalizzatur sistematiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(7), li jġib flimkien interessi ta’ xiri jew ta’ bejgħ fl-istrumenti finanzjarji fis-sistema, b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont it-Titolu II jew III ta’ dik id-Direttiva;

(5)

“derivat” jew “kuntratt tad-derivati” tfisser strument finanzjarju kif stipulat fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE kif implimentata mill-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament Nru 1287/2006;

(6)

“klassi ta’ derivati” tfisser sottogrupp ta’ derivati li jikkondividu karatteristiċi komuni u essenzjali li jinkludu mill-inqas ir-relazzjoni mal-assi sottastanti, it-tip tal-assi sottostanti u l-munita tal-ammont nozzjonali. Jista’ jkun li derivati tal-istess klassi jkollhom maturitajiet differenti;

(7)

“derivati OTC” jew “kuntratt tad-derivati OTC” tfisser kuntratt tad-derivati li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f’suq regolat skont it-tifsira tal-Artikolu 4 (1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f’konformità mal-Artikolu 19 (6) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(8)

“kontroparti finanzjarja” tfisser ditta tal-investiment awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2004/39/KE, istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2006/48/KE, impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 73/239/KEE, impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2002/83/KE, impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2005/68/KE, UCITS u, fejn relevanti, il-kumpanija ta’ ġestjoni tagħha awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE, istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE u fondi ta’ investiment alternattivi ġestiti minn AIFMs awtorizzati jew irreġistrati f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE;

(9)

“kontroparti mhux finanzjarja” tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni minbarra l-entitajiet imsemmija fil-punti (1) u (8);

(10)

“arranġament għal skemi tal-pensjonijiet” tfisser:

(a)

istituzzjonijiet għall-provvediment għall-irtirar okkupazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE, inkluż kwalunkwe entità awtorizzata responsabbli biex tamministra din l-istituzzjoni u li taġixxi f’isimha kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe entità ġuridika stabbilita għall-iskop ta’ investiment ta’ tali istituzzjonijiet, li jaġixxu unikament u esklużivament fl-interess tagħhom;

(b)

in-negozji tal-istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/41/KE;

(c)

negozji ta’ provvediment għall-irtirar okkupazzjonali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja koperti bid-Direttiva 2002/83/KE, sakemm l-attivi u l-passivi kollha korrispondenti għan-negozju jkunu “ring-fenced”, ġestiti u organizzati separatament mill-attivitajiet l-oħra tal-impriża tal-assigurazzjoni, mingħajr ebda possibbiltà ta’ trasferiment;

(d)

kwalunkwe entità oħra awtorizzata jew sorveljata, jew arranġamenti, li joperaw fuq bażi nazzjonali, kemm-il darba:

(i)

ikunu rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali; u

(ii)

l-għan ewlieni tagħhom ikun li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar;

(11)

“riskju ta’ kreditu tal-kontroparti” tfisser ir-riskju li l-kontroparti fi tranżazzjoni tkun inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-tranżazzjoni;

(12)

“arranġament tal-interoperabilità” tfisser arranġament bejn żewġ kontropartijiet ċentrali jew iżjed li jinvolvu eżekuzzjoni trasversali ta’ tranżazzjonijiet;

(13)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti msemmija fil-leġislazzjoni msemmija fil-punt (8) ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5) jew l-awtorità maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 22;

(14)

“membru tal-ikklerjar” tfisser impriża li tipparteċipa f’kontroparti ċentrali u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li joħorġu minn dik il-parteċipazzjoni;

(15)

“klijent” tfisser impriża b’relazzjoni kuntrattwali ma’ membru tal-ikklerjar ta’ CCP li jippermetti lil dik l-impriża li tikklerja t-tranżazzjonijiet tagħha ma’ dik il-kontroparti ċentrali;

(16)

“grupp” tfisser il-grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha fit-tifsira tal-Artikoli 1u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew il-grupp ta’ impriżi msemmi fl-Artikoli 3(1) u l-Artikolu 80(7) u (8) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(17)

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża li mhix istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività prinċipali tagħha hija li takkwista holdings (parteċipazzjonijiet) jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12) tal-Anness I għad-Direttiva 2006/48/KE;

(18)

“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, b’ta l-anqas waħda minn dawk l-impriżi sussidjarji tkun istituzzjoni ta’ kreditu, u li ma tkunx kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni jew ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju (25);

(19)

“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti filli jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew attività oħra simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar;

(20)

“parteċipazzjoni kwalifikata” tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jirrappreżenta mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabilit fl-Artikolu 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (26), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet dwar l-aggregazzjoni tagħhom kif stabilit fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tagħmiha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tal-kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li fih teżisti dik il-parteċipazzjoni;

(21)

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(22)

“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, inkluża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali;

(23)

“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja kif deskritta fl- Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(24)

“konnessjonijiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma konnessi permezz ta’:

(a)

parteċipazzjoni, permezz ta’ proprjetà jew kontroll dirett, ta’ 20 % jew iżjed tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża; jew

(b)

kontroll jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża jew sussidjarja ta’ sussidjarja li tkun meqjusa wkoll bħala sussidjarja tal-impriża prinċipali li tkun il-kap ta’ dawk l-impriżi.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iżjed ikunu konnessi b’mod permanenti ma’ persuna waħda permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll għandha titqies ukoll li tikkostitwixxi konnessjoni mill-qrib bejn tali persuni.

(25)

“kapital” tfisser kapital sottoskritt skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji (27) oħrajn sakemm dan ikun tħallas totalment, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, sakemm jassorbi kompletament it-telfiet f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat, u, fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni, jiġi kklassifikat wara li jitqiesu l-pretensjonijiet l-oħra;

(26)

“riservi” tfisser riservi kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji (28) u profitti u telf riportati b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-profitti jew it-telf finali;

(27)

“bord” tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, skont id-dritt nazzjonali dwar il-kumpaniji;

(28)

“membru indipendenti” tal-bord tfisser membru tal-bord li ma għandu l-ebda relazzjoni ta’ negozju, familja jew ta’ natura oħra li tqajjem konflitt ta’ interessi fir-rigward tal-kontroparti ċentrali kkonċernata jew l-azzjonist(i) li għandhom kontroll tagħha jew il-membri tal-ikklerjar tagħha jew il-maniġment tagħha, u li ma kellu ebda relazzjoni bħal din matul il-ħames snin qabel is-sħubija tiegħu fil-bord;

(29)

“diriġenza għolja” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-kontroparti ċentrali jew ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u l-membru jew membri eżekuttiv(i) tal-bord.

Artikolu 3

Tranżazzjonijiet intragrupp

1.   Fir-rigward ta’ kontroparti mhux finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp hija kuntratt tad- tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp sakemm iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju ċentralizzati adatti u li dik il-kontroparti tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv skont l-Artikolu 13(2) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz.

2.   Fir-rigward ta’ kontroparti finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp hija kwalukwe minn dawk li ġejjin:

(a)

kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-kontroparti finanzjarja tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv skont l-Artikolu 13(2) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz;

(ii)

il-kontroparti l-oħra tkun kontraparti finanzjarja, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali adatti;

(iii)

iż-żewġ kontropartijiet huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa; u

(iv)

iż-żewġ kontropartijiet huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju;

(b)

kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra fejn iż-żewġ kontropartijiet huma parti mill-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, imsemmija fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu;

(c)

kuntratt tad-derivati OTC konkluż bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-istess korp ċentrali jew bejn tali istituzzjoni ta’ kreditu u l-korp ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/48/KE; jew

(d)

kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija parti mill-istess grupp sakemm iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju ċentralizzati adatti u li din il-kontroparti tkun stabbilita fl-Unjoni jew f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz li għaliha l-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni meta t-tnejn ikunu jew:

(a)

inklużi f’konsolidazzjoni f’konformità mad-Direttiva 83/349/KEE jew mal-Istandards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew, f’relazzjoni ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha s-sede tagħha f’pajjiż terz, f’konformità mal-prinċipji ta’ kontabilità ġeneralment aċċettati ta’ pajjiż terz determinati li jkunu ekwivalenti għall-IFRS f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1569/2007 (jew l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom ikun permess f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament); jew

(b)

koperti mill-istess superviżjoni konsolidata f’konformità mad-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE jew, f’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha s-sede tagħha f’pajjiż terz, l-istess superviżjoni konsolidata mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz verifikata bħala ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji stipulati mal-Artikolu 143 tad-Direttiva 2006/48/KE f’konformità u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/49/KE.

TITOLU II

IKKLERJAR, RAPPORTAR U MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAD-DERIVATI OTC

Artikolu 4

Obbligu tal-ikklerjar

1.   Il-kontropartijiet għandhom jikklerjaw il-kuntratti kollha tad-derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5(2), jekk dawn il-kuntratti jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġew konklużi b’wieħed minn dawn il-modi:

(i)

bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji;

(ii)

bejn kontroparti finanzjarja u kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b);

(iii)

bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b);

(iv)

bejn kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) u entità ta’ pajjiż terz li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar kieku din kienet stabbilita fl-Unjoni; jew

(v)

bejn żewġ entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz wieħed jew f’iktar minn wieħed li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, sakemm l-kuntratt għandu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn obbligu bħal dan huwa meħtieġ jew adegwat biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament; u

(b)

huma konklużi jew ikun hemm novazzjoni tagħhom jew:

(i)

fi jew wara d-data li minnha jsir effettiv l-obbligu tal-ikklerjar; jew

(ii)

waqt in-notifika jew warajha kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) iżda qabel id-data li minnha jsir effettiv l-obbligu tal-ikklerjar jekk il-kuntratti għandhom maturità li jifdal ogħla mill-maturità minima li jifdal determinata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(2)(c).

2.   Mingħajr preġudizzju għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11, il-kuntratti tad-derivati OTC li jkunu tranżazzjonijiet intragrupp kif deskritti fl-Artikolu 3 ma jkunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

L-eżenzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tapplika biss:

(a)

meta żewġ kontrapartijiet stabbiliti fl-Unjoni li jappartjenu għall-istess grupp l-ewwel ikunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom bil-miktub li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-eżenzjoni għall-kuntratti tad-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejniethom. In-notifika għandha tingħata mhux inqas minn 30 jum kalendarju qabel ma tintuża l-eżenzjoni. Fi żmien 30 jum kalendarju wara r-riċezzjoni tan-notifika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joġġezzjonaw għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jekk it-tranżazzjonijiet bejn il-kontrapartijiet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li joġġezzjonaw wara li jkun skada dak il-perjodu ta’ 30 jum kalendarju, fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jibqgħux jiġu sodisfatti. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(b)

għal kuntratti tad-derivati OTC bejn żewġ kontrapartijiet li jappartjenu għall-istess grupp li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, meta l-kontraparti stabbilita fl-Unjoni tkun ġiet awtorizzata li tapplika l-eżenzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha fi żmien 30 jum kalendarju wara li tkun ġiet notifikata mill-kontraparti stabbilita fl-Unjoni, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 jiġu sodisfatti. L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-AETS dwar dik id-deċiżjoni.

3.   Il-kuntratti tad-derivati OTC huma soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu kklerjati f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 biex tiġi kklerjata dik il-klassi ta’ derivati OTC u mniżżla fir-reġistru skont l-Artikolu 6(2)(b).

Għal dak l-iskop kontraparti ssir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti indiretti ta’ kklerjar ma’ membru tal-ikklerjar, sakemm dawk l-arranġamenti ma jżidux ir-riskju tal-kontraparti u jiżguraw li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontraparti jibbenefikaw mill-protezzjoni b’effett ekwivalenti għal dik imsemmija fl-Artikolu 39 u 48.

4.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kuntratti li huma meqjusa li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew il-każijiet meta jkun neċessarju jew xieraq li tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fil-paragrafu 1(a)(v), u t-tipi ta’ arranġamenti kuntrattwali indiretti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5

Proċedura tal-obbligu tal-ikklerjar

1.   Meta awtorità kompetenti tawtorizza CCP sabiex tikklerja klassi ta’ derivati OTC skont l-Artikolu 14 jew 15, għandha minnufih tinnotifika lill-AETS b’dik l-awtorizzazzjoni.

Bil-għan li tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fin-notifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1 jew twettaq proċedura għal rikonoxximent stabbilita fl-Artikolu 25, l-AETS għandha, wara li tagħmel konsultazzjoni pubblika u wara li tikkonsolta mal-BERS u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, tiżviluppa u tissottometti lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

il-klassi ta’ derivati OTC li għandha tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4;

(b)

id-data jew id-dati minn meta l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu; u

(c)

il-maturità minima li jifdal tal-kuntratti tad-derivati OTC imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(ii).

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   L-AETS għandha, fuq l-inizjattiva tagħha proprja, wara li twettaq konsultazzjoni pubblika u wara li tikkonsulta mal-BERS u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, tidentifika skont il-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ derivati li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar previst fl-Artikolu 4, iżda li għalihom l-ebda kontroparti ċentrali tkun għadha ma rċeviet awtorizzazzjoni.

Wara n-notifika mill-AETS, l-AETS tippubblika sejħa għal żvilupp ta’ proposti rigward l-ikklerjar ta’ dawk il-klassijiet ta’ derivati.

4.   Bil-għan ġenerali li jitnaqqas ir-riskju sistemiku, l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji għal-parti msemmija fil-paragrafu 2(a) għandu jqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-grad ta’ standardizzazzjoni tat-termini kuntrattwali u tal-proċessi operattivi tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(b)

il-volum u l-likwidità tal-klassi rilevanti tad-derivati OTC;

(c)

id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġusta, affidabbli u ġeneralment aċċettata dwar l-ipprezzar fil-klassi rilevanti ta’derivati OTC;

Fit-tħejjija ta’ dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-AETS tista’ tqis interkonnessività bejn il-kontrapartijiet permezz tal-klassijiet rilevanti ta’ kuntratti ta’derivati OTC, l-impatt antiċipat fuq il-livelli ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti bejn il-kontropartijiet kif ukoll l-impatt fuq il-kompetizzjoni madwar l-Unjoni.

Sabiex tassigura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika aktar il-kretierji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji kif imsemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   L-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għall-parti msemmija fil-paragrafu 2(b) għandu jqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-volum mistenni tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(b)

jekk aktar minn kontroparti ċentrali waħda diġà tikklerja l-istess klassi ta’ derivati OTC;

(c)

il-ħila tal-kontropartijiet ċentrali rilevanti li jlaħħqu mal-volum mistenni u li jiġġestixxu r-riskju li jirriżulta mill-ikklerjar tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(d)

it-tip u l-għadd tal-kontropartijiet attivi, u ta’ dawk li huma mistennija li jsiru attivi fis-suq fir-rigward tal-klassi rilevanti ta’ derivati OTC;

(e)

il-perjodu ta’ żmien li kontroparti soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar teħtieġ biex tattwa l-arranġamenti biex tikklerja l-kuntratti tagħha tal-kuntratti ta’ derivati OTC permezz ta’ kontroparti ċentrali;

(f)

il-ġestjoni tar-riskju u l-kapaċità legali u operattiva tal-firxa ta’ kontropartijiet li huma attivi fis-suq għall-klassi rilevanti ta’ kuntratti ta’ derivati OTCu li jaqgħu fl-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4(1).

6.   Jekk klassi ta’ kuntratti tad-derivati OTC ma jkunx għad għandha kontroparti ċentrali li tkun awtorizzata jew rikonoxxuta li tikklerja dawk il-kuntratti skont dan ir-Regolament, din għanda tieqaf tkun suġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 u għandu japplika l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Reġistru pubbliku

1.   L-AETS għandha tistabbilixxi, iżżomm u taġġorna reġistru pubbliku biex jidentifika b’mod korrett u inekwivoku l-klassijiet ta’ derivati OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Ir-reġistru pubbliku għandu jkun disponibbli fuq is-sit web tal-AETS.

2.   Ir-reġistru jinkludi:

(a)

il-klassijiet ta’ derivati OTCli huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4;

(b)

il-kontropartijiet ċentrali li jkunu awtorizzati jew rikonoxxuti għal skopijiet tal-obbligu tal-ikklerjar;

(c)

id-dati minn meta jieħu effett l-obbligu tal-ikklerjar, bl-inklużjoni ta’ kwalunkwe implimentazzjoni gradwali;

(d)

il-klassijiet ta’ derivati OTC identifikati mill-AETS b’konformità mal-Artikolu 5(3);

(e)

il-maturità minima li jifdal tal-kuntratti ta’ derivati msemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(ii);

(f)

il-kontropartijiet ċentrali li ġew innotifikati lill-AETS mill-awtorità kompetenti għal skopijiet tal-obbligu tal-ikklerjar, u d-data tan-notifika ta’ kull waħda minnhom.

3.   Meta kontroparti ċentrali ma tkunx awtorizzata jew rikonoxxuta iktar skont dan ir-Regolament biex tikklerja ċerta klassi ta’ derivati, l-AETS għandha tneħħiha minnufih mir-reġistru pubbliku f’rabta ma’ dik il-klassi ta’ derivati OTC.

4.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika d-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-reġistru pubbliku msemmi fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7

Aċċess għal CCP

1.   Kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC għandha taċċetta li tikklerja dawn il-kuntratti fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, irrispettivament mill-post tan-negozju.

Il-kontroparti ċentrali tista’ titlob li post tan-negozju rilevanti jikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mil-kontroparti ċentrali, inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju.

2.   Kontroparti ċentrali tista’ taċċedi għal talba formali għall-aċċess minn post tan-negozju jew tirrifjutaha fi żmien tliet xhur minn meta ssir tali talba.

3.   Meta kontroparti ċentrali tirrifjuta l-aċċess skont il-paragrafu 2, din għandha tipprovdi lill-post tan-negozju bir-raġunijiet kollha għal tali rifjut.

4.   Ħlief meta l-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjuu dik tal-kontroparti ċentrali jirrifjutaw l-aċċess, il-kontroparti ċentrali, skont it-tieni subparagrafu, għandha tagħti l-aċċess fi żmien tliet xhur minn deċiżjoni li taċċedi għat-talba formali ta’ post tan-negozju f’konformità mal-paragrafu 2.

L-awtorità kompetenti tal-post tan-negozju u dik tal-kontroparti ċentrali jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal-kontroparti ċentrali wara talba formali mill-post tan-negozju fil-każ biss li tali aċċess jhedded il-funzjonament bla xkiel u fl-ordni tas-swieq jew jeffettwa b’mod ħażin ir-riskju sistemiku.

5.   L-AETS għandha ssolvi kwalunkwe tilwim li jirriżulta min-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mas-setgħat tagħha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Aċċess għal post tan-negozju

1.   Post tan-negozju għandu jipprovdi informazzjoni kummerċjali fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti lil kwalunkwe kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC f’dak il-post tan-negozju fuq talba tal-kontroparti ċentrali.

2.   Meta talba għal aċċess għal post tan-negozjut kun ġiet sottomessa formalment lil post tan-negozju minn kontroparti ċentrali, il-post tan-negozju għandu jagħti risposta lil-kontroparti ċentrali fi żmien tliet xhur.

3.   Meta l-post tan-negozju jirrifjuta l-aċċess, dan għandu jinnotifika lill-kontroparti ċentrali b’dan, u jagħti r-raġunijiet kollha.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-post tan-negozju u l-kontroparti ċentrali, l-aċċess għandu isir possibbli mill-post tan-negozju fi żmien tliet xhur minn tweġiba pożittiva għal talba għal aċċess.

L-aċċess tal-kontroparti ċentrali għall-post tan-negozju għandu jingħata biss sakemm tali aċċess ma jkunx jeħtieġ l-interoperabbiltà jew ma jheddidx il-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità u sakemm l-post tan-negozju ikun stabbilixxa mekkaniżmu adegwat għall-prevenzjoni ta’ tali frammentazzjoni.

5.   Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-idea ta’ frammentazzjoni tal-likwidità.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9

Obbligu ta’ rappurtar

1.   Il-kontropartijiet u l-kontropartijiet ċentrali għandhom jiżguraw li d-dettalji ta’ kwalunkwe kuntratt tad-derivati li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika jew terminazzjoni tal-kuntratt jiġu rrappurtati lil repożitorju kummerċjali rreġistrat skont l-Artikolu 55 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 77. Id-dettalji għandhom jiġu rrappurtati mhux iżjed tard mill-jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.

L-obbligu ta’ rappurtar għandu japplika għal kuntratti tad-derivati li:

(a)

ġew konklużi qabel is-16 ta’ Awwissu 2012 u li jibqgħu pendenti f’dik id-data;

(b)

jiġu konklużi fi jew wara s-16 ta’ Awwissu 2012.

Kontroparti jew kontroparti ċentrali li tkun soġġetta għall-obbligu ta’ rappurtar tista’ tiddelega r-rappurtar tad-dettalji tal-kuntratt tad-derivati.

Il-kontropartijiet u l-kontropartijiet ċentrali għandhom jiżguraw li d-dettalji tal-kuntratti tagħhom tad-derivati jkunu rappurtati mingħajr duplikazzjoni.

2.   Il-kontropartijiet għandhom iżommu rekord ta’ kwalunkwe kuntratt tad-derivati li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika mill-inqas għal ħames snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratt.

3.   Meta repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jkunx disponibbli biex jirreġistra d-dettalji ta’ kuntratt tad-derivati, il-kontropartijiet u l-kontropartijiet ċentrali għandhom jiżguraw li tali dettalji jiġu rrappurtati lill-AETS.

F’dan il-każ l-AETS għandha tiżgura li l-entitajiet rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 81(3) ikollhom aċċess għad-dettalji kollha tal-kuntratti tad-derivati li jkunu jeħtieġu biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.

4.   Kontraparti jew kontroparti ċentrali li jirrapportaw id-dettalji ta’ kuntratt tad-derivati lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew lill-AETS, jew entità li tirrapporta tali dettalji f’isem kontroparti jew kontroparti ċentrali ma għandhomx jitqiesux li qed jiksru xi restrizzjoni ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni imposta minn dak il-kuntratt jew minn kwalunkwe dispożizzjonileġislattiva, regolatorja jew amministrattiva.

L-ebda responsabbiltà li tirriżulta minn dik id-divulgazzjoni ma għandha taqa’ fuq l-entità ta’ rappurtar jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha.

5.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika d-dettalji u t-tip ta’ rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għall-klassijiet differenti tad-derivati.

Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tispeċifika tal-anqas:

(a)

il-partijiet għall-kuntratt tad-derivati u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;

(b)

il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratti tad-derivati, inklużi t-tip tagħhom, il-maturità sottostanti, il-valur nozzjonali, il-prezz u d-data tas-saldu.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jispeċifikaw:

(a)

il-format u l-frekwenza tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għall-klassijiet differenti ta’ derivati;

(b)

id-data sa meta l-kuntratti tad-derivati għandhom jiġu rrappurtati, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali għal kuntratti konklużi qabel ma japplika l-obbligu ta’ rappurtar.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 10

Kontropartijiet mhux finanzjarji

1.   Meta kontroparti mhux finanzjarja tassumi pożizzjonijiet f’kuntratti tad-derivati OTC u dawk il-pożizzjonijiet jaqbżu l-livell limitu tal-ikklerjar kif speċifikat fil-paragrafu 3, dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:

(a)

tinnotifika minnufih lill-AETS u l-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 5 tagħhom;

(b)

issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti futuri skont l-Artikolu 4 jekk il-pożizzjoni medja skorrevoli tul 30 ġurnata ta’ ħidma taqbez il-limitu minimu; u

(c)

tikklerja l-kuntratti futuri kollha rilevanti fi żmien erba’ xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.   Kontroparti mhux finanzjarja li saret soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1(b) u li sussegwentement turi lill-awtorità maħtura skont il-paragrafu 5 li l-pożizzjoni medja skorrevoli tagħha tul 30 ġurnata ta’ ħidma ma taqbiżx il-livell limitu tal-ikklerjar, m’għandiex tkun soġġetta iktar għall-obbligu tal-ikklerjar stabbilit fl-Artikolu 4.

3.   Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivati OTC kollha konklużi mill-kontroparti mhux finanzjarja jew minn entitajiet mhux finanzjarji oħra fil-grupp li għalih il-kontroparti mhux finanzjarja tappartjeni, li mhumiex oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji relatati direttament mal-attività kummerċjali jew attività ta’ finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja jew ta’ dak il-grupp.

4.   Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, li jispeċifikaw:

(a)

il-kriterji biex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC jistgħu jitkejlu oġġettivament bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew ta’ finanzjament tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 3; u

(b)

il-valuri tal-limitu tal-ikklerjar, li jiġu ddeterminati filwaqt li tiġi kkunsidrata r-rilevenza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti u l-iskoperturi għal kull kontroparti u għal kull klassi ta’ derivati OTC.

Wara li twettaq konsultazzjoni miftuħa mal-pubbliku, l-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, l-AETS għandha teżamina perjodikament il-livelli limiti u, fejn meħtieġ, tipproponi l-istandards tekniċi regolatorji meħtieġa biex dawn jiġu emendati.

5.   Kull Stat Membru jaħtar awtorità responsabbli biex tiżgura li l-obbligu fil-paragrafu 1 jintlaħaq.

Artikolu 11

Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali

1.   Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jikkonkludu kuntratt tad-derivati OTC mhux ikklerjat minn kontroparti ċentrali, għandhom jiżguraw waqt li jeżerċitaw d-diliġenza xierqa, li jkun hemm proċeduri u arranġamenti xierqa fis-seħħ għall-kejl, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskju operattiv u tal-kreditu tal-kontroparti, inklużi mill-inqas:

(a)

il-konferma fil-ħin, meta disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, tat-termini tal-kuntratt tad-derivati OTC rilevanti;

(b)

proċessi formalizzati li huma robusti, reżiljenti u awditjabbli sabiex jiġu rikonċiljati l-portafolji, sabiex jiġi mmaniġjat ir-riskju assoċjat u sabiex jiġu identifikati tilwimiet bejn il-partijiet fi stadju bikri u sabiex jiġu riżolti, u sabiex jiġi mmonitorat il-valur tal-kuntratti pendenti.

2.   Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għandhom ta’ kuljum jipprezzaw skont il-valur fis-suq il-kuntratti pendenti. Meta l-kundizzjonijiet tas-suq ma jippermettux l-ipprezzar skont il-valur fis-suq, għandu jintuża l-ipprezzar affidabbli u prudenti skont il-mudell.

3.   Il-kontropartijiet finanzjarji għandu jkollhom proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fi jew wara s-16 ta’ Awwissu 2012. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għandu jkollhom proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju fil-ħin, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC konklużi fi jew wara li jkun inqabeż il-livell limitu tal-ikklerjar.

4.   Il-kontropartijiet finanzjarji għandhom iżommu ammont adatt u proporzjonat ta’ kapital biex jamministraw ir-riskju mhux kopert bl-iskambju adatt ta’ kollateral.

5.   Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika għal tranżazzjoni intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 konkluża ma’ kontropartijiet li jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru sakemm ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi tagħhom jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

6.   Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a), (b) jew (c) konkluża ma’ kontropartijiet li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva taż-żewġ awtoritajiet kompetenti rilevanti, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b)

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jaslu għal deċiżjoni pożittiva fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tasal l-applikazzjoni għall-eżenzjoni, l-AETS tista’ tassisti lill-dawk l-awtoritajiet sabiex jilħqu ftehim b’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji li huma stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b)

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

Il-kontropartijiet mhux finanzjarji jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm waħda mill-awtoritajiet kompetenti notifikati ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.

8.   Tranżazzjoni intragrupp imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (d) konkluża ma’ kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni u kontroparti li hi stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti li hi stabbilita fl-Unjoni, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b)

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

9.   Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija stabbilita fl-UE u kontroparti li hija stabbilita f’ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b)

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tapplika l-eżenzjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni għandha tkun valida sakemm l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma tjaqblu li hija sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.

10.   Tranżazzjoni intragrupp kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) konkluża ma’ kontroparti mhux finanzjarja u kontroparti finanzjarja li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti għandha tiġi eżentata totalment jew parzjalment mir-rekwiżit imniżżel fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni pożittiva tal-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-kontropartijiet ikunu adegwatament tajbin, robusti u konsistenti mal-livell ta’ kumplessità tat-tranżazzjoni tad-derivat;

(b)

ma jkun hemm ebda impediment prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontropartijiet.

L-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontroparti finanzjarja għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni bħal din lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5). L-eżenzjoni tkun valida sakemm l-awtorità kompetenti notifikata ma taqbilx li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   Il-kontroparti ta’ tranżazzjoni intragrupp li ġiet eżentata mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3 għandha tagħmel pubblika informazzjoni dwar l-eżenzjoni.

Awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS dwar kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragraf 6, 8 jew 10 jew kwalunkwe notifika li ġiet riċevuta skont il-paragraf 7, 9 jew 10 u għandha tagħti lill-AETS id-dettalji tat-tranżazzjoni intragrupp ikkonċernata.

12.   L-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 11 għandhom japplikaw għal kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejn entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal dawn l-obbligi jekk ikunu ġew stabbiliti fl-Unjoni, sakemm dawn il-kuntratti jkollhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn dan l-obbligu jkun meħtieġ jew adegwat biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

13.   L-AETS għandha tissorvelja regolarment l-attività fid-derivati mhux eliġibbli għall-ikklerjar biex tidentifika l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ derivati tista’ tkun ta’ riskju sistemiku u biex tevita l-arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet tad-derivati kklerjati u mhux ikklerjati. B’mod partikolari, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta l-BERS tieħu azzjoni skont l-Artikolu 5(3) jew terġa’ teżamina l-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti marġni stipulati fil-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikolu 41.

14.   Bil-għan li tiżgura applikazzjoni konsisteni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tabbozza standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1;

(b)

il-kundizzjonijiet tas-suq li jipprojbixxu t-tranżazzjonijiet minn suq għal suq u l-kriterji għall-użu tal-ipprezzar skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2;

(c)

id-dettalji tat-tranżazzjonijiet intragruppi eżentati li għandhom jiġu inklużi fin-notifika msemmija fil-paragrafi 7, 9 u 10;

(d)

id-dettalji tal-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragruppi eżentati msemmija fil-paragrafu 11;

(e)

il-kuntratti li huma meqjusa li għandhom effett dirett, sustanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew il-każi meta jkun neċessarju jew xieraq biex tiġi evitata l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fil-paragrafu 12;

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

15.   Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandha tiżviluppa abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni, meħtieġa għall-osservanza tal-paragrafu 3;

(b)

il-livell tal-kapital meħtieġ għall-osservanza tal-paragrafu 4;

(c)

il-proċeduri għall-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;

(d)

il-kriterji applikabbli msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 inkluż, b’mod partikulari, x’għandu jitqies bħala impediment prattiku jew legali għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji u għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontrapartijiet.

L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Skont in-natura legali tal-kontroparti, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b’konformità jew mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 12

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tar-regoli skont dan it-Titolu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom jinkludu mill-inqas multi amministrattivi. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ kontropartijiet finanzjarji, u, fejn xieraq, kontropartijiet mhux finanzjarji jiddivulgaw kull penali li tkun ġiet imposta għal ksur tal-Artikoli 4, 5 u 7 sa 11 lill-pubbliku, sakemm din id-divulgazzjoni ma tipperikolax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw regolarment rapporti ta’ valutazzjoni dwar l-effikaċità tar-regoli dwar il-penali li qegħdin jiġu applikati. Tali żvelar u pubblikazzjoni ma jinkludux data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE.

Sas-17 ta’ Frar 2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-paragrafu 1. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom mingħajr dewmien.

3.   Kwalunkwe ksur tar-regoli taħt dan it-Titolu m’għandux jolqot il-validità ta’ kuntratt tad-derivati OTC jew il-possibilità li l-partijiet jinfurzaw id-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt tad-derivati OTC. Ksur tar-regoli taħt dan it-Titolu m’għandu jwassal għall-ebda dritt għal kumpens minn parti għal kuntratt tad-derivati OTC.

Artikolu 13

Mekkaniżmu biex jiġu evitati d-duplikazzjoni jew ir-regoli kunfliġġenti

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-AETS fil-monitoraġġ u t-tħejjija ta’ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni internazzjonali tal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 4, 9, 10 u 11, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rekwiżiti potenzjali duplikattivi u kunfliġġenti fuq il-parteċipanti fis-suq, u tirrakkomanda azzjoni possibbli.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti implimentattivi li jiddikjaraw li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ pajjiż terz:

(a)

ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament skont l-Artikoli 4, 9, 10 u 11;

(b)

jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stipulata f’dan ir-Regolament; u

(c)

qed jiġu applikati u infurzati b’mod effettiv b’mod ekwu u mhux distorżiv sabiex ikunu żgurati s-superviżjoni u l-infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

3.   Att implimentattiv dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jimplika li l-kontropartijiet involuti fi tranżazzjoni soġġetta għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li ssodisfaw l-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 4, 9, 10 u 11 meta mill-inqas waħda mill-kontrapartijiet tkun stabbilita f’dak il-pajjiż terz.

4.   Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-AETS, tissorvelja l-implimentazzjoni effettiva minn pajjiżi terzi, li għalihom ġie adottat att implimentattiv dwar l-ekwivalenza, tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikoli 4, 9, 10 u 11 u tirrapporta regolarment, mill-inqas fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta r-rapport jiżvela applikazzjoni insuffiċjenti jew inkonsistenti tar-rekwiżiti ekwivalenti minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 30 jum kalendarju mill-preżentazzjoni tar-rapport, tirtira r-rikonoxximent bħala ekwivalenti għall-qafas legali tal-pajjiż terz ikkonċernat. Meta att implimentattiv dwar l-ekwivalenza jiġi rtirat, il-kontropartijiet għandhom awtomatikament jiġu soġġetti mill-ġdid għar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament.

TITOLU III

AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAL-KONTROPARTIJIET ĊENTRALI

KAPITOLU 1

Kundizzjonijiet u proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali

Artikolu 14

Awtorizzazzjoni ta’ kontroparti ċentrali

1.   Meta persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni tkun beħsiebha tipprovdi servizzi ta’ kklerjar bħala kontroparti ċentrali, din għandha tapplika għal awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita (l-awtorità kompetenti tall-kontroparti ċentrali), skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17.

2.   Ladarba l-awtorizzazzjoni tingħata b’konformità mal-Artikolu 17, din tkun effettiva fit-territorju kollu tal-Unjoni.

3.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss għall-attivitajiet marbuta mal-ikklerjar u għandha tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet li l-kontroparti ċentrali tkun awtorizzata li tipprovdi jew twettaq inklużi l-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji koperti minn tali awtorizzazzjoni.

4.   Kontroparti ċentrali għandha tikkonforma f’kull ħin mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni.

Kontroparti ċentrali għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali li taffetwa il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.

5.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jadottaw jew ikomplu japplikaw, fir-rigward ta’ kontropartijiet ċentrali stabbiliti fit-territorju tagħhom, rekwiżiti addizzjonali inklużi ċerti rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 15

Estensjoni ta’ attivitajiet u servizzi

1.   Kontroparti ċentrali li tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali mhux koperti mill-awtorizzazzjoni tal-bidu għandha tissottometti talba għall-estensjoni lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali. L-offerta ta’ servizzi tal-ikklerjar li għalihom il-kontroparti ċentrali tkun għadha ma ġietx awtorizzata għandha titqies bħala estensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

L-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

2.   Meta kontroparti ċentrali tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor minbarra dak li ġiet stabbilita fih, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha minnufih tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ieħor.

Artikolu 16

Rekwiżiti ta’ kapital

1.   Kontroparti ċentrali għandu jkollha kapital inizjali permanenti u disponibbli ta’ mill-inqas EUR 7,5 miljun biex tkun awtorizzata skont l-Artikolu 14.

2.   Il-kapital ta’ kontroparti ċentrali, inkluż id-dħul u r-riżervi miżmuma, għandu jkun proporzjonali għar-riskju li jitnissel mill-attivitajiet tal-kontroparti ċentrali. Għandu dejjem ikun suffiċjenti sabiex jiżgura stralċ jew ristrutturar ordnat tal-attivitajiet fuq perjodu ta’ żmien adatt u protezzjoni adegwata lill-kontroparti ċentrali kontra riskji tal-kreditu, tal-kontroparti, tas-suq, tal-operat, legali u tan-negozju li mhumiex diġà koperti minn riżorsi finanzjarji speċifiċi kif imsemmi fl-Artikoli 41 sa 44.

3.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta lill-AETS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti rigward il-kapital, il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ kontroparti ċentrali imsemmija fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 17

Proċedura għall-għoti u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni1

1.   Il-kontroparti ċentrali applikanti għandha tressaq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-aworita’ kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita.

2.   Il-kontroparti ċentrali applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tissodisfa lill-awtorità kompetenti li l-kontroparti ċentrali applikanti tkun stabbilixxiet, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti meħtieġa kollha, sabiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha titrażmetti minnufih l-informazzjoni kollha li tkun irċeviet mil-kontroparti ċentrali applikanti lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18(1).lika

3.   Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi data ta’ skadenza sa meta l-kontroparti ċentrali għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali. Wara li tivvaluta li applikazzjoni tkun kompleta, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-kontroparti ċentrali applikanti u lill-membri tal-Kulleġġ stabbilit f’konformità mal-Artikolu 18(1) u lill-AETS kif meħtieġ.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta hi tkun kompletament sodisfatta li ll-kontroparti ċentrali applikanti tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament u li l-kontroparti ċentrali tiġi notifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE.

L-awtorità kompetenti għandha debitament tikkunsidra l-opinjoni tal-kulleġġ li jkun wasal għaliha skont l-Artikolu 19. Fejn l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali ma taqbilx ma’ opinjoni pożittiva tal-kulleġġ, id-deċiżjoni tagħha għandha tinkludi r-raġunijiet kollha u spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni pożittiva.

Il-kontroparti ċentrali m’għandhiex tiġi awtorizzata fejn il-membri kollha tal-kulleġġ, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita il-kontroparti ċentrali, jaslu għal opinjoni konġunta permezz ta’ ftehim komuni skont l-Artikolu 19(1), li il-kontroparti ċentrali ma għandhiex tiġi awtoriżżata. Dik l-opinjoni għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għalfejn il-kulleġġ iqis li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew ta’ liġi oħra tal-UE ma ġewx issodisfati.

Fejn opinjoni konġunta bi ftehim komuni kif imsemmja fit-tielet subparagrafu ma tintlaħaqx, u maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-kulleġġ tkun esprimiet opinjoni negattiva, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, ibbażata minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-kulleġġ, tista’, fi żmien 30 jum kalendarju mill-adozzjoni ta’ dik l-opinjoni negattiva, tirreferi l-kwistjoni lill-AETS skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Id-deċiżjoni ta’ riferiment, għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għalfejn il-membri rilevanti tal-kulleġġ iqisu li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew partijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. F’dak il-każ l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni u tistenna kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni li l-AETS tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċizjoni tal-AETS. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AETS wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 30 jum kalendarju msemmija fir-raba’ subparagrafu.

Meta l-membri kollha tal-kulleġġ, esklużi l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali, jilħqu opinjoni konġunta permezz ta’ ftehim komuni, skont l-Artikolu 19(1), li dik il-kontroparti ċentrali m’għandhiex tiġi awtorizzazza, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali hija stabbilita tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali għandha tittrasmetti d-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn.

5.   L-AETS għandha taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f’każ li l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali ma tkunx applikat id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jew tkun applikathom b’mod li jidher li tkun qed tinkiser il-liġi tal-Unjoni.

L-AETS tista’ tinvestiga allegazzjoni ta’ ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq talba minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ jew bl-inizjattiva tagħha stess, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti.

6.   Fil-qadi ta’ dmirijiethom, l-ebda azzjoni meħuda minn ebda membru tal-kulleġġ ma għandha, direttament jew indirettament, tiddiskrimina kontra ebda Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri bħala post għal servizzi tal-ikklerjar fi kwalunkwe munita.

7.   Fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-kontroparti ċentrali applikanti bil-miktub, bi spjegazzjoni raġunata b’mod sħiħ dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx rifjutata.

Artikolu 18

Kulleġġ

1.   Fi żmien 30 jum kalendarju mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi, tamministra u tippresjedi kulleġġ li jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 15, 17, 49, 51 u 54.

2.   Il-kulleġġ għandu jkun jikkonsisti minn:

(a)

AETS;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri bl-ikbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-kontroparti ċentrali imsemmi fl-Artikolu 42 fuq bażi aggregata tul perjodu ta’ sena;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-postijiet tan-negozju servuti mill-kontroparti ċentrali;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw il-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti tal-interoperabilità;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw depożitarji ċentrali tat-titoli li magħhom hija marbuta l-kontroparti ċentrali;

(g)

il-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tal-kontroparti ċentrali u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tas-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà.

(h)

il-banek ċentrali ta’ emissjoni tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li mhux membru tal-kulleġġ jista’ titlob mill-kulleġġ kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet superviżorji tagħha.

4.   Il-kulleġġ għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jiżgura:

(a)

il-preparazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 19;

(b)

l-iskambju tal-informazzjoni, inklużi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 84;

(c)

ftehim dwar kif jiġu fdati b’mod volontarju l-kompiti fost il-membri tiegħu;

(d)

il-koordinament ta’ programmi ta’ eżami prudenzjali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-kontroparti ċentrali; u

(e)

id-determinazzjoni ta’ proċeduri u pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 24.

5.   It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu.

Dak il-ftehim għandu jiddetermina l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-kulleġġ, inklużi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ votazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 19(3), u jista’ jiddetermina l-kompiti fdati lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali jew membru ieħor tal-kulleġġ.

6.   Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament konsistenti u koerenti ta’ kulleġġi madwar l-Unjoni, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom il-muniti Ewropej imsemmijin fil-paragrafu 2(h) għandhom jitqiesu bħala l-aktar rilevanti u d-dettalji tal-arranġamenti prattiċi msemmijin fil-paragrafu 5.

L-AETS tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Opinjoni tal-kulleġġ

1.   Fi żmien erba’ xhur mit-tressiq ta’ applikazzjoni sħiħa mill-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-kontroparti ċentrali u tippreżenta rapport lill-kulleġġ

Fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jirċievi dak ir-rapport, u fuq il-bażi tas-sejbiet fih, il-kulleġġ għandu iħejji opinjoni konġunta li tiddetermina jekk il-kontroparti ċentrali applikanti tikkonformax mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 17(4), u, jekk ma tintlaħaqx opinjoni konġunta skont it-tieni subparagrafu, il-kulleġġ għandu jadotta opinjoni ta’ maġġoranza fi żmien l-istess perjodu ta’ żmien.

2.   L-AETS għandha tiffaċilita l-adozzjoni tal-opinjoni konġunta f’konformità mal-funzjoni ġenerali tagħha ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Opinjoni tal-maġġoranza tal-kulleġġ għandha tiġi adottata fuq il-bażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Għall-kulleġġi sa u li jinkludu 12-il membru, massimu ta’ żewġ membri tal-kulleġġ mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Għall-kulleġġi li jkun fihom aktar minn 12-il membru, massimu ta’ tliet membri mill-istess Stat Membru għandu jkollhom vot u kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. L-AETS m’għandu jkollha l-ebda drittijiet ta’ votazzjoni fuq l-opinjonijiet tal-kulleġġ.

Artikolu 20

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(3), l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tirtira l-awtorizzazzjoni fejn il-kontroparti ċentrali:

(a)

ma tkunx għamlet użu tal-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, b’mod espress tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma tkunx ipprovdiet servizzi jew ma tkun wettqet l-ebda attività fis-sitt xhur preċedenti;

(b)

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tkun għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)

ma tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma tkunx ħadet azzjonijiet ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali fi żmien stabbilit;

(d)

tkun kisret serjament u sistematikament kwalunkwe waħda mir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

2.   Meta l-awtorità kompetenti ta’ kontroparti ċentrali tikkunsidra li waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 tapplika, din għandha, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, tinnotifika lill-AETS u lill-membri tal-kulleġġ b’dan.

3.   L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ dwar il-ħtieġa li tkun irtirata l-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali, ħlief meta id-deċiżjoni tkun meħtieġa urġentement.

4.   Kwalunkwe membru tal-kulleġġ jista’, fi kwalunkwe ħin, jitlob li l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali teżamina jekk il-kontroparti ċentrali tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

5.   L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tista’ tillimita l-irtirar għal servizz partikolari, attività, jew klassi ta’ strumenti finanzjarji.

6.   L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tinnotifika lill-AETS u lill-membri tal-kulleġġ bid-deċiżjoni tagħha rraġunata b’mod sħiħ, li għandhom jieħdu kont tar-riżervi tal-membri tal-kulleġġ.

7.   Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għandha tkun effettiva fl-Unjoni kollha.

Artikolu 21

Rieżami u evalwazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 għandhom jeżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-kontropartijiet ċentrali biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u tevalwa r-riskji li għalihom il-kontropartijiet ċentrali huma, jew jistgħu jkunu esposti.

2.   L-eżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikoprur-rekwiżiti kollha fuq il-kontropartijiet ċentrali stipulati f’dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-frekwenza u l-grad tal-eżami u tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’kont meħud tad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-kontropartijiet ċentrali ikkonċernati. L-eżami u l-evalwazzjoni għandhom jiġu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali.

Il-kontropartijiet ċentrali għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fil-post.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw regolarment, u mill-inqas darba fis-sena, lill-kulleġġ bir-riżultati tar-rieżami u l-evalwazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, inkluż kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju jew penalitajiet.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu lil kwalunkwe kontroparti ċentrali li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament tieħu l-azzjonijiet jew il-passi meħtieġa fi stadju bikri biex tindirizza s-sitwazzjoni.

6.   L-AETS għandha tissodisfa rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u fost il-kolleġġi bil-għan li tibni kultura superviżorja komuni u prattika superviżorjakonsistenti, filwaqt li tiżgura proċeduri uniformi u approċċi konsistenti u t-tisħiħ tal-konsistenza fir-riżultati superviżorji.

Għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, l-AETS, mill-inqas darba fis-sena għandha:

(a)

tagħmel analiżi ta’ rieżami minn pari tal-attivitajiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti kollha f’rabta mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-kontropartijiet ċentrali skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010; u

(b)

tibda u tikkoordina evalwazzjoni fl-Unjoni kollha tar-reżistenza tal-kontropartijiet ċentrali għall-iżviluppi negattivi fis-suq skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010.

Meta evalwazzjoni msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tesponi nuqqasijiet fir-reżistenza ta’ kontroparti ċentrali waħda jew iktar minn waħda, l-AETS għandha toħroġ ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 2

Superviżjoni u sorveljanza tal-kontropartijiet ċentrali

Artikolu 22

Awtorita’ kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-kontropartijiet ċentrali stabbiliti fit-territorju tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS b’dan.

Meta Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda, għandu b’mod ċar jiddetermina r-rwoli rispettivi u għandu jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinament tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri, l-ABE u l-membri rilevanti tas-SEBĊ skont l-Artikoli 23, 24, 83 u 84.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħat superviżorji u investigatorji meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li miżuri amministrattivi xierqa, f’konformità mad-dritt nazzjonali, ikunu jistgħu jittieħdu jew jiġu imposti fuq il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu talbiet għal azzjoni ta’ rimedju fi żmien stabbilit.

4.   L-AETS għandha tippubblika fil-websajt tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1.

KAPITOLU 3

Kooperazzjoni

Artikolu 23

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin, mal-AETS u, jekk ikun hemm bżonn, mas-SEBĊ.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fit-twettiq tal-obbligi ġenerali tagħhom, jikkunsidraw kif dovut l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra konċernati, b’mod partikolari s-sitwazzjonijiet tal-emerġenza msemmija fl-Artikolu 24, ibbażati fuq l-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

Artikolu 24

Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali jew kwalunkwe awtorità oħra għandha tinforma lill-AETS, lill-kulleġġ, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ u lil awtoritajiet rilevanti oħra mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP, inkluż l-iżviluppi fi swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn il-kontroparti ċentrali jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha jkun stabbilit.

KAPITOLU 4

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 25

Rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz

1.   Kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz tista’ tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew postijiet tal-kummerċ stabbiliti fl-Unjoni biss meta dik il-kontroparti ċentrali tkun rikonoxxuta mill-AETS.

2.   L-AETS, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3, tista’ tirrikonoxxi kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz li tkun applikat għal rikonoxximent biex tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar, meta:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv skont il-paragrafu 6;

(b)

il-kontroparti ċentrali tkun awtorizzata fil-pajjiż terz rilevanti u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli f’dak il-pajjiż terz;

(c)

ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont il-paragrafu 7;

(d)

li l-kontroparti ċentrali tkun stabbilita jew awtorizzata f’pajjiż terz li jkun meqjus li jkollu sistemi ta’ kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li jkunu ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-fehim komuni bejn l-Istati Membri dwar l-ekwivalenza ta’ pajjiż terz skont id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (29).

3.   Meta jkunu qed jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 humiex issodisfati, l-AETS għandha tikkonsulta:

(a)

l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih il-kontroparti ċentrali tipprovdi jew biħsiebha tipprovdi servizzi tal-ikklerjar u li ntgħażlet mill-kontroparti ċentrali;

(b)

lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri li jagħtu jew huma antiċipati mill-kontroparti ċentrali li jagħtu l-akbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-kontroparti ċentrali imsemmi fl-Artikolu 42 fuq bażi aggregata fuq perjodu ta’ sena;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ postijiet tan-negozju li jinsabu fl-Unjoni, li huma servuti jew ser jiġu servuti mill-kontroparti ċentrali;

(d)

lill-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu superviżjoni ta’ Kontropartijiet ċentrali stabbiliti fl-Unjoni li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;

(e)

lill-membri rilevanti tas-SEBĊ tal-Istati Membri li fihom il-kontroparti ċentrali tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi servizzi tal-ikklerjar u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tal-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;

(f)

lill-banek ċentrali ta’ emissjoni tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati.

4.   Il-kontroparti ċentrali imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-AETS.

Il-kontroparti ċentrali applikanti għandha tipprovdi lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha. Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tirċievieha, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu ta’ żmien sa meta l-kontroparti ċentrali applikanti għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 u għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe valutazzjoni bħala l-bażi għad-deċiżjoni ta’ ekwivalenza msemmija fl-Artikolu 13(3).

L-AETS għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Fi żmien 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, l-AETS għandha tinforma lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti bil-miktub, bi spjegazzjoni kompletament irraġunata, dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew irrifjutat.

L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-kontroparti ċentrali rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.

5.   L-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 tirrieżamina r-rikonoxximent tal-kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz fejn dik il-kontroparti ċentrali tkun estendiet il-firxa tal-attivitajiet u s-servizzi tagħha fl-Unjoni. Dak ir-rieżami għandu jitwettaq skont il-paragrafi 2, 3 u 4. L-AETS tista’ tirtira r-rikonoxximent ta’ dik il-kontroparti ċentrali meta l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati u fl-istess ċirkostanzi bħal dawk deskritti fl-Artikolu 20.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta att implimentattiv skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, li jiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li s-Kontropartijiet ċentrali awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament, li dawn is-Kontropartijiet ċentrali jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa u li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effikaċi għar-rikonoxximent tas-Kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont sistemi legali ta’ pajjiżi terzi.

7.   L-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqsfa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 6. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:

(a)

il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha li tkun rikjesta mill-AETS rigward kontropartijiet ċentrali awtorizzati f’pajjiżi terzi;

(b)

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li kontroparti ċentrali taħt is-superviżjoni tagħha tkun qed tikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew ta’ liġi oħra li għaliha tkun suġġetta.

(c)

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz fejn kontroparti ċentrali taħt is-superviżjoni tagħha tkun ingħatat id-dritt li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil membri tal-ikklerjar jew lil klijenti stabbiliti fl-Unjoni;

(d)

il-proċeduri rigward il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji inklużi, meta jkun xieraq, spezzjonijiet fil-post.

8.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-kontroparti ċentrali li tkun qed tapplika għandha tagħti lill-AETS fl-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU IV

REKWIŻITI GĦALL-KONTROPARTIJIET ĊENTRALI

KAPITOLU 1

Rekwiżiti organizzattivi

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Kontroparti ċentrali għandu jkollha arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b’linji ta’ responsabilità ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li għalihom hi jew tista’ tkun esposta, u mekkaniżmi tal-kontroll interni adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tadotta politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità tal-maniġers u l-impjegati tagħha mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.

3.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm u topera struttura organizzattiva li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Hija għandha tħaddem sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonali.

4.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm separazzjoni ċara bejn il-linji tar-rapportar għall-immaniġġjar tar-riskju u dawk għal operazzjonijiet oħra tal-kontroparti ċentrali.

5.   Kontroparti ċentrali għandha tadotta, timplimenta u żżomm politika ta’ rimunerazzjoni li tippromwovi l-immaniġġjar tar-riskji sod u effikaċi u li ma toħloqx inċentivi għar-rilassament tal-istandards tar-riskji.

6.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm sistemi tat-teknoloġija informatika b’mod adegwat li jitrattaw mal-kumplessità, il-varjetà u t-tip ta’ servizzi u attivitajiet imwettqa sabiex jiġu żgurati standards għolja ta’ sigurtà u l-integrità u ż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

7.   Kontroparti ċentrali għandha tagħmel l-arranġamenti ta’ governanza tagħha, ir-regoli li jirregolaw il-kontroparti ċentrali, u l-kriterji tagħha ta’ ammissjoni għal sħubija tal-ikklerjar, disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

8.   Il-kontroparti ċentrali għandha tkun soġġetta għal verifiki frekwenti u indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki għandhom ikunu komunikati lill-bord u għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-awtorità kompetenti.

9.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara li tikkonsulta mal-membri tal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tar-regoli u l-arranġamenti ta’ governanza msemmija fil-paragrafi 1 sa 8.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 27

Diriġenza għolja u l-bord

1.   Id-diriġenza għolja ta’ kontroparti ċentrali għandu jkollha reputazzjoni tajba u għandu jkollha esperjenza biżżejjed sabiex tiżgura l-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali.

2.   Kontroparti ċentrali għandu jkollha bord. Mill-inqas terz, iżda mhux iżjed minn tnejn, tal-membri ta’ dak il-bord għandhom ikunu indipendenti. Ir-rappreżentanti tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-bord għal kwistjonijiet rilevanti għall-Artikoli 38 u 39. Il-kumpens tal-membri independenti u l-membri l-oħra mhux eżekuttivi tal-bord ma għandux ikun konness mal-prestazzjoni tan-negozju tal-kontroparti ċentrali.

Il-membri tal-bord ta’ kontroparti ċentrali, inklużi l-membri indipendenti tiegħu, għandu jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u għandu jkollhom ħila esperta adegwata fis-servizzi finanzjarji, l-immaniġjar tar-riskju u servizzi tal-ikklerjar.

3.   Kontroparti ċentrali għandha tiddetermina b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabilitajiet tal-bord u għandha tagħmel il-minuti tal-laqgħat tal-bord disponibbli għall-awtorità kompetenti u għall-awdituri.

Artikolu 28

Kumitat tar-riskju

1.   Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi kumitat tar-riskju, li għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-membri tal-ikklerjar tagħha, membri indipendenti tal-bord u rappreżentanti tal-klijenti tagħha. Il-kumitat tar-riskju jista’ jistieden lill-impjegati tal-kontroparti ċentrali u lil esperti indipendenti esterni biex jattendu laqgħat tal-kumitat tar-riskju f’kapaċità mingħajr id-dritt tal-vot. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li jattendu l-laqgħat tal-kumitat tar-riskju f’kapaċità mingħajr id-dritt tal-vot u li jkunu infurmati kif xieraq bl-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-kumitat tar-riskju. Il-parir tal-kumitat tar-riskju għandu jkun indipendenti minn kwalunkwe influwenza diretta mill-maniġment tal-kontroparti ċentrali. L-ebda mill-gruppi ta’ rappreżentanti m’għandu jkollhom maġġoranza fil-kumitat tar-riskju.

2.   Kontroparti ċentrali għandha b’mod ċar tiddetermina l-mandat, l-arranġamenti ta’ governanza sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tagħha, il-proċeduri operattivi, il-kriterji tal-ammissjoni u l-mekkaniżmu li bih jiġu eletti l-membri tal-kumitat tar-riskju. L-arranġamenti tal-governanza għandhom ikunu pubblikament disponibbli u għandhom, mill-inqas, jiddeterminaw li l-kumitat tar-riskju jkun ippresedut minn membru tal-bord indipendenti, jirrapporta direttament lill-bord u jżomm laqgħat regolari.

3.   Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti parir lill-bord dwar kwalunkwe arranġamenti li jistgħu jolqtu l-immaniġġjar tar-riskji tal-kontroparti ċentrali, bħal bidla sinifikanti fil-mudell tar-riskju tagħha, il-proċeduri f’każ ta’ inadempjenza, il-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ membri tal-ikklerjar, l-ikklerjar ta’ klassijiet ġodda ta’ strumenti, jew għall-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet. Il-parir tal-kumitat tar-riskju mhuwiex meħtieġ għall-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-kontroparti ċentrali. Għandhom isiru sforzi raġonevoli biex il-kumitat tar-riskju jiġi kkonsultat dwar żviluppi li jolqtu l-ġestjoni tar-riskju tal-kontroparti ċentrali f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzi.

4.   Mingħajr preġudizzjoni għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu informati kif dovut, il-membri tal-kumitat tar-riskju għandhom ikunu marbuta bil-kunfidenzjalità. Meta l-president tal-kumitat tar-riskju jiddetermina li membru effettivament jew potenzjalment għandu konflitt ta’ interess fuq kwistjoni partikolari, dak il-membru ma għandux jitħalla jivvota fuq dik il-kwistjoni.

5.   Kontroparti ċentrali għandha minnufih tinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe deċiżjoni li fiha l-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tar-riskju.

Artikolu 29

Żamma ta’ rekords

1.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm, għal perjodu ta’ mill-inqas għaxar snin, ir-rekords kollha dwar is-servizzi u l-attività pprovduti sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-konformità tal-kontroparti ċentrali ma’ dan ir-Regolament.

2.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm, għal perjodu ta’ mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni ta’ kuntratt, l-informazzjoni kollha dwar il-kuntratti kollha li tkun ipproċessat. Dik l-informazzjoni għandha mill-inqas tippermetti l-identifikazzjoni tat-termini oriġinali ta’ transazzjoni qabel l-ikklerjar minn dik il-kontroparti ċentrali.

3.   Kontroparti ċentrali għandha tagħmel ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet ta’ kuntratti kklerjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-transazzjonijiet, disponibbli meta mitluba lill-awtorità kompetenti, lill-AETS u lill-membri rilevanti tas-SEBĊ.

4.   Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jispecifikaw l-format tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta’ standards teknici implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 30

Azzjonisti u membri b’parteċipazzjoni kwalifikatorja

1.   L-awtorità kompetenti ma għandhiex tawtorizza kontroparti ċentrali sakemm ma tkunx ġiet infurmata bl-identitajiet tal-azzjonisti jew membri, kemm jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom parteċipazzjoni kwalifikatorja u bl-ammonti ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tawtorizza kontroparti ċentrali meta ma tkunx sodisfatta dwar l-adattezza tal-azzjonisti jew il-membri li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikatorji fil-kontroparti ċentrali, meta tikkunsidra l-bżonn li jiġi żgurat l-immaniġjar sod u prudenti ta’ kontroparti ċentrali.

3.   Meta jeżistu konnessjonijiet mill-qrib bejn il-kontroparti ċentrali u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta dawk il-konnessjonijiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti.

4.   Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jeżerċitaw influwenza li aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-immaniġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex ittemm din is-sitwazzjoni, liema azzjoni tista’ tinkludi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta l-awtorizzazzjoni meta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika jew iżjed minn persuna waħda li magħha/magħhom il-kontroparti ċentrali ikollha konnessjonijiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 31

Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Kontroparti ċentrali għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha bi kwalunkwe bidla fil-maniġment tagħha, u għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni meħtieġa kollha sabiex jiġi vvalutata l-konformità mal- Artikolu 27(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2).

Meta l-komportament ta’ membru tal-bord aktarx li jkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa, li jistgħu jinkludu it-tneħħija ta’ dak il-membru mill-bord.

2.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew dawk il-persuni li jaġixxu flimkien (“l-akkwirent propost”), li ħadu deċiżjoni li jiksbu, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali jew li jkomplu jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali li b’konsegwenza ta’ dan il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jeċċedi 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li l-kontroparti ċentrali ssir is-sussidjarja (“l-akkwiżizzjoni proposta”), għandhom l-ewwel jinnotifikaw bil-miktub lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali li fiha qed ifittxu li jiksbu jew iżidu parteċipazzjoni kwalifikatorja, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni intiża u l-informazzjoni rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 32(4).

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali (“il-bejjiegħ propost”) għandha l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwarha, u tindika d-daqs ta’ din il-parteċipazzjoni. Tali persuna għandha bl-istess mod tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni għat-tnaqqis ta’ parteċipazzjoni kwalifikatorja sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital jaqa’ taħt 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li l-kontroparti ċentrali ma tibqax tkun sussidjarja ta’ dik il-persuna.

L-awtorità kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-irċevuta tan-notifika msemmija f’dan il-paragrafu, u tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, tirrikonoxxi l-irċevuta tagħha bil-miktub lill-akkwirent propost jew lill-bejjiegħ.

L-awtorità kompetenti għandu jkollha massimu ta’ 60 jum tax-xogħol mid-data tar-rikonoxximent bil-miktub tal-irċevuta tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa li jridu jinhemżu man-notifika fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 32(4) (“il-perjodu ta’ valutazzjoni”), għat-twettiq tal-valutazzjoni pprovduta fl-Artikolu 32(1) (“il-valutazzjoni”).

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost jew lill-bejjiegħ bid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni fiż-żmien tar-rikonoxximent tal-irċevuta.

3.   L-awtorità kompetenti tista’, waqt il-perjodu ta’ valutazzjoni, fejn ikun meħtieġ, iżda mhux iżjed tard mill-50 jum tax-xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni, titlob kwalunkwe informazzjoni oħra li hi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jkun interrott għall-perjodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtorità kompetenti u l-irċevuta ta’ risposta għaliha mill-akkwirent propost. L-interruzzjoni ma għandhiex teċċedi 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talbiet oħra mill-awtorità kompetenti għat-tlestija jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma jistgħux jirriżultaw f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa 30 jum tax-xogħol meta l-akkwirent propost jew il-bejjiegħ ikun:

(a)

jinsab jew hu rregolat barra l-Unjoni;

(b)

persuna fiżika jew ġuridika mhux soġġetta għal superviżjoni skont dan ir-Regolament jew id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (30) jew id-Direttivi 2002/83/KE, 2003/41/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE, 2006/48/KE, 2009/65/KE jew 2011/61/UE.

5.   Meta l-awtorità kompetenti, mat-tlestija tal-valutazzjoni, tiddeċiedi li topponi l-akkwiżizzjoni proposta, għandha fi żmien jumejn tax-xogħol, u mingħajr ma taqbeż il-perjodu ta’ valutazzjoni, tinforma lill-akkwirent propost bil-miktub u tipprovdi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-kulleġġ msemmi fl- Artikolu 18 b’dan. Soġġett għad-dritt nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tagħmel tali divulgazzjoni fin-nuqqas ta’ talba mill-akkwirent propost.

6.   Meta l-awtorità kompetenti ma topponix l-akkwiżizzjoni proposta fiż-żmien tal-perjodu tal-valutazzjoni, din għandha titqies li ġiet approvata.

7.   L-awtorità kompetenti tista’ tistipula perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta u testendih safejn dan ikun xieraq.

8.   L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti għal notifika lil, u approvazzjoni minn, l-awtorità kompetenti ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ votazzjoni jew kapital li huma iżjed stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Valutazzjoni

1.   Fil-valutazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 31(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), l-awtorità kompetenti għandha, sabiex tiżgura l-immaniġġjar sod u prudenti tal-kontroparti ċentrali li fiha hu propost l-akkwist, u wara li tikkunsidra l-influwenza probabbli tal-akkwirent propost fuq il-kontroparti ċentrali, tevalwa l-adattezza tal-akkwirent propost u s-sodezza finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta skont dawn kollha li ġejjin:

(a)

ir-reputazzjoni u s-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost;

(b)

ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju tal-kontroparti ċentrali b’konsegwenza tal-akkwiżizzjoni proposta;

(c)

jekk il-kontroparti ċentrali hix se tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(d)

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE, jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta’ kondotta bħal din.

Fil-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja tal-akkwirent propost, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-tip ta’ negozju segwit u previst fil-kontroparti ċentrali li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni.

Meta tiġi vvalutata l-abilità tal-kontroparti ċentrali li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-grupp li minnha se ssir parti għandux struttura li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata superviżjoni effikaċi, li effettivament tiġi skambjata informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u li tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fost l-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwiżizzjoni proposta biss meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli għalxiex jagħmlu dan fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew meta l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompleta.

3.   L-Istati Membri ma għandhom la jimponu kwalunkwe kundizzjonijiet preċedenti fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjoni li għandu jinkiseb u lanqas ma jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta f’termini tal-bżonnijiet ekonomiċi tas-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli lista li tispeċifika l-informazzjoni li hi meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien tan-notifika msemmija fl-Artikolu 31(2). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonali u għandha tkun adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwiżizzjoni proposta. L-Istati Membri ma għandhomx jitolbu informazzjoni li mhix rilevanti għall-valutazzjoni prudenzjali.

5.   Minkejja l-Artikolu 31(2), (3) u (4), fejn żewġ proposti jew iżjed għall-kisba jew iż-żieda ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikatorji fl-istess kontroparti ċentrali jkunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta l-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.

6.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw mill-viċin ma’ xulxin għat-twettiq tal-valutazzjoni meta l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b)

l-impriża prinċipali ta’ kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(c)

persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla kontroparti ċentrali oħra, istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment, operatur tas-suq, operatur ta’ sistema tas-saldu tat-titoli, kumpanija maniġerjali UCITS jew AIFM awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li hi essenzjali għall-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin u għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha essenzjali b’inizjattiva tagħhom. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li awtorizzat il-kontroparti ċentrali li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni għandha tindika kwalunkwe fehmiet jew riservi espressi mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

Artikolu 33

Konflitti ta’ interess

1.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm u topera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex tidentifika u timmaniġja kwalunkwe konflitti ta’ interess potenzjali bejnha, inklużi l-maniġers, l-impjegati, jew kwalunkwe persuna b’kontroll dirett jew indirett jew konnessjonijiet mill-qrib, u l-membri tal-ikklerjar tagħhom jew il-klijenti tagħhom magħrufa lill-kontroparti ċentrali. Għandha żżomm u timplimenta proċeduri xierqa bl-għan li jsolvu konflitti ta’ interess possibbli.

2.   Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi ta’ kontroparti ċentrali biex jimmaniġjaw konflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi ta’ membru tal-ikklerjar jew klijent huma evitati, il-kontroparti ċentrali għandha tiżvela b’mod ċar in-natura ġenerali jew sorsi ta’ konflitti ta’ interess lill-membru tal-ikklerjar qabel ma jiġu aċċettati transazzjonijiet ġodda minn dak il-membru tal-ikklerjar. Meta l-klijent ikun magħruf lill-kontroparti ċentrali, il-kontroparti ċentrali għandha tinforma lill-klijent u lill-membru tal-ikklerjar li l-klijent tagħha jkun ikkonċernat.

3.   Meta l-kontroparti ċentrali tkun impriża prinċipali jew sussidjarja, l-arranġamenti bil-miktub għandhom jikkunsidraw ukoll kwalunkwe ċirkostanzi, li tagħhom il-kontroparti ċentrali hi jew għandha tkun konxja, li jistgħu jagħtu lok għal konflitt ta’ interess li joħroġ b’konsegwenza tal-istruttura u l-attivitajiet tan-negozju ta’ impriżi oħra li magħhom għandha relazzjoni ta’ impriża prinċipali jew sussidjarja.

4.   L-arranġamenti bil-miktub stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

iċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jagħtu lok għal konflitt ta’ interess li jwassal għal riskju materjali ta’ ħsara għall-interessi ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew iżjed jew għall-klijenti;

(b)

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiġi ġestit tali konflitt.

5.   Kontroparti ċentrali għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha u għandha tipprevjeni l-użu ta’ dik l-informazzjoni għal attivitajiet tan-negozju oħra. Persuna fiżika li għandha konnessjoni mill-viċin ma’ kontroparti ċentrali jew persuna ġuridika li għandha impriża prinċipali jew relazzjoni sussidjarja ma’ kontroparti ċentrali m’għandhiex tuża l-informazzjoni konfidenzjali rreġistrata f’kontroparti ċentrali għal użu kummerċjali mingħajr il-kunsens bil-miktub mogħti minn qabel mill-klijent li tali informazzjoni kunfidenzjali tkun tappartjeni lilu.

Artikolu 34

Kontinwità tan-negozju

1.   Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika ta’ kontinwità tan-negozju xierqa u pjan ta’ rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u l-qadi tal-obbligi tal-kontroparti ċentrali. Tali pjan għandu mill-inqas jippermetti l-irkupru tat-transazzjonijiet kollha fiż-żmien tat-taqlib sabiex jippermetti lill-kontroparti ċentrali tkompli topera b’ċertezza u tlesti s-saldu komplut fid-data skedata.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura adegwata li tiżgura s-saldu f’waqtu u ordinat jew it-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u tal-membri tal-ikklerjar fil-każ li tkun irtirata l-awtorizzazzjoni b’konsegwenza ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 20.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara li tikkonsulta l-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu u r-rekwiżiti tal-politika ta’ kontinwità tal-operat u tal-pjan ta’ rkupru minn diżastru.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 35

Esternalizzazzjoni

1.   Meta kontroparti ċentrali testernalizza funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet, għandha tibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi kollha tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tiżgura f’kull ħin li:

(a)

l-esternalizzazzjoni ma tirriżultax fid-delega tar-responsabilità;

(b)

ir-relazzjoni u l-obbligi tal-kontroparti ċentrali lejn il-membri tal-ikklerjar tagħha jew meta rilevanti lejn il-klijenti tagħhom ma jinbidlux;

(c)

il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali effettivament ma jitbiddlux;

(d)

l-esternalizzazzjoni ma timpedix l-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ta’ superviżjoni u ta’ sorveljanza, inkluż l-aċċess fil-post biex tinkiseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk il-mandati;

(e)

l-esternalizzazzjoni ma twassalx sabiex il-kontroparti ċentrali tiċċaħħad mis-sistemi u kontrolli neċessarji għall-immaniġġjar tar-riskji li tiffaċċja;

(f)

il-fornitur tas-servizz jimplimenta rekwiżiti ekwivalenti tal-kontinwità tan-negozju għal dawk li għandhom jiġu ssodisfati minn kontroparti ċentrali skont dan ir-Regolament;

(g)

il-kontroparti ċentrali iżżomm il-kompetenza u r-riżorsi meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tas-servizzi pprovduti u l-adegwatezza organizzattiva u kapitali tal-fornitur tas-servizz u biex tissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b’mod effikaċi u timmaniġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u tissorvelja dawn il-funzjonijiet u timmaniġja dawk ir-riskji fuq bażi kontinwa;

(h)

il-kontroparti ċentrali jkollha aċċess dirett għall-informazzjoni rilevanti tal-funzjonijiet esternalizzati;

(i)

il-fornitur tas-servizzi jikkoopera mal-awtorità kompetenti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati;

(j)

il-fornitur tas-servizzi jipproteġi kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-kontroparti ċentrali u l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħha jew, meta dak il-fornitur tas-servizzi jkun stabbilit f’pajjiżi terz, jiżgura li l-istandards tal-protezzjoni tad-data ta’ dak il-pajjiż terz, jew dawk stabbiliti fil-ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati, ikunu kumparabbli mal-istandards tal-protezzjoni tad-data fis-seħħ fl-Unjoni.

Kontroparti ċentrali m’għandhiex testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju ħlief jekk tali esternalizzazzjoni tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi li l-kontroparti ċentrali talloka u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha, u dawk tal-fornitur tas-servizzi, b’mod ċar fi ftehim bil-miktub.

3.   Kontroparti ċentrali għandha, fuq talba, tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti li l-awtorità kompetenti tivvaluta l-konformità tat-twettiq tal-attivitajiet esternalizzati ma’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU 2

Regoli tal-Kondotta tan-Negozju

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Meta tipprovdi servizzi lill-membri tal-ikklerjar tagħha, u fejn rilevanti, lill-klijenti tagħhom, kontroparti ċentrali għandha taġixxi b’mod ġust u professjonali skont l-aħjar interessi ta’ tali membri tal-ikklerjar u klijenti u l-immaniġġjar tajjeb tar-riskji.

2.   Kontroparti ċentrali għandu jkollha regoli aċċessibbli, trasparenti u ġusti biex tittratta l-ilmenti fil-pront.

Artikolu 37

Rekwiżiti tal-parteċipazzjoni

1.   Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi, meta rilevanti skont it-tip ta’ prodott ikklerjat, il-kategoriji ta’ membri ammissibbli tal-ikklerjar u l-kriterji ta’ ammissjoni, fuq il-parir tal-kumitat tar-riskju skont l-Artikolu 28(3). Dawn il-kriterji għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust u miftuħ għal-kontroparti ċentrali u għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar ikollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u kapaċità operattiva biex jilħqu l-obbligi riżultanti mill-parteċipazzjoni f’kontroparti ċentrali. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss safejn l-għan tagħhom ikun il-kontroll tar-riskju għall-kontroparti ċentrali.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tiżgura li l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq fuq bażi kontinwa u għandu jkollha aċċess fil-ħin għall-informazzjoni rilevanti għal din il-valutazzjoni. Kontroparti ċentrali għandha twettaq, għall-inqas darba fis-sena, rieżami komprensiv tal-konformità ma’ dan l-Artikolu mill-membri tal-ikklerjar tagħha.

3.   Membri tal-ikklerjar li jikklerjaw transazzjonijiet f’isem il-klijenti tagħhom għandu jkollhom ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali meħtieġa u kapaċità operattiva għat-twettiq ta’ din l-attività. Ir-regoli tal-kontroparti ċentrali għall-membri tal-ikklerjar għandhom jippermettulha tiġbor l-informazzjoni bażika rilevanti ħalli tidentifika, timmonitorja u timmaniġġja l-konċentrazzjonijiet rilevanti ta’ riskju marbut mal-forniment ta’ servizzi lill-kjlienti. Il-membri tal-ikklerjar għandhom, meta mitluba, jinformaw lil-kontroparti ċentrali dwar il-kriterji u l-arranġamenti li jadottaw biex jippermettu li l-klijenti tagħhom jaċċessaw is-servizzi tal-kontroparti ċentrali. Ir-responsabilità biex jiġi żgurat li l-klijenti jikkonformaw mal-obbligi tagħhom għandha tibqa’ f’idejn il-membri tal-ikklerjar.

4.   Kontroparti ċentrali għandu jkollha proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat ta’ membri tal-ikklerjar li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

5.   Kontroparti ċentrali tista’ tirrifjuta biss l-aċċess għal membri tal-ikklerjar li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun ġustifikat kif dovut bil-miktub u bbażat fuq analiżi tar-riskju komprensiva.

6.   Kontroparti ċentrali tista’ timponi obbligi addizzjonali speċifiċi fuq il-membri tal-ikklerjar, bħall-parteċipazzjoni f’irkanti tal-pożizzjoni ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dawn l-obbligi addizzjonali għandhom ikunu proporzjonali għar-riskju li jkollu membru tal-ikklerjar u ma għandhomx jirrestrinġu l-parteċipazzjoni għal ċertu kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar.

Artikolu 38

Trasparenza

1.   Kontroparti ċentrali u l-membri tal-ikklerjar tagħha għandhom pubblikament jiddivulgaw il-prezzijiet u t-drittijiet assoċjati mas-servizzi pprovduti. Huma għandhom jiddivulgaw il-prezzijiet u t-drittijiet ta’ kull servizz pprovdut separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis. Kontroparti ċentrali għandha tippermetti l-membri tal-ikklerjar tagħha u, fejn rilevanti, il-klijenti tagħhom, aċċess separat għas-servizzi speċifiċi pprovduti.

Kontroparti ċentrali għandha tagħti rendikont separat tal-ispejjeż u d-dħul tas-servizzi pprovduti u għandha tiżvela dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tiżvela lill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti r-riskji assoċjati mas-servizzi pprovduti.

3.   Kontroparti ċentrali għandha tiżvela lill-membri tagħha tal-ikklerjar u lill-awtorità kompetenti tagħha l-informazzjoni dwar il-prezz użata għall-kalkolu tal-iskoperturi tagħha fi tmiem il-jum lill-membri tal-ikklerjar tagħha.

Kontroparti ċentrali għandha tiżvela pubblikament il-volumi tat-transazzjonijiet ikklerjati għal kull klassi ta’ strumenti kklerjata mil-kontroparti ċentrali fuq bażi aggregata.

4.   Kontroparti ċentrali għandha tiżvela pubblikament ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi marbutin mal-protokolli tal-komunikazzjoni li jkopru l-format tal-kontenut u tal-messaġġ li tuża fl-interazzjoni ma’ terzi, inklużi ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi msemmija fl-Artikolu 7.

5.   Kontroparti ċentrali għandha tiżvela pubblikament kull ksur mill-membri tal-ikklerjar tal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 37(1) u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħlief fejn l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-AETS, tikkunsidra li żvelar ta’ dan it-tip ikun jikkostitwixxi theddida għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja tas-suq jew jipperikola serjament is-swieq finanzjarji jew jikkawża danni sproporzjonati lill-partijiet involuti.

Artikolu 39

Segregazzjoni u portabilità

1.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulha, fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien, li tiddistingwi fil-kontijiet mal-kontroparti ċentrali l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ membru tal-ikklerjar wieħed mill-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ kwalunkwe membru tal-ikklerjar ieħor mill-assi tagħha stess.

2.   Kontroparti ċentrali għandha toffri li żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi f’kontijiet mal-kontroparti ċentrali, l-assi u l-pożizzjonijiet ta’ dak il-membru tal-ikklerjar minn dawk miżmumin għall-kontijiet tal-klijenti tagħha (“segregazzjoni tal-klijenti omnibus”).

3.   Kontroparti ċentrali għandha toffri li żżomm rekords u kontijiet separati li jippermettu lil kull membru tal-ikklerjar jiddistingwi fil-kontijiet mal-kontroparti ċentrali l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont ta’ klijent minn dawk miżmumin għall-kont ta’ klijenti oħrajn (“segregazzjoni tal-klijenti individwali”). Fuq talba, il-kontroparti ċentrali għandha toffri lill-membri tal-ikklerjar il-possibilità li jiftħu iktar kontijiet f’isimhom jew għall-kont tal-klijenti tagħhom.

4.   Membru tal-ikklerjar għandu jżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulu jiddistingwi, sew fil-kontijiet miżmuma mal-kontroparti ċentrali, kif ukoll fil-kontijiet tiegħu stess, bejn l-assi u l-pożizzjonijiet tiegħu u l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tal-klijenti tiegħu fil-kontroparti ċentrali.

5.   Membru tal-ikklerjar għandu joffri lill-klijenti tiegħu, tal-inqas, l-għażla bejn “segregazzjoni tal-klijenti omnibus” u “segregazzjoni tal-klijenti individwali”, u jinfurmahom bl-ispejjeż u l-livell ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafu 7 assoċjati ma’ kull għażla. Il-klijent għandu jikkonferma l-għażla tiegħu bil-miktub.

6.   Meta klijent jagħżel segregazzjoni tal-klijenti individwali, kwalunkwe marġini li jeċċedi r-rekwiżit tal-klijent għandu jintbagħat ukoll fil-kontroparti ċentrali u jkun distint minn marġnijiet ta’ klijenti jew membri tal-ikklerjar oħra u m’għandux ikun espost għal telf konness ma’ pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ieħor.

7.   Il-kontropartijiet ċentrali u l-membri tal-ikklerjar għandhom pubblikament jiddivulgaw il-livelli tal-protezzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-livelli differenti ta’ segregazzjoni li jipprovdu, u għandhom joffru dawn is-servizzi b’kundizzjonijiet kummerċjali raġonevoli. Id-dettalji tal-livelli differenti ta’ segregazzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet ewlenin fil-liġi tal-livelli rispettivi ta’ segregazzjoni offruti, inkluż tagħrif dwar il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti.

8.   Kontroparti ċentrali għandu jkollha dritt għall-użu tal-marġini jew tal-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza miġburin permezz ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ titoli, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju (31), sakemm l-użu ta’ tali arranġamenti jkun previst mir-regoli operattivi tiegħu. Il-membru tal-iklerjar għandu jikkonferma bil-miktub l-aċċettazzjoni tar-regoli operattivi min-naħa tiegħu. Il-kontroparti ċentrali għandha pubblikament tiżvela dak id-dritt għall-użu, li għandu jkun eżerċitat skont l-Artikolu 47.

9.   Ir-rekwiżit li ssir distinzjoni bejn l-assi u l-pożizzjonijiet mal-kontroparti ċentrali fil-kontijiet huwa ssodisfat fejn:

(a)

l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati f’kontijiet separati;

(b)

l-allokazzjoni ta’ pożizzjonijiet irreġistrati f’kontijiet differenti hija mwaqqfa milli sseħħ;

(c)

l-assi li jkopru l-pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ma jkunux esposti għal telf marbut mal-pożizzjonijiet irreġistrati f’kont ieħor.

10.   L-assi jirreferu għal kollateral miżmum biex ikopri l-pożizzjonijiet u jinkludu d-dritt għal trasferiment tal-assi ekwivalenti għal dak il-kollateral jew il-qligħ li jiġi minn kwalunkwe kollateral, iżda ma jinkludux kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza.

KAPITOLU 3

Rekwiżiti prudenzjali

Artikolu 40

Immaniġjar tal-iskoperturi

Kontroparti ċentrali għandha tkejjel u tivvaluta l-likwidità tagħha u l-iskoperturi tal-kreditu tagħha għal kull membru tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, għal kontroparti ċentrali oħra li magħha tkun ikkonkludiet arranġament interoperabbli, fuq bażi ta’ kważi ħin reali. Kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess fil-ħin u fuq bażi mhux diskriminatorja għas-sorsi tal-ipprezzar rilevanti sabiex tkun tista’ tkejjel l-iskoperturi tagħha b’mod effettiv. Dan għandu jsir fuq bażi raġonevoli ta’ kost.

Artikolu 41

Rekwiżiti tal-marġini

1.   Kontroparti ċentrali għandha timponi, tixtri u tiġbor marġini sabiex tillimita l-iskopertura tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklerjar tagħha, u fejn rilevanti, minn kontropartijiet ċentrali li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabilità. Dawn il-marġini għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru l-iskoperturi potenzjali li l-kontroparti ċentrali tistma li ser iseħħu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti. Huma għandhom ukoll ikunu biżżejjed biex ikopru t-telfiet li jirriżultaw minn tal-inqas 99 % tal-movimenti fl-iskoperturi fuq firxa taż-żmien xierqa u għandhom jiżguraw li kontroparti ċentrali tikkollateralizza b’mod sħiħ l-iskoperturi tagħha mal-membri tal-ikklerjar kollha tagħha, u fejn rilevanti mal-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabilità, mill-inqas fuq bażi ta’ kuljum. Kontroparti ċentrali għandha timmonitorja regolarment u, jekk ikun meħtieġ, tirrivedi l-livell tal-marġni tagħha biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq filwaqt li tqis kwalunkwe effetti potenzjalment proċikliċi ta’ tali reviżjonijiet.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tadotta mudelli u parametri fid-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġini tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti klerjati u li jikkunsidraw l-intervall bejn il-ġbir tal-marġini, il-likwidità tas-suq u l-possibilità ta’ bidliet tul id-durata tat-transazzjoni. Il-mudelli u l-parametri għandhom ikunu vvalidati mill-awtorità kompetenti u soġġetti għal opinjoni f’konformità mal-Artikolu 19.

3.   Kontroparti ċentrali għandha ssejjaħ u tiġbor il-marġini fuq bażi ta’ kuljum, tal-inqas meta jinqabżu l-livelli limitu predefiniti.

4.   Kontroparti ċentrali għandha ssejjaħ u tiġbor il-marġini li jkunu adegwati sabiex ikopru r-riskju li jkun ġej mill-pożizzjonijiet reġistrati f’kull kont miżmum f’konformità mal-Artikolu 39 fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi. Kontroparti ċentrali tista’ tikkalkula l-marġni fir-rigward ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji sakemm il-metodoloġija li tintuża tkun prudenti u soda.

5.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta l-ABE u s-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-perċentwal adatt u l-firxiet taż-żmien għall-perjodu tal-likwidazzjoni u l-kalkolu tal-volatilità storika, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji, filwaqt li jitqies l-objettiv tal-limitazzjoni tal-proċikliċità, u l-kundizzjonijiet li bihom il-prattika ta’ stabbiliment tal-marġni tal-portafolli msemmija fil-paragrafu 4 tkun tista’ tiġi mplimentata.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 42

Fond tal-inadempjenza

1.   Biex tillimita aktar l-espożizzjoni tagħha tal-kreditu għall-membri tal-ikklerjar, kontroparti ċentrali għandha żżomm fond ta’ inadempjenza ffinanzjat minn qabel biex ikopri telf li jeċċedi t-telf li għandu jkun kopert b’rekwiżiti ta’ marġini stipulati fl-Artikolu 41, riżultanti mill-inadempjenza, inkluż il-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza ta’ membru tal-ikklerjar wieħed jew iżjed.

Il-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi ammont minimu li d-daqs tal-fond tal-inadempjenza m’għandu fl-ebda ċirkostanzi jinżel taħtu.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi d-daqs minimu tal-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u l-kriterji għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar singoli. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali għall-iskoperturi ta’ kull membru tal-ikklerjar.

3.   Il-fond tal-inadempjenza għandu għall-inqas jippermetti lill-kontroparti ċentrali tirreżisti, taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli, l-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar li għalih għandha l-akbar skoperturi, jew tat-tieni jew it-tielet l-akbar membri tal-ikklerjar, jekk is-somma tal-iskoperturi tagħhom tkun akbar. Kontroparti ċentrali għandha tiżviluppa xenarji ta’ kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli. Ix-xenarji għandhom jinkludi l-aktar perjodi volatili li jkunu ġew esperjenzati mis-swieq li l-kontroparti ċentrali tkun tathom is-servizzi tagħha u firxa ta’ xenarji futuri potenzjali. Għandhom iqisu l-bejgħ għall-għarrieda ta’ riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-likwidità tas-suq.

4.   Kontroparti ċentrali tista’ tistabilixxi aktar minn fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji differenti li tikklerja.

5.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u wara li tikkonsulta l-ABE, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli msemmija fil-paragrafu 3, li għandhom jintużaw meta jiġi definit id-daqs tal-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 43.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 43

Riżorsi finanzjarji oħrajn

1.   Kontroparti ċentrali għandha żżomm biżżejjed riżorsi finanzjarji ffinanzjati minn qabel biex tkopri t-telf potenzjali li jeċċedi t-telf li għandu jiġi kopert mir-rekwiżiti tal-marġini stipulati fl-Artikolu 41 u l-fond tal-inadempjenza kif imsemmi fl-Artikolu 42. Tali riżorsi finanzjarji ffinanzjati minn qabel għandhom jinkludu riżorsi dedikati tal-kontroparti ċentrali, għandhom ikunu liberament disponibbli għal-kontroparti ċentrali u m’għandhomx jintużaw biex jintlaħaq il-kapital meħtieġ skont l-Artikolu 16.

2.   Il-fond tal-inadempjenza msemmi fl-Artikolu 42 u r-riżorsi finanzjarji l-oħrajn imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom f’kull ħin jippermettu lill-kontroparti ċentrali tirreżisti l-inadempjenza ta’ mill-inqas iż-żewġ membri tal-ikklerjar li għalihom għandha l-akbar skoperturi taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawsibbli.

3.   Kontroparti ċentrali tista’ titlob lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti biex jipprovdu fondi addizzjonali f’każ ta’ inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ieħor. Il-membri tal-ikklerjar ta’ kontroparti ċentrali għandu jkollhom skoperturi limitati lejn il-kontroparti ċentrali.

Artikolu 44

Kontrolli tar-riskju tal-likwidità

1.   F’kull ħin il-kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess għal likwidità adegwata biex twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Għal dak l-għan, hija għandha tikseb il-linji tal-kreditu meħtieġa jew arranġamenti simili sabiex tkopri l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha f’każ li r-riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħha ma jkunux disponibbli minnufih. Membru tal-ikklerjar, impriża prinċipali jew kumpanija sussidjarja ta’ dak il-membru tal-ikklerjar flimkien ma għandhomx jipprovdu iżjed minn 25 % tal-linji tal-kreditu meħtieġa mi.

Il-kontroparti ċentrali għandha, ta’ kuljum, tkejjel il-bżonnijiet potenzjali ta’ likwidità tagħha. Hija għandha tqis ir-riskju tal-likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta’ mill-inqas iż-żewġ membri tal-ikklerjar li għalihom għandha l-akbar skoperturi.

2.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet rilevanti u mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-immaniġġjar tar-riskju tal-likwidità li l-kontropartijiet ċentrali għandhom jirreżistu skont il-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 45

Kaskata tal-inadempjenza

1.   Kontroparti ċentrali għandha tuża l-marġini li jiddaħħlu minn membru tal-ikklerjar inadempjenti qabel riżorsi finanzjarji oħra biex jiġi kopert it-telf.

2.   Meta l-marġini li jiddaħħlu mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-telf imġarrab mill-kontroparti ċentrali, il-kontroparti ċentrali għandha tuża l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tal-membru inadempjenti biex tkopri dan it-telf.

3.   Kontroparti ċentrali għandha tuża l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar li mhumiex inadempjenti u kwalunkwe riżorsi finanzjarji oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 43(1) biss wara li tkun eżawriet il-kontribuzzjonijiet għall-membru tal-ikklerjar inadempjenti.

4.   Kontroparti ċentrali għandha tuża riżorsi proprji ddedikati qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza ta’ membri tal-ikklerjar li mhumiex inadempjenti. Kontroparti ċentrali ma għandhiex tuża l-marġini li ddaħħlu minn membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti biex tkopri t-telf riżultanti mill-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ieħor.

5.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont ta’ riżorsi proprji tal-kontroparti ċentrali li għandha tintuża skont il-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 46

Rekwiżiti tal-kollateral

1.   Kontroparti ċentrali għandha taċċetta kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha. Għall-kontropartijiet mhux finanzjarji, kontroparti ċentrali tista’ taċċetta garanziji bankarji, u tieħu kont ta’ tali garanziji waqt li tikkalkola l-iskopertura tagħha għal bank li hu membru tal-ikklerjar. Hija għandha tapplika tnaqqisiet imposti (haircuts) xierqa għal valuri tal-assi li jirriflettu l-potenzjal għall-valur tagħhom li jonqos fl-intervall bejn l-aħħar rivalutazzjoni tagħhom u ż-żmien li sa fih jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li ġew likwidati. Għandha tikkunsidra r-riskju tal-likwidità wara l-inadempjenza ta’ parteċipant fis-suq u r-riskju tal-konċentrazzjoni fuq ċertu assi li jista’ jirriżulta fit-twaqqif tal-kollateral aċċettabbli u t-tnaqqisiet imposti rilevanti.

2.   Kontroparti ċentrali tista’ taċċetta, meta dan ikun xieraq u prudenti biżżejjed, dak li fuqu hu bbażat il-kuntratt tad-derivati jew l-istrument finanzjarju li joriġina mill-iskopertura tal-kontroparti ċentrali bħala kollateral sabiex tkopri r-rekwiżiti tal-marġini tagħha.

3.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE, mal-BERS u mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

it-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna, bħall-flus kontanti, id-deheb, il-bonds tal-gvern u oħrajn korporattivi ta’ kwalità għolja u bonds koperti,

(b)

t-tnaqqis impost imsemmi fil-paragrafu 1, u

(c)

il-kundizzjonijiet li skonthom garanziji tal-banek kummerċjali jistgħu jiġu aċċettati bħala kollateral taħt il-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 47

Politika tal-investiment

1.   Kontroparti ċentrali għandha tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha biss fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna biss b’riskju minimu tas-suq u ta’ kreditu. L-investimenti ta’ kontroparti ċentrali għandhom ikunu kapaċi li jkunu likwidati b’mod rapidu b’effett avvers minimu fuq il-prezz.

2.   L-ammont ta’ kapital, inkluż il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ kontroparti ċentrali li ma jkunux investiti skont il-paragrafu 1, m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 16(2) jew l-Artikolu 45(4).

3.   L-istrumenti finanzjarji skjerati bħala marġini jew bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza għandhom, fejn disponibbli, ikunu depożitati ma’ operaturi ta’ sistemi ta’ saldu ta’ titoli li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji. Jew inkella jistgħu jintużaw arranġamenti oħra sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati.

4.   Id-depożiti ta’ flus kontanti ta’ kontroparti ċentrali għandhom jitwettqu permezz ta’ arranġamenti sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew inkella permezz tal-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ depożiti tal-banek ċentrali jew mezzi kumparabbli oħrajn provduti mill-banek ċentrali.

5.   Fejn kontroparti ċentrali tiddepożita assi ma’ terz, hija għandha tiżgura li l-assi li jappartjenu lill-membri tal-ikklerjar ikunu identifikabbli b’mod separat mill-assi li jappartjenu lill-kontroparti ċentrali u mill-assi li jappartjenu lil dak it-terz permezz ta’ kontijiet b’titoli differenti fil-kotba tat-terz jew kwalunkwe miżuri ekwivalenti oħrajn li jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni. Kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess minnufih għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ.

6.   Kontroparti ċentrali m’għandhiex tinvesti l-kapital tagħha jew is-somom riżultanti mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 41, 42, 43 jew 44 fit-titoli tagħha stess jew dawk tal-impriża prinċipali jew is-sussidjarja tagħha.

7.   Kontroparti ċentrali għandha tikkunsidra l-iskoperturi tar-riskju tal-kreditu globali tagħha għal individwi b’obbligazzjoni meta tagħmel id-deċiżjonijiet tal-investiment tagħha u għandha tiżgura li l-iskoperturi tar-riskju globali tagħha għal kwalunkwe indiviwdu b’obbligazzjoni tibqa’ skont limiti ta’ konċentrazzjoni aċċettabbli.

8.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE u mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kkunsidrati likwidi ħafna, bi kreditu u riskju tas-suq minimu kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-arranġamenti b’sigurtà għolja msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni msemmijin fil-paragrafu 7.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 48

Proċeduri ta’ inadempjenza

1.   Kontroparti ċentrali għandu jkollha fis-seħħ proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti meta membru tal-ikklerjar ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni tal-kontroparti ċentrali stabbiliti fl-Artikolu 37 fil-limitu taż-żmien u skont il-proċeduri stabbiliti mil-kontroparti ċentrali. Il-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ li l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ma tkunx iddikjarata mill-kontroparti ċentrali. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu rieżaminati annwalment.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tieħu azzjoni minnufih biex iżżomm telf u pressjonijiet ta’ likwidità li jirriżultaw minn inadempjenzi u għandha tiżgura li l-għeluq totali ta’ kwalunkwe pożizzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar ma jfixkilx l-operazzjonijiet tagħha jew jesponi l-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għal telf li ma jistax jiġi antiċipat jew ikkontrollat.

3.   Fejn kontroparti ċentrali tqis li l-membru tal-ikklerjar mhux se jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi futuri tiegħu, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi ddikjarata jew skattata l-proċedura ta’ inadempjenza. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tikkomunika din l-informazzjoni lill-AETS, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ u lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.

4.   Kontroparti ċentrali għandha tivverifika li l-proċeduri tal-inadempjenza tagħha huma infurzabbli. Għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li jkollha s-setgħat legali biex tillikwida l-pożizzjonijiet proprjetarji tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u biex tittrasferixxi jew tillikwida l-pożizzjonijiet tal-klijent tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.

5.   Fejn l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati fir-rekords u l-kontijiet ta’ kontroparti ċentrali bħala miżmumin għall-kont ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti skont l-Artikolu 39(2), il-kontroparti ċentrali għandha, tal-inqas, tikkommetti lilha nfisha kuntrattwalment li tiskatta l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kontijiet tal-klijenti tagħha lil membru tal-ikklerjar ieħor magħżul minn dawk il-klijenti kollha, fuq talba tagħhom u mingħajr il-kunsens tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat li jaċċetta dawn l-assi u l-pożizzjonijiet fil-każ biss fejn qabel ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali mal-klijent, li biha jkun ikkommetta lilu nnifsu li jagħmel hekk. Jekk it-trasferiment għal dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ma jkunx sar għal kwalunkwe raġuni f’perjodu ta’ trasferiment predefinit speċifikat fir-regoli operattivi tagħha, il-kontroparti ċentrali tista’ tieħu l-passi kollha permessi mir-regoli tagħha biex tamministra attivament ir-riskji tagħha fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet, inkluża l-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijenti tiegħu.

6.   Fejn l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati fir-rekords u l-kontijiet ta’ kontroparti ċentrali bħala miżmumin għall-kont ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti skont l-Artikolu 39(3), il-kontroparti ċentrali għandha, tal-anqas, tikkommetti lilha nfisha kuntrattwalment li tiskatta l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijent lil membru tal-ikklerjar ieħor magħżul mill-klijent, fuq talba tal-klijent u mingħajr il-kunsens tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat li jaċċetta dawn l-assi u l-pożizzjonijiet fil-każ biss fejn qabel ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali mal-klijent, li biha jkun ikkommetta lilu nnifsu li jagħmel hekk. Jekk it-trasferiment għal dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ma jkunx sar għal kwalunkwe raġuni f’perjodu ta’ trasferiment predefinit speċifikat fir-regoli operattivi tagħha, il-kontroparti ċentrali tista’ tieħu l-passi kollha permessi mir-regoli tagħha biex tamministra attivament ir-riskji tagħha fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet, inkluża l-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijent.

7.   Il-kollateral tal-klijenti li jkun distint skont l-Artikolu 39(2) u (3) għandu jintuża esklużivament biex ikopri il-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont tagħhom. Kwalunkwe bilanċ dovut mill-kontroparti ċentrali wara l-ikkompletar tal-proċess ta’ mmaniġġjar tal-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar mill-kontroparti ċentrali għandu jingħata lura fil-pront lil dawk il-klijenti meta jkunu magħrufa lill-kontroparti ċentrali jew, jekk ma jkunux, lill-membru tal-ikklerjar għall-kont tal-klijenti tagħha.

Artikolu 49

Rieżami ta’ mudelli, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv

1.   Kontroparti ċentrali għandha regolarment teżamina l-mudelli u l-parametri adottati biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini tagħha, il-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenti, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju. Għandha tissoġġetta l-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti biex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f’kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli u għandha twettaq ittestjar retrospettiv biex tivvaluta l-affidabilità tal-metodoloġija adottata. Il-kontroparti ċentrali għandha tikseb validazzjoni indipendenti u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa u għandha tikseb il-validazzjoni tagħhom qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikattiva fil-mudelli u l-parametri.

Il-mudelli u l-parametri adottati, inkluża kwalunkwe bidla sinifikanti għalihom, għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni tal-kulleġġ skont l-Artikolu 19.

L-AETS għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tiġi mgħoddija lill-ESAs sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-esponiment tal-impriżi finanzjarji għall-inadempjenza tal-kontropartijiet ċentrali.

2.   Kontroparti ċentrali għandha regolarment tittestja l-aspetti ewlenin tal-proċeduri tal-inadempjenza tagħha u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li l-membri tal-ikklerjar kollha jifhmuhom u jkollhom arranġamenti xierqa fis-seħħ sabiex jirrispondu għal avveniment ta’ inadempjenza.

3.   Kontroparti ċentrali għandha pubblikament tiżvela l-informazzjoni ewlenija fuq il-mudell tal-immaniġġjar tar-riskji tagħha u l-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra u l-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

it-tip ta’ testijiet li għandhom jitwettqu għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji u portafolji;

(b)

l-involviment tal-membri tal-ikklerjar jew partijiet oħra fit-testijiet;

(c)

il-frekwenza tat-testijiet;

(d)

il-firxa taż-żmien tat-testijiet;

(e)

l-informazzjoni prinċipali msemmija fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 50

Saldu

1.   Kontroparti ċentrali għandha, meta prattikabbli u disponibbli, tuża flus tal-bank ċentrali biex issalda t-transazzjonijiet tagħha. Meta l-flus tal-bank ċentrali ma jintużawx, għandhom jittieħdu passi biex b’mod strett jiġu llimitati r-riskji tal-ħlas bi flus kontanti.

2.   Kontroparti ċentrali għandha tiddikjara b’mod ċar l-obbligi tagħha fir-rigward tal-kunsenji ta’ strumenti finanzjarji, inklużi jekk ikollhiex obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenja ta’ strument finanzjarju jew li tindennizza l-parteċipanti għal telf imġarrab fil-proċess tal-kunsenja.

3.   Meta Kontroparti ċentrali jkollha obbligu li tagħmel jew tirċievi kunsenji ta’ strumenti finanzjarji, għandha telimina r-riskju prinċipali permezz tal-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kunsenja kontra ħlas sal-limitu possibbli.

TITOLU V

ARRANĠAMENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ

Artikolu 51

Arranġamenti tal-Interoperabilità

1.   Kontroparti ċentrali tista’ tidħol f’arranġament tal-interoperabbiltà ma’ kontroparti ċentrali oħra meta jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 52, 53 u 54.

2.   Meta jiġi stabbilit arranġament tal-interoperabbiltà ma’ kontroparti ċentrali oħra għall-iskop tal-provvista tas-servizzi għal post partikolari tal-kummerċ, il-kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess mhux diskriminatorju, kemm għad-data li tkun teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha minn dak il-post partikolari tal-kummerċ, sal-punt li l-kontroparti ċentrali tikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mill-post tan-negozju u għas-sistema tas-saldu rilevanti.

3.   Id-dħul f’arranġament tal-interoperabbiltà jew l-aċċess għal għotja ta’ data jew sistema tas-saldu msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rifjutati jew ristretti, direttament jew indirettament, biss biex jiġi kkontrollat kwalunkwe riskju li joriġina minn dak l-arranġament jew l-aċċess.

Artikolu 52

Immaniġġjar tar-riskju

1.   Kontropartijiet ċentrali li jidħlu f’arranġament tal-interoperabbiltà għandhom:

(a)

ikollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u sistemi xierqa sabiex b’mod effettiv jidentifikaw, jimmonitorjaw u jimmaniġġjaw ir-riskji li joħorġu mill-arranġament sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-obbligi tagħhom fil-ħin;

(b)

jaqblu fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, inkluż il-liġi applikabbli li tirregola r-relazzjonijiet tagħhom;

(c)

jidentifikaw, jimmonitorjaw u b’mod effettiv jimmaniġġjaw riskji ta’ kreditu u ta’ likwidità sabiex l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ta’ kontroparti ċentrali waħda ma taffettwax kontroparti ċentrali interoperabbli;

(d)

jidentifikaw, jimmonitorjaw u jindirizzaw interdipendenzi u korrelazzjonijiet potenzjali li joħorġu minn arranġament tal-interoperabbiltà li jista’ jaffetwa r-riskji tal-kreditu u tal-likwidità relatati ma’ konċentrazzjonijiet ta’ membru tal-ikklerjar, u riżorsi finanzjarji miġbura flimkien.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jużaw l-istess regoli li jikkonċernaw il-mument tad-dħul tal-ordnijiet tat-trasferiment fis-sistemi rispettivi tagħhom u l-mument tal-irrevokabilità, kif stabbilit fid-Direttiva 98/26/KE, fejn rilevanti.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, it-termini tal-arranġament għandhom jiddeskrivu l-proċess għall-immaniġġjar tal-konsegwenzi tal-inadempjenza meta waħda mill-kontropartijiet ċentrali li magħha jkun ġie konkluż arranġament tal-interoperabbiltà tkun inadempjenti.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-kontropartijiet ċentrali għandu jkollhom kontrolli sodi dwar l-użu mill-ġdid tal-kollateral tal-membri tal-ikklerjar taħt l-arranġament, jekk permessi mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-arranġament għandu jiddeskrivi kif dawn ir-riskji ġew indirizzati filwaqt li jikkunsidra kopertura suffiċjenti u l-bżonn li jiġi llimitat it-tniġġis.

2.   Meta l-mudelli tal-immaniġġjar tar-riskji użati mill-kontropartijiet ċentrali biex ikopru l-iskopertura tagħhom għall-membri tal-ikklerjar tagħhom jew l-iskoperturi reċiproċi tagħhom ikunu differenti, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jidentifikaw dawk id-differenzi, jivvalutaw ir-riskji li jistgħu joħorġu minnhom u jieħdu l-miżuri, inklużi li jiġu żgurati riżorsi finanzjarji addizzjonali, li jistgħu jillimitaw l-impatt tagħhom fuq l-arranaġament tal-interoperabbiltà kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali tagħhom f’termini ta’ riskji ta’ tniġġis u li jiżguraw li dawn id-differenzi ma jaffetwawx l-abilità ta’ kull kontroparti ċentrali biex timmaniġġja l-konsegwenzi tal-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar.

3.   Kwalunkwe spejjeż assoċjati li jirriżultaw mill-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu mill-kontroparti ċentrali li titlob l-interoperabbiltà jew l-aċċess, sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor.

Artikolu 53

Għoti ta’ marġnijiet bejn il-kontropartijiet ċentrali

1.   Kontroparti ċentrali għandha tiddistingwi fil-kontijiet l-assi u l-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont tal-kontropartijiet ċentrali li tkun daħlet magħhom f’arranġament tal-interoperabbiltà.

2.   Jekk kontroparti ċentrali li tidħol f’arranġament tal-interoperabbiltà ma’ kontroparti ċentrali oħra tipprovdi biss marġnijiet inizjali lil dik il-kontroparti ċentrali taħt arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ titoli, il-kontroparti ċentrali riċeventi m’għandu jkollha l-ebda dritt tal-użu ‘l fuq mill-marġnijiet ipprovduti mil-kontroparti ċentrali l-oħra.

3.   Il-kollateral riċevut fil-forma ta’ strumenti finanzjarji għandu jkun iddepożitat ma’ operaturi tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli notifikati skont id-Direttiva 98/26/KE.

4.   L-assi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-kontroparti ċentrali riċeventi biss f’każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti ċentrali li tkun ipprovdiet il-kollateral fil-kuntest ta’ arranġament tal-interoperabbiltà.

5.   F’każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti ċentrali li tkun irċeviet il-kollateral fil-kuntest ta’ arranġament tal-interoperabbiltà, il-kollateral imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jingħata lura fil-pront lill-kontroparti ċentrali li tkun ipprovdietu.

Artikolu 54

Approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabbiltà

1.   Arranġament tal-interoperabbiltà għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-kontropartijiet ċentrali involuti. Il-proċedura fl-Artikolu 17 għandha tapplika.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu approvazzjoni tal-arranġament tal-interoperabilità biss meta l-kontropartijiet ċentrali involuti jkunu ġew awtorizzati jikklerjaw skont l-Artikolu 17 jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 jew awtorizzati skont sistema nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni li kienet teżisti minn qabel għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52 jintlaħqu u l-kundizzjonijiet tekniċi għall-ikklerjar ta’ transazzjonijiet taħt it-termini tal-arranġament jippermettu funzjonament mingħajr ostakli u ordnat tas-swieq finanzjarji u li l-arranġament ma jxekkilx l-effikaċja tas-superviżjoni.

3.   Fejn awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ma jkunux ġew issodisfati, hi għandha tipprovdi spjegazzjonijiet bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha tar-riskju għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-kontropartijiet ċentrali nvoluti. Għandha wkoll tinnotifika lill-AETS, li għandha toħroġ opinjoni dwar il-validità effettiva tal-kunsiderazzjonijiet tar-riskju bħala bażijiet għal ċaħda tal-arranġament tal-interoperabilità. L-opinjoni tal-AETS għandha tkun disponibbli għall-kontropartijiet ċentrali kollha involuti. Fejn l-opinjoni tal-AETS ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, dik l-awtorità kompetenti għandha tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-AETS.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bl-għan li jiġu stabbiliti valutazzjonijiet konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-arranġamenti tal-interoperabilità, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi għal dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ.

TITOLU VI

REĠISTRAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAR-REPOŻITORJI TAD-DATA DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET

KAPITOLU 1

Kundizzjonijiet u Proċeduri għar-Reġistrazzjoni ta’ Repożitorju tad-Data dwar it-Tranżazzjonijiet

Artikolu 55

Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

1.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jirreġistra mal-AETS għall-finijiet tal-Artikolu 9.

2.   Sabiex ikun eliġibbli li jiġi rreġistrat skont dan l-Artikolu, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni u għandu jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fit-Titolu VII.

3.   Ir-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.

4.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irreġistrat għandu jikkonforma f’kull waqt mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe bidliet materjali għall-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 56

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-AETS.

2.   L-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-AETS għandha tinnotifika b’dan lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

3.   Bil-għan li tiġi garantita applikazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-AETS.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 57

Notifika ta’ u konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni

1.   Jekk repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li qed japplika għar-reġistrazzjoni huwa entità li hija awtorizzata jew irreġistrata minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn hija tkun stabilita, l-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika u tikkonsulta ma’ din l-awtorità kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

2.   L-AETS u l-awtorità kompetenti rilevanti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa għar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet kif ukoll għas-superviżjoni tal-konformità tal-entità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni tagħha jew l-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.

Artikolu 58

Eżami tal-applikazzjoni

1.   L-AETS għandha, fi żmien erbgħin jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56 il-paragrafu (2) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bbażata fuq il-konformità tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fl-Artikoli 78 sa 81 u għandha tadotta deċiżjoni motivata b’mod sħiħ ta’ registrazzjoni jew ta’ rifjut tar-reġistrazzjoni.

2.   Deċiżjoni maħruġa mill-AETS skont il-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 59

Notifika tad-Deċiżjonijiet tal-AETS dwar ir-reġistrazzjoni

1.   Meta l-AETS tadotta deċiżjoni ta’ registrazzjoni, jew deċiżjoni li tirrifjuta jew tirtira reġistrazzjoni, hija għandha tinnotifika r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fi żmien ħames ijiem tax-xogħol bi spjegazzjoni raġunata b’mod sħiħ tad-deċiżjoni tagħha.

L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 57(1) bid-deċiżjoni tagħha.

2.   L-AETS għandha tikkomunika kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni.

3.   L-AETS għandha tippubblika fuq is-websajt tagħha lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 60

Eżerċizzju tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 61 sa 63

Is-setgħat konferiti fuq l-AETS jew xi uffiċjal tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata mill-AETS mill-Artikoli 61 sa 63 ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali.

Artikolu 61

Talba għal informazzjoni

1.   L-AETS tista’, b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob li r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u partijiet terzi relatati, li lilhom ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi, biex jipprovdu l-informazzjoni kollha li hi meħtieġa sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament.

2.   Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha:

(a)

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b)

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c)

tispeċifika x’informazzjoni hija mitluba;

(d)

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e)

tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li hi mhix obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun korretta u m’għandhiex tiżgwida; u

(f)

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

3.   Meta titlob il-provvista ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-AETS għandha:

(a)

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;

(b)

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c)

tispeċifika x’informazzjoni hija mitluba;

(d)

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e)

tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;

(f)

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw; u

(g)

tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-AETS u għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li m’għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrapreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu, jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompleta, ma tkunx korretta jew tkun tiżgwida.

5.   L-AETS għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.

Artikolu 62

Investigazzjonijiet ġenerali

1.   Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1). Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa li:

(a)

jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmumin fih;

(b)

jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’ tali rekords jew estratti minnhom, data, proċeduri u materjal ieħor;

(c)

isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 61(1) jew rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u biex jinżamm rekord tat-tweġibiet;

(d)

jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li taqbel li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;

(e)

jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.

2.   L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS għall-finijiet ta’ dawn l-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66 meta l-produzzjoni tar-rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompleti, u l-multi previsti fl-Artikolu 65 flimkien mal-punt (b) tat-Taqsima IV tal-Anness I, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

3.   Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) għandhom jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

4.   Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni, l-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha ssir l-investigazzjoni, bl-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. Uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-AETS, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu wkoll jattendu l-investigazzjonijiet jekk jitolbu li jagħmlu dan.

5.   Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ ssir ukoll applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.

6.   Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-AETS tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-AETS għal spjegazzjonijiet iddettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-AETS biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, u l-gravità tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koersivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali m’għandhiex tirrevedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew talba li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni fuq il-fajl tal-AETS. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-AETS għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 63

Spezzjonijiet fil-post

1.   Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-post fil-bini jew l-art tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 61(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-AETS tista’ twettaq spezzjonijiet fil-post mingħajr notifika minn qabel.

2.   L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju jew l-art tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 62(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u kotba jew reġistri ta’ negozju għall-perjodu u sal-limitu meħtieġa għall-ispezzjoni.

3.   L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66 fil-każ li l-persuni kkonċernati ma jissottomettux irwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adatt qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq l-ispezzjoni.

4.   Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 61(1) għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet fil-post ordnati b’deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, taħtar id-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 66, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-AETS għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni.

5.   L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-AETS, jassistu attivament lill-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS. Għal dak l-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu, fuq talba, jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fil-post.

6.   L-AETS tista’ tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 62(1) f’isimha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat tal-AETS kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 62(1).

7.   Meta l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-AETS isibu li persuna topponi xi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza neċessarja, u titlob fejn adatt l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità ta’ infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post.

8.   Jekk l-ispezzjoni fil-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-għajnuna prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali, tali awtorizzazzjoni għandha ssir applikazzjoni għaliha. Tista’ ssir ukoll applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.

9.   Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-AETS tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-AETS għal spjegazzjonijiet iddettaljati. Tali talba għal spjegazzjonijiet iddettaljati tista’ b’mod partikolari tkun relatata mar-raġunijiet li jkollha l-AETS biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mas-serjetà tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna li tkun soġġetta għall-miżuri koersivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma tistax teżamina l-ħtieġa għall-ispezzjoni jew titlob biex tiġi pprovduta b’informazzjoni dwar il-fajl tal-AETS. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-AETS għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 64

Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1.   Meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS issib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, l-AETS għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-AETS biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur m’għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni jew fil-proċess tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-AETS.

2.   L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplet bis-sejbiet tiegħu lill-AETS.

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċità s-setgħa li jitlob informazzjoni skont l-Artikolu 61 u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 62 u 63. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma ma’ l-Artikolu 60.

Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-AETS fl-attivitajiet superviżorji tagħha.

3.   Meta jikkompleta l-investigazzjoni tiegħu u qabel jippreżenta l-fajl bil-konklużjonijiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.

Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.

4.   Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.

5.   Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li jkun sema’ lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet skont l-Artikolu 67, l-AETS għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III jkunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 73 u timponi multa skont l-Artikolu 65.

6.   L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f’deliberazzjonijiet tal-AETS jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-AETS.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta aktar regoli ta’ proċedura biex tiġi eżerċitata s-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet għad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, u għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali.

Ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82.

8.   L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritjiet nazzjonali rilevanti meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-AETS għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi meta liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 65

Multi

1.   Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-AETS issib li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq intenzjonalment jew b’negliġenza wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, dan għandu jadotta deċiżjoni li timponi multa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Ksur min-naħa ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS tiskopri fatturi oġġettivi li juru li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew id-diriġenza għolja tiegħu aġixxew deliberatament biex iwettqu l-ksur.

2.   L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-limiti li ġejjin:

(a)

għall-ksur imsemmi fil-punt (c) tat-Taqsima I tal-Anness I u fil-punti (c) sa (g) tat-Taqsima II tal-Anness I, u fil-punti (a) u (b) tat-Taqsima III tal-Anness I l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 10 000 u m’għandhomx jeċċedu l-EUR 20 000;

(b)

għall-ksur imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) sa (h) tat-Taqsima I tal-Anness I, u fil-punti (a), (b) u (h) tat-Taqsima II tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u m’għandhomx jeċċedu l-EUR 10 000.

Biex jiġi deċiż jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun fil-parti l-baxxa, tan-nofs jew għolja tal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tqis il-fatturat annwali tas-sena tan-negozju preċedenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat. L-ammont bażiku għandu jkun fil-parti l-baxxa tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali inqas minn EUR 1 miljun, fil-parti tan-nofs tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali bejn EUR 1 u 5 miljun u fil-parti għolja tal-limitu għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet b’fatturat annwali ogħla minn EUR 5 miljun.

3.   L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu tal-fatturi aggravanti jew attenwanti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness II.

Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.

Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa m’għandux jeċċedi l-20 % tal-fatturat annwali tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun kiseb benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa għandu jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju.

Meta att jew ommissjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dawn it-tipi ta’ ksur.

Artikolu 66

Pagamenti tal-penali perjodiċi

1.   L-AETS għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagamenti ta’ penali perjodiċi sabiex iġġiegħel:

(a)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet itemm il-ksur, f’konformità mad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 73(1)(a); jew

(b)

lil persuna msemmija fl-Artikolu 61(1);

(i)

tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet b’deċiżjoni skont l-Artikolu 61;

(ii)

tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċu reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u ttemmu u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 62; jew

(iii)

tissottometti ruħha għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 63.

2.   Ħlas perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. L-ammont tal-ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull jum ta’ dewmien.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti tal-penali perjodiċi għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena tan-negozju preċedenti, jew, f’każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jkun ikkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagamenti tal-penali perjodiċi.

4.   Ħlas perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-AETS. Wara tmiem dan il-perjodu, l-AETS għandha tirrevedi l-miżura.

Artikolu 67

Smigħ tal-persuni kkonċernati

1.   Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar multa jew pagament ta’ penali perjodiku skont l-Artikoli 65 u 66, l-AETS għandha tagħti lill-persuni suġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħħa biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

2.   Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċeduri għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ matul il-proċeduri. Dawn għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl tal-AETS, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.

Artikolu 68

L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjon tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi

1.   L-AETS għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 65 u 66, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Multi u pagamenti tal-penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 65 u 66 għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.

3.   Meta l-AETS tiddeċiedi li ma timponix multi jew ħlasijiet penali, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

4.   Multi u pagamenti ta’ penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 65 u 66 għandhom jiġu infurzati.

L-infurzar għandu jkun iggvernat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu jkun seħħ. L-ordni għall-infurzar għandha tkun mehmuża mad-deċiżjoni mingħajr l-ebda formalità oħra minbarra l-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità li l-gvern ta’ kull Stat Membru għandu jaħtar għal dan l-iskop, u għandha tiġi kkomunikata lill-AETS u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkumpletati fuq talba mill-parti kkonċernata, din tista’ twettaq l-infurzar f’konformità mal-liġi nazzjonali, billi ġġib il-kwistjoni direttament quddiem l-entità kompetenti.

L-infurzar jista’ jiġi sospiż biss b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istati Membru kkonċernat għandu jkollhom ġurisdizzjoni fuq l-ilmenti dwar il-fatt li l-infurzar ikun qed isir b’mod irregolari.

5.   L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti ta’ penali perjodiċi għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 69

Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mhux limitata li tirrieżamina d-deċiżjonijiet fejn l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku impost ta’ penali.

Artikolu 70

Emendi għall-Anness II

Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 dwar miżuri biex temenda l-Anness II.

Artikolu 71

Irtirar tar-reġistrazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73, l-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fejn ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet:

(a)

ikun b’mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;

(b)

ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom kien ġie rreġistrat.

2.   L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 57(1) bid-deċiżjoni li tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet iwettaq is-servizzi u l-attivitajiet tiegħu u li tqis li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun ġiet sodisfatta, tista’ titlob lill-AETS teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat humiex sodisfatti. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet konċernat, għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ.

4.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun l-awtorità nnominata skont l-Artikolu 22.

Artikolu 72

Drittijiet ta’ superviżjoni

1.   L-AETS għandha timponi drittijiet għar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3. Dawk id-drittijiet għandhom ikopru għal kollox l-infiq tal-AETS meħtieġ għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u għar-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 74.

2.   L-ammont ta’ tariffa impost għal repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi kollha mġarrba mill-AETS għall-attivitajiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ superviżjoni tagħha u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar it-tip ta’ drittijiet, il-materji li għalihom it-drittijiet jkunu dovuti, l-ammont tad-drittijiet u l-metodu ta’ ħlas tagħhom.

Artikolu 73

Miżuri ta’ superviżjoni mill-AETS

1.   Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-AETS issib li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness I, din għandha tieħu deċiżjoni jew aktar minn dawn li ġejjin li:

(a)

tesiġi li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet iġib il-ksur fi tmiemu;

(b)

timponi multi skont l-Artikolu 65;

(c)

toħroġ avviżi pubbliċi;

(d)

bħala l-aħħar miżura, tirtira r-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

2.   Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwat li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b)

jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tal-impriżi jew fis-sistemi ta’ mmaniġġjar jew fil-kontrolli interni tagħha;

(c)

jekk ingħatx bidu għal reat finanzjarju, jekk ġix iffaċilitat jew li b’xi mod huwa attribwibbli għall-ksur;

(d)

jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza.

3.   Mingħajr dewmien bla bżonn, l-AETS għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1, lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kull deċiżjoni bħal din fis-sit tal-web tagħha fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mill-adozzjoni tagħha.

Meta tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu. l-AETS għandha wkoll tagħmel pubbliku d-dritt għar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat li jappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li tali appell ikun sar, waqt li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-AETS li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 74

Delegazzjoni ta’ kompiti mill-AETS lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Fejn meħtieġ għat-twettiq adatt ta’ kompitu superviżorju, l-AETS tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-linji gwida maħruġin mill-AETS skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 61 u li jitwettqu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikolu 62 u l-Artikolu 63(6).

2.   Qabel ma tiddelega kompitu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti. Tali konsultazzjoni għandha tikkonċerna:

(a)

l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;

(b)

l-iskeda għat-twettiq tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat; u

(c)

it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-AETS u lill-AETS.

3.   Skont ir-Regolament dwar id-drittijiet adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(3),l-AETS għandha tirrimborża awtorità kompetenti għal spejjeż imġarrbin minħabba t-twettiq ta’ kompiti ddelegati.

4.   L-AETS għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’intervalli adatti. Delega tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin.

5.   Id-delega tal-kompiti m’għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-AETS u m’għandhiex tillimita l-abbiltà tal-AETS li twettaq jew tissorvelja l-attività ddelegata. Ir-responsabbiltajiet superviżorji skont dan ir-Regolament, inklużi d-deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjonijiet finali u d-deċiżjonijiet ta’ segwitu dwar il-ksur, m’għandhomx jiġu ddelegati.

KAPITOLU 2

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 75

Ekwivalenza u ftehimiet internazzjonali

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta att implimentattiv li jiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a)

ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti li huma legalment vinkolanti u li huma ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament;

(b)

is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz issir fuq bażi kontinwa; u

(c)

jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti ta’ negozju maqsuma ma’ pajjiżi terzi mill-awtoritajiet, u li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Dak l-att implimentattiv għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

2.   Fejn adatt, u fi kwalunkwe każ wara l-adozzjoni ta’ att implimentattiv kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għan-negozjar ta’ ftehimiet internazzjonali mal-pajjiżi terzi rilevanti rigward l-aċċess reċiproku u skambju ta’ informazzjoni dwar kuntratti derivattivi li saru f’repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li huma stabbiliti f’dak il-pajjiż terz, b’mod li jiżgura li l-awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tad-doveri tagħhom.

3.   Wara l-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmijin fil-paragrafu 2, u f’konformità magħhom, l-AETS għandha tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:

(a)

mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn, l-AETS u kwalunkwe awtorità oħra tal-Unjoni li teżerċita responsabbiltajiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament, minn naħa waħda, u, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, min-naħa l-oħra; u

(b)

il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji.

4.   l-AETS għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz.

Artikolu 76

Arranġamenti ta’ kooperazzjoni

L-awtoritajiet relevanti ta’ pajjiżi terzi li ma għandhom l-ebda repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fil-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jikkuntattjaw lill-AETS bil-ħsieb li jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma fir-repożitorji tal-Unjoni.

L-AETS tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet relevanti rigward aċċess għall-informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma fir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-Unjoni, li dawn l-awtoritajiet jeħtieġ li jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom, sakemm ikunu jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali kondiviżi mill-awtoritajiet ma’ partijiet terzi.

Artikolu 77

Rikonoxximent tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

1.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet tiegħu lil entitajiet stabbiliti fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 9 biss wara r-rikonoxximent tiegħu mill-AETS f’konformità mal-paragrafu 2.

2.   Ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu lill-AETS għar-rikonoxximent, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vverifikat li r-repożitorju tal-kummerċ huma awtorizzat u huwa soġġett għal superviżjoni effettiva f’pajjiż terz li:

(a)

ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, permezz ta’ att implimentattiv skont l-Artikolu 75(1), bħala li għandu qafas regolatorju u superviżorju li huwa ekwivalenti u infurzabbli;

(b)

daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2); u

(c)

daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 75(3) biex jiġi żgurat li awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa.

Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompleta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabilixxi limitu ta’ żmien sa meta r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Fi 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, l-AETS għandha tinforma lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet applikanti bil-kitba bi spjegazzjoni kompletament irraġunata dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew irrifjutat.

L-AETS għandha tippubblika, fuq is-sit tal-web tagħha, lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.

TITOLU VII

REKWIŻITI GĦAR-REPOŻITORJI TAD-DATA DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET

Artikolu 78

Rekwiżiti ġenerali

1.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludi struttura organizzattiva ċara b’linji tar-responsabilità definiti b’mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern xierqa, inklużi proċeduri amministrattivi sodi u tal-kontabilità, li jipprevjenu kull ta’ divulgazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.

2.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jżomm u jopera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex jidentifika u jimmaniġġja kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali li jikkonċerna l-maniġers, l-impjegati tiegħu, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom permezz ta’ konnessjonijiet mill-qrib.

3.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jistabilixxi politiki u proċeduri xierqa li jkunu biżżejjed biex jiżguraw il-konformità, inkluż mill-maniġers u l-impjegati tagħhom tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.

4.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jżomm u jopera struttura organizzattiva xierqa li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu. Għandu jħaddem sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonali.

5.   Meta repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet joffri servizzi anċillari, bħal servizzi ta’ konferma tat-tranżazzjonijiet, ta’ tqabbil tat-tranżazzjonijiet, ta’ avveniment ta’ servizz ta’ kreditu, ta’ rikonċiljazzjoni tal-portafoll jew ta’ kompressjoni tal-portafoll, ir-repożitorju tat-tranżazzjoni għandu jżomm dawk is-servizzi anċillari separati b’mod operattiv mill-funzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-ġbir u ż-żamma b’mod ċentrali ta’ rekords u derivati.

6.   Id-diriġenza għolja u l-membri tal-bord ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkollhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed li jiżguraw l-immaniġġjar tajjeb u prudenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

7.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u pubblikament żvelati għall-aċċess minn impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rappurtar skont l-Artikolu 9. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jagħti lil fornituri tas-servizzi aċċess mhux diskriminatorju għal informazzjoni miżmuma mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, b’kundizzjoni li l-entità tipprovdi d-data u l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss safejn l-għan tagħhom hu l-kontroll tar-riskju għad-data miżmuma minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

8.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jiżvela pubblikament il-prezzijiet u d-drittijiet assoċjati mas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament. Dan għandu jiżvela l-prezzijiet u t-drittijiet ta’ kull servizz provdut separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li jibbenefikaw minn dak it-tnaqqis. Għandu jippermetti lill-entitajiet tar-rapportar li jkollhom aċċess għas-servizzi speċifiċi separatament. Il-prezzijiet u d-drittijiet imposti minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż.

Artikolu 79

Affidabilità operazzjonali

1.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jidentifika s-sorsi tar-riskju operattiv u jimminimizzahom permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontroll u proċeduri xierqa. Dawn is-sistemi għandhom ikunu affidabbli u sikuri, u għandu jkollhom kapaċità xierqa għall-immaniġġjar tal-informazzjoni rċevuta.

2.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jistabilixxi, jimplimenta u jżomm politika tal-kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u s-sodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Tali pjan għandu mill-inqas jipprevedi l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ riżerva.

3.   Ripożitorju tat-tranżazzjonijiet li minnu tkun ġiet irtirata reġistrazzjoni għandu jiżgura s-sostituzzjoni ordnata, inkluż it-trasferiment tad-data lil repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħra u riorjentament tal-flussi tar-rapportar lejn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħra.

Artikolu 80

Salvagwardjar u reġistrar

1.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikoli 9.

2.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jista’ biss juża d-data li jirċievi skont dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali kemm-il darba l-kontropartijiet rilevanti jipprovu l-kunsens tagħhom.

3.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu minnufih jirreġistra l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 9 u għandu jżommha għal mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti. Għandu jħaddem proċeduri taż-żamma tar-rekords puntwali u effiċjenti sabiex jiddokumenta l-bidliet fl-informazzjoni rreġistrata.

4.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jikkalkula l-pożizzjonijiet skont il-klassi tad-derivati u permezz tar-rapportar tal-entità fuq il-bażi tad-dettalji tal-kuntratti derivati rapportati skont l-Artikoli 9.

5.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jippermetti lill-partijiet f’kuntratt li jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar dak il-kuntratt f’ħin debitu u jikkoreġuha.

6.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli sabiex jipprevjeni kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu.

Persuna fiżika li jkollha relazzjoni ma’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew persuna ġuridika li jkollha impriża prinċipali jew relazzjoni sussidjarja mar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma għandhiex tuża l-informazzjoni kundifenzjali rreġistrata f’repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għal użu kummerċjali.

Artikolu 81

Trasparenza u disponibbiltà tad-data

1.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu, f’intervalli regolari u b’mod faċilment aċċessibbli, jippubblika pożizzjonijiet aggregati skont il-klassi ta’ derivati rappurtati lilu.

2.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jiġbor u jżomm data u jiżgura li l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ikollhom aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tal-kuntratti derivattivi li jeħtieġ iwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati tagħhom.

3.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jagħmel l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin, biex jgħinhom jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:

(a)

AETS;

(b)

il-BERS;

(c)

l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-kontropartijiet ċentrali li jkollhom aċċess għar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(d)

l-awtorità kompetenti li timmonitorja l-postijiet tat-tranżazzjonijiet tal-kuntratti rrappurtati;

(e)

il-membri rilevanti tas-SEBĊ;

(f)

l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkun daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75;

(g)

l-awtoritajiet superviżjorji maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (32);

(h)

l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni;

(i)

l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħul fi ftehim ta’ kooperazzjoni mal-AETS kif imsemmi fl-Artikolu 76;

(j)

l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija.

4.   L-AETS għandha taqsam l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħha mal-awtoritajiet rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

5.   Bil-għan li tiġi garantita applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, wara li tikkonsulta l-membri tal-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-frekwenza u d-dettalji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 kif ukoll standards operattivi meħtieġa għall-aggregazzjoni u għat-tqabbil tad-data minn repożitorju għall-ieħor u meta jkun meħtieġ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 ikollhom aċċess għal dik l-informazzjoni. Dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji għandu jkollu l-għan li jiggarantixxi li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tkun kapaċi tidentifika l-ebda parti tal-ebda kuntratt.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 82

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(6), l-Artikolu 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 85(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat.

3.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tikkonsulta lill-AETS.

4.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(6), fl-Artikolu 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 85(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data oħra speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(6), l-Artikolu 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 85(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex se qajmu oġġezzjoni. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 83

Segretezza professjonali

1.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti maħturin skont l-Artikolu 22 u l-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3), għall-AETS, jew għall-awdituri u l-esperti mogħtija l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jew l-AETS. L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawn il-persuni jirċievu fil-qadi tad-doveri tagħhom ma għandha tiġi żvelata lil ebda persuna jew awtorità, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’mod li kontroparti ċentrali ndividwali, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew kwalunkwe persuna oħra ma tkunx tista’ tiġi identifikata, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew fiskali jew għal dan ir-Regolament.

2.   Meta kontroparti ċentrali tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun qed tiġi stralċjata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-proċeduri.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew fiskali, l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ awtoritajiet oħra, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għall-iskop li għalih din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet, jew it-tnejn. Meta l-AETS, l-awtorità kompetenti jew xi awtorità oħra, korp jew persuna li tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha għal dan, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal skopijiet oħra.

4.   Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti jew il-banek ċentrali rilevanti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzali f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni l-oħra applikabbli għad-ditti tal-investment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, il-UCITS, l-AIFMs, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew l-awtorità jew il-korp jew il-persuna fiżika jew ġuridika oħrajn li jkunu kkomunikaw din l-informazzjoni.

5.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jimpedixxu l-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu informazzjoni kunfidenzali, skond il-liġi nazzjonali, li ma ġietx irċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 84

Skambju ta’ informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti, AETS, u awtoritajiet rilevanti oħra għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet li jwettqu dmirijiethom.

2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, awtoritajiet rilevanti oħra u korpi oħra jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali fit-twettiq tad-doveri tagħhom skont dan ir-Regolament għandhom jużawha biss tul il-perkors ta’ dmirijiethom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-membri rilevanti tas-SEBĊ fejn tali informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 85

Rapporti u Reviżjoni

1.   Sas-17 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tħejji rapport ġenerali dwar dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.

Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari:

(a)

tivvaluta, f’kooperazzjoni mal-membri tas-SEBĊ, il-ħtieġa għal kwalunkwe miżura li tiffaċilita l-aċċess għal kontropartijiet ċentrali għall-faċilitajiet ta’ likwidità tal-bank ċentrali;

(b)

tivvaluta, b’koordinament mal-AETS u l-awtoritajiet settorjali rilevanti, l-importanza sistemika tat-tranżazzjonijiet tad-ditti mhux finanzjarji fid-derivati OTC u, b’mod partikolari, l-impatt ta’ dan ir-regolament fuq l-użu ta’ derivati OTC minn ditti mhux finanzjarji;

(c)

tivvaluta, fid-dawl tal-esperjenza, il-funzjonament tal-qafas superviżorju għalls-kontropartijiet ċentrali, inkluża l-effikaċja tal-kulleġġi superviżorji, il-modalitajiet tal-votazzjoni rispettivi stipulati fl-Artikolu 19(3), u l-irwol tal-AETS, partikolarment waqt il-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-kontropartijiet ċentrali;

(d)

tivvaluta, b’kooperazzjoni ma’ AETS u BERS, l-effiċjenza ta’ rekwiżiti marġinanti biex tiġi limitata l-“proċiklikalità” u l-bżonn li tiġi definita l-kapaċità ta’ intervent addizzjonali f’dan il-qasam;

(e)

tivvaluta, b’kooperazzjoni mal-AETS, l-evoluzzjoni tal-politiki tal-kontropartijiet ċentrali dwar ir-rekwiżiti li jimmarġinaw u jiggarantixxu l-kollateral u l-adattament tagħhom għall-attivitajiet speċifiċi u l-profili tar-riskju tal-utenti tagħhom.

L-evalwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tqis kwalunkwe riżultat ta’ xogħol pendenti bejn il-banek ċentrali fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll il-prinċipju tal-indipendenza tal-banek ċentrali u d-dritt tagħhom li jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet ta’ likwidità fuq għażla tagħhom stess kif ukoll l-effett potenzjonalment mhux ippjanat fuq l-imġiba tal-kontropartijiet ċentrali jew tas-suq intern. Kwalunkwe proposta ta’ akkumpanjament m’għandhiex, la direttament u lanqas indirettament, tiddiskrimina kontra kwalunkwe Stat Membru jew grupp ta’ Stat Membru bħala lokalità għal servizzi ta’ ikklerjar.

2.   Sas-17 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport, wara konsultazzjoni mal-AETS u AEAPX, li jivvaluta l-progress u l-isforz magħmul mill-kontropartijiet ċentrali fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi għat-trasferiment permezz ta’ arranġamenti ta’ skemi tal-pensjoni ta’ kollaterali mhux finanzjarja bħal marġini ta’ varjazzjoni, kif ukoll il-ħtieġa ta’ kwalunkwe miżura biex tiġi ffaċilitata tali soluzzjoni. Jekk il-Kummissjoni tqis li ma jkunx sar l-isforz neċessarju biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi xierqa u li l-effett negattiv ta’ kuntratti derivattivi ta’ kklerjar ċentrali fuq il-benefiċċji tal-irtirar ta’ pensjonanti futuri jibqa’ ma jibidilx, għandhu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 biex jiġi estiż il-perjodu ta’ tliet snin imsemmi fl-Artikolu 89(1), li għandu jiġi estiż darba b’sentejn u darba b’sena.

3.   L-AETS għandha tissottometti rapporti lill-Kummissjoni:

(a)

dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar taħt it-Titolu II u b’mod partikolari n-nuqqas tal-obbligu tal-ikklerjar għall-kuntratti tad-derivati OTC konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(b)

dwar l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ identifikazzjoni skont l-Artikolu 5(3);

(c)

dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ segregazzjoni stipulati fl-Artikolu 39;

(d)

dwar l-estensjoni tal-ambitu tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà taħt it-Titolu V għal tranżazzjonijiet fi klassijiet ta’ strumenti finanzjarji li mhumiex titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus;

(e)

dwar l-aċċess ta’ kontropartijiet ċentrali għall-postijiet ta’ negozju, l-effetti fuq il-kompetittività ta’ ċertu prattika, u l-impatt fuq il-frammentazzjoni tal-likwidità;

(f)

dwar il-ħtiġijiet ta’ persunal u ta’ riżorsi tal-AETS li jirriżultaw mit-twettiq tas-setgħat u tad-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament;

(g)

dwar l-impatt tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(5).

Dawk ir-rapporti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Settembru 2014 għall-finijiet tal-paragrafu 1. Huma għandhom jiġu ppreżentati wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-AETS, u wara li titlob il-valutazzjoni tal-BERS, tħejji rapport annwali li jivvaluta kwalunkwe implikazzjoni possibbli ta’ riskji sistemiċi u ispejjeż tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà.

Ir-rapport għandu jiffoka mill-inqas fuq in-numru u l-kumplessità ta’ dawn l-arranġament, u l-adegwatezza ta’ sistemi u mudell tal-immaniġġjar tar-riskji. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.

Il-BERS għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-valutazzjoni tiegħu ta’ kwalunkwe implikazzjoni possibbli ta’ riskji sistemiċi tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà.

5.   L-AETS għandha tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-penali imposti mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi miżuri superviżorji, multi u pagamenti tal-penali perjodiċi.

Artikolu 86

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tat-Titoli Ewropew stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (33). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 87

Emenda għad-Direttiva 98/26/KE

(1)   Fl-Arikolu 9(1) tad-Direttiva 98/26/KE, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Meta operatur ta’ sistema jkun ipprovda titolu kollaterali lil operatur ta’ sistema ieħor b’rabta ma’ sistema interoperabbli, id-drittijiet tal-operatur tas-sistema li jipprovdi għal dak it-titolu kollaterali ma għandhomx jiġu affetwati minn proċeduri ta’ insolvenza kontra l-operatur ta’ sistema riċevitur.”

(2)   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-punt (1) sas-17 ta’ Awwissu 2014. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva 98/26/KE jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 88

Websajts

1.   L-AETS għandha żżom sit elettroniku li jipprovdi d-dettalji li ġejjin:

(a)

il-kuntratti eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5;

(b)

il-penali imposti għall-ksur tal-Artikoli 4, 5 u 7 sa 11;

(c)

il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni li huma stabbiliti fl-Unjoni, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;

(d)

il-penali imposti għal ksur tat-Titoli IV u V;

(e)

il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni stabbiliti f’pajjiż terz, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;

(f)

ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni;

(g)

il-penali u multi imposti skont l-Artikoli 65 u 66;

(h)

ir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom siti elettroniċi, li għandhom ikunu konnessi mas-sit elettroniku tal-AETS.

3.   Is-siti elettroniċi kollha msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli u aġġornati regolarment, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni f’format ċar.

Arttikolu 89

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-obbligu ta’ kklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-kuntratti tad-derivati OTC li huma oġġettivament miżurabbli li jnaqqsu r-riskji ta’ investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja ta’ arranġamenti tal-iskemi tal-pensjoni kif definit fl-Artikolu 2(10). Il-perjodu tranżitorju għandu japplika wkoll għall-entitajiet stabbiliti għall-fini li jingħata kumpens lil membri ta’ arranġament ta’ skemi tal-pensjonijiet f’każ ta’ inadempjenza.

Il-kuntratti tad-derivati OTC, li altrimenti jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4, li jikkonkludu dawn l-entitajiet matul dan il-perjodu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11.

2.   Fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ skemi tal-pensjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(10)(c) u (d), l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata mill-awtorità kompetenti rilevanti għal tipi ta’ entitajiet jew tipi ta’ arranġamenti. Wara li tirċievi t-talba, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS u l-AEAPX. Fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tirċievi n-notifika, l-AETS, wara konsultazzjoni mal-AEAPX, għandha toħroġ opinjoni li tivvaluta l-konformità tat-tip ta’ entitajiet jew it-tip ta’ arranġamenti mal-Artikolu 2(10)(c) jew (d) kif ukoll ir-raġunijiet għaliex eżenzjoni hija ġustifikata minħabba d-diffikultajiet biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-marġini ta’ varjazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti eżenzjoni biss meta tkun sodisfatta kompletament li t-tip ta’ entitajiet jew it-tip ta’ arranġamenti jikkonformaw mal-Artikolu 2(10)(c) jew (d) u li huma jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni tal-varjazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem li tirċievi l-opinjoni tal-AETS, filwaqt li tikkunsidra dik l-opinjoni b’mod xieraq. Jekk l-awtorità kompetenti ma taqbilx mal-opinjoni tal-AETS, għandha tagħti r-raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha u tispjega kull devjazzjoni minnha.

L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-web tagħha lista ta’ tipi ta’ entitajiet u tipi ta’ arranġamenti msemmijin fl-Artikolu 2(10)(c)(d) li ngħataw eżenzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Biex tissaħħaħ aktar il-konsistenza fl-eżiti ta’ superviżjoni l-AETS għandha tagħmel reviżjoni kull sena minn pari tal-entitajiet inklużi fuq il-lista f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru fejn hi stabbilita biex tipprovdi servizzi ta’ kklerjar skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 4, 5, 8 sa 11, 16, 18, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 46, 47, 49, 56 u 81, għandha tapplika għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49.

Kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata f’pajjiż terz, li ġiet rikonoxxuta li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, għandha tapplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25 għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49.

4.   Sa ma tittieħed deċiżjoni skont dan ir-Regolament dwar l-awtorizzazzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ kontroparti ċentrali, ir-regoli nazzjonali rispettivi dwar l-awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent għandhom jibqgħu japplikaw u l-kontroparti ċentrali għandha tibqa’ tiġi ssorveljata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Memru tal-istabbiliment jew ir-rikonoxximent tagħha.

5.   Fejn awtorità kompetenti awtorizzat kontroparti ċentrali tikklerja klassi partikolari ta’ derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 45, 47 u 49, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinnotifika l-AETS dwar dik l-awtorizzazzjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 5(1).

Fejn awtorità kompetenti awtorizzat kontroparti ċentrali stabbilita f’pajjiż terz biex tipprovdi servizzi ta’ kklerjar skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tagħha qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 45, 47 u 49, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinnotifika l-AETS dwar dak ir-rikonoxximent fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 5(1).

6.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jkun ġie awtorizzat jew reġistrat fl-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu li jiġbor u jżomm ir-rekords tad-derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 9, 56 u 81, għandu japplika għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 55 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi.

Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz, li jkun ġie permess jiġbor jew iżomm ir-rekords ta’ derivati fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 9, 56 u 81, għandu japplika għal rikonoxximent skont l-Artikolu 77 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi.

7.   Sa ma tittieħed deċiżjoni skont dan ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ir-regoli nazzjonali rispettivi dwar l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw u r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jibqa’ jiġi ssorveljat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Memru tal-istabbiliment jew ir-rikonoxximent tiegħu.

8.   Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jkun ġie awtorizzat jew reġistrat fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tiegħu biex jiġbor u jżomm records ta’ derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji kollha skont l-Artikoli 56 u 81, jista’ jintuża biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ rappurtar skont l-Artikolu 9 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz li jkun ġie permess jiġbor jew iżomm ir-rekords ta’ derivati skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru qabel ma jiġu adottati mill-Kummissjoni l-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi kollha skont l-Artikoli 56 u 81, jista’ jintuża biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ rappurtar skont l-Artikolu 9 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

9.   Minkejja l-Artikolu 81(3)(f), fejn l-ebda ftehim internazzjonali mhuwa fis-seħħ bejn pajjiż terz u l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jista’ jagħmel l-informazzjoni meħtieġa disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti ta’ dak il-pajjiż terz sas-17 ta’ Awwissu 2013 sakemm jinnotifika l-AETS.

Artikolu 90

Persunal u riżorsi tal-AETS

Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġiijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 91

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 57, 23.2.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 44.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(7)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

(10)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

(11)  ĠU L 323, 9 12. 2005, p. 1.

(12)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(13)  ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(14)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.

(15)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28.

(16)  Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KE tat-13 ta’ Ġunju 1983 bbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(18)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu li jiddetermina l-ekwivalenza ta’ l-istandards ta’ kontabilità applikati minn emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66).

(19)  Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet ta’ (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

(20)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

(21)  ĠU L 166, 30.6.2006, p. 45.

(22)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(23)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(24)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(25)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(26)  ĠU L 390, 30.6.2006, p. 38.

(27)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(28)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(29)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(30)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

(31)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.

(32)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

(33)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.


ANNESS I

Lista ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 65(1)

I.

Ksur relatat ma’ rekwiżiti organizzattivi jew konflitti ta’ interess:

(a)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(1) billi ma jkollux arranġamenti ta’ governanza robusti li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji tar-responsabilità definiti b'mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità sodi, li jipprevjenu ta’ żvelar tal-informazzjoni kunfidenzjali;

(b)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(2) billi ma jżommx jew joperax arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex jidentifika u jimmaniġġja kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali li jikkonċerna l-maniġers tiegħu, l-impjegati tiegħu, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom permezz ta’ konnessjonijiet mill-qrib;

(ċ)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(3) billi ma jistabbilixxix politiki u proċeduri adegwati u suffiċjenti biex tkun żgurata l-konformità tiegħu, inkluża dik tal-maniġers u l-impjegati tiegħu, mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament;

(d)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(4) billi ma jżommx jew ma joperax struttura organizzattiva adegwata biex ikunu żgurati l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu;

(e)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(5) billi ma jisseparax b'mod operattiv is-servizzi anċillari mill-funzjoni tiegħu li jiġbor u jżomm f'post ċentrali r-rekords tad-derivati;

(f)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(6) billi ma jiżgurax li d-diriġenza għolja u l-membri tal-bord għandhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed sabiex ikun żgurat il-maniġment sod u prudenti tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(g)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(7) billi ma jkollux rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u żvelati pubblikament għal aċċess minn fornituri tas-servizzi u impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rappurtar skont l-Artikolu 9;

(h)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 78(8) billi ma jiżvelax pubblikament il-prezzijiet u t-drittijiet assoċjati mas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament billi ma jippermettix lill-entitajiet ta’ rappurtar li jkollhom aċċess għal servizzi speċifiċi separatament jew billi japplika prezzijiet u drittijiet li ma jkunux relatati mal-ispejjeż.

II.

Ksur relatat ma’ rekwiżiti operattivi:

(a)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(1) billi ma jidentifikax sorsi ta’ riskju operattiv jew billi ma jimminimizzax dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri adatti;

(b)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(2) billi ma jistabbilixxix, ma jimplimentax jew ma jżommx politika tal-kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u s-sodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(ċ)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(1) billi ma jiżgurax il-kunfidenzjalità, l-integrità jew il-protezzjoni tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 9;

(d)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(2) billi juża d-data li jirċievi skont dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali ma l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom;

(e)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(3) billi ma jirreġistrax minnufih l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 9 u billi ma jżommhiex għal mill-inqas għaxar snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti jew billi ma jużax proċeduri ta’ żamma ta’ rekords puntwali u effiċjenti biex jirreġistra bidliet li saru f'informazzjoni rreġistrata;

(f)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(4) billi ma jikkalkulax il-pożizzjonijiet skont il-klassi tad-derivati u bl-entità abbażi tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati rrappurtati skont l-Artikolu 9;

(g)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(5) billi ma jippermettix lill-partijiet għal kuntratt li jkollhom aċċess għal u jikkoreġu informazzjoni dwar dak il-kuntratt fi żmien debitu;

(h)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 80(6) billi ma jiħux il-passi kollha raġonevoli biex jimpedixxi kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu.

III.

Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tal-informazzjoni:

(a)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 81(1) billi ma jippubblikax regolarment, b'mod faċilment aċċessibbli, pożizzjonijiet aggregati skont il-klassi tad-derivati dwar il-kuntratti rrapportati lilu;

(b)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 81(2) billi ma jippermettix lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) li jkollhom aċċess dirett u immedjat għad-dettalji tal-kuntratti tad-derivati li huma jeħtieġu biex iwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.

IV.

Ksur relatat mal-ostakoli għall-attivitajiet superviżorji:

(a)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 61(1) billi jipprovdi informazzjoni mhux korretta jew li tiżgwida bħala tweġiba għal talba sempliċi għal informazzjoni mill-AETS skont l-Artikolu 61(2) jew bħala tweġiba għal deċiżjoni mill-AETS li tkun teħtieġ informazzjoni skont l-Artikolu 61(3);

(b)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jipprovdi tweġibiet inkorretti jew li jiżgwidaw għal mistoqsijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 62(1)(c);

(ċ)

repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jikkonformax fi żmien debitu ma’ miżura superviżorja adottata mill-AETS skont l-Artikolu 73.


ANNESS II

Lista ta’ koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u attenwanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65(3)

Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b'mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmija fl-Artikolu 65(2);

I.

Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma’ fatturi aggravanti:

(a)

jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,1;

(b)

jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn 6 xhur, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,5;

(ċ)

jekk il-ksur ikun żvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, b'mod partikolari fil-proċeduri, is-sistemi tal-maniġment jew il-kontrolli interni tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2,2;

(d)

jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tad-data li jżomm, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5;

(e)

jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta’ 2;

(f)

jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,7;

(g)

jekk id-diriġenza għolja tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jkunx ikkoopera mal-AETS fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, għandu japplikakoeffiċjent ta’ 1,5.

II.

Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma’ fatturi attenwanti:

(a)

jekk il-ksur ikun twettaq għal inqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,9;

(b)

jekk id-diriġenza għolja tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jista' juri li jkun ħa l-miżuri meħtieġa kollha biex jimpedixxi l-ksur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,7;

(ċ)

jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun ressaq malajr, b'mod effettiv u komplet, il-ksur għall-attenzjoni tal-AETS, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,4;

(d)

jekk ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun ħa miżuri b'mod volontarju biex ikun żgurat li ksur simili ma jkunx jista' jitwettaq fil-futur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,6.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/60


REGOLAMENT (UE) Nru 649/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (3) ġie emendat b'mod sostanzjali diversi drabi. Minħabba li jeħtieġ isiru aktar emendi, ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi mfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi fil-kummerċ internazzjonali (4), (“il-Konvenzjoni”), li daħlet fis-seħħ fl-24 ta’ Frar 2004, u tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi (5).

(3)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, għandhom jiġu introdotti jew iċċarati ċerti definizzjonijiet u t-terminoloġija għandha tkun allinjata ma’ dik użata fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (6) tal-Kummissjoni, minn naħa, u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (7) min-naħa l-oħra. Huwa xieraq li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jirrifletti d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, sabiex tiġi evitata kwalunkwe inkonsistenza bejn l-iskeda ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u dan ir-Regolament.

(4)

Il-Konvenzjoni tippermetti li l-Partijiet jieħdu azzjoni li tħares b'mod aktar strett is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent milli tesiġi l-Konvenzjoni, sakemm azzjoni bħal din tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u tirrispetta d-dritt internazzjonali. Huwa xieraq u meħtieġ, sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ ħarsien tal-ambjent u tal-pubbliku ġenerali tal-pajjiżi importaturi, li jsir aktar xogħol milli jirrikjedu d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni f'ċerti rigwardi.

(5)

Rigward il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Konvenzjoni, huwa essenzjali li jkun hemm punt ta’ kuntatt waħdieni għall-interazzjoni tal-Unjoni mas-Segretarjat tal-Konvenzjoni (is-“Segretarjat”)u mal-Partijiet l-oħrajn fil-Konvenzjoni kif ukoll ma’ pajjiżi oħrajn. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala dak il-punt ta’ kuntatt.

(6)

Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta’ dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“l-Aġenzija”) għandhom il-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi-kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom għalhekk iwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni permezz ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-iskambju tal-informazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, għandhom jikkooperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.

(7)

Fid-dawl li ċerti kompiti tal-Kummissjoni għandhom jiġu ttrasferiti lill-Aġenzija, il-Bażi ta’ Data Ewropea dwar l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni tas-sustanzi Kimiċi Perikolużi inizjalment Il-Bażi ta’ Data stabbilita mill-Kummissjoni għandha tiġi żviluppata aktar u miżmuma mill-Aġenzija.

(8)

L-esportazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi perikolużi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fl-Unjoni għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal proċedura ta’ notifika tal-esportazzjoni komuni. Għalhekk, is-sustanzi kimiċi perikolużi, kemm fil-forma ta’ sustanzi waħidhom jew f'taħlitiet jew f'oġġetti, li ġew ipprojbiti jew strettament imrażżna mill-Unjoni bħala prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, bħala forom oħrajn ta’ pestiċidi, jew bħala sustanzi kimiċi industrijali għall-użu minn utenti professjonali jew mill-pubbliku, għandhom ikunu soġġetti għal regoli dwar notifiki ta’ esportazzjoni simili għal dawk li japplikaw għal dawn is-sustanzi kimiċi meta jkunu pprojbiti jew strettament imrażżna f'waħda minn, jew fiż-żewġ kategoriji ta’ użu stabbiliti fil-Konvenzjoni, jiġifieri bħala pestiċidi jew sustanzi kimiċi għall-użu industrijali. Minbarra dan, is-sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura internazzjonali tal-Kunsens Informat minn Qabel (prior informed consent - PIC) (“il-proċedura PIC”) għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess regoli dwar notifiki ta’ esportazzjoni. Dik il-proċedura tan-notifika tal-esportazzjoni komuni għandha tapplika għall-esportazzjonijiet tal-Unjoni lejn il-pajjiżi terzi kollha, kemm jekk huma jew mhumiex Partijiet għalil-Konvenzjoni jew jipparteċipawx fil-proċeduri tagħhom. L-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu tariffi amministrattivi, sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom biex iwettqu din il-proċedura.

(9)

L-esportaturi u l-importaturi għandhom jiġu obbligati jipprovdu informazzjoni dwar il-kwantitajiet tas-sustanzi kimiċi fil-kummerċ internazzjonali koperti minn dan ir-Regolament sabiex l-impatt u l-effettività tal-arranġamenti stabbiliti fihom ikunu jistgħu jiġu ssorveljati u evalwati.

(10)

Notifiki lis-Segretarjat tal-azzjonijiet regolatorji finali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jipprojbixxu jew irażżnu strettament is-sustanzi kimiċi, bil-għan tal-inklużjoni tagħhom fil-proċedura tal-PIC, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fil-każijiet fejn l-kriterji stabbiliti fil-Konvenzjoni f'dan ir-rigward, jintlaħqu. Informazzjoni addizzjonali biex issostni dawn in-notifiki għandha tiġi mfittxija fejn meħtieġ.

(11)

F'każijiet fejn l-azzjonijiet regolatorji finali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri ma jikkwalifikawx għal notifika minħabba li ma jilħqux il-kriterji stipulati fil-Konvenzjoni, l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet għandha xorta tintbagħat lis-Segretarjat u lill-Partijiet l-oħrajn fil-Konvenzjoni fl-interess tal-iskambju tal-informazzjoni.

(12)

Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li l-Unjoni tieħu deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni lejn l-Unjoni ta’ sustanzi kimiċi li huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u jqisu l-projbizzjonijiet jew it-trażżin strett impost mill-Istati Membri. Fejn huwa ġġustifikat, għandhom jiġu proposti emendi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(13)

Huma meħtieġa arranġamenti sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-esportaturi jkunu konxji mid-deċiżjonijiet tal-pajjiżi importaturi fir-rigward ta’ sustanzi kimiċi li huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC, u li l-esportaturi jħarsu dawk id-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġu prevenuti esportazzjonijiet mhux mixtieqa, l-ebda sustanza kimika pprojbita jew imrażżna strettament fl-Unjoni li tissodisfa l-kriterji għan-notifika taħt il-Konvenzjoni jew li tkun soġġetta għall-proċedura tal-PIC ma għandha tiġi esportata mingħajr ma jkun intalab u nkiseb il-kunsens espliċitu tal-pajjiż li qed jimporta, kemm jekk dak il-pajjiż ikun Parti fil-Konvenzjoni kif ukoll jekk ma jkunx. Fl-istess ħin, eżenzjoni minn dan l-obbligu tkun xierqa fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti sustanzi kimiċi lejn pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) sakemm jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet. Barra minn hekk, hija meħtieġa proċedura sabiex jiġu ttrattati l-każijiet li fihom, minkejja l-isforzi raġjonevoli kollha, ma tkun inkisbet l-ebda tweġiba mill-pajjiż importatur, sabiex l-esportazzjonijiet ta’ ċerti sustanzi kimiċi jkunu jistgħu jipproċedu fuq bażi temporanja u skont kondizzjonijiet speċifikati. Jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għal reviżjoni perjodika tal-każijiet kollha bħal dawn kif ukoll ta’ dawk li fihom jinkiseb il-kunsens espliċitu.

(14)

Huwa wkoll importanti li s-sustanzi kimiċi kollha esportati jkollhom żmien xieraq kemm idumu tajbin sabiex ikunu jistgħu jintużaw b'mod effettiv u sikur. F'dawk li huma pestiċidi, b'mod partikolari, u speċjalment dawk esportati lejn il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, huwa essenzjali li tkun pprovduta informazzjoni dwar kondizzjonijiet xierqa tal-ħażna u li jintużaw pakketti u daqsijiet xierqa ta’ kontenituri biex jiġi evitat illi jinħolqu ħażniet skaduti.

(15)

Oġġetti li jkun fihom sustanzi kimiċi ma jaqgħux fl-ambitu tal-Konvenzjoni. Madankollu jidher xieraq illi l-oġġetti li jkun fihom sustanzi kimiċi, kif definit f'dan ir-Regolament, li jistgħu jiġu rrilaxxati taħt ċerti kondizzjonijiet ta’ użu jew rimi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fl-Unjoni f'waħda jew aktar mill-kategorji ta’ użu stabbiliti fil-Konvenzjoni jew huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar in-notifiki tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, ċerti sustanzi kimiċi u oġġetti li jkun fihom sustanzi kimiċi speċifiċi li jaqgħu barra mill-ambitu tal-Konvenzjoni iżda jagħtu lok għal tħassib partikolari m'għandhomx jiġu esportati.

(16)

Skont il-Konvenzjoni, għandha tingħata informazzjoni dwar il-movimenti ta’ tranżitu ta’ sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC lill-Partijiet għall-Konvenzjoni li jitolbu tali informazzjoni.

(17)

Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-ippakkjar u t-tikkettar u informazzjoni oħra dwar is-sikurezza għandhom japplikaw għas-sustanzi kimiċi kollha meta dawn ikunu maħsuba għall-esportazzjoni lejn Partijiet u pajjiżi oħrajn sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux f'kunflitt ma’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku ta’ dawk il-pajjiżi filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali rilevanti. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġodda dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet kimiċi, għandha tiġi inkluża referenza għal dak ir-Regolament, f' dan ir-Regolament

(18)

Sabiex jiġi żgurat kontroll u infurzar effettiv, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet bħall-awtoritajiet tad-dwana li għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi kimiċi koperti minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija, u l-Istati Membri għandhom rwol ewlieni u għandhom jaġixxu b'mod immirat u kkoordinat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa fil-każ ta’ ksur.

(19)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll tad-dwana u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-esportaturi kif ukoll għall-awtoritajiet, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kodiċijiet li għandhom jintużaw fid-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni. Kodiċijiet speċjali għandhom jintużaw ukoll, kif meħtieġ, għas-sustanzi kimiċi esportati għal għan ta’ riċerka jew analiżi fi kwantitajiet li mhux probabbli li jaffettwaw is-saħħa umana jew l-ambjent u li fi kwalunkwe każ ma jeċċedux 10 kg minn kull esportatur lejn kull pajjiż importatur għal kull sena kalendarja.

(20)

L-iskambju tal-informazzjoni, ir-responsabbiltà maqsuma u l-isforzi kooperattivi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi terzi għandhom jiġu promossi bi skop li tiġi żgurata ġestjoni tajba tas-sustanzi kimiċi, kemm jekk dawk il-pajjiżi terzi jkunu Partijiet fil-Konvenzjoni kif ukoll jekk le. B'mod partikolari, l-assistenza teknika lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u pajjiżi li għandhom ekonomiji fi transizzjoni għandha tiġi fornita direttament mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew indirettament permezz ta’ appoġġ għall-proġetti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, speċjalment assistenza li għandha l-għan li tippermetti lil dawk il-pajjiżi jimplimentaw il-Konvenzjoni, u b'hekk ma tħallix li s-sustanzi kimiċi jkollhom effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(21)

Għandu jkun hemm sorveljanza regolari tal-operazzjoni tal-proċeduri jekk għandhom ikunu effettivi. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jagħtu rapporti regolari f'forma standardizzata lill-Kummissjoni, li għandha regolarment tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(22)

Noti tekniċi ta’ gwida għandhom jitħejjew mill-Aġenzija bħala għajnuna għall-awtoritajiet nominati, inklużi dawk bħall-awtoritajiet tad-dwana li jikkontrollaw l-esportazzjoni, l-esportaturi u l-importaturi fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(23)

Sabiex dan ir-Regolament ikun adattat għall-progress tekniku, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-inklużjoni ta’ sustanzi kimiċi fil-Parti 1 jew 2 tal-Anness I, u emendi oħrajn ta’ dak l-Anness, l-inklużjoni ta’ sustanzi kimiċi fil-Parti 1 jew 2 tal-Anness V u emendi oħrajn ta’ dak l-Anness, u emendi għall-Annessi II, III, IV u VI. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(24)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat tal-implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(25)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’ mod partikolari li tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti u effikaċi tal-obbligi tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba n-neċessità li jiġu armonizzati r-regoli dwar l-importazzjonijet u l-esportazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huma meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 hu mħassar.

(27)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-applikazzjoni deferita ta’ dan ir-Regolament ħalli l-Aġenzija tingħata biżżejjed żmien tħejji għar-rwol il-ġdid tagħha u tippermetti lill-industrija tiffamiljarizza ruħha mal-proċeduri l-ġodda,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għanijiet

1.   L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma li:

(a)

jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura tal-Kunsens Informat minn Qabel għal Xi Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, (“il-Konvenzjoni”);

(b)

jippromwovi r-responsabbiltà konġunta u sforzi kooperattivi fil-moviment internazzjonali tas-sustanzi kimiċi perikolużi sabiex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-ħsara potenzjali;

(c)

jikkontribwixxi għall-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi li ma jkunx ta’ ħsara għall-ambjent.

L-għanijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkisbu billi jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ dawn is-sustanzi kimiċi perikolużi, billi jiġi previst-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni dwar l-importazzjoni u l-importazzjoni tagħhom u billi jiġu trażmessi d-deċiżjonijiet lill-Partijiet u lill-pajjiżi l-oħrajn kif xieraq.

2.   Flimkien mal-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar japplikaw għas-sustanzi kimiċi kollha meta jiġu esportati mill-Istati Membri lejn Partijiet jew pajjiżi, kemm-il darba dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux f'kunflitt ma’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku ta’ dawk il-Partijiet jew pajjiżi oħrajn.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

ċerti sustanzi kimiċi perikolużi li huma soġġetti għall-proċedura tal-kunsens informat minn qabel skont il-Konvenzjoni (il-proċedura “PIC”);

(b)

ċerti sustanzi kimiċi perikolużi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fl-Unjoni jew xi Stat Membru;

(c)

sustanzi kimiċi esportati sa fejn huma kkonċernati l-klassifikar, it-tikkettjar u l-ippakkjar tagħhom.

2.   Dan ir-Regolament m'għandhux japplika għal dawn li ġejjin:

(a)

drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (9);

(b)

materjali radjuattivi u sustanzi koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (10);

(c)

skart kopert mid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (11);

(d)

armi kimiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju (12);

(e)

ikel u addittivi tal-ikel koperti mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (13);

(f)

għalf kopert mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (14) inkluż addittivi, jekk hux ipproċessati, ipproċessati parzjalment kif ukoll jekk le, maħsuba għall-użu fl-għalf orali għall-annimali;

(g)

organiżmi mmodifikati ġenetikament koperti mid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (15);

(h)

ħlief sa fejn ikunu koperti rispettivament mill-Artikolu 3(5)(b) ta’ dan ir-Regolament, prodotti mediċinali xierqa u prodotti mediċinali veterinarji koperti bid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (16) u d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (17) rispettivament.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sustanzi kimiċi esportati għal għan ta’ riċerka jew analiżi fi kwantitajiet li mhux probabbli li jaffettwaw is-saħħa umana jew l-ambjent u li fi kwalunkwe każ ma jeċċedux 10 kg minn kull esportatur lejn kull pajjiż importatur għal kull sena kalendarja.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-esportaturi tas-sustanzi kimiċi msemmija fih għandhom jiksbu numru tal-identifikazzjoni ta’ referenza speċjali filwaqt li jużaw il-Bażi ta’ Data msemmi fl-Artikolu 6(1)(a) u jipprovdu dak in-numru tal-identifikazzjoni ta’ referenza fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“sustanza kimika” tfisser sustanza, kemm waħedha kif ukoll f'taħlita, jew taħlita, kemm manifatturata kif ukoll miksuba min-natura, iżda ma tinkludix organiżmi ħajjin, li tappartjeni għal kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji:

(a)

pestiċidi, li jinkludu formulazzjonijiet pestiċidi serjament perikolużi;

(b)

sustanzi kimiċi industrijali;

(2)

“sustanza” tfisser kwalunkwe element kimiku u l-komposti tiegħu kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(3)

“taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(4)

“oġġett” tfisser prodott lest li jkun fih jew li jinkludi kimika li l-użu tagħha ġie pprojbit jew ristrett ferm bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dak il-prodott partikolari meta dak il-prodott ma jaqax taħt il-punti 2 jew 3;

(5)

“pestiċidi” tfisser kimika f'waħda minn dawn iż-żewġ sottokategoriji li ġejjin:

(a)

pestiċidi użati fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (18);

(b)

pestiċidi oħrajn, bħal:

(i)

prodotti bijoċidali taħt id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (19) u;

(ii)

diżinfettanti, insettiċidi u parasitiċidi koperti mid-Direttivi 2001/82/KE u 2001/83/KE;

(6)

“sustanzi kimiċi industrijali” tfisser sustanzi kimiċi f'waħda minn dawn iż-żewġ sottokategoriji li ġejjin:

(a)

sustanzi kimiċi użati mill-professjonisti;

(b)

sustanzi kimiċi għall-użu mill-pubbliku;

(7)

“sustanzi kimiċi soġġetti għal notifika dwar l-esportazzjoni” tfisser kwalunkwe sustanza kimika li hija pprojbita jew imrażżna strettament fl-Unjoni f'waħda jew aktar mill-kategoriji jew sottokategoriji, u kwalunkwe sustanza kimika elenkata fl-1 Parti tal-Anness I li hija soġġetta għall-proċedura tal-PIC;

(8)

“sustanza kimika li tikkwalifika għan-notifika tal-PIC” tfisser kwalunkwe sustanza kimika li hija pprojbita jew imrażżna strettament fl-Unjoni jew fi Stat Membru u f'kategorija waħda jew aktar. Sustanzi kimiċi pprojbiti jew imrażżna strettament fl-Unjoni f'kategorija waħda jew aktar huma elenkati fit-2 Parti tal-Anness I;

(9)

“Sustanza kimika soġġetta għall-proċedura tal-PIC” tfisser kwalunkwe sustanza kimika elenkata fl-Anness III tal-Konvenzjoni u fil-Parti 3 tal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(10)

“sustanza kimika pprojbita” tfisser waħda minn dawn it-tnejn:

(a)

sustanza kimika li l-użi kollha tagħha f'waħda jew aktar mill-kategoriji jew sottokategoriji ġew ipprojbiti b'azzjoni regolatorja finali mill-Unjoni, sabiex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

(b)

sustanza kimika li nċaħditilha l-approvazzjoni għall-ewwel użu jew li ġiet irtirata mill-industrija jew mis-suq tal-Unjoni jew minn konsiderazzjoni ulterjuri fi proċess ta’ notifika, ta’ reġistrazzjoni jew ta’ approvazzjoni u fejn hemm prova li s-sustanza kimika tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

(11)

“sustanza kimika imrażżna strettament” tfisser waħda minn dawn it-tnejn:

(a)

sustanza kimika, li virtwalment għal kull użu tagħha li jaqa' taħt waħda jew aktar mill-kategoriji jew sottokategoriji, ġiet ipprojbita b'azzjoni regolatorja finali tal-Unjoni għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, iżda li għaliha baqgħu permessi ċerti użi speċifiċi;

(b)

sustanza kimika li, virtwalment għal kull użu tagħha, ġiet irrifjutata għall-approvazzjoni jew ġiet irtirata mill-industrija jew mis-suq tal-Unjoni jew inkella minn konsiderazzjoni ulterjuri fi proċess ta’ notifika, ta’ reġistrazzjoni jew ta’ approvazzjoni, u fejn hemm prova li s-sustanza kimika tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

(12)

“sustanza kimika pprojbita jew imrażżna strettament minn Stat Membru” tfisser kwalunkwe sustanza kimika li hija projbita jew imrażżna strettament b'azzjoni regolatorja finali nazzjonali ta’ Stat Membru;

(13)

“azzjoni regolatorja finali” tfisser att legalement vinkolanti, li l-iskop tiegħu huwa li jipprojbixxi jew irażżan sustanza kimika strettament;

(14)

“formulazzjoni pestiċida perikoluża ħafna” tfisser sustanza kimika fformolata għall-użu bħala pestiċida li tipproduċi effetti gravi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, osservabbli f'perjodu qasir wara esponiment wieħed jew aktar, taħt il-kondizzjonijiet tal-użu;

(15)

“territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju kif iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (20);

(16)

“esportazzjoni” tfisser:

(a)

l-esportazzjoni permanenti jew temporanja ta’ sustanza kimika li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 28(2) TFUE;

(b)

l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ sustanza kimika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(2) TFUE li titqiegħed taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja minn territorju doganali tal-Unjoni;

(17)

“importazzjoni” tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ sustanza kimika li titqiegħed taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja minn territorju doganali tal-Unjoni;

(18)

“esportatur” tfisser kwalunkwe wieħed mill-persuni li ġejjin, kemm jekk naturali kif ukoll jekk legali:

(a)

il-persuna li ssir dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni f'isimha, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, għandha kuntratt mal-konsenjatarju f'Parti jew pajjiż ieħor u għandha s-setgħa li tiddetermina l-esportazzjoni tas-sustanza kimika 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(b)

fejn ma jkun sar l-ebda kuntratt għall-esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jaġixxix f'ismu stess, il-persuna li għandha s-setgħa tiddetermina l-esportazzjoni tas-sustanza kimika 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c)

fejn il-benefiċċju ta’ dritt li jiddisponi mis-sustanza kimika jappartjeni lil persuna stabbilita barra l-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu hija bbażata l-esportazzjoni, il-parti kontraenti stabbilita fl-Unjoni;

(19)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li fil-ħin tal-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni huwa l-konsenjatarju għas-sustanza kimika;

(20)

“Parti fil-Konvenzjoni” jew “Parti” tfisser Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li aċċettat li tintrabat bil-Konvenzjoni u li għaliha l-Konvenzjoni hija fis-seħħ;

(21)

“pajjiż ieħor” tfisser kwalunkwe pajjiż li mhuwiex Parti;

(22)

“L-Aġenzija” tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(23)

“is-Segretarjat” tfisser is-Segretarjat tal-Konvenzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Awtoritajiet Nazzjonali Nominati mill-Istati Membri

Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità jew l-awtoritajiet, (“l-awtorità nazzjonali nominata” jew “l-awtoritajiet nazzjonali nominati”), biex iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi meħtieġa minn dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx diġà għamel hekk qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din il-ħatra sas-17 ta’ Novembru 2012 sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà pprovduta qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-awtorità nazzjonali maħtura.

Artikolu 5

Parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Konvenzjoni

1.   Il-parteċipazzjoni fil-Konvenzjoni għandha tkun responsabilità konġunta tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-assistenza teknika, l-iskambju ta’ informazzjoni u kwistjonijiet relatati ma’ riżoluzzjoni tat-tilwim, parteċipazzjoni f'korpi sussidjarji u votazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala awtorità nominata komuni għall-funzjonijiet amministrattivi tal-Konvenzjoni b'referenza għall-proċedura tal-PIC f'isem u b'kooperazzjoni mill-qrib u b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tkun responsabbli għal dan li ġej:

(a)

it-trażmissjoni tan-notifiki tal-Unjoni tal-esportazzjoni lill-Partijiet u lil pajjiżi oħra skont l-Artikolu 8;

(b)

it-tressiq tan-notifiki dwar l-azzjonijiet regolatorji finali rilevanti li jikkonċernaw sustanzi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC, lis-Segretarjat skont l-Artikolu 11;

(c)

it-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar azzjonijiet regolatorji finali oħra li jinvolvu sustanzi kimiċi li ma jikkwalifikawx għan-notifika tal-PIC skont l-Artikolu 12;

(d)

ir-riċeviment ta’ informazzjoni mis-Segretarjat b'mod aktar ġenerali.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi lis-Segretarjat b'reazzjonijiet tal-Unjoni dwar l-importazzjoni għas-sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC skont l-Artikolu 13.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-kontribut tal-Unjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet tekniċi kollha relatati ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-Konvenzjoni;

(b)

it-tħejjija tal-Konferenza tal-Partijiet stabbilita mill-Artikolu 18(1) tal-Konvenzjoni;

(c)

il-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika stabbilit skont l-Artikolu 18(6) tal-Konvenzjoni (“il-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika”);

(d)

korpi sussidjarji oħrajn tal-Konferenza tal-Partijiet.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-inizzjattivi meħtieġa sabiex jaċċertaw rappreżentanza xierqa tal-Unjoni fil-korpi varji li jimplimentaw il-Konvenzjoni.

Artikolu 6

Kompiti tal-Aġenzija

1.   L-Aġenzija għandha, barra mill-kompiti allokati lilha skont l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11, 13, 14, 15,18, 19, 20, 21, 22 u 25, twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

iżżomm, tiżviluppa aktar u taġġorna regolarment bażi ta’ data dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi perikolużi (“il-Bażi ta’ Data”);

(b)

tpoġġi l-Bażi ta’ Data għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-websajt tagħha;

(c)

fejn xieraq, tipprovdi, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni u wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, assistenza teknika u gwida xjentifika u għodod għall-industrija sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;

(d)

tipprovdi, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri assistenza teknika u gwida xjentifika sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;

(e)

fuq talba mill-esperti tal-Istati Membru jew tal-Kummissjoni tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika, u fi ħdan ir-riżorsi disponibbli, tieħu sehem fit-tfassil ta’ dokumenti ta’ gwida għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni u dokumenti tekniċi oħra relatati mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

(f)

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;

(g)

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha teżerċita r-rwol tagħha bħala l-awtorità nominata komuni tal-Unjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Aġenzija għandu jwettaq il-kompiti allokati lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Is-sustanzi kimiċi soġġetti għan-notifika dwar l-esportazzjoni, is-sustanzi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC u s-sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC

1.   Is-sustanzi kimiċi suġġetti għan-notifika tal-esportazzjoni, is-sustanzi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC u s-sustanzi kimiċi suġġetti għall-proċedura tal-PIC rispettivament għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness I.

2.   Is-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness I għandhom jiġu assenjati lil grupp wieħed jew aktar minn tliet gruppi ta’ sustanzi kimiċi, stabbiliti bħala Partijiet 1, 2 u 3 ta’ dak l-Anness.

Is-sustanzi kimiċi elenkati f'Parti 1 tal-Anness I għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika ta’ esportazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8, b'informazzjoni ddettaljata dwar l-identità tas-sustanza, dwar il-kategorija u/jew sottokategorija tal-użu, soġġetta għar-restrizzjonijiet, it-tip ta’ restrizzjonijiet u, fejn xieraq, aktar informazzjoni b'mod partikolari dwar l-eżenzjonijiet mir-rekwiżiti dwar in-notifika tal-esportazzjoni.

Is-sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I għandhom, minbarra li jkunu soġġetti għal notifika ta’ esportazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8, jikkwalifikaw għall-proċedura tan-notifika tal-PIC stabbilita fl-Artikolu 11, b'informazzjoni dettaljata mogħtija dwar l-identità tas-sustanza u l-kategorija tal-użu.

Is-sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura tal-PIC mal-kategorija tal-użu mogħtija, u fejn xieraq, aktar informazzjoni b'mod partikolari dwar kwalunkwe rekwiżiti dwar in-notifika tal-esportazzjoni.

3.   Il-listi stipulati fl-Anness I għandhom jitqiegħdu disponibbli pubblikament permezz tal-Bażi ta’ Data.

Artikolu 8

Notifiki tal-Esportazzjoni mibgħuta lil Partijiet u pajjiżi oħrajn

1.   Fil-każ ta’ sustanzi elenkati f'Parti 1 tal-Anness I jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunx fihom sustanzi oħra jew le, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu indipendentement mill-użu intiż tas-sustanza kimika fil-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta.

2.   Meta esportatur ikollu jesporta sustanza kimika elenkata fil-paragrafu 1 mill-Unjoni lejn Parti jew pajjiż ieħor fid-data meta jsir soġġett għal dan ir-Regolament jew wara, l-esportatur għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit (“l-Istat Membru tal-esportatur”), mhux aktar tard minn 35 jum qabel id-data mistennija tal-esportazzjoni. Wara dan l-esportatur għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali nominata dwar l-ewwel esportazzjoni tas-sustanza kimika kull sena kalendarja mhux aktar tard minn 35 jum qabel ma ssir l-esportazzjoni. In-notifiki għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-informazzjoni stipulati fl-Anness II u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri permezz tal-Bażi ta’ Data.

L-awtorità nazzjonali nominata mill-Istat Membru tal-esportatur għandha tivverifika l-konformità tal-informazzjoni mal-Anness II u jekk in-notifika tkun kompleta tibgħatha lill-Aġenzija mhux aktar tard minn 25 jum qabel id-data mistennija tal-esportazzjoni.

L-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni, tittrasmetti n-notifika lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż ieħor li jimporta u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li huma jirċievu dik in-notifika mhux aktar tard minn 15-il jum qabel l-ewwel esportazzjoni maħsuba tas-sustanza kimika u wara dan mhux aktar tard minn 15-il jum qabel l-ewwel esportazzjoni tas-sustanza kimika f'kull sena kalendarja sussegwenti.

L-Aġenzija għandha tirreġistra kull notifika ta’ esportazzjoni u tassenjalha numru ta’ identifikazzjoni għal referenza fil-Bażi ta’ Data. L-Aġenzija għandha wkoll tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u l-awtoritajiet nazzjonali maħtura tal-Istati Membri, kif xieraq lista aġġornata tas-sustanzi kimiċi kkonċernati u l-Partijiet importaturi u l-pajjiżi l-oħra għal kull sena kalendarja permezz tal-Bażi ta’ Data.

3.   Jekk l-Aġenzija ma tirċevix mill-Parti li timporta jew pajjiż ieħor rikonoxximent tal-irċevuta tal-ewwel notifika dwar l-esportazzjoni li tkun saret wara li s-sustanza kimika tiġi inkluża fil-Parti 1 tal-Anness I fi żmien 30 jum mit-trażmissjoni ta’ tali notifika, għandha f'isem il-Kummissjoni, tressaq it-tieni notifika. L-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni tagħmel sforzi raġjonevoli biex tiżgura li l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ieħor li jimporta tirċievi t-tieni notifika.

4.   Notifika ġdida tal-esportazzjoni għandha ssir f' konformita'mal-paragrafu 2 għal esportazzjonijiet li jsiru wara d-dħul fis-seħħ ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-marketing, użu jew tikkettjar tas-sustanzi inkwistjoni jew kull meta l-kompożizzjoni tat-taħlitiet inkwistjoni tinbidel b'mod li t-tikkettjar ta’ dawn it-taħlitiet jinbidel. In-notifika l-ġdida għandha tħares ir-rekwiżiti għall-informazzjoni stipulati fl-Anness II u għandha tindika li hija reviżjoni tan-notifika ta’ qabel.

5.   Meta l-esportazzjoni ta’ sustanza kimika hija marbuta ma’ sitwazzjoni ta’ emerġenza fejn kwalunkwe dewmien jista' jqiegħed fil-periklu s-saħħa pubblika jew l-ambjent fil-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor, tista' tingħata eżenzjoni totali jew parzjali mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2, 3 u 4, fuq talba motivata mill-esportatur jew mill-Parti li timporta jew pajjiż ieħor u għad-diskrezzjoni tal-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni assistita mill-Aġenzija. Deċiżjoni dwar it- talba titqies li tkun ittieħdet f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni jekk ma jkunx hemm risposta dissendenti mill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem minn meta l-awtorità nazzjonali nominata mill-Istat Membru tkun bgħatitilha d-dettalji tat-talba.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 19(2), l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieqfu meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sustanza kimika tkun saret sustanza kimika soġġetta għall-proċedura PIC;

(b)

il-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jkun wieġeb skont l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni lis-Segretarjat dwar l-għoti, jew le, tal-kunsens għall-importazzjoni tas-sustanza kimika, u

(c)

il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata bit-tweġiba mis-Segretarjat u ressqet din l-informazzjoni lill-Istati Membri u lill-Aġenzija.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiefqu meta l-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jesiġi espliċitament li jitkomplew in-notifiki dwar l-esportazzjoni mill-Partijiet li jesportaw, pereżempju permezz tad-deċiżjoni tiegħu dwar l-importazzjoni jew mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 19(2), l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ukoll jieqfu meta jiġu ssodisfati iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż importatur ieħor irrinunzjat għar-rekwiżit li tiġi notifikata qabel l-esportazzjoni tas-sustanza kimika; u

(b)

il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni mis-Segretarjat jew mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż importatur ieħor u għaddietha lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, li għamlitha disponibbli permezz tal-Bażi ta’ Data.

7.   Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali nominata rilevanti tal-Istati Membri, l-Aġenzija u l-esportaturi għandhom, fuq talba, ifornu lill-Partijiet li jimportaw u pajjiżi importaturi oħra b'informazzjoni ulterjuri disponibbli dwar is-sustanzi kimiċi esportati.

8.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, b'mod trasparenti, sistemi li jobbligaw lill-esportaturi biex iħallsu tariffa amministrattiva għal kull notifika tal-esportazzjoni li ssir u għal kull talba għal kunsens espliċitu li ssir, li tikkorrispondi għall-ispejjeż li jġarrbu marbuta mal-proċeduri stipulati fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 14(6) u (7).

Artikolu 9

Notifiki tal-esportazzjoni rċevuti milll-Partijiet u pajjiżi oħrajn

1.   Notifiki tal-esportazzjoni rċevuti mill-Aġenzija mingħand l-awtorità nazzjonali nominata ta’ Partijiet jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħrajn dwar l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ sustanza kimika li l-manifattura, l-użu, it-trattament, il-konsum, it-trasport u il-bejgħ tagħha huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjonijiet iebsa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dik il-Parti jew dak il-pajjiż ieħor għandhom ikunu disponibbli permezz tal-Bażi ta’ Data fi żmien 15-il jum minn meta l-Aġenzija tirċievi tali notifika.

L-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-wasla tal-ewwel notifika ta’ esportazzjoni rċevuta għal kull sustanza kimika minn kull Parti jew pajjiż ieħor.

L-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru li jirċievi dik l-importazzjoni għandha tirċievi kopja ta’ kwalunkwe notifika rċevuta mill-Aġenzija, fi żmien 10 ijiem, mir-riċezzjoni flimkien ma’ kull informazzjoni disponibbli. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikunu intitolati li jirċievu kopja fuq talba.

2.   Meta l-Kummissjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri jirċievu kwalunkwe notifika ta’ esportazzjoni direttament jew indirettament mill-awtoritajiet nazzjonali nominati ta’ Partijiet jew awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħrajn, għandhom jibagħtu dawn in-notifiki minnufih lill-Aġenzija flimkien mal-informazzjoni kollha disponibbli.

Artikolu 10

Informazzjoni dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi

1.   Kull esportatur ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

sustanzi elenkati fl-Anness I,

(b)

taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunux preżenti jew le kwalunkwe sustanzi oħra.

(c)

oġġetti li jkun fihom sustanzi elenkati fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I f'forma li għadha ma rreaġġietx jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ikunx fihom sustanzi oħra jew le,

għandu fl-ewwel tliet xhur ta’ kull sena jinforma lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur rigward il-kwantità tas-sustanza kimika, bħala sustanza u kif tinsab f'taħlitiet jew f'oġġetti, mibgħuta lil kull Parti jew pajjiż ieħor matul is-sena ta’ qabel. Dik l-informazzjoni għandha tingħata flimkien ma’ lista tal-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull persuna fiżika jew ġuridika li timporta s-sustanza kimika f' Parti jew f' pajjiż ieħor li saret konsenja lilu matul l-istess perjodu. Din l-informazzjoni għandha telenka l-esportazzjonijiet b'mod separat skont l-Artikolu 14(7).

Kull importatur fl-Unjoni għandu jagħti l-informazzjoni ekwivalenti għall-kwantitajiet importati lejn l-Unjoni.

2.   Fuq talba mill-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, jew mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tagħha, l-esportatur jew importatur għandu jipprovdi kull informazzjoni oħra dwar il-kimika li huwa meħtieġ sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament.

3.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Aġenzija kull sena b'informazzjoni aggregata skont l-Anness III. L-Aġenzija għandha tqassar dik l-informazzjoni fuq livell tal-Unjoni u tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzjali disponibbli pubblikament permezz tal-Bażi ta’ Data.

Artikolu 11

Notifika ta’ sustanzi kimiċi pprojbiti jew imrażżna strettament taħt il-Konvenzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika bil-miktub lis-Segretarjat dwar is-sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I, li jikkwalifikaw għal notifika tal-PIC.

2.   Kull meta aktar sustanzi kimiċi jiżdiedu mal-Parti 2 tal-Anness 1 skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2), il-Kummissjoni għandha tinnotifika dawk is-sustanzi kimiċi lis-Segretarjat. Dik in-notifika tal-PIC għandha titressaq mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni rilevanti li tipprojbixxi jew trażżan is-sustanza kimika strettament, u mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data meta l-azzjoni regolatorja finali għandha tiġi applikata.

3.   In-notifika tal-PIC għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha rikjesta fl-Anness IV.

4.   Meta tistabbilixxi l-prijoritajiet għan-notifiki, il-Kummissjoni għandha tqis jekk is-sustanza kimika hijiex diġà elenkata fil-Parti 3 tal-Anness I, sa fejn jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness IV, il-gravità tar-riskji ppreżentati mis-sustanza kimika, b'mod partikolari għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Fejn sustanza kimika tikkwalifika għan-notifika tal-PIC, iżda l-informazzjoni mhijiex biżżejjed biex tilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness IV, l-esportaturi jew l-importaturi identifikati għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom, inkluża dik minn programmi oħra nazzjonali jew internazzjonali għall-kontroll tas-sustanzi kimiċi fi żmien 60 ġurnata mit-talba.

5.   Il-Kummissjoni għandha tavża lis-Segretarjat bil-miktub meta azzjoni regolatorja finali nnotifikata skont il-paragrafi 1 jew 2 tiġi mmodifikata mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-azzjoni regolatorja finali l-ġdida, u mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data meta l-azzjoni regolatorja finali l-ġdida għandha tiġi applikata.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha li kienet disponibbli fil-ħin meta n-notifika inizjali saret taħt il-paragrafi 1 jew 2 rispettivament.

6.   Fuq talba minn kwalunkwe Parti jew mis-Segretarjat, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sustanza kimika jew l-azzjoni regolatorja finali, sa fejn huwa prattikabbli.

L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom, fuq talba, jassistu lill-Kummissjoni kif meħtieġ fil-ġbir ta’ dik l-informazzjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri u lill-Aġenzija informazzjoni li tirċievi mis-Segretarjat dwar sustanzi kimiċi nnotifikati bħala pprojbiti jew imrażżna strettament minn Partijiet oħrajn.

Fejn xieraq il-Kummissjoni għandha tevalwa, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Aġenzija, il-ħtieġa li tipproponi miżuri fuq livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fl-Unjoni.

8.   Meta Stat Membru jieħu azzjoni regolatorja nazzjonali finali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti biex jipprojbixxi jew irażżan sustanza kimika strettament, għandu jagħti l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Fi żmien erba' ġimgħat, minn meta l-informazzjoni tkun saret disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu l-kummenti fuq notifika tal-PIC possibbli, inkluż, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-pożizzjoni regolatorja nazzjonali dwar is-sustanza kimika, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, li taw l-azzjoni regolatorja nazzjonali finali. Wara konsiderazzjoni tal-kummenti, l-Istat Membru li ssottometta għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk din għandhiex:

(a)

tagħmel in-notifika tal-PIC lis-Segretarjat, skont dan l-Artikolu; jew

(b)

tagħti l-informazzjoni lis-Segretarjat, skont l-Artikolu 12.

Artikolu 12

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lis-Segretarjat dwar sustanza kimika pprojbita jew imrażżna strettament li ma tikkwalifikax għan-notifika tal-PIC

Fil-każ fejn, is-sustanzi kimiċi huma elenkata biss fil-Parti 1 tal-Anness I, jew wara li tkun waslet l-informazzjoni minn Stat Membru skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(8), il-Kummissjoni għandha tipprovdi lis-Segretarjat b'informazzjoni dwar l-azzjonijiet regolatorji finali rilevanti, sabiex l-informazzjoni tkun tista' titqassam lill-Partijiet l-oħrajn għall-Konvenzjoni kif xieraq.

Artikolu 13

Obbligi marbuta mal-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi

1.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri u lill-Aġenzija kwalunkwe dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet li tirċievi mis-Segretarjat.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni dwar l-importazzjoni, fil-forma ta’ reazzjoni dwar l-importazzjoni finali jew temporanja f'isem l-Unjoni dwar l-importazzjoni fil-futur tas-sustanza kimika kkonċernata. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni lis-Segretarjat mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn disa' xhur wara d-data tat-trażmissjoni tad-dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet mis-Segretarjat.

Meta sustanza kimika ssir soġġetta għal restrizzjonijiet addizzjonali jew emendati taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni riveduta dwar l-importazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-Kummissjoni gaħndha tikkomunikaha lis-Segretarjat.

2.   F'każ ta’ sustanza kimika pprojbita jew imrażżna strettament minn Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni għandha, fuq talba bil-miktub tal-Istati Membri kkonċernati, tqis l-informazzjoni fid-deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni.

3.   Deċiżjoni dwar l-importazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tirrigwarda l-kategorija jew kategoriji speċifikati għas-sustanza kimika fid-dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet.

4.   Meta tikkomunika d-deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni lis-Segretarjat, il-Kummissjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva li hija bbażata fuqha.

5.   Kull awtorità nazzjonali nominata fl-Unjoni mill-Istati Membri għandha tqiegħed id-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni ta’ dawk ikkonċernati fi ħdan il-kompetenza tagħha, skont il-miżuri leġiżlattivi jew amministrattivi tagħha. L-Aġenzija għandha tagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet tal-importazzjoni taħt il-paragrafu 1 permezz tal-Bażi ta’ Data.

6.   Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tevalwa, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Aġenzija, il-ħtieġa li tipproponi miżuri fuq livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fl-Unjoni, filwaqt li tieħu kont tal-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet.

Artikolu 14

Obbligi relatati ma’ esportazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi minbarra n-notifika dwar l-esportazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri, l-Aġenzija u l-għaqdiet Ewropej tal-industrija, l-informazzjoni li tirċievi, kemm f'forma ta’ ċirkolari jew mod ieħor, mis-Segretarjat dwar is-sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC u d-deċiżjonijiet tal-Partijiet li jimportaw dwar kondizzjonijiet tal-importazzjoni fuq dawn is-sustanzi kimiċi. Għandha wkoll tibgħat minnufih lill-Istati Membri u l-Aġenzija informazzjoni dwar kwalunkwe każ ta’ nuqqas li tiġi trażmessa tweġiba skont l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni. L-Aġenzija għandha tassenja lil kull deċiżjoni dwar l-importazzjoni numru ta’ identifikazzjoni ta’ referenza u żżomm l-informazzjoni kollha dwar tali deċiżjonijiet disponibbli pubblikament permezz tal-Bażi ta’ Data, u tagħti informazzjoni lil kwalunkwe persuna meta tintalab tipprovdiha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tassenja kull sustanza kimika elenkata fl-Anness I, klassifika fin-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-klassifiki għandhom jiġu rriveduti kif meħtieġ fid-dawl ta’ kwalunkwe tibdiliet li jkunu saru lin-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana jew lin-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea għas-sustanzi kimiċi kkonċernati.

3.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni u d-deċiżjonijiet mibgħuta mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 lil dawk affettwati fil-ġurisdizzjoni tiegħu.

4.   L-esportaturi għandhom josservaw id-deċiżjonijiet f' kull reazzjoni dwar l-importazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara li s-Segretarjat ikun għarraf għall-ewwel darba lill-Kummissjoni dwar tali deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1.

5.   Il-Kummissjoni assistita mill-Aġenzija, kif ukoll l-Istati Membri għandhom javżaw u jassistu lill-Partijiet importaturi, fuq talba u kif xieraq, fil-ksib ta’ aktar informazzjoni meħtieġa biex iħejju tweġiba lis-Segretarjat dwar l-importazzjoni ta’ sustanza kimika speċifika.

6.   Sustanzi elenkati fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għall-obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunx fihom sustanzi oħra jew le, indipendentement mill-użu intiż fil-Parti ta’ importazzjoni jew -pajjiż ieħor, m'għandhomx jiġu esportati jekk ma tkunx ġiet ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun intalab mill-esportatur, u ngħata l-kunsens espliċitu li jimporta, mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija,u l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew awtorità kompetenti f'pajjiż ieħor li jimporta;

(b)

fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I, l-aħħar ċirkolari maħruġa mis-Segretarjat skont il-paragrafu 1 tindika li l-Parti li timporta tat il-kunsens tagħha għall-importazzjoni.

Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati f'Parti 2 tal-Anness I li huma għall-esportazzjoni lejn pajjiżi OECD, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur tista', fuq talba tal-esportatur, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta’ kull każ għalih, tiddeċiedi li l-ebda kunsens espliċitu m'huwa meħtieġ jekk is-sustanza kimika, fil-waqt tal-importazzjoni fil-pajjiż OECD kkonċernat, hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata f'dak il-pajjiż OECD

Fejn ikun intalab il-kunsens espliċitu skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jekk l-Aġenzija ma tkunx irċeviet tweġiba għat-talba fi żmien 30 jum, l-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni tibgħat tfakkira sakemm il-Kummissjoni jew l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur ma tkunx irċeviet tweġiba u bagħtitha lill-Aġenzija. Fejn jixraq, jekk tkun għadha ma waslitx tweġiba fi żmien 30 jum ieħor, l-Aġenzija tista' tibgħat tfakkiriet ulterjuri kif meħtieġ.

7.   Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 2 jew fil-Parti 3 tal-Anness I, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur tista', f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija u fuq il-bażi ta’ kull każ għalih u abbażi tat-tieni subparagrafu, tiddeċiedi li l-esportazzjoni tista' tipproċedi, jekk ma teżisti l-ebda evidenza minn sorsi uffiċjali li l-parti li timporta jew pajjiż ieħor ħadu azzjoni regolatorja finali li tipprojbixxi jew trażżan strettament l-użu tas-sustanza kimika u jekk wara l-isforzi raġjonevoli kollha, l-ebda tweġiba għal talba għall-kunsens espliċitu skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ma tkun waslet fi żmien 60 jum u fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali fil-Parti li timporta jew pajjiż ieħor li s-sustanza kimika hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata; jew

(b)

l-użu maħsub iddikjarat fin-notifika ta’ esportazzjoni u kkonfermat bil-miktub mill-persuna fiżika jew ġuridika li timporta s-sustanza kimika f' Parti jew f' pajjiż ieħor, mhuwiex fil-kategorija li fiha s-sustanza kimika hija elenkata fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I, kif ukoll teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali li fl-aħħar 5 snin is-sustanza kimika kienet qed tintuża, jew tiġi importata fil-Parti ta’ importazzjoni jew ' pajjiż ieħor kkonċernat.

Fil-każ tas-sustanzi kimiċi mniżżla fil-Parti 3 tal-Anness I, esport ibbażat fuq is-sodisfazzjon tal-kundizzjoni taħt il-punt (b) ma jistax jipproċedi jekk is-sustanza kimika ma tkunx ġiet ikklassifikata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala karċinoġena fil-kategorija 1 A jew 1B, jew mutaġenika fil-kategorija 1 A jew 1B, jew tossika għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1 A jew 1B jew is-sustanza kimika tissodisfa l-kriterji tal-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li hi persistenti u bijoakkumulattiva jew tossika jew persistenti u bijoakkumulattiva ħafna.

Fid-deċiżjoni dwar l-esportazzjoni ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija, għandha tikkunsidra l-impatt possibbli fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent li fih tkun se tintuża s-sustanza kimika fil-Parti li timporta jew fil-pajjiż ieħor importatur, u tippreżenta d-dokumentazzjoni relevanti lill-Aġenzija, li għandha ssir disponibbli permezz tal-Bażi ta’ Data.

8.   Il-validità ta’ kull kunsens espliċitu miksub skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 jew deċiżjoni biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu skont il-paragrafu 7 għandha tkun soġġetta għal reviżjoni perjodika mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, kif ġej:

(a)

għal kull kunsens espliċitu miksub skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 kunsens espliċitu ġdid għandu jkun meħtieġ sa tmiem it-tielet sena kalendarja wara li jkun ingħata l-kunsens, sakemm it-termini ta’ dak il-kunsens ma jkunux jesiġu mod ieħor;

(b)

sakemm ma tasalx risposta għal talba sadanittant, kull deċiżjoni biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu skont il-paragrafu 7 għandha tkun għal perjodu massimu validu ta’ 12-il xahar, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-esportazzjonijiet jistgħu madankollu jkomplu wara t-tmiem tal-perjodu rilevanti fl-istennija ta’ tweġiba għal talba ġdida għall-kunsens espliċitu għal perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar.

9.   L-Aġenzija għandha tirreġistra t-talbiet kollha għall-kunsens espliċitu, it-tweġibiet miksuba u deċiżjonijiet biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu, inkluża d-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 7, fil-Bażi ta’ Data. Kull kunsens espliċitu li jinkiseb jew deċiżjoni biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu għandu/ha jiġi/tiġi assenjat/a numru ta’ identifikazzjoni ta’ referenza u għandu/ha jiġi/tiġi elenkat bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar kwalunkwe kondizzjoni anċillari, bħad-dati ta’ validità. L-informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha ssir disponibbli pubblikament permezz tal-Bażi ta’ Data.

10.   L-ebda sustanza kimika m'għandha tiġi esportata aktar tard minn sitt xhur qabel id-data meta tiskadi, fejn din id-data teżisti jew tista' tiġi kkalkolata mid-data tal-prodouzzjoni, sakemm dan ikun prattiku fid-dawl tal-kwalitajiet intrinsiċi tas-sustanza kimika. B'mod partikolari, fil-każ ta’ pestiċidi, l-esportaturi għandhom jiżguraw li d-daqs u l-ippakkjar tal-kontenituri huma ottimizzati sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li jinħoloq stokk skadut.

11.   Meta jesportaw il-pestiċidi, l-esportaturi għandhom jiżguraw li t-tikketta jkun fiha informazzjoni speċifika dwar il-kondizzjonijiet tal-ħżin u l-istabilità tal-ħażna taħt il-kondizzjonijiet klimatiċi tal-Parti li timporta jew tal-pajjiż importatur ieħor. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw li l-pestiċidi esportati jkunu konformi mal-ispeċifikazzjoni dwar is-safa stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 15

Esportazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi u oġġetti

1.   Oġġetti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura tan-notifika dwar l-esportazzjoni stipulata fl-Artikolu 8 jekk ikun fihom kwalunkwe minn dan li ġej:

(a)

sustanzi elenkati fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I f'forma li għadha ma rreaġġietx;

(b)

taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunux preżenti jew le kwalunkwe sustanzi oħra.

2.   Is-sustanzi kimiċi u l-oġġetti li l-użu tagħhom huwa pprojbit fl-Unjoni għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent, kif elenkati fl-Anness V, m'għandhomx jiġu esportati.

Artikolu 16

Informazzjoni dwar movimenti ta’ tranżitu

1.   Partijiet fil-Konvenzjoni li jeħtieġu informazzjoni dwar il-movimenti ta’ tranżitu ta’ sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura PIC, flimkien ma’ informazzjoni mitluba minn kull Parti fil-Konvenzjoni permezz tas-Segretarjat, għandhom ikunu kif elenkat fl-Anness VI.

2.   Fejn sustanza kimika elenkata fil-Parti 3 tal-Anness I tiġi trasportata mit-territorju ta’ Parti fil-Konvenzjoni elenkata fl-Anness VI, l-esportatur għandu, sa fejn prattikabbli, jipprovdi lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur fejn huwa stabbilit bl-informazzjoni meħtieġa mill-Parti fil-Konvenzjoni skont l-Anness VI mhux aktar tard minn 30 jum qabel ma jseħħ l-ewwel moviment ta’ tranżitu u mhux aktar tard minn tmint ijiem qabel kull moviment ta’ tranżitu sussegwenti.

3.   L-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur għandha tibgħat lill-Kummissjoni u tikkopja lill-Aġenzija l-informazzjoni li tirċievi mill-esportatur skont il-paragrafu 2 flimkien ma’ kull informazzjoni oħra disponibbli.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Partijiet fil-Konvenzjoni li talbu dik l-informazzjoni, flimkien ma’ kull informazzjoni disponibbli, mhux aktar tard minn 15-il jum qabel l-ewwel tranżitu u qabel kull movement ieħor ta’ tranżitu.

Artikolu 17

Informazzjoni li għandha takkumpanja s-sustanzi kimiċi esportati

1.   Is-sustanzi kimiċi maħsuba għall-esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar u t-tikkettar stabbiliti fi, jew skont, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 98/8/KE u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux kunfliġġenti ma’ xi rekwiżiti speċifiċi tal-Partijiet ta’ importazzjoni jew ta’ pajjiżi oħra.

2.   Fejn xieraq, id-data tal-iskadenza u d-data tal-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi msemmija fil-paragrafu 1 jew elenkati fl-Anness I għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta, u jekk meħtieġ, dawn id-dati tal-iskadenza għandhom jingħataw għal żoni klimatiċi differenti.

3.   Skeda tad-data dwar is-sikurezza skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha takkumpanja s-sustanzi kimiċi msemmija fil-paragrafu 1 meta jiġu esportati. L-esportatur għandu jibgħat din l-iskeda dwar is-sikurezza lil kull persuna fiżika jew ġuridika li timporta s-sustanza kimika f' Parti jew pajjiż ieħor.

4.   L-informazzjoni fuq it-tikketta u fuq l-iskeda dwar is-sikurezza għandha safejn prattikabbli tingħata fil-lingwa/i uffiċjali, jew f'waħda jew aktar mil-lingwi prinċipali, tal-pajjiż destinatarju jew taż-żona tal-użu maħsub.

Artikolu 18

Obbligi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-kontroll tal-importazzjoni u l-esportazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtoritajiet bħall-awtoritajiet tad-dwana li jkollhom ir-responsabbiltà li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness I, sakemm ma jkunx diġà għamel hekk qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Aġenzija, u l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'mod immirat u kkoordinat fil-monitoraġġ tal-konformità tal-esportaturi ma’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jintuża biex jikkoordina netwerk tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

3.   Kull Stat Membru għandu, fir-rapporti regolari tiegħu dwar it-tħaddim tal-proċeduri skont l-Artikolu 22(1), jinkludi dettalji tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tiegħu f'dak ir-rigward.

Artikolu 19

Obbligi addizzjonali tal-esportaturi

1.   L-esportaturi tas-sustanzi kimiċi soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (4) għandhom jipprovdu n-numri ta’ identifikazzjoni ta’ referenza applikabbli fid-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni tagħhom (kaxxa 44 tad-Dokumenti Amminsitrattivi Uniċi jew element ta’ dejta korrispondenti f'dikjarazzjoni elettronika tal-esportazzjoni) kif imsemmi fl-Artikolu 161(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2.   L-esportaturi tas-sustanzi kimiċi li bl-Artikolu 8(5) jiġu eżentati mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dak l-Artikolu jew tas-sustanzi kimiċi li għalihom dawk l-obbligi jkunu waqfu skont l-Artikolu 8(6) għandhom jiksbu numru ta’ identifikazzjoni ta’ referenza speċjali billi jużaw il-Bażi ta’ Data u jipprovdu dak in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ referenza fid-dikjarazzjoni tagħhom tal-esportazzjoni.

3.   Meta mitluba mill-Aġenzija, l-esportaturi għandhom jużaw il-Bażi ta’ Data għas-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Skambju tal-informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija, u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw kif xieraq il-provvista ta’ informazzjoni xjentifika, teknika, ekonomika u legali dwar sustanzi kimiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni tossikoloġika, ekotossikoloġika u dwar is-sikurezza.

Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri u l-Aġenzija kif meħtieġ, għandha tiżgura kif xieraq dan li ġej:

(a)

il-provvediment ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dwar azzjonijiet regolatorji rilevanti għall-għanijiet fil-Konvenzjoni;

(b)

il-provvediment ta’ informazzjoni għall-Partijiet u pajjiżi oħra direttament jew permezz tas-Segretarjat dwar dawk l-azzjonijiet li sostanzjalment jirrestrinġu użu wieħed jew aktar ta’ sustanza kimika.

2.   Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu minn Parti jew pajjiż ieħor kif miftiehem reċiprokament.

3.   Fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (21), tal-anqas l-informazzjoni li ġejja m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali:

(a)

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II u fl-Anness IV;

(b)

l-informazzjoni li tinsab fl-iskedi tad-dejta tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 17(3);

(c)

id-data tal-iskadenza ta’ sustanza kimika;

(d)

id-data tal-produzzjoni ta’ sustanza kimika;

(e)

informazzjoni dwar miżuri prekawzjonali, inklużi l-klassifikazzjoni skont il-periklu, in-natura tar-riskju u l-avviż rilevanti ta’ sikurezza;

(f)

ir-riżultati fil-qosor tat-testijet tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi;

(g)

informazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-ippakkjar wara li jkunu tneħħew is-sustanzi kimiċi.

4.   Kumpilazzjoni tal-informazzjoni trażmessa għandha titħejja kull sentejn mill-Aġenzija.

Artikolu 21

L-assistenza teknika

Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom, filwaqt li jqisu partikolarment il-ħtiġijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni, jikkooperaw fil-promozzjoni tal-għajnuna teknika, inkluż it-taħriġ, għall-iżvilupp tal-infrastruttura, il-kapaċità u l-ħila meħtieġa għall-ġestjoni tajba tas-sustanzi kimiċi matul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

B'mod partikolari u bl-iskop li dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jimplimentaw il-Konvenzjoni, l-għajnuna teknika għandha tiġi promossa bil-provvista ta’ informazzjoni teknika dwar is-sustanzi kimiċi, bil-promozzjoni tal-iskambju tal-esperti, l-appoġġ għall-istabbiliment jew iż-żamma tal-awtoritajiet nazzjonali nominati u bil-provvista ta’ għarfien tekniku espert għall-identifikazzjoni ta’ formolazzjonijiet ta’ pestiċidi perikolużi u għall-preparazzjoni ta’ notifiki lis-Segretarjat.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu sehem attiv fl-attivitajiet internazzjonali ta’ bini tal-kapaċità fil-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi, billi jipprovdu informazzjoni dwar il-proġetti li qed jappoġġaw jew jiffinanzjaw sabiex itejbu l-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jikkunsidraw li jappoġġaw organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Artikolu 22

Monitoraġġ u rappurtar

1.   Kull tliet snin, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar it-tħaddim tal-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament, inklużi kontrolli tad-dwana, ksur, penalitajiet u azzjoni ta’ rimedju, kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi minn qabel format komuni għar-rappurtar. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2).

2.   Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tiġbor rapport dwar il-qadi tal-funzjonijiet provduti f'dan ir-Regolament li hija responsabbli għalihom u għandha tinkorporah f'rapport ta’ sinteżi li jintegra l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u l-Aġenzija taħt il-paragrafu 1. Taqsira ta’ dak ir-rapport, li għandha tiġi ppubblikata fuq l-Internet, għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Fir-rigward tal-informazzjoni provduta skont il-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija għandhom josservaw l-obbligi rilevanti biex iħarsu l-kunfidenzjalità u s-sjieda tad-dejta.

Artikolu 23

Aġġornament tal-Annessi

1.   Il-lista tas-sustanzi kimiċi fl-Anness I għandha tiġi riveduta mill-Kummissjoni għall-inqas darba kull sena, abbażi tal-iżviluppi fil-liġi tal-Unjoni u taħt il-Konvenzjoni.

2.   Sabiex jiġi determinat jekk azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni tikkostitwix projbizzjoni jew trażżin strett, l-effett tal-azzjoni għandu jiġi evalwat fil-livell tas-sottokategoriji fi ħdan il-kategoriji “pestiċidi” u “sustanzi kimiċi industrijali”. Jekk l-azzjoni regolatorja finali tipprojbixxi jew trażżan strettament l-użu ta’ sustanza kimika f'waħda mis-sottokategoriji, għandha tiġi inkluża f'Parti 1 tal-Anness I.

Sabiex jiġi determinat jekk azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni tikkostitwix projbizzjoni jew trażżin strett, b'tali mod li s-sustanza kimika kkonċernata tikkwalifika għan-notifika tal-PIC skont l-Artikolu 11, l-effett ta’ dik l-azzjoni għandu jiġi evalwat fil-livell tal-kategoriji “pestiċidi” u “sustanzi kimiċi industrijali”. Jekk l-azzjoni regolatorja finali tipprojbixxi jew trażżan strettament sustanza kimika f'waħda mill-kategoriji, għandha wkoll tiġi inkluża f'Parti 2 tal-Anness I.

3.   Id-deċiżjoni biex jiġu inklużi s-sustanzi kimiċi fl-Anness I, jew biex tiġi modifikata l-entrata tagħhom fejn xieraq, għandha tittieħed mingħajr dewmien żejjed.

4.   Sabiex dan ir-Regolament jiġi adattat għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 rigward il-miżuri li ġejjin:

(a)

inklużjoni ta’ sustanza kimika fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu wara l-azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni, u l-emendi oħrajn tal-Anness I, inkluż modifiki għall-entrati eżistenti;

(b)

inklużjoni ta’ sustanza kimika li hija soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (22) fil-Parti 1 tal-Anness V;

(c)

inklużjoni ta’ sustanzi kimiċi li diġà huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ esportazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni fil-Parti 2 tal-Anness V;

(d)

modifiki fl-entrati eżistenti fl-Anness V;

(e)

emendi tal-Annessi II, III, IV u VI.

Artikolu 24

Il-baġit tal-Aġenzija

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:

(a)

sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (It-Taqsima tal-Kummissjoni);

(b)

kwalunkwe kontribut volontarju mill-Istati Membri.

2.   Id-dħul u n-nefqa għall-attivitajiet skont dan ir-Regolament u dawk relatati mal-attivitajiet skont Regolamenti oħra għandhom jitqiesu separatament, permezz ta’ taqsimiet differenti fil-baġit tal-Aġenzija.

Id-dħul tal-Aġenzija msemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża biex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex xieraq li l-Aġenzija titlob tariffa għas-servizzi li tipprovdi lill-esportaturi fi żmien ħames snin mill-1 ta’ Marzu 2014 u, jekk meħtieġ, tissottometti proposta rilevanti.

Artikolu 25

Formati u softwer għas-sottomissjoni tal-informazzjoni lill-Aġenzija

L-Aġenzija għandha tispeċifika formati u pakketti ta’ softwer u tagħmilhom disponibbli mingħajr ħlas fil-websajt tagħha għal kwalunkwe sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-Aġenzija. L-Istati Membri u partijiet oħra soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jużaw dawn il-formati u pakketti fis-sottomissjonijiet tagħhom lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Marzu 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ [xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Il-proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet li jgħoddu għall-vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw implimentazzjoni korretta ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Is-sanzjonijiet pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jekk ma jkunux diġà għamlu dan qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu 2014 u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 29

Perjodu tranżitorju dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi kimiċi

Referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jiġu interpretati, meta jkun xieraq, bħala referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tapplika skont l-Artikolu 61 ta’ dak ir-Regolament u skont l-iskeda ta’ żmien stipulata fih.

Artikolu 30

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi revokat b'effett mill-1 ta’ Marzu 2014.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 163.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-10 ta’ Mejju 2012 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2012.

(3)  ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.

(5)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 353, 31.12. 2008, p. 1.

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(9)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(10)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(11)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(12)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

(13)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(14)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(15)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(16)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(17)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(18)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(19)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(20)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(21)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(22)  OJ L 158, 30.4.2004, p. 7.


ANNESS I

LISTA TA' SUSTANZI KIMIĊI

(imsemmija fl-Artikolu 7)

PARTI 1

Lista ta’ sustanzi kimiċi li huma soġġetti għall-proċedura ta’ notifika tal-esportazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 8)

Wieħed għandu jinnota li fejn sustanzi kimiċi elenkati f'din il-parti tal-Anness ikunu soġġetti għall-proċedura tal-PIC, l-obbligi tan-notifikazzjoni tal-esportazzjoni stipulati fl-Artikolu 8(2), (3) u (4) m'għandhomx japplikaw bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(6) ikunu ġew ssodisfati. Dawn is-sustanzi kimiċi, li huma identifikati permezz tas-simbolu “#” fil-lista hawn isfel, huma elenkati darb'oħra fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness għall-faċilitazzjoni tar-referenza.

Wieħed għandu jinnota wkoll li fejn is-sustanzi kimiċi elenkati f'din il-parti tal-Anness jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC minħabba n-natura tal-azzjoni regolatorja finali tal-Unjoni, dawn is-sustanzi kimiċi huma wkoll elenkati fil-Parti 2 tal-Anness. Dawn is-sustanzi kimiċi huma identifikati bis-simbolu “+” fil-lista hawn isfel.

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Sottokategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhi meħtieġa l-ebda notifika

1,1,1-Trikloroetan

71-55-6

200-756-3

2903 19 10

i(2)

b

 

1,2-Dibrometan (Dibromidu tal-etilina) (1)

106-93-4

203-444-5

2903 31 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

1,2-Dikloroetan (Dikloridu tal-etilina) (1)

107-06-2

203-458-1

2903 15 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

i(2)

b

Cis-1,3-dikloropropen ((1Z)-1,3-dikloroprop-1-ene)

10061-01-5

233-195-8

2903 29 00

p(1)-p(2)

b-b

 

1,3-dikloropropen (1)  (2)

542-75-6

208-826-5

2903 29 00

p(1)

b

 

2-amminobutan

13952-84-6

237-732-7

2921 19 80

p(1)-p(2)

b-b

 

2-Naftilamina (naftalen-2-amina) u l-imluħ + tiegħu (2)

91-59-8, 553-00-4, 612-52-2 u oħrajn

202-080-4, 209-030-0, 210-313-6 u oħrajn

2921 45 00

i(1)

b

 

i(2)

b

2-Naphthyloxyacetic acid

120-23-0

204-380-0

2918 99 90

p(1)

b

 

2,4,5-T u l-imluħ u l-esteri tiegħu (1)

93-76-5 u oħrajn

202-273-3 u oħrajn

2918 91 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

4-Aminobifenil (biphenyl-4-amine) u l-imluħ + tiegħu (2)

92-67-1, 2113-61-3 u oħrajn

202-177-1 u oħrajn

2921 49 80

i(1)

b

 

i(2)

b

4-Nitrobifenil (2)

92-93-3

202-204-7

2904 20 00

i(1)

b

 

i(2)

b

Aċefat (2)

30560-19-1

250-241-2

2930 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Aċifluworfen

50594-66-6

256-634-5

2916 39 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Alaklor (2)

15972-60-8

240-110-8

2924 29 95

p(1)

b

 

Aldikarb (2)

116-06-3

204-123-2

2930 90 85

p(1)-p(2)

sr-b

 

Ametrin

834-12-8

212-634-7

2933 69 80

p(1)-p(2)

b-b

 

Amitraz (2)

33089-61-1

251-375-4

2925 29 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Anthraquinone (2)

84-65-1

201-549-0

2914 61 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Komposti tal-arseniku

 

 

 

p(2)

sr

 

Fibri tal-asbestos (2):

1332-21-4 u oħrajn

 

 

 

 

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Crocidolite (1)

12001-28-4

 

2524 10 00

i

b

 

Amosite (1)

12172-73-5

 

2524 90 00

i

b

 

Antophyllite (1)

77536-67-5

 

2524 90 00

i

b

 

Actinolite (1)

77536-66-4

 

2524 90 00

i

b

 

Tremolite (1)

77536-68-6

 

2524 90 00

i

b

 

Chrysotile (2)

12001-29-5 jew 132207-32-0

 

2524 90 00

i

b

 

Atrazine (2)

1912-24-9

217-617-8

2933 69 10

p(1)

b

 

Ażinfos-etil

2642-71-9

220-147-6

2933 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Ażinfosmetil (2)

86-50-0

201-676-1

2933 99 90

p(1)

b

 

Benfurakarb (2)

82560-54-1

 

2932 99 00

p(1)

b

 

Bensultap

17606-31-4

 

2930 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Benżen (3)

71-43-2

200-753-7

2902 20 00

i(2)

sr

 

Benzidine u l-imluħ + tiegħu (2)

Derivati tal-benzidine (2)

92-87-5, 36341-27-2 u oħrajn

202-199-1, 252-984-8 u oħrajn

2921 59 90

i(1)-i(2)

sr-b

 

i(2)

b

 

 

 

 

 

 

 

Bifentrina

82657-04-3

 

2916 20 00

p(1)

b

 

Binapacryl (1)

485-31-4

207-612-9

2916 19 50

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

i(2)

b

Butralin (2)

33629-47-9

251-607-4

2921 49 00

p(1)

b

 

Il-kadmju u l-komposti tiegħu

7440-43-9 u oħrajn

231-152-8 u oħrajn

8107 3206 49 30 u oħrajn

i(1)

sr

 

Kadusafos (2)

95465-99-9

n.a.

2930 90 85

p(1)

b

 

Kalċiferol

50-14-6

200-014-9

2936 29 90

p(1)

b

 

Kaptafol (1)

2425-06-1

219-363-3

2930 50 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Karbaril (2)

63-25-2

200-555-0

2924 29 95

p(1)-p(2)

b–b

 

Karbofuran (2)

1563-66-2

216-353-0

2932 99 85

p(1)

b

 

Tetraklorur tal-karbonju

56-23-5

200-262-8

2903 14 00

i(2)

b

 

Karbosulfan (2)

55285-14-8

259-565-9

2932 99 85

p(1)

b

 

Kartap

15263-53-3

 

2930 20 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Ċinometijonat

2439-01-2

219-455-3

2934 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Klorat (2)

7775-09-9

231-887-4

2829 11 00

p(1)

b

 

10137-74-3

233-378-2

2829 19 00

Klordimeform (1)

6164-98-3

228-200-5

2925 21 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Klorfenapir (2)

122453-73-0

 

2933 99 90

p(1)

b

 

Klorfenvinfos

470-90-6

207-432-0

2919 90 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Klormefos

24934-91-6

246-538-1

2930 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Klorobenżilat (1)

510-15-6

208-110-2

2918 18 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Kloroform

67-66-3

200-663-8

2903 13 00

i(2)

b

 

Klortal-dimetil (2)

1861-32-1

217-464-7

2917 39 95

p(1)

b

 

Chlozolinate (2)

84332-86-5

282-714-4

2934 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Kolekalċiferol

67-97-0

200-673-2

2936 29 90

p(1)

b

 

Kumafuril

117-52-2

204-195-5

2932 29 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Kreożot u sustanzi relatati mal-kreożot

8001-58-9

232-287-5

2707 91 00

 

 

 

61789-28-4

263-047-8

 

 

 

 

84650-04-4

283-484-8

3807 00 90

 

 

 

90640-84-9

292-605-3

 

 

 

 

65996-91-0

266-026-1

 

i(2)

b

 

90640-80-5

292-602-7

 

 

 

 

65996-85-2

266-019-3

 

 

 

 

8021-39-4

232-419-1

 

 

 

 

122384-78-5

310-191-5

 

 

 

 

Krimidina

535-89-7

208-622-6

2933 59 95

p(1)

b

 

Ċjanammid (2)

420-04-2

206-992-3

2853 00 90

p(1)

b

 

Ċjanażina

21725-46-2

244-544-9

2933 69 80

p(1)-p(2)

b-b

 

Ċjalotrina

68085-85-8

268-450-2

2926 90 95

p(1)

b

 

DBB (Di-μ-oxo-di-n-butylstannio-hydroxyborane/dioxastannaboretan-4-ol)

75113-37-0

401-040-5

2931 00 95

i(1)

b

 

Diażinon (2)

333-41-5

206-373-8

2933 59 10

p(1)

b

 

Diklobenil (2)

1194-65-6

214-787-5

2926 90 95

p(1)

b

 

Dikloran (2)

99-30-9

202-746-4

2921 42 00

p(1)

b

 

Diklorvos (2)

62-73-7

200-547-7

2919 90 90

p(1)

b

 

Dikofol (2)

115-32-2

204-082-0

2906 29 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Dikofol li fih < 78 % p, p′-Dikofol jew 1 g/kg ta’ DDT u komposti relatati + mad-DDT (2)

115-32-2

204-082-0

2906 29 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Dimetenammid (2)

87674-68-8

n.a.

2934 99 90

p(1)

b

 

Dinikonażol-M (2)

83657-18-5

n.a.

2933 99 80

p(1)

b

 

Dinitro-orto-kresol (DNOC) u l-imluħ tiegħu (bħalma huma l-imluħ tal-ammonju, tal-potassju u tas-sodju) (1)

534-52-1

208-601-1

2908 99 90

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

2980-64-5

221-037-0

5787-96-2

2312-76-7

219-007-7

Dinobuton

973-21-7

213-546-1

2920 90 10

p(1)-p(2)

b-b

 

Dinoseb u l-imluħ u l-esteri tiegħu (1)

88-85-7 u oħrajn

201-861-7 u oħrajn

2908 91 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

2915 36 00

i(2)

b

Dinoterb (2)

1420-07-1

215-813-8

2908 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Difenilammina

122-39-4

204-539-4

2921 44 00

p(1)

b

 

Formulazzjonijiet ta’ trab frijabbli li fihom kombinazzjoni ta':

 

 

3808 99 90

 

 

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Benomyl 7 % jew iktar

17804-35-2

241-775-7

2933 99 90

p(1)

b

 

Carbofuran 10 % jew iktar

1563-66-2

216-353-0

2932 99 85

p(2)

b

 

u 15 % ta’ Thiram jew iktar (1)

137-26-8

205-286-2

2930 30 00

 

 

 

Endosulfan (2)

115-29-7

204-079-4

2920 90 85

p(1)

b

 

Etalfluralin (2)

55283-68-6

259-564-3

2921 43 00

p(1)

b

 

Etjon

563-12-2

209-242-3

2930 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Ethoxyquin (2)

91-53-2

202-075-7

2933 49 90

p(1)

b

 

Ossidu tal-etilena (Oxirane) (1)

75-21-8

200-849-9

2910 10 00

p(1)

b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Fenarimol (2)

60168-88-9

262-095-7

2933 59 95

p(1)

b

 

Fenitrotijon (2)

122-14-5

204-524-2

2920 19 00

p(1)

b

 

Fenpropatrina

39515-41-8

254-485-0

2926 90 95

p(1)-p(2)

b-b

 

Fentijon (2)

55-38-9

200-231-9

2930 90 85

p(1)

sr

 

Aċetat tal-fentin (2)

900-95-8

212-984-0

2931 00 95

p(1)-p(2)

b-b

 

Idrossidu tal-fentin (2)

76-87-9

200-990-6

2931 00 95

p(1)-p(2)

b-b

 

Fenvalerat

51630-58-1

257-326-3

2926 90 95

p(1)

b

 

Ferbam

14484-64-1

238-484-2

2930 20 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Fluworoaċetammid (1)

640-19-7

211-363-1

2924 12 00

p(1)

b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Flurenol

467-69-6

207-397-1

2918 19 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Flurprimidol (2)

56425-91-3

n.a.

2933 59 95

p(1)

b

 

Furatijokarb

65907-30-4

265-974-3

2932 99 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Guazatine (2)

108173-90-6

115044-19-4

236-855-3

3808 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Eżakloroetan

67-72-1

200-666-4

2903 19 80

i(1)

sr

 

Eżażinon

51235-04-2

257-074-4

2933 69 80

p(1)-p(2)

b-b

 

Iminottadina

13516-27-3

236-855-3

2925 29 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Aċidu indolaċetiku (2)

87-51-4

201-748-2

2933 99 80

p(1)

b

 

Isossatijon

18854-01-8

242-624-8

2934 99 90

p(1)

b

 

Malatijon

121-75-5

204-497-7

2930 90 99

p(2)

b

 

(a)

Idrażidu malejku u l-imluħ tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-imluħ tal-kolin, tal-potassju u tas-sodju

123-33-1

204-619-9

2933 99 90

p(1)

b

 

(b)

Imluħ tal-kolin, tal-potassju u tas-sodju tal-idrażidu malejku li fihom iktar minn 1 mg/kg ta’ hydrazine ħieles espress fuq il-bażi tal-ekwivalenza aċida

61167-10-0, 51542-52-0, 28330-26-9

257-261-0, 248-972-7

2933 99 90

 

 

 

Komposti tal-merkurju, li jinkludu komposti inorganiċi tal-merkurju, il-komposti alkili tal-merkurju u l-komposti alkilossialkil u arili tal-merkurju għajr il-komposti tal-merkurju elenkati fl-Anness V (1)

62-38-4, 26545-49-3 u oħrajn

200-532-5, 247-783-7 u oħrajn

2852 00 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Metam

144-54-7

205-632-2

2930 20 00

p(1)

b

 

137-42-8

205-239-0

Metamidofos (2)  (2)

10265-92-6

233-606-0

2930 50 00

p(1)

b

 

Metamidofos (Formulazzjonijiet likwidi tas-sustanza li jinħallu, li jeċċedu s-600 g tal-ingredjent attiv/l) (1)

10265-92-6

233-606-0

2930 50 00

3808 50 00

p(2)

b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Metidatjon

950-37-8

213-449-4

2934 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Metomil

16752-77-5

240-815-0

2930 90 99

p(2)

b

 

Methyl bromide (2)

74-83-9

200-813-2

2903 39 11

p(1)-p(2)

b-b

 

Metil-paratijon (2)  (1)

298-00-0

206-050-1

2920 11 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Metossuron

19937-59-8

243-433-2

2924 21 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Monokrotofos (1)

6923-22-4

230-042-7

2924 12 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Monolinuron

1746-81-2

217-129-5

2928 00 90

p(1)

b

 

Metan tal-monometil-dibromo-difenil

Isem kummerċjali: DBBT (2)

99688-47-8

402-210-1

2903 69 90

i(1)

b

 

Metan tal-Monometil-Dikloro-Difenil;

Isem kummerċjali: Ugilec 121 jew Ugilec 21 (2)

400-140-6

2903 69 90

i(1)-i(2)

b-b

 

Metan tal-Monometil-Tetraklorodifenil;

Isem kummerċjali: Ugilec 141 (2)

76253-60-6

278-404-3

2903 69 90

i(1)-i(2)

b-b

 

Monuron

150-68-5

205-766-1

2924 21 90

p(1)

b

 

Nikotina (2)

54-11-5

200-193-3

2939 99 00

p(1)

b

 

Nitrofen (2)

1836-75-5

217-406-0

2909 30 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Nonilfenoli C6H4(OH)C9H19  (2)

25154-52-3 (fenol, nonil-),

246-672-0

2907 13 00

i(1)

sr

 

84852-15-3 (fenol, 4-nonil-, bil-friegħi)

284-325-5

 

 

 

 

11066-49-2 (isononilfenol),

234-284-4

 

 

 

 

90481-04-2, (fenol, nonil-, bil-friegħi),

291-844-0

 

 

 

 

104-40-5(p-nonilfenol) u oħrajn

203-199-4 u oħrajn

 

 

 

 

Nonylphenol ethoxylates (C2H4O)nC15H24O (2)

9016-45-9, 26027-38-3, 68412-54-4, 37205-87-1, 127087-87-0 u oħrajn

 

3402 13 00

i(1)

sr

 

p(1)-p(2)

b-b

Etere tal-ottabromodifenil (2)

32536-52-0

251-087-9

2909 30 38

i(1)

sr

 

Ometoat

1113-02-6

214-197-8

2930 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Ossidemeton-metil (2)

301-12-2

206-110-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Parakwat (2)

4685-14-7

225-141-7

2933 39 99

p(1)

b

 

1910-42-5

217-615-7

2074-50-2

218-196-3

Paratijon (1)

56-38-2

200-271-7

2920 11 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Pebulat

1114-71-2

214-215-4

2930 20 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Pentaklorofenol u l-imluħ u l-esteri tiegħu (1)

87-86-5 u oħrajn

201-778-6 u oħrajn

2908 11 00

2908 19 00 u oħrajn

p(1)-p(2)

b-sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Sulfonati tal-perfluworoottan

1763-23-1

n.a.

2904 90 20

i(1)

sr

 

(PFOS)

2795-39-3

 

2904 90 20

 

 

 

C8F17SO2X

u oħrajn

 

u oħrajn

 

 

 

(X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), halide, amide, u derivattivi oħra li jinkludu l-polymers) (2)

 

 

 

 

 

 

Permetrina

52645-53-1

258-067-9

2916 20 00

p(1)

b

 

Fosalon (2)

2310-17-0

218-996-2

2934 99 90

p(1)

b

 

Phosphamidon (formulazzjonijiet tas-sustanza li jinħallu li jeċċedu l-1 000 g tal-ingredjent attiv/l) (1)

13171-21-6 (taħlita, (E)&(Z) iżomeri)

23783-98-4 ((Z)-iżomer)

297-99-4 ((E)-iżomer)

236-116-5

2924 12 00

3808 50 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Bifenili polibrominati (PBB) għajr l-eżabromobifenil (1)

13654-09-6, 27858-07-7 u oħrajn

237-137-2, 248-696-7 u oħrajn

2903 69 90

i(1)

sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Terfenili poliklorinati (PCT) (1)

61788-33-8

262-968-2

2903 69 90

i(1)

b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Proċmidon (2)

32809-16-8

251-233-1

2925 19 95

p(1)

b

 

Propachlor (2)

1918-16-7

217-638-2

2924 29 98

p(1)

b

 

Propanil

709-98-8

211-914-6

2924 29 98

p(1)

b

 

Profam

122-42-9

204-542-0

2924 29 95

p(1)

b

 

Propisoklor (2)

86763-47-5

n.a.

2924 29 98

p(1)

b

 

Pirażofos (2)

13457-18-6

236-656-1

2933 59 95

p(1)-p(2)

b-b

 

Kwintożen (2)

82-68-8

201-435-0

2904 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Xillirosid

507-60-8

208-077-4

2938 90 90

p(1)

b

 

Simazine (2)

122-34-9

204-535-2

2933 69 10

p(1)-p(2)

b-b

 

Striknina

57-24-9

200-319-7

2939 99 00

p(1)

b

 

Teknażen (2)

117-18-0

204-178-2

2904 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Terbufos

13071-79-9

235-963-8

2930 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Ċomb tat-tetraetil (1)

78-00-2

201-075-4

2931 00 95

i(1)

sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Ċomb tat-tetrametil (1)

75-74-1

200-897-0

2931 00 95

i(1)

sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Sulfat tat-tallju

7446-18-6

231-201-3

2833 29 90

p(1)

b

 

Tijobenkarb (2)

28249-77-6

248-924-5

2930 20 00

p(1)

b

 

Tijoċiklam

31895-22-4

250-859-2

2934 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Tijodikarb (2)

59669-26-0

261-848-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Tolilfluwanid (2)

731-27-1

211-986-9

2930 90 85

p(1)

b

 

Trijażofos

24017-47-8

245-986-5

2933 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Il-komposti kollha tar-tributyltin, fosthom:

 

 

2931 00 95

p(2)

b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Tributyltin oxide

56-35-9

200-268-0

2931 00 95

Tributyltin fluoride

1983-10-4

217-847-9

2931 00 95

Tributyltin methacrylate

2155-70-6

218-452-4

2931 00 95

Tributyltin benzoate

4342-36-3

224-399-8

2931 00 95

Tributyltin chloride

1461-22-9

215-958-7

2931 00 95

Tributyltin linoleate

24124-25-2

246-024-7

2931 00 95

Tributyltin naphthenate (1)

85409-17-2

287-083-9

2931 00 95

Triklorfon (2)

52-68-6

200-149-3

2931 00 95

p(1)-p(2)

b-b

 

Triċiklażol (2)

41814-78-2

255-559-5

2934 99 90

p(1)

b

 

Tridemorf

24602-86-6

246-347-3

2934 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Trifluralin (2)

1582-09-8

216-428-8

2921 43 00

p(1)

b

 

Komposti triorganostanniċi għajr il-komposti tat-tributyltin (2)

2931 00 95 u oħrajn

p(2)

sr

 

i(2)

sr

Tris (2,3-Dibromopropyl) Phosphate (1)

126-72-7

204-799-9

2919 10 00

i(1)

sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Tris-aziridinyl-phosphinoxide (1,1′,1′-phosphoryltriaziridine) (2)

545-55-1

208-892-5

2933 99 90

i(1)

sr

 

Vamidotijon

2275-23-2

218-894-8

2930 90 85

p(1)-p(2)

b-b

 

Vinklożolin (2)

50471-44-8

256-599-6

2934 99 90

p(1)

b

 

Żineb

12122-67-7

235-180-1

2930 20 00 jew 3824 90 97

p(1)

b

 

PARTI 2

Lista tas-sustanzi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika PIC

(imsemmija fl-Artikolu 11)

Din il-lista tinkludi s-sustanzi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika PIC. Ma tinkludix sustanzi kimiċi li diġà huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC, li huma elenkati fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness.

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi tan-NM

Kategorija (***)

Limitazzjoni tal-użu (****)

1,3-dikloropropen

542-75-6

208-826-5

2903 29 00

p

b

2-Naftilammina (naftalen-2-ammina) u l-imluħ tiegħu

91-59-8, 553-00-4, 612-52-2 u oħrajn

202-080-4, 209-030-0, 210-313-6 u oħrajn

2921 45 00

i

b

4-Aminobiphenyl (biphenyl-4-amine) u l-imluħ tiegħu

92-67-1, 2113-61-3 u oħrajn

202-177-1 u oħrajn

2921 49 80

i

b

4-Nitrobifenil

92-92-3

202-204-7

2904 20 00

i

b

Aċefat

30560-19-1

250-241-2

2930 90 85

p

b

Alaklor

15972-60-8

240-110-8

2924 29 95

p

b

Aldikarb

116-06-3

204-123-2

2930 90 85

p

sr

Amitraz

33089-61-1

251-375-4

2925 29 00

p

b

Anthraquinone

84-65-1

201-549-0

2914 61 00

p

b

Fibri tal-asbestos: Chrysotile

12001-29-5 jew 132207-32-0

 

2524 90 00

i

b

Atrazine

1912-24-9

217-617-8

2933 69 10

p

b

Azinphos-methyl

86-50-0

201-676-1

2933 99 80

p

b

Benfurakarb

82560-54-1

n.a.

2932 99 00

p

b

Benżidina u l-imluħ tiegħu

92-87-5, 36341-27-2 u oħrajn

202-199-1, 252-984-8 u oħrajn

2921 59 90

i

sr

Derivati tal-benżidina

 

 

 

Butralin

33629-47-9

251-607-4

2921 49 00

p

b

Kadusafos

95465-99-9

n.a.

2930 90 99

p

b

Karbaril

63-25-2

200-555-0

2924 29 95

p

b

Karbofuran

1563-66-2

216-353-0

2932 99 00

p

b

Karbosulfan

55285-14-8

259-565-9

2932 99 00

p

b

Klorat

7775-09-9

231-887-4

2829 11 00

p

b

10137-74-3

233-378-2

2829 19 00

Klorfenapir

122453-73-0

 

2933 99 90

p

sr

Klortal-dimetil

1861-32-1

217-464-7

2917 39 95

p

b

Klożolinat

84332-86-5

282-714-4

2934 99 90

p

b

Ċjanammid

420-04-2

206-992-3

2853 00 90

p

sr

Diażinon

333-41-5

206-373-8

2933 59 10

p

sr

Diklobenil

1194-65-6

214-787-5

2926 90 95

p

b

Dikloran

99-30-9

202-746-4

2921 42 00

p

b

Dichlorvos

62-73-7

200-547-7

2919 90 00

p

sr

Dikofol

115-32-2

204-082-0

2906 29 00

p

b

Dikofol li fih < 78 % p, p′-Dikofol jew 1 g/kg ta’ DDT u komposti relatati mad-DDT

115-32-3

204-082-0

2906 29 00

p

b

Dimetenammid

87674-68-8

n.a.

2934 99 90

p

b

Dinikonażol-M

83657-18-5

n.a.

2933 99 80

p

b

Dinoterb

1420-07-1

215-813-8

2908 99 90

p

b

Endosulfan

115-29-7

204-079-4

2920 90 85

p

b

Etalfluralin

55283-68-6

259-564-3

2921 43 00

p

b

Ethoxyquin

91-53-2

202-075-7

2933 49 90

p

b

Fenarimol

60168-88-9

262-095-7

2933 59 95

p

b

Fenitrothion

122-14-5

204-524-2

2920 19 00

p

sr

Fentijon

55-38-9

200-231-9

2930 90 85

p

sr

Aċetat tal-fentin

900-95-8

212-984-0

2931 00 95

p

b

Idrossidu tal-fentin

76-87-9

200-990-6

2931 00 95

p

b

Flurprimidol

56425-91-3

n.a.

2933 59 95

p

b

Guazatine

108173-90-6

115044-19-4

236-855-3

3808 99 90

p

b

Aċidu indolaċetiku

87-51-4

201-748-2

2933 99 80

p

b

Metamidofos (4)

10265-92-6

233-606-0

2930 50 00

p

b

Methyl bromide

74-83-9

200-813-2

2903 39 11

p

b

Paratijon tal-metil (3)

298-00-0

206-050-1

2920 11 00

p

b

Metan tal-monometil-dibromo-difenil

Isem kummerċjali: DBBT

99688-47-8

401-210-1

2903 69 90

i

b

Metan tal-Monometil-Dikloro-Difenil;

Isem kummerċjali: Ugilec 121 jew Ugilec 21

400-140-6

2903 69 90

i

b

Metan tal-Monometil-Tetraklorodifenil;

Isem kummerċjali: Ugilec 141

76253-60-6

278-404-3

2903 69 90

i

b

Nikotina

54-11-5

200-193-3

2939 99 00

p

b

Nitrofen

1836-75-5

217-406-0

2909 30 90

p

b

Nonilfenoli C6H4(OH)C9H19

25154-52-3 (fenol, nonil-),

246-672-0

2907 13 00

i

sr

84852-15-3 (fenol, 4-nonil-, bil-friegħi),

284-325-5

 

 

 

11066-49-2 (isononilfenol),

234-284-4

 

 

 

90481-04-2, (fenol, nonil-, bil-friegħi),

291-844-0

 

 

 

104-40-5(P-nonilfenol) u oħrajn

203-199-4 u oħrajn

 

 

 

Etossilati tan-nonilfenol (C2H4O)nC15H24O

9016-45-9, 26027-38-3, 68412-54-4, 37205-87-1, 127087-87-0 u oħrajn

 

3402 13 00

i

sr

p

b

Etere tal-ottabromodifenil

32536-52-0

251-087-9

2909 30 38

i

sr

Ossidemeton-metil

301-12-2

206-110-7

2930 90 85

p

b

Parakwat

4685-14-7

225-141-7

2933 39 99

p

b

1910-42-5

217-615-7

2074-50-2

218-196-3

Sulfonati tal-perfluworoottan

1763-23-1

n.a.

2904 90 20

i

sr

(PFOS) C8F17SO2X (X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), halide, amide, u derivattivi oħra li jinkludu l-polymers)

2795-39-3 u oħrajn

 

2904 90 20 u oħrajn

 

 

Fosalun

2310-17-0

218-996-2

2934 99 90

p

b

Proċmidon

32809-16-8

251-233-1

2925 19 95

p

b

Propachlor

1918-16-7

217-638-2

2924 29 98

p

b

Propisoklor

86763-47-5

n.a.

2924 29 98

p

b

Pirażofos

13457-18-6

236-656-1

2933 59 95

p

b

Kwintożen

82-68-8

201-435-0

2904 90 85

p

b

Simazine

122-34-9

204-535-2

2933 69 10

p

b

Teknażen

117-18-0

204-178-2

2904 90 85

p

b

Tijobenkarb

28249-77-6

248-924-5

2930 20 00

p

b

Tijodikarb

59669-26-0

261-848-7

2930 90 85

p

b

Tolilfluwanid

731-27-1

211-986-9

2930 90 85

p

sr

Triklorfon

52-68-6

200-149-3

2931 00 95

p

b

Triċiklażol

41814-78-2

255-559-5

2934 99 90

p

b

Trifluralin

1582-09-8

216-428-8

2921 43 00

p

b

Komposti triorganostanniċi għajr il-komposti tat-tributyltin

2931 00 95 u oħrajn

p

sr

Vinklożolin

50471-44-8

256-599-6

2934 99 90

p

b

PARTI 3

Lista tas-sustanzi kimiċi li huma soġġetti għall-proċedura PIC

(imsemmija fl-Artikoli 13 u 14)

(Il-kategoriji elenkati huma dawk li jissemmew fil-Konvenzjoni)

Sustanza Kimika

Numru/i CAS rilevanti

Kodiċi tal-HS

Sustanza pura

Kodiċi tal-HS

Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza

Kategorija

2,4,5-T u l-imlieħ u l-esteri tiegħu

93-76-5 (4)

2918.91

3808.50

Pestiċida

Aldrin (*****)

309-00-2

2903.52

3808.50

Pestiċida

Binapakril

485-31-4

2916.19

3808.50

Pestiċida

Kaptafol

2425-06-1

2930.50

3808.50

Pestiċida

Klordan (*****)

57-74-9

2903.52

3808.50

Pestiċida

Klordimeform

6164-98-3

2925.21

3808.50

Pestiċida

Klorobenżilat

510-15-6

2918.18

3808.50

Pestiċida

DDT (*****)

50-29-3

2903.62

3808.50

Pestiċida

Dieldrin (*****)

60-57-1

2910.40

3808.50

Pestiċida

Dinitro-orto-kresol (DNOC) u l-imluħ tiegħu (bħalma huma l-imluħ tal-ammonju, tal-potassju u tas-sodju)

534-52-1, 2980-64-5, 5787-96-2, 2312-76-7

2908.99

3808.91

3808.92

3808.93

Pestiċida

Dinoseb u l-imlieħ u l-esteri tiegħu

88-85-7 (4)

2908.91

3808.50

Pestiċida

1,2-dibromoetan (EDB)

106-93-4

2903.31

3808.50

Pestiċida

Diklorur tal-etilen (1,2-dikloroetan)

107-06-2

2903.15

3808.50

Pestiċida

Ossidu tal-etilen

75-21-8

2910.10

3808.50

3824.81

Pestiċida

Fluworoaċetammid

640-19-7

2924.12

3808.50

Pestiċida

HCH (isomeri mħallta) (*****)

608-73-1

2903.51

3808.50

Pestiċida

Eptaklor (*****)

76-44-8

2903.52

3808.50

Pestiċida

Eżaklorobenżina (*****)

118-74-1

2903.62

3808.50

Pestiċida

Lindan (*****)

58-89-9

2903.51

3808.50

Pestiċida

Komposti tal-merkurju, li jinkludu l-komposti inorganiċi tal-merkurju, il-komposti alkili tal-merkurju u l-komposti arili u alkilossialkili tal-merkurju

10112-91-1, 21908-53-2 u oħrajn

Ara wkoll: http://pic.int/en

2852.00

3808.50

Pestiċida

Monokrotofos

6923-22-4

2924.12

3808.50

Pestiċida

Paratjon

56-38-2

2920.11

3808.50

Pestiċida

Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu

87-86-5 (4)

2908.11

2908.19

3808.50

3808.91

3808.92

3808.93

3808.94

3808.99

Pestiċida

Tossafen (*****)

8001-35-2

3808.50

Pestiċida

Formulazzjonijiet ta’ trab frijabbli li fihom kombinazzjoni ta': 7 % ta’ Benomyl jew aktar, 10 % ta’ Carbofuran jew aktar u 15 % Thiram jew aktar

17804-35-2

1563-66-2

137-26-8

3808.92

Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

Methamidophos (formulazzjonijiet likwidi tas-sustanza li jinħallu li jeċċedu s-600 g tal-ingredjent attiv/l)

10265-92-6

2930.50

3808.50

Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

Methyl-parathion (konċentrati li jistgħu jiġu emulsifikati b'kontenut ta’ ingredjenti attivi ta’ 19,5 % jew aktar u trabijiet b'kontenut ta’ ingredjenti attivi ta’ 1,5 % jew aktar)

298-00-0

2920.11

3808.50

Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

Phosphamidon (formulazzjonijiet likwidi tas-sustanza li jinħallu li jeċċedu l-1 000 g tal-ingredjent attiv/l)

 

2924.12

3808.50

Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

Taħlita, (E) u (Z) iżomers

13171-21-6

(Z)- iżomer

23783-98-4

(E)- iżomer

297-99-4

Fibri tal-asbestos:

 

2524.10

2524.90

6811.40

6812.80

6812.91

6812.92

6812.93

6812.99

6813.20

Industrijali

Crocidolite

12001-28-4

2524.10

 

 

Actinolite

77536-66-4

2524.90

 

 

Anthophyllite

77536-67-5

2524.90

 

 

Amosite

12172-73-5

2524.90

 

 

Tremolite

77536-68-6

2524.90

 

 

Bifenili polibrominati (PBB)

 

 

 

 

(eża-) (*****)

36355-01-8

3824.82

Industrijali

(otta-)

27858-07-7

 

 

 

(deka-)

13654-09-6

 

 

 

Bifenili poliklorinati (PCB) (*****)

1336-36-3

3824.82

Industrijali

Terfenili poliklorinati (PCT)

61788-33-8

3824.82

Industrijali

Ċomb tat-tetraetil

78-00-2

2931.00

3811.11

Industrijali

Ċomb tat-tetrametil

75-74-1

2931.00

3811.11

Industrijali

Il-komposti kollha tar-tributyltin, fosthom:

 

2931.00

3808.99

Pestiċida

Tributyltin oxide

56-35-9

2931.00

3808.99

Tributyltin fluoride

1983-10-4

2931.00

3808.99

Tributyltin methacrylate

2155-70-6

2931.00

3808.99

Tributyltin benzoate

4342-36-3

2931.00

3808.99

Tributyltin chloride

1461-22-9

2931.00

3808.99

Tributyltin linoleate

24124-25-2

2931.00

3808.99

Tributyltin naphthenate

85409-17-2

2931.00

3808.99

Fosfat tat-tris (2,3-dibromopropil)

126-72-7

2919.10

3824.83

Industrijali


(*)  Sottokategorija: p(1) – pestiċida fil-grupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, p(2) – pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi; i(1) – sustanza kimika industrijali għall-użu professjonali u i(2) – sustanza kimika industrijali għall-użu mill-pubbliku.

(**)  Limitazzjoni fl-użu: sr – restrizzjoni severa, b – projbizzjoni (għas-sottokategorija jew sottokategoriji kkonċernati) skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(1)  Din l-entrata ma taffettwax l-entrata eżistenti għal cis-1,3-dikloropropen (Nru CAS 10061-01-5).

(2)  Din l-entrata ma taffettwax l-entrata eżistenti għal formulazzjonijiet likwidi solubbli tal-metamidofos li jaqbżu s-600 g ta’ ingredjent attiv kull litru.

(3)  Ħlief karburanti ta’ magni li huma soġġetti għad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).

Nru CAS= Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi.

(1)  

(#)

Sustanza kimika li hija soġġetta jew soġġetta parzjalment għall-proċedura tal-PIC.

(2)  

(+)

Sustanza kimika li tikkwalifika għan-notifika tal-PIC.

(***)  Kategorija: p – pestiċidi; i – sustanza kimika industrijali.

(****)  Limitazzjoni fl-użu: sr – restrizzjoni severa, b – projbizzjoni (għall-kategorija jew kategoriji kkonċernati).Nru CAS = Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi.

(4)  Din l-entrata ma taffettwax l-entrata fl-Anness I Parti 3 għal formulazzjonijiet likwidi solubbli tal-metamidofos li jaqbżu s-600 g ta’ ingredjent attiv kull litru.

(3)  

(#)

Sustanza kimika li hija soġġetta jew soġġetta parzjalment għall-proċedura PIC.

(*****)  Dawn is-sustanzi huma soġġetti għall-projbizzjoni ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 15(2) ta’, u l-Anness V għal, dan ir-Regolament.

(4)  

(#)

Huma biss in-numri CAS tal-komposti ġenituri li huma elenkati.


ANNESS II

NOTIFIKA TAL-ESPORTAZZJONI

L-informazzjoni li ġejja hija mitluba skont l-Artikolu 8:

1.

Identità tas-sustanzi li għandhom jiġu esportati:

(a)

isem fin-nomenklatura tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata;

(b)

ismijiet oħra (eż. isem ISO, ismijiet komuni, ismijiet kummerċjali u abbrevjazzjonijiet);

(ċ)

Numru EINECS (Inventarju Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi Eżistenti) u numru CAS (Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi);

(d)

Numru CUS (Inventarju Doganali Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi) u l-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda;

(e)

impuritajiet ewlenin tas-sustanza, meta jkunu partikolarment rilevanti.

2.

Identità tat-taħlita li ser tiġi esportata:

(a)

l-isem u/jew id-denominazzjoni kummerċjali tat-taħlita;

(b)

għal kull sustanza elenkata fl-Anness I, perċentwal u dettalji kif speċifikat taħt il-punt 1;

(ċ)

Numru CUS (Inventarju Doganali Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi) u l-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda.

3.

Identità tal-prodott li għandu jiġi esportat:

(a)

isem u/jew deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott;

(b)

għal kull sustanza elenkata fl-Anness I, il-perċentwal u d-dettalji kif speċifikati fil-punt 1.

4.

Informazzjoni dwar l-esportazzjoni:

(a)

pajjiż tad-destinazzjoni;

(b)

pajjiż tal-oriġini;

(ċ)

data mistennija tal-ewwel esportazzjoni din is-sena;

(d)

ammont stmat tas-sustanza kimika għall-esportazzjoni lejn il-pajjiż ikkonċernat din is-sena;

(e)

użu intenzjonat fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jekk magħruf, inkluża informazzjoni; dwar il-kategorija/i skont il-Konvenzjoni li dan l-użu jaqa’ taħtha;

(f)

isem, indirizz u dettalji rilevanti oħrajn tal-persuna fiżika jew ġuridika li timporta;

(g)

isem, indirizz u dettalji oħrajn rilevanti tal-esportatur.

5.

Awtoritajiet Nazzjonali Nominati:

(a)

l-isem, l-indirizz, telefown u teleks, numru tal-feks jew E-mail tal-awtorità nominata fl-Unjoni li minnha tista’ tinkiseb iktar informazzjoni;

(b)

l-isem, l-indirizz, telefown u teleks, numru tal-feks jew E-mail tal-awtorità nominata fil-pajjiż importatur.

6.

L-informazzjoni dwar prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu, inkluża l-kategorija tat-twissija dwar riskju u sikurezza.

7.

Taqsira tal-proprjetajiet fiżikotossiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi.

8.

Użu tas-sustanza kimika fl-Unjoni:

(a)

użi, kategorija/i skont il-Konvenzjoni u s-sottokategorija/i tal-Unjoni li huma soġġetti għall-miżuri ta’ kontroll (projbizzjoni jew restrizzjoni severa);

(b)

użi li għalihom is-sustanza kimika mhix ipprojbita jew ristretta severament (kategoriji u sottokategoriji ta’ użi kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament);

(ċ)

stima, fejn hija disponibbli, tal-kwantitajiet tas-sustanza kimika prodotta, importata, esportata u użata.

9.

Informazzjoni dwar miżuri kawtelatorji biex jitnaqqsu l-esponiment għal u l-emissjoni tas-sustanza kimika.

10.

Taqsira tar-restrizzjonijiet regolatroji u raġunijiet għalihom.

11.

Taqsira dwar l-informazzjoni speċifikata fil-punti 2(a), (c) u (d) tal-Anness IV.

12.

Informazzjoni oħra pprovduta mill-Parti esportatriċi minħabba li hija kkunsidrata ta’ tħassib jew aktar informazzjoni kif speċifikat fl-Anness IV meta din tintalab mill-Parti importatriċi.


ANNESS III

Informazzjoni li għandha tingħata mill-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10

1.

Sommarju tal-kwantitajiet tas-sustanzi kimiċi (fil-forma ta’ sustanzi, taħlitiet u prodotti) soġġetti għall-Anness I u esportati matul is-sena ta’ qabel.

(a)

Sena li fiha saru l-esportazzjonijiet;

(b)

Tabella li turi fil-qosor il-kwantitajiet ta’ sustanzi kimiċi esportati (fil-forma ta’ sustanzi, taħlitiet u prodotti) kif definiti hawn taħt.

Sustanza Kimika

Pajjiż li jimporta

Kwantità tas-sustanza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jimportaw sustanzi kimiċi f’Parti jew f’pajjiż ieħor

Sustanza Kimika

Pajjiż li jimporta

Persuna li timporta

Indirizz u dettalji rilevanti oħrajn tal-persuna li timporta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS IV

Notifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar sustanza kimika projbita jew imrażżna strettament

REWKIŻITI TA' INFORMAZZJONI GĦAN-NOTIFIKI SKONT L-ARTIKOLU 11

In-notifiki għandhom jinkludu:

1.

proprjetajiet, identifikazzjoni u użi

(a)

isem komuni;

(b)

isem is-sustanza kimika skont nomenklatura magħrufa internazzjonalment (pereżempju l-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC)), fejn din in-nomenklatura teżisti;

(c)

ismijiet kummerċjali u ismijiet ta’ taħlitiet;

(d)

numri tal-kodiċi: Numru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS), Sistema tal-Kodiċi Doganali Armonizzat u numri oħrajn;

(e)

informazzjoni dwar klassifika ta’ periklu, fejn is-sustanza kimika hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ klassifika;

(f)

użu jew użi tas-sustanza kimika:

fl-Unjoni,

postijiet oħra (jekk magħrufa);

(g)

il-kwalitajiet fiżikokimiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi;

2.

azzjoni regolatorja finali

(a)

informazzjoni speċifika għall-azzjoni regolatorja finali:

(i)

sommarju tal-azzjoni regolatorja finali;

(ii)

referenza għad-dokument regolatorju;

(iii)

data tad-dħul fis-seħħ tal-azzjoni regolatorja finali;

(iv)

indikazzjoni jekk l-azzjoni regolatorja finali tteħditx abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju jew periklu u, jekk huwa hekk, informazzjoni dwar tali evalwazzjoni, li tkopri referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti;

(v)

raġunijiet għall-azzjoni regolatorja finali rilevanti għas-saħħa tal-bniedem, inkluża s-saħħa tal-konsumaturi u l-ħaddiema, jew l-ambjent;

(vi)

sommarju tal-perikli u r-riskji li jirriżultaw mis-sustanza kimika għas-saħħa tal-bniedem, inkluża s-saħħa tal-konsumaturi u l-ħaddiema, jew l-ambjent u l-effett mistenni tal-azzjoni regolatorja finali;

(b)

kategorija jew kategoriji fejn ittieħdet l-azzjoni regolatorja finali, u għal kull kategorija:

(i)

użu jew użi pprojbiti mill-azzjoni regolatorja finali;

(ii)

użu jew użi li jibqgħu permessi;

(iii)

stima, fejn hija disponibbli, tal-kwantitajiet tas-sustanza kimika prodotta, importata, esportata u użata;

(c)

indikazzjoni, safejn hu possibbli, tar-rilevanza probabbli tal-azzjoni regolatorja finali għal Stati u reġjuni oħrajn;

(d)

informazzjoni oħra rilevanti li tista' tkopri:

(i)

evalwazzjoni tal-effetti soċjoekonomiċi tal-azzjoni regolatorja finali;

(ii)

informazzjoni dwar alternattivi u r-riskji relattivi tagħhom, fejn disponibbli, bħal:

strateġiji integrati għall-ġestjoni tal-pesti;

prassi u proċessi industrijali, inkluża teknoloġija aktar nadifa.


ANNESS V

Sustanzi kimiċi u oġġetti soġġetti għal projbizzjoni ta’ esportazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 15)

PARTI 1

Sustanzi niġġiesa organiċi persistenti kif elenkati fl-Annessi A u B tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (1) skont id-dispożizzjonijiet mniżżla fiha.

Deskrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi/prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn rilevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

 

Aldrin

KE Nru 206-215-8,

Nru CAS 309-00-2,

Kodiċi tan-NM 2903 52 00

 

Klordan

KE Nru 200-349-0,

Nru CAS 57-74-9,

Kodiċi tan-NM 2903 52 00

 

Klordekon

Nru KE 205-601-3

Nru CAS 143-50-0

Kodiċi tan-NM 2914 70 00

 

Dieldrin

KE Nru 200-484-5,

Nru CAS 60-57-1,

Kodiċi tan-NM 2910 40 00

 

DDT (1,1,1-trichloro-2,2-bis (p-chlorophenyl) ethane

KE Nru 200-024-3,

Nru CAS 50-29-3,

Kodiċi tan-NM 2903 62 00

 

Endrin

KE Nru 200-775-7,

Nru CAS 72-20-8,

Kodiċi tan-NM 2910 90 00

 

Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O

KE Nru 273-031-2

Nru CAS 68928-80-3 u oħrajn

Kodiċi tan-NM 2909 30 38

 

Eptaklor

KE Nru 200-962-3,

Nru CAS 76-44-8,

Kodiċi tan-NM 2903 52 00

 

Eżabromobifenil

KE Nru 252-994-2

Nru CAS 36355-01-8 u oħrajn

Kodiċi tan-NM 2903 69 90

 

Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O

KE Nru 253-058-6

Nru CAS 36483-60-0 u oħrajn

Kodiċi tan-NM 2909 30 38

 

Eżaklorobenżen

KE Nru 200-273-9,

Nru CAS 118-74-1,

Kodiċi tan-NM 2903 62 00

 

Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan

KE Nru 200-401-2, 206-270-8, 206-271-3, 210-168-9

Nru CAS 58-89-9, 319-84-6, 319-85-7, 608-73-1

Kodiċi tan-NM 2903 51 00

 

Mireks

KE Nru 219-196-6,

Nru CAS 2385-85-5,

Kodiċi tan-NM 2903 59 80

 

Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O

KE Nru 251-084-2 u oħrajn

Nru CAS 32534-81-9 u oħrajn

Kodiċi tan-NM 2909 30 31

 

Pentaklorobenżen

KE Nru 210-172-5

Nru CAS 608-93-5

Kodiċi tan-NM 2903 69 90

 

Bifenili poliklorinati (PCBs)

KE Nru 215-648-1 u oħrajn,

CAS Nru 1336-36-3 u oħrajn,

Kodiċi tan-NM 2903 69 90

 

Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O

KE Nru 254-787-2 u oħrajn

Nru CAS 40088-47-9 u oħrajn

Kodiċi tan-NM 2909 30 38

 

Tossafen (kamfeklor)

KE Nru 232-283-3,

Nru CAS 8001-35-2,

Kodiċi tan-NM 3808 50 00

PARTI 2

Sustanzi kimiċi oħrajn barra s-sustanzi niġġiesa organiċi persistenti kif elenkati fl-Annessi A u B għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes skont id-dispożizzjonijiet li fiha.

Deskrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi/prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn rilevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

Sapun kożmetiku li fih il-merkurju

Kodiċi NM 3401 11 00 , 3401 19 00 , 3401 20 10 , 3401 20 90 , 3401 30 00

Komposti tal-merkurju għajr komposti esportati għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp, skopijiet mediċi jew ta’ analiżi

Mineral taċ-ċinabru, klorur tal-merkurju (I)(Hg2Cl2, Nru CAS 10112-91-1), ossidu tal-merkurju (II)(HgO, Nru CAS 21908-53-2); Kodiċi tan-NM 2852 00 00

Merkurju metalliku u taħlitiet ta’ merkurju metalliku ma’ sustanzi oħra, inklużi ligi ta’ merkurju, b'konċentrazzjoni ta’ merkurju li tal-anqas tkun ta’ 95 % piż skont il-piż

Nru CAS 7439-97-6

Kodiċi tan-NM 2805 40


(1)  ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.


ANNESS VI

Lista ta’ Partijiet fil-Konvenzjoni li jeħtieġu informazzjoni dwar il-movimenti ta’ tranżitu tas-sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura PIC

(imsemmija fl-Artikolu 16)

Pajjiż

Informazzjoni meħtieġa

 

 

 

 


ANNESS VII

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 689/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

1(1)

Artikolu 1(2)

1(2)

Artikolu 2

Artikolu 2(1)

2(1)

Artikolu 2(2)

2(2)

2(3)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

5(1)

Artikolu 5(2)

5(2)

Artikolu 5(3)

5(3)

Artikolu 6

6(1)

6(2)

Artikolu 7

Artikolu 6(1)

7(1)

Artikolu 6(2)

7(2)

Artikolu 6(3)

7(3)

Artikolu 8

Artikolu 7(1)

8(1)

Artikolu 7(2)

8(2)

Artikolu 7(3)

8(3)

Artikolu 7(4)

8(4)

Artikolu 7(5)

8(5)

Artikolu 7(6)

8(6)

Artikolu 7(7)

8(7)

Artikolu 7(8)

8(8)

Artikolu 9

Artikolu 8(1)

9(1)

Artikolu 8(2)

9(2)

Artikolu 10

Artikolu 9(1)

10(1)

Artikolu 9(2)

10(2)

Artikolu 9(3)

10(3)

Artikolu 11

Artikolu 10(1)

11(1)

Artikolu 10(2)

11(2)

Artikolu 10(3)

11(3)

Artikolu 10(4)

11(4)

Artikolu 10(5)

11(5)

Artikolu 10(6)

11(6)

Artikolu 10(7)

11(7)

Artikolu 10(8)

11(8)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 12(1)

13(1)

Artikolu 12(2)

13(2)

Artikolu 12(3)

13(3)

Artikolu 12(4)

13(4)

Artikolu 12(5)

13(5)

Artikolu 12(6)

13(6)

Artikolu 14

Artikolu 13(1)

14(1)

Artikolu 13(2)

14(2)

Artikolu 13(3)

14(3)

Artikolu 13(4)

14(4)

Artikolu 13(5)

14(5)

Artikolu 13(6)

14(6)

Artikolu 13(7)

14(7)

Artikolu 13(8)

14(8)

Artikolu 13(9)

14(9)

Artikolu 13(10)

14(10)

Artikolu 13(11)

14(11)

Artikolu 15

Artikolu 14(1)

15(1)

Artikolu 14(2)

15(2)

Artikolu 16

Artikolu 15(1)

16(1)

Artikolu 15(2)

16(2)

Artikolu 15(3)

16(3)

Artikolu 15(4)

16(4)

Artikolu 17

Artikolu 16(1)

17(1)

Artikolu 16(2)

17(2)

Artikolu 16(3)

17(3)

Artikolu 16(4)

17(4)

Artikolu 18

Artikolu 17(1)

18(1)

18(2)

Artikolu 17(1)

18(3)

Artikolu 19

Artikolu 17(2)

19(1)

19(2)

19(3)

Artikolu 20

Artikolu 19(1)

20(1)

Artikolu 19(2)

20(2

Artikolu 19(3)

20(3)

Artikolu 19(3)

20(4)

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 21(1)

22(1)

Artikolu 21(2)

22(2)

Artikolu 21(3)

22(3)

Artikolu 23

Artikolu 22(1)

23(1)

Artikolu 22(2)

23(2)

Artikolu 22(3)

23(3)

Artikolu 22(4)

23(4)

Artikolu 24

24(1)

24(2)

24(3)

Artikolu 25

Artikolu 26

26(1)

26(2)

26(3)

26(4)

26(5)

Artikolu 27

Artikolu 24(1)

27(1)

Artikolu 24(2

27(2)

Artikolu 18

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 25

Artikolu 30

Artikolu 26

Artikolu 31

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness VI

Anness VI


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/107


REGOLAMENT (UE) Nru 650/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlativa ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni għandha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(2)

Skont il-punt (c) tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tali miżuri jistgħu jinkludu miżuri mmirati biex jiżguraw il-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fil-qasam tal-kunflitti tal-liġijiet u tal-ġuriżdizzjoni.

(3)

Waqt il-laqgħa tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u ta’ deċiżjonijiet oħra ta’ awtoritajiet ġudizzjarji bħala s-sisien tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jadottaw programm ta’ miżuri sabiex jiġi implimentat dan il-prinċipju.

(4)

Programm ta’ miżuri dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), komuni għall-Kummissjoni u għall-Kunsill, ġie adottat fit-30 ta’ Novembru 2000. Dak il-programm jidentifika l-miżuri dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli ta’ kunflitti ta’ liġijiet bħala miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet u jipprevedi t-tħejjija ta’ strument fil-qasam tat-testmenti u s-suċċessjoni.

(5)

Il-Kunsill Ewropew, waqt il-laqgħa tiegħu li saret fi Brussell fl-4 u l-5 ta’ Novembru 2004, adotta programm ġdid, imsejjaħ “Il-Programm tal-Aja: it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea” (4). Dak il-programm jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat strument fil-qasam tas-suċċessjoni li jittratta, b'mod partikolari, il-kwistjonijiet tal-kunflitti tal-liġijiet, il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tas-suċċessjoni u ċ-ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

(6)

Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009 l-Kunsill Ewropew adotta programm pluriennali ġdid imsejjaħ “Il-Programm ta’ Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (5). F'dak il-programm il-Kunsill Ewropew qies li r-rikonoxximent reċiproku għandu jiġi estiż għal oqsma li għadhom mhumiex koperti, iżda li huma essenzjali għall-ħajja ta’ kuljum, bħala eżempju, is-suċċessjoni u t-testmenti, filwaqt li qies is-sistemi legali tal-Istati Membri, inkluż l-ordni pubbliku (“ordre public”), u t-tradizzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam.

(7)

Hemm lok li jiġi ffaċilitat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakoli għall-moviment liberu ta’ persuni li llum il-ġurnata jiġu affaċċjati b'diffikultajiet biex jimplimentaw id-drittijiet tagħhom fil-kuntest ta’ suċċessjoni li għandha implikazzjonijiet transkonfinali. Fiż-żona Ewropea tal-ġustizzja, iċ-ċittadini għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jorganizzaw is-suċċessjoni tagħhom bil-quddiem. Id-drittijiet tal-werrieta u l-legatarji, tal-persuni l-oħra qrib tad-deċedut kif ukoll tal-kredituri tas-suċċessjoni għandhom ikunu garantiti b'mod effettiv.

(8)

Sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, dan ir-Regolament għandu jiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, jew, skont il-każ, l-aċċettazzjoni, l-infurzabbiltà u l-infurzar tad-deċiżjonijiet, strumenti awtentiċi u tranżazzjonijiet ġudizzjarji u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

(9)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jestendi għall-aspetti kollha tal-liġi ċivili tas-suċċessjoni għall-patrimonju ta’ persuna deċeduta, jiġifieri kull forma ta’ trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligi minħabba mewt, sew jekk permezz ta’ trasferiment volontarju taħt trasferiment causa mortis, jew trasferiment permezz ta’ suċċessjoni ab intestato.

(10)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwistjonijiet ta’ dħul, u lanqas għal kwistjonijiet amministrattivi ta’ natura ta’ dritt pubbliku. Għandha għalhekk tkun il-liġi nazzjonali li tiddetermina, pereżempju, kif għandhom jiġu kkalkulati u mħallsa t-taxxi u responsabilitajiet oħrajn ta’ natura ta’ dritt pubbliku, sew jekk ikunu taxxi pagabbli mid-deċedut fil-ħin tal-mewt kif ukoll kwalunkwe tip ta’ taxxa relatata mas-suċċessjoni li trid titħallas mill-patrimonju jew il-benefiċjarji. Għandha tkun ukoll il-liġi nazzjonali li tiddetermina jekk ir-rilaxx ta’ proprjetà ta’ suċċessjoni lill-benefiċjarji skont dan ir-Regolament jew l-elenkar ta’ proprjetà ta’ suċċessjoni f'reġistru jistgħux isiru suġġetti għall-ħlas ta’ taxxi.

(11)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oqsma tal-liġi ċivili għajr is-suċċessjoni. Għal finijiet ta’ ċarezza, għadd ta’ kwistjonijiet li jistgħu jitqiesu li għandhom rabta ma’ kwistjonijiet ta’ suċċessjoni għandhom jiġu espliċitament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Għalhekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwistjonijiet relatati ma’ sistemi ta’ proprjetà matrimonjali, li jinkludu kuntratti ta’ żwieġ kif huma magħrufin f'xi sistemi legali sal-punt li tali kuntratti ma jittrattawx kwistjonijiet ta’ suċċessjoni, u s-sistemi ta’ proprjetà ta’ relazzjonijiet meqjusin li għandhom effetti komparabbli maż-żwieġ. L-awtoritajiet li jittrattaw suċċessjoni speċifika skont dan ir-Regolament għandhom madankollu, skont is-sitwazzjoni, jieħdu kont tal-istralċ tas-sistema ta’ proprjetà matrimonjali jew sistema simili ta’ proprjetà tad-deċedut meta jiddeterminaw il-patrimonju tad-deċedut u l-ishma rispettivi tal-benefiċjarji.

(13)

Kwistjonijiet relatati mal-ħolqien, l-amministrazzjoni u x-xoljiment ta’ trusts għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ma għandux jinftiehem bħala esklużjoni ġenerali ta’ trusts. Fejn trust tinħoloq taħt testment jew taħt statut b'konnessjoni mas-suċċessjoni ab intestato, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni skont dan ir-Regolament għandha tapplika fir-rigward tad-devoluzzjoni tal-assi u d-determinazzjoni tal-benefiċjarji.

(14)

Drittijiet ta’ proprjetà, interessi u assi maħluqa jew ittrasferiti b'modi oħra għajr is-suċċessjoni, bħala eżempju, permezz ta’ donazzjonijiet, għandhom ikunu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, għandha tkun il-liġi speċifikata minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni li tiddetermina jekk donazzjonijiet jew forom oħra ta’ trasferimenti inter vivos li jirriżultaw fi dritt in rem qabel il-mewt għandhomx jagħtu lok għal restituzzjoni jew teħid f'kunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ishma tal-benefiċjarji skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

(15)

Dan ir-Regolament għandu jippermetti l-ħolqien jew it-trasferiment permezz tas-suċċessjoni ta’ dritt fil-proprjetà immobbli jew mobbli kif previst fil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Madankollu dan ma għandux jaffettwa l-għadd limitat (“numerus clausus”) tad-drittijiet reali magħrufa fid-dritt nazzjonali ta’ xi Stati Membri. Stat Membru ma għandux jintalab jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma’ proprjetà li tinsab f'dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu.

(16)

Madankollu, biex il-benefiċjarji jitħallew igawdu fi Stat Membru ieħor id-drittijiet li nħolqu jew ġew trasferiti lilhom permezz tas-suċċessjoni, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-adattament ta’ dritt in rem mhux magħruf għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-kuntest ta’ tali adattament għandu jittieħed kont tal-għanijiet u l-interessi mwettqin bid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu. Għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-eqreb dritt in rem nazzjonali ekwivalenti, l-awtoritajiet jew il-persuni kompetenti tal-Istat li l-liġi tiegħu tkun applikatá għas-suċċessjoni jistgħu jiġu kkuntattjati biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar in-natura u l-effetti tad-dritt. Għal dak l-għan, jistgħu jintużaw in-netwerks eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali kif ukoll kwalunkwe mezz disponibbli ieħor li jiffaċilita l-fehim tal-liġi barranija.

(17)

L-adattament ta’ drittijiet reali mhux magħrufa kif ipprovdut b'mod espliċitu f'dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi forom oħrajn ta’ adattament fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(18)

Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f'reġistru ta’ dritt fi proprjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitaelex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kondizzjonijiet legali u kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew in-nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja. B'mod partikolari, l-awtoritajiet jistgħu jikkontrollaw li d-dritt tad-deċedut għall-proprjetà tas-suċċessjoni msemmija fid-dokument ippreżentat għar-reġistrazzjoni huwa dritt li huwa rreġistrat bħala tali fir-reġistru jew li huwa muri mod ieħor skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru.Sabiex ma jiġux irduppjati dokumenti, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni għandhom jaċċettaw tali dokumenti mfasslin fi Stat Membru ieħor mill-awtoritajiet kompetenti li ċ-ċirkolazzjoni tagħhom hija pprovduta f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni maħruġ skont dan ir-Regolament għandu jikkostitwixxi dokument validu għar-reġistrar ta’ proprjetà ta’ suċċessjoni f'reġistru ta’ Stat Membru. Dan ma għandux jipprekludi l-awtoritajiet involuti fir-reġistrazzjoni milli jitolbu lill-persuna li tkun qed tapplika għar-reġistrazzjoni biex tipprovdi tali informazzjoni addizzjonali jew tippreżenta tali dokumenti addizzjonali kif meħtieġ skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru, bħala eżempju, informazzjoni jew dokumenti relatati mal-ħlas ta’ dħul. L-awtorità kompetenti tista' tindika lill-persuna li tkun qed tapplika għar-reġistrazzjoni kif tista' tiġi pprovduta l-informazzjoni jew id-dokumenti nieqsa.

(19)

L-effetti tar-reġistrar ta’ dritt f'reġistru għandhom wkoll jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk fil-fatt ir-reġistrar huwiex, bħala eżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B'hekk, fejn bħala eżempju, l-akkwist ta’ dritt fi proprjetà immobbli jeħtieġ li jiġi rreġistrat f'reġistru skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta’ tali akkwist għandu jiġi rregolat mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

(20)

Dan ir-Regolament għandu jirrispetta s-sistemi differenti biex jiġu ttrattati kwistjonijiet ta’ suċċessjoni applikati fl-Istati Membri. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament it-terminu “qorti” għandu għalhekk jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fil-veru sens tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll in-nutara jew l-uffiċċji tar-reġistru f'xi Stati Membri li, f' ċerti kwistjonijiet ta’ suċċessjoni, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħal qrati, u n-nutara u l-professjonisti legali li, f'xi Stati Membri, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji f'suċċessjoni speċifika permezz tad-delega tas-setgħa minn qorti. Il-qrati kollha kif iddefiniti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu marbutin bir-regoli tal-ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament. Kuntrarjament, it-terminu “qorti” ma għandux ikopri l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji ta’ Stat Membru bis-setgħa skont il-liġi nazzjonali li jittrattaw kwistjonijiet ta’ suċċessjoni, bħan-nutara fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn, bħal ma ssoltu jkun il-każ, huma ma jkunux qed jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji.

(21)

Dan ir-Regolament għandu jippermetti lin-nutara kollha li għandhom kompetenza fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni fl-Istati Membri biex jeżerċitaw tali kompetenza. Jekk in-nutara fi Stat Membru partikolari jkunux marbutin bir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament, għandu jiddependi minn jekk humiex koperti mit-terminu “qorti” għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(22)

L-atti maħruġin min-nutara fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni fl-Istati Membri għandhom jiċċirkolaw skont dan ir-Regolament. Meta n-nutara jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji huma marbutin mir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni, u d-deċiżjonijiet li jagħtu għandhom jiċċirkolaw skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent, l-infurzabbiltà u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet. Meta n-nutara ma jeżerċitawx funzjonijiet ġudizzjarji, mhumiex marbutin mir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni, u l-istrumenti awtentiċi li huma joħorġu għandhom jiċċirkolaw skont id-dispożizzjonijiet dwar strumenti awtentiċi.

(23)

Minħabba l-mobbiltà taċ-ċittadini li qed tiżdied u sabiex tkun żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja fl-Unjoni u jkun żgurat li jeżisti fattur ġenwin ta’ konnessjoni bejn is-suċċessjoni u l-Istat Membru li fih hija eżerċitata l-ġuriżdizzjoni, dan ir-Regolament għandu jipprovdi li l-fattur ta’ konnessjoni ġenerali għall-finijiet li jiġu determinati kemm il-ġuriżdizzjoni kif ukoll il-liġi applikabbli għandu jkun ir-residenza abitwali tad-deċedut fil-mument tal-mewt. Sabiex tiġi ddeterminata r-residenza abitwali, l-awtorità li tkun qed tittratta s-suċċessjoni għandha twettaq valutazzjoni ġenerali taċ-ċirkostanzi tal-ħajja tad-deċedut fis-snin qabel mewtu u fil-mument ta’ mewtu, filwaqt li tieħu kont tal-elementi fattwali rilevanti kollha, b'mod partikolari t-tul ta’ żmien u r-regolarità tal-preżenza tad-deċedut fl-Istat ikkonċernat kif ukoll il-kondizzjonijiet u r-raġunijiet għal dik il-preżenza. Ir-residenza abitwali hekk determinata għandha tiżvela rabta stabbli u mill-qrib mal-Istat ikkonċernat b'kont meħud tal-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament.

(24)

F'xi każijiet, id-determinazzjoni tar-residenza abitwali tad-deċedut tista' tkun kumplessa. Każ bħal dan jista' jirriżulta, b'mod partikolari, fejn id-deċedut għal raġunijiet professjonali jew ekonomiċi jkun mar jgħix barra biex jaħdem hemm, xi drabi għal żmien twil, iżda jkun żamm rabta stabbli u mill-qrib mal-Istat tal-oriġini tiegħu.F'każ bħal dan, id-deċedut, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, jista' jitqies bħala wieħed li għad għandu r-residenza abitwali tiegħu fl-Istat ta’ oriġini tiegħu li fih kien jinsab iċ-ċentru ta’ interess tal-familja tiegħu u tal-ħajja soċjali tiegħu. Jistgħu jirriżultaw każijiet kumplessi oħra meta d-deċedut ikun għex f'diversi Stati alternattivament jew ikun vjaġġa minn Stat għall-ieħor mingħajr ma jkun issetilja b'mod permanenti f'xi wieħed minnhom. Jekk id-deċedut kien ċittadin ta’ wieħed minn dawk l-Istati jew kellu l-beni ewlenin tiegħu kollha f'wieħed minn dawk l-Istati, iċ-ċittadinanza tiegħu jew il-post ta’ dawk il-beni jista' jkun fattur speċjali fil-valutazzjoni ġenerali taċ-ċirkostanzi fattwali kollha.

(25)

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni l-awtorità li tkun qed tittratta s-suċċessjoni tista', f'każijiet eċċezzjonali — fejn, bħala eżempju, id-deċedut ikun mar jgħix fl-Istat tar-residenza abitwali tiegħu pjuttost reċentement qabel il-mewt tiegħu u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ juru li hu kien manifestament aktar marbut mill-qrib ma’ Stat ieħor — tasal għall-konklużjoni li l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ma għandhiex tkun il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tad-deċedut iżda pjuttost il-liġi tal-Istat li d-deċedut kien manifestament aktar marbut miegħu. Madankollu, l-eqreb rabta manifesta ma għandhiex tiġi invokata bħala fattur ta’ konnessjoni sussidjarju kull darba li d-determinazzjoni tar-residenza abitwali tad-deċedut fil-mument tal-mewt tixhed kumplessità.

(26)

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jżomm qorti milli tapplika mekkaniżmi maħsuba biex jindirizzaw l-evażjoni tal-liġi, bħal “fraude à la loi” fil-kuntest tad-dritt internazzjonali privat.

(27)

Ir-regoli ta’ dan ir-Regolament huma mfassla sabiex jiżguraw li l-awtorità li tkun qed tittratta s-suċċessjoni, fil-biċċa l-kbira tas-sitwazzjonijiet, tapplika l-liġi tagħha proprja. Għalhekk dan ir-Regolament jipprevedi serje ta’ mekkaniżmi li jidħlu fis-seħħ meta d-deċedut ikun għażel bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni tiegħu l-liġi ta’ Stat Membru li kien ċittadin tiegħu.

(28)

Wieħed minn dawn il-mekkaniżmi għandu jkun li l-partijiet ikkonċernati ikunu jistgħu jikkonkludu ftehim dwar l-għażla tal-qorti favur il-qrati tal-Istat Membru tal-liġi magħżula. Dan ikollu jiġi determinat fuq bażi ta’ każ b'każ, u jiddependi b'mod partikolari mill-kwistjoni koperta mill-għażla ta’ ftehim tal-qorti, jekk il-ftehim ikollux jiġi konkluż bejn il-partijiet kollha kkonċernati mis-suċċessjoni jew jekk xi wħud minnhom jistgħux jaqblu li jressqu kwistjoni speċifika quddiem il-qorti magħżula f'sitwazzjoni fejn id-deċiżjoni minn dik il-qorti dwar dik il-kwistjoni ma taffettwax id-drittijiet tal-partijiet l-oħrajn għas-suċċessjoni.

(29)

Jekk proċedimenti dwar suċċessjoni jinfetħu minn qorti ex officio, kif huwa l-każ f'ċerti Stati Membri, dik il-qorti għandha tagħlaq il-proċedimenti jekk il-partijiet jaqblu li jsolvu l-kwistjoni dwar is-suċċessjoni b'mod amikevoli barra l-qorti fl-Istat Membru tal-liġi magħżula. Fejn ma jinfetħux proċedimenti dwar suċċessjoni minn qorti ex officio, dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-partijiet milli jsolvu l-kwistjoni dwar is-suċċessjoni b'mod amikevoli barra l-qorti, bħal bħala eżempju, quddiem nutar, fi Stat Membru tal-għażla tagħhom, fejn dan ikun possibbli skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Dan għandu jkun il-każ anki jekk il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ma tkunx il-liġi ta’ dan l-Istat Membru.

(30)

Sabiex ikun żgurat li l-qrati tal-Istati Membri kollha jkunu jistgħu, għall-istess raġunijiet, jeżerċitaw ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-suċċessjoni ta’ persuni b'residenza mhux abitwali fi Stat Membru fil-mument tal-mewt, dan ir-Regolament għandu jelenka b'mod eżawrjenti, f'ordni ġerarkika, ir-raġunijiet li għalihom tista' tiġi eżerċitata tali ġuriżdizzjoni sussidjarja.

(31)

Sabiex ikun hemm rimedju, partikolarment għal sitwazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ ġustizzja, dan ir-Regolament għandu jipprevedi forum necessitatis li jippermetti qorti ta’ Stat Membru, fuq bażi eċċezzjonali, tieħu deċiżjonijiet dwar suċċessjoni li tkun konnessa mill-qrib ma’ Stat terz. Tali bażi eċċezzjonali tista' titqies li teżisti meta l-proċedimenti jkunu impossibbli fl-Istat terz ikkonċernat, bħala eżempju, minħabba gwerra ċivili, jew meta ma jistax ikun raġonevolment mistenni li benefiċjarju jibda jew iwettaq proċedimenti f'dak l-Istat. Madankollu, il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-forum necessitatis għandha tiġi eżerċitata biss jekk il-kawża tkun konnessa biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti invokata.

(32)

Sabiex titħaffef il-ħajja tal-eredi u l-legatarji li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru apparti minn dak li fih is-suċċessjoni qed tiġi jew ser tiġi ttrattata, dan ir-Regolament għandu jħalli lil kwalunkwe persuna intitolata skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tagħmel id-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja għas-suċċessjoni, ta’ legat jew ta’ sehem riżervat jew dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltajiet tagħha għad-djun skont is-suċċessjoni tagħmel tali dikjarazzjonijiet fil-forma prevista mil-liġi tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tagħha quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru. Dan ma għandux jipprekludi tali dikjarazzjonijiet milli jsiru quddiem awtoritajiet oħrajn f'dak l-Istat Membru li huma kompetenti li huma kompetenti biex jirċievu dikjarazzjonijiet taħt il-liġi nazzjonali. Persuni li jagħżlu li jiddisponu ruħhom mill-possibbiltà li jagħmlu dikjarazzjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tagħhom għandhom huma nfushom jinformaw lill qorti jew lill-awtorità li qed jew tkun ser tittratta s-suċċessjoni bl-eżistenza ta’ tali dikjarazzjonijiet fi kwalunkwe żmien stabbilit mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

(33)

Ma għandux ikun possibbli għal persuna li tixtieq tillimita r-responsabbiltà tagħha għad-djun taħt is-suċċessjoni li tagħmel dan sempliċement b'dikjarazzjoni b'dak il-għan quddiem il-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tagħha fejn il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tirrikjedi li hija tibda proċeduri legali speċifiċi, bħala eżempju, proċeduri ta’ inventarju, quddiem il-qorti kompetenti. Għalhekk, dikjarazzjoni magħmula f'ċirkostanzi bħal dawn minn persuna fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tagħha fil-forma prevista mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru ma għandhiex għalhekk tkun formalment valida għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Lanqas ma għandhom id-dokumenti li jagħtu bidu għall-proċedimenti legali jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(34)

Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tal-ġustizzja, l-għoti ta’ deċiżjonijiet kontradittorji fi Stati Membri differenti għandu jiġi evitat. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament għandu jipprevedi regoli proċedurali ġenerali simili għal dawk ta’ strumenti oħrajn tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili.

(35)

Waħda mit-tali regoli proċedurali hija regola lis pendens li tidħol fis-seħħ jekk l-istess kawża ta’ suċċessjoni titressaq quddiem qrati differenti fi Stati Membri differenti. Dik ir-regola tiddetermina liema qorti għandha tipproċedi biex tittratta l-kawża ta’ suċċessjoni.

(36)

Billi l-kwistjonijiet ta’ suċċessjoni f'xi Stati Membri jistgħu jiġu ttrattati minn awtorità mhux ġudizzjarja, bħal nutara, li mhumiex marbutin bir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament, ma jistax jiġi eskluż li soluzzjoni amikevoli barra l-qorti u proċedimenti tal-qorti relatati mal-istess suċċessjoni, jew żewġ soluzzjonijiet amikevoli barra l-qorti relatati mal-istess suċċessjoni, jistgħu jinbdew b'mod parallel fi Stati Membri differenti. F'tali sitwazzjoni, għandhom ikunu l-partijiet involuti, ladarba jsiru konxji tal-proċedimenti paralleli, li jaqblu bejniethom dwar kif jipproċedu. Jekk ma jkunux jistgħu jaqblu, is-suċċessjoni jkollha tiġi ttrattata u deċiża mill-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament.

(37)

Sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu, biċ-ċertezza legali kollha, mill-vantaġġi offruti mis-suq intern, dan ir-Regolament għandu jippermettilhom jkunu jafu minn qabel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tagħhom. Għandhom jiġu introdotti regoli armonizzati ta’ kunflitti ta’ liġijiet biex jiġu evitati riżultati kontradittorji. Ir-regola prinċipali għandha tiżgura li s-suċċessjoni tkun irregolata minn liġi prevedibbli li magħha tkun marbuta mill-qrib. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suċċessjoni, dik il-liġi għandha tirregola s-suċċessjoni fl-intier tagħha, jiġifieri l-proprjetà kollha li tifforma parti mill-partimonju, irrispettivament min-natura tal-beni u minkejja jekk il-beni jkunux jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz.

(38)

Dan ir-Regolament għandu jippermetti liċ-ċittadini biex jorganizzaw minn qabel is-suċċessjoni tagħhom billi jagħżlu l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tagħhom. Din l-għażla għandha tkun limitata għal-liġi ta’ Stat taċ-ċittadinanza tagħhom sabiex tkun żgurata konnessjoni bejn id-deċedut u l-liġi magħżula u sabiex jiġi evitat li tingħażel liġi bl-intenzjoni li jixxekklu l-aspettattivi leġittimi ta’ persuni intitolati għal sehem riżervat.

(39)

L-għażla ta’ liġi għandha ssir b'mod espliċitu f'dikjarazzjoni fil-forma ta’ trasferiment causa mortis jew tintwera bit-termini ta’ tali trasferiment. L-għażla tal-liġi tista' titqies bħala murija minn trasferiment causa mortis fejn, bħala eżempju, id-deċedut kien irrifera fit-trasferiment tiegħu għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Istat taċ-ċittadinanza tiegħu jew fejn huwa kien b'xi mod semma dik il-liġi.

(40)

L-għażla tal-liġi skont dan ir-Regolament għandha tkun valida anki jekk il-liġi magħżula ma tipprevedix għażla tal-liġi fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni. Madankollu għandha tkun il-liġi magħżula li tiddetermina l-validità sostantiva tal-att tal-għażla, jiġifieri jekk il-persuna li tkun qed tagħmel l-għażla tistax titqies li fehmet u kkonsentiet għal dak li kienet qed tagħmel. L-istess għandu japplika għall-att ta’ modifika jew revoka tal-għażla ta’ liġi.

(41)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-determinazzjoni taċ-ċittadinanza jew taċ-ċittadinanzi multipli ta’ persuna għandha tiġi riżolta bħala kwistjoni preliminari. Il-kwistjoni li persuna titqies bħala ċittadin ta’ Stat taqa' barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u hija soġġetta għal-liġi nazzjonali, inkluż, fejn applikabbli, Konvenzjonijiet internazzjonali, b'rispett sħiħ lejn il-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(42)

Il-liġi determinata bħala l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni għandha tirregola s-suċċessjoni mill-ftuħ tas-suċċessjoni sat-trasferiment tas-sjieda tal-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju lill-benefiċjarji kif determinat minn dik il-liġi. Hija għandha tinkludi l-kwistjonijiet relatati mal-amministrazzjoni tal-patrimonju u mar-responsabbiltà għad-djun skont is-suċċessjoni. Il-ħlas tad-djun skont is-suċċessjoni jista', jiddependi, b'mod partikolari, mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-klassifikazzjoni speċifika ta’ kredituri.

(43)

Ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament jistgħu, f'ċerti każijiet, iwasslu għal sitwazzjoni fejn il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni biex tgħaddi regola dwar is-suċċessjoni ma tapplikax il-liġi tagħha stess. Meta tinqala' dik is-sitwazzjoni fi Stat Membru li l-liġi tiegħu jiprevedi ħatra obbligatorja ta’ amministratur tal-patrimonju, dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-qrati ta’ dak l-Istat Membru, meta jitressaq proċediment quddiemhom, li jaħtru amministratur wieħed jew aktar skont il-liġi tagħhom stess. Dan għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe għażla li jkunu għamlu l-partijiet biex isolvu s-suċċessjoni b'mod amikevoli barra mill-qorti fi Stat Membru ieħor fejn dan huwa possibbli skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni bla xkiel bejn il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni u l-liġi tal-Istat Membru tal-qorti ta’ ħatra, il-qorti għandha taħtar il-persuna/i li tkun/jkunu intitolata/i biex tamministra/jamministraw il-patrimonju skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, bħal fil-każ, pereżempju, tal-eżekutur tat-testment tad-deċedut jew il-werrieta nfushom jew, jekk meħtieġ mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, amministratur li jkun parti terza. Il-qrati jistgħu, madankollu, f'każijiet speċifiċi fejn il-liġi tagħhom tkun teħtieġ hekk, jaħtru parti terza bħala amministratur anki jekk dan ma jkunx previst fil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Jekk id-deċedut ikun ħatar eżekutur tat-testment, dik il-persuna ma tistax tkun imċaħħda mis-setgħat tagħha sakemm il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ma tippermettix it-tmiem tal-mandat tagħha.

(44)

Is-setgħat eżerċitati mill-amministratur maħtur fl-Istat Membru tal-qorti li quddiemha tressaq il-proċediment għandhom ikunu s-setgħat tal-amministrazzjoni li huma jistgħu jeżerċitaw skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Għalhekk, jekk pereżempju, il-werriet huwa maħtur bħala amministratur, huwa għandu jkollu l-istess setgħat li jamministra l-patrimonju li jkollu werriet taħt dik il-liġi. Fejn is-setgħat ta’ amministrazzjoni li jistgħu jiġu eżerċitati skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni mhumiex biżżejjed biex jiġu ppreservati l-assi tal-patrimonju jew biex jiġu protetti d-drittijiet tal-kredituri jew ta’ persuni oħrajn li jkunu ggarantixxew id-dejn tad-deċedut, l-amministratur(i) maħtur(a) fl-Istat Membru tal-qorti li quddiemha tressaq proċediment jista'/jistgħu, fuq bażi residwa, jeżerċita/w setgħat ta’ amministrazzjoni għal dak il-għan previsti bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Tali setgħat residwi jistgħu jinkludu, pereżempju, it-twaqqif ta’ lista tal-assi tal-patrimonju u d-djun skont is-suċċessjoni, billi jiġu infurmati l-kredituri dwar il-bidu tas-suċċessjoni u jiġu mistiedna biex jagħmlu t-talbiet tagħhom, u billi tittieħed kwalunkwe miżura proviżorja, inkluża protettiva, maħsuba biex tippreserva l-assi tal-patrimonju. L-atti li jkunu saru minn amministratur fl-eżerċizzju tas-setgħat residwi għandhom jirrispettaw il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni fir-rigward tat-trasferiment tas-sjieda għall-proprjetà tas-suċċessjoni, inkluża kwalunkwe tranżazzjoni li jkunu daħlu għaliha l-benefiċjarji qabel il-ħatra tal-amministratur, ir-responsabbiltà għad-djun tas-suċċessjoni u d-drittijiet tal-benefiċjarji, inklużi, fejn hu applikabbli, id-dritt li tiġi aċċettata jew irrinunċjata s-suċċessjoni. Tali atti jistgħu pereżempju jinkludu biss l-aljenazzjoni ta’ assi jew il-pagamenti tad-djun fejn dan ikun permess skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Fejn, skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, il-ħatra ta’ amministratur li jkun parti terza tbiddel ir-responsabbiltà tal-werrieta, tali bidla ta’ responsabbiltà għandha tiġi rispettata.

(45)

Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi li l-kredituri, pereżempju permezz ta’ rappreżentant, milli jieħdu l-passi ulterjuri kollha li jkunu disponibbli skont il-liġi nazzjonali, fejn hu applikabbli, bi qbil mal-istrumenti relevanti tal-Unjoni, sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet tagħhom.

(46)

Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-kredituri potenzjali fi Stati Membri oħrajn fejn ikunu jinsabu l-assi jiġu informati dwar il-bidu tas-suċċessjoni. Fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha għalhekk titqies il-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu, jekk ikun xieraq permezz tal-portal tal-e-Ġustizzja, biex il-kredituri potenzjali fi Stati Membri oħrajn ikunu permessi jaċċessaw l-informazzjoni relevanti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu t-talbiet tagħhom.

(47)

Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni għandha tiddetermina min huma l-benefiċjarji fi kwalunkwe suċċessjoni partikolari. Skont il-parti l-kbira tal-liġijiet, it-terminu “benefiċjarji” jkun ikopri l-werrieta u l-legatarji u l-persuni intitolati għal sehem riżervat għalkemm, bħala eżempju, il-pożizzjoni legali tal-legatarji mhix l-istess taħt il-liġijiet kollha. Skont xi liġijiet, il-legatarju jista' jirċievi sehem dirett mill-patrimonju filwaqt li skont liġijiet oħrajn, il-legatarju jista' jakkwista biss talba kontra l-werrieta.

(48)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għal persuni li jixtiequ jippjanaw minn qabel is-suċċessjoni tagħhom, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola speċifika dwar il-konflitt ta’ liġijiet rigward l-ammissibbiltà u l-validità sostantiva tat-trasferimenti causa mortis. Biex tiġi żġurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din ir-regola, dan ir-Regolament għandu jelenka liema elementi għandhom jitqiesu bħala elementi li jagħmlu parti mill-validità sostantiva. L-eżami tal-validità sostantiva ta’ trasferiment causa mortis jista' jwassal għall-konklużjoni li dak it-trasferiment huwa mingħajr eżistenza legali.

(49)

Ftehim ta’ suċċessjoni huwa tip ta’ trasferiment causa mortis li l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tiegħu tvarja fost l-Istati Membri. Sabiex ikun aktar faċli li drittijiet ta’ suċċessjoni miksuba bħala riżultat ta’ ftehim ta’ suċċessjoni jiġu aċċettati fl-Istati Membri dan ir-Regolament għandu jiddetermina liema liġi għandha tirregola l-ammissibbiltà ta’ ftehimiet bħal dawn, il-validità sostantiva tagħhom u l-effetti vinkolanti tagħhom bejn il-partijiet, inklużi l-kondizzjonijiet għax-xoljiment tagħhom.

(50)

Il-liġi li, skont dan ir-Regolament, ser tirregola l-ammissibbiltà u l-validità sostantiva ta’ trasferiment causa mortis u, fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ suċċessjoni, l-effetti vinkolanti ta’ tali ftehim bejn il-partijiet, għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-kwalunkwe persuna li, taħt il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, għandha dritt għal sehem riservat jew dritt ieħor li hija ma tistax tiġi mċaħħda minnu, mill-persuna li l-patrimonju tagħha huwa involut.

(51)

Fejn f'dan ir-Regolament issir referenza għal-liġi li kienet tkun applikabbli għas-suċċessjoni tal-persuna li qed tagħmel it-trasferiment causa mortis li kieku mietet fil-ġurnata li fiha jkun sar it-trasferiment, skont il-każ, magħmul, immodifikat jew irrevokat, tali referenza għandha tinftiehem bħala referenza jew għal-ligi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-persuna kkonċernata f'dik il-ġurnata jew, jekk hija tkun għamlet għażla tal-liġi skont dan ir-Regolament, il-liġi tal-Istat taċ-ċittadinanza tagħha f'dik il-ġurnata.

(52)

Dan ir-Regolament għandu jirregola l-validità fir-rigward tal-forma tat-trasferimenti causa mortis kollha magħmula bil-miktub permezz ta’ regoli li huma konsistenti ma’ dawk tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji. Meta tkun qed tiddetermina jekk trasferiment causa mortis partikolari tkunx formalment valida skont dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tinjora l-ħolqien qarrieqi ta’ element internazzjonali biex wieħed jevadi r-regoli dwar il-validità formali.

(53)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi li tillimita l-forom permessi tat-trasferimenti causa mortis b'riferiment għal ċerti kwalifikazzjonijiet personali tal-persuna li tagħmel it-trasferiment, bħal bħala eżempju, l-età tagħha, għandha titqies li tagħmel parti mill-materji rigward il-forma. Dan ma għandux jiġi interpretat li jfisser li l-liġi applikabbli għall-validità formali ta’ trasferiment causa mortis skont dan ir-Regolament għandha tiddetermina jekk minorenni għandux il-kapaċità li jagħmel trasferiment causa mortis jew le. Dik il-liġi għandha tiddetermina biss jekk kwalifikazzjoni personali bħal bħala eżempju, età minorenni għandha ċċaħħad lil persuna milli tagħmel trasferiment causa mortis f'forma partikolari.

(54)

Minħabba kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, ċerta proprjetà immobbli, ċerti impriżi u kategoriji speċjali oħra ta’ assi huma soġġetti għal regoli speċjali fl-Istat Membru fejn jinsabu u jistabbilixxu restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ dawk l-assi. Dan ir-Regolament għandu jiżgura l-applikazzjoni ta’ tali regoli speċjali. Madankollu, din l-eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni teħtieġ interpretazzjoni stretta sabiex tibqa' kompatibbli mal-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, ladarba r-regoli tal-konflitt tal-liġijiet li jissoġġettaw il-proprjetà mobbli għal liġi differenti minn dik applikabbli għall-proprjetà immobbli, u lanqas id-dispożizzjonijiet li jipprevedu sehem riżervat tal-patrimonju differenti minn dak previst fil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni skont dan ir-Regolament ma jistgħu jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu regoli speċjali li jimponu restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ ċerti assi.

(55)

Biex jiġi żgurat it-trattament uniformi ta’ sitwazzjoni fejn huwa inċert f'liema ordni jkunu mietu żewġ persuni jew aktar li s-suċċessjoni tagħhom hija rregolata minn liġijiet differenti, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regola li tipprovdi li l-ebda wieħed mill-persuni deċeduti ma għandu jkollu drittijiet fis-suċċessjoni tal-persuna l-oħra jew il-persuni l-oħrajn.

(56)

F'xi sitwazzjonijiet, partimonju jista' jitħalla battal. Liġijiet differenti jipprevedu tali sitwazzjonijiet b'modi differenti. Skont ċerti liġijiet, l-Istat ser ikun jista' jikklejmja l-partimonju battal bħala werriet irrispettivament mill-post fejn jinsabu l-assi. Skont xi liġijiet oħrajn, l-Istat ser ikun jista' japproprja biss l-assi li jinsabu fit-territorju tiegħu. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi regola li tipprovdi li l-applikazzjoni tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ma għandhiex tipprekludi Stat Membru milli japproprja skont il-liġi tiegħu stess l-assi li jinsabu fit-territorju tiegħu. Madankollu, biex jiġi żgurat li din ir-regola ma tkunx ta’ detriment għall-kredituri tal-patrimonju, għandha tiżdied kondizzjoni li tippermetti lill-kredituri jfittxu rimedju għat-talbiet tagħhom mill-assi kollha tal-patrimonju, irrispettivament mill-post fejn jinsabu.

(57)

Ir-regoli tal-konflitt tal-liġijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jistgħu jwasslu għall-applikazzjoni ta’ liġi ta’ Stat terz. F'każijiet bħal dawn, għandhom jiġu kkunsidrati r-regoli tad-dritt internazzjonali privat tal-liġi ta’ dak l-Istat. Jekk dawk ir-regoli jipprevedu “renvoi” jew għal-liġi ta’ Stat Membru jew għal-liġi ta’ Stat terz li japplika l-liġi tiegħu stess għas-suċċessjoni, tali “renvoi” għandu jiġi aċċettat sabiex tiġi zgurata l-konsistenza internazzjonali. Madankollu, ir-“renvoi” għandu jiġi eskluż f'sitwazzjonijiet fejn id-deċedut kien għamel għażla ta’ liġi favur il-liġi ta’ Stat terz.

(58)

F'ċirkustanzi eċċezzjonali, kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jippermettu lill-qrati u awtoritajiet kompetenti oħra li jittrattaw kwistjonijiet ta’ suċċessjoni fl-Istati Membri, jinjoraw ċerti dispożizzjonijiet ta’ liġi barranija fejn, f'każ partikolari, l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (“ordre public”) tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, il-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ma għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iqisu bla effett liġi ta’ Stat Membru ieħor jew jirrifjutaw li jirrikonoxxu, - jew, kif jista' jkun il-każ, jaċċettaw jew jinfurzaw deċiżjoni, strument awtentiku jew tranżazzjoni ġudizzjarja li jkunu saru fi Stat Membru ieħor, jekk permezz ta’ dawn imorru kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull tip ta’ diskriminazzjoni.

(59)

Fid-dawl tal-objettiv ġenerali tiegħu, li hu r-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri fi kwistjonijiet ta’ suċċessjonijiet, irrispettivament minn jekk tali deċiżjonijiet kinux mogħtija fi proċedimenti kontenzjużi jew mhux kontenzjużi, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli relatati mar-rikonoxximent, l-infurzabbiltà u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet simili għal dawk ta’ strumenti oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili.

(60)

Sabiex jitqiesu s-sistemi differenti għat-trattament ta’ kwistjonijiet ta’ suċċessjoni fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura l-aċċettazzjoni u l-infurzabbiltà ta’ strumenti awtentiċi fl-Istati Membri kollha, fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni.

(61)

L-istrumenti awtentiċi għandu jkollhom l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor bħal ma għandhom fl-Istat Membru tal-oriġini jew l-aktar effetti komparabbli. Meta jkunu qed jiġu ddeterminati l-effetti evidenzjarji ta’ strument awtentiku partikolari fi Stat Membru ieħor jew l-aktar effetti komparabbli, għandha ssir referenza għan-natura u l-ambitu tal-effetti evidenzjarji tal-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini. L-effetti evidenzjarji li strument awtentiku partikolari għandu jkollu fi Stat Membru ieħor għaldaqstant ser jiddependi mil-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini.

(62)

L-“awtentiċità” ta’ strument awtentiku għandha tkun kunċett awtonomu li jkopri elementi bħall-ġenwinità tal-istrument, il-prerekwiżiti formali tal-istrument, is-setgħat tal-awtorità li qed tfassal l-istrument u l-proċedura skont liema jitfassal l-istrument. Huwa għandu jkopri wkoll l-elementi fattwali rreġistrati fl-istrument awtentiku mill-awtorità kkonċernata, bħall-fatt li l-partijiet indikati jkunu dehru quddiem dik l-awtorità fid-data indikata u li jkunu għamlu d-dikjarazzjonijiet indikati. Parti li tixtieq tikkontesta l-awtentiċità ta’ strument awtentiku għandha tagħmel dan quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tal-istrument awtentiku skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

(63)

It-terminu “l-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku” għandhom jiġu interpretati bħala referenza għall-kontenuti sustantivi reġistrati fl-istrument awtentiku. L-atti legali rreġistrati fi strument awtentiku jistgħu jkunu bħala eżempju, il-ftehim bejn il-partijiet dwar il-kondiviżjoni jew id-distribuzzjoni tal-patrimonju, jew it-testment, jew ftehim dwar suċċessjoni, jew dikjarazzjoni oħra ta’ intendiment. Ir-relazzjonijiet legali jistgħu jkunu bħala eżempju, d-determinazzjoni tal-werrieta u ta’ benefiċjarji oħrajn kif stabbilit taħt il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, l-ishma rispettivi tagħhom u l-eżistenza ta’ sehem riżervat, jew kwalunkwe element ieħor stabbilit taħt il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Parti li tixtieq tikkontesta l-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku għandha tagħmel dan quddiem il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament, li għandhom jiddeċiedu dwar il-kontestazzjoni f'konformità mal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

(64)

Jekk kwistjoni relatata mal-atti legali jew relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku titqajjem bħala kwistjoni sekondarja fi proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat Membru, dik il-qorti għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.

(65)

Strument awtentiku li jiġi kkontestat ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru ta’ oriġini sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti. Jekk il-kontestazzjoni tikkonċerna biss kwistjoni speċifika relatata mal-atti legali jew relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku, l-istrument awtentiku in kwistjoni ma għandux jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru ta’ oriġini fir-rigward tal-materja li qed tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti. Stumenti awtentiku li ġie ddikjarat invalidu bħala riżultat ta’ kontestazzjoni, ma għandu jibqa' jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju.

(66)

Jekk awtorità, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tiġi ppreżentata b'żewġ strumenti awtentiċi inkompatibbli, din għandha tivvaluta l-kwistjoni dwar liema strument awtentiku, għandu, jekk ikun hemm, jingħata prijorità, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari. Fejn, minn dawk iċ-ċirkostanzi, ma jkunx ċar liema strument awtentiku, jekk ikun hemm, għandu jingħata prijorità partikolari, il-kwistjoni għandha tiġi ddeterminata mill-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament, jew, meta l-kwistjoni titqajjem bħala kwistjoni sekondarja matul il-proċedimenti, mill-qorti vestita b'dawk il-proċedimenti. F'każ ta’ inkompatibbiltà bejn strument awtentiku u deċiżjoni, għandhom jiġu kkunsidrati r-raġunijiet tan-nonrikonoxximent tad-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament.

(67)

Sabiex suċċessjoni b'implikazzjonijiet transkonfinali fl-Unjoni tiġi riżolta b'mod rapidu, mingħajr xkiel u effettiv, il-werrieta, il-legatarji, l-eżekuturi testamentarji jew l-amministraturi tal-patrimonju għandhom ikunu jistgħu juru faċilment l-istatus u/jew drittijiet u setgħat tagħhom fi Stat Membru ieħor, bħala eżempju, fi Stat Membru li fih tinsab il-proprjetà tas-suċċessjoni. Biex huma jkunu jistgħu jagħmlu dan, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-ħolqien ta’ ċertifikat uniformi, iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (minn hawn 'il quddiem “iċ-Ċertifikat”) li għandu jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor. Sabiex jitħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà, iċ-Ċertifikat ma għandux jieħu l-post ta’ dokumenti interni li jistgħu jeżistu għal finijiet simili fl-Istati Membri.

(68)

L-awtorità li toħroġ iċ-Ċertifikat għandha tqis il-formalitajiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli fl-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru. Għal dak il-għan, dan ir-Regolament għandu jipprevedi skambju ta’ informazzjoni dwar tali formalitajiet bejn l-Istati Membri.

(69)

L-użu taċ-Ċertifikat ma għandux ikun mandatorju. Dan ifisser li l-persuni intitolati biex japplikaw għal Ċertifikat ma huma taħt l-ebda obbligu li jagħmlu dan, iżda huma ħielsa li juzaw l-istrumenti l-oħrajn disponibbli skont dan ir-Regolament (deċiżjonijiet, strumenti awtentiċi u soluzzjonijiet bil-qorti). Madankollu, l-ebda awtorità jew persuna ppreżentata b'Ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor ma għandha tkun intitolata titlob li tiġi ppreżentata deċiżjoni, strument awtentiku jew soluzzjoni bil-qorti minflok iċ-Ċertifikat.

(70)

Iċ-Ċertifikat għandu jinħareġ fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru li jiddetermina fil-leġiżlazzjoni interna tiegħu liema awtoritajiet għandu jkollhom il-kompetenza li joħorġu ċ-Ċertifikat, kemm jekk huma qrati kif definit għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll awtoritajiet b'kompetenza fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni, bħal bħala eżempju, n-nutara. Għandha tkun ukoll ir-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru li jiddetermina fil-leġiżlazzjoni interna tiegħu jekk l-awtorità emittenti tistax tinvolvi korpi kompetenti oħrajn fil-proċess ta’ ħruġ, bħala eżempju, korpi kompetenti li jilqgħu dikjarazzjonijiet statutorji minflok ġurament. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-awtoritajiet emittenti tagħhom sabiex din l-informazzjoni ssir disponibbli pubblikament.

(71)

Iċ-Ċertifikat għandu jipproduċi l-istess effetti fl-Istati Membri kollha. Ma għandux ikun titolu ta’ infurzar fih innifsu iżda għandu jkollu effett evidenzjarju u għandu jkun preżunt li juri b'mod preċiż elementi li jkunu ġew stabbiliti skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni jew skont kwalunkwe liġi oħra applikabbli għal elementi speċifiċi, bħal ma hija l-validità sostantiva ta’ trasferiment causa mortis. L-effett evidenzjarju taċ-Ċertifikat ma għandux jestendi għal elementi li mhumiex irregolati minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju kwistjonijiet tal-affiljazzjoni jew il-kwistjoni dwar jekk assi partikolari kienx tad-deċedut jew le. Kwalunkwe persuna li tagħmel ħlas jew tgħaddi proprjetà ta’ suċċessjoni lil persuna indikata fiċ-Ċertifikat bħala li hija intitolata taċċetta tali ħlas jew proprjetà bħala werrieta jew legatarji, għandha tingħata l-protezzjoni adatta jekk hija tkun aġixxiet in bona fede, waqt li tkun qagħdet fuq il-preċiżjoni tal-informazzjoni ċċertifikata fiċ-Ċertifikat. L-istess protezzjoni għandha tingħata lil kwalunkwe persuna li, waqt li toqgħod fuq il-preċiżjoni tal-informazzjoni ċċertifikata fiċ-Ċertifikat, tixtri jew tirċievi proprjetà ta’ suċċessjoni mingħand persuna indikata fiċ-Ċertifikat bħala li hija intitolata tiddisponi minn tali proprjetà. Il-protezzjoni għandha tkun żgurata jekk jiġu ppreżentati kopji ċertifikati li għadhom validi. Jekk tali akkwist ta’ proprjetà minn persuna terza hux effettiv jew le, ma għandux jiġi determinat minn dan ir-Regolament.

(72)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat fuq talba. Il-kopja oriġinali taċ-Ċertifikat għandha tibqa' għand l-awtorità emittenti li għandha toħroġ kopja ċċertifikata waħda jew aktar taċ-Ċertifikat lill-applikant u lil kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu. Dan ma jipprekludix Stat Membru, f'konformità mar-regoli nazzjonali tiegħu dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti, milli jippermetti li jiġu żvelati kopji taċ-Ċertifikat lill-pubbliku. Dan ir-Regolament għandu jipprevedi rimedju kontra deċiżjonijiet tal-awtorità emittenti, inklużi deċiżjonijiet li jirrifjutaw il-ħruġ ta’ Ċertifikat. Meta ċ-Ċertifikat jiġi rettifikat, modifikat jew irtirat, l-awtorità emittenti għandha tinforma l-persuni li għalihom ikunu ħarġu kopji ċertifikati sabiex jiġi evitat użu żbaljat ta’ tali kopji.

(73)

Ir-rispett għall-impenji internazzjonali assunti mill-Istati Membri jfisser li dan ir-Regolament ma għandux jinċidi fuq l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru, jew aktar, ikunu Parti fil-mument li dan ir-Regolament jiġi adottat. B'mod partikolari, l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Rigward il-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji għandhom ikunu jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni minflok id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-validità formali ta’ testmenti u testmenti kongunti. Il-konsistenza mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament teħtieġ, madankollu, li dan ir-Regolament ikollu preċedenza, bħal bejn Stati Membri, fuq konvenzjonijiet konklużi esklużivament bejn żewġ Stati Membri jew aktar sa fejn dawn il-konvenzjonijiet jikkonċernaw materji regolati minn dan ir-Regolament.

(74)

Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi Stati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni tad-19 ta’ Novembru 1934 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvezja inkużi dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat dwar suċċessjoni, testmenti u amministrazzjoni tal-patrimonju milli jkomplu japplikaw ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni, kif riveduta mill-ftehim intergovernattiv bejn l-Istati li huma parti minnha.

(75)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġi previst obbligu li jeħtieġ lill-Istati Membri li jikkomunikaw ċerta informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri tagħhom relatati mas-suċċessjoni fi ħdan il-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (6). Sabiex tkun tista' tiġi ppubblikata fil-ħin f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni kollha b'relevanza għall-applikazzjoni prattika ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll tali informazzjoni lill-Kummissjoni qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament.

(76)

Kemm biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll biex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji moderni ta’ komunikazzjoni, għandhom jiġu preskritti formoli standard għall-attestazzjonijiet li għandhom jingħataw b'rabta mal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà ta’ deċiżjoni, strument awtentiku jew soluzzjoni bil-qorti u għall-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni kif ukoll għaċ-Ċertifikat innifsu.

(77)

Għall-kalkolu tal-perijodi u l-limiti ta’ żmien previsti f'dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistipula r-regoli applikabbli għall-perijodi, id-dati u l-limiti taż-żmien (7).

(78)

Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-forom relatati mad-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà ta’ deċiżjonijiet, soluzzjonijiet bil-qorti u strumenti awtentiċi u maċ-Ċertifikat Ewropew ta’ Suċċessjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll minn Stati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (8).

(79)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli previsti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(80)

Peress illi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-moviment liberu tal-persuni, l-organizzazzjoni minn qabel miċ-ċittadini tas-suċċessjoni tagħhom f'kuntest tal-Unjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-werrieta u l-legatarji, u ta’ persuni qrib id-deċedut kif ukoll tal-kredituri tas-suċċessjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(81)

Dan ir-regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati u awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri fir-rispett ta’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(82)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri li mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex marbutin minnu jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu. Dan huwa, madankollu, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li għandhom ir-Renju Unit u l-Irlanda li jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw dan ir-Regolament wara li jiġi adottat skont l-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll.

(83)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-suċċessjoni għall-patrimonji tad-deċeduti. Ma japplikax għall-materji fiskali, doganali u amministrattivi.

2.   Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)

l-istatus ta’ persuni fiżiċi, kif ukoll relazzjonijiet ta’ familja u relazzjonijiet meqjusin mil-liġi applikabbli għal tali relazzjonijiet bħala li għandhom effetti komparabbli;

(b)

il-kapaċità ġuridika tal-persuni fiżiċi, mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 23(2) u għall-Artikolu 26;

(c)

kwistjonijiet relatati mal-għejbien, l-assenza jew il-mewt preżunta ta’ persuna fiżika;

(d)

kwistjonijiet relatati ma’ sistemi ta’ proprjetà matrimonjali u sistemi ta’ proprjetà ta’ relazzjonijiet meqjusin mil-liġi applikabbli għal tali relazzjonijiet bħala li għandhom effetti paragunabbli maż-żwieġ;

(e)

obbliġi ta’ manteniment ħlief dawk li jirriżultaw minħabba mewt;

(f)

il-validità formali tat-trasferimenti causa mortis;

(g)

drittijiet ta’ proprjetà, interessi u assi maħluqa jew ittrasferiti b'modi oħra minbarra bis-suċċessjoni, pereżempju permezz ta’ rigali, proprjetà konġunta bid-dritt tas-superstiti, il-pjanijiet ta’ pensjoni, il-kuntratti ta’ assigurazzjoni u arranġamenti ta’ natura simili, mingħajr preġudizzju għall-punt (i) tal-Artikolu 23(2);

(h)

il-kwistjonijiet li huma ggvernati mil-liġi tal-kumpanniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, bħall-klawżoli li jinsabu fil-memoranda u l-artikoli tal-assoċjazzjoni ta’ kumpaniji u korpi oħrajn, korporattivi jew mhux korporattivi li jiddeterminaw dak li għandu jsir mill-ishma fihom meta jmutu l-membri tagħhom;

(i)

ix-xoljiment, l-estinzjoni u l-amalgamazzjoni ta’ kumpaniji u korpi oħra, korporattivi u mhux korporattivi;

(j)

il-ħolqien, l-amministrazzjoni u x-xoljiment tal-fondi fiduċjarji;

(k)

in-natura tad-drittijiet in rem; u

(l)

kwalunkwe reġistrar f'reġistru ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrar, u l-effetti ta’ reġistrar jew in-nuqqas ta’ reġistrar ta’ dawn id-drittijiet f'reġistru.

Artikolu 2

Kompetenza f'materji ta’ suċċessjoni fl-Istati Membri

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jittrattaw kwistjonijiet ta’ suċċessjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“suċċessjoni” tfisser is-suċċessjoni għall-patrimonju tad-deċedut u tkopri l-forom kollha ta’ trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligi minħabba mewt, kemm jekk dan ikun trasferiment volontarju skont trasferiment causa mortis, jew trasferiment permezz ta’ suċċessjoni ab intestato;

(b)

“patt ta’ suċċessjoni” tfisser ftehim, inkluż ftehim li jirriżulta minn testmenti reċiproċi, li, bi jew mingħajr konsiderazzjoni, joħloq, jimmodifika jew itemm drittijiet għall-patrimonju jew patrimonji futuri ta’ persuna waħda jew aktar li tkun parti għall-ftehim;

(c)

“testment konġunt” tfisser testment imfassal fi strument wieħed minn żewġ persuni jew aktar;

(d)

“trasferiment causa mortis” tfisser testment, testment konġunt jew ftehim rigward suċċessjoni;

(e)

“Stat Membru ta’ oriġini” tfisser l-Istat Membru fejn tkun ingħatat id-deċiżjoni, ġiet approvata jew konkluża is-soluzzjoni bil-qorti, jew l-istrument awtentiku jkun ġie stabbilit jew iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jkun inħareġ;

(f)

“Stat Membru tal-infurzar” tfisser l-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni tal-inforzabbiltà jew l-infurzar tad-deċiżjoni, is-soluzzjoni bil-qorti jew l-istrument awtentiku ikunu mitluba;

(g)

“deċiżjoni” tfisser kwalunkwe deċiżjoni f'materja ta’ suċċessjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru, ikun xi jkun l-isem li jingħatalha, inkluża deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-ispejjeż jew l-infiq minn uffiċjal tal-qorti;

(h)

“soluzzjoni bil-qorti” tfisser soluzzjoni fi kwistjoni relatata mas-suċċessjoni li kienet approvata minn qorti jew li kienet konkluża quddiem qorti matul il-proċedimenti;

(i)

“strument awtentiku” tfisser dokument fi kwistjoni ta’ suċċessjoni li jkun tfassal jew ġie rreġistrat formalment bħala strument awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:

(i)

tirrigwarda l-firma u l-kontenut tal-istrument awtentiku; kif ukoll

(ii)

tkun ġiet stabbilita minn awtorità pubblika jew awtorità oħra bis-setgħa li tagħmel dan mill-Istat Membru tal-oriġini.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jfisser kull awtorità ġudizzjarja u awtoritajiet u professjonisti legali oħra kollha bħal dawn b'kompetenza f'materji ta’ suċċessjoni li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu taħt delegazzjoni ta’ setgħa minn xi awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll ta’ xi awtorità ġudizzjarja dment li dawn l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u d-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom jittieħdu skont il-liġi tal-Istat Membru li fih joperaw:

(a)

jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell jew reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja; kif ukoll

(b)

għandhom forza u effett simili bħal deċiżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja dwar l-istess materja.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 79.

KAPITOLU II

ĠURIŻDIZZJONI

Artikolu 4

Ġuriżdizzjoni ġenerali

Il-qrati tal-Istat Membru li fih id-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument tal-mewt għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar is-suċċessjoni fl-intier tagħha.

Artikolu 5

Ftehim dwar l-għażla tal-qorti

1.   Fejn il-liġi magħżula mid-deċedut biex tirregola s-suċċessjoni tiegħu skont l-Artikolu 22 hija l-liġi tal-Istat Membru, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jaqblu li qorti jew il-qrati ta’ dak l-Istat Membru għandu jkollhom ġuriżdizzjoni esklużiva biex jieħdu deċiżjoniji dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-suċċessjoni.

2.   Tali ftehim dwar l-għażla tal-qorti għandu jiġi espress bil-miktub, iddatat u ffirmat mill-partijiet ikkonċernati. Kull komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi reġistrazzjoni dejjiema tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għal kitba.

Artikolu 6

Rifjut tal-ġuriżdizzjoni f'każ ta’ għażla tal-liġi

Meta l-liġi magħżula mid-deċedut biex tirregola s-suċċessjoni tiegħu skont l-Artikolu 22 hija l-liġi ta’ Stat Membru, il-qorti invokata skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 10:

(a)

tista', fuq it-talba ta’ wieħed mill-partijiet għall-proċedimenti, tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni jekk tqis li l-qrati tal-Istat Membru tal-liġi magħżula jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex jieħdu deċiżjonijiet dwar is-suċċessjoni b'kont meħud taċ-ċirkostanzi prattiċi tas-suċċessjoni, bħar-residenza abitwali tal-partijiet u l-post fejn jinsabu l-assi; jew

(b)

għandha tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni jekk il-partijiet għall-proċedimenti jkunu qablu, f'konformità mal-Artikolu 5, li jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti jew lill-qrati tal-Istat Membru tal-liġi magħżula.

Artikolu 7

Ġuriżdizzjoni f'każ ta’ għażla tal-liġi

Il-qrati ta’ Stat Membru li l-liġi tiegħu ġiet magħżula mid-deċedut skont l-Artikolu 22 għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jieħdu deċiżjonijiet dwar is-suċċessjoni jekk:

(a)

qorti preċedentement invokata tkun irrifjutat il-ġuriżdizzjoni fl-istess każ skont l-Artikolu 6;

(b)

il-partijiet għall-proċedimenti jkunu qablu, f'konformità mal-Artikolu 5, li jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti jew lill-qrati ta’ dak l-Istat Membru; jew

(c)

il-partijiet għall-proċedimenti aċċettaw espressament il-ġuriżdizzjoni tal-qorti invokata.

Artikolu 8

Għeluq ta’ proċedimenti ex officio f'każ ta’ għażla ta’ liġi

Qorti li tkun ex officio fetħet proċedimenti ta’ suċċessjoni taħt l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 10 għandha tagħlaq il-proċedimenti jekk il-partijiet għall-proċedimenti qablu li jsolvu l-kwistjoni dwar is-suċċessjoni b'mod amikevoli barra l-qorti fl-Istat Membru li l-liġi tiegħu kienet ġiet magħżula mid-deċedut skont l-Artikolu 22.

Artikolu 9

Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-preżenza fil-qorti

1.   Meta, waqt il-proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat Membru li teżerċita ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 7, ikun jidher li mhux il-partijiet kollha għal dawk il-proċedimenti kienu parti għall-ftehim dwar l-għażla tal-qorti, il-qorti għandha tkompli teżerċita ġuriżdizzjoni jekk il-partijiet għall-proċedimenti li ma jkunux parti għall-ftehim jidhru quddiem il-qorti mingħajr ma jikkontestaw il-ġuriżdizzjoni tal-qorti.

2.   Jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tiġi kkontestata mill-partijiet għall-proċedimenti li ma kinux parti għall-ftehim, il-qorti għandha tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni.

F'dak il-każ, il-ġuriżdizzjoni biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-suċċessjoni għandha tkun f'idejn il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 10.

Artikolu 10

Ġuriżdizzjoni sussidjarja

1.   Meta r-residenza abitwali tad-deċedut fil-mument tal-mewt ma tkunx tinsab fi Stat Membru, il-qrati ta’ Stat Membru fejn ikun hemm assi tal-patrimonju għandu madankollu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar is-suċċessjoni fl-intier tagħha dment li:

(a)

id-deċedut kellu ċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat Membru fil-mument tal-mewt tiegħu; jew, fin-nuqqas ta’ dan,

(b)

id-deċedut kellu r-residenza abitwali preċedenti tiegħu f'dak l-Istat Membru, dment li, filwaqt li l-qorti tkun ġiet invokata, ma jkunx għadda aktar minn perijodu ta’ ħames snin minn meta dik ir-residenza abitwali tkun inbidlet.

2.   Fejn l-ebda qorti fi Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1, il-qrati ta’ Stat Membru li fih ikun hemm assi tal-patrimonju, għandu madankollu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar dawk l-assi.

Artikolu 11

Forum necessitatis

Fejn l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu, fuq bażi eċċezzjonali, jiddeċiedu dwar is-suċċessjoni jekk il-proċedimenti ma jkunux jistgħu jitressqu jew jitwettqu raġonevolment, jew ikunu impossibbli fi Stat terz li l-każ ikun marbut miegħu mill-qrib.

Il-każ għandu jkollu rabta suffiċjenti mal-Istat Membru tal-qorti invokata.

Artikolu 12

Limitazzjoni tal-proċedimenti

1.   Meta l-patrimonju tad-deċedut ikun jinkludi assi li jinsabu fi Stat terz, il-qorti invokata biex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni tista', fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, tiddeċiedi li ma tagħtix deċiżjoni dwar wieħed jew aktar minn dawn l-assi jekk jista' jiġi mistenni li d-deċiżjoni tagħha fir-rigward ta’ dawk l-assi mhux ser tiġi rikonoxxuta u, fejn applikabbli, iddikjarata infurzabbli f'dak l-Istat terz.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt tal-partijiet li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedimenti skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti invokata.

Artikolu 13

Aċċettazzjoni jew rinunzja tas-suċċessjoni, ta’ legat jew ta’ sehem riżervat

Minbarra l-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni skont dan ir-Regolament, il-qrati tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ kwalunkwe persuna li, taħt il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, tista' tagħmel, quddiem qorti, dikjarazzjoni li tirrigwarda l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni, ta’ legat jew ta’ sehem riżervat, jew dikjarazzjoni mfassla biex tillimita r-responsabbiltà tal-persuna kkonċernata fir-rigward tad-djun skont is-suċċessjoni, għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tirċievi dikjarazzjonijiet bħal dawn fejn, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, dikjarazzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru quddiem qorti.

Artikolu 14

Invokazzjoni ta’ qorti

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, qorti tkun ikkunsidrata invokata:

(a)

fil-mument meta d-dokument li beda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, dment li l-attur ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li hu kien meħtieġ jieħu biex id-dokument ikun notifikat lill-konvenut;

(b)

jekk id-dokument għandu jkun innotifikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, fil-mument li fih jiġi riċevut mill-awtorità responsabbli għan-notifika, dment li l-attur ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu biex id-dokument jiġi ppreżentat lill-qorti; jew

(c)

jekk il-proċedimenti jinfetħu ex officio, fil-mument meta d-deċiżjoni li jinfetħu l-proċedimenti tittieħed mill-qorti, jew, meta deċiżjoni bħal din ma tkunx meħtieġa, fil-mument meta l-każ jiġi rreġistrat mill-qorti.

Artikolu 15

Verifika tal-ġuriżdizzjoni

Fejn il-qorti ta’ Stat Membru tkun invokata dwar kwistjoni ta’ suċċessjoni li ma għandhiex ġuriżdizzjoni fuqha skont dan ir-Regolament, hija għandha tiddikjara, ex officio, li ma għandhiex ġuriżdizzjoni.

Artikolu 16

Verifika tal-ammissibbiltà

1.   Fejn il-konvenut li għandu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat minbarra l-Istat Membru fejn saret l-azzjoni ma jidhirx, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni għandha twaqqaf il-proċedimenti sakemm ma jintweriex li l-konvenut seta' jirċievi d-dokument li jagħti bidu għall-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti biex hu jkun seta' jħejji d-difiża tiegħu, jew li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dak il-għan.

2.   L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) (9) għandu japplika minflok il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk id-dokument li jagħti bidu għall-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jintbagħat minn Stat Membru wieħed għal ieħor skont dak ir-Regolament.

3.   Meta r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 ma jkunx applikabbli, l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Atti Ġudizzjarji u Extra-ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali għandu japplika jekk id-dokument li beda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trasmess barra mill-pajjiż skont dik il-Konvenzjoni.

Artikolu 17

Lis pendens

1.   Meta jitressqu proċedimenti bl-istess għan u bl-istess kawża bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, il-qorti li titressaq quddiemha t-tieni kawża għandha tissospendi l-proċedimenti quddiemha ex officio sakemm il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha tiġi stabbilita.

2.   Meta tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha, il-qorti li tressqet it-tieni kawża quddiemha għandha ċċedi l-ġuriżdizzjoni favur l-ewwel qorti.

Artikolu 18

Azzjonijiet relatati

1.   Meta azzjonijiet relatati jkunu pendenti fil-qrati ta’ Stati Membri differenti, kwalunkwe qorti minbarra dik invokata l-ewwel tista' twaqqaf il-proċedimenti tagħha.

2.   Meta dawn l-azzjonijiet ikunu pendenti fi prim'istanza, kwalunkwe qorti minbarra dik invokata l-ewwel tista' wkoll, fuq l-applikazzjoni ta’ waħda mill-partijiet, tirrinunzja l-ġuriżdizzjoni jekk l-ewwel qorti invokata jkollha ġuriżdizzjoni fuq l-azzjonijiet inkwistjoni u li l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, azzjonijiet huma meqjusa li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien biex ikun evitat ir-riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.

Artikolu 19

Miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi

Jista' jsir rikors fil-qrati ta’ Stat Membru għal tali miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, li jistgħu jkunu disponibbli skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anke jekk, skont dan ir-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom il-ġuriżdizzjoni dwar il-mertu tal-każ.

KAPITOLU III

IL-LIĠI APPLIKABBLI

Artikolu 20

Applikazzjoni universali

Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata kemm jekk hi l-liġi ta’ Stat Membru kif ukoll jekk mhijiex.

Artikolu 21

Regola ġenerali

1.   Dment li ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tad-deċedut fl-intier tagħha għandha tkun il-liġi tal-Istat li fih id-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument tal-mewt.

2.   Fejn, bħala eċċezzjoni, ikun ċar miċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li, fil-mument tal-mewt, id-deċedut kien manifestament aktar marbut ma’ Stat li mhux l-Istat li l-liġi tiegħu tkun applikabbli skont il-paragrafu 1, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni għandha tkun il-liġi ta’ dak l-Istat l-ieħor.

Artikolu 22

Għażla ta’ liġi

1.   Persuna tista' tagħżel bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni tagħha fl-intier tagħha l-liġi tal-Istat li hija jkollha ċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li fiha tkun qiegħda tagħmel l-għażla.

Persuna li għandha ċittadinanzi multipli tista' tagħżel il-liġi ta’ kwalunkwe Stat li hija għandha ċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li fiha tkun qiegħda tagħmel l-għażla jew fil-ħin tal-mewt.

2.   L-għażla ta’ liġi għandha ssir b'mod espliċitu f'dikjarazzjoni fil-forma ta’ trasferiment causa mortis jew tintwera b'mod ċar bit-termini ta’ tali trasferiment.

3.   Il-validità sostantiva tal-att li bih saret l-għażla tal-liġi għandha tkun irregolata mil-liġi magħżula.

4.   Kwalunkwe modifika jew revoka tal-għażla ta’ liġi għandha tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-forma għall-modifika jew ir-revoka ta’ trasferiment causa mortis.

Artikolu 23

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi applikabbli

1.   Il-liġi determinata skont l-Artikolu 21 jew l-Artikolu 22 għandha tirregola s-suċċessjoni fl-intier tagħha.

2.   Dik il-liġi tirregola, b'mod partikolari:

(a)

il-kawżi, il-mument u l-post tal-ftuħ tas-suċċessjoni;

(b)

id-determinazzjoni tal-benefiċjarji, tas-sehem rispettiv tagħhom u tal-obbligi li jistgħu jiġu imposti fuqhom mid-deċedut, u d-determinazzjoni ta’ drittijiet oħra ta’ suċċessjoni, inklużi d-drittijiet ta’ suċċessjoni ta’ mart/żewġ jew tas-sieħba/sieħeb superstiti;

(c)

il-kapaċità ta’ persuna li tiret;

(d)

diżeredazzjoni u diskwalifika minħabba mġiba;

(e)

it-trasferiment lill-eredi u, skont il-każ, lil-legatarji tal-assi, id-drittijiet u l-obbligi li jagħmlu parti mill-patrimonju, inklużi l-kondizzjonijiet u l-effetti tal-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni jew tal-legat;

(f)

is-setgħat tal-eredi, tal-eżekuturi testamentarji u amministraturi oħrajn tal-patrimonju, b'mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ ta’ proprjetà u l-ħlas tal-kredituri, mingħajr preġudizzju għas-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 29(2) u (3);

(g)

ir-responsabbiltà għad-djun taħt is-suċċessjoni;

(h)

il-parti tal-patrimonju li persuna tista' tiddisponi minnha, l-ishma riżervati u restrizzjonijiet oħrajn fuq it-trasferiment causa mortis, kif ukoll talbiet li persuni qrib tad-deċedut jista' jkollhom kontra l-patrimonju jew l-eredi;

(i)

kwalunkwe obbligu li jitraddu jew li jingħata kont ta’ xi rigali, avvanzi jew legati meta jiġu ddeterminati l-ishma tal-benefiċjarji differenti; u

(j)

il-kondiviżjoni tal-patrimonju.

Artikolu 24

Trasferimenti causa mortis li mhumiex ftehimiet rigward is-suċċessjoni

1.   Trasferiment causa mortis li mhuwiex ftehim rigward is-suċċessjoni għandu jkun irregolat fir-rigward tal-ammissibbiltà u l-validità sostantiva tiegħu mil-liġi li, taħt dan ir-Regolament, kienet tkun applikabbli għas-suċċessjoni tal-persuna li għamlet it-trasferiment li kieku hija mietet fil-jum li fih sar it-trasferiment.

2.   Irrispettivament mill-paragrafu 1, persuna tista' tagħżel bħala l-liġi li tirregola t-trasferiment causa mortis tagħha fir-rigward tal-ammissibbiltà u tal-validità sostantiva tiegħu, il-liġi li dik il-persuna setgħet għażlet f'konformità mal-Artikolu 22 dwar il-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika, kif adatt, għall-modifika jew ir-revoka tat-trasferiment causa mortis li mhuwiex ftehim rigward is-suċċessjoni. Fil-każ ta’ għażla ta’ liġi skont il-paragrafu 2 il-modifika jew ir-revoka għandha tkun irregolata mil-liġi magħżula.

Artikolu 25

Ftehimiet dwar suċċessjoni

1.   Ftehim dwar is-suċċessjoni fir-rigward tas-suċċessjoni ta’ persuna waħda għandu jkun irregolat, fir-rigward tal-ammissibbiltà tiegħu, tal-validità sostantiva tiegħu u l-effetti vinkolanti tiegħu bejn il-partijiet, inklużi l-kondizzjonijiet għax-xoljiment tiegħu, bil-liġi li, skont dan ir-Regolament, kienet tkun applikabbli għas-suċċessjoni ta’ dik il-persuna fil-każ tal-mewt tagħha fil-jum li fih ġie konkluż il-ftehim.

2.   Ftehim dwar is-suċċessjoni rigward is-suċċessjoni ta’ diversi persuni għandu jkun ammissibbli biss jekk huwa ammissibbli skont il-liġijiet kollha li, skont dan ir-Regolament, kienu jirregolaw is-suċċessjoni tal-persuni involuti kollha fil-każ tal-mewt tagħhom fil-jum li fih ġie konkluż il-ftehim.

Ftehim rigward suċċessjoni li huwa ammissibbli skont l-ewwel subparagrafu għandu jkun irregolat, fir-rigward tal-validità sostantiva tiegħu u l-effetti vinkolanti tiegħu bejn il-partijiet, inklużi l-kondizzjonijiet għax-xoljiment tiegħu, mil-liġi, minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, li magħha jkollu l-eqreb rabta.

3.   Irrispettivament mill-paragrafi 1 u 2, il-partijiet jistgħu jagħżlu bħala l-liġi li tirregola l-ftehim tagħhom rigward is-suċċessjoni, fir-rigward tal-ammissibbiltà tiegħu, tal-validità sostantiva tiegħu u l-effetti vinkolanti tiegħu bejn il-partijiet, inklużi l-kondizzjonijiet għax-xoljiment tiegħu, il-liġi li l-persuna jew waħda mill-persuni li l-patrimonju tagħha huwa involut setgħet tagħżel f'konformità mal-Artikolu 22 bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk.

Artikolu 26

Validità sostantiva tat-trasferimenti causa mortis

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 24 u 25 l-elementi li ġejjin għandhom jappartjenu għall-validità sostantiva:

(a)

il-kapaċità tal-persuna li tagħmel it-trasferiment causa mortis li tagħmel tali trasferiment;

(b)

il-kawżi partikolari li jipprojbixxu lill-persuna li tagħmel it-trasferimenti milli tiddisponi favur ċerti persuni jew li jipprojbixxu persuna milli tirċievi proprjetà tas-suċċessjoni mill-persuna li tagħmel it-trasferiment;

(c)

l-ammissibbiltà ta’ prokura bil-għan li jsir trasferiment causa mortis;

(d)

l-interpretazzjoni tat-trasferiment;

(e)

frodi, forza, żball u kwalunkwe mistoqsija oħra dwar il-kunsens jew l-intenzjoni tal-persuna li tagħmel it-trasferiment.

2.   Meta persuna jkollha l-kapaċità li tagħmel trasferiment causa mortis skont il-liġi applikabbli skont l-Artikolu 24 jew l-Artikolu 25, bidla sussegwenti tal-liġi applikabbli ma għandhiex taffettwa l-kapaċità tagħha li timmodifika jew tirrevoka tali trasferiment.

Artikolu 27

Validità formali tat-trasferimenti causa mortis bil-miktub

1.   Trasferiment causa mortis bil-miktub għandu jkun validu fir-rigward tal-forma jekk jikkonforma mal-liġi:

(a)

tal-Istat li fih sar it-trasferiment jew ġie konkluż il-ftehim dwar is-suċċessjoni konkluża;

(b)

ta' Stat li tiegħu kellu ċ-ċittadinanza t-testatur jew mill-inqas wieħed mill-persuni li s-suċċessjoni tiegħu hija kkonċernata minn ftehim rigward suċċessjoni, jew fil-mument meta sar it-trasferiment jew meta ġie konkluż il-ftehim, jew fil-mument tal-mewt tiegħu;

(c)

ta' Stat li fih kellu d-domiċilju tiegħu t-testatur jew mill-inqas wieħed mill-persuni li s-suċċessjoni tiegħu hi kkonċernata minn ftehim rigward suċċessjoni, jew fil-mument meta sar it-trasferiment jew ġie konkluż il-ftehim, jew fil-mument tal-mewt tiegħu;

(d)

tal-Istat li fih kellu r-residenza abitwali tiegħu t-testatur jew mill-inqas wieħed mill-persuni parti li s-suċċessjoni tiegħu hi kkonċernata minn ftehim rigward suċċessjoni, jew fil-mument meta sar it-trasferiment jew meta ġie konkluż il-ftehim, jew fil-mument tal-mewt tiegħu; jew

(e)

fir-rigward tal-proprjetà immobbli, tal-Istat fejn tkun tinsab dik il-proprjetà immobbli.

Id-determinazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk it-testatur jew kwalunkwe persuna li s-suċċessjoni tagħha hi kkonċernata mill-ftehim rigward suċċessjoni kellhomx id-domiċilju tagħhom fi Stat partikolari għandha tiġi regolata mil-liġi ta’ dak l-Istat.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal trasferimenti causa mortis li jimmodifikaw jew jirrevokaw trasferiment preċedenti. Il-modifika jew ir-revoka għandha tkun valida wkoll fir-rigward tal-forma jekk tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda mil-liġijiet li skont it-termini tagħha, taħt il-paragrafu 1, it-trasferiment causa mortis li jkun ġie mmodifikata jew irrevokat kien validu.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi li tillimita l-forom permessi tat-trasferimenti causa mortis b'riferiment għall-età, iċ-ċittadinanza jew kondizzjonijiet personali oħrajn tat-testatur jew tal-persuni li s-suċċessjoni tagħhom hi kkonċernata minn ftehim rigward suċċessjoni, għandha titqies li tagħmel parti mill-materji rigward il-forma. L-istess regola għandha tapplika għall-kwalifiki meħtieġa minn kwalunkwe xhud għall-validità ta’ trasferiment causa mortis.

Artikolu 28

Validità rigward il-forma ta’ dikjarazzjoni dwar aċċettazzjoni jew rinunzja

Dikjarazzjoni dwar l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni, ta’ legat jew ta’ sehem riżervat jew ta’ dikjarazzjoni mfassla biex tillimita r-responsabbiltà tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni għandha tkun valida rigward il-forma jekk tissodisfa r-rekwiżiti ta':

(a)

il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni skont l-Artikolu 21 jew l-Artikolu 22; jew

(b)

il-liġi tal-Istat fejn il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni għandha r-residenza abitwali tagħha.

Artikolu 29

Regoli speċjali għall-ħatra u s-setgħat ta’ amministratur tal-patrimonju f'ċerti sitwazzjonijiet

1.   Meta l-ħatra ta’ amministratur tkun mandatorja jew mandatorja fuq talba skont il-liġi tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq is-suċċessjoni skont dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tkun liġi barranija, il-qrati ta’ dak l-Istat Membru jistgħu, meta jiġu aditi, jaħtru amministratur wieħed jew aktar minn wieħed tal-patrimonju skont il-liġi tagħhom stess, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

L-amministratur(i) maħtur(a) skont dan il-paragrafu għandu/għandhom ikun/ikunu l-persuna(i) intitolat(i) li jeżegwixxi(u) it-testment tad-deċedut u/jew li jamministra(w) il-patrimonju skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Meta dik il-liġi ma tipprevedix l-amministrazzjoni tal-patrimonju minn persuna li ma tkunx benefiċjarja, il-qrati tal-Istat Membru li fih l-amministratur għandu jinħatar jistgħu jaħtru amministratur terz skont il-liġi tagħhom stess jekk dik il-liġi titlob hekk u jjkun hemm kunflitt serju ta’ interessi bejn il-benefiċjarji jew bejn il-benefiċjarji u l-kredituri jew persuni oħra li jkunu ggarantew id-dejn tad-deċedut, nuqqas ta’ ftehim bejn il-benefiċjarji dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju jew patrimonju kumpless biex jiġi amministrat minħabba n-natura tal-assi.

L-amministratur(i) maħtur(a) skont dan il-paragrafu għandu/għandhom ikun/ikunu l-uniku/uniċi persuna(i) intitolati li teżerċita/jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 2 jew 3.

2.   Il-persuna(i) maħtura bħala amminstratur(i) skont il-paragrafu 1, għandha/għandhom teżerċita/ jeżerċitaw is-setgħat li tamministra/jamministraw il-patrimonju li tista'/jistgħu jeżerċitaw skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Il-qorti tal-ħatra tista' fid-deċiżjoni tagħha tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għall-eżerċizzju ta’ tali setgħat skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

Meta l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ma tipprevedix setgħat biżżejjed biex jitħarsu l-assi tal-patrimonju jew biex jiġu protetti d-drittijiet tal-kredituri jew ta’ persuni oħra li ggarantew id-dejn tad-deċedut, il-qorti tal-ħatra tista' tiddeċiedi li tippermetti lill-amministratur(i) jeżerċita(w), fuq bażi residwa, is-setgħat previsti għal dak il-għan mil-liġi tagħha stess u tista' tiddefinixxi fid-deċiżjoni tagħha kundizzjonijiet speċifiċi għall-eżerċizzju ta’ tali setgħat skont dik il-liġi.

Meta jeżerċita(w) tali setgħat residwi, madankollu, l-amministratur(i) għandu/għandhom jirrispetta(w) il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni fir-rigward tat-trasferiment tas-sjieda ta’ proprjetà tas-suċċessjoni, ir-responsabbiltà għad-djun skont is-suċċessjoni, id-drittijiet tal-benefiċjarji, fosthom meta jkun applikabbli, id-dritt li s-suċċessjoni tiġi aċċettata jew rifjutata, u meta jkun applikabbli s-setgħat tal-eżekutur tat-testment tad-deċedut.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, il-qorti li taħtar amministratur wieħed jew aktar minn wieħed skont il-paragrafu 1 tista', b'eċċezzjoni, meta l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tkun il-liġi ta’ Stat terz, tiddeċiedi li tagħti lil dawk l-amministraturi s-setgħat ta’ amministrazzjoni kollha previsti mil-liġi tal-Istat Membru li jinħatru fih.

Meta jeżerċitaw tali setgħat, madankollu, l-amministraturi għandhom jirrispettaw, b'mod partikolari, id-determinazzjoni tal-benefiċjarji u d-drittijiet ta’ suċċessjoni tagħhom, inklużi d-drittijiet tagħhom għal sehem riżervat jew dikjarazzjoni kontra l-patrimonju jew il-werrieta skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

Artikolu 30

Regoli speċjali li jimponu restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjon fir-rigward ta’ ċerti assi

Meta l-liġi tal-Istat fejn jinsabu ċerti proprjetàjiet immobbli, ċerti intrapriżi jew kategoriji speċjali oħra ta’ assi jkollha regoli speċjali li, minħabba konsiderazzjonijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, jimponu restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ dawk l-assi, dawk ir-regoli speċjali għandhom japplikaw għas-suċċessjoni sakemm, skont il-liġi ta’ dak l-Istat, huma applikabbli irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

Artikolu 31

Adattament ta’ drittijiet in rem

Meta persuna tinvoka dritt in rem li hija tkun intitolata għalih skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, u l-liġi tal-Istat Membru fejn id-dritt huwa invokat ma jirrikonoxxix id-dritt in rem inkwistjoni, dak id-dritt għandu, jekk meħtieġ u safejn possibbli, jiġi adattat għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta’ dak l-Istat waqt li jittieħed kont tal-għanijiet u tal-interessi li jfittex id-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.

Artikolu 32

Mewt simultanja

Meta żewġ persuni jew aktar li s-suċċessjonijiet tagħhom huma rregolati minn liġijiet differenti jmutu f'ċirkostanzi li fihom huwa inċert f'liema ordni seħħet il-mewt tagħhom, u fejn dawk il-liġijiet jipprevedu b'mod differenti għal dik is-sitwazzjoni jew ma jagħmlu l-ebda dispożizzjoni dwar dan, l-ebda wieħed mid-deċeduti ma għandu jkollu drittijiet għas-suċċessjoni tal-persuna jew il-persuni l-oħra.

Artikolu 33

Patrimonju battal

Safejn, skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni skont dan ir-Regolament, ma hemm l-ebda eredi jew legatarju għal xi assi indikat skont trasferiment causa mortis u l-ebda persuna fiżika mhija eredi permezz tal-liġi, l-applikazzjoni tal-liġi ddeterminata b'dan il-mod ma għandhiex tipprekludi d-dritt ta’ Stat Membru jew ta’ entità maħtura għal dik il-fini minn dak l-Istat Membru li jakkwista taħt il-liġi tiegħu stess l-assi tal-patrimonju li jinsab fit-territorju tagħhom sakemm il-kredituri jkunu intitolati jfittxu rimedju għat-talbiet tagħhom mill-assi tal-patrimonju fl-intier tagħhom.

Artikolu 34

“Renvoi”

1.   L-applikazzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe Stat terz speċifikat minn dan ir-Regolament għandha tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f'dak l-Istat inklużi r-regoli tal-liġi internazzjonali privata tiegħu sakemm dawk ir-regoli jagħmlu “renvoi”:

(a)

għal-liġi ta’ Stat Membru; jew

(b)

għal-liġi ta’ Stat terz ieħor li japplika l-liġi tiegħu.

2.   L-ebda “renvoi” ma għandu japplika fir-rigward tal-liġijiet imsemmija fl-Artikolu 21(2), l-Artikolu 22, l-Artikolu 27, il-punt (b) tal-Artikolu 28 u l-Artikolu 30.

Artikolu 35

Ordni pubbliku (“ordre public”)

L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi ta’ kwalunke Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tista' tinċaħad biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (“ordre public”) tal-forum.

Artikolu 36

Stati b'aktar minn sistema legali waħda — konflitti territorjali ta’ liġijiet

1.   Fejn il-liġi speċifikata minn dan ir-Regolament hija dik ta’ Stat li jinkludi diversi unitajiet territorjali, fejn kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha rigward is-suċċessjoni, ir-regoli interni dwar il-konflitt tal-liġijiet ta’ dak l-Istat għandhom jiddeterminaw l-unità territorjali rilevanti li r-regoli tal-liġi proprji tagħha għandhom japplikaw.

2.   Fin-nuqqas ta’ tali regoli interni dwar il-konflitt tal-liġijiet:

(a)

kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirriferu għar-residenza abitwali tad-deċedut, titqies bħala li tirriferi għal-liġi tal-unità territorjali li fiha d-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument tal-mewt;

(b)

kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirriferu għan-nazzjonalità tad-deċedut, titqies bħala li tirriferi għal-liġi tal-unità territorjali li fiha d-deċedut kellu l-eqreb rabta;

(c)

kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirriferi għal elementi oħrajn bħala fatturi ta’ konnessjoni, titqies bħala li tirriferi għal-liġi tal-unità territorjali li fiha jinsab l-element rilevanti.

3.   Irrispettivament mill-paragrafu 2, kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi rilevanti skont Artikolu 27, fin-nuqqas ta’ kunflitt intern ta’ liġijiet u regoli f'dak l-Istat, titqies bħala li tirriferi għal-liġi tal-unità territorjali li magħha t-testatur jew il-persuni li s-suċċessjoni tagħhom hija kkonċernata mill-ftehim dwar is-suċċessjoni kellhom l-eqreb rabta.

Artikolu 37

Stati b'aktar minn sistema legali waħda— konflitti ta’ liġijiet interpersonali

Fir-rigward ta’ Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew aktar jew settijiet ta’ regoli applikabbli għal kategoriji differenti ta’ persuni fir-rigward ta’ suċċessjoni, kwalunkwe referenza għal-liġi ta’ dan l-Istat għandha titqies bħala li tirriferi għas-sistema legali jew sett ta’ regoli determinati mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta’ regoli bħal dawn, għandhom japplikaw is-sistema ta’ liġijiet jew is-sett ta’ regoli li magħhom id-deċedut kellu l-eqreb rabta.

Artikolu 38

Meta dan ir-Regolament mhuwiex applikabbli għal konflitti ta’ liġijiet interni

Stat Membru li għandu diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom għandha r-regoli ta’ liġi proprji tagħha fir-rigward tas-suċċessjoni ma għandux ikun obbligat li japplika dan ir-Regolament għall-konflitt tal-liġijiet li jirriżultaw bejn dawn l-unitajiet territorjali biss.

KAPITOLU IV

RIKONOXXIMENT, INFURZABBILTÀ U INFURZAR TA’ DEĊIŻJONIJIET

Artikolu 39

Rikonoxximent

1.   Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda proċedura speċjali.

2.   Fil-każ ta’ kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka bħala talba prinċipali r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 45 sa 58, li d-deċiżjoni tiġi rikonoxxuta.

3.   Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta’ Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta’ kwistjoni inċidentali ta’ rikonoxximent, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.

Artikolu 40

Raġunijiet ta’ non-rikonoxximent

Deċiżjoni ma għandhiex tiġi rikonoxxuta:

(a)

jekk rikonoxximent bħal dan ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku (“ordre public”) fl-Istat Membru li fih intalab rikonoxximent;

(b)

meta tkun ingħatat fl-assenza ta’ dehra, jekk il-konvenut ma kienx ġie notifikat jew infurmat bid-dokument li jkun fetaħ il-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'tali manjiera li dan ikun jista' jħejji għad-difiża tiegħu, sakemm il-konvenut ma jkunx naqas milli jibda l-proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza meta kien possibbli għalih jagħmel hekk;

(c)

jekk tkun irrikonċiljabbli ma’ deċiżjoni mogħtija fil-proċedimenti bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru fejn jitfittex ir-rikonoxximent;

(d)

jekk tkun irrikonċiljabbli ma’ deċiżjoni mogħtija aktar kmieni fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz fi proċedimenti li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet, dment li dik id-deċiżjoni aktar kmieni tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent.

Artikolu 41

Ebda reviżjoni dwar is-sustanza

Taħt l-ebda ċirkostanza deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru tista' tiġi riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha.

Artikolu 42

Twaqqif tal-proċeduri ta’ rikonoxximent

Il-qorti ta’ Stat Membru li tiġi invokata għal talba ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha jekk ikun ġie ppreżentat appell kontra din id-deċiżjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini.

Artikolu 43

Infurzabbiltà

Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u infurzabbli f'dak l-Istat għandhom ikunu infurzabbli fi Stat Membru ieħor meta, bl-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata, ikunu ġew iddikjarati infurzabbli fi Stati Membri oħrajn f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 45 sa 58.

Artikolu 44

Determinazzjoni ta’ domiċilju

Sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-proċedura prevista fl-Artikoli 45 sa 58, parti hijiex domiċiljata fl-Istat Membru tal-infurzar, il-qorti invokata għandha tapplika l-liġi interna ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 45

Ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali

1.   L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-infurzar ikkomunikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 78.

2.   Il-ġuriżdizzjoni lokali għandha tiġi determinata b'referenza għal post tad-domiċilju tal-parti li kontra tagħha tkun qed titfittex l-infurzabbiltà, jew fil-post tal-infurzar.

Artikolu 46

Proċedura

1.   Il-proċedura ta’ applikazzjoni għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru ta’ infurzar.

2.   L-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jkollu indirizz postali jew rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru ta’ infurzar.

3.   L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

kopja tad-deċiżjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha;

(b)

l-attestazzjoni maħruġa mill-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47.

Artikolu 47

Nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-attestazzjoni

1.   Jekk l-attestazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 46(3) ma tiġix ippreżentata, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika żmien għall-preżentazzjoni tiegħu jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li jkollha informazzjoni suffiċjenti quddiemha, tgħaddi mingħajru.

2.   Jekk il-qorti jew awtorità kompetenti hekk titlob, għandha tiġi ppreżentata traduzzjoni tad-dokumenti. It-traduzzjoni għandha ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f'wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 48

Dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà

Id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata infurzabbli immedjatament wara li jitlestew il-formalitajiet fl-Artikolu 46 mingħajr ebda reviżjoni skont l-Artikolu 40. Il-parti li kontriha jintalab l-infurzar ma għandhiex f'dan l-istadju tal-proċedimenti tkun intitolata tagħmel xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.

Artikolu 49

Notifika tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà

1.   Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant skont il-proċedura stabbilita bil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà għandha tiġi notifikata lill-parti li kontriha qed jintalab l-infurzar, akkumpanjata mid-deċiżjoni, jekk ma tkunx diġà ġiet notifikata lil dik il-parti.

Artikolu 50

Appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà

1.   Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà tista' tiġi appellata minn kwalunkwe parti.

2.   L-appell għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 78.

3.   L-appell għandu jiġi ttrattat skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f'materji kontradittorji.

4.   Jekk il-parti li kontriha jintalab l-infurzar tonqos milli tidher quddiem il-qorti tal-appell fi proċedimenti dwar appell imressaq mill-applikant, għandu japplika l-Artikolu 16, anki meta l-parti li kontriha jintalab l-infurzar mhijiex domiċiljata f'ebda wieħed mill-Istati Membri.

5.   L-appell kontra d-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum min-notifika jew mill-komunikazzjoni tiegħu. Jekk il-parti li kontriha jintalab l-infurzar hi domiċiljata fi Stat Membru differenti minn dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà, iż-żmien għal appell għandu jkun ta’ 60 jum u għandu jibda jgħodd mill-jum tan-notifika, lilha personalment jew fir-residenza tagħha. L-ebda estensjoni ma tista' tingħata minħabba d-distanza.

Artikolu 51

Proċedura biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell

Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz tal-proċedura kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 78.

Artikolu 52

Rifjut jew revoka ta’ dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà

Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell skont l-Artikolu 50 jew l-Artikolu 51 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà unikament għal xi waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 40. Hija għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.

Artikolu 53

Sospensjoni tal-proċedimenti

Il-qorti ppreżentata b'appell skont l-Artikolu 50 jew l-Artikolu 51 għandha, mal-applikazzjoni tal-parti li kontriha jintalab l-infurzar, tissospendi l-proċedimenti jekk l-infurzabbiltà tad-deċiżjoni tiġi sospiża fl-Istat Membru tal-oriġini minħabba appell.

Artikolu 54

Miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi

1.   Meta deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta skont dan il-Kapitolu, xejn ma għandu jimpedixxi lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri proviżjorji, inklużi miżuri protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà skont l-Artikolu 48.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà għandha ġġib magħha skont l-applikazzjoni tal-liġi l-poter li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe miżura protettiva.

3.   Matul iż-żmien speċifikat, skont l-Artikolu 50(5), għal appell kontra d-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà u sakemm ikun determinat kwalunkwe tali appell, l-ebda miżura ta’ infurzar ma tista' tittieħed ħlief miżuri protettivi kontra l-proprjetà tal-parti li kontriha jintalab l-infurzar.

Artikolu 55

Infurzabbiltà parzjali

1.   Meta tkun ingħatat deċiżjoni rigward diversi materji u d-dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà ma tkunx tista tingħata għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha għal waħda minnhom jew aktar.

2.   Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà limitata għal partijiet minn deċiżjoni.

Artikolu 56

Għajnuna legali

Applikant li, fl-Istat Membru tal-oriġini jkun ibbenefika bis-sħiħ jew parzjalment mill-għajnuna legali jew minn eżenzjoni mill-ispejjeż jew l-infiq, għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà, li jibbenefika mill-għajnuna legali l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estiża mill-ispejjeż jew l-infiq kif previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.

Artikolu 57

Ebda garanzija, bond jew depożitu

L-ebda garanzija, bond jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru tapplika għal rikonoxximent, infurzabbiltà jew infurzar ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat Membru tal-infurzar.

Artikolu 58

Ebda imposta, dazju jew onorarju

Fil-proċedimenti għall-ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà, ma għandhom jiġu imposti l-ebda imposta, dazju jew onorarju kkalkulati b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni fl-Istat Membru tal-infurzar.

KAPITOLU V

STRUMENTI AWTENTIĊI U SOLUZZJONIJIET BIL-QORTI

Artikolu 59

Aċċettazzjoni ta’ strumenti awtentiċi

1.   Strument awtentiku stabbilit fi Stat Membru għandu jkollu l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor bħal ma għandu fl-Istat Membru tal-oriġini jew l-aktar effetti komparabbli, dment li dan ma jkunx manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (“ordre public”) fl-Istat Membru kkonċernat.

Persuna li tixtieq tagħmel użu minn strument awtentiku fi Stat Membru ieħor tista' titlob lill-awtorità li tistabbilixxi l-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini biex timla l-formola tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2) li tiddeskrivi l-effetti evidenzjarji li l-istrument awtentiku jipproduċi fl-Istat Membru tal-oriġini.

2.   Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-awtentiċità ta’ strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi ta’ dak l-Istat. L-istrument awtentiku kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.

3.   Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati li għandhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi applikabbli taħt il-Kapitolu III. L-istrument awtentiku li jkun ġie kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ħlief l-Istat Membru tal-oriġini fir-rigward tal-materja li tkun qed tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.

4.   Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta’ Stat Membru jiddependi fuq id-determinazzjoni ta’ kwistjoni inċidentali relatata mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.

Artikolu 60

Infurzabbiltà ta’ atti awtentiċi

1.   Att awtentiku li huwa infurzabbli fl-Istat Membru tal-oriġini għandu jiġi ddikjarat bħala infurzabbli fi Stat Membru ieħor mal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 45 sa 58.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 46(3) l-awtorita' li stabilixxiet l-istrument awtentiku għandha, fuq l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessati, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).

3.   Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell skont l-Artikolu 50 jew l-Artikolu 51 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà biss jekk l-infurzar tas-soluzzjoni bil-qorti jkun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (“ordre public”) fl-Istat Membru tal-infurzar.

Artikolu 61

Infurzabbiltà ta’ soluzzjonijiet bil-qorti

1.   Soluzzjonijiet bil-qorti li huma infurzabbli fl-Istat Membru tal-oriġini għandhom jiġu ddikjarati bħala infurzabbli fi Stat Membru ieħor mal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 45 sa 58.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 46(3) il-qorti li approvat is-soluzzjoni jew li ġiet konkluża quddiemha għandha, fuq l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessati, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).

3.   Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell skont l-Artikolu 50 jew l-Artikolu 51 għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà biss jekk l-infurzar tas-soluzzjoni bil-qorti jkun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (“ordre public”) fl-Istat Membru tal-infurzar.

KAPITOLU VI

ĊERTIFIKAT EWROPEW TAS-SUĊĊESSJONI

Artikolu 62

Ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

1.   Dan ir-Regolament joħloq Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (minn hawn 'il quddiem “iċ-Ċertifikat”) li għandu jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor u għandu jipproduċi l-effetti elenkati fl-Artikolu 69.

2.   L-użu taċ-Ċertifikat ma għandux ikun mandatorju.

3.   Iċ-Ċertifikat ma għandux jieħu l-post tad-dokumenti interni li jintużaw għal finijiet simili fl-Istati Membri. Madankollu, ladarba jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor, iċ-Ċertifikat għandu jipproduċi l-effetti elenkati fl-Artikolu 69 fl-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġuh f'konformità ma’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 63

Fini taċ-Ċertifikat

1.   Iċ-Ċertifikat hu għall-użu minn werrieta, legatarji li għandhom drittijiet diretti fis-suċċessjoni u eżekuturi ta’ testmenti jew amministraturi tal-patrimonju li, fi Stat Membru ieħor, jkunu jeħtieġu jinvokaw l-istatus tagħhom jew li jeżerċitaw rispettivament id-drittijiet tagħhom bħala werrieta jew legatarji u/jew is-setgħat tagħhom bħala eżekuturi ta’ testmenti jew amministraturi tal-patrimonju.

2.   Iċ-Ċertifikat jista' jintuża, b'mod partikolari, biex jiġi muri wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istatus u/jew id-drittijiet ta’ kull werriet, jew skont il-każ, ta’ kull legatarju msemmi fiċ-Ċertifikat u s-sehem rispettiv tagħhom tal-patrimonju;

(b)

l-attribuzzjoni ta’ ass speċifiku jew assi speċifiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju għall-werriet(a), jew skont il-każ, għal-legatarju/i msemmi(ja) fiċ-Ċertifikat;

(c)

is-setgħat tal-persuna msemmija fiċ-Ċertifikat biex tkun l-eżekutur jew l-amministratur tal-patrimonju.

Artikolu 64

Kompetenza biex jinħareġ iċ-Ċertifikat

Iċ-Ċertifikat għandhu jinħareġ fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 7, l-Artikolu 10 jew l-Artikolu 11. L-awtorità emittenti għandha tkun:

(a)

qorti kif definit fl-Artikolu 3(2); jew

(b)

awtorità oħra li, skont il-liġi nazzjonali, għandha kompetenza biex tittratta materji ta’ suċċessjoni.

Artikolu 65

Applikazzjoni għal Ċertifikat

1.   Iċ-Ċertifikat għandu jinħareġ fuq applikazzjoni minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 63(1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-applikant”).

2.   Għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, l-applikant jista' juża l-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).

3.   L-applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni elenkata hawn isfel, safejn l-applikant ikun jaf b'din l-informazzjoni u safejn hija tkun meħtieġa sabiex l-awtorità emittenti tkun tista' tiċċertifika l-elementi li l-applikant irid li jiġu ċertifikati, u għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti rilevanti kollha jew fl-oriġinali jew kopji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet neċessarji biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 66(2):

(a)

dettalji rigward id-deċedut: il-kunjom (jekk applikabbli, il-kunjom tat-twelid), l-isem/ismijiet, is-sess, id-data u l-post tat-twelid, l-istat ċivili, iċ-ċittadinanza, in-numru ta’ identifikazzjoni (jekk applikabbli), l-indirizz fil-ħin tal-mewt, id-data u l-post tal-mewt;

(b)

dettalji rigward l-applikant: il-kunjom (jekk applikabbli, il-kunjom tat-twelid), l-isem/ismijiet, is-sess, id-data u l-post tat-twelid, l-istat ċivili, iċ-ċittadinanza, in-numru ta’ identifikazzjoni (jekk applikabbli), l-indirizz u r-relazzjoni mad-deċedut, jekk ikun hemm;

(c)

dettalji rigward ir-rappreżentant tal-applikant, jekk ikun hemm: il-kunjom (jekk applikabbli, il-kunjom tat-twelid), l-isem/ismijiet, l-indirizz u l-kapaċità rappreżentattiva;

(d)

dettalji tal-mart/żewġ jew tas-sieħeb/sieħba tad-deċedut u, jekk applikabbli l-ex mart/żewġ jew l-ex konjuġi jew l-ex sieħeb/sieħba jew l-ex sħab: il-kunjom (jekk applikabbli, il-kunjom tat-twelid), l-isem/ismijiet, is-sess, id-data u l-post tat-twelid, l-istat ċivili, iċ-ċittadinanza, in-numru ta’ identifikazzjoni (jekk applikabbli), u l-indirizz;

(e)

dettalji ta’ benefiċjarji possibbli oħrajn taħt trasferiment causa mortis u/jew bl-operat tal-liġi: kunjom u isem/ismijiet jew isem tal-organizzazzjoni, numru ta’ identifikazzjoni (jekk applikabbli) u indirizz;

(f)

il-fini intenzjonata taċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 63;

(g)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-qorti jew ta’ qorti kompetenti oħra li tkun qed tittratta jew tkun ittrattat is-suċċessjoni fiha nfisha, jekk applikabbli;

(h)

l-elementi li fuqhom l-applikant jibbaża, kif meħtieġ, id-dritt pretiż tiegħu għall-proprjetà tas-suċċessjoni bħala benefiċjarju u/jew id-dritt tiegħu li jeżegwixxi t-testment tad-deċedut u/jew id-dritt li jamministra l-patrimonju tad-deċedut;

(i)

indikazzjoni jekk id-deċedut kienx għamel trasferiment causa mortis; jekk la l-oriġinali u lanqas kopja ma huma mehmużin, indikazzjoni rigward il-post fejn jinsab l-oriġinali;

(j)

indikazzjoni ta’ jekk id-deċedut kienx daħħal f'kuntratt taż-żwieġ jew fil-kuntratt rigward relazzjoni li jista' jkollha effetti komparabbli għaż-żwieġ; jekk la l-oriġinali u lanqas kopja tal-kuntratt ma huma mehmużin, indikazzjoni rigward il-post fejn jinsab l-oriġinali;

(k)

indikazzjoni ta’ jekk xi wieħed mill-benefiċjarji jkunx għamel dikjarazzjoni rigward aċċettazzjoni jew rinunzja tas-suċċessjoni;

(l)

dikjarazzjoni li tgħid li sa fejn jaf l-applikant, ma hemm l-ebda tilwima pendenti rigward l-elementi li għandhom jiġu ċċertifikati;

(m)

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-applikant iqis utli għall-finijiet tal-ħruġ taċ-Ċertifikat.

Artikolu 66

Eżami tal-applikazzjoni

1.   Meta tirċievi l-applikazzjoni l-awtorità emittenti għandha tivverifika l-informazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti u evidenza oħra pprovduti mill-applikant. Hija għandha twettaq l-inkjesti meħtieġa għal dik il-verifika minn jeddha fejn dan ikun previst jew awtorizzat mil-liġi tagħha proprja jew għandha tistieden lill-applikant jipprovdi kwalunkwe evidenza oħra li hija tqis meħtieġa.

2.   Meta l-applikant ma jkunx jista' jipproduċi kopji tad-dokumenti rilevanti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħhom, l-awtorità emittenti tista' tiddeċiedi li taċċetta forom oħra ta’ evidenza.

3.   Meta dan ikun previst mil-liġi tagħha proprja u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk, l-awtorità emittenti tista' titlob li d-dikjarazzjonijiet isiru taħt ġurament jew permezz ta’ dikjarazzjoni statutorja minflok ġurament.

4.   L-awtorità emittenti għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tinforma lill-benefiċjarji dwar l-applikazzjoni għal Ċertifikat. Hija għandha, jekk ikun meħtieġ għall-istabbiliment tal-elementi li għandhom jiġu ċċertifikati, tisma' lil kwalunkwe persuna involuta u kwalunkwe eżekutur jew amministratur u tagħmel avviżi pubbliċi bil-għan li tingħata l-opportunità lil benefiċjarji possibbli biex jinvokaw id-drittijiet tagħhom.

5.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha, fuq talba, tipprovdi lill-awtorità emittenti ta’ Stat Membru ieħor l-informazzjoni miżmuma, b'mod partikolari, fir-reġistri tal-artijiet, fir-reġistri tal-istat ċivili u f'reġistri fejn jiġu rreġistrati d-dokumenti u l-fatti li jkunu ta’ rilevanza għas-suċċessjoni jew għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali jew reġim ekwivalenti tal-proprjetà tad-deċedut, fejn dik l-awtorità kompetenti tiġi awtorizzata, skont il-liġi nazzjonali, biex tipprovdi lil awtorità nazzjonali oħra b'tali informazzjoni.

Artikolu 67

Ħruġ taċ-Ċertifikat

1.   L-awtorità emittenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat mingħajr dewmien f'konformità mal-proċedura stabbilita f'dan il-Kapitolu meta l-elementi li għandhom jiġu ċċertifikati jkunu ġew stabbiliti skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni jew skont kwalunkwe liġi oħra applikabbli għal elementi speċifiċi. Hija għandha tuża l-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).

L-awtorità emittenti ma għandhiex toħroġ iċ-Ċertifikat b'mod partikolari jekk:

(a)

l-elementi li għandhom jiġu ċċertifikati jkunu qed jiġu kkontestati; jew

(b)

iċ-Ċertifikat ma jkunx konformi ma deċiżjoni li tkopri l-istess elementi.

2.   L-awtorità emittenti għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tinforma l-benefiċjarji dwar il-ħruġ taċ-Ċertifikat.

Artikolu 68

Kontenut taċ-Ċertifikat

Iċ-Ċertifikat għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja sa fejn meħtieġ għall-fini li għalih jinħareġ:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità emittenti;

(b)

in-numru ta’ referenza tal-fajl;

(c)

l-elementi li abbażi tagħhom l-awtorità emittenti tikkunsidra lilha nfisha kompetenti biex toħroġ iċ-Ċertifikat;

(d)

id-data tal-ħruġ;

(e)

dettalji rigward l-applikant: il-kunjom (jekk applikabbli, il-kunjom tat-twelid), l-isem/ismijiet, is-sess, id-data u l-post tat-twelid, l-istat ċivili, iċ-ċittadinanza, in-numru ta’ identifikazzjoni (jekk applikabbli), l-indirizz u r-relazzjoni mad-deċedut, jekk tkun teżisti;

(f)

dettalji rigward id-deċedut: il-kunjom (jekk applikabbli, il-kunjom tat-twelid), l-isem/ismijiet, is-sess, id-data u l-post tat-twelid, l-istat ċivili, iċ-ċittadinanza, in-numru ta’ identifikazzjoni (jekk applikabbli), l-indirizz fil-ħin tal-mewt, id-data u l-post tal-mewt;

(g)

dettalji rigward il-benefiċjarji: il-kunjom (jekk applikabbli, il-kunjom tat-twelid), l-isem/ismijiet u n-numru ta’ identifikazzjoni (jekk applikabbli);

(h)

informazzjoni dwar kuntratt taż-żwieġ li jkun daħal għalih id-deċedut jew, jekk applikabbli, kuntratt li jkun daħal għalih id-deċedut fil-kuntest ta’ relazzjoni meqjusa mil-liġi li tkun applikabbli għal tali relazzjoni li jkollha effetti komparabbli għal żwieġ u informazzjoni rigward is-sistema ta’ proprjetà matrimonjali jew sistema ta’ proprjetà ekwivalenti;

(i)

il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni u l-elementi li abbażi tagħhom ġiet iddeterminata dik il-liġi;

(j)

informazzjoni dwar jekk is-suċċessjoni hijiex taħt testment jew ab intestato, inkluża informazzjoni rigward l-elementi li jwasslu għad-drittijiet u/jew is-setgħat tal-werrieta, il-legatarji, l-eżekuturi tat-testmenti jew l-amministraturi tal-patrimonju;

(k)

jekk applikabbli, l-informazzjoni fir-rigward ta’ kull benefiċjarju dwar in-natura tal-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni;

(l)

is-sehem ta’ kull eredi u, jekk applikabbli, il-lista ta’ drittijiet u/jew assi għal kwalunkwe werriet partikolari;

(m)

il-lista ta’ drittijiet u/jew assi għal kwalunkwe legatarju partikolari;

(n)

ir-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-werriet(a) u, kif adatt, il-legatarju/i skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni u/jew skont it-trasferiment causa mortis;

(o)

is-setgħat tal-eżekutur tat-testment u/jew l-amministratur tal-patrimonju u r-restrizzjonijiet fuq dawk is-setgħat skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni u/jew skont it-trasferiment causa mortis.

Artikolu 69

Effetti taċ-Ċertifikat

1.   Iċ-Ċertifikat għandu jipproduċi l-effetti tiegħu fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtiega ta’ xi proċedura speċjali.

2.   Għandu jkun preżunt li ċ-Ċertifikat juri b'mod preċiż elementi li jkunu ġew stabbiliti skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni jew skont kwalunkwe liġi oħra applikabbli għal elementi speċifiċi. Il-persuna msemmija fiċ-Ċertifikat bħala l-werrieta, il-legatarju, l-eżekutur tat-testment jew l-amministratur tal-patrimonju għandha titqies li għandha l-istatus imsemmi fiċ-Ċertifikat u/jew li għandha d-drittijiet jew is-setgħat imsemmijin fiċ-Ċertifikat bl-ebda kondizzjoni u/jew restrizzjoni marbuta ma’ dawk id-drittijiet jew setgħat ħlief minn dawk iddikjarati fiċ-Ċertifikat.

3.   Kwalunkwe persuna li, waqt li taġixxi abbażi tal-informazzjoni ċċertifikata f'Ċertifikat, tagħmel ħlas jew tgħaddi proprjetà lil persuna msemmija fiċ-Ċertifikat kif awtorizzata biex taċċetta ħlas jew proprjetà għandha tiġi meqjusa li għamlet tranżazzjoni ma’ persuna li għandha l-awtorità li taċċetta ħlas jew proprjetà, dment li ma tkunx taf li l-kontenut taċ-Ċertifikat mhux preċiż jew ma tkunx taf b'tali impreċizjoni minħabba negliġenza serja.

4.   Fejn persuna msemmija fiċ-Ċertifikat hija awtorizzata tiddisponi minn proprjetà fis-suċċessjoni tiddisponi minn tali proprjetà favur persuna oħra, dik il-persuna l-oħra għandha, jekk taġixxi fuq il-bażi tal-informazzjoni ċċertifikata fiċ-Ċertifikat, titqies li għamlet tranżazzjoni ma’ persuna bl-awtorità li tiddisponi mill-proprjetà kkonċernata, dment li din ma tkunx taf li l-kontenut taċ-Ċertifikat mhux preċiż jew ma tkunx taf b'tali impreċizjoni minħabba negliġenza serja.

5.   Iċ-Ċertifikat għandu jikkostitwixxi dokument validu għar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà tas-suċċessjoni fir-reġistru rilevanti ta’ Stat Membru, mingħajr preġudizzju għall-punti (k) u (l) tal-Artikolu 1(2).

Artikolu 70

Kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat

1.   L-awtorità emittenti għandha żżomm l-oriġinali taċ-Ċertifikat u għandha toħroġ kopja ċċertifikata waħda jew aktar lill-applikant u lil kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu.

2.   L-awtorità emittenti għandha, għall-finijiet tal-Artikoli 71(3) u 73(2), iżżomm lista ta’ persuni li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati skont il-paragrafu 1.

3.   Il-kopji ċċertifikati li jinħarġu għandhom ikunu validi għal perjodu limitat ta’ sitt xhur li għandu jiġi indikat fil-kopja ċċertifikata permezz ta’ data ta’ skadenza. F'każijiet straordinarji ġġustifikati kif meħtieġ, l-awtorità emittenit tista', b'deroga, tiddeċiedi li l-perjodu ta’ validità jkun itwal. Ladarba jkun skada dan il-perjodu, kwalunkwe persuna fil-pussess ta’ kopja ċċertifikata għandha, sabiex tkun tista' tuża ċ-Ċertifikat għall-finijiet indikati fl-Artikolu 63, tapplika għal estenzjoni tal-perjodu ta’ validità tal-kopja ċċertifikata jew titlob kopja ċertifikata ġdida mill-awtorità emittenti.

Artikolu 71

Rettifika, modifika jew irtirar taċ-Ċertifikat

1.   L-awtorità emittenti għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu jew ex officio, tirrettifika ċ-Ċertifikat fil-każ ta’ żball klerikali.

2.   L-awtorità emittenti għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu jew, fejn dan huwa possibbli taħt il-liġi nazzjonali, ex officio, timmodifika jew tirtira ċ-Ċertifikat fejn ikun ġie stabbilit li ċ-Ċertifikat jew l-elementi individwali tiegħu mhumiex preċiżi.

3.   L-awtorità emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuni kollha li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 70(1), bi kwalunkwe rettifika, modifika jew irtirar tiegħu.

Artikolu 72

Proċeduri ta’ rimedju

1.   Id-deċiżjonijiet meħudin mill-awtorità emittenti skont l-Artikolu 67 jistgħu jiġu kkontestati minn kwalunkwe persuna intitolata li tapplika għal Ċertifikat.

Id-deċiżjonijiet meħudin mill-awtorità emittenti skont l-Artikolu 71 u l-punt (a) tal-Artikolu 73(1) jistgħu jiġu kkontestati minn kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu.

Il-kontestazzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem awtorità ġudizzjarja fl-Istat Membru tal-awtorità emittenti f'konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat.

2.   Jekk, bħala riżultat ta’ kontestazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, jiġi stabbilit li ċ-Ċertifikat li nħareg mhuwiex preċiż, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha tirrettifika, timmodifika jew tirtira ċ-Ċertifikat jew tiżgura li l-awtorità emittenti tirrettifika, timmodifika jew tirtira ċ-Ċertifikat.

Jekk, bħala riżultat ta’ kontestazzjoni kif msemmi fil-paragrafu 1, jiġi stabbilit li r-rifjut li jinħareġ iċ-Ċertifikat ma kienx ġustifikat, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha toħroġ iċ-Ċertifikat jew tiżgura li l-awtorità emittenti tivvaluta l-każ mill-ġdid u tieħu deċiżjoni ġdida.

Artikolu 73

Sospensjoni tal-effetti taċ-Ċertifikat

1.   L-effetti taċ-Ċertifikat jistgħu jiġu sospiżi:

(a)

mill-awtorità emittenti, fuq it-talba ta’ kwalunkwe persuna li turi interess leġittimu, fl-istennija ta’ modifika jew irtirar taċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 71; jew

(b)

mill-awtorità ġudizzjarja, fuq it-talba ta’ kwalunkwe persuna intitolata li tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-awtorità emittenti skont l-Artikolu 72, sakemm issir tali kontestazzjoni.

2.   L-awtorità emittenti jew, skont il-każ, l-awtorità ġudizzjarja għandha mingħajr dewmien tinforma lill-persuni kollha li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 70(1) bi kwalunkwe sospensjoni tal-effetti taċ-Ċertifikat.

Matul is-sospensjoni tal-effetti taċ-Ċertifikat ma jistgħux jinħarġu aktar kopji ċċertifikati taċ-Ċertifikat.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 74

Leġiżlazzjoni u formalitajiet simili oħra

L-ebda legalizzazzjoni jew formalità simili oħra ma għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta’ dokumenti maħruġa fi Stat Membru fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 75

Relazzjonijiet mal-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru wieħed jew aktar huma parti fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament u li jittrattaw kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

B'mod partikolari, Stati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Rigward l-Għamla tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni minflok l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-validità formali ta’ testmenti u testmenti konġunti.

2.   Irrispettivament mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu, bejn Stati Membri, ikollu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi esklużivament bejn żewġ Stati Membri jew aktar sa fejn dawn il-konvenzjonijiet jikkonċernaw materji regolati minn dan ir-Regolament.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Novembru 1934 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvezja li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ dritt internazzjonali privat dwar suċċessjoni, testmenti u amministrazzjoni tal-patrimonju, kif rivedut mill-ftehim intergovernattiv bejn dawk l-Istati tal-1 ta’ Ġunju 2012, mill-Istati Membri li huma parti għalih, dment li din tipprevedi għal:

(a)

regoli dwar l-aspetti proċedurali tal-amministrazzjoni tal-patrimonju kif definit mill-Konvenzjoni u assistenza f'dak ir-rigward mill-awtoritajiet tal-Istati li huma Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni; u

(b)

proċeduri simplifikati u aktar mgħaġġla għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni.

Artikolu 76

Relazzjoni mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (10).

Artikolu 77

Informazzjoni disponibbli għall-pubbliku

L-Istati Membri għandhom, bil-ħsieb li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali, jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarju qasir tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali tagħhom li jirrigwardaw is-suċċessjoni, inkluża informazzjoni dwar it-tip ta’ awtorità li għandha kompetenza fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni u informazzjoni dwar it-tip ta’ awtorità kompetenti biex tirċievi dikjarazzjonijiet ta’ aċċettazzjoni jew rinunzja tas-suċċessjoni, ta’ legat jew ta’ sehem riżervat.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu skedi informattivi li jelenkaw id-dokumenti u/jew l-informazzjoni kollha li normalment ikunu meħtieġa għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tagħhom.

L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni permanentement aġġornata.

Artikolu 78

Informazzjoni dwar dettalji ta’ kuntatt u proċeduri

1.   Sas-16 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2);

(b)

il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51;

(c)

informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64; u

(d)

il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti għal dik l-informazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippublika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-indirizzi u dettalji ta’ kuntatt oħra tal-qrati u l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha kkomunikata skont il-paragrafu 1 pubblikament disponibbli b'mezzi xierqa, b'mod partikolari bin-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'Materji Ċivili u Kummerċjali.

Artikolu 79

Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

1.   Il-Kummissjoni, abbażi ta’ notifiki mill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2).

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet sussegwenti għall-informazzjoni li tinsab f'dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista skont dan.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u kwalunkwe emenda sussegwenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor li jkun adatt, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali.

Artikolu 80

Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fl-Artikoli 46, 59, 60, 61, 65 u 67

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fl-Artikoli 46, 59, 60, 61, 65 u 67. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).

Artikolu 81

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 82

Reviżjoni

Sa 18 ta’ Awwissu 2025 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża evalwazzjoni ta’ kwalunkwe problema prattika li ltaqgħet magħha fir-rigward ta’ soluzzjonijiet barra l-qorti b'mod parallel ta’ każijiet ta’ suċċessjoni fi Stati Membri differenti jew soluzzjoni barra l-qorti fi Stat Membru wieħed effettwata b'mod parallel ma’ soluzzjoni quddiem qorti fi Stat Membru ieħor. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun il-każ, bi proposti għal emendi.

Artikolu 83

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-suċċessjoni ta’ persuni li mietu fi jew wara is-17 ta’ Awwissu 2015.

2.   Fejn id-deċedut ikun għażel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, dik l-għażla għandha tkun valida jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III jew jekk kienet valida fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat fis-seħħ, fil-mument meta tkun saret l-għażla, fl-Istat fejn id-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu jew fi kwalunkwe wieħed mill-Istati li tiegħu kellu ċ-ċittadinanza.

3.   Trasferiment causa mortis magħmul qabel is-17 ta’ Awwissu 2015 għandu jkun ammissibbli u validu f'termini sostantivi u fir-rigward tal-forma jekk ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III jew jekk huwa ammissibbli u validu f'termini sostantivi u fir-rigward tal-forma fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat fis-seħħ, fil-mument li fih ikun sar it-trasferiment, fl-Istat fejn id-deċedut kellu r-residenza abitwali tiegħu jew fi kwalunkwe wieħed mill-Istati li tiegħu kellu ċ-ċittadinanza jew fl-Istat Membru tal-awtorità li tkun qed tittratta s-suċċessjoni.

4.   Jekk trasferiment causa mortis kien sar qabel is-17 ta’ Awwissu2015 skont il-liġi li l-mejjet ikun għażel skont dan ir-Regolament, dik il-liġi għandha titqies li ntgħażlet bħala l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

Artikolu 84

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mis-17 ta’ Awwissu 2015, ħlief għall-Artikoli 77 u 78 li għandhom japplikaw mis-16 ta’ Jannar 2014 u l-Artikoli 79, 80 u 81 li għandhom japplikaw mill-5 ta’ Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 44, 11.2.2011, p. 148.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2012.

(3)  ĠU C 12, 15.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(5)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.

(7)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(8)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(9)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.

(10)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.


27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/135


REGOLAMENT (UE) Nru 651/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1998 u tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-muniti tal-euro maħsuba għall-kollezzjoni, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/23/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (3), approvata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/191/UE tat-22 ta’ Marzu 2010 dwar il-firxa u l-effetti tal-valuta legali tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro (4), jirrakkomandaw prattika fir-rigward tal-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, inklużi muniti tal-euro kommemorattivi, u konsultazzjoni qabel il-qerda ta’ muniti tal-euro li jkunu tajbin għaċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ muniti tal-euro għall-kolletturi.

(2)

In-nuqqas tad-dispożizzjonijiet obbligatorji għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro jista' jirriżulta fi prattika differenti bejn Stat Membru u ieħor u ma jwassalx għal qafas integrat biżżejjed għall-munita waħdanija. Fl-interessi tat-trasparenza u taċ-ċertezza legali, hu għalhekk neċessarju li jiġu introdotti regoli li jorbtu dwar il-ħruġ ta’ muniti tal-euro.

(3)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (5), il-muniti denominati fl-euro u ċ-ċenteżmi u li jikkonformaw mad-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati mill-Kunsill għandhom l-istatus ta’ munita legali fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. Id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ muniti tal-euro huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (6).

(4)

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom ikunu jistgħu joħorġu wkoll muniti ta’ żewġ euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni sabiex jiċċelebraw avvenimenti speċifiċi, skont il-limiti ffissati kull sena u li jkunu applikabbli għal kull Stat Membru li joħorġ il-muniti fir-rigward tan-numru ta’ ħruġ ta’ tali muniti li jinħarġu. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ċerti limiti fuq il-volumi għall-muniti tal-euro kommemorattivi biex ikun żgurat li dawn il-muniti jibqgħu perċentwal żgħir mill-għadd totali tal-muniti ta’ żewġ euro fiċ-ċirkolazzjoni. Dawn il-limiti fuq il-volumi għandhom, madankollu, jippermettu l-ħruġ ta’ volum ta’ muniti biżżejjed li jiżgura li l-muniti tal-euro kommemorattivi jistgħu jiċċirkolaw b'mod effettiv.

(5)

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom ikunu jistgħu joħorġu muniti tal-euro għall-kolletturi, li ma jkunux maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u li għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu mingħajr diffikultà mill-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Il-muniti tal-euro għall-kolletturi għandu jkollhom status ta’ munita legali biss fl-Istat Membru li joħroġhom u ma għandhomx jinħarġu bil-ħsieb li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni.

(6)

Huwa kunsiljabbli li jittieħed kont tal-ħruġ tal-muniti tal-euro għall-kolletturi fil-volum ta’ muniti li jiġi approvat mill-Bank Ċentrali Ewropew, iżda dan għandu jsir fuq bażi globali milli għal kull ħarġa individwali.

(7)

L-użu ta’ denominazzjoni differenti ta’ muniti tal-euro u ta’ karti tal-flus tal-euro, kif attwalment imfasslin, għandu jiġi eżaminat perjodikament u bir-reqqa mill-istituzzjonijiet kompetenti fid-dawl tal-kriterji tal-ispejjeż u ta’ aċċettabbiltà pubblika. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-impatt fuq il-ħruġ kontinwat tal-muniti ta’ ċenteżmu u ta’ żewġ ċenteżmi.

(8)

Sabiex ikun evitat li muniti tal-euro li jkunu tajbin għaċ-ċirkolazzjoni jinqerdu minn Stat Membru wieħed waqt li jista' jkun hemm il-ħtieġa ta’ dawn il-muniti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel jinqerdu dawn il-muniti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“muniti għaċ-ċirkolazzjoni” tfisser muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, li d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 975/98;

(2)

“muniti kommemorattivi” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni, li huma maħsuba biex jikkommemoraw suġġett speċifiku kif speċifikat fl-Artikolu 1h tar-Regolament (KE) Nru 975/98;

(3)

“muniti għall-kolletturi” tfisser muniti tal-euro maħsuba għall-kollezzjoni li ma jkunux maħruġin sabiex jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni.

Artikolu 2

Tipi ta’ muniti tal-euro

1.   L-Istati Membri jistgħu joħorġu żewġ tipi ta’ muniti tal-euro: muniti għaċ-ċirkolazzjoni u muniti għall-kolletturi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-impatt fuq il-ħruġ kontinwat tal-muniti ta’ ċenteżmu u ta’ żewġ ċenteżmi. Dik l-istima ta’ impatt għandha tinkludi analiżi fir-rigward tal-benefiċċji korrispondenti għall-ispejjeż li tqis l-ispejjeż reali tal-produzzjoni ta’ dawk il-muniti fl-isfond tal-valur u l-benefiċċji tagħhom.

Artikolu 3

Ħruġ tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni

1.   Il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jinħarġu u jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni fil-valur nominali tagħhom.

2.   Proporzjon minuri, li ma jaqbiżx il-5 % tal-valur nett totali kumulat u tal-volum tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni maħruġin minn Stat Membru, b'kont meħud biss tas-snin ta’ ħruġ nett pożittiv, jista' jitqiegħed fis-suq b'valur nominali ogħla jekk dan ikun ġustifikat mill-kwalità speċjali tal-munita, minn preżentazzjoni f'pakkett speċjali jew minn kwalunkwe servizz addizzjonali pprovdut.

Artikolu 4

Ħruġ tal-muniti tal-euro kommemorattivi

1.   Kull Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro jista' joħroġ biss żewġ muniti kommemorattivi fis-sena, għajr fejn:

(a)

jinħarġu b'mod kollettiv muniti kommemorattivi mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro; jew

(b)

tinħareġ munita kommemorattiva fl-okkażjoni ta’ post temporanju vakanti jew ta’ kariga provviżorja tal-funzjoni ta’ Kap tal-Istat.

2.   L-għadd totali ta’ muniti kommemorattivi imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni għal kull ħarġa individwali ma għandux jaqbeż l-ogħla limitu mit-tnejn li ġejjin:

(a)

0,1 % tal-għadd nett totali kumulat tal-muniti ta’ żewġ euro mdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro sal-bidu tas-sena qabel is-sena ta’ ħruġ tal-munita kommemorattiva; dan il-limitu jista' jogħla għal 2,0 % tal-għadd nett totali kumulat tal-muniti ta’ żewġ euro tal-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro jekk ikun kommemorat suġġett ampjament rikonoxxut u ferm simboliku, li f'każ bħal dan, l-Istat Membru li jagħmel il-ħarġa għandu joqgħod lura milli jniedi munita kommemorattiva oħra li tuża l-limitu miżjud matul l-erba' snin sussegwenti u għandu jagħti r-raġunijiet għala għażel il-limitu miżjud; jew

(b)

5,0 % tal-għadd nett totali kumulat tal-muniti ta’ żewġ euro mdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat sal-bidu tas-sena qabel is-sena ta’ ħruġ tal-munita kommemorattiva.

3.   Id-deċiżjoni jekk isirx il-ħruġ ta’ muniti kommemorattivi b'disinn komuni, maħruġin b'mod kollettiv mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro, għandu jittieħed mill-Kunsill. Id-drittijiet ta’ vot tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandhom ikunu sospiżi għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 5

Ħruġ tal-muniti għall-kolletturi

1.   Il-muniti għall-kolletturi għandhom ikollhom l-istatus ta’ munita legali biss fl-Istat Membru li joħroġhom.

L-identità tal-Istat Membru li jagħmel il-ħarġa għandha tkun rikonoxxibbli b'mod ċar u faċli fuq il-munita.

2.   Sabiex ikunu faċilment distingwibbli mill-muniti għaċ-ċirkolazzjoni, il-muniti għall-kolletturi għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

il-valur nominali tagħhom għandu jkun differenti mill-valuri nominali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni;

(b)

l-immaġni tagħhom m'għandhiex tkun simili għan-naħat komuni ta’ muniti għaċ-ċirkolazzjoni, u jekk l-immaġini tagħhom tkun simili għal xi naħa nazzjonali ta’ muniti għaċ-ċirkolazzjoni, l-apparenza globali tagħhom tkun xorta waħda faċilment distingwibbli;

(c)

il-lewn, id-dijametru u l-piż tagħhom għandhom ivarjaw b'mod sinifikanti mill-muniti għaċ-ċirkolazzjoni fir-rigward ta’ mill-anqas tnejn minn dawn it-tliet karatterstiċi; id-differenza għandha titqies bħala sinifikanti jekk il-valuri inklużi t-tolleranzi jkunu barra mill-firxiet ta’ tolleranzi stabbiliti għall-muniti għaċ-ċirkolazzjoni; u

(d)

xifirhom ma għandux ikollu forma ta’ arzell jew forma ta’ “fjura Spanjola”.

3.   Il-muniti għall-kolletturi jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-valur nominali tagħhom jew f'valur ogħla.

4.   Għandu jittieħed kont tal-ħarġiet tal-muniti għall-kolletturi fuq bażi globali fid-dawl tal-volum tal-ħruġ ta’ muniti li għandu jiġi approvat mill-Bank Ċentrali Ewropew.

5   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiskuraġġixxu l-użu ta’ muniti għall-kolletturi bħala mezz ta’ ħlas.

Artikolu 6

Konsultazzjoni qabel il-qerda tal-muniti fiċ-ċirkolazzjoni

Qabel jinqerdu l-muniti għaċ-ċirkolazzjoni li ma jkunux muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (7), l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tas-sottokumitat rilevanti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u jinformaw lid-diretturi taz-zekek tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 273, 16.9.2011, p. 2.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2012.

(3)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52.

(4)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 70.

(5)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

(6)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.

(7)  ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1.


Rettifika

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/138


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1235/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jemenda, fir-rigward tal-farmakoviġilanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s- sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 tal-31 ta’ Diċembru 2010 )

F’paġna 6, l-Artikolu 1(7):

minflok:

“7.

L-Artikolu 16 huwa sostiwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 16

 

   (…)

3.   Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar il-prodott tinżamm aġġornata mal-għarfien xjentifiku attwali inklużi l-konklużjonjiet tal-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jsiru pubbliċi permezz tal-web-portal Ewropew dwar il-mediċini stabbilit skont l-Artikolu 26.

4.   Sabiex il-bilanċ ta’ riskju-benefiċċju jkun jista’ jiġi stmat il-ħin kollu, l-Aġenzija tista’ fi kwalunkwe ħin tistaqsi lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex jibgħat data li tagħti prova li l-bilanċ tar-riskju-benefiċċju jibqa’ favorevoli. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-suq għandu jwieġeb b’mod sħiħ u minnufih għal kull waħda minn dawn it-talbiet.

L-Aġenzija tista’ fi kwalunkwe ħin tistaqsi lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex jibgħat kopja tal- master fajl tas-sistema tal-farmakoviġilanza. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jippreżenta kopja mhux iktar tard minn sebat ijiem wara li jkun irċieva r-rikjesta.’ ”;

aqra:

“7.

Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostiwiti b’dan li ġej:

‘Artikolu 16

 

   (…)

3.   Id -detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar il-prodott tinżamm aġġornata mal-għarfien xjentifiku attwali inklużi l-konklużjonjiet tal-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jsiru pubbliċi permezz tal-web-portal Ewropew dwar il-mediċini stabbilit skont l-Artikolu 26.

3a.   Sabiex il-bilanċ ta’ riskju-benefiċċju jkun jista’ jiġi stmat il-ħin kollu, l-Aġenzija tista’ fi kwalunkwe ħin tistaqsi lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex jibgħat data li tagħti prova li l-bilanċ tar-riskju-benefiċċju jibqa’ favorevoli. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-suq għandu jwieġeb b’mod sħiħ u minnufih għal kull waħda minn dawn it-talbiet.

L-Aġenzija tista’ fi kwalunkwe ħin tistaqsi lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex jibgħat kopja tal-master fajl tas-sistema tal-farmakoviġilanza. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jippreżenta l-kopja mhux iktar tard minn sebat ijiem wara li jkun irċieva r-rikjesta.’ ”.