ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.199.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 199

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
26 ta' Lulju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/428/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi

1

 

 

2012/429/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ partijiet u komponenti ta’ vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa

3

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 648/2012 tal-25 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/430/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu

6

 

 

2012/431/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu

15

 

 

2012/432/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa REDcert biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

24

 

 

2012/433/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Lulju 2012 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/14)

26

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Lulju 2012

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi

(2012/428/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

(2)

Fil-11 ta’ April 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ukraina dwar emendi għal dak il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess permezz tal-inizzjalar tal- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi ("il-Ftehim") fi Frar 2012.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat- 28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 68.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Lulju 2012

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ partijiet u komponenti ta’ vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa

(2012/429/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/106/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ tal-partijiet u l-komponenti tal-vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fis-16 ta’ Diċembru 2011, soġġett għall-konklużjoni.

(2)

Il-Ftehim għandu jkun approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ partijiet u komponenti ta’ vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f’isem l-Unjoni, biex jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 13(2) fil-Ftehim sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 57, 29.2.2012, p. 14.

(2)  Il-Ftehim ġie ppublikat fil-ĠU L 57, 29.2.2012, p. 15, flimkien mad-deċiżjoni tal-iffirmar.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segratarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 648/2012

tal-25 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

96,1

ZZ

96,1

0805 50 10

AR

83,2

TR

89,0

UY

106,7

ZA

102,2

ZZ

95,3

0806 10 10

EG

140,2

IL

196,3

MA

135,3

TR

165,3

ZZ

159,3

0808 10 80

AR

204,7

BR

93,3

CL

106,4

CN

126,4

NZ

133,2

US

136,9

UY

52,1

ZA

107,3

ZZ

120,0

0808 30 90

AR

143,8

CL

130,0

NZ

175,8

ZA

106,1

ZZ

138,9

0809 10 00

AR

124,4

TR

169,0

ZZ

146,7

0809 29 00

TR

349,6

ZZ

349,6

0809 30

TR

172,7

ZZ

172,7

0809 40 05

BA

74,7

IL

84,6

ZZ

79,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu

(2012/430/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari), l-1 subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (1) (il-“Konvenzjoni”) tippermetti pajjiż terz li jsir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni wara deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Konvenzjoni li jistieden lill-pajjiż.

(2)

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt li jirrakkommanda u jadotta, permezz ta’ deċiżjonijiet, emendi għall-Konvenzjoni u għall-Appendiċi tagħha.

(3)

It-Turkija esprimiet formalment ix-xewqa tagħha li tissieħeb fis-sistema komuni ta’ transitu u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012.

(4)

It-Turkija ssodisfat ir-rekwiżiti meħtieġa legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li huma prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, u wara l-proċedura formali għall-adeżjoni t-Turkija ser tissieħeb fil-Konvenzjoni.

(5)

It-tkabbir tas-sistema komuni ta’ transitu ser teħtieġ ċerti emendi għall-Konvenzjoni. Dawn jikkonċernaw referenzi lingwistiċi ġodda bit-Tork u l-adattamenti adatti għad-dokumenti ta’ garanzija.

(6)

L-emenda proposta ġiet ippreżentata u diskussa fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-EU-EFTA u t-test irċieva approvazzjoni preliminarja.

(7)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda proposta għandha tkun determinata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar it-transitu komuni dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru XXX minn dak il-Kumitat li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA jistgħu jaqblu fuq bidliet minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni wara li jkunu infurmaw lill-Kunsill b’mod debitu.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar transitu komuni, meta tiġi adottata, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


ABOZZ TA’

DEĊIŻJONI Nru XXX TAL-KUMITAT KONĠUNT EU-EFTA DWAR TRANSITU KOMUNI

ta’

li temenda l-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu […]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

It-Turkija esprimiet ix-xewqa tagħha li taċċedi għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012 stabbilit bis-saħħa tal-Konvenzjoni.

(2)

Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bit-Tork tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni adatt.

(3)

L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni.

(4)

Sabiex jippermetti l-użu ta’ formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perijodu transitorju li matulu l-formoli stampati, b’xi emendi, jistgħu jkomplu jintużaw.

(5)

Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ transitu huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data li fiha t-Turkija taċċedi għall-Konvenzjoni.

2.   Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 għall-Appendiċi III jistgħu jkomplu jintużaw, soġġetti għal emendi ġeografiċi meħtieġa u l-emendi li jikkonċernaw l-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat, sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tnax-il xahar wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

ANNESS

1.

Fl-Anness B1, taħt il-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej wara l-Isvizzera:

“it-Turkija TR”,

2.

Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:

    TR Sınırlı Geçerli”

2.1.

Fl-ewwel parti tat-tabella “Validità limitata - 99200.” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Vazgeçme”

2.2.

Fit-tieni parti tat-tabella “Tneħħija - 99201” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Alternatif Kanıt”

2.3.

Fit-tielet parti tat-tabella “Prova alternattiva - 99202” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Değișiklikler: Eșyanın sunulduğu idare … (adı ve ülkesi)”

2.4.

Fir-raba’ parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati (isem u pajjiż) – 99203” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Eșyanın … ‘dan çıkıșı … No.lu Tüzük/Direktif/Karar kapsamında kısıtlamalara veya mali yükümlülüklere tabidir”

2.5.

Fil-ħames parti tat-tabella “Ħruġ mill-… suġġett għar-restrizzjonijiet jew ħlasijiet taħt Regola/Direttiva/Deċiżjoni Nru … – 99204” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Zorunlu Güzergahtan Vazgeçme”

2.6.

Fis-sitt parti tat-tabella “Tneħħija tal-itinerarju preskitt– 99205” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR İzinli Gönderici”

2.7.

Fis-seba’ parti tat-tabella “Awtorizzat li jibgħat – 99206”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR İmzadan Vazgeçme”

2.8.

Fit-tmien parti tat-Tabella “Firma mhux meħtieġa – 99207”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Kapsamlı teminat yasaklanmıștır”

2.9.

Fid-disa’ parti tat-tabella “Mhux permessa garanzija komprensiva – 99208” l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Kısıtlanmamıș kullanım”

2.10.

Fl-għaxar parti tat-tabella “Użu mhux ristrett- 99209”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Sonradan Düzenlenmiștir”

2.11.

Fil-ħdax-il parti tat-tabella “Maħruġ b’mod retrospettiv – 99210”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Çeșitli”

2.12.

Fit-tnax-il parti tat-Tabella “Diversi - 99211”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Dökme”

2.13.

Fit-tlettax-il parti tat-tabella “Bil-kwantità - 99212”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

    TR Gönderici”

2.14.

Fl-erbatax-il parti tat-tabella “Min jikkonsenja - 99213”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied wara NO:

“—

3.

L-Anness C1 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C1

PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

4.

L-Anness C2 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C2

PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

5.

L-Anness C4 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C 4

PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

6.

Fil-Kaxxa 7 tal-Anness C5, il-kelma “it-Turkija” tiddaħħal bejn il-kliem “l-Isvizzera” u “Andorra”.

7.

Fil-Kaxxa 6 tal-Anness C6, il-kelma “it-Turkija” tiddaħħal bejn il-kliem “l-Isvizzera” u “Andorra”.


26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ġunju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu

(2012/431/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-1 subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (1) (il-“Konvenzjoni”) jippermetti pajjiż terz li jsir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni wara deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni li jistieden lill-pajjiż.

(2)

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt li jirrakkommanda u jadotta, permezz ta’ deċiżjonijiet, emendi għall-Konvenzjoni u l-Appendiċi għaliha.

(3)

Il-Kroazja esprimiet formalment ix-xewqa tagħha li tissieħeb fis-sistema komuni ta’ transitu u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012.

(4)

Il-Kroazja ssodisfat ir-rekwiżiti meħtieġa legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li huma prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, u wara l-proċedura formali għall-adeżjoni, il-Kroazja ser tissieħeb fil-Konvenzjoni.

(5)

It-tkabbir tas-sistema komuni ta’ transitu ser teħtieġ ċerti emendi għall-Konvenzjoni. Dawn jikkonċernaw referenzi lingwistiċi ġodda bil-Kroat u l-adattamenti xierqa tad-dokumenti ta’ garanzija.

(6)

L-emenda proposta ġiet ippreżentata u diskussa fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-EU-EFTA u t-test irċieva approvazzjoni preliminari.

(7)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda proposta għandha tkun determinata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar it-transitu komuni dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru XXX minn dak il-Kumitat li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA jistgħu jaqblu fuq tibdil minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni wara li jkunu informaw kif meħtieġ lill-Kunsill.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar transitu komuni, meta tiġi adottata, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru XXX TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-EU-EFTA DWAR TRANSITU KOMUNI

ta’

li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu […]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kroazja esprimiet ix-xewqa tagħha li taċċedi għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012 imwaqqaf bis-saħħa tal-Konvenzjoni.

(2)

Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Kroat tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xieraq.

(3)

L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni.

(4)

Sabiex jippermetti l-użu ta’ formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perijodu transizzjonali li matulu formoli stampati, b’xi emendi, jistgħu jkomplu jiġu użati.

(5)

Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi III għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ transitu huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fid-data li l-Kroazja taċċedi għall-Konvenzjoni.

2.   Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 għall-Appendiċi III jistgħu jkomplu jiġu użati, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u l-adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat, sa mhux aktar tard minn tmiem it-tnax-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

ANNESS

1.

Fl-Anness B1, taħt il-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej bejn ir-Renju Unit u l-Islanda:

“Il-Kroazja HR”

2.

Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:

    HR Valjanost ograničena”

2.1.

Fl-ewwel parti tat-tabella “Validità limitata - 99200.” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Oslobođeno”

2.2.

Fit-tieni parti tat-tabella “Tneħħija - 99201” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Alternativni dokaz”

2.3.

Fit-tielet parti tat-tabella “Prova alternattiva - 99202” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Razlike:Carinarnica kojoj je roba podnesena … (naziv i zemlja)”

2.4.

Fir-raba’ parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati … (isem u pajjiż) – 99203” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Izlaz iz … podliježe ograničenjima ili pristojbama temeljem Uredbe/Direktive/Odluke br …”

2.5.

Fil-ħames parti tat-tabella “Ħruġ mill-… suġġett għar-restrizzjonijiet jew ħlasijiet taħt Regola/Direttiva/Deċiżjoni Nru … – 99204” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Oslobođeno od propisanog plana puta”

2.6.

Fis-sitt parti tat-tabella “Tneħħija tal-itinerarju preskitt– 99205” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Ovlašteni pošiljatelj”

2.7.

Fis-seba’ parti tat-tabella “Awtorizzat li jibgħat – 99206”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Oslobođeno potpisa”

2.8.

Fit-tmien parti tat-Tabella “Firma mhux meħtieġa – 99207”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Zabranjeno zajedničko jamstvo”

2.9.

Fid-disa’ parti tat-tabella “Mhux permessa garanzija komprensiva – 99208” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Neograničena uporaba”

2.10.

Fl-għaxar parti tat-tabella “Użu mhux ristrett- 99209”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Izdano naknadno”

2.11.

Fil-ħdax-il parti tat-tabella “Maħruġ b’mod retrospettiv – 99210”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Razni”

2.12.

Fit-tnax-il parti tat-Tabella “Diversi - 99211”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Rasuto”

2.13.

Fit-tlettax-il parti tat-tabella “Bil-kwantità - 99212”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

    HR Pošiljatelj”

2.14.

Fl-erbatax-il parti tat-tabella “Min jikkonsenja - 99213”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

“—

3.

L-Anness C1 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C1

PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

4.

L-Anness C2 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C2

PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

5.

L-Anness C4 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C 4

PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

6.

Fil-Kaxxa 7 tal-Anness C5, il-kelma “il-Kroazja” tiddaħħal bejn il-kliem “il-Komunità Ewropea” u “l-Islanda”.

7.

Fil-Kaxxa 6 tal-Anness C6, il-kelma “il-Kroazja” tiddaħħal bejn il-kliem “il-Komunità Ewropea” u “l-Islanda”.


26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Lulju 2012

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa “REDcert” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2012/432/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (2), kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 7c(6) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE t-tnejn li huma jistipulaw il-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7b u 7c u tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE huma simili għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17 u 18 u tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Il-premessa 76 tad-Direttiva 2009/28/KE tiddikjara li l-impożizzjoni ta' piż mhux raġonevoli fuq l-industrija għandha tiġi evitata u li l-iskemi volontarji jistgħu jgħinu biex jinħolqu soluzzjonijiet effiċjenti biex tiġi ppruvata l-konformità ma' dawn il-kriterji ta' sostenibbiltà.

(4)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali biex jitkejjel kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet tal-gassijiet serra fiha dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tal-istess Direttiva.

(5)

Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi skema volontarja bħal din għal perjodu ta' ħames snin.

(6)

Meta operatur ekonomiku jipprovdi provi jew dejta miksuba skont skema volontarja li tkun ġiet irrikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert b’dik id-deċiżjoni ta' rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jesiġi li l-fornitur jipprovdi aktar evidenza tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(7)

L-iskema msejħa "REDcert" tressqet lill-Kummissjoni flimkien ma’ talba għar-rikonoxximent fil-21 ta' Frar 2012. L-iskema tista' tkopri firxa wiesgħa ta' bijofjuwils u bijolikwidi differenti. Ladarba tiġi rrikonoxxuta, l-iskema għandha tkun disponibbli fil-pjattaforma ta’ trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE. Il-Kummissjoni għandha tqis l-aspetti tas-sensittività kummerċjali u tista' tiddeċiedi li tippubblika biss parti mill-iskema.

(8)

Valutazzjoni tal-iskema msejħa "REDcert" sabet li din tkopri b’mod adegwat il-kriterji ta' sostenibbiltà mogħtija fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE, kif ukoll li din tapplika metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa li hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(9)

L-evalwazzjoni tal-iskema msejħa "REDcert" ikkonkludiet li din tissodisfa standards xierqa ta' affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti u wkoll li hija tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi mogħtija fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(10)

Kwalunkwe element addizzjonali ta' sostenibbiltà kopert bl-iskema msejħa "REDcert" mhuwiex meqjus f’din id-Deċiżjoni. Dawn l-elementi addizzjonali ta' sostenibbiltà mhumiex obbligatorji biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà previsti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja msejħa "REDcert" li għaliha tressqet talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni fil-21 ta' Frar 2012, turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikoli 17(3), 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikoli 7b(3), 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE. L-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

L-iskema volontarja msejħa "REDcert" tista’ tintuża biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta' ħames snin minn meta tidħol fis-seħħ. Jekk isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema wara li tiġi adottata din id-Deċiżjoni b'tali mod li dan jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, it-tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod adegwat il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta jew le.

Il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.


26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/26


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta’ Lulju 2012

li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika

(BĊE/2012/14)

(2012/433/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, meta is-self ikun ibbażat fuq garanziji kollaterali adegwati. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti f’Aness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, fi kwalunkwe ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Skont it-Taqsima 6.3.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew min qed jiggarantixxi jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tqis bħala relevanti.

(3)

Fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn varata mir-Repubblika Ellenika lid-detenturi ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg, fl-24 ta’ Frar 2012 sar provvediment għal tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ skema ta’ riakkwist biex issostni l-kwalità ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika għall-benefiċċju tal-banek ċentrali nazzjonali.

(4)

Bħala miżura eċċezzjonali, Deċiżjoni BĊE/2012/3 tal-5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (2) issospendiet b’mod temporanju r-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika, u ddikjarathom eliġibbli għad-dewmien tat-tisħiħ tal-kollateral.

(5)

Mat-tmiem tat-tisħiħ tal-kollateral, peress illi l-adegwatezza bħala kollateral ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantitibis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika preżentement mhix żgurata, il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi l-limiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ strumenti bħal dawn.

(6)

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir ta’ Deċiżjoni BĊE/2012/3

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 hija mħassra.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 19.