ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.198.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 198

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
25 ta' Lulju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/425/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 678/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Szőregi rózsatő (IĠP)]

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 679/2012 tal-24 ta’ Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Squacquerone di Romagna (DPO)]

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2012 tal-24 ta’ Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Uva di Puglia (IĠP)]

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 681/2012 tal-24 ta' Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kraški zašink (IĠP)]

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 682/2012 tal-24 ta’ Lulju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vadehavslam (IĠP)]

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 683/2012 tal-24 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/426/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP NESTOR/1/2012 tas-17 ta’ Lulju 2012 rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

16

 

 

2012/427/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

17

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Lulju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

(2012/425/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti fir-rigward tal-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet.

(2)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (3).

(3)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża biex tkun tkopri l-qasam tal-isport.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4) li hu inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. Il-Ftehim taż-ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat sabiex jieħu kont tar-Regolament (KE) Nru 401/2009.

(5)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(4)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … (1).

(2)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (2).

(3)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża biex tkun tkopri l-qasam tal-isport.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (3) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

(5)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għaldaqstant jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2

(a)

L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘Aġenzija’, u fin-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (*).

(b)

L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a), f’konformità mal-Artikolu 82(1) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim.

(c)

Konsegwentement għall-punt (b), l-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija mingħajr ma jkollhom id-dritt għall-vot, u għandhom ikunu assoċjati mal-ħidma tal-kumitat xjentifiku tal-Aġenzija.

(d)

It-terminu ‘Stat(i) Membru/i’ u termini oħra li jagħmlu referenza għall-entitajiet pubbliċi tagħhom imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament għandhom jinftiehmu b’tali mod li, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, ikunu jinkludu lill-Istati tal-EFTA u lill-entitajiet pubbliċi tagħhom.

(e)

Id-dejta ta’ natura ambjentali pprovduta lil jew maħruġa mill-Aġenzija tista’ tiġi ppublikata u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, sakemm fl-Istati tal-EFTA jingħata livell ta’ protezzjoni għall-informazzjoni kunfidenzjali li jkun ugwali għal dak li jingħata fl-Unjoni.

(f)

L-Aġenzija għandha jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati kollha tal-Partijiet Kontraenti, hija għandha tgawdi il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom.

(g)

L-Istati tal-EFTA għandhom japplikaw għall-Aġenzija il-Protokoll tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

(h)

B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA, li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini, jistgħu jiddaħħlu jaħdmu b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.

(i)

Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3), il-Parti VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandha tapplika għal dan il-paragrafu.

(j)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, għandu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 401/2009, japplika wkoll għal kull dokument tal-Aġenzija li jkun jirrigwarda l-Istati tal-EFTA.

(*)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.”."

2.

L-intestatura tal-Artikolu 4 (L-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ) hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara li tkun saret l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (**).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(3)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(**)  [Ma hemm indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


REGOLAMENTI

25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 678/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Szőregi rózsatő (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ungerija biex id-denominazzjoni "Szőregi rózsatő" tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 310, 22.10.2011, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli msemmija fl-Anness II tar-Regolament:

Klassi 3.5.   Fjuri u pjanti ornamentali

L-UNGERIJA

Szőregi rózsatő (IĠP)


25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 679/2012

tal-24 ta’ Lulju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Squacquerone di Romagna (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni "Squacquerone di Romagna" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 304, 15.10.2011, p. 19.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

L-ITALJA

Squacquerone di Romagna (DPO)


25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 680/2012

tal-24 ta’ Lulju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Uva di Puglia (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni "Uva di Puglia" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 304, 15.10.2011, p. 23.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Uva di Puglia (IĠP)


25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 681/2012

tal-24 ta' Lulju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kraški zašink (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mis-Slovenja biex id-denominazzjoni "Kraški zašink" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 309, 21.10.2011, p. 13.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Kraški zašink (IĠP)


25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 682/2012

tal-24 ta’ Lulju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vadehavslam (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mid-Danimarka biex id-denominazzjoni "Vadehavslam" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 306, 18.10.2011, p. 18.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

ID-DANIMARKA

Vadehavslam (IĠP)


25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 683/2012

tal-24 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

96,1

ZZ

96,1

0805 50 10

AR

86,6

BO

97,8

TR

89,0

UY

70,0

ZA

100,3

ZZ

88,7

0806 10 10

EG

141,1

IL

183,3

TR

166,5

ZZ

163,6

0808 10 80

AR

164,7

BR

92,7

CL

104,3

CN

126,4

NZ

132,1

US

134,7

UY

52,1

ZA

111,0

ZZ

114,8

0808 30 90

AR

168,0

CL

123,9

NZ

175,8

ZA

110,2

ZZ

144,5

0809 10 00

AR

124,4

TR

168,6

ZZ

146,5

0809 29 00

TR

348,9

ZZ

348,9

0809 30

TR

170,0

ZZ

170,0

0809 40 05

BA

74,7

IL

84,6

ZZ

79,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP NESTOR/1/2012

tas-17 ta’ Lulju 2012

rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

(2012/426/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK ta' 16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Jacques LAUNAY bħala l-Kap tal-Missjoni EUCAP NESTOR mis-17 ta' Lulju 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Jacques LAUNAY huwa b'dan maħtur il-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) mis-17 ta' Lulju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.


25.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Lulju 2012

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2012/427/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (2), kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7c(6) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE t-tnejn li huma jistipulaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijofjuwils. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7b u 7c u tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE huma simili għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17 u 18 u tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Il-premessa 76 tad-Direttiva 2009/28/KE tiddikjara li l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija għandha tiġi evitata u li l-iskemi volontarji jistgħu jgħinu biex jinħolqu soluzzjonijiet effiċjenti biex tiġi ppruvata l-konformità ma’ dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(4)

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali biex jitkejjel kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet tal-gassijiet serra fiha dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tal-istess Direttiva.

(5)

Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi skema volontarja bħal din għal perjodu ta’ ħames snin.

(6)

Meta operatur ekonomiku jipprovdi provi jew dejta miksuba skont skema volontarja li tkun ġiet irrikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert b’dik id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jesiġi li l-fornitur jipprovdi aktar evidenza tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(7)

L-iskema msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” tressqet quddiem il-Kummissjoni b’talba għal rikonoxximent fis-27 ta’ Marzu 2012. L-iskema tkopri l-qamħ tax-xitwa, il-qamħirrum u ż-żerriegħa tal-kolza prodotti fit-Tramuntana tal-Gran Brittanja sal-ewwel punt ta’ kunsinna ta’ dawn l-uċuħ. Ladarba tiġi rrikonoxxuta, l-iskema għandha tkun disponibbli fil-pjattaforma ta’ trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE. Il-Kummissjoni għandha tqis l-aspetti tas-sensittività kummerċjali u tista’ tiddeċiedi li tippubblika biss parti mill-iskema.

(8)

Valutazzjoni tal-iskema msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” sabet li din tkopri b’mod adegwat il-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE, kif ukoll li din tapplika, sal-ewwel punt ta’ kunsinna ta’ dawn l-uċuħ, metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa li hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE. L-iskema tipprovdi dejta preċiża dwar żewġ elementi neċessarji għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, b’mod partikolari, iż-żona ġeografika li minnha jkunu ġejjin l-uċuħ u l-emissjonijiet, fuq bażi annwali, li jkunu ġejjin minn bidliet fl-istokk tal-karbonju kkawżati minn bidla fl-użu tal-art. Perċentwal żgħir ta’ membri fl-iskema ma jissodisfawx il-kriterji ta’ sostenibbiltà għal parti mill-art tagħhom. L-iskema tindika l-istat ta’ konformità sħiħa jew parzjali tal-art tal-membri tagħha fil-bażi tad-dejta tal-membri tagħha li tinsab onlajn u turi l-konformità tal-kunsinni mal-kriterji ta’ sostenibbiltà fuq il-passaport imsejjaħ “Scottish Quality Crops”.

(9)

L-evalwazzjoni tal-iskema msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” sabet li din tissodisfa standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti.

(10)

Kwalunkwe element addizzjonali ta’ sostenibbiltà kopert bl-iskema msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” mhuwiex meqjus f’din id-Deċiżjoni. Dawn l-elementi addizzjonali ta’ sostenibbiltà mhumiex obbligatorji biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà previsti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” li għaliha tressqet talba għar-rikonoxximent quddiem il-Kummissjoni fis-27 ta’ Marzu 2012, turi, permezz tal-passaport tagħha msejjaħ “Scottish Quality Crops”, li l-kunsinni tal-qamħ tax-xitwa, tal-qamħirrum u ż-żerriegħa tal-kolza huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fl-Artikoli 17(3), 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikoli 7b(3), 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE. Din l-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-emissjonijiet, fuq bażi annwali, li jkunu ġejjin minn bidliet fl-istokk tal-karbonju kkawżati minn bidla fl-użu tal-art (e l ), imsemmija fil-punt 1 tal-parti C tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fil-punt 1 tal-parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE, li l-iskema turi li huma ekwivalenti għal żero, u maż-żona ġeografika msemmija fil-punt 6 tal-parti C tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fil-punt 6 tal-parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema volontarja msejħa “Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited” tista’ tintuża sal-ewwel punt ta’ kunsinna, għall-kunsinni kkonċernati, biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta’ ħames snin minn meta tidħol fis-seħħ. Jekk isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema wara li tiġi adottata din id-Deċiżjoni b’tali mod li dan jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, it-tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod adegwat il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta jew le.

Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta’ dawk l-elementi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.