ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.197.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 197

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
24 ta' Lulju 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE ( 1 )

1

 

*

Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) ( 1 )

38

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

24.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/1


DIRETTIVA 2012/18/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (3) tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jistgħu jiġu kkaġunati minħabba ċerti attivitajiet industrijali u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(2)

L-inċidenti kbar ħafna drabi jkollhom konsegwenzi serji, kif seħħ bl-inċidenti ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield. Barra minn hekk, l-impatt jista' jestendi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni ta’ prekawzjoni xierqa li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha għaċ-ċittadini, il-komunitajiet u l-ambjent. Għalhekk, jeħtieġ li jkun żgurat li l-livelli għolja ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu almenu l-istess jew jogħlew.

(3)

Id-Direttiva 96/82/KE kienet strumentali sabiex tnaqqas il-probabbiltà u l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn, u b'hekk twassal għal livell ta’ protezzjoni aħjar fl-Unjoni kollha. Reviżjoni ta’ dik d-Direttiva kkonfermat li r-rata ta’ inċidenti kbar baqgħet stabbli. Filwaqt li, b'mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet eżistenti huma xierqa għall-iskop, diversi bidliet huma meħtieġa sabiex ikomplu jsaħħu l-livell ta’ protezzjoni, partikolarment fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar. Fl-istess ħin, is-sistema stabbilita bid-Direttiva 96/82/KE trid tiġi adattata għat-tibdiliet fis-sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet tal-Unjoni li għaliha dik id-Direttiva tirreferi. Barra minn hekk, għadd ta’ dispożizzjonijiet oħra jridu jiġu ċċarati u aġġornati.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 96/82/KE tiġi ssostitwita sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ protezzjoni eżistenti jinżamm u jitjieb aktar, billi d-dispożizzjonijiet isiru aktar effettivi u effiċjenti u, fejn ikun possibbli, billi jitnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa billi jiġu ssemplifikati, bil-kundizzjoni li s-sikurezza u l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem ma jiġux kompromessi. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ikunu ċari, koerenti u faċli biex tifhimhom ħalli jgħinu biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-infurzar, filwaqt li l-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent għandu għall-anqas jibqa' l-istess jew jiżdied. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva. Dik il-kooperazzjoni għandha, fost affarijiet oħra, tittratta l-kwistjoni tal-awtoklassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet. Il-partijiet interessati bħar-rappreżentanti tal-industrija, il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent għandha, kif xieraq, ikunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(5)

Il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar l-Effetti Transkonfinali ta’ Inċidenti Industrijali, li ġiet approvata f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/685/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Effetti Transkonfinali ta’ Inċidenti Industrijali (4) [traduzzjoni mhux uffiċjali], tipprevedi miżuri rigward il-prevenzjoni ta', it-tħejjija għal u r-reazzjoni għal inċidenti industrijali li kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali kif ukoll kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam. Id-Direttiva 96/82/KE timplimenta l-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni.

(6)

Inċidenti kbar jista' jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident jiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istati Membri kkonċernati. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u applikati miżuri ta’ sigurtà u ta’ tnaqqis ta’ riskji sabiex jiġu evitati l-inċidenti eventwali, jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti u jittaffew il-konsegwenzi eventwali, sabiex ikun jista' jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.

(7)

Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Komunità relatati mas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u tal-ambjent tax-xogħol, u, b'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5).

(8)

Ċerti attivitajiet industrijali għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva bil-kundizzjoni li jkunu soġġetti għal liġijiet oħra tal-Unjoni jew oħrajn nazzjonali li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Il-Kummissjoni għandha tkompli teżamina jekk hemm nuqqasijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju eżistenti, partikolarment rigward riskji ġodda u oħrajn emerġenti minn attivitajiet oħrajn, kif ukoll minn sustanzi perikolużi speċifiċi u, jekk xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tirranġa dawk in-nuqqasijiet.

(9)

L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE jelenka s-sustanzi perikolużi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tagħha, inter alia b'referenza għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (6) kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi (7). Id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE ġew issostitwiti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (8), li jimplimenta fi ħdan l-Unjoni s-Sistema Armonizzata Globalment ta’ Klassifikazzjoni u Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi li ġiet adottata f'livell internazzjonali, fl-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Dak ir-Regolament jintroduċi klassijiet u kategoriji ġodda ta’ perikli korrispondenti parzjalment biss għal dawk użati taħt dawk id-Direttivi mħassra. Ċerti sustanzi u taħlitiet madankollu ma jiġux ikklassifikati taħt dik is-sistema minħabba nuqqas ta’ kriterji fi ħdan dak il-qafas. L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE, għalhekk, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi allinjat ma’ dak ir-Regolament filwaqt li jinżamm, jew jogħla ulterjorment, il-livell ta’ protezzjoni eżistenti previst f'dik id-Direttiva.

(10)

Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-bijogass raffinat, jeħtieġ li jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam tal-istandards fi ħdan il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

(11)

Jistgħu jseħħu effetti mhux mixtieqa mill-allinjament għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-adattamenti sussegwenti għal dak ir-Regolament li jkollhom impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet. Fuq il-bażi ta’ kriterji inklużi f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, minkejja l-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, hemmx sustanzi perikoluzi li ma jippreżentaw l-ebda periklu ta’ inċidenti kbar u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex is-sustanza perikoluża kkonċernata tiġi eskluża mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Il-valutazzjoni għandha tibda immedjatament, b'mod partikolari wara l-bidla fil-klassifikazzjoni ta’ sustanza jew taħlita, biex jiġu evitati piżijiet mhux meħtieġa għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. L-esklużjonijiet mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti.

(12)

L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar, itaffu l-konsegwenzi tagħhom u jieħdu miżuri ta’ rkupru. Fejn il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista' tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u, f'każ li huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar (MAPP) li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar. Meta l-operaturi jidentifikaw u jevalwaw il-perikli ta’ inċidenti kbar, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll is-sustanzi perikolużi li jistgħu jkunu ġġenerati matul inċident gravi fi ħdan stabbiliment.

(13)

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (9) normalment hija rilevanti għall-ħsarat ambjentali kkawżati minn inċident kbir.

(14)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti domino, fejn l-istabbilimenti jkunu jinsabu b'tali mod jew ikunu tant qrib xulxin li jżidu ċ-ċans ta’ inċidenti kbar, jew inkella jaggravaw il-konsegwenzi tagħhom, l-operaturi għandhom jikkooperaw fl-iskambju tal-informazzjoni xierqa u biex jinfurmaw lill-pubbliku, inkluż l-istabbilimenti fil-qrib li jistgħu jkunu affettwati.

(15)

Sabiex jiġi ppruvat li dak kollu li huwa meħtieġ twettaq sabiex jiġu evitati inċidenti kbar, u biex jipprepara pjanijiet ta’ emerġenza u miżuri ta’ reazzjoni, l-operatur irid, fil-każ tal-istabbilimenti fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet sinifikanti, jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni fil-forma ta’ rapport dwar is-sikurezza. Dak ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jkun fih id-dettalji dwar l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti, l-istallazzjoni jew il-faċilitajiet tal-ħażna, xenarji ta’ inċidenti kbar possibbli u analiżi tar-riskji, miżuri ta’ prevenzjoni u intervent kif ukoll dwar is-sistemi ta’ ġestjoni disponibbli, sabiex jiġi evitat u jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti kbar u sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ dawn. Ir-riskju ta’ inċident kbir jista' jiżdied permezz tal-probabbiltà ta’ diżastri naturali assoċjati mal-post tal-istabbiliment. Dan għandu jkun ikkunsidrat matul it-tħejjija tax-xenarji ta’ inċidenti.

(16)

Sabiex wieħed jipprepara għall-emerġenzi, fil-każ ta’ stabbilimenti fejn ikun hemm preżenti sustanzi perikolużi fi kwantitajiet sinifikanti, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti pjanijiet interni u esterni ta’ emerġenza u li jiġu stabbiliti proċeduri biex jiġi żgurat li dawk il-pjanijiet jiġu ppruvati u riveduti kif meħtieġ u implimentati f'każ ta’ inċident kbir jew fil-probabbiltà ta’ dan. Il-persunal ta’ stabbiliment għandu jiġi kkonsultat dwar il-pjan intern ta’ emerġenza u l-pubbliku kkonċernat għandu jkollu l-opportunità jesprimu l-opinjoni tiegħu dwar il-pjan estern ta’ emerġenza. Is-subappaltar jista' jkollu impatt fuq is-sikurezza ta’ stabbiliment. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi jqisu dan huma u jfasslu MAPP, rapport ta’ sikurezza jew pjan intern ta’ emerġenza.

(17)

L-operaturi, huma u jqisu l-għażla tal-metodi operattivi adegwati, fosthom dawk għall-monitoraġġ u l-kontroll, għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli dwar l-aħjar prattiki.

(18)

Sabiex żoni residenzjali, żoni ta’ użu pubbliku sostanzjali u dawk ambjentali inklużi żoni ta’ interess jew sensittività naturali partikolari, jiġu pprovduti bi protezzjoni akbar huwa meħtieġ li l-politiki tal-użu tal-art jew oħrajn rilevanti li jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu żgurati distanzi xierqa bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw perikli bħal dawn u, fejn l-istabbilimenti eżistenti huma kkonċernati, biex jiġu implimentati, jekk ikun meħieġ, il-miżuri tekniċi addizzjonali sabiex ir-riskju għall-persuni jew għall-ambjent jinżamm f'livell aċċettabbli. Informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji u l-parir tekniku dwar dawn ir-riskji jridu jiġu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fejn ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-proċeduri u l-miżuri għandhom jiġu integrati ma’ dawk f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

(19)

Sabiex jiġi promoss l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali fl-ambitu tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus), li kienet approvata f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (10), il-livell u l-kwalità tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jitjiebu. B'mod partikolari, persuni li x'aktarx ikunu affettwati minn inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti dwar l-azzjoni korretta li trid tittieħed f'dik l-eventwalità. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar fejn tinstab l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni affettwati minn inċident kbir. L-informazzjoni mxerrda lill-pubbliku għandha titqiegħed fi kliem ċar u li jinftiehem. Barra li tipprovdi informazzjoni b'mod attiv, mingħajr ma l-pubbliku jkollu għalfejn jagħmel talba, u mingħajr ma jiġu evitati forom oħra ta’ tixrid, din trid tkun ukoll disponibbli b'mod permanenti u tinżamm aġġornata elettronikament. Fl-istess waqt irid ikun hemm salvagwardji ta’ kunfidenzjalità xierqa, biex jindirizzaw problemi relatati mas-sikurezza, fost ħwejjeġ oħra.

(20)

Il-mod kif l-informazzjoni tiġi ġestita għandu jkun skont l-inizjattiva tas-Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS) li ġiet introdotta permezz tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2008 bit-titolu “Lejn Sistema dwar l-Informazzjoni Ambjentali Kondiviża (SEIS)”. Din trid tkun ukoll konformi mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (11) u r-regoli implimentattivi tagħha, li għandhom l-għan li jippermettu li informazzjoni spazjali ambjentali tkun kondiviża bejn l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u jiffaċilitaw aħjar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni spazjali fl-Unjoni. L-informazzjoni trid tinżamm f'bażi ta’ data fil-livell tal-Unjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku, li għandha tiffaċilita wkoll il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni.

(21)

Skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid ta’ deċiżjonijiet hija meħtieġa biex tippermetti lill-pubbliku konċernat jesprimi, u lil min jieħu d-deċiżjonijiet jikkunsidra, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawk id-deċiżjonijiet, u b'hekk iżżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tikkontribwixxi għall-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali kif ukoll appoġġ għad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.

(22)

Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta’ reazzjoni xierqa jekk iseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti u jikkomunikalha l-informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-effetti ta’ dak l-inċident fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

(23)

L-awtoritajiet lokali għandhom interess fil-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar u fit-taffija tal-konsegwenzi tagħhom u jistgħu jiżvolġu rwol importanti. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva dan għandu jitqies mill-Istati Membri.

(24)

Sabiex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u sabiex jiġu evitati inċidenti fil-futur ta’ natura simili, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni rigward inċidenti kbar li jseħħu fuq it-territorju tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tanalizza l-perikli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar, b'mod partikolari, inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom. Dak l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkopri wkoll inċidenti li 'kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jiġu ristretti l-konsegwenzi tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom ħalli l-informazzjoni fis-sistemi ta’ informazzjoni maħluqa għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar l-inċidenti kbar tkun kompluta.

(25)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema awtoritajiet kompetenti se jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f'attivitajiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni bħalma huma l-iżvilupp ta’ gwida xierqa u skambji tal-aħjar prattika. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, l-obbligi tal-informazzjoni għandhom jiġu integrati, fejn ikun xieraq, ma’ dawk taħt liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni.

(26)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri meħtieġa f'każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva. Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar, irid ikun hemm sistema ta’ spezzjonijiet, inkluż programm ta’ spezzjonijiet ta’ rutina f'perjodi regolari u spezzjonijiet li mhumiex ta’ rutina. Fejn possibbli, l-ispezzjonijiet għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra, inkluża d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (12), jekk ikun il-każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm persunal biżżejjed bil-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex iwettaq l-ispezzjonijiet b'mod effikaċi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-appoġġ xieraq billi jużaw għodod u mekkaniżmi għall-iskambju ta’ esperjenzi u biex jiġi kkonsolidat l-għarfien, inkluż fil-livell tal-Unjoni.

(27)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-Annessi II sa VI bil-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(28)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13).

(29)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(30)

Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

(31)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (14), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(32)

Id-Direttiva 96/82/KEE għandha għalhekk tiġi emendata u sussegwentement irrevokata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha b'mod konsistenti u effettiv.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istabbilimenti kif definit fl-Artikolu 3(1).

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

stabbilimenti, stallazzjonijiet jew faċilitajiet ta’ ħażna militari;

(b)

perikli maħluqa b'radjazzjoni jonizzanti li joriġinaw minn sustanzi;

(c)

it-trasport ta’ sustanzi perikolużi u l-ħażna temporanja intermedja direttament relatata bit-triq, ferrovija, passaġġi tal-ilma interni, baħar jew ajru, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva, inkluż it-tagħbija u l-ħatt kif ukoll it-trasport lejn u minn mezzi oħra ta’ trasport f'baċiri, mollijiet jew żoni fejn jinżammu l-vetturi;

(d)

il-ġarr ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi f'linji ta’ pajpijiet, inkluż stazzjonijiet għall-ippompjar, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva;

(e)

l-isfruttament, jiġifieri l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ minerali f'minjieri u f'barrieri, inkluż permezz ta’ spieri;

(f)

l-esplorazzjoni fil-baħar u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi;

(g)

il-ħżin ta’ gass f'siti offshore taħt l-art inkluż kemm f'siti ta’ ħżin iddedikat kif ukoll siti li fihom l-esplorazzjoni u l-isfruttament ta’ minerali, inklużi l-idrokarburi jseħħu wkoll;

(h)

miżbliet, inklużi ħażniet ta’ skart taħt l-art,

Minkejja l-punti (e) u (h) tal-ewwel subparagrafu, jiddaħħlu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-ħżin onshore taħt l-art ta’ gass f'saffijiet naturali, akkwifers, kavitajiet tal-melħ u minjieri mhux użati u operazzjonijiet ta’ pproċessar kimiku u termali u l-ħażna relatat ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif ukoll faċilitajiet operattivi ta’ rimi ta’ tailings, inkluż għadajjar u diegi ta’ tailings, li jkollhom sustanzi perikolużi.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“stabbiliment” tfisser il-post sħiħ taħt il-kontroll ta’ operatur fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi stallazzjoni waħda jew aktar, inklużi infrastrutturi jew attivitajiet komuni jew relatati; l-istabbilimenti huma stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jew ta’ livelli ogħla;

2.

“stabbiliment tal-livelli aktar baxxi” tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, iżda inqas mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I, meta applikabli bl-użu tar-regola ta’ addizzjoni stabbilita fin-nota 4 għall-Anness I;

3.

“stabbiliment tal-livelli ogħla” tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 jew tal-Parti 2 tal-Anness I, meta applikabli bl-użu tar-regola ta’ addizzjoni stabbilita fin-nota 4 għall-Anness I;

4.

“stabbiliment fil-qrib” tfisser stabbiliment li jinsab tant fil-viċinanzi ta’ stabbiliment ieħor li jiżdied ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;

5.

“stabbiliment ġdid” tfisser

(a)

stabbiliment li beda jiffunzjona jew inbena fil- jew wara l-1 ta’ Ġunju 2015;jew

(b)

sit ta’ operazzjoni li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jew stabbiliment tal-livelli aktar baxxi li jsir stabbiliment tal-livelli ogħla fuq jew viċi versa, fl-1 ta’ Ġunju 2015 jew wara minħabba modifiki lill-istallazzjonijiet tiegħu jew attivitajiet li jirriżultaw f'bidla fl-inventarju tiegħu ta’ sustanzi perikolużi;

6.

“stabbiliment eżistenti” tfisser stabbiliment li fil-31 ta’ Mejju 2015 jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 96/82/KE u mill-1 ta’ Ġunju 2015 jaqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva mingħajr li biddel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala stabbiliment tal-livelli aktar baxxi jew bħala stabbiliment tal-livelli ogħla;

7.

“stabbiliment ieħor” tfisser sit ta’ operazzjoni li jaqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, jew stabbiliment tal-livelli aktar baxxi li jsir stabbiliment tal-livelli ogħla jew viċi versa, fl-1 ta’ Ġunju 2012 jew wara minħabba raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punt 5;

8.

“stallazzjoni” tfisser unità teknika fi stabbiliment u kemm jekk fil-livell ta’ jew taħt l-art li fiha s-sustanzi perikolużi jiġu mmanifatturati, użati, immaniġġati jew maħżuna; hija tinkludi t-tagħmir kollu, l-istrutturi, il-pajpijiet, il-makkinarju, l-għodod, il-binarji żgħar privati, il-baċiri, il-mollijiet tal-ħatt li jservu lill-installazzjoni, il-mollijiet maħruġin 'il barra, l-imħażen jew strutturi simili oħra, li jibqgħu f'wiċċ l-ilma jew mod ieħor, li jkunu meħtieġa għat-tħaddim ta’ dik l-istallazzjoni;

9.

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla stabbiliment jew stallazzjoni jew, fejn previst bil-liġi nazzjonali, li lilha jkun ġie ddelegat is-setgħa deċiżiva ekonomika jew tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-funzjonament tekniku tal-istabbiliment jew l-istallazzjoni;

10.

“sustanza perikoluża” tfisser sustanza jew taħlita koperta fil-Parti 1 jew elenkata fil-Parti 2 tal-Anness 1 inkluż fil-forma ta’ materja prima, prodott, prodott sekondarju, residwu jew prodott intermedju;

11.

“taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;

12.

“preżenza ta’ sustanzi perikolużi” tfisser il-preżenza effettiva jew antiċipata ta’ sustanzi perikolużi fl-istabbiliment, jew ta’ sustanzi perikolużi li jkun raġonevoli li jiġi previst li jistgħu jiġu ġġenerati matul telf ta’ kontroll fil-proċessi, inklużi l-attivitajiet ta’ ħżin, fi kwalunkwe stallazzjoni fi ħdan stabbiliment, fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet kwalifikattivi stabbiliti fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tal-Anness I.

13.

“inċident kbir” tfisser każ bħalma huwa emissjoni kbira, ħruq, jew splużjoni li jiġu kkaġunati minn żviluppi mhux ikkontrollati matul l-operazzjoni ta’ kwalunkwe stabbiliment kopert b'din id-Direttiva, u li jwassal għal periklu serju għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, immedjat jew ittardjat, ġewwa jew barra l-istabbiliment, u li jinvolvi sustanza perikoluża waħda jew aktar;

14.

“periklu” tfisser il-proprjetà intrinsika ta’ sustanza perikoluża jew sitwazzjoni fiżika, b'potenzjal li toħloq ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

15.

“riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ effett speċifiku li jseħħ f'perjodu speċifikat jew f'ċirkustanzi speċifikati;

16.

“ħażna” tfisser il-preżenza ta’ kwantità ta’ sustanzi perikolużi għall-finijiet ta’ magazzinaġġ, iż-żamma taħt kustodja sikura jew iż-żamma fl-istokk;

17.

“il-pubbliku” tfisser persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi u, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

18.

“il-pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx ikun affettwat, jew li jkollu interess li jieħu deċiżjoni rigward kwalunkwe materja koperta bl-Artikolu 15(1); għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit applikabbli fil-liġi nazzjonali jitqiesu li għandhom interess;

19.

“spezzjoni” tfisser l-azzjonijiet kollha, inklużi żjajjar fuq il-post, verifiki ta’ miżuri interni, sistemi, rapporti u dokumenti ta’ segwitu, u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu meħtieġa, li jsiru mill-awtorità kompetenti jew f'isimha biex tivverifika u tippromwovi l-konformità tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Valutazzjoni ta’ perikli ta’ inċident kbir għal sustanza perikoluża partikolari

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, meta jkun xieraq jew fi kwalunkwe każ abbażi ta’ notifika min-naħa ta’ Stat Membru skont il-paragrafu 2, jekk huwiex possibbli fil-prattika li sustanza perikoluża partikolari koperta mill-Parti 1 jew elenkata fil-Parti 2 tal-Anness I, tikkawża rilaxx ta’ materja jew enerġija li x'aktarx tikkaġuna inċident kbir f'kundizzjonijiet kemm normali jew ukoll anomali li jistgħu raġonevolment jiġu mbassra. Tali valutazzjoni għandha tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u għandha tkun ibbażata fuq karatteristika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

il-forma fiżika tas-sustanza perikoluża taħt kundizzjonijiet normali ta’ pproċessar jew trattament jew f'telf mhux previst ta’ trażżin;

(b)

il-proprjetajiet inerenti tas-sustanza perikoluża, partikolarment dawk relatati mal-imġiba dispersiva f'xenarju ta’ inċident kbir, bħall-massa molekulari u l-pressjoni saturata tal-fwar;

(c)

il-konċentrazzjoni massima tas-sustanzi fil-każ ta’ taħlitiet.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, it-trażżin u l-ippakkjar ġeneriku tas-sustanza perikoluża għandhom, fejn xieraq, jitqiesu wkoll, inkluż partikolarment fejn kopert skont il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni.

2.   Fejn Stat Membru jikkunsidra li sustanza perikoluża ma tippreżentax periklu ta’ inċident kbir u skont il-paragrafu 1, dan għandu javża lill-Kummissjoni flimkien mal-ġustifikazzjoni ta’ sostenn, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u 2, l-informazzjoni neċessarja għall-valutazzjoni tal-proprjetajiet tas-sustanza jew taħlita perikoluża kkonċernata f'termini ta’ perikli għas-saħħa, tal-perikoli fiżiċi u tal-perikli għall-ambjenti għandha tinkludi:

(a)

lista komprensiva tal-proprjetajiet neċessarji għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali li tippreżenta sustanza perikoluża biex tikkaġuna ħsarat fiżiċi jew ħsarat għas-saħħa jew l-ambjent;

(b)

proprjetajiet fiżiċi u kimiċi (pereżempju massa molekulari, pressjoni saturata tal-fwar, tossiċità inerenti, punt tat-tgħollija, reattività, viskożità, solubbiltà u proprjetajiet rilevanti oħrajn);

(c)

proprjetajiet relatati mal-perikli għas-saħħa u mal-perikli fiżiċi: (pereżempju reattività, fjammabbilità, tossiċità flimkien ma’ fatturi addizzjonali oħra bħall-mod ta’ aggressjoni fuq il-ġisem, ir-rati ta’ korriment u mortalità, l-effetti fit-tul u proprjetajiet oħra skont il-każijiet);

(d)

proprjetajiet relatati mal-perikli għall-ambjent (pereżempju, ekotossiċità, persistenza, bijoakkumulazzjoni, potenzjal ta’ propagazzjoni ambjentali fuq medda wiesa' u proprjetajiet rilevanti oħrajn);

(e)

jekk disponibbli, il-klassifikazzjoni tal-Unjoni tas-sustanza jew taħlita;

(f)

informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet operattivi speċifiċi għas-sustanza (pereżempju, temperatura, pressjoni u kundizzjonijiet oħrajn skont il-każijiet) li fihom is-sustanza perikoluża tinħażen, tintuża u/jew tista' tkun preżenti fil-każ ta’ operazzjonijiet anormali prevedibbli jew inċidenti bħal ħruq.

4.   Wara l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun il-każ, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex teskludi s-sustanza perikoluża kkonċernata mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Obbligi ġenerali tal-operatur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun obbligat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun meħtieġ juri lill-awtorità jew kompetenti msemmija fl-Artikolu 6, fi kwalunkwe żmien, b'mod partikolari għall-finijiet tal-ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 20, li l-operatur ikun ħa l-miżuri kollha meħtieġa kif speċifikat f'din id-Direttiva.

Artikolu 6

Awtorità kompetenti

1.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-operatur, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli biex iwettqu d-dmirijiet stabbiliti f'din id-Direttiva (’l-awtorità kompetenti’) u, jekk ikun meħtieġ, korpi biex jgħinu lill-awtorità kompetenti f'livell tekniku. L-Istati Membri li jistabbilixxu jew jaħtru iktar minn awtorità waħda għandhom jiggarantixxu li l-proċeduri biex jitwettqu d-dmirijiet tagħhom ikunu kkoordinati totalment.

2.   L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f'attivitajet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bl-involviment, meta jkun xieraq, tal-partijiet interessati.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni ekwivalenti li tiġi ppreżentata mill-operaturi skont leġiżlazzjoni oħra relevanti tal-Unjoni u li din tissodisfa kwalunkwe mir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jkunu ssodisfati.

Artikolu 7

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jibgħat notifika lill-awtorità kompetenti li jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u/jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat;

(b)

il-post tan-negozju rreġistrat tal-operatur, bl-indirizz sħiħ;

(c)

l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-istabbiliment, jekk differenti mill-punt (a);

(d)

informazzjoni suffiċjenti biex jiġu identifikati s-sustanzi perikolużi u l-kategorija tas-sustanzi involuti jew x'aktarx li jkunu preżenti;

(e)

il-kwantità u l-forma fiżika tas-sustanzi perikolużi jew tas-sustanzi konċernati;

(f)

l-attività jew l-attività proposta tal-istallazzjoni jew il-faċilità tal-ħażna;

(g)

l-ambjent fil-qrib immedjat tal-istabbiliment, u l-fatturi li jistgħu jikkawżaw inċident kbir jew jaggravaw il-konsegwenzi ta’ dan, inkluż, jekk disponibbli, dettalji dwar l-istabbilimenti fil-qrib ta’ siti li jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, żoni u żviluppi li jistgħu jkunu s-sors ta’ jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino.

2.   In-notifika jew l-aġġornament tagħha għandha tinbagħat lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti f'dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a)

għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;

(b)

għall-każijiet kollha l-oħra, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur ikun bagħat diġà n-notifika lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel l-1 ta’ Ġunju 2015, u jekk l-informazzjoni inkluża fiha tkun konformi mal-paragrafu 1 u baqgħet mhux mibdula.

4.   L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti minn qabel dwar il-każijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-kwantità jew bidla sinifikanti fin-natura jew fil-forma fiżika tas-sustanza perikoluża preżenti, kif indikat fin-notifika pprovduta mill-operatur skont il-paragrafu 1, jew kwanlunkwe bidla sinifikanti fil-proċessi li jużaw dik is-sustanza;

(b)

modifika ta’ stabbiliment jew stallazzjoni li jista' jkollha konsegwenzi sinifikanti f’termini ta’ perikli ta’ inċidenti kbar;

(c)

l-għeluq permanenti tal-istabbiliment jew id-diżattivazzjoni tiegħu; jew

(d)

bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 8

Politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur biex ifassal dokument bil-miktub li jistabbilixxi l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (MAPP) u li jiżgura li din tiġi implimentata kif xieraq. L-MAPP għandha tkun imfassla biex tassigura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din għandha tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar. Hija għandha tinkludi l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta’ azzjoni tal-operatur, ir-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni, kif ukoll l-impenn favur it-titjib kontinwu tal-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar u l-assigurazzjoni ta’ livelli għolja ta’ protezzjoni.

2.   L-MAPP għandha titfassal u, meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a)

għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;

(b)

għall-każijiet kollha l-oħra, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur ikun stabbilixxa diġà l-MAPP u, fejn mitlub mil-liġi nazzjonali, ikun bagħatha lill-awtorità kompetenti qabel l-1 ta’ Ġunju 2015, u jekk l-informazzjoni inkluża fiha tkun konformi mal-paragrafu 1 u tibqa' mhux mibdula.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 11, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna l-MAPP, tal-anqas kull ħames snin. Meta meħtieġ mil-leġiżlazzjon nazzjonali l-MAPP aġġornata għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

5.   L-MAPP għandha tkun implimentata permezz ta’ mezzi u strutturi idonei kif ukoll sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, skont l-Anness III, proporzjonati għall-perikli ta’ inċidenti kbar u l-kumplessità tal-organizzazzjoni jew tal-attivitajiet tal-istabbiliment. F'każ ta’ stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi, l-obbligu li jimplimentaw il-MAPP jista' jkun milħuq permezz ta’ mezzi, strutturi u sistemi ta’ ġestjoni oħra idonei u proporzjonati għall-perikli ta’ inċidenti kbar, b'kont meħud tal-prinċipji stipulati fl-Anness III.

Artikolu 9

Effetti domino

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-operaturi skont l-Artikoli 7 u 10 jew wara talba għal informazzjoni supplementari mill-awtorità kompetenti, jew permezz ta’ spezzjonijiet skont l-Artikolu 20, tidentifika l-istabbilimenti kollha tal-livelli aktar baxxi u tal-livelli ogħla jew ta’ gruppi ta’ stabbilimenti, fejn ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar jistgħu jiżdiedu minħabba l-pożizzjoni ġeografika u l-viċinanzi ta’ stabbilimenti bħal dawn, kif ukoll l-inventarji tas-sustanzi perikolużi tagħhom.

2.   Jekk l-awtorità kompetenti ikollha informazzjoni supplementari għal dik fornuta mill-operatur konformement mal-Artikolu 7(1)(g), hija għandha tpoġġiha għad-dispożizzjoni ta’ dak l-operatur, jekk tkun neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti identifikati skont il-paragrafu 1:

(a)

jiskambjaw informazzjoni xierqa li jippermettilhom jikkunsidraw in-natura u l-limitu tal-periklu ġenerali ta’ inċident kbir fl-MAPP, fis-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza, fir-rapporti dwar is-sikurezza u fil-pjanijiet interni ta’ emerġenza tagħhom, skont il-każijiet;

(b)

jikkooperaw billi jinfurmaw lill-pubbliku u lis-siti fil-qrib li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva, u billi jipprovdu informazzjoni lill-awtorità responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza.

Artikolu 10

Rapport dwar is-sikurezza

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur ta’ stabbiliment tal-livelli ogħla biex jipproduċi rapport dwar is-sikurezza sabiex:

(a)

juri li l-MAPP u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza biex timplimentaha ġew implimentati skont l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;

(b)

juri li l-perikli ta’ inċidenti kbar u xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar ġew identifikati u ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn kif ukoll sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(c)

juri li sikurezza u kredibbiltà adegwati ġew ikkunsidrati fit-tfassil, fil-bini, fl-operat u fiż-żamma ta’ kwalunkwe stallazzjoni, faċilità ta’ ħażna, tagħmir u infrastruttura konnessi mal-operat tiegħu u li huma marbutin ma’ perikli ta’ inċidenti kbar ġewwa l-istabbiliment;

(d)

juri li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza ġew stabbiliti u jipprovdi informazzjoni biex ikun jista' jitfassal il-pjan estern ta’ emerġenza;

(e)

jipprovdi informazzjoni suffiċjenti lill-awtorita kompetenti sabiex jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet rigward il-post ta’ attivitajiet jew żviluppi ġodda madwar stabbilimenti eżistenti.

2.   Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jinkludi tal-anqas id-data u l-informazzjoni elenkati fl-Anness II. Għandu jsemmi l-organizzazzjonijiet rilevanti involuti fit-tfassil tar-rapport.

3.   Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a)

għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;

(b)

għal stabbilimenti tal-livelli ogħla, l-1 ta’ Ġunju 2016,

(c)

għall-istabbilimenti l-oħrajn, sentejn mid-data li fiha din id-Direttiva japplika għall-istabbiliment konċernat.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw jekk l-operatur ikun bagħat diġà r-rapport dwar is-sikurezza lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali qabel l-1 ta’ Ġunju 2015, u jekk l-informazzjoni inkluża fih tkun konformi mal-paragrafi 1 u 2 tibqa' mhux mibdula. Biex jikkonforma ruħu mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-operatur għandu jippreżenta l-partijiet mibdula tar-rapport dwar is-sikurezza fil-format maqbul mill-awtorita' kompetenti, soġġett għall-limiti ta’ zmien imsemmija fil-paragrafu 3.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna r-rapport, tal-anqas kull ħames snin.

L-operatur għandu jirrevedi wkoll u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna r-rapport dwar is-sikurezza wara inċident kbir fl-istabbiliment tiegħu, u fi kwalunkwe żmien ieħor, fuq l-inizjattiva tal-operatur stess jew inkella fuq talba tal-awtorità kompetenti, fejn dan ikun iġġustifikat b'fatti ġodda jew b'għarfien teknoloġiku ġdid dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza, inkluż għarfien li jkun ġej mill-analiżi ta’ inċidenti jew, safejn ikun possibbli, minn inċidenti li 'kważi ġraw', kif ukoll minn żviluppi fl-għarfien fir-rigward tal-valutazzjoni tal-perikli.

Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza u l-partijiet aġġornati tiegħu għandu jintbagħat lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien.

6.   Qabel ma l-operatur jibda bil-kostruzzjoni jew bl-operat, jew fil-każijiet msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3 u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien raġonevoli minn mindu jirċievu r-rapport tikkomunika l-konklużjonijiet tal-eżami tagħha dwar ir-rapport tas-sikurezza lill-operatur u, fejn ikun il-kaz, skont l-Artikolu 19, tipprojbixxi l-użu, jew l-użu ssuktat, tal-istabbiliment konċernat.

Artikolu 11

Modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment jew faċilità tal-ħażna

F'każ ta’ modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura jew forma fiżika jew il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jista' jkollhom konsegwenzi sinifikanti fuq perikli ta’ inċidenti kbar, jew x'aktarx jirriżultaw fi riklassifikazzjoni ta’ stabbiliment tal-livelli aktar baxxi fi stabbiliment tal-livelli ogħla jew viċi versa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur janalizza u fejn ikun meħtieġ jaġġorna n-notifika, l-MAPP, is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-rapport ta’ sikurezza u jinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-dettalji ta’ dawk l-aġġornamenti qabel ma sseħħ dik il-modifika.

Artikolu 12

Pjanijiet ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla:

(a)

l-operatur ifassal pjan intern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu fl-istabbiliment;

(b)

l-operatur jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorita kompetenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jfasslu pjanijiet esterni ta’ emerġenza;

(c)

l-awtoritajiet maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru jfasslu pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu barra l-istabbiliment fi żmien sentejn minn mindu dawn ikunu rċevew l-informazzjoni neċessarja mill-operatur skont il-punt (b).

2.   L-operaturi għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a)

għal stabbilimenti ġodda, perijodu raġjonevoli ta’ żmien qabel ma jibda l-operat, jew qabel il-modifiki li jwasslu għal bidla tal-inventarju tas-sustanzi perikolużi;

(b)

għal stabbilimenti tal-livelli ogħla, sal-1 ta’ Ġunju 2016 sakemm il-pjan intern ta’ emerġenza ma jkunx tfassal skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali qabel dik id-data, u l-informazzjoni inkluża fih, u l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, tkun konformi ma’ dan l-Artikolu u tibqa' mhux mibdula;

(c)

għall-istabbilimenti l-oħrajn, sentejn mid-data li fiha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat.

3.   Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu stabbiliti bl-għanijiet li ġejjin:

(a)

li jrażżnu u jikkontrollaw l-inċidenti ħalli jnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti, u biex jillimitaw il-ħsara għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-proprjetà;

(b)

li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex ikun mħarsa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti ta’ inċidenti kbar;

(c)

li jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa lill-pubbliku kif ukoll lis-servizzi jew lill-awtoritajiet konċernati f'dik iż-żona;

(d)

li jipprovdu għar-restawr u t-tindif tal-ambjent wara li jkun seħħ inċident kbir.

Il-pjanijiet ta’ emerġenza għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza previsti f'din id-Direttiva jitfasslu f'konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem ġewwa l-istabbiliment, inkluż il-persunal rilevanti li jkun subkuntrattat għal perjodu twil.

5.   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-pubbliku konċernat jingħata opportunità bikrija biex jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza meta dawn jiġu stabbiliti jew modifikati sostanzjalment.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet esterni ta’ emerġenza u interna jiġu analizzati, ittestjati u, fejn ikun meħtieġ, aġġornati mill-operaturi u mill-awtoritajiet maħtura rispettivament f'intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn tliet snin. Dan ir-rieżami għandu jikkunsidra t-tibdiliet li jseħħu fl-istabbilimenti konċernati jew fis-servizzi tal-emerġenza konċernati, l-għarfien tekniku ġdid, u l-għarfien dwar ir-reazzjoni għal inċidenti kbar.

Rigward il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni msaħħa fl-għajnuna tal-protezzjoni ċivili waqt inċidenti kbar.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ emerġenza jiġu implimentati mingħajr dewmien mill-operatur u, jekk ikun meħtieġ, mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti maħtura għal dan il-għan fejn iseħħ inċident kbir, jew meta jseħħ każ mhux kkontrollat li, minħabba n-natura tiegħu stess, jista' b'mod raġonevoli jkun mistenni li jwassal għal inċident kbir.

8.   L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi, billi tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fir-rapport dwar is-sikurezza, li r-rekwiżit li jiġi prodott pjan estern ta’ emerġenza skont il-paragrafu 1 ma jkunx japplika.

Artikolu 13

Ippjanar tal-użu tal-art

1.   L-Istati Membri għandhom jiguraw li l-għanijiet biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu kkunsidrati fil-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra. Dawn għandhom isegwu dawk l-għanijiet permezz ta’ verifiki fuq:

(a)

il-post fejn jinbnew stabbilimenti ġodda;

(b)

modifika fl-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 11;

(c)

żviluppi ġodda inklużi rotot tat-trasport, postijiet ta’ użu pubbliku u żoni residenzjali qrib l-istabbilimenti, fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jkunu sors ta’ jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra kif ukoll il-proċeduri sabiex jiġu implimentati dawk il-politiki jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil:

(a)

li jinżammu distanzi ta’ sikurezza xierqa bejn l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva u żoni residenzjali, bini u żoni pubbliċi, żoni ta’ mistrieħ, u safejn ikun possibbli rotot ewlenin tat-trasport, u;

(b)

li jipproteġu żoni ta’ sensittività jew interess naturali partikolari qrib l-istabbilimenti, skont il-każijiet permezz ta’ distanzi ta’ sikurezza xierqa jew miżuri rilevanti oħra;

(c)

fil-każ ta’ stabbilimenti eżistenti, li jieħdu miżuri tekniċi addizzjonali skont l-Artikolu 5 sabiex ma jiżdidux ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha u l-awtoritajiet tal-ippjanar li jkunu responsabbli għad-deċiżjonijiet f'din iż-żona jistabbilixxu proċeduri ta’ konsultazzjoni xierqa biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politiki stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-proċeduri għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-operaturi jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment u li l-parir tekniku dwar dawk ir-riskji jkun disponibbli, fuq bażi ta’ każ b'każ jew fuq bażi ġenerika, meta jittieħdu d-deċiżjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jipprovdu, fuq talba tal-awtorità kompetenti, informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment li tkun meħtieġa għall-ippjanar tal-użu tal-art.

4.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (15), id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (16) u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri koordinati jew konġunti sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta’ dik il-leġiżlazzjoni, inter alia, biex jiġu evitati valutazzjonijiet jew konsultazzjonijiet doppji.

Artikolu 14

Informazzjoni lill-pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż elettronikament. L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata, jekk neċessarju, anki fil-każ ta’ modifiki koperti mill-Artikolu 11.

2.   Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li:

(a)

il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f'każ ta’ inċident kbir;

(b)

ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 22(3); fejn l-Artikolu 22(3) japplika, rapport emendat, pereżempju fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar u dwar l-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent f'każ ta’ inċident kbir, għandu jkun disponibbli;

(c)

l-inventarju ta’ sustanzi perikolużi jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba, soġġett għall-Artikolu 22(3).

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-bini u liż-żoni kollha ta’ uzu pubbliku, inklużi skejjel u sptarijiet, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta tal-anqas kull ħames snin u tiġi riveduta regolarment u jekk neċessarju, aġġornata, anki fil-każ ta’ modifiki koperti mill-Artikolu 11.

3.   L-Istati Membri għandhom, rigward il-possibbiltà ta’ inċident kbir b'effetti transkonfinali li joriġina fi stabbiliment tal-livelli ogħla, jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lill-Istati Membri li jkunu potenzjalment affettwati sabiex id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li hemm fl-Artikoli 12 u 13 u f'dan l-Artikolu jkunu jistgħu jiġu applikati, fejn ikun applikabbli, mill-Istati Membri li jkunu potenzjalment affettwati.

4.   Meta l-Istat Membru konċernat ikun iddeċieda li stabbiliment qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma jkunx jista' joħloq periklu ta’ inċident kbir lil hinn mill-konfini tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 12(8) u, għalhekk, ma jkunx meħtieġ li jipproduċi pjan estern ta’ emerġenza skont l-Artikolu 12(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni motivata tiegħu.

Artikolu 15

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat jingħata opportunità bikrija biex jkun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar proġetti individwali speċifiċi relatati ma':

(a)

l-ippjanar għal stabbilimenti ġodda skont l-Artikolu 13;

(b)

modifiki sinifikanti għal stabbilimenti skont l-Artikolu 11, fejn modifiki bħal dawn ikunu soġġetti għall-obbligi previsti fl-Artikolu 13;

(c)

żviluppi ġodda madwar stabbilimenti fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir skont l-Artikolu 13.

2.   Fir-rigward tal-proġetti individwali speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ avviżi pubbliċi jew mezzi oħra xierqa, inkluża l-midja elettronika fejn din tkun disponibbli, dwar il-punti li ġejjin kemm jista' jkun kmieni fil-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew, l-iktar tard possibbli, hekk kif l-informazzjoni tkun tista’ tiġi pprovduta b'mod raġonevoli:

(a)

is-suġġett tal-proġett speċifiku;

(b)

fejn applikabbli, il-fatt li proġett ikun soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali nazzjonali jew transkonfinali jew għall-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3);

(c)

dettalji dwar l-awtorità kompetenti li tkun responsabbli mid-deċiżjonijiet, dik li minnha tista' tinkiseb l-informazzjoni rilevanti u li lilha jistgħu jiġu ppreżentati kummenti jew mistoqsijiet, u dettalji dwar l-iskeda taż-żmien biex jintbagħtu l-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d)

in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e)

indikazzjoni dwar iż-żminijiet u l-postijiet fejn, jew il-mezzi li permezz tagħhom, l-informazzjoni rilevanti issir disponibbli;

(f)

dettalji dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika li jsiru skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Fir-rigward tal-proġetti individwali speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'perjodi ta’ żmien xierqa, dan li ġej ikun disponibbli għall-pubbliku konċernat:

(a)

skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti ewlenin u l-parir maħruġ lill-awtorità kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2;

(b)

skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (17) informazzjoni għajr dik imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li tkun rilevanti għad-deċiżjoni konċernata u li ssir disponibbli biss wara li l-pubbliku konċernat ikun ġie infurmat skont il-paragrafu 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat ikollu l-jedd li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar proġetti individwali speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, u li r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 1 ikunu ġew ikkunsidrati kif xieraq fit-teħid tad-deċiżjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku:

(a)

il-kontenut tad-deċiżjoni u r-raġunijiet li fuqhom din tkun ġiet ibbażata, inklużi kwalunkwe aġġornamenti sussegwenti;

(b)

ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni u spjegazzjoni dwar kif dawn ġew ikkunsidrati f'dik id-deċiżjoni.

6.   Fejn jiġu stabbiliti pjanijiet jew programmi ġenerali relatati mal-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, punti (a) jew (ċ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effikaċi ta’ parteċipazzjoni għat-tħejjija, modifika jew reviżjoni tagħhom permezz tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent (18).

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku bid-dritt li jipparteċipa għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jissodisfaw rekwiżiti relevanti imposti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-pjanijiet u l-programmi li għalihom issir il-proċedura ta’ parteċipazzjoni pubblika skont id-Direttiva 2001/42/KE.

7.   L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku konċernat jiġi infurmat u kkonsultat għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

Għandhom jiġu pprovduti termini ta’ żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku kkonċernat iħejji ruħu u jipparteċipa b'mod effikaċi fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-operatur u azzjonijiet li jridu jittieħdu wara li jseħħ inċident kbir

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kemm jista' jkun possibbli wara li jseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jkun meħtieġ, bl-użu tal-iktar mezzi xierqa, li:

(a)

jinforma lill-awtorità kompetenti;

(b)

jipprovdi lill-awtorita' kompetenti bl-informazzjoni li ġejja hekk kif din tkun disponibbli:

(i)

iċ-ċirkostanzi tal-inċident;

(ii)

is-sustanzi perikolużi involuti;

(iii)

id-data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti tal-inċident fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll il-proprjetà;

(iv)

il-miżuri ta’ emerġenza meħuda;

(c)

jinforma lill-awtorita' kompetenti dwar il-passi previsti biex:

(i)

inaqqas l-effetti tal-inċident fuq medda ta’ żmien medju u twil;

(ii)

jevita kwalunkwe possibbiltà li inċident bħal dan jerġa' jseħħ;

(d)

jaġġorna l-informazzjoni pprovduta jekk investigazzjonijiet oħra jiżvelaw fatti addizzjonali li jbiddlu dik l-informazzjoni jew il-konklużjonijiet stabbiliti.

Artikolu 17

Azzjoni li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti iridu jieħdu wara inċident kbir

Wara inċident kbir, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti:

(a)

jiżguraw li kwalunkwe miżura urġenti, fuq medda ta’ żmien medju u twil, tkun ittieħdet;

(b)

jiġbru, permezz ta’ spezzjoni, investigazzjoni jew mezzi oħra xierqa, l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi sħiħa tal-aspetti tekniċi, organizzattivi u maniġerjali ta’ inċident kbir;

(c)

jieħdu azzjoni xierqa ħalli tiżgura li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura ta’ rimedju li tkun meħtieġa;

(d)

jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar miżuri preventivi fil-futur; u

(e)

jinformaw lill-persuni potenzjalment affettwati mill-inċident kbir li seħħ u, jekk ikun il-każ, bil-miżuri meħuda biex itaffu l-konsegwenzi.

Artikolu 18

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri wara inċident kbir

1.   Għall-finijiet ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar inċidenti kbar li jilħqu l-kriterji tal-Anness VI li jkunu seħħew fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jipprovdulha d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru, l-isem u l-indirizz tal-awtorità responsabbli għar-rapport;

(b)

id-data, il-ħin u l-post tal-inċident kbir, inkluż l-isem sħiħ tal-operatur u l-indirizz tal-istabbiliment involut;

(c)

deskrizzjoni fil-qosor taċ-ċirkostanzi tal-inċident, inklużi s-sustanzi perikolużi involuti, u l-effetti immedjati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(d)

deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ta’ emerġenza li jkunu ttieħdu u tal-prekawzjonijiet immedjati li jkunu meħtieġa biex tiġi evitata r-rikorrenza;

(e)

l-eżitu tal-analiżijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun provduta kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard minn sena mid-data tal-inċident, billi jużaw il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 21(4). Meta huwa possibbli li tiġi provduta biss informazzjoni preliminari skont il-punt (e) tal-paragrafu 1 sat-terminu msemmi għall-inklużjoni fil-bażi tad-data, l-informazzjoni għandha tkun aġġornata meta jsiru disponibbli r-riżultati ta’ analiżijiet u rakkomandazzjonijiet ulterjuri.

Ir-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, mill-Istati Membri jista' jiddewwem sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-proċeduri ġudizzjarji fejn rappurtar bħal dan jista' jaffettwa dawk il-proċedimenti.

3.   Għall-finijiet ta’ trażmissjoni min-naħa tal-Istati Membri tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu tiġi definita formola f'forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-indirizz ta’ kwalunkwe korp li jista' jkollu informazzjoni rilevanti dwar inċidenti kbar u li jkun jista' joffri parir lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li jkollhom jintervjenu f'każ ta’ inċident bħal dan.

Artikolu 19

Projbizzjoni tal-użu

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta’ kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn fejn il-miżuri meħuda mill-operatur għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar ikollhom nuqqasijiet serji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, fost affarijiet oħra, iqisu l-inadempjenzi gravi li jieħdu l-azzjonijiet neċessarji identifikati mir-rapport ta’ spezzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta’ kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn jekk l-operatur ma jkunx ippreżenta n-notifika, ir-rapporti jew informazzjoni oħra meħtieġa b'din id-Direttiva fil-perjodu speċifikat.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkunu jistgħu jappellaw kontra ordni ta’ projbizzjoni minn awtorità kompetenti taħt il-paragrafu 1 quddiem korp xieraq li jiġi determinat bil-liġi u l-proċeduri nazzjonali.

Artikolu 20

Spezzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw sistema ta’ spezzjonijiet.

2.   L-ispezzjonijiet għandhom ikunu xierqa għat-tip ta’ stabbiliment konċernat. Dawn ma għandhomx jiddependu mir-rapport dwar is-sikurezza li jkunu rċevew jew minn kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat. Dawn għandhom ikunu suffiċjenti biex is-sistemi li jkunu qed jiġu mħaddma fl-istabbiliment jiġu eżaminati b'mod ippjanat u sistematiku, kemm jekk ikunu ta’ natura teknika, organizzattiva jew maniġerjali, sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari li:

(a)

l-operatur jista' juri li huwa ħa l-miżuri meħtieġa, fir-rigward tal-attivitajiet differenti tal-istabbiliment, sabiex jevita inċidenti kbar;

(b)

l-operatur jista' jipprova li huwa pprovda l-mezzi biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar, fil-post u barra minnu;

(c)

id-data u l-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport dwar is-sikurezza, jew fi kwalunkwe rapport ieħor li jiġi ppreżentat, ikunu jirriflettu b'mod adegwat il-kundizzjonijiet fl-istabbiliment;

(d)

l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 14.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti kollha jkunu koperti bi pjan ta’ spezzjoni f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u għandhom jiżguraw li dan il-pjan jiġi rivedut regolarment u, fejn ikun xieraq, jiġi aġġornat.

Kull pjan ta’ spezzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

valutazzjoni ġenerali dwar il-kwistjonijiet ta’ sikurezza rilevanti;

(b)

iż-żona ġeografika koperta mill-pjan ta’ spezzjoni;

(c)

lista tal-istabbilimenti koperti bil-pjan;

(d)

lista ta’ gruppi ta’ stabbiliment b'effetti domino possibbli skont l-Artikolu 9;

(e)

lista ta’ stabbilimenti fejn sorsi partikolari ta’ riskji jew perikli esterni jistgħu jżidu ir-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;

(f)

proċeduri għall-ispezzjonijiet ta’ rutina inklużi l-programmi għal spezzjonijiet bħal dawn skont il-paragrafu 4;

(g)

proċeduri għal spezzjonijiet mhux ta’ rutina skont il-paragrafu 6;

(h)

dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ spezzjoni differenti.

4.   Fuq il-bażi tal-pjanijiet ta’ spezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tfassal b'mod regolari programm għal spezzjonijiet ta’ rutina fl-istabbilimenti kollha, inkluża l-frekwenza taż-żjajjar fuq il-post għal tipi differenti ta’ stabbilimenti.

Il-perjodu bejn żewġ żjajjar konsekuttivi fuq il-post ma għandux jaqbeż sena għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla u tliet snin għall-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx fasslet programm ta’ spezzjoni bbażat fuq valutazzjoni sistematika tal-perikli ta’ inċidenti kbar relatati mal-istabbilimenti konċernati.

5.   Il-valutazzjoni sistematika tal-perikli tal-istabbilimenti konċernati għandha tiġi bbażata fuq tal-anqas il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-impatti potenzjali tal-istabbilimenti konċernati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(b)

ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu kkunsidrati s-sejbiet rilevanti tal-ispezzjonijiet imwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

6.   L-ispezzjonijiet mhux ta’ rutina għandhom isiru biex jiġu investigati kemm jista' jkun malajr ilmenti serji, inċidenti serji u inċidenti oħrajn li kważi seħħew, kif ukoll inċidenti u okkorrenzi ta’ nuqqas ta’ konformità.

7.   Fi żmien erba' xhur minn kull spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-operatur il-konklużjonijiet taż-żjara u l-azzjonijiet kollha meħtieġa li jkunu ġew identifikati. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jieħu dawk l-azzjonijiet kollha meħtieġa f'perjodu raġonevoli wara li jkun irċieva l-komunikazzjoni.

8.   Jekk waqt spezzjoni jkun ġie identifikat każ gravi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva, għandha ssir spezzjoni supplementari fi żmien sitt xhur.

9.   Meta jkun possibbli l-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkoordinati mal-ispezzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, fejn xieraq, dawn għandhom ikunu kkombinati.

10.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu mekkaniżmi u għodod għall-iskambju ta’ esperjenzi u sabiex jikkonsolidaw l-għarfien, kif ukoll biex jipparteċipaw f'dawn il-mekkaniżmi fil-livell tal-Unjoni fejn ikun xieraq.

11.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-għajnuna kollha meħtieġa sabiex jippermettu lil dawk l-awtoritajiet iwettqu kwalunkwe spezzjoni u jiġbru kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħhom għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jippermettu lill-awtoritajiet sabiex jivvalutaw b'mod sħiħ il-possibbiltà ta’ inċidenti kbar u jiddeterminaw l-għan ta’ probabbiltà akbar jew aggravazzjoni ta’ inċidenti kbar possibbli, jippreparaw pjan estern ta’ emerġenza u jikkunsidraw is-sustanzi li, minħabba l-forma fiżika, il-kundizzjonijiet jew il-post partikolari tagħhom, jistgħu jeħtieġu aktar attenzjoni.

Artikolu 21

Sistema u skambji ta’ informazzjoni

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esperjenzi miksuba rigward il-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna, b'mod partikolari, il-funzjonament tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva.

2.   Sat-30 ta’ Settembru 2019, u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   Għall-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'tal-anqas din l-informazzjoni segwenti:

(a)

l-isem jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat;

(b)

l-attività jew attivitajiet tal-istabbiliment.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata bażi tad-data li fiha l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri. L-aċċess għall-bażi tad-data għandu jkun riservat għal persuni awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bażi tad-data li tinkludi, b'mod partikolari, id-dettalji ta’ inċidenti kbar li jkunu seħħu fit-territorju tal-Istati Membri, għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

it-tixrid veloċi fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) u (2);

(b)

id-distribuzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ analiżi dwar il-kawżi tal-inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom;

(c)

l-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar miżuri preventivi;

(d)

l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu joffru parir jew informazzjoni rilevanti dwar il-frekwenza, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar.

5.   Sal-1 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex jiġu stabbiliti l-formati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu min-naħa tal-Istati Membri u l-bażijiet tad-data rilevanti msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

6.   Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkollha, tal-anqas:

(a)

l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) u (2);

(b)

analiżi tal-kawżi tal-inċidenti;

(c)

it-tagħlimiet li nkisbu minn dawn l-inċidenti;

(d)

il-miżuri preventivi meħtieġa biex jiġu evitati każijiet simili.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-parti mhux kunfidenzjali tad-data.

Artikolu 22

Aċċess għall-informazzjoni u kunfidenzjalità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-interessi tat-trasparenza, li l-awtorità kompetenti tkun meħtieġa tagħmlu disponibbli kwalunkwe informazzjoni miżmuma skont din id-Direttiva għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika skont id-Direttiva 2003/4/KE.

2.   Id-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva, inkluż taħt l-Artikolu 14, tista' tiġi miċħuda jew limitata mill-awtorità kompetenti meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE jkunu ssodisfati.

3.   Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni sħiħa msemmija fl-Artikolu 14(2), punti (b) u (c) miżmuma mill-awtorità kompetenti tista' tiġi miċħuda minn dik l-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk l-operatur ikun talab biex ma jiġux żvelati ċerti partijiet tar-rapport dwar is-sikurezza jew l-inventarju tas-sustanzi perikolużi għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.

L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi wkoll, għall-istess raġunijiet, li ċerti partijiet tar-rapport jew l-inventarju ma għandhomx jiġu żvelati. F'każijiet bħal dawn, u bl-approvazzjoni ta’ dik l-awtorità, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti rapport jew inventarju emendat li jeskludi dawk il-partijiet.

Artikolu 23

Aċċess għall-ġustizzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

kwalunkwe applikant li jippreżenta talbiet għal informazzjoni skont il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 14(2) jew l-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva jkunu jista' jitlob, konformement mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE, rieżami tal-atti jew tal-omissjonijiet ta’ awtorità kompetenti fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni;

(b)

fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom, il-pubbliku konċernat ikollu aċċess għall-proċeduri ta’ rieżami stabbiliti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/KE għall-każijiet previsti fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 24

Gwida

Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa gwida dwar id-distanza ta’ sikurezza u l-effetti domino.

Artikolu 25

Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 għall-fini tal-adattament tal-Annessi II sa VI għall-progress tekniku. Tali adattamenti ma għandhomx jirriżultaw f'modifiki sostanzjali tal-obbligi tal-Istati Membri u tal-operaturi kif stabbilit f'din id-Direttiva.

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa biex ikunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 25 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin li jiddekorri mit-13 ta’ Awwissu 2012. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta’ setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa hija taċitament prorogata għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm ma l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali proroga sa mhux aktar tard minn erba' xhur qabel l-iskadenza ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 25 tista' tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. L-effetti tad-deċiżjoni jiddekorru mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data suċċessiva speċifikata fiha. Hija ma tippreġudikax il-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   L-att delegat adottat skont l-Artikolu 25 jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu qajmu oġġezzjoni sat-terminu ta’ xahrejn mid-data li fih l-att ġielhom innotifikat jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ tali terminu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għarrfu lill-Kummissjoni li mhux biħsiebhom iqajmu oġġezzjoni. Tali terminu huwa prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 96/82/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28

Sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2015 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa lil dawn.

Artikolu 29

Rappurtar u reviżjoni

1.   Sat-30 ta’ Settembru 2012, u sussegwentement kull erba' snin, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21(2) u tal-informazzjoni miżmuma fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 21(3) u (4) u b'kont meħud tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 4, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tajjeb ta’ din id-Direttiva, inkluża l-informazzjoni dwar l-inċidenti kbar li jseħħu fl-Unjoni u dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinkludi, fl-ewwel fost tali rapporti, valutazzjoni tal-bżonn ta’ modifika tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Kull rapport huwa akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva.

2.   Fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' teżamina l-bżonn li tiġi ttrattata l-kwistjoni tar-responsabbiltajiet finanzjarji tal-operatur fir-rigward ta’ inċidenti kbar, inklużi kwistjonijiet relatati mal-assigurazzjoni.

Artikolu 30

Emenda tad-Direttiva 96/82/KE

Fid-Direttiva 96/82/KE, it-termini “(d) żejt kombustibbli tqil” jiżdiedu mal-intestatura ’Prodotti tal-pitrolju’ fil-Parti 1 tal-Anness I.

Artikolu 31

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Mejju 2015. Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Ġunju 2015.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità mal-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva sal-14 ta’ Frar 2014. Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-15 ta’ Frar 2014.

Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 32

Revoka

1.   Id-Direttiva 96/82/KE qed tiġi revokata b'effett mill-1 ta’ Ġunju 2015.

2.   Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 138.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2012 u deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2012.

(3)  ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

(4)  ĠU L 326, 3.12.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(6)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(7)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(8)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(9)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(10)  ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.

(11)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(12)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(15)  ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.

(16)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(17)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(18)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.


LISTA TA’ ANNESSI

Anness I

Sustanzi perikolużi

Anness II

Minimu ta' data u informazzjoni li jridu jiġu kkunsidrati fir-rapport dwar is-sikurezza imsemmi fl-Artikolu 10

Anness III

Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 10 dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar

Anness IV

Data u informazzjoni li jridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' emerġenza imsemmija fl-Artikolu 12

Anness V

Punti ta' informazzjoni li jridu jiġu kkomunikati lill-pubbliku kif previst fl-Artikolu 14(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2)

Anness VI

Kriterji għan-notifika ta’ inċident kbir lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 18 (1)

Anness VII

Tabella ta’ korrelazzjoni

ANNESS I

SUSTANZI PERIKOLUŻI

Sustanzi perikolużi koperti mill-kategoriji ta’ periklu elenkati fil-Kolonna 1 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness huma soġġetti għall-kwantitajiet kwalifikattivi ffissati fil-Kolonni 2 u 3 tal-Parti 1.

Meta sustanza perkoluża tkun koperta mill-Parti 1 ta’ dan l-Anness u tkun ukoll elenkata fil-Parti 2, il-kwantitajiet kwalifikattivi ffissati fil-Kolonni 2 u 3 tal-Parti 2 japplikaw.

PARTI 1

Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi

Il-Parti 1 tkopri s-sustanzi perikolużi kollha li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ perikli elenkati fil-Kolonna 1:

Kolonna 1

Kolonna 2

Kolonna 3

Kategoriji ta’ perikli skont ir-egolament (ke) nru 1272/2008

Kwantita li tikkwalifika (tunnellati) ta’ sustanzi perikoluzi kif hemm imsemmi fl-artikolu 3(10) ghall-applikazzjoni

Rekwiżiti Tal-livelli aktar baxxi

Rekwiziti Tal-livelli oghla

TAQSIMA “H” –   

PERIKLI GĦAS-SAĦĦA

H1 TOSSIKA AKUTA kategorija 1, ir-rotot ta’ esponiment kollha

5

20

H2 TOSSIKA AKUTA

Kategorija 2, ir-rotot ta’ esponiment kollha

kategorija 3, rotta ta’ esponiment minn inalazzjoni (ara n-nota 7)

50

200

H3 STOT TOSSIĊITÀ SPEĊIFIKA GĦALL-ORGANI FIL-MIRA – ESPONIMENT UNIKU

STOT KATEGORIJA 1

50

200

Taqsima “P” –   

PERIKLI FIŻIĊI

P1a SPLUSSIVI (ARA N-NOTA 8)

Splussivi mhux stabbli jew

splussivi, diviżjoni 1.1, 1.2, 1.3, 1.5 jew 1.6, jew

sustanzi jew taħlitiet li jkollhom proprjetajiet esplożivi skont il-metodu a.14 tar-regolament (ke) nru 440/2008 (ara n-nota 9) u li ma jappartjenux għall-klassijiet ta’ periklu perossidi organiċi jew sustanzi u taħlitiet awtoreattivi

10

50

P1b SPLUSSIVI (ARA N-NOTA 8)

Splussivi, diviżjoni 1.4 (ara n-nota 10)

50

200

P2 GASSIJIET FJAMMABBLI

Gassijiet fjammabbli, kategorija 1 jew 2

10

50

P3a AEROSOLS FJAMMABBLI (ARA N-NOTA 11.1)

Aerosols “fjammabbli” tal-kategorija 1 jew 2, li jkollhom gassijiet fjammabbli tal-kategorija 1 jew 2 jew likwidi fjammabbli tal-kategorija 1

150 (NET)

500 (NET)

P3b AEROSOLS FJAMMABBLI (ARA N-NOTA 11.1)

Aerosols “fjammabbli” tal-kategorija 1 jew 2, li ma jkollhomx gassijiet fjammabbli tal-kategorija 1 jew 2 u lanqas likwidi fjammabbli tal-kategorija 1 (ara nota 11.2)

5 000 (NET)

50 000 (NET)

P4 GASSIJIET OSSIDANTI

Gassijiet ossidanti, kategorija 1

50

200

P5a LIKWIDI FJAMMABBLI

Likwidi fjammabbli, kategorija 1, jew

likwidi li jiehdu n-nar tal-kategorija 2 jew 3 li jinzammu f'temperatura oghla mill-punt tat-tghollija taghhom, jew

liwkidi ohra b'punt ta’ fjammabbilta ta’ ≤ 60 °c, li jinzammu f'temperatura oghla mill-punt tat-tghollija taghhom (ara n-nota 12)

10

50

P5b LIKWIDI FJAMMABBLI

Likwidi fjammabbli tal-kategorija 2 jew 3 fejn kundizzjonijiet ta’ processar partikolari, bhal pressjoni gholja jew temperatura gholja, jistghu jikkawzaw perikli ta’ incidenti kbar, jew

likwidi ohra b'punt ta’ fjammabbilta ta’ ≤ 60 °c fejn kundizzjonijiet ta’ processar partikolari, bhal pressjoni gholja jew temperatura gholja, jistghu joholqu perikli ta’ incidenti kbar (ara n-nota 12)

50

200

P5c LIKWIDI FJAMMABBLI

Likwidi fjammabbli, kategoriji 2 jew 3 li mhumiex koperti b'p5a u p5b

5 000

50 000

P6a SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI U PEROSSIDI ORGANIĊI

Sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, tip a jew b jew perosddidi organiżi, tip a jew b

10

50

P6b SUSTANZI U TAĦLITIET AWTOREATTIVI U PEROSSIDI ORGANIĊI

Sustanzi u tahlitiet awtoreattivi, tip c, d, e jew f jew perossidi organici, tip c, d, e, jew f

50

200

P7 LIKWIDI U SOLIDI PIROFORIĊI

 

Likwidi piroforici, kategorija 1

 

Solidi piroforici, kategorija 1

50

200

P8 LIKWIDI U SOLIDI OSSIDANTI

 

Likwidi ossidanti, kategorija 1, 2 jew 3, jew

 

Solidi ossidanti, kategorija 1, 2 jew 3

50

200

Taqsima “E” –   

PERIKLI AMBJENTALI

E1 perikoluza ghall-ambjent akkwatiku fil-kategorija Akuta 1 jew kronika 1

100

200

E2 perikoluza ghall-ambjent akkwatiku fil-kategorija Kronika 2

200

500

Taqsima “O” –   

PERIKLI OĦRA

O1 sustanzi jew taħlitiet b'dikjarazzjoni ta’ periklu euh014

100

500

O2 sustanzi jew tahlitiet li meta jigu f'kuntatt mal-ilma jarmu gassijiet fjammabbli, kategorija 1

100

500

O3 sustanzi jew taħlitiet b'dikjarazzjoni ta’ periklu euh029

50

200

PARTI 2

Sustanzi perikolużi msemmija

Kolonna 1

Numru tal-CAS (1)

Kolonna 2

Kolonna 3

 

Kwantità li tikkwalifika (tunnellati) għall-applikazzjoni ta'

Sustanzi perikolużi

 

 

Rekwiżiti tal-livelli aktar baxxi

Rekwiżiti tal-livelli ogħla

1.

Nitrat tal-ammonju (ara nota 13)

5 000

10 000

2.

Nitrat tal-ammonju (ara nota 14)

1 250

5 000

3.

Nitrat tal-ammonju (ara nota 15)

350

2 500

4.

Nitrat tal-ammonju (ara nota 16)

10

50

5.

Nitrat tal-potassju (ara nota 17)

5 000

10 000

6.

Nitrat tal-potassju (ara nota 18)

1 250

5 000

7.

Pentossidu tal-arseniku, aċidu tal-arseniku (V) u/jew imlieħ

1303-28-2

1

2

8.

Triossidu tal-arseniku, aċidu arsenjuż (III) u/jew imlieħ

1327-53-3

 

0,1

9.

Bromu

7726-95-6

20

100

10.

Kloru

7782-50-5

10

25

11.

Komposti tan-nikil f'forma ta’ trab inalabbli: monossidu tan-nikil, diossidu tan-nikil, sulfur tan-nikil, disulfur tat-trinikil, triossidu tad-dinikil

 

1

12.

Etilenimmina

151-56-4

10

20

13.

Fluworu

7782-41-4

10

20

14.

Formaldeid (konċentrazzjoni ≥ 90 %)

50-00-0

5

50

15.

Idroġenu

1333-74-0

5

50

16.

Klorur tal-idroġenu (gass likwifikat)

7647-01-0

25

250

17.

Alkili taċ-ċomb

5

50

18.

Gassijiet fjammabbli likwifikati Kategorija 1 jew 2 (inkluż LPG) u gass naturali (ara nota 19)

50

200

19.

Aċitilen

74-86-2

5

50

20.

Ossidu tal-etilen

75-21-8

5

50

21.

Ossidu tal-propilen

75-56-9

5

50

22.

Metanol

67-56-1

500

5 000

23.

4, 4′-Metilenbis bis (2-kloranilina) u/jew imlieħ, f'forma ta’ trab

101-14-4

 

0,01

24.

Metilisoċjanat

624-83-9

 

0,15

25.

Ossiġenu

7782-44-7

200

2 000

26.

2,4 -Toluwen diisoċjanat

584-84-9

10

100

2.6 -Toluwen diisoċjanat

91-08-7

27.

Diklorur tal-karbonil (fosġen)

75-44-5

0,3

0,75

28.

Arsina (triidrur tal-arseniku)

7784-42-1

0,2

1

29.

Fosfina (triidrid tal-fosforu)

7803-51-2

0,2

1

30.

Diklorur tal-kubrit

10545-99-0

 

1

31.

Triossidu tal-kubrit

7446-11-9

15

75

32.

Poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini (inkluż TCDD), ikkalkulati f'TCDD ekwivalenti (ara nota 20)

 

0,001

33.

Il-KARĊINOĠENI li ġejjin jew it-taħlitiet li jkollhom il-karċinoġeni f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 5 % skont il-piż:

4-Amminobifenil u/jew l-imlieħ tiegħu, Benżotriklorur, Benżidina u/jew imlieħ, Etere tal-bis (klorometil), Etere tal-metil tal-klorometil, 1,2-Dibromoetan, Sulfat tad-dietil, Sulfat tad-dimetil, Klorur tad-dimetilkarbamojl, 1,2-Dibromo-3-kloropropan, 1,2-Dimetilidrażina, Dimetilnitrosammina, Triammid tal-eżametilfosforiku, Idrażina, 2- Naftilammina u/jew imlieħ, 4-Nitrodifenil, u 1,3 Propansulton

0,5

2

34.

Prodotti taż-żejt u fjuwils alternattivi

(a)

gasolina u nafta,

(b)

kerożina (inklużi fjuwils tal-ġettijiet),

(c)

Żjut tal-gass (inkluż fjuwils tad-diżil, żjut għat-tisħin tad-djar u distillati użati biex jipproduċu żejt tal-gass)

(d)

żejt tal-fjuwil tqil

(e)

fjuwils alternattivi li jservu l-istess skopijiet u bi proprjetajiet simili fir-rigward tal-fjammabbiltà u l-perikli ambjentali għall-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (d)

2 500

25 000

35.

Ammonijaku Anidride

7664-41-7

50

200

36.

Trifluworur tal-boron

7637-07-2

5

20

37.

Sulfid tal-idroġenu

7783-06-4

5

20

38.

Piperidin

110-89-4

50

200

39.

Bis(2-dimetilamminoetil)(metil)ammina

3030-47-5

50

200

40.

3-(2-Etileżilossi)propilammina

5397-31-9

50

200

41.

Taħlitiet (*1) tal-ipoklorur tas-sodju klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku tal-Kategorija Akuta I [H400] li fihom anqas minn 5 % ta’ klorur attiv u mhux ikklassifikati f'xi waħda mill-kategoriji ta’ periklu l-oħra fil-Parti I tal-Anness I.

 

200

500

42.

Propilammina (ara nota 21)

107-10-8

500

2 000

43.

Tert-butil akrilat (ara nota 21)

1663-39-4

200

500

44.

2-Metilbut-3-butenenitril (ara nota 21)

16529-56-9

500

2 000

45.

Tetrahydro-3,5-dimetil-1,3,5, tijadjażina-2-tion (Dazomet) (ara Nota 21)

533-74-4

100

200

46.

Metilakrilat (ara nota 21)

96-33-3

500

2 000

47.

3-Metilpiridina (ara nota 21)

108-99-6

500

2 000

48.

1-Bromo-3-kloropropan (ara nota 21)

109-70-6

500

2 000

NOTI GĦALL-ANNESS I

1.

Is-sustanzi u t-taħlitiet huma kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

2.

It-taħlitiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal sustanzi puri sakemm dawn jibqgħu fil-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti skont il-proprjetajiet tagħhom taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fin-Nota 1, jew l-iktar adattament riċenti tiegħu għall-progress tekniku, sakemm perċentwal tal-kompożizzjoni jew deskrizzjoni oħra tingħata b'mod speċifiku.

3.

Il-kwantitajiet li jikkwalifikaw stabbiliti hawn fuq huma relatati għal kull stabbiliment.

Il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni tal-Artikoli rilevanti huma l-kwantitajiet massimi li jkunu preżenti jew li jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe ħin partikolari. Sustanzi perikolużi li jkunu preżenti fi stabbiliment biss fi kwantitajiet ugwali għal jew inqas minn 2 % tal-kwantità li tikkwalifika rilevanti għandhom jiġu injorati għall-kalkolu tal-kwantità totali preżenti, jekk il-pożizzjoni tagħhom fl-istabbiliment tkun tali li ma tkunx tista' taġixxi bħala inizjatur ta’ inċident kbir x'imkien ieħor f'dak l-istabbiliment.

4.

Ir-regoli li ġejjin li jirregolaw iż-żieda ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, jew kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, għandhom japplikaw fejn xieraq:

Fil-każ ta’ stabbiliment fejn ma jkun hemm preżenti l-ebda sustanza individwali fi kwantità li tkun ogħla minn jew ugwali għall-kwantitajiet li jikkwalifikaw rilevanti, ir-regola li ġejja għandha tiġi applikata biex tiddetermina jekk l-istabbiliment ikunx kopert bir-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Din id-Direttiva għandha tapplika għal stabbilimenti tal-livelli ogħla jekk is-somma:

q1/QU1 + q2/QU2 + q3/QU3 + q4/QU4 + q5/QU5 + … tkun ikbar minn jew ugwali għal 1,

fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li taqa' fil-Parti 1 jew il-Parti 2 ta’ dan l-Anness,

u QUX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza jew taħlita perikoluża jew kategorija x mill-Kolonna 3 tal-Parti 1 jew mill-Kolonna 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

Din id-Direttiva għandha tapplika għal stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jekk is-somma:

q1/QL1 + q2/QL2 + q3/QL3 + q4/QL4 + q5/QL5 + … tkun ikbar minn jew ugwali għal 1,

fejn qx = il-kwantità ta’ sustanza perikoluża x (jew kategorija ta’ sustanzi perikolużi) li jaqgħu fil-Parti 1 jew Parti 2 ta’ dan l-Anness,

u QLX = il-kwantità li tikkwalifika rilevanti għas-sustanza perikoluża jew kategorija x mill-Kolonna 2 tal-Parti 1 jew mill-Kolonna 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

Din ir-regola għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-perikli għas-saħħa, perikli fiżiċi u perikli ambjentali. Għalhekk, din trid tiġi applikata tliet darbiet:

(a)

għaż-żieda tas-sustanzi u perikolużi elenkati fil-Parti 2 li jaqgħu taħt il-kategorija tossika akuta 1, 2 jew 3 (rotta ta’ inalazzjoni) jew STOT Kategorija 1, flimkien mas-sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt it-taqsima H, entrati H1 sa H3 tal-Parti 1;

(b)

għaż-żieda tas-sustanzi perikolużi elenkati fil-Parti 2 li huma splussivi, gassijiet fjammabbli, aerosols fjammabbli, gassijiet ossidanti, likwidi fjammabbli, sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, perossidi organiċi, likwidi u solidi piroforiċi, likwidi u solidi ossidanti, flimkien mas-sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt it-taqsima P: entrati P1 sa P8 tal-Parti 1;

(c)

għaż-żieda tas-sustanzi u perikolużi elenkati fil-Parti 2 li jaqgħu taħt perikolużi għall-ambjent akkwatiku kategorija akuta 1, kategorija kronika 1 jew kategorija kronika 2, flimkien mas-sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt tt-taqsima E, entrati E1 u E2 tal-Parti 1.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva japplikaw meta kwalunkwe mis-somom miksuba permezz ta’ (a), (b) jew (c) tkun ikbar minn jew ugwali għal 1.

5.

Fil-każ ta’ sustanzi perikolużi li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, inkluż skart, iżda li xorta waħda jkunu preżenti, jew x'aktarx ikunu preżenti, fi stabbiliment u li jkollhom jew x'aktarx ikollhom, taħt il-kundizzjonijiet f'dak l-istabbiliment, proprjetajiet ekwivalenti f'termini ta’ potenzjal ta’ inċident kbir, dawn għandhom jiġu assenjati b'mod provviżorju lill-iktar kategorija analoga jew sustanza perikoluża msemmija li taqa' fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

6.

Fil-każ ta’ sustanzi perikolużi bi proprjetajiet li jwasslu għal iktar minn klassifikazzjoni waħda, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw l-iktar baxxi. Madankollu, għall-applikazzjoni tar-regola fin-Nota 4, l-anqas kwantità li tikkwalifika għal kull grupp ta’ kategoriji fin-Noti 4(a), 4(b) u 4(c) li tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni konċernata għandhom jintużaw.

7.

Sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt Tossiċi Akuti Kategorija 3 mir-rotta orali (H 301) għandhom jaqgħu taħt l-entrata H2 AKUTA TOSSIKA fil-każijiet fejn la l-klassifikazzjoni ta’ tossiċità akuta tal-inalazzjoni u lanqas il-klassifikazzjoni ta’ tossiċità akuta dermali ma jkunu jistgħu jiġu derivati, pereżempju minħaba nuqqas ta’ data konklużiva dwar it-tossiċità dermali u tal-inalazzjoni.

8.

Il-klassi ta’ periklu Splussivi tinkludi oġġetti li jisplodu (ara t-Taqsima 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008). Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett tkun magħrufa, dik il-kwantità għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jekk il-kwantità tas-sustanza jew taħlita splussiva li jkun hemm fl-oġġett ma tkunx magħrufa, mela, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-oġġett sħiħ għandu jiġi ttrattat bħala splussiv.

9.

L-ittestjar għall-proprjetajiet esplożivi tas-sustanzi u t-taħlitiet ikun meħtieġ biss jekk il-proċedura ta’ skrinjar skont l-Appendiċi 6, il-Parti 3 tar-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża, il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji (il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU) (2) jidentifika s-sustanza jew it-taħlita bħala waħda li potenzjalment għandha proprjetajiet esplożivi.

10.

Jekk l-Isplussivi tad-Diviżjoni 1.4 ma jkunux ippakkjati jew jiġu ppakkjati mill-ġdid, dawn għandhom jiġu assenjati għall-entrata P1a, sakemm ma jintweriex li l-periklu għadu jikkorrispondi għad-Diviżjoni 1.4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

11.1.

Aerosols fjammabbli huma kklassifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers (3) (Direttiva dwar l-Aerosol Dispensers). L-aerosols ’Fjammabbli ħafna’ u ’Fjammabbli’ tad-Direttiva 75/324/KEE jikkorrispondu għall-Aerosols Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

11.2.

Sabiex tintuża din l-entrata, irid jiġi ddokumentat li l-aerosol dispenser ma għandux Gass Fjammabbli tal-Kategorija 1 jew 2 u lanqas Likwidu Fjammabbli tal-Kategorija 1.

12.

Skont il-paragrafu 2.6.4.5 fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, likwidi b'punt ta’ fjammabbiltà ta’ iżjed minn 35 °C m'hemmx għalfejn jiġu kklassifikati fil-Kategorija 3 jekk ikunu nkisbu riżultati negattivi fit-test ta’ kombustjoni sostenut L.2, Parti III, Taqsima 32 tal-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU. Madankollu, dan ma jkunx validu f'kundizzjonijiet elevati bħalma huma temperatura jew pressjoni għolja, u għalhekk likwidi bħal dawn jiġu inklużi f'din l-entrata.

13.

Nitrat tal-ammonju (5 000/10 000): fertilizzanti li kapaċi jiddekomponu waħedhom.

Dan japplika għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat tal-ammonju (fertilizzanti komposti/imħalltin li fihom nitrat tal-ammonju bil-fosfat u/jew potassa) u li kapaċi jiddekomponu waħedhom skont it-Test tal-Ħawt (Trough Test) tan-NU (ara l-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji tan-NU, Parti III, sub-taqsima 38.2) u li fih il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa

bejn 15,75 % (4) u 24,5 % (5) skont il-piż, u jew mhux b'iktar minn 0,4 % total ta’ materjali kombustibbli/organiċi jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness III-2 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (6);

15,75 % skont il-piż jew inqas u materjali kombustibbli mhux ristretti.

14.

Nitrat ta’ l-ammonja (1 250/5 000): grad ta’ fertilizzant

Dan japplika għal fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat tal-ammonju u għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq in-nitrat tal-ammonju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness III-2 għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 u li fihom il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa:

iktar minn 24,5 % skont il-piż, ħlief għal taħlitiet ta’ fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b'purità ta’ inqas minn 90 %;

iktar minn 15,75 % skont il-piż għal taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju u sulfat tal-ammonju;

iktar minn 28 % (7) skont il-piż għal taħlitiet ta’ fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b'purità ta’ inqas minn 90 %.

15.

Nitrat tal-ammonju (350/2 500): grad tekniku

Dan japplika għal nitrat tal-ammonju u taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-kontenut ta’ nitroġenu bħala riżultat ta’ nitrat tal-ammonju huwa

bejn 24,5 % u 28 % skont il-piż, u li fihom hemm mhux iktar minn 0,4 % ta’ sustanzi kombustibbli;

iktar minn 28 % skont il-piż, u li fihom iktar minn 0,2 % sustanzi kombustibbli.

Dan japplika wkoll għal soluzzjonijiet milwiema ta’ nitrat tal-ammonju fejn il-konċentrazzjoni ta’ nitrat tal-ammonju tkun iktar minn 80 % skont il-piż.

16.

Nitrat tal-ammonju (10/50): materjal “off-specs” u fertilizzanti li ma jissodisfawx it-test ta’ detonazzjoni

Dan japplika għal

materjal irrifjutat matul il-proċess tal-manifattura u għal nitrat tal-ammonju u taħlitiet ta’ nitrat tal-ammonju, fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat tal-ammonju u fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat tal-ammonju msemmija fin-Noti 14 u 15, li qegħdin jiġu jew ġew irritornati minn min użahom l-aħħar lil manifattur, ħażna temporanja jew impjant ta’ proċessar mill-ġdid għal tħaddim mill-ġdid, riċiklaġġ jew trattament għal użu sikur, għaliex ma jikkonformawx iktar mal-ispeċifikazzjonijiet tan-Noti 14 u 15;

fertilizzanti msemmija fl-ewwel inċiż tan-Nota 13, u n-Nota 14 ma’ dan l-Anness li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-Anness III-2 għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

17.   Nitrat tal-potassju (5 000/10 000)

Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f'forma mrammla/granulari) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.

18.   Nitrat tal-potassju (1 250/5 000)

Dan japplika għal dawk il-fertilizzanti komposti bbażati fuq in-nitrat tal-potassju (f'forma kristallina) li jkollhom l-istess proprjetajiet perikolużi bħan-nitrat tal-potassju pur.

19.   Bijogass raffinat

Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-bijogass raffinat jista' jkun ikklassifikat taħt l-Entrata 18 tal-Parti 2 tal-Anness I meta jkun ġie pproċessat skont l-istandards applikabbli għall-bijogass purifikat u raffinat biex tkun żgurata kwalità ekwivalenti għal dik tal-gass naturali, inkluż il-kontenut tal-Metan, u li jkollu massimu ta’ 1 % ta’ Ossiġenu.

20.   Poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini

Il-kwantitajiet ta’ poliklorodibenżofurani u poliklorodibenżodiossini jiġu kkalkulati bl-użu tal-fatturi li ġejjin:

WHO 2005 TEF

2,3,7,8-TCDD

1

2,3,7,8-TCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

 

 

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

 

 

 

 

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

 

 

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

 

 

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

 

 

 

 

OCDD

0,0003

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

 

 

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

 

 

 

 

 

 

OCDF

0,0003

(T = tetra, P = penta, Hx = eża, Hp = etta, O = otta)

Referenza - Van den Berg et al: The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds

21.

F'każijiet fejn din is-sustanza perikoluza taqa' taħt il-kategorija P5a Likwidi fjammabbli jew P5b Likwidi fjammabbli, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw l-iktar baxxi.

(1)  In-numru tal-CAS qed jintwera biss bħala indikazzjoni.

(*1)  Sakemm it-taħlita fl-assenza tal-ipoklorur tas-sodju ma tkunx ikklassifikata bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku tal-kategorija Akuta I [H400].

(2)  Aktar gwida dwar ir-rinunzja tat-test tista' tinsab fid-deskrizzjoni tal-metodu A.14, ara r-Regolament (KE) Nru 440/2008 tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1)

(3)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

(4)  15.75 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 45 % ta’ nitrat tal-ammonju.

(5)  24.5 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 70 % ta’ nitrat tal-ammonju.

(6)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

(7)  28 % kontenut ta’ nitroġenu skont il-piż bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju li jikkorrispondi għal 80 % ta’ nitrat tal-ammonju.

ANNESS II

Minimu ta' data u informazzjoni li jridu jiġu kkunsidrati fir-rapport dwar is-sikurezza imsemmi fl-Artikolu 10

1.

Informazzjoni dwar is-sistema tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġi evitat inċident kbir.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-elementi indikati fl-Anness III.

2.

Preżentazzjoni dwar l-ambjent tal-istabbiliment:

(a)

deskrizzjoni tal-istabbiliment u l-ambjent tiegħu inklużi l-lokazzjoni ġeografika, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ġeoloġiċi, idrografiċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tal-post;

(b)

identifikazzjoni tal-istallazzjonijiet u attivitajiet oħra tal-istabbiliment li jistgħu jippreżentaw periklu ta’ inċident kbir;

(c)

abbażi ta’ informazzjoni disponibbli, identifikazzjoni ta’ stabbilimenti fil-qrib, kif ukoll siti li jaqgħu 'il barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, żoni u żviluppi oħrajn li jistgħu jkunu s-sors ta’, jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino;

(d)

deskrizzjoni taż-żoni fejn inċident kbir jista' jseħħ.

3.

Deskrizzjoni tal-istallazzjoni

(a)

deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet tal-istabbiliment li huma importanti mill-perspettiva ta’ sikurezza, is-sorsi ta’ riskji ta’ inċidenti kbar u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jseħħ inċident kbir bħal dan, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri preventivi proposti;

(b)

deskrizzjoni tal-proċessi, partikolarment il-metodi tal-operat; meta jkun applikabbli, filwaqt li titqies informazzjoni disponibbli dwar l-aħjar prassi;

(c)

deskrizzjoni tas-sustanzi perikolużi:

(i)

inventarju tas-sustanzi perikolużi inklużi:

l-identifikazzjoni tas-sustanzi perikolużi: l-isem kimiku, in-numru tas-CAS, l-isem skont in-nomenklatura tal-IUPAC,

il-kwantità massima ta’ sustanzi perikolużi li jkunu preżenti jew li jistgħu jkunu preżenti;

(ii)

il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, tossikoloġiċi u indikazzjoni tal-perikli, kemm immedjati u ttardjati, għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;

(iii)

l-imġiba fiżika u kimika taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu jew taħt kundizzjonijiet aċċidentali prevedibbli.

4.

Identifikazzjoni u analiżi tar-riskji aċċidentali u metodi ta’ prevenzjoni

(a)

deskrizzjoni dettaljata tax-xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar u l-probabbiltà tagħhom jew il-kundizzjonijiet li taħthom dawn iseħħu, inkluż sommarju tal-każijiet li jista' jkollhom sehem fit-tfaqqigħ ta’ kull wieħed minn dawn ix-xenarji, il-kawżi li jkunu interni u esterni għall-istallazzjoni; inkluż b'mod partikolari:

(i)

kawżi operattivi;

(ii)

kawżi esterni, bħal dawk relatati ma’ effetti domino, siti li jaqgħu 'il barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, żoni u żviluppi li jistgħu jkunu s-sors ta’, jew li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;

(iii)

kawżi naturali, pereżempju terremoti jew għargħar;

(b)

valutazzjoni tal-limitu u s-severità tal-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar identifikati inklużi mapep, illustrazzjonijiet jew, kif xieraq, deskrizzjonijiet ekwivalenti, li juru żoni li aktarx jiġu affettwati b’inċidenti bħal dawn li jiġu kkawżati mill-istabbiliment;

(c)

analiżi ta’ inċidenti fil-passat u ta’ inċidenti fejn kienu jintużaw l-istess sustanzi u proċessi, kunsiderazzjoni tat-tagħlimiet li nkisbu minn dawn, u referenza espliċita għal miżuri speċifiċi meħuda biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn;

(d)

deskrizzjoni tal-parametri tekniċi u tat-tagħmir użat għas-sikurezza tal-istallazzjonijiet.

5.

Miżuri ta’ protezzjoni u intervent biex jillimitaw il-konsegwenzi ta’ inċident kbir

(a)

deskrizzjoni tat-tagħmir stallat fl-impjant biex jillimita l-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent inklużi, pereżempju, sistemi ta’ individwazzjoni/protezzjoni, it-tagħmir tekniku biex jillimita d-daqs tar-rilaxxi inċidentali, inkluż bexx tal-ilma; skrins tal-fwar, catch pots tal-emerġenza jew reċipjenti ta’ ġbir, valvijiet li jingħalqu; sistemi ta’ inertjar; sistemi li jżommu l-ilma għal kontra n-nirien;

(b)

organizzazzjoni ta’ allarmi u interventi;

(c)

deskrizzjoni ta’ riżorsi li jiċċaqalqu, interni jew esterni;

(d)

deskrizzjoni ta’ kull miżura teknika u mhux teknika rilevanti għat-tnaqqis tal-impatt ta’ inċident kbir.

ANNESS III

Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 10 dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar

Għall-finijiet biex tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tal-operatur, iridu jiġu kkunsidrati dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tkun proporzjonata għall-perikli, l-attivitajiet industrijali u l-kumplessità tal-organizzazzjoni fl-istabbiliment u tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji; hija għandha tinkludi l-parti tas-sistema tal-ġestjoni ġenerali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet, il-prattiki, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi biex tiġi ddeterminata u implimentata l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (MAPP);

(b)

il-punti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza:

(i)

l-organizzazzjoni u l-persunal — ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impjegati involuti fil-ġestjoni ta’ inċidenti kbar fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, flimkien mal-miżuri meħuda biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa ta' titjib kontinwu. L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ta' taħriġ ta' dan il-persunal u l-forniment ta' taħriġ li jkun ġie identifikat. L-involviment tal-impjegati u tal-impjegati subkuntrattati li jaħdmu fl-istabbiliment li huma importanti mil-lat tas-sikurezza;

(ii)

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ perikli kbar — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri biex jiġu identifikati b’mod sistematiku perikli kbar li jkunu ġejjin mill-operat normali u mhux normali inklużi attivitajiet subkuntrattati meta jkun applikabbli u l-valutazzjoni tal-probabbiltà u s-severità tagħhom;

(iii)

il-kontroll operattiv — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u struzzjonijiet għall-operat sikur, inklużi l-manutenzjoni tal-impjant, proċessi u tagħmir, u għall-ġestjoni ta’ allarmi u waqfiet temporanji; filwaqt li titqiws l-informazzjoni disponibbli dwar l-aħjar prassi għall-monitoraġġ u l-kontroll, bl-għan li jitnaqqas ir-riskju li s-sistema ma taħdimx; il-ġestjoni u l-kontroll tar-riskji assoċjati ma' tagħmir li qed jiqdiem installat fl-istabbiliment u l-korrużjoni; inventarju tat-tagħmir, l-istrateġija u l-metodoloġija tal-istabbiliment għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-kundizzjoni tat-tagħmir; azzjonijiet ta' segwitu xierqa u kwalunkwe kontromiżura meħtieġa;

(iv)

il-ġestjoni tal-bidla — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' proċeduri għall-ippjanar ta' modifiki għal, jew id-disinn ta' stallazzjonijiet, proċessi jew faċilitajiet ta' ħażna ġodda;

(v)

l-ippjanar għall-emerġenzi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' proċeduri biex jiġu identifikati emerġenzi prevedibbli permezz ta' analiżi sistematika, biex jitħejjew, jiġu ttestjati u analizzati pjanijiet ta' emerġenza li jilqgħu għal dawn l-emerġenzi u biex jingħata taħriġ speċifiku lill-persunal konċernat. Dan it-taħriġ għandu jingħata lill-persunal kollu li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż il-persunal subkuntrattat rilevanti;

(vi)

l-esekuzzjoni tas-sorveljanza — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-istima kontinwa ta' konformità ma' l-għanijiet stabbiliti bil-MAPP u s-sistema amministrattiva tas-sigurtà tal-operatur, u l-mekkaniżmi għal investigazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Il-proċeduri għandhom ikopru s-sistema tal-operatur biex jiġu rrappurtati inċidenti kbar jew oħrajn li kważi seħħew, partikolarment dawk li jinvolvu nuqqas ta' miżuri protettivi, u l-investigazzjoni u s-segwitu ta' dawn fuq il-bażi tat-tagħlimiet li jkunu nkisbu. Il-proċeduri jistgħu jinkludu wkoll indikaturi ta’ prestazzjoni bħalma huma l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza (SPIs) u/jew indikaturi rilevanti oħra;

(vii)

awditjar u analiżi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-valutazzjoni sistematika regolari tal-MAPP u tal-effikaċja u l-adattabbiltà tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza; l-analiżi ddokumentata tal-prestazzjoni tal-politika u tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-aġġornar tagħha mill-maniġment superjuri, inklużi l-kunsiderazzjoni u l-inkorporazzjoni tat-tibdiliet meħtieġa bl-awditjar u r-rieżami.

ANNESS IV

Data u informazzjoni li jridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' emerġenza imsemmija fl-Artikolu 12

1.

Pjanijiet interni ta’ emerġenza

(a)

L-ismijiet jew il-pożizzjonijiet tal-persuni awtorizzati biex jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ emerġenza u l-persuna responsabbli għall-azzjoni ta’ intervent fis-sit u biex tikkoordinaha;

(b)

L-isem jew il-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-kollegament mal-awtorità responsabbli għall-pjan estern ta’ emerġenza;

(c)

Għal kundizzjonijiet jew avvenimenti prevedibbli li jistgħu jkunu determinati biex jikkawżaw inċident kbir, deskrizzjoni tal-azzjoni li trid tittieħed biex jiġu kkontrollati l-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom, inkluża deskrizzjoni tat-tagħmir tas-sikurezza u r-riżorsi disponibbli;

(d)

Miżuri biex jiġu limitati r-riskji għall-persuni fis-sit inkluż kif għandu jingħata l-allarm u x'azzjonijiet huma mistennija li jiġu osservati mill-persuni meta jirċievu l-allarm;

(e)

Arranġamenti biex tingħata twissija bikrija dwar l-inċident lill-awtorità responsabbli biex tagħti bidu għall-pjan estern ta’ emerġenza, it-tip ta’ informazzjoni li trid tingħata waqt twissija bikrija u miżuri għall-forniment ta’ informazzjoni aktar dettaljata hekk kif din issir disponibbli;

(f)

meta jkun meħtieġ, arranġamenti għal tħarriġ tal-persunal fid-doveri li huma jkunu mistennija li jwettqu u, meta jkun xieraq, il-koordinazzjoni ta’ dan ma’ servizzi ta’ emerġenza lil hinn mis-sit;

(g)

Arranġamenti biex tingħata għajnuna b'azzjoni ta’ mitigazzjoni barra mis-sit.

2.

Pjanijiet esterni ta’ emerġenza;

(a)

L-ismijiet jew il-pożizzjonijiet tal-persuni awtorizzati li jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ emerġenza u tal-persuni awtorizzati biex imexxu u jikkoordinaw il-miżuri ta’ intervent barra mis-sit;

(b)

Arranġamenti biex jitwasslu allarmi bikrija ta’ inċidenti, u proċeduri ta’ allarm u talbiet għall-għajnuna;

(c)

Arranġamenti biex jiġu kkoordinati r-riżorsi meħtieġa biex jiġi implimentat pjan estern ta’ emerġenza;

(d)

Arranġamenti biex tingħata għajnuna b'azzjoni ta’ mitigazzjoni fis-sit;

(e)

Arranġamenti għal azzjoni ta’ mitigazzjoni barra mis-sit, inklużi reazzjonijiet għal xenarji ta’ inċidenti kbar kif stabbilit fir-rapport dwar is-sikurezza u filwaqt li jitqiesu l-effetti domino possibbli, inklużi dawk li jkollhom impatt fuq l-ambjent;

(f)

Arranġamenti biex il-pubbliku u kwalunkwe stabbilimenti jew siti fil-qrib li jaqgħu 'il barra mill-ambitu ta’ dan ir-Regolamenti jiġu pprovduti, skont l-Artikolu 9, b’informazzjoni speċifika dwar l-inċident u l-imġiba li trid tiġi adottata;

(g)

Arranġamenti għall-provvediment ta’ informazzjoni għas-servizzi tal-emerġenza ta’ Stati Membri oħra f'każ ta’ inċident kbir b'konsegwenzi transkonfinali possibbli.

ANNESS V

Punti ta' informazzjoni li jridu jiġu kkomunikati lill-pubbliku kif previst fl-Artikolu 14(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2)

PARTI 1

Għall-istabbilimenti kollha koperti b'din id-Direttiva:

1.

L-isem jew l-isem kummerċjali tal-operatur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat.

2.

Konferma li l-istabbiliment huwa soġġett għar-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li n-notifika msemmija fl-Artikolu 7(1) jew fir-rapport dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 10(1) tkun ġiet ippreżentata lill-awtorità kompetenti.

3.

Spjegazzjoni f'termini sempliċi tal-attività jew l-attivitajiet imwettqa fl-istabbiliment.

4.

L-ismijiet komuni jew, fil-każ tas-sustanzi perikolużi koperti bil-Parti 1 tal-Anness I, l-ismijiet ġeneriċi jew il-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi perikolużi rilevanti involuti fl-istabbiliment li jistgħu jikkawżaw inċident kbir, b’indikazzjoni tal-karatteristiċi perikolużi prinċipali tagħhom f'termini sempliċi.

5.

Informazzjoni ġenerali dwar kif il-pubbliku kkonċernat se jiġi mwissi, jekk ikun meħtieġ; informazzjoni adegwata dwar l-imġiba xierqa f'każ ta’ inċident kbir jew indikazzjoni ta’ fejn dik l-informazzjoni tista' tinstab elettronikament.

6.

Id-data tal-aħħar żjara fis-sit skont l-Artikolu 20(4), jew referenza għal fejn dik l-informazzjoni tista' tinstab elettronikament; informazzjoni dwar fejn informazzjoni aktar dettaljata dwar l-ispezzjoni u l-pjan ta’ spezzjoni relatat tista' tinkiseb fuq talba, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22.

7.

Dettalji dwar minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni rilevanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 22.

PARTI 2

Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness:

1.

Informazzjoni ġenerali dwar in-natura tal-perikli ta’ inċidenti kbar, fosthom l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa umana u l-ambjent u dettalji fil-qosor dwar it-tipi ewlenin ta’ xenarji ta’ inċidenti kbar u l-miżuri ta’ kontroll biex jindirizzawhom.

2.

Konferma li l-operatur huwa meħtieġ jagħmel arranġamenti adegwati fis-sit, partikolarment il-kollegament mas-servizzi tal-emerġenza, biex jiġu ttrattati inċidenti kbar u jitnaqqsu l-effetti tagħhom kemm jista' jkun.

3.

Informazzjoni xierqa mill-pjan estern ta’ emerġenza li tinġabar biex jiġi ttrattat kwalunkwe effett minn inċident barra mis-sit. Din għandha tinkludi parir biex ikun hemm kooperazzjoni ma’ kwalunkwe struzzjonijiet jew talbiet mis-servizzi tal-emerġenza waqt inċident.

4.

Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk l-istabbiliment huwiex qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor bil-possibbiltà ta’ inċident kbir b'effetti transkonfinali skont il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Effetti Transkonfinali tal-Inċidenti Industrijali.

ANNESS VI

Kriterji għan-notifika ta' inċident kbir lill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 18(1)

I.   Kwalunkwe inċident kbir kopert bil-paragrafu 1 jew li jkollu minn tal-lanqas waħda mill-konsegwenzi deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni.

1.   Sustanzi perikolużi involuti

Kwalunkwe nar jew splużjoni jew skariku aċċidentali ta’ sustanza perikoluża li tinvolvi kwantità ta’ mill-anqas 5 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-Kolonna 3 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 3 tal-il-Parti 2 tal-Anness I.

2.   Korriment ta’ persuni u ħsara għall-proprjetà;

(a)

mewt;

(b)

sitt persuni korruti fl-istabbiliment u jinżammu fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;

(c)

persuna waħda barra l-istabbiliment tinżamm fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;

(d)

abitazzjoni(jiet) barra l-istabbiliment li ssirilha(hom) ħsara u ma tkunx/jkunux tista'/jistgħu tintuża/jintużaw iżjed minħabba l-inċident;

(e)

l-evakwazzjoni jew l-għeluq ta’ persuni għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa mill-anqas 500;

(f)

l-interruzzjoni tas-servizzi tal-ilma tajjeb għax-xorb, tal-elettriku, tal-gass jew tat-telefon għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa tal-anqas 1 000.

3.   Ħsara immedjata għall-ambjent

(a)

Ħsara permanenti jew għal żmien twil għall-ħabitats terrestri:

(i)

0,5 ettari jew aktar ta’ ħabitat ta’ importanza ambjentali jew ta’ valur ta’ konservazzjoni li huwa protett bil-liġi;

(ii)

10 ettari jew aktar ta’ ħabitat li huwa aktar mifrux, inkluża art agrikola;

(b)

ħsara sinifikanti jew ta’ perjodu twil għall-ħabitats tal-ilma ġieri u tal-baħar:

(i)

10 km jew aktar ta’ xmara jew kanal;

(ii)

ettaru (1) jew aktar ta’ lag jew għadira;

(iii)

2 ettari jew aktar ta’ delta;

(iv)

2 ettari jew aktar ta’ kosta jew baħar miftuħ;

(c)

ħsara sinifikanti għall-akkwifer jew l-ilma taħt l-art:

ettaru (1) jew aktar.

4.   Ħsara għall-proprjetà:

(a)

ħsara għall-proprjetà fl-istabbiliment: mill-anqas EUR 2 000 000;

(b)

ħsara għall-proprjetà barra l-istabbiliment: mill-anqas EUR 500 000.

5.   Ħsara transkonfinali

Kwalunkwe inċident kbir li jinvolvi direttament sustanza perikoluża li tikkawża effetti barra t-territorju tal-Istat Membru konċernat.

II.   Inċidenti jew inċidenti ’li kważi seħħew’ li l-Istati Membri jqisu bħala li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom u li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi ta’ hawn fuq għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

ANNESS VII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 96/82/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(12)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(14)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(15)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(16)

Artikolu 3(2) sa(7), l-Artikolu 3(11) u (12) u l-Artikolu 3(17) sa (19)

Artikolu 4

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (f) u (h)

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g) u Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 6(2)(a)-(g)

Artikolu 7(1), il-punti (a) sa (g)

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7(4), il-punti (a) sa (c)

Artikolu 7(4), il-punt (d)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2) il-punti (a) u (b)

Artikolu 7(1a)

Artikolu 8(2), il-punt (a)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(5)

Artikolu 7(3)

Artikolu8 (3)

Artikolu 8(4)

Artikolu (8)(5)

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 9(1) u 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 10(6)

Artikolu 9(5)

Artikolu 10(5)

Artikolu 9(6)

Artikolu 10(4)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 12(1), il-punti (a) u (b) u l-Artikolu 12(2)

Artikolu 11(1), il-punt (c)

Artikolu 12(1), il-punt (c)

Artikolu 11(2)

Artikolu 12(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 12(4) u (5)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(4a)

Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 12(7)

Artikolu 11(6)

Artikolu 12(8)

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 12(1a)

Artikolu 12(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u Artikolu 14(2), t-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tielet sentenzi

Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 14(1)

Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 14(1), it-tieni sentenza

Artikolu 13(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 13(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 14(2), il-punt (b)

Artikolu 13(4), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 22(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 13(5)

Artikolu 15(1)

Artikolu 13(6)

Artikolu 14(2), il-punt (c)

Artikolu 15(2) sa (7)

Artikolu 14(1)

Artikolu 16

Artikolu 14(2)

Artikolu 17

Artikolu 15(1), il-punti (a) sa (d)

Artikolu 18(1), il-punti (a) sa (d) u l-Artikolu 18(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(1), il-punt (e) u l-Artikolu 18(3)

Artikolu 15(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(3)

Artikolu 18(4)

Artikolu 16

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2) u (3)

Artikolu 17

Artikolu 19

Artikolu 18(1)

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 18(2), il-punt (a)

Artikolu 20(4)

Artikolu 18(2), il-punti (b) u (c)

Artikolu 20(7)

Artikolu 18(3)

Artikolu 20(11)

Artikolu 20(3),(5),(6), (8), (9) u (10)

Artikolu 19(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 19(1a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(1a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(4)

Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(6)

Artikolu 19(3)

Artikolu 21(7)

Artikolu 21(5)

Artikolu 19(4)

Artikolu 21(2)

Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22(1)

Artikolu 20(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 22(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 21(1)

Artikolu 25

Artikolu 21(2)

Artikolu 21(5)

Artikolu 22

Artikolu 27

Artikolu 23

Artikolu 32

Artikolu 24

Artikolu 31

Artikolu 25

Artikolu 33

Artikolu 26

Artikolu 34

Artikolu 26 u Artikoli 28 sa 30

Anness I, paragrafi introduttorji

Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 1 sa 5

Anness I, noti għal Anness I, noti 1 sa 3

Anness I, Introduzzjoni, paragrafi 6 sa 7

Anness I, Parti 1

Anness I, Part 2

Anness I, Parti1, noti għall-Parti 1, Noti 1 sa 6

Anness I, noti għal Anness I, noti 13 sa 18

Anness I, Parti 1, noti għall-Parti 1, Nota 7

Anness I, noti għal Anness I, Nota 20

Anness I, noti għal Anness I, Nota 7

Anness I, Parti 2

Anness I, Part 1

Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 1

Anness I, noti għal Anness I, noti 1 u 5 u 6

Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 2

Anness I, noti għal Anness I, noti 8 sa 10

Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 3

Anness I, noti għal Anness I, noti 11.1, 11.2 u 12

Anness I, Parti 2, noti għall-Parti 2, nota 4

Anness I, noti għal Anness I, Nota 4

Anness II, partijiet I sa III

Anness II, punti (1) sa (3)

Anness II, parti IV, punt A

Anness II, punt 4(a)

Anness II, punt 4(a), entrati (i) sa (iii)

Anness II, parti IV, punt B

Anness II, punt 4(b)

Anness II, punt 4(c)

Anness II, parti IV, punt C

Anness II, punt 4(d)

Anness II, parti V, punti A sa C

Anness II, punt 5 (a) sa (c)

Anness II, parti V, punt D

Anness II, 5(d)

Anness III, paragrafu ta’ introduzzjoni u punti (a) sa (b)

Anness III, paragrafu ta’ introduzzjoni u punt (a)

Artikolu 8(1) u (5)

Anness III, punt (c), entrati (i) sa (iv)

Anness III punt (b), entrati (i)sa (iv)

Anness III, punt (c), entrati (v) sa (vii)

Anness III punt (b), entrati (v)sa (vii)

Anness IV

Anness IV

Anness V, punt 1

Anness V, Parti 1, punt 1

Anness V, punt 2

Anness V, punti 3 sa 5

Anness V, Parti 1, punti 2 sa 4

Anness V, punt 6

Anness V, Parti 2, punt 1

Anness V, punti 7 sa 8

Anness V, Parti 1, punt 5

Anness V, Parti 1, punt 6

Anness V, punti 9-10

Anness V, Parti 2, punti 2-3

Anness V, punt 11

Anness V, Parti 1, punt 7

Anness V, Parti 2, punt 4

Anness VI, I

Anness VI, Parti I

Anness VI, II

Anness VI, Parti II

Anness VII


24.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/38


DIRETTIVA 2012/19/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) għandhom isirulha għadd ta’ bidliet sostanzjali (4). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi rriformulata.

(2)

L-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Unjoni huma, b'mod partikolari, li jippreservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-ambjent, jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u jutilizzaw riżorsi naturali b'mod prudenti u raġonevoli. Dik il-politika hija bbażata fuq il-prinċipju prekawzjonali u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li ħsara ambjentali għandha bħala prijorità tiġi rrettifikata fis-sors, u li min iniġġes għandu jħallas.

(3)

Il-programm Komunitarju ta’ politika u azzjoni relattivament għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli (Il-ħames programm ta’ azzjoni ambjentali) (5) afferma li l-ksib ta’ żvilupp sostenibbli jitlob bdil sinifikanti f'mudelli attwali ta’ żvilupp, produzzjoni, konsum u mġiba u jiffavorixxi, fost l-oħrajn, it-tnaqqis ta’ konsum ħali ta’ riżorsi naturali u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Huwa rrifera għall-WEEE bħala wieħed mill-oqsma fil-mira li għandhom jiġu rregolati, fid-dawl tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prevenzjoni, irkupru u rimi sikur tal-iskart.

(4)

Din id-Direttiva tissupplimenta l-leġiżlazzjoni ġenerali tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart, bħal pereżempju d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (6). Hija tirriferi għad-definizzjonijiet f'dik id-Direttiva, inklużi d-definizzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart u l-iskart ġenerali. Id-definizzjoni ta’ ġbir fid-Direttiva 2008/98/KE tinkludi s-separazzjoni preliminari u l-ħżin preliminari tal-iskart għal skopijiet ta’ trasport lejn faċilità ta’ trattament tal-iskart. Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti relatati mal-enerġija u tippermetti l-adozzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jistgħu jkunu koperti wkoll b'din id-Direttiva. Id-Direttiva 2009/125/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-iskart. Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (8) tesiġi s-sostituzzjoni ta’ sustanzi projbiti fir-rigward tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) kollu fi ħdan l-ambitu tagħha.

(5)

Hekk kif is-suq qed ikompli jespandi u ċ-ċikli ta’ innovazzjoni qegħdin isiru saħansitra aktar qosra, il-bdil tat-tagħmir qed jaċċelera, u dan qed jagħmel mill-iskart EEE sors ta’ skart li qed jikber b'rata mgħaġġla. Filwaqt li d-Direttiva 2002/95/KE ikkontribwixxiet b'mod effettiv għat-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi f'EEE ġdid, sustanzi perikolużi bħall-merkurju, il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju eżavalenti u l-bifenili poliklorinati (PCBs) u sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu xorta se jibqgħu preżenti fil-WEEE għal ħafna snin. Il-kontentut ta’ sustanzi perikolużi f'EEE huwa ta’ tħassib ewlieni waqt il-fażi ta’ ġestjoni tal-iskart tal-WEEE u r-riċiklaġġ tal-WEEE ma jsirx sa limitu suffiċjenti. Nuqqas ta’ riċiklaġġ jirriżulta fit-telf ta’ riżorsi prezzjużi.

(6)

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli bil-prevenzjoni ta’ skart WEEE bħala l-prijorità ewlenija, u barra dan, bl-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ skart ta’ dan it-tip sabiex tnaqqas ir-rimi ta’ skart u tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-irkupru ta’ materja prima sekondarja prezzjuża. Tfittex ukoll li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ EEE, pereżempju l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi u b'mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ skart WEEE. B'mod partikolari, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal differenzi sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq l-operaturi ekonomiċi. Linji politiċi nazzjonali differenti dwar il-ġestjoni tal-WEEE jfixklu l-effikaċja tal-politika ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu stipulati fil-livell tal-Unjoni u għandhom jiġu żviluppati standards minimi għat-trattament tal-WEEE.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għal prodotti u produtturi irrispettivament mit-teknika ta’ bejgħ, inkluż bejgħ mill-bogħod u elettroniku. F'dan il-każ, l-obbligazzjonijiet ta’ produtturi u distributuri li qed jużaw mezzi ta’ bejgħ mill-bogħod u elettroniċi għandhom, safejn ikun prattikabbli, jieħdu l-istess forma, u għandhom jiġu infurzati bl-istess mod bħal mezzi ta’ distribuzzjoni oħra, sabiex jiġi evitat li dawk il-mezzi oħra ta’ distribuzzjoni jkollhom iġarrbu l-ispejjeż li jirriżultaw minn din id-Direttiva ġejjin minn WEEE li t-tagħmir tiegħu nbiegħ permezz ta’ bejgħ mill-bogħod jew elettroniku.

(8)

Sabiex jissodisfa l-obbligi taħt din id-Direttiva fi Stat Membru partikolari, produttur għandu jkun stabbilit f'dak l-Istat Membru. Bħala eċċezzjoni, sabiex inaqqsu l-barrieri eżistenti għall-funzjonament korrett tas-suq intern u l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-produtturi li mhumiex stabbiliti fit-territorju tagħhom, iżda li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor, li jaħtru rappreżentant awtorizzat li jkun responsabbli sabiex jissodisfa l-obbligi ta’ dak il-produttur taħt din id-Direttiva. Barra minn hekk, il-piżijiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu billi l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u rappurtar jiġu ssimplifikati u billi jiġi żgurat li ma jitħallsux ħlasijiet doppji għar-reġistrazzjonijiet fi ħdan l-Istati Membri.

(9)

Din id-Direttiva għandha tkopri l-EEE kollu użat minn konsumaturi u EEE maħsub għall-użu professjonali. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ saħħa li jipproteġu l-atturi kollha f'kuntatt ma’ WEEE kif ukoll leġiżlazzjoni dwar ġestjoni ta’ skart speċifiku Komunitarju, b'mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (9), u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-disinn ta’ prodotti, b'mod partikolari d-Direttiva 2009/125/KE. Il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir u s-sustanzi għat-tkessiħ tal-iskart, it-taħlitiet u l-komponenti tagħhom, għandha tkun f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (10) u Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (11). L-objettivi ta’ din id-Direttiva jistgħu jinkisbu mingħajr ma jkunu inklużi installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira bħal pjattaformi taż-żejt, sistemi għat-trasport tal-bagalji fl-ajruporti jew liftijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Madankollu, kull tagħmir li mhuwiex iddisinjat u installat speċifikament bħala parti minn dawk l-installazzjonijiet, u li jista' jissodisfa l-funzjoni tiegħu anki jekk ma jkunx parti minn dawk l-installazzjonijiet, għandu jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan jirriferi pereżempju għal tagħmir bħal tagħmir ta’ tidwil jew pannelli fotovoltajċi.

(10)

Huwa neċessarju li jiġu inklużi għadd ta’ definizzjonijiet f'din id-Direttiva sabiex jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Madankollu, fil-qafas ta’ reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, id-definizzjoni ta’ EEE għandha tkompli tiġi ċċarata sabiex il-miżuri nazzjonali rilevanti u attwali applikati u l-prassi stabbilita bħalissa fl-Istati Membri jitqarrbu flimkien.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta’ WEEE għandhom ikunu stabbiliti fil-qafas tal-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE. Sabiex jiġu ottimizzati l-użu mill-ġdid u l-irkupru permezz tad-disinn tal-prodott, għandu jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-prodott.

(12)

It-twaqqif, permezz ta’ din id-Direttiva, ta’ responsabbiltà tal-produttur huwa wieħed mill-mezzi li jinkoraġġixxu disinn u produzzjoni ta’ EEE li jqisu b'mod sħiħ u jiffaċilitaw it-tiswija, it-titjib possibbli, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tiegħu.

(13)

Sabiex jiggarantixxu s-sikurezza u s-saħħa tal-persunal tad-distributuri li jieħdu lura l-WEEE u li huma involuti fil-ġestjoni tiegħu, l-Istati Membri għandhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tas-saħħa, jiddeterminaw il-kundizzjonijiet meta d-distributuri jistgħu jirrifjutaw it-teħid lura.

(14)

Il-ġbir separat huwa kundizzjoni ddeterminata minn qabel sabiex jiġi żgurat it-trattament speċifiku u r-riċiklaġġ tal-WEEE, u huwa meħtieġ biex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fl-Unjoni. Il-konsumaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għas-suċċess ta’ dan it-tip ta’ ġbir u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, faċilitajiet konvenjenti għandhom jitwaqqfu għar-ritorn tal-WEEE, inklużi punti pubbliċi ta’ ġbir, fejn djar privati għandhom ikunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas. Id-distributuri għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għas-suċess tal-ġbir tal-WEEE. Għalhekk, il-punti ta’ ġbir stabbiliti fi ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut għal WEEE żgħir ħafna ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni jew ta’ permessi tad-Direttiva 2008/98/KE.

(15)

Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni u tal-għanijiet ambjentali armonizzati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom ikunu meħtieġa jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE, b'mod partikolari għal tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra flworinati, minħabba l-impatt qawwi li għandhom fuq l-ambjent u fid-dawl tal-obbligi fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 u. Id-data inkluża fl-istima tal-impatt magħmula mill-Kummissjoni fl-2008 turi li 65 % tal-EEE mqiegħed fis-suq, kien diġà qiegħed jinġabar separatament dak iż-żmien, iżda aktar min-nofsu kien potenzjalment l-oġġett ta’ trattament mhux xieraq u esportazzjoni illegali, u, anki meta jiġi trattat kif meħtieġ, dan ma jiġix rappurtat. Dan iwassal għal nuqqas importanti ta’ materja prima sekondarja, degradazzjoni ambjentali, u għoti ta’ dejta inkonsistenti. Sabiex dan jiġi evitat jenħtieġ li titwaqqaf mira ta’ ġbir ambizzjuża u, sabiex jiġi żgurat li l-WEEE miġbur jiġi trattat b'mod ambjentalment korrett u jiġi rappurtat b'mod korrett. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għal vjeġġi ta’ skart ta’ EEE użat issuspettat li kien WEEE, li bl-applikazzjoni tagħhom l-Istati Membri jistgħu iqisu kwalunkwe Linji Gwida rilevanti tal-Korrispondenti mfassla fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (12). Dawn ir-rekwiżiti minimi fi kwalunkwe każ għandu jkollhom l-iskop li jevitaw vjeġġi mhux mixtieqa ta’ EEE mhux funzjonali lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw.

(16)

L-iffissar ta’ miri ta’ ġbir ambizzjużi għandu jkun ibbażat fuq l-ammont ta’ WEEE ġġenerat fejn jingħata kont xieraq taċ-ċikli ta’ ħajja differenti tal-prodotti fl-Istati Membri, ta’ swieq mhux saturati u ta’ EEE b'ċiklu ta’ ħajja twil. Għalhekk, għandha tiġi żviluppata fil-futur qrib metodoloġija għall-kalkolu tar-rati tal-ġbir ibbażata fuq il-WEEE ġġenerat. Skont l-istimi attwali, rata ta’ ġbir ta’ 85 % ta’ WEEE ġġenerat hija ftit jew wisq ekwivalenti għal rata ta’ ġbir ta’ 65 % tal-piż medju ta’ EEE mqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti.

(17)

It-trattament speċifiku għall-WEEE huwa indispensabbli sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ inkwinanti fil-materjal riċiklat jew fil-fluss ta’ skart. Tali trattament huwa l-mezz l-aktar effettiv biex tiġi żgurata konformità mal-livell magħżul ta’ protezzjoni tal-ambjent tal-Unjoni. Kwalunkwe stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir, riċiklaġġ u trattament għandha tikkonforma ma’ standards minimi li jipprevjenu impatti ambjentali negattivi assoċjati mat-trattament tal-WEEE. Għandha tintuża l-aqwa teknika ta’ trattament, irkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli sakemm din tiżgura s-saħħa tal-bniedem u livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. L-aqwa teknika ta’ trattament, ta’ rkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli tista' tkun iddefinita aktar skont il-proċeduri tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (13).

(18)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji Emerġenti u Identifikati Riċentement, fl-opinjoni tiegħu dwar “L-istima tar-Riskju tal-Prodotti tan-Nanoteknoloġija” tad-19 ta’ Jannar 2009, iddikjara li l-esponiment għal nanomaterjali li huma integrati sew fi strutturi kbar, pereżempju f'ċirkwiti elettroniċi, jista' jseħħ fil-fażi tar-rimi jew tar-riċiklaġġ tal-iskart. Biex jiġu kkontrollati r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mit-trattament tal-WEEE li fih nanomaterjali, huwa xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta jekk huwiex meħtieġ trattament speċifiku.

(19)

Il-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-WEEE kif ukoll il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tiegħu għandhom isiru abbażi ta’ approċċ li jimmira lejn il-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u l-konservazzjoni tal-materja prima u għandhom jimmiraw lejn ir-riċiklaġġ ta’ riżorsi prezzjużi kontenuti fl-EEE bil-għan li tiġi ggarantita provvista aħjar ta’ prodotti fl-Unjoni.

(20)

Fejn xieraq, għandha tingħata prijorità għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-WEEE u l-komponenti tiegħu, is-submuntaturi u l-oġġetti tal-konsum. Fejn dan mhuwiex preferibbli, il-WEEE kollu miġbur separatament għandu jintbagħat għall-irkupru, u tul dan il-proċess għandu jinkiseb livell għoli ta’ riċiklaġġ u rkupru. Barra dan, il-produtturi għandhom jiġu inkoraġġuti biex jintegraw materjal riċiklat f'tagħmir ġdid.

(21)

L-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ WEEE għandhom jitqiesu li laħqu l-miri stabbiliti f'din id-Direttiva biss jekk dak l-irkupru, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew riċiklaġġ ma jmorrux kontra leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għat-tagħmir. Il-garanzija ta’ preparazzjoni adegwata għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-WEEE huwa ta’ importanza sabiex tiġi żgurata ġestjoni għaqlija tar-riżorsi u dan jottimizza l-provvista tar-riżorsi.

(22)

Prinċipji bażiċi rigward il-finanzjament ta’ ġestjoni tal-WEEE għandhom jitfasslu fil-livell tal-Unjoni u skemi ta’ finanzjament għandhom jikkontribwixxu għal rati għoljin ta’ ġbir kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur.

(23)

L-utenti ta’ EEE minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom jiffinanzjaw tal-anqas il-ġbir u t-trattament, l-irkupru u r-rimi tal-WEEE. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jieħdu r-responsabbiltà sħiħa għall-ġbir tal-WEEE b'mod partikolari billi jiffinanzjaw il-ġbir tal-WEEE tul il-katina tal-iskart kollha, inkluż minn djar privati, sabiex jevitaw li l-WEEE li jinġabar separatament isir l-oġġett ta’ trattament substandard kif ukoll l-esportazzjoni illegali, biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd billi l-finanzjament tal-produtturi jiġi armonizzat madwar l-Unjoni kollha u, sabiex il-ħlas għall-ġbir ta’ dan l-iskart ma jibqax isir minn dawk li jħallsu t-taxxa iżda mill-konsumaturi tal-EEE u sabiex il-finanzjament ikun konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jkun jista' jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il-produtturi kollha eżistenti fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha li jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi ma għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi ta’ prodotti speċjalizzati (niche) u ta’ volumi żgħar, importaturi u dawk li jidħlu ġodda. Skemi kollettivi jistgħu jipprovdu miżati differenzjati abbażi ta’ kemm ikun faċli biex jiġu riċiklati l-prodotti u l-varjetà ta’ materja sekondarja prezzjuża li jkun fihom. Fil-każ ta’ prodotti li għandhom ħajja twila, u li issa huma koperti minn din id-Direttiva, bħal pannelli fotovoltajċi, għandu jsir l-aħjar użu possibbli tas-sistemi eżistenti għall-ġbir u r-riċiklaġġ, ġaladarba r-rekwiżiti korrispondenti għal din id-Direttiva jiġu rispettati.

(24)

Jista' jkun permess għall-produtturi li juru lix-xerrejja, fuq bażi volontarja, waqt il-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, trattament u rimi tal-WEEE b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dan huwa konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Produzzjoni u Konsum Sostenibbli u Pjan ta’ Azzjoni ta’ Politika Industrijali Sostenibbli b'mod partikolari fir-rigward ta’ konsum aktar intelliġenti u akkwist pubbliku ekoloġiku.

(25)

Tagħrif lill-utenti dwar il-ħtieġa li l-WEEE ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex il-WEEE jinġabar b'mod separat, u dwar is-sistemi ta’ ġbir u r-rwol tagħhom fil-ġestjoni tal-WEEE, huwa indispensabbli għas-suċċess tal-ġbir tal-WEEE. Dan it-tip ta’ tagħrif jeħtieġ l-immarkar kif suppost ta’ EEE li jista' jispiċċa f'laned taż-żibel jew mezzi simili ta’ ġbir ta’ skart muniċipali.

(26)

Tagħrif dwar l-identifikazzjoni ta’ komponenti u materjali li għandu jiġi pprovdut minn produtturi huwa importanti biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni, u b'mod partikolari t-trattament u l-irkupru jew ir-riċiklaġġ tal-WEEE.

(27)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura ta’ ispezzjoni u monitoraġġ tippermetti l-verifika tal-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva, wara li jikkunsidraw, inter alia, ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 li tipprovdi għal kriterji minimi għal ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (14).

(28)

L-Istati Membri għandhom jipprevedu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi li għandhom jiġu imposti fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart, fejn dawn jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jieħdu azzjoni biex jirkupraw l-ispejjeż tan-nuqqas ta’ konformità u l-miżuri ta’ rimedju, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (15).

(29)

Tagħrif dwar il-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq fl-Unjoni u r-rati ta’ ġbir, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, inkluż safejn ikun possibbli preparazzjoni għal użu mill-ġdid ta’ tagħmir sħiħ, irkupru jew riċiklaġġ u esportazzjoni tal-WEEE miġbura skont din id-Direttiva huwa meħtieġ sabiex jiġi mmonitorjat il-ksib tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rati ta’ ġbir, għandha tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-EEE biex jiġi żgurat, inter alia, jekk dan it-terminu jinkludix il-piż reali tat-tagħmir kollu fl-għamla li fih jitqiegħed fis-suq, inklużi l-komponenti, is-submontaturi, l-aċċessorji u l-oġġetti tal-konsum kollha iżda esklużi l-imballaġġ, il-batteriji, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-manwali.

(30)

Huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati, sakemm jintlaħqu rekwiżiti partikolari.

(31)

Sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet iffaċċati mill-Istati Membri fil-ksib tar-rati ta’ ġbir, biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku u biex jiġu ssupplimentati id-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-miri ta’ rkupru, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ aġġustamenti transitorji għal ċerti Stati Membri, adattament għall-progress tekniku u xjentifiku u l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati dwar WEEE esportat barra mill-Unjoni li jgħodd għall-ksib tal-miri ta’ rkupru. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal l-atti delegati, għadha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(32)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (16).

(33)

L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi ta’ qabel. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jiġu trasposti ġej mid-Direttivi ta’ qabel.

(34)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (17), l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li jehmżu, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom ma’ dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ Direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn in-dokumenti hija ġustifikata.

(35)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XI.

(36)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala tal-problema, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali mill-użu ta’ riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f'dan it-tip ta’ użu skont l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, u b'hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) kif ġej:

(a)

mit-13 ta’ Awwissu 2012 sal-14 ta’ Awwissu 2018 (perjodu tranżizzjonali), soġġett għall-paragrafu 3, għal EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness I. L-Anness II fih lista indikattiva ta’ EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness I;

(b)

mill-15 ta’ Awwissu 2018, suġġett għall-paragrafi 3 u 4, għall-EEE kollu. L-EEE kollu għandu jkun ikklassifikat fi ħdan il-kategoriji stabbiliti fl-Anness III. L-Anness IV fih lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqa' fil-kategoriji elenkati fl-Anness III (ambitu mhux ristrett).

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa, dwar il-kimika, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (18), kif ukoll tal-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika dwar il-ġestjoni tal-iskart jew id-disinn ta’ prodotti.

3.   Din id-Direttiva ma għandha tapplika għall-ebda wieħed mill-EEE li ġej:

(a)

tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;

(b)

tagħmir li huwa ddisinjat u installat speċifikament bħala parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li huwa eskluż jew ma jaqax taħt l-ambitu ta’ din id-Direttiva u li jista' jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir;

(c)

bozoz bil-filament.

4.   Flimkien mat-tagħmir speċifikat fil-paragrafu 3, mill-15 ta’ Awwissu 2018, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-EEE li ġej:

(a)

tagħmir iddisinjat biex jintbagħat fl-ispazju;

(b)

għodod industrijali fissi ta’ skala kbira;

(c)

installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira, minbarra kwalunkwe tagħmir li mhuwiex speċifikament iddisinjat u installat bħala parti minn dawk l-installazzjonijiet;

(d)

mezzi tat-trasport għal persuni u merkanzija, esklużi vetturi elettriċi b'żewġ roti li mhumiex tat-tip approvat;

(e)

makkinarju mobbli mhux tat-triq esklussivament disponibbli għall-użu professjonali;

(f)

tagħmir iddisinjat speċifikament esklussivament għall-finijiet ta’ riċerka u żvilupp li huwa disponibbli biss fuq bażi minn negozju għal negozju ieħor;

(g)

apparat mediku u apparat mediku djanjostiku in vitro, fejn dan l-apparat ikun mistenni li jkun infettiv qabel tmiem il-ħajja tiegħu, u apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat.

5.   Mhux aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inklużi l-parametri għad-distinzjoni bejn tagħmir kbir u żgħir fl-Anness III, u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk adatt.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” tfisser tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi biex jaħdem b'mod adatt u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet ta’ dan it-tip u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1 000 volt għal kurrent alternanti u 1 500 volt għal kurrent dirett;

(b)

“għodod industrijali weqfin ta’ skala kbira” tfisser montatura ta’ daqs kbir ta’ magni, tagħmir, u/jew komponenti, li jaħdmu flimkien għal applikazzjoni speċifika, installati permanentement u disinstallati minn nies professjonisti f'post partikolari, u użati minn nies professjonisti kif ukoll li fuqhom issir manutenzjoni minn nies professjonisti f'faċilità tal-manifattura industrijali jew faċilità għar-riċerka u l-iżvilupp;

(c)

“installazzjonijiet fissi ta’ skala kbira” tfisser il-kombinazzjoni ta’ daqs kbir ta’ diversi tipi ta’ tagħmir u, fejn adatt, apparat ieħor, li:

(i)

jiġi mmuntat, installat u disinstallat minn nies professjonisti;

(ii)

huwa maħsub għall-użu permanenti bħala parti minn bini jew struttura f'post predefinit u apposta; u

(iii)

jista' jiġi ssostitwit biss mill-istess tagħmir imfassal b'mod speċifiku;

(d)

“makkinarju mobbli mhux tat-triq” tfisser makkinarju, attrezzat b'sors tal-enerġija, li t-tħaddim tiegħu jkun jeħtieġ jew mobbiltà jew moviment kontinwu jew semi-kontinwu bejn suċċessjoni ta’ postijiet ta’ ħidma fissi waqt li jkun qiegħed jaħdem;

(e)

“skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jew “WEEE” tfisser tagħmir elettriku jew elettroniku li huwa skart fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti kollha, is-submontaturi u l-oġġetti tal-konsum li huma parti mill-prodott fil-waqt li jintrema;

(f)

“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż komunikazzjoni mill-bogħod fis-sens tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward kuntratti li jsiru mill-bogħod (19):

(i)

li hi stabbilita fi Stat Membru u li timmanifattura EEE f'isimha stess jew f'isem it-trademark tagħha, jew għandha EEE ddisinjat jew immanifatturat u tikkumerċjalizzah f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(ii)

li hi stabbilita fi Stat Membru u li terġa' tbigħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha stess, tagħmir prodott minn fornituri oħrajn, fejn wieħed li jbigħ mill-ġdid ma jitqiesx bħala l-“produttur” jekk id-ditta tal-produttur tidher fuq it-tagħmir, kif stipulat fil-punt (i);

(iii)

li hija stabbilita fi Stat Membru u li tqiegħed fis-suq ta’ dak l-Istat Membru, fuq bażi professjonali, EEE minn pajjiż terz jew minn Stat Membru ieħor; jew

(iv)

li tbigħ EEE permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza direttament lid-djar jew lill-utenti privati, minbarra d-djar privati, fi Stat Membru, u li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f'xi pajjiż terz.

Kull min jipprovdi esklussivament finanzjament fil-qafas ta’ jew skont kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament ma għandux jitqies bħala “produttur” għajr jekk huwa wkoll jaġixxi bħala produttur fis-sens tal-punti (i) sa (iv);

(g)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li jagħmel EEE disponibbli fis-suq. Din id-definizzjoni ta’ tipprevenix lil distributur milli jkun, fl-istess ħin, produttur fis-sens tal-punt (f);

(h)

“WEEE minn djar privati” tfisser WEEE li jiġi minn djar privati u WEEE li jiġi minn sorsi kummerċjali, industrijali, istituzzjonali u sorsi oħra li, minħabba fin-natura u l-kwantità tagħhom, huma simili għal dawk minn djar privati. Skart minn EEE li x'aktarx jintuża kemm minn djar kif ukoll minn utenti privati minbarra djar privati għandu fi kwalunkwe każ jitqies bħala WEEE minn djar privati;

(i)

“ftehim ta’ finanzjament” tfisser kull self, kiri b'self, kiri jew ftehim jew arranġament ta’ bejgħ iddiferit li għandu x'jaqsam ma’ kwalunkwe tagħmir kemm jekk it-termini ta’ dak il-ftehim jew l-arranġament, jew xi ftehim jew arranġament kollaterali, jipprovdu li trasferiment ta’ sjieda ta’ dak it-tagħmir se jseħħ jew jista' jseħħ, u kemm jekk le;

(j)

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(k)

“tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru fuq bażi professjonali;

(l)

“tneħħija” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku jew metallurġiku bir-riżultat li sustanzi, taħlitiet u komponenti perikolużi jkunu kontentuti fi fluss identifikabbli jew ikunu parti identifikabbli minn fluss fil-proċess ta’ trattament. Sustanza, taħlita jew komponent huma identifikabbli jekk jistgħu jiġu mmonitorjati biex jiġi vverifikat jekk it-trattament huwiex sikur għall-ambjent;

(m)

“apparat mediku” tfisser apparat jew aċċessorju mediku fis-sens tal-punti (a) jew (b), tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (20) li jikkostitwixxi EEE;

(n)

“apparat mediku djanjostiku in vitro” tfisser apparat jew aċċessorju djanjostiku in vitro fis-sens ta', rispettivament, il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (21) li huwa EEE;

(o)

“apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat” tfisser apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/385/KEE tal- 20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem (22) u li huwa EEE.

2.   Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “skart perikoluż”, “ġbir”, “ġbir separat”, “prevenzjoni”, “użu mill-ġdid”, “trattament”, “irkupru”, “preparazzjoni għal użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ” u “rimi”, u li jinsabu fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

Artikolu 4

Id-disinn tal-prodott

L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-funzjonament korrett tas-suq intern u dwar id-disinn tal-prodott, inkluża d-Direttiva 2009/125/KE, jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-produtturi u dawk li jirriċiklaw u miżuri li jippromwovu d-disinn u l-produzzjoni ta’ EEE, notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċiliaw l-użu mill-ġdid u t-trattament tal-WEEE stabbiliti fil-qafas tad-Direttiva 2009/125/KE jiġu applikati u produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ manifattura ta’ dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza.

Artikolu 5

Ġbir separat

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE f'forma ta’ skart muniċipali mhux isseparat, biex jiġi żgurat it-trattament korrett tal-WEEE kollu miġbur u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE, notevolment, u bħala prijorità, għal tagħmir ta’ tkessiħ u ffriżar li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra flworinati, għal bozoz li għandhom il-merkurju, pannelli fotovoltajċi u tagħmir żgħir kif imsemmi fil-kategoriji 5 u 6 tal-Anness III.

2.   Għall-WEEE minn djar privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

jitwaqqfu sistemi li jippermettu li d-detenturi finali u distributuri jirritornaw skart ta’ dan it-tip għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir, filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni;

(b)

meta jipprovdu prodott ġdid, id-distributuri huma responsabbli li jiżguraw li skart ta’ dan it-tip jista' jiġi rritornat lid-distributur għall-inqas mingħajr ħlas fuq bażi ta’ wieħed għal wieħed sakemm it-tagħmir ikun ta’ tip ekwivalenti u jkollu l-istess funzjonijiet tat-tagħmir ipprovvdut. L-Istati Membru jistgħu jidderogaw minn din id-dispożizzjoni sakemm jiżguraw li r-ritorn tal-WEEE ma jsirx permezz ta’ dan aktar diffiċli għad-detentur finali u li jibqa' mingħajr ħlas għad-detentur finali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan;

(c)

id-distributuri jipprovdu għall-ġbir, fil-ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut b'żoni ta’ bejgħ relatati mal-EEE ta’ mill-inqas 400 m2, jew fil-prossimità immedjata tagħhom, ta’ WEEE żgħir ħafna (fejn id-dimensjoni esterna ma taqbiżx 25 cm) mingħajr ħlas għall-utenti finali u mingħajr obbligu li jixtru EEE ta’ tip ekwivalenti, sakemm valutazzjoni ma turix li skemi ta’ ġbir alternattivi eżistenti aktarx ikunu għall-inqas ugwalment effettivi. Valutazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-WEEE miġbur għandu jiġi trattat b'mod xieraq f'konformità mal-Artikolu 8;

(d)

mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c), il-produtturi huma permessi jistabbilixxu u joperaw sistemi ta’ teħid lura individwali u/jew kollettivi għall-WEEE minn djar privati sakemm dawn ikunu skont l-għanijiet ta’ din id-Direttiva;

(e)

b'kunsiderazzjoni għall-istandards ta’ saħħa u sikurezza nazzjonali u tal-Unjoni, il-WEEE li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal minħabba l-kontaminazzjoni jista' jiġi rrifjutat għar-ritorn skont (a), (b) u (c). L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti speċifiċi għal dan it-tip ta’ WEEE.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal arranġamenti speċifiċi għar-ritorn tal-WEEE skont il-punti (a), (b) u (c) għal każijiet fejn it-tagħmir ma jinkludix il-komponenti essenzjali tiegħu jew jekk it-tagħmir jinkludi skart ieħor għajr WEEE.

3.   L-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-operaturi li jistgħu jiġbru l-WEEE minn djar privati kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li WEEE ddepożitat f'faċilitajiet ta’ ġbir kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 jiġi mgħoddi lil produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew jiġi mgħoddi, għall-finijiet ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, lil stabbilimenti jew intrapriżi nnominati.

5.   Fil-każ ta’ WEEE ieħor għajr WEEE minn djar privati, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jipprovdu għall-ġbir ta’ skart ta’ dan it-tip.

Artikolu 6

Ir-rimi u t-trasport tal-WEEE miġbur

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi ta’ WEEE miġbur b'mod separat li għadu m'għaddiex mit-trattament speċifikat fl-Artikolu 8.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir u t-trasport tal-WEEE miġbur b'mod separat jitwettaq b'tali mod li jippermetti kundizzjonijiet ottimali għall-preparazzjoni tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-restrizzjoni ta’ sustanzi perikolużi.

Sabiex jimmassimizzaw il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jippromwovu li, qabel kull trasferiment ulterjuri, l-iskemi jew faċilitajiet ta’ ġbir, jipprovdu, fejn meħtieġ, għas-separazzjoni fil-punti ta’ ġbir tal-WEEE, li għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid minn WEEE ieħor miġbur separatament, partikolarment billi jingħata aċċess għal persunal miċ-ċentri tal-użu mill-ġdid.

Artikolu 7

Ir-rata ta’ ġbir

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbilità tal-produttur u, fuq dik il-bażi, li annwalment tinkiseb rata minima ta’ ġbir. Minn 2016 ir-rata minima ta’ ġbir għandha tkun ta’ 45 % kkalkulata abbażi tal-piż totali tal-WEEE miġbur skont l-Artikoli 5 u 6 f'sena partikolari f'dak l-Istat Membru kkonċernat espressa bħala perċentwali tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fit-tliet snin ta’ qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-volum ta’ WEEE miġbur jevolvi gradwalment waqt il-perjodu mill-2016 sal-2019, sakemm ir-rata ta’ ġbir stabbilita fit-tieni subparagrafu ma tkunx diġà ntlaħqet.

Mill-2019 ir-rata minima ta’ ġbir li għandha tintlaħaq annwalment għandha tkun ta’ 65 % tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat, jew alternattivament 85 % tal-WEEE ġġenerat bil-piż fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, għandha tibqa' tapplika rata ta’ ġbir separat ta’ mill-inqas medja ta’ erbgħa kilogrammi għal kull abitant fis-sena ta’ WEEE minn djar privati jew l-istess ammont ta’ piż ta’ WEEE kif inġabar f'dak l-Istat Membru medjament fit-tliet snin preċedenti, skont liema jkun l-akbar.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati ta’ ġbir separat ta’ WEEE aktar ambizzjużi u f'tali każ għandhom jirrappurtaw dan lill-Kummissjoni.

2.   Sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rata minima ta’ ġbir intlaħqitx, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar il-WEEE li jiġi miġbur separatament f'konformità mal-Artikolu 5 jiġi mibgħut lill-Istati Membri mingħajr ħlas, inkluż għall-inqas tagħrif dwar il-WEEE li ġie:

(a)

riċevut mill-faċilitajiet ta’ ġbir u trattament;

(b)

riċevut mid-distributuri;

(c)

miġbur separatament mill-produtturi jew minn partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja jistgħu, minħabba n-nuqqas ta’ infrastruttura meħtieġa u livell baxx ta’ konsum ta’ EEE, jiddeċiedu li:

(a)

jiksbu, mill-14 ta’ Awwissu 2016, rata ta’ ġbir li hija inqas minn 45 % iżda ogħla minn 40 % tal-piż medju ta’ EEE kkummerċjalizzat fit-tliet snin preċedenti, u

(b)

jipposponu l-kisba tar-rata tal-ġbir imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 sa data magħżula minnhom stess li ma għandhiex tkun aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2021.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 fejn jiġu stabbiliti l-aġġustamenti tranżizzjonali meħtieġa sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li jiffaċċjaw l-Istati Membri li jaderixxu mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

5.   Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sal-14 ta’ Awwissu 2015, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq nazzjonali u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta’ WEEE ġenerat bil-piż f'kull Stat Membru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

6.   Il-Kummissjoni għandha, sal-14 ta’ Awwissu 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tad-dati ta’ skadenza relatati mar-rati ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rati ta’ ġbir individwali għal xi wieħed jew aktar mill-kategoriji li jinsabu fl-Anness III, b'mod partikolari għat-tagħmir li jibdel it-temperatura, għall-pannelli fotovoltajċi, tagħmir żgħir, inkluż tagħmir żgħit tal-IT u t-telekomunikazzkoni u lampi li fihom il-merkurju. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

7.   Jekk il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi ta’ studju dwar l-impatt, li r-rata ta’ ġbir ibbażata fuq il-WEEE ġenerat teħtieġ li tiġi riveduta, għandha tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 8

Trattament adatt

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu miġbur separatament jiġi ttrattat korrettement.

2.   Trattament adatt, għajr il-preparazzjoni għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid, irkupru jew riċiklaġġ għandu, tal-anqas, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u t-trattament selettiv skont l-Anness VII.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jistabbilixxu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu tal-aqwa teknika disponibbli. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir jew trattament, jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20, rigward l-emenda tal-Anness VII sabiex tintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta’ ċirkwiti għat-telefowns ċellulari u skrins tal-kristalli likwidi jeħtiġux jiġu emendati. Il-Kummissjoni hija mistiedna tevalwa jekk l-emendi għall-Anness VII humiex meħtieġa biex jiġu trattati n-nanomaterjali kontenuti f'EEE.

5.   Għall-għanijiet ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu standards minimi ta’ kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur.

L-Istati Membri li jagħżlu standards ta’ kwalità ta’ dan it-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dawn l-istandards, u l-Kummissjoni għandha tippubblikahom.

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2013, titlob lill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jiżviluppaw standards minimi Ewropej għat-trattament, inkluż l-irkupru, ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ta’ WEEE. Dawk l-istandards għandhom jirriflettu t-teknoloġija tal-mument.

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabilixxu standards minimi ta’ kwalità, ibbażati partikolarment fuq l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

Referenza għall-istandards adottati mill-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata.

6.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu stabbilimenti jew impriżi li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament biex jintroduċu sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni ambjentali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (23).

Artikolu 9

Permessi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ trattament jikseb/tikseb permess mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE.

2.   L-eżenzjonijiet mir-rekwiżiti għall-permessi, il-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet u r-reġistrazzjoni għandhom ikunu f'konformità mal-Artikoli 24, 25 u 26, rispettivament, tad-Direttiva 2008/98/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess jew ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinkludu l-kundizzjonijiet kollha li huma meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2), (3) u (5) u għall-ksib tal-miri ta’ rkupru stabbiliti fl-Artikolu 11.

Artikolu 10

Vjeġġi ta’ WEEE

1.   L-operazzjoni ta’ trattament tista' ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew barra mill-Unjoni sakemm il-vjeġġ tal-WEEE ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni għall-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart elenkati fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (24).

2.   Il-WEEE esportat barra mill-Unjoni għandu jgħodd biss lejn it-twettiq ta’ obbligi u miri stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva jekk, skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1013/2006 u (KE) Nru 1418/2007, l-esportatur ikun jista' jagħti prova li t-trattament ikun seħħ skont kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

3.   Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2014, tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 20, li jistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti.

Artikolu 11

Il-miri tal-irkupru

1.   Fir-rigward tal-WEEE kollu miġbur separatament skont l-Artikolu 5 u mibgħut għat-trattament skont l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jilħqu l-miri minimi stabbiliti fl-Anness V.

2.   Għandu jsir kalkolu ta’ kemm intlaħqu l-miri, għal kull kategorija, billi jiġi diviż il-piż tal-WEEE li jidħol fil-faċilità tal-irkupru jew riċiklaġġ jew fil-faċilità tal-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, wara trattament adatt f'konformità mal-Artikolu 8(2) fir-rigward tal-irkupru jew riċiklaġġ, bil-piż tal-WEEE kollu miġbur separatament, għal kull kategorija, u dan jiġi espress bħala persentaġġ.

L-attivitajiet preliminari inkluż it-tqassim u l-ħżin qabel l-irkupru ma għandhomx jgħoddu għall-kisba ta’ dawn il-miri.

3.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar il-metodi ta’ kalkolu għall-applikazzjoni tal-miri minimi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il-piż tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jitilqu (output) mill-faċilità ta’ ġbir, jidħlu (input) u joħorġu (output) mill-faċilitijiet ta’ trattament u meta jidħlu (input) fil-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ/preparazzjoni għall-użu mill-ġdid.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, għall-finijiet tal-paragrafu 6, jinżammu rekords dwar il-piż ta’ prodotti u materjali meta jitilqu (output) mill-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ/preparazzjoni għall-faċilità tal-użu mill-ġdid.

5.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda ta’ rkupru, riċiklaġġ u trattament.

6.   Abbażi ta’ rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sal-14 ta’ Awwissu 2016, jeżaminaw mill-ġdid il-miri għall-irkupru msemmija fl-Anness V, Parti 3, jeżaminaw il-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri separati għall-WEEE li għandu jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid u jeżaminaw mill-ġdid il-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 bil-ħsieb li tiġi analizzata il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti miri abbażi ta’ prodotti u materjali li jirriżultaw (output) mill-proċessi tal-irkupru, riċiklaġġ u preparazzjoni għall-użu mill-ġdid.

Artikolu 12

Finanzjament tal-WEEE minn djar privati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jipprovdu għall-inqas il-finanzjament tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn djar privati li ġew depożitati f'faċilitajiet ta’ ġbir imwaqqfa skont l-Artikolu 5(2).

2.   L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jinkoraġġixxu lill-produtturi jiffinanzjaw ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw għall-ġbir tal-WEEE mid-djar privati lejn faċilitajiet ta’ ġbir.

3.   Għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għandhom x'jaqsmu mal-iskart mill-prodotti tal-produttur stess. Il-produttur jista' jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b'mod ċar skont l-Artikolu 15(2). L-għan ta’ din il-garanzija huwa li tiżgura li l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x'jaqsmu ma’ dan il-prodott jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista' tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assigurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat.

4.   Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti mqiegħda fis-suq fi jew qabel it-13 ta’ Awwissu 2005 (“skart storiku”) għandha tkun f'idejn sistema waħda jew aktar li l-produtturi kollha li jkunu jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż rispettivi, jikkontribwixxu għaliha/għalihom b'mod proporzjonali, pereżempju bi proporzjon għas-sehem rispettiv tagħhom fis-suq skont it-tip ta’ tagħmir.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu żviluppati mekkaniżmi adatti jew proċeduri ta’ rifużjoni għar-rimborż ta’ kontributi lill-produtturi fejn EEE jiġi trasferit għat-tqegħid fis-suq barra mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Dawn il-mekkaniżmi jew proċeduri jistgħu jiġu żviluppati minn produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom.

6.   Il-Kummissjoni hija mistiedna tirrapporta sal-14 ta’ Awwissu 2015 dwar il-possibbiltà li jiġu żviluppati kriterji biex jiġu inkorporati l-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja fil-finanzjament tal-WEEE mill-produtturi, u biex tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ikun xieraq.

Artikolu 13

Finanzjament tal-WEEE minn utenti għajr djar privati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament tal-ispejjeż għall-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE minn utenti għajr djar privati li jirriżultaw minn prodotti mqiegħda fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005 jkun ipprovdut mill-produtturi.

Għal skart storiku li qed jinbidel bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jistipulaw li utenti għajr djar privati jsiru wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il-finanzjament.

Għal skart storiku ieħor, il-finanzjament tal-ispejjeż għandu jkun ipprovdut mill-utenti għajr djar privati.

2.   Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament.

Artikolu 14

Tagħrif għall-utenti

1.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-produtturi juru lix-xerrejja, waqt il-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, it-trattament u r-rimi li jsiru b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. L-ispejjeż imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal-ispejjeż imġarrba realment.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utenti ta’ EEE fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar:

(a)

ir-rekwiżit li l-WEEE ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex WEEE ta’ dan it-tip jinġabar separatament;

(b)

is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom, bl-inkoraġġiment tal-koordinazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-punti ta’ ġbir disponibbli, irrispettivament mill-produtturi jew operaturi oħra li waqqfuhom;

(c)

ir-rwol tagħhom li jikkontribwixxu għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u tipi oħra ta’ rkupru tal-WEEE;

(d)

l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-preżenza ta’ sustanzi perikolużi f'EEE;

(e)

it-tifsira tas-simbolu muri fl-Anness IX.

3.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex il-konsumaturi jipparteċipaw fil-ġbir tal-WEEE u jinkoraġġuhom sabiex jiffaċilitaw il-proċess ta’ użu mill-ġdid, trattament u rkupru.

4.   Bil-għan li jiġi minimizzat ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw b'mod xieraq — preferibbilment skont l-istandard Ewropew EN 50419 (25) — EEE li jitqiegħed fis-suq bis-simbolu muri fl-Anness IX. F'każijiet eċċezzjonali, fejn dan ikun meħtieġ minħabba d-daqs jew il-funzjoni tal-prodott, is-simbolu għandu jiġi stampat fuq l-imballaġġ, fuq l-istruzzjonijiet għall-użu u fuq il-garanzija ta’ EEE.

5.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu, fil-punt tal-bejgħ jew permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għall-pubbliku.

Artikolu 15

Tagħrif għall-faċilitajiet ta’ trattament

1.   Sabiex jiġu ffaċilitati l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, l-arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif, mingħajr ħlas, dwar il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll fejn jinsabu sustanzi u taħlitiet perikolużi fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri li jippreparaw għall-użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi online).

2.   Sabiex id-data li fiha l-EEE ikun tqiegħed fis-suq tkun tista' tiġi stabbilita mingħajr l-ebda dubju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li marka fuq l-EEE tispeċifika li dan tal-aħħar tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awissu 2005. Preferibbilment, l-Istandard Ewropew EN 50419 għandu jiġi applikat għal dan il-għan.

Artikolu 16

Reġistrazzjoni, tagħrif u rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom, skont il-paragrafu 2, iħejju reġistru ta’ produtturi, inklużi l-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Dak ir-reġistru għandu jservi ta’ monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Il-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 3(1)(f)(iv) għandhom ikunu rreġistrati fl-Istat Membru fejn ibigħu. Fejn dawn il-produtturi ma jkunux reġistrati fl-Istat Membru li lilu jkunu qed ibigħu, għandhom ikunu rreġistrati permezz tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 17(2).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

kull produttur, jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 huwa rreġistrat kif meħtieġ u għandu l-possibbilta' li jdaħħal onlajn, fir-reġistru nazzjonali tagħhom, kull tagħrif rilevanti li jirrifletti l-attivitajiet ta’ dak il-produttur f'dak l-Istat Membru;

(b)

meta jirreġistra, kull produttur jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 jipprovdi t-tagħrif li jinsab fil-Parti A tal-Anness X, bl-impenn li jaġġornah kif adatt;

(c)

kull produttur jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 jipprovdi t-tagħrif li jinsab fil-parti B tal-Anness X;

(d)

ir-reġistri nazzjonali jipprovdu links lejn reġistri nazzjonali oħra fuq is-sit tal-web tagħhom biex jiffaċilitaw, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew, fil-każ fejn appuntat taħt l-Artikolu 17, ir-rappreżentanti awtorizzati.

3.   Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-reġistrazzjoni u rrappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar fir-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jiġbru tagħrif, inklużi stimi ssostanzjati, fuq bażi annwali, dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ EEE li jitqiegħed fis-swieq tagħhom, li jinġabar tul ir-rotot kollha, li jiġi irkuprat, ippreparat għall-użu mill-ġdid irriċiklat u rkuprat fl-Istat Membru, u dwar WEEE miġbur separatament li jiġi esportat, skont il-piż.

5.   L-Istati Membri għandhom, f'intervalli ta’ tliet snin, jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u dwar t-tagħrif stipulat fil-paragrafu 4. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jitfassal abbażi ta’ kwestjonarju kif stipulat fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/249/KE (26) u 2005/369/KE (27). Ir-rapport għandu jsir disponibbli lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin kopert minnu.

L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-14 ta’ Frar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien disa' xhur wara li jiġu riċevuti r-rapporti mill-Istati Membri.

Artikolu 17

Ir-rappreżentant awtorizzat

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur, kif definit fl-Artikolu 3(1)(f)(i) sa (iii) stabbilit fi Stat Membru ieħor ikun permess, permezz ta’ eċċezzjoni għall-Artikolu 3(1)(f)(i) sa (iii), jaħtar persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tiegħu bħala r-rappreżentant awtorizzat li jkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi ta’ dak il-produttur, skont din id-Direttiva, fit-territorju tiegħu.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur kif definit fl-Artikolu 3(1)(f)(iv) u stabbilit fit-territorju tiegħu, li jbigħ EEE lil Stat Membru ieħor li mhuwiex stabbilit fih, jaħtar rappreżentant awtorizzat f'dak l-Istat Membru bħala l-persuna responsabbli biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ dak il-produttur, skont din id-Direttiva, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

3.   Il-ħatra ta’ rappreżentant awtorizzat għandha ssir b'mandat miktub.

Artikolu 18

Kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ tagħrif

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jikkooperaw ma’ xulxin, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fluss adegwat ta’ tagħrif biex jiġi żgurat li l-produtturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u, fejn adatt, jipprovdu tagħrif lil xulxin u lill-Kummissjoni sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni adatta ta’ din id-Direttiva. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ tagħrif, partikolarment bejn reġistri nazzjonali, għandhom jinkludu mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi.

Il-kooperazzjoni għandha tinkludi, inter alia, l-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti relevanti u informazzjoni inklużi r-riżultati ta’ kull ispezzjoni li ssir, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li hija mitluba tikkoopera.

Artikolu 19

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 rigward l-emendi meħtieġa sabiex l-Artikolu 16(5) u l-Annessi IV, VII, VIII u IX jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Fl-emendar tal-Anness VII, l-eżenzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (28) għandhom jiġu kkunsidrati.

Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fost l-oħrajn, il-produtturi ta’ EEE, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament u l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-għaqdiet tal-impjegati u l-konsumaturi.

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-13 ta’ Awwissu 2012. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta l-att idelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 21

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 22

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-14 ta’ Frar 2014 dwar dawk id-dispożizzjonijiet u għandhom jinnotifikawha minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 23

Ispezzjoni u monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu ispezzjonijiet u monitoraġġ adegwati sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva.

Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru:

(a)

informazzjoni rappurtata fil-qafas tar-reġistru tal-produtturi;

(b)

vjeġġi, b'mod partikolari l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007; u

(c)

l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta’ trattament skont id-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness VII ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi ta’ EEE użat suspettat li hu WEEE jsiru skont ir-rekwiżiti minimi fl-Anness VI u għandhom jissorveljaw dawn il-vjeġġi kif meħtieġ.

3.   L-ispejjeż tal-analiżijiet u l-ispezzjonijiet adatti, inklużi l-ispejjeż tal-ħżin, ta’ EEE użat issuspettat li hu WEEE, jistgħu jintalbu mill-produttur, lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew lil persuni oħrajn li jagħmlu l-arranġamenti għall-vjeġġi ta’ EEE użat issuspettat li huwa WEEE.

4.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness VI, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ u b'mod partikolari kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Anness VI, punt 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-14 ta’ Frar 2014. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi mħassra b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha tiġi fformulata t-tali dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(6), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15 permezz ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati sakemm jinkisbu l-għanijiet stipulati b'din id-Direttiva. Dawn il-ftehimiet għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-ftehimiet għandhom ikunu infurzabbli;

(b)

il-ftehimiet għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bl-iskadenzi korrispondenti;

(c)

il-ftehimiet għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew dokument uffiċjali li huwa aċċessibbli għall-pubbliku bl-istess mod u kkomunikati lill-Kummissjoni;

(d)

ir-riżultati miksuba għandhom jiġu mmonitorjati regolarment, irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress miksub skont il-ftehim jiġi eżaminat;

(f)

fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ftehim l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva permezz ta’ miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi.

Artikolu 25

Tħassir

Id-Direttiva 2002/96/KE kif emendata bid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness XI hija mħassra b'effett mill-15 ta’ Frar 2014, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XI.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XII.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Lulju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 306, 16.12.2009, p. 39.

(2)  ĠU C 141, 29.5.2010, p. 55.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-19 ta’ Lulju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2012.

(4)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(5)  ĠU C 138, 17.5.1993, p. 5.

(6)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(8)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(9)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(11)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(13)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(14)  ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.

(15)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(16)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(17)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(18)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(19)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(20)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(21)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(22)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(23)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(24)  ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.

(25)  Adottat mis-Cenelec f'Marzu 2006.

(26)  ĠU L 78, 16.3.2004, p. 56.

(27)  ĠU L 119, 11.5.2005, p. 13.

(28)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS I

Kategoriji ta’ EEE koperti minn din id-Direttiva matul il-perjodu tranżizzjonali kif previst fl-Artikolu 2(1)(a)

1.

Apparat domestiku kbir

2.

Apparat domestiku żgħir

3.

Tagħmir tal-IT u telekomunikazzjonijiet

4.

Tagħmir tal-konsumatur u pannelli fotovoltajċi

5.

Tagħmir li jagħti d-dawl

6.

Għodod elettriċi u elettroniċi (ħlief għodod industrijali weqfin ta’ skala kbira)

7.

Ġugarelli, tagħmir għal waqt il-ħin ħieles u tal-isport

8.

Mezzi mediċi (ħlief kull prodott impjantat u infettat)

9.

Strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll

10.

Apparat ta’ distribuzzjoni awtomatiku

ANNESS II

Lista indikattiva ta’ EEE li jaqgħu fil-kategoriji tal-Anness I

1.   APPARAT DOMESTIKU KBIR

 

Apparat kbir li jkessaħ

 

Refriġeraturi

 

Friżers

 

Apparat kbir ieħor użat għar-refriġerazzjoni, il-konservazzjoni u l-ħażna tal-ikel

 

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

 

Magni li jnixxfu l-ħwejjeġ

 

Magni li jaħslu l-platti

 

Apparat għat-tisjir

 

Kenuri tal-elettriku

 

Hot plates tal-elettriku

 

Microwaves

 

Apparat kbir ieħor użat għat-tisjir u pproċessar ieħor tal-ikel

 

Apparat tal-elettriku li jsaħħan

 

Radiators tal-elettriku

 

Apparat kbir ieħor li jsaħħan il-kmamar, is-sodod, l-għamara fejn wieħed joqgħod bil-qiegħda

 

Fannijiet tal-elettriku

 

Apparat għall-arja kondizzjonata

 

Tagħmir ieħor b’effett ta’ fannijiet, ventilazzjoni u kondizzjonar

2.   APPARAT DOMESTIKU ŻGĦIR

 

Vacuum cleaners

 

Tagħmir li jiknes it-twapet

 

Apparat ieħor użat għat-tindif

 

Apparat użat għall-ħjata, xogħol tal-labar, insiġ u proċessar ieħor għat-tessuti

 

Ħdejjed u apparat ieħor għall-mogħdija, l-illixxar u kura oħra ta’ ħwejjeġ

 

Magni għax-xiwi tal-ħobż

 

Magni għall-qali

 

Imtieħen, magni tal-kafè u tagħmir biex jinfetħu jew jiġu siġillati kontenituri jew pakketti

 

Skieken tal-elettriku

 

Apparat biex jinqata’ x-xagħar, għat-tnixxif tax-xagħar, biex jinħaslu s-snien, biex titqaxxar il-leħja, għall-massaġġjar u apparat ieħor għall-kura tal-ġisem

 

Arloġġi kbar, arloġġi żgħar u tagħmir għall-għan tal-kejl, indikazzjoni jew reġistrazzjoni tal-ħin

 

Imwieżen

3.   TAGĦMIR TAL-IT U T-TELEKOMUNIKAZZJONI

 

Proċessar tad-data ċentralizzat

 

Mainframes

 

Minikompjuters

 

Unitajiet tal-printer

 

Personal computing:

 

Kompjuters għal użu personali (CPU, mouse, scrin u keyboard inklużi)

 

Kompjuters laptop (CPU, mouse, scrin u keyboard inklużi)

 

Kompjuters notebook

 

Kompjuters notepad

 

Printers

 

Tagħmir tal-fotokopji

 

Typewriters elettriċi u elettroniċi

 

Kalkolaturi tal-but jew tal-iskrivanija

u prodotti u tagħmir oħra għall-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, il-preżentazzjoni jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi

 

User terminals u systems

 

Magna facsimile (fax)

 

Telex

 

Settijiet tat-telefown

 

Settijiet tat-telefown bil-ħlas

 

Settijiet tat-telefown mingħajr wajer

 

Telefowns ċellulari

 

Sistemi ta’ magni li jwieġbu t-telefown

u prodotti jew tagħmir oħra għat-trażmissjoni ta’ ħsejjes, immaġni jew informazzjoni oħra permezz tal-telekomunikazzjoni

4.   TAGĦMIR TAL-KONSUMATUR U PANNELLI FOTOVOLTAJĊI

 

Settijiet tar-radju

 

Settijiet tat-televiżjoni

 

Videocameras

 

Recorders tal-vidjo

 

Recorders hi-fi

 

Amplifikaturi tal-awdjo

 

Strumenti mużikali

u prodotti jew tagħmir oħra għall-fini tar-rekordjar jew ir-riproduzzjoni tal-ħsejjes jew l-immaġni, inklużi sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħsejjes u l-immaġni mhux permezz tat-telekomunikazzjoni

 

Pannelli fotovoltajċi

5.   TAGĦMIR LI JAGĦTI D-DAWL

 

Dwal għal-lampi florexxenti bl-eċċezzjoni ta’ dwal fid-djar

 

Lampi florexxenti dritti

 

Lampi florexxenti kompatti

 

Lampi ta’ skariku ta’ intensità għolja, inklużi lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall

 

Lampi tas-sodju bi pressa baxxa

 

Dawl jew tagħmir ieħor li jagħti d-dawl għall-fini li jinfirex jew jiġi kkontrollat id-dawl bl-eċċezzjoni tal-bozoz bil-filament

6.   GĦODOD ELETTRIĊI U ELETTRONIĊI (BL-EĊĊEZZJONI TA’ GĦODOD INDUSTRIJALI FISSI TA’ SKALA KBIRA)

 

Apparat li jħaffer

 

Srieraq

 

Magni tal-ħjata

 

Tagħmir għal tidwir, xkatlar, tħin, tqattigħ, tħaffir, titqib, ippanċjar, tiwi, tgħawwiġ jew proċessar simili tal-injam, metall u materjali oħrajn

 

Għodod għall-irbuttar, it-tismir jew l-irbit bil-viti jew it-tneħħija ta’ rivets, imsiemer, viti jew użu simili

 

Għodod għall-iwweldjar, l-istanjar jew użu simili

 

Tagħmir għall-isprejjar, it-tifrix jew xi trattament ieħor ta’ sustanzi likwidi jew gassużi permezz ta’ mezzi oħra

 

Għodod għall-ħsad jew attivitajiet oħra ta’ xogħol fil-ġnien

7.   ĠUGARELLI, TAGĦMIR GĦAL WAQT IL-ĦIN LIBERU U TAL-ISPORT

 

Ferroviji jew settijiet tat-tiġirja tal-karozzi tal-elettriku

 

Game consoles tal-vidjo li jinżammu fl-idejn

 

Logħob tal-vidjo

 

Kompjuters għal ġiri bir-rota, għadis, ġiri, qdif, eċċ

 

Tagħmir tal-isport b’komponenti elettriċi jew elettroniċi

 

Coin slot machines

8.   APPARAT MEDIKU (BL-EĊĊEZZJONI TA’ KULL PRODOTT IMPJANTAT U INFETTAT)

 

Tagħmir għar-radjuterapija

 

Tagħmir għall-kardjoloġija

 

Tagħmir għad-dijalisi

 

Ventilaturi tal-pulmun

 

Tagħmir għall-mediċina nukleari

 

Tagħmir tal-laboratorju għad-dijanjosi in vitro

 

Analizzaturi

 

Friżers

 

Tagħmir għat-testijiet tal-fertilizzazzjoni

 

Apparat ieħor għad-detezjoni, il-prevenzjoni, il-monitoraġġ, it-trattament, it-taffija ta’ mard, korriment jew diżabbiltà

9.   STRUMENTI TA’ MONITORAĠĠ U KONTROLL

 

Apparat li jindika l-preżenza ta’ duħħan

 

Regolaturi tas-sħana

 

Termostati

 

Apparat li jkejjel, jiżen jew jaġġusta għad-djar jew bħala tagħmir tal-laboratorju

 

Strumenti oħra ta’ monitoraġġ u kontroll li jintużaw f’installazzjonijiet industrijali (eż. panelli ta’ kontroll)

10.   DISPENSERS AWTOMATIĊI

 

Dispensers awtomatiċi għal xorb jaħraq

 

Dispensers awtomatiċi għal fliexken jew bottijiet jaħarqu jew kesħin

 

Dispensers awtomatiċi għal prodotti solidi

 

Dispensers awtomatiċi għall-flus

 

Kull apparat li jipprovdi kull tipi ta’ prodott b’mod awtomatiku


ANNESS III

KATEGORIJI TA’ EEE KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA

1.

Tagħmir li jibdel it-temperatura

2.

Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2

3.

Lampi

4.

Tagħmir kbir (kwalunkwe dimensjoni esterna aktar minn 50 cm) inklużi, iżda mhux limitat għal:

Apparat domestiku; tagħmir ta’ IT u telekomunikazzjoni; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali; għodod elettriċi u elettroniċi; ġugarelli, tagħmir ta’ divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta’ kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3.

5.

Tagħmir żgħir (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm) inklużi, iżda mhux limitat għal:

Apparat domestiku; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali; għodod elettriċi u elettroniċi; ġugarelli, tagħmir ta’ divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta’ kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3 u 6.

6.

Apparat żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm).

ANNESS IV

Lista mhux eżawrjenti ta’ EEE li jaqgħu fil-Kategoriji elenkati fl-Anness III

1.   Tagħmir li jibdel it-temperatura

Refriġeraturi, friżi, tagħmir li jipprovdi prodotti kesħin b’mod awtomatiku, tagħmir tal-klimatizzazzjoni tal-arja, tagħmir deumidifikanti, pompi tas-sħana, radjaturi li fihom żejt u tagħmir ieħor li jibdel it-temperatura li juża fluwidi għajr l-ilma għat-tibdil tat-temperatura.

2.   Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b’wiċċ akbar minn 100 cm2

Skrins, televiżjonijiet, kwadri tar-ritratti LCD, moniters, laptops, notebooks.

3.   Lampi

Lampi florexxenti dritti, lampi florexxenti kumpatti, lampi florexxenti, lampi bi skariku elettriku ta’ intensità għolja — inkluż lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall, lampi tas-sodju bi pressa baxxa, LED.

4.   Tagħmir kbir

Magni tal-ħasil ta’ ħwejjeġ, dryers tal-ħwejjeġ, magni tal-ħasil tal-platti, cookers, stufi elettriċi, hot plates elettriċi, dwal, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, tagħmir mużikali (esklużi orgnijiet installati fi knejjes), apparat għall-ħdim tal-labar u l-insiġ, servers lokali kbar (mainframes), stampaturi kbar, tagħmir għall-ikkupjar, slot machines kbar, apparat mediku kbir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll kbar, apparat kbir li jipprovdi prodotti u flus b’mod awtomatiku, pannelli fotovoltajċi.

5.   Tagħmir żgħir

Vacuum cleaners, xkupi tat-twapet, apparat għall-ħjata, dwal, microwaves, tagħmir tal-ventilazzjoni, ħadid tal-mogħdija, towsters, skieken elettriċi, ktieli elettriċi, arloġġi u arloġġi tal-idejn, shavers elettriċi, imwieżen, apparat għall-kura tax-xagħar u l-kura tal-ġisem, kalkolaturi, settijiet tar-radju, vidjo kameras, vidjo rikorders, tagħmir hi-fi, strumenti tal-mużika, tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġni, ġugarelli elettriċi u elettroniċi, tagħmir tal-isport, kompjuters għall-ġiri bir-rota, l-għadis, il-ġiri, il-qdif, eċċ., ditekters tad-duħħan, regolaturi tas-sħana, termostats, għodod elettriċi u elettroniċi żgħar, apparat mediku żgħir, strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll żgħar, apparat żgħir li jipprovdi prodotti b’mod awtomatiku, tagħmir żgħir b’pannelli fotovoltajċi integrati.

6.   Apparat żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjoni (bl-ebda dimensjoni esterna akbar minn 50 cm)

Telefowns ċellulari, GPS, kalkolaturi tal-but, routers, kompjuters personali, printers, telefowns.


ANNESS V

MIRI MINIMI GĦALL-IRKUPRU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11

Parti 1:   Miri minimi applikabbli skont il-kategorija mit-13 ta' Awwissu 2012 sal-14 ta' Awwissu 2015 b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness I.

(a)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 10 tal-Anness I,

80 % għandu jiġi rkuprat, u

75 % għandu jiġi rriċiklat;

(b)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 jew 4 tal-Anness I,

75 % għandu jiġi rkuprat, u

65 % għandu jiġi rriċiklat;

(c)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2, 5, 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness I,

70 % għandu jiġi rkuprat, u

50 % għandu jiġi rriċiklat;

(d)

għal lampi bi skariku tal-gass, 80 % għandu jiġi rriċiklat.

Parti 2:   Miri minimi applikabbli mill-15 ta' Awwissu 2015 sal-14 ta' Awwissu 2018, b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness I.

(a)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 10 tal-Anness I,

85 % għandu jiġi rkuprat, u

80 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;

(b)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 jew 4 tal-Anness I,

80 % għandu jiġi rkuprat, u

70 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;

(c)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2, 5, 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness I,

75 % għandu jiġi rkuprat, u

55 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;

(d)

għal lampi bi skariku tal-gass, 85 % għandu jiġi rriċiklat.

Parti 3:   Miri minimi applikabbli mill-15 ta' Awwissu 2018 b'referenza għall-kategoriji elenkati fl-Anness III.

(a)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 1 jew 4 tal-Anness III,

85 % għandu jiġi rkuprat, u

80 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;

(b)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2 tal-Anness III,

80 % għandu jiġi rkuprat, u

70 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;

(c)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 5 jew 6 tal-Anness III,

75 % għandu jiġi rkuprat, u

55 % għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u jiġi rriċiklat;

(d)

għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 3 tal-Anness III 80 % għandu jiġi rriċiklat.


ANNESS VI

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VJEĠĠI

1.

Sabiex issir distinzjoni bejn l-EEE u l-WEEE, fejn detentur ta’ oġġett jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jġorr jew li qiegħed iġorr EEE użat iżda li mhux WEEE, L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-detentur ikollu disponibbli dan li ġej biex isostni d-dikjarazzjoni:

(a)

kopja tal-fattura u tal-kuntratt relatati mal-bejgħ u/jew mat-trasferiment tas-sjieda tal-EEE li jiddikjaraw li t-tagħmir huwa maħsub għal użu mill-ġdid dirett u li huwa kompletament funzjonali;

(b)

evidenza tal-valutazzjoni jew l-ittestjar f'forma ta’ kopja tar-reġistri (ċertifikat tal-ittestjar, prova tal-funzjonalità) fuq kull oġġett fil-konsenja u protokoll li jkun fih it-tagħrif kollu tar-reġistri skont il-punt 3;

(c)

dikjarazzjoni li tkun saret mid-detentur li jorganizza t-trasport tal-EEE li l-ebda materjal jew tagħmir fil-konsenja mhuwa skart kif iddefinit bl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE; u

(d)

protezzjoni adatta kontra ħsara waqt it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u arranġament adatt tat-tagħbija.

2.

B'deroga, il-punt 1(a) u (b) u l-punt 3 ma japplikawx meta jkun iddokumentat bi provi konklużivi li l-vjeġġ ikun qiegħed isir fil-qafas ta’ ftehim ta’ trasferiment minn negozju għal ieħor u li:

(a)

l-EEE jintbagħat lura lill-produttur jew lil parti terza li jaġixxu f'ismu bħala difettuż għat-tiswija taħt garanzija bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid; jew

(b)

l-EEE għal użu professjonali użat jintbagħat lill-produttur jew lil parti terza li jaġixxu f'ismu jew faċilita' ta’ parti terza f'pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill OECD rigward ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru, għall-manutenzjoni jew it-tiswija skont kuntratt validu bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid; jew

(c)

l-EEE għal użu professjonali difettuż użat, bħal apparat mediku jew il-partijiet tiegħu, jintbagħat lill-produttur jew lil parti terza li jaġixxu f'ismu għall-analiżi tal-kawża prinċipali skont kuntratt validu, f'każijiet fejn tali analiżi tista' titwettaq biss mill-produttur jew partijiet terzi li jaġixxu f'ismu.

3.

Sabiex jintwera li l-oġġetti li qegħdin jinġarru jikkonstitwixxu EEE użat u mhux WEEE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li jitwettqu l-passi li ġejjin għall-ittestjar u ż-żamma ta’ reġistri għal EEE:

 

Stadju 1: Ittestjar

(a)

Il-funzjonalità għandha tiġi ttestjata u l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi għandha tiġi vvalutata. It-testijiet li għandhom jitwettqu jiddependu mit-tip ta’ EEE. Għall-parti l-kbira tal-EEE test ta’ funzjonalità tal-funzjonijiet ewlenin huwa suffiċjenti.

(b)

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati.

 

Stadju 2: Reġistru

(a)

Ir-reġistru għandu jitwaħħal b'mod sikur iżda mhux permanenti jew fuq EEE stess (jekk dan ma jkunx ippakkjat) jew fuq l-imballaġġ sabiex ikun jista' jinqara mingħajr ma jinfetaħ l-imballaġġ tat-tagħmir.

(b)

Ir-reġistru għandu jinkludi t-tagħrif li ġej:

isem l-oġġett (isem it-tagħmir jekk elenkat fl-Anness II jew l-Anness IV, skont il-każ, u l-kategorija elenkata fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ),

In-numru tal-identifikazzjoni tal-oġġett (Nru tat-tip) fejn applikabbli,

is-sena tal-produzzjoni (jekk disponibbli),

l-isem u l-indirizz tal-kumpanija responsabbli għall-evidenza tal-funzjonalità,

ir-riżultati tat-testijiet kif deskritti fl-istadju 1 (inkluża d-data tat-test tal-funzjonalità),

it-tip ta’ testijiet imwettqa.

4.

Minbarra d-dokumentazzjoni mitluba fil-punti 1, 2 u 3, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta’ EEE użat għandha tkun akkumpanjata minn:

(a)

dokument tat-trasport rilevanti, eż. CMR jew waybill;

(b)

dikjarazzjoni tal-persuna responsabbli għaliha.

5.

Fin-nuqqas ta’ prova li oġġett huwa tagħmir EEE użat u mhux WEEE permezz tad- dokumentazzjoni xierqa meħtieġa taħt il-punti 1, 2, 3 u 4 u fin-nuqqas ta’ protezzjoni xierqa kontra ħsara matul it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz tal-imballaġġ suffiċjenti u arranġament adatt tat-tagħbija, li huma l-obbligi tad-detentur li jirranġa t-trasport, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jikkunsidraw li oġġett huwa WEEE u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

ANNESS VII

Trattament selettiv għal materjali u komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku msemmi fl-Artikolu 8(2)

1.

Bħala minimu, is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti li ġejjin għandhom jitneħħew minn kwalunkwe WEEE miġbur separatament:

bifenili poliklorinati (PCB) li fihom capacitors skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls [bifenili poliklorinati u terfenili poliklorinati] (PCB/PCT) (1),

komponenti li fihom il-merkurju, bħal swiċċijiet jew bozoz tal-backlighting,

batteriji,

bords stampati ġeneralment ta’ ċirkwiti għat-telefowns ċellulari, u ta’ mezzi oħra jekk is-superfiċje tal-bord stampat taċ-ċirkwit tkun akbar minn 10 ċentimetri kwadri,

toner cartridges, likwidi u paste, kif ukoll toner tal-kulur,

plastik li fih retardanti brominati tan-nirien,

skart tal-asbestos u komponenti li fihom l-asbestos,

tubi tal-cathode-ray,

klorofluworokarbonji (CFC), idroklorofluworokarbonji (HCFC) jew idrofluworokarbonji (HFC), idrokarbonji (HC),

bozoz bi skariku tal-gass,

skrins tal-kristalli likwidi (flimkien mal-casing tagħhom fejn ikun xieraq) ta’ superfiċje akbar minn 100 ċentrimetru kwadru u dawk back-lighted b'bozoz bi skariku tal-gass,

kejbils esterni tal-elettriku,

komponenti li fihom fibri taċ-ċeramika refrattorji kif deskritti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/69/KE tal-5 ta’ Diċembru 1997 li taddatta għall-progress tekniku għat-23 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (2),

komponenti li fihom sustanzi radjuattivi bl-eċċezzjoni ta’ komponenti li huma taħt il-limiti ta’ eżenzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta’ u l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (3),

capacitators tal-elettroliti li fihom sustanzi preokkupanti (tul > 25 mm, dijametru > 25 mm jew volum proporzjonalment simili).

Dawn is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti għandhom jintremew jew jiġu rkuprati f'konformità mad-Direttiva 2008/98/KE.

2.

Il-komponenti li ġejjin tal-WEEE li jinġabar separatament għandhom jiġu ttrattati kif indikat:

tubi tal-cathode-ray: il-kisi florexxenti jrid jitneħħa,

tagħmir li fih gassijiet li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew għandhom potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) ogħla minn 15, bħal dawk li jkun hemm fil-fowm u ċ-ċirkwiti ta’ refriġerazzjoni: il-gassijiet għandhom jiġu estratti u ttrattati kif suppost. Il-gassijiet li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiġu ttrattati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

bozoz bi skariku tal-gass: il-merkurju għandu jitneħħa.

3.

Filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u possibilment issir preparazzjoni għall- użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, il-punti 1 u 2 għandhom jiġu applikati b'mod li ma tkunx imfixkla l-preparazzjoni favorevoli għall-ambjent għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ komponenti jew tagħmir sħiħ.

(1)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31.

(2)  ĠU L 343, 13.12.1997, p. 19.

(3)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.


ANNESS VIII

REKWIŻITI TEKNIĊI SKONT L-ARTIKOLU 8(3)

1.

Siti għall-ħażna (inkluża l-ħażna temporanja) tal-WEEE qabel it-trattament tiegħu (mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f'terraferma) (1):

superfiċji impermeabbli għal żoni xierqa bil-provvediment ta’ faċilitajiet ta’ ġbir ta’ tixrid u, fejn xieraq, reċipjenti tal-ħġieġ u oġġetti li jnaddfu u jneħħu ż-żejt,

għata kontra l-elementi tat-temp għal żoni xierqa.

2.

Siti għat-trattament tal-WEEE:

imwieżen biex jitkejjel il-piż tal-iskart trattat,

superfiċji impermeabbli u għatat kontra l-elementi tat-temp għal żoni xierqa bil-provvediment ta’ faċilitajiet ta’ ġbir ta’ tixrid u fejn xieraq, reċipjenti tal-ħġieġ u oġġetti li jnaddfu u jneħħu ż-żejt,

ħżin xieraq għal spare parts żarmati,

kontenituri xierqa għall-ħażna ta’ batteriji, PCBs/PCTs li jkun fihom capacitors u skart perikoluż ieħor bħal skart radjuattiv,

tagħmir għat-trattament tal-ilma f'konformità mar-regolamenti tas-saħħa u tal-ambjent.


(1)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.


ANNESS IX

SIMBOLU GĦALL-IMMARKAR TA’ EEE

Is-simbolu li jindika ġbir separat għal EEE jikkonsisti minn landa taż-żibel fuq ir-roti maqtugħa b’salib, bħal ma huwa muri hawn taħt. Is-simbolu għandu jiġi stampat b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx.

Image 1

ANNESS X

TAGĦRIF GĦAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPURTAR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 16

A.   Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat mar-reġistrazzjoni:

1.

Isem u indirizz tal-produttur jew tar-rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 (kodiċi postali u post, isem tat-triq u numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefown u tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika, kif ukoll persuna ta’ kuntatt). Fil-każ ta’ rappreżentant awtorizzat kif definit fl-Artikolu 17, anki d-dettalji ta’ kuntatt tal-produttur li qed jiġi rrappreżentat.

2.

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru Ewropew tat-tassazzjoni jew in-numru nazzjonali tat-tassazzjoni tal-produttur.

3.

Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew III, skont il-każ.

4.

Tip ta’ EEE (domestiku jew għajr tagħmir domestiku).

5.

Isem tal-marka ta’ EEE.

6.

Tagħrif dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; skema individwali jew kollettiva, inkluż tagħrif dwar il-garanzija finanzjarja.

7.

Teknika ta’ bejgħ użata (eż. bejgħ mill-bogħod).

8.

Dikjarazzjoni li t-tagħrif ipprovdut huwa veru.

B.   Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat għar-rappurtar:

1.

Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur.

2.

Perjodu ta’ rappurtar.

3.

Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ.

4.

Kwantità ta’ EEE li jitqiegħed fuq is-suq nazzjonali, skont il-piż.

5.

Kwantità, skont il-piż, ta’ skart ta’ EEE miġbur separatament, riċiklat (inkluż dak preparat għall-użu mill-ġdid), irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jinġarr ġewwa jew barra l-Unjoni.

Nota: it-tagħrif li jinsab fil-punti 4 u 5 għandu jingħata skont il-kategorija.


ANNESS XI

PARTI A

Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

(ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24)

Id-Direttiva 2003/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106)

Id-Direttiva 2008/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 81, 20.3.2008, p. 65)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Id-Direttiva.

Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni

2002/96/KE

13 ta’ Awwissu 2004

2003/108/KE

13 ta’ Awwissu 2004

2008/34/KE


ANNESS XII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 2002/96/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)(a)

Artikolu 2(1) (parzjalment)

Artikolu 2(3)(b)

Anness IB, il-punt 5, l-aħħar element

Artikolu 2(3)(c)

Anness IB, il-punt 8

Artikolu 2(4)(g)

Artikoli 2(4)(a) sa (f) u 2(5)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 3(1)(b) sa (d)

Artikolu 3(b)

Artikolu 3(1)(e)

Artikolu 3(c) sa (h)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(i)

Artikolu 3(1)(f)

Artikolu 3(j)

Artikolu 3(1)(g)

Artikolu 3(k)

Artikolu 3(1)(h)

Artikolu 3(l)

Artikolu 3(m)

Artikolu 3(1)(i)

Artikolu 3(1)(j) sa (o)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1) sa (2)

Artikolu 5(1) sa (2)

Artikolu 5(3) sa (4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(5)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(4)

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(5)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u (3)

Artikolu 8(2), (3) u (4)

Anness II (4)

Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(5)

Artikolu 6(6)

Artikolu 8(6)

Artikolu 6(2)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 9(3)

Artikolu 6(5)

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 11(1) u l-Anness V

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(4)

Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 8(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 8(2), l-ewwel u it-tieni subparagrafi

Artikolu 12(3)

Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 14(1) (parzjalment)

Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(4)

Artikolu 12(5)

Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(1) (parzjalment)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 10(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 10(4)

Artikolu 14(5)

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12(1) (parzjalment)

Artikolu 16(1) sa (3)

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu (parzjalment)

Artikolu 16(4)

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(1) u (2) u Artikolu 17(2) u (3)

Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 16(3) u (5)

Artikolu 17(1)

Artikolu 12(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 18

Artikolu 12(2)

Artikolu 16(5)

Artikolu 13

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 14

Artikolu 21

Artikolu 15

Artikolu 22

Artikolu 16

Artikolu 23(1)

Artikoli 23(2) sa (4)

Artikolu 17(1) sa (3)

Artikolu 24(1) sa (3)

Artikolu 17(4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 17(5)

Artikolu 7(4) sa (7), Artikolu 11(6) u Artikolu 12(6)

Artikolu 25

Artikolu 18

Artikolu 26

Artikolu 19

Artikolu 27

Anness IA

Anness I

Anness IB

Anness II

Annessi III, IV u VI

Annessi II sa IV

Annessi VII sa IX

Anness X sa XI

Anness XII