ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.187.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
17 ta' Lulju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/387/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Lulju 2012 li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti għar-Repubblika tal-Ginea Bissaw id-Deċiżjoni 2011/492/UE li kkonkludiet il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u li temenda dik id-Deċiżjoni

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 641/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

3

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2012 tal-16 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 643/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja, fir-rigward tar-Russja ( 1 )

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 645/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u mir-Regolament (UE) Nru 65/2011 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għas-sottomissjoni tard ta' applikazzjonijiet uniċi b'konnessjoni mal-Portugall Kontinentali u ma’ Madera għall-2012

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

29

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 647/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/388/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/390/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/391/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

48

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/393/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

52

 

 

2012/394/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-UE tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Italja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)

57

 

 

2012/395/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar ir-rikonoxximent tar-Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

62

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/396/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2012 tal-UE-PLO tas-17 ta’ Frar 2012 li twaqqaf sitt sottokumitati u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO

64

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2012

li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti għar-Repubblika tal-Ginea Bissaw id-Deċiżjoni 2011/492/UE li kkonkludiet il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u li temenda dik id-Deċiżjoni

(2012/387/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (2) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (3), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Waqt li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE (4), il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ngħalqu u ttieħdu miżuri xierqa, kif speċifikat fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Fit-12 ta’ April 2012, sar kolp ta’ stat minn elementi tal-forzi armati hekk kif kellha tibda l-kampanja elettorali għat-tieni fażi tal-elezzjonijiet Presidenzjali, wara l-mewt f’Jannar tal-President Bacai Sanhá.

(3)

L-elementi essenzjali ċitati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għadhom qed jinkisru u l-kundizzjonijiet attwali fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw iddeterjoraw b’mod sinifikanti u ma jiżgurawx ir-rispett tad-dritijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi jew tal-istat tad-dritt.

(4)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2011/492/UE għandha tiġi emendata biex testendi l-perijodu tal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perijodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2011/492/UE huwa estiż bi 12-il xahar. Għal dak il-għan, fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/492/UE, id-data “19 ta’ Lulju 2012” hija mibdula bid-data “19 ta’ Lulju 2013”.

Artikolu 2

L-ittra fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat l-ewwel fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(4)  ĠU L 203, 6.8.2011, p. 2.


ANNESS

Bħala segwitu għall-konsultazzjonijiet li saru fi Brussell fid-29 ta’ Marzu 2011 fil-qafas tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet fit-18 ta’ Lulju 2011, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE, li tadotta miżuri xierqa, inkluża skema ta’ impenji reċiproċi biex gradwalment terġa’ tibda l-koperazzjoni tal-UE.

Tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Unjoni Ewropea tikkunsidra li ma sar l-ebda progress u li l-kolp ta’ stat mill-forzi armati fit-12 ta’ April 2012 tefa’ lura l-proċess b’mod sinifikanti. Għaldaqstant hija tiddeċiedi li testendi l-perijodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2011/492/UE tagħha bi 12-il xahar sad-19 ta’ Lulju 2013.

L-Unjoni Ewropea tfakkar fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Repubblika tal-Ginea Bissaw adottati fit-23 ta’ April 2012, għal darba oħra tenfasizza l-importanza li hi tagħti lill-koperazzjoni futura mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u tikkonferma r-rieda tagħha li, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tat-18 ta’ Mejju 2012 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, takkumpanja lir-Repubblika tal-Ginea Bissaw lejn ir-ristawr tal-ordni kostituzzjonali u lejn sitwazzjoni fejn isir possibbli l-bidu mill-ġdid ta’ koperazzjoni sħiħa.

L-Unjoni Ewropea tappoġġa l-isforzi konġunti tal-imsieħba internazzjonali sabiex jiġu ristabbiliti l-istabbiltà, id-demokrazjia u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw.

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON

Għall-Kummissjoni

Kummissarju

A. PIEBALGS


REGOLAMENTI

17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 641/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 356/2010 (2) jimponi miżuri restrittivi kontra l-persuni, entitajiet u korpi identifikati fl-Anness I ta’ ma’ dak ir-Regolament, skont ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR).

(2)

Fit-22 ta’ Frar 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 2036 (2012), li permezz tagħha jikkonferma l-valutazzjoni tiegħu, fil-paragrafu 23, li l-esportazzjoni tal-faħam tal-kannol mis-Somalja tista’ tkun ta’ theddida għall-paċi, għas-sigurtà jew għall-istabbiltà tas-Somalja.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà permezz tal-UNSCR 751 (1992) dwar is-Somalja aġġorna l-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi.

(4)

Fis 16 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/388/PESK (3), sabiex jagħti effett lill-UNSCR 751 (1992) billi jżid persuna oħra mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi fid-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

(5)

Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(6)

Barra minn hekk, il-UNSCR 2002 (2011) iċċarat l-eżenzjoni, li diġa tinsab fir-Regolament (UE) Nru 356/2010, li tippermetti li jsiru disponibbli fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunsinna fil-ħin ta’ għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja, min-NU, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, mill-organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu għajnuna umanitarja, jew mis-sħab implimentattivi tagħhom. Din il-kjarifika għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) Nru 356/2010.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Anness I ikun jikkonsisti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont l-UNSCR 1844 (2008) bħala:

(a)

li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi atti li jimponu theddida ta’ ksur tal-Ftehim ta’ Djibouti tat-18 ta’ Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew li jheddu lit-TFIs jew lill-AMISOM bil-forza,

(b)

li aġixxew bi ksur tal-embargo fuq l-armi u ta’ miżuri relatati kif affermat mill-ġdid fil-paragrafu 6 tal-UNSCR 1844 (2008);

(c)

li jostakolaw il-kunsinna tal-għajnuna umanitarja lis-Somalja, l-aċċess għaliha jew id-distribuzzjoni tagħha;

(d)

li huma mexxejja politiċi jew militari li qed jirreklutaw jew jużaw tfal f’konflitti armati fis-Somalja bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli; jew

(e)

li huma responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli fis-Somalja li jinvolvi li jimmiraw għall-persuni ċivili, inklużi tfal u nisa, f’sitwazzjonijiet ta’ konflitti armati, inklużi l-qtil u l-mankament, il-vjolenza sesswali u dik ibbażat fuq il-ġeneru tal-persuna, l-attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u l-ispostament furzat.”.

(2)

Fl-Artikolu 4, il-Paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Artikolu 2(1) u (2) ma japplikawx għat-tpoġġija ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunsinna fil-ħin ta’ għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja min-NU, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, mill-organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu għajnuna umanitarja, jew mis-sħab implimentattivi tagħhom, inklużi NGOs finanzjati b’mod bilaterali jew multilaterali li jipparteċipaw fl-Appell Konsolidat tan-NU għas-Somalja.”

(3)

Il-persuna elenkata fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista ta’ persuni li tinsab fit-Taqsima I tal-Anness I.

(4)

L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2.

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.

(3)  Ara paġna 38 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

“ANNESS II

Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

L-Uffiċċju tas-SEAE 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

L-indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu”.


ANNESS II

Persuna msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 1

Jim’ale, Ali Ahmed Nur; (magħruf ukoll bħala a) Jim’ale, Ahmed Ali; magħruf ukoll bħala, b) Jim’ale, Ahmad Nur Ali; magħruf ukoll bħala, c) Jim’ale, Sheikh Ahmed; magħruf ukoll bħala, d) Jim’ale, Ahmad Ali; magħruf ukoll bħala, e) Jim’ale, Shaykh Ahmed Nur)

Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Eilbur, is-Somalja. Nazzjonalità: Somalu. Nazzjonalità alternattiva: Ġibutjan. Passaport: A0181988 (Somalja), jiskadi fit-23 ta’ Jannar 2011. Post: Ġibuti, ir-Repubblika ta’ Ġibuti. Data ta’ Inklużjoni min-NU: 17 ta’ Frar 2012.

Ali Ahmed Nur Jim’ale (Jim’ale) kellu pożizzjonijiet ta’ tmexxija fl-ex Kunsill Somalu tal-Qrati Iżlamiċi, magħruf ukoll bħala l-Unjoni Somala tal-Qrati Iżlamiċi, li kien element Iżlamista radikali. L-elementi l-aktar radikali tal-Unjoni Somala tal-Qrati Iżlamiċi eventwalment ifformaw il-grupp magħruf bħala Al-Shabaab. Al-Shabaab ġie elenkat għal sanzjonijiet immirati f’April 2010 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) dwar is-Somalja u l-Eritrea (il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea”). Il-Kumitat elenka lil Al-Shabaab għax kienet entità involuta f’atti li jheddu b’mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi iżda mhux limitati għal atti li joħolqu theddida għall-Gvern Federali Transizzjonali Somalu.

Skont ir-rapport tat-18 ta’ Lulju 2011 tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea (S/2011/433), Jim’ale huwa identifikat bħala negozjant u figura prominenti fiċ-ċiklu tal-kummerċ tal-faħam u z-zokkor ta’ Al-Shabaab u bħala li jibbenefika minn relazzjonijiet privileġġati ma’ Al-Shabaab.

Jim’ale huwa identifikat bħala wieħed mill-finanzjaturi ewlenin ta’ Al-Shabaab u huwa allinjat ideoloġikament ma’ Al-Shabaab. Jim’ale pprovda finanzjament u appoġġ politiku ewlenin għal Hassan Dahir Aweys (“Aweys”), li kien ukoll elenkat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea. L-ex Viċi Emir Muktar Robow ta’ Al-Shabaab ġie rrapportat li kompla jinvolvi ruħu fi rwoli politiċi fl-organizzazzjoni ta’ Al-Shabaab matul nofs l-2011. Robow involva lil Aweys u lil Jim’ale fi sforz biex javvanzaw l-objettivi kondiviżi tagħhom u jikkonsolidaw il-pożizzjoni ġenerali tagħhom fil-kuntest tal-qasma fit-tmexxija ta’ Al-Shabaab.

Mill-ħarifa tal-2007, Jim’ale stabbilixxa kumpannija fittizja f’Ġibuti għal attivitajiet estremisti, imsejħa l-Investors Group. L-għan għal perijodu qasir tal-grupp kien li jiddestabbilizza lil Somaliland, permezz tal-finanzjament ta’ attivitajiet estremisti u xiri ta’ armi. Il-grupp assista fil-kuntrabandu ta’ armi żgħar mill-Eritrea, li ngħaddew minn Ġibuti biex twasslu fil-ħames reġjun tal-Etjopja fejn l-estremisti rċevew il-vjeġġ. Minn nofs l-2008, Jim’ale kompla jopera l-Investors Group.

Minn tard f’Settembru 2010, Jim’ale stabbilixxa ZAAD, negozju ta’ trasferiment ta’ flus minn telefon ċellulari għal ieħor u laħaq ftehim ma’ Al-Shabaab biex it-trasferimenti ta’ flus isiru b’mod aktar anonimu billi titneħħa l-ħtieġa li tintwera identifikazzjoni.

Minn tard fl-2009, Jim’ale kellu fond ta’ hawala magħruf fejn huwa ġabar zakat, li ġie pprovdut lil Al-Shabaab.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 642/2012

tal-16 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 (2) jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

(2)

Fit-22 ta’ Frar 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2036 (2012), li permezz tagħha jitlob, fil-paragrafu 22, lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-importazzjoni diretta jew indiretta tal-faħam tal-kannol mis-Somalja.

(3)

Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/388/PESK (3), li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK biex tipprovdi għall-projbizzjoni tal-importazzjoni diretta jew indiretta tal-faħam tal-kannol mis-Somalja fl-Unjoni.

(4)

Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3b

1.   Ikunu ipprojbiti:

(a)

l-importazzjoni tal-faħam tal-kannol fl-Unjoni jekk:

(i)

ikun joriġina mis-Somalja; jew

(ii)

ikun ġie esportat mis-Somalja;

(b)

ix-xiri tal-faħam tal-kannol li jkun jinsab jew li jkun joriġina mis-Somalja;

(c)

it-trasport tal-faħam tal-kannol jekk ikun joriġina mis-Somalja, jew jekk ikun qiegħed jiġi esportat mis-Somalja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

(d)

il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, it-trasport jew ix-xiri tal-faħam tal-kannol imsemmija fil-punti (a), (b) u (c); u

(e)

il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jevitaw il-projbizzjoni fil-punti (a), (b), (c) u (d).

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “faħam tal-kannol” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness II.

3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma japplikawx għax-xiri jew it-trasport tal-faħam tal-kannol li kien ġie esportat mis-Somalja qabel it-22 ta’ Frar 2012.”.

(2)

Fl-Artikolu 2a, fl-Artikolu 6a u fl-Artikolu 7a(1), ir-referenzi għall-‘Anness’ huma sostitwiti bir-referenzi għall-“Anness I’.

(3)

L-Anness għandu jingħata isem ġdid: ‘Anness I’ u għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ ma’ dan ir-Regolament

(4)

It-test li jidher fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2003, p. 2.

(3)  Ara paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

“ANNESS I

Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

Il-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

L-Uffiċċju tas-SEAE 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

L-indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu”.


ANNESS II

“ANNESS II

Prodotti inklużi fit-tifsira tal-kliem “faħam tal-kannol”

Kodiċi tas-SA

Isem tal-merkanzija

4402

Faħam tal-kannol tal-injam (inkluż faħam tal-kannol tal-qoxra jew tal-ġewża), magħqud jew le”.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 643/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti neħħa żewġ persuni mil-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fis-27 ta’ Ġunju 2012, il-Kumitat żied persuna waħda mal-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Barra minn hekk, fit-28 ta’ Ġunju 2012, il-Kumitat żied żewġ persuni u żewġ entitajiet oħra mal-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(5)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011.

Artikolu 2

L-entrati għall-persuni li jidhru fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS I

Entrati msemmija fl-Artikolu 1

A.   Individwi assoċjati mat-Talibani

(1)

Bakht Gul (magħruf ukoll bħala (a) Bakhta Gul (b) Bakht Gul Bahar (c) Shuqib).

Data tat-Twelid: 1980. Post tat-Twelid: Raħal ta’ Aki, Distrett ta’ Zadran, Provinċja ta’ Paktiya, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Indirizz: Miram Shah, North Waziristan, Federally Administered Tribal Areas, Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Assistent tal-komunikazzjoni għal Badruddin Haqqani. (b) Jikkoordina wkoll il-moviment ta’ ribelli, ġellieda barranin u armi ta’ Haqqani fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù ta’ Zadran. Data tan-nomina min-NU: 27.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta’ raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Bahkt Gul ilu uffiċjal tal-komunikazzjoni ewlieni tan-Netwerk ta’ Haqqani mill-inqas mill-2009, meta l-predeċessur tiegħu ġie arrestat fl-Afganistan. Fl-2011, Gul kompla jirrapporta direttament lil Badruddin Haqqani, mexxej anzjan tan-Netwek ta’ Haqqani, u kien serva ta’ intermedjarju għal dawk li xtaqu jikkuntattjawh. Ir-responsabbiltajiet ta’ Gul jinkludu li jgħaddi rapporti minn kmandanti fl-Afganistan lil uffiċjali għoljin tan-Netwerk ta’ Haqqani, uffiċjali tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tat-Taliban, u mezzi tal-komunikazzjoni leġittimi fl-Afganistan.

Gul jaħdem ukoll ma’ uffiċjali tan-netwerk ta’ Haqqani, inkluż Badruddin Haqqani, biex jikkoordina l-moviment ta’ ribelli tan-Netwerk ta’ Haqqani, ġellieda barranin u armi fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan u l-Lvant tal-Afganistan. Fl-2010, Gul għadda ordnijiet operazzjonali mingħand Badruddin Haqqani lil ġellieda fl-Afganistan. Lejn l-aħħar tal-2009, Gul qassam flus lil sottokmandanti tan-Netwerk ta’ Haqqani li kienu qed jivvjaġġaw bejn Miram Shah u l-Afganistan.

(2)

Abdul Satar Abdul Manan (magħruf ukoll bħala (a) Haji Abdul Sattar Barakzai (b) Haji Abdul Satar (c) Haji Satar Barakzai (d) Abdulasattar).

Titolu: Haji. Data tat-Twelid: 1964. Post tat-Twelid: (a) Raħal ta’ Mirmandaw, Distrett ta’ Nahr-e Saraj, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan (b) Raħal ta’ Mirmadaw, Distrett ta’ Gereshk, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan (c) Qilla Abdullah, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nru tal-passaport: AM5421691 (Passaport tal-Pakistan, jiskadi fil-11 ta’ Aww. 2013). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: (a) Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali tal-Pakistan 5420250161699 (b) Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali Afgan 585629. Indirizz: (a) Kachray Road, Pashtunabad, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan (b) Nasrullah Khan Chowk, Pashtunabad Area, Baluchistan Province, Pakistan (c) Chaman, Baluchistan Province, Pakistan (d) Abdul Satar Food Shop, Ayno Mina 0093, Kandahar Province, Afghanistan. Informazzjoni oħra: (a) Sid konġunt ta’ Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. (b) Assoċjat ukoll ma’ Khairullah Barakzai. (c) Jappartjeni għat-tribù ta’ Barakzai. (d) Isem il-missier huwa Hajji ‘Abd-al-Manaf. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta’ raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Satar Abdul Manan huwa sid konġunt u operatur ta’ Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. Satar u Khairullah Barakzai Khudai Nazar kienu s-sidien u l-operaturi konġunti ta’ hawalas (servizzi ta’ rimessa ta’ flus informali) magħrufa bħala HKHS fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai u mexxew fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Fl-aħħar tal-2009, Satat u Khairullah kellhom sħubija ugwali fl-HKHS. Satar kien il-fundatur ta’ HKHS u parti mir-raġuni li għaliha l-klijenti għażlu li jużaw l-HKHS kienet minħabba l-ismijiet magħrufa ta’ Satar u Khairullah. Satar ta eluf ta’ dollari lit-Taliban biex jappoġġa attivitajiet tat-Taliban fl-Afganistan u qassam fondi lit-Taliban billi uża l-hawala tiegħu. Fl-2010, Satar ipprovda għajnuna finanzjarja lit-Taliban, u kmandant tat-Taliban u l-assoċjati tiegħu jista’ jkun li ttrasferew eluf ta’ dollari permezz ta’ Satar bħala appoġġ għar-ribelljoni. Fl-aħħar tal-2009, Satar ospita membri għoljin tat-Taliban, ipprovda għexieren ta’ eluf ta’ dollari biex jgħin il-ġlieda tat-Taliban kontra l-Forzi ta’ Koalizzjoni f’Marjah, id-Distrett ta’ Nad’Ali, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, u għen biex jittrasporta lil membru tat-Taliban lejn Marjah. Fl-2008, Satar u Khairullah ġabru flus minn donaturi u qassmu l-fondi lit-Taliban billi użaw il-hawala tagħhom.

(3)

Khairullah Barakzai Khudai Nazar (magħruf ukoll bħala (a) Haji Khairullah (b) Haji Khair Ullah (c) Haji Kheirullah (d) Haji Karimullah (e) Haji Khair Mohammad).

Titolu: Haji. Data tat-Twelid: 1965. Post tat-Twelid: (a) Raħal ta’ Zumbaleh, Distrett ta’ Nahr-e Saraj, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan (b) Raħal ta’ Mirmadaw, Distrett ta’ Gereshk, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan (c) Qilla Abdullah, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nru tal-passport: BP4199631 (Passaport tal-Pakistan, jiskadi fil-25 ta’ Ġun. 2014). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali tal-Pakistan 5440005229635. Indirizz: Abdul Manan Chowk, Pashtunabad, Quetta, Baluchistan Province. Informazzjoni oħra: (a) Sid konġunt ta’ Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. (b) Assoċjat ukoll ma’ Abdul Satar Abdul Manan. (c) Jappartjeni għat-tribù ta’ Barakzai. (d) Isem il-missier huwa Haji Khudai Nazar. (e) L-isem alternattiv tal-missier huwa Nazar Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta’ raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Khairullah Barakzai Khudai Nazar huwa sid konġunt u operatur ta’ Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS). Fl-aħħar tal-2009, Khairullah u Abdul Satar Abdul Manan kellhom sħubija ugwali fl-HKHS. Huma ħaddmu b’mod konġunt hawalas magħrufa bħala HKHS fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai u mexxew fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Fil-bidu tal-2010, Khairullah kien il-kap tal-fergħa tal-HKHS f’Kabul. Fl-2010, Khairullah kien hawaladar għat-tmexxija għolja tat-Taliban u pprovda għajnuna finanzjarja lit-Taliban. Khairullah, flimkien mas-sieħeb tan-negozju tiegħu Satar, ipprovda eluf ta’ dollari lit-Taliban biex jappoġġa attivitajiet tat-Taliban fl-Afganistan. Fl-2008, Khairullah u Satar ġabru flus minn donaturi u qassmu l-fondi lit-Taliban billi użaw il-hawala tagħhom.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

(1)

Haji Khairullah Haji Sattar money exchange (magħruf ukoll bħala (a) Haji Khairullah-Haji Sattar Sarafi (b) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company (c) Haji Khairullah Money Exchange (d) Haji Khair Ullah Money Service (e) Haji Salam Hawala (f) Haji Hakim Hawala (g) Haji Alim Hawala)

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Chohar Mir Road, Kandahari Bazaar, Quetta City, Baluchistan Province, Pakistan; ii) Room number 1, Abdul Sattar Plaza, Hafiz Saleem Street, Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Shop number 3, Dr. Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Office number 3, Near Fatima Jinnah Road, Dr. Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Kachara Road, Nasrullah Khan Chowk, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Wazir Mohammad Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: Peshawar, Khyber Paktunkhwa Province, Pakistan; (c) Branch Office 3: Moishah Chowk Road, Lahore, Punjab Province, Pakistan; (d) Branch Office 4: Karachi, Sindh Province, Pakistan; (e) Branch Office 5: i) Larran Road number 2, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan ii) Chaman Central Bazaar, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan; (f) Branch Office 6: i) Shop number 237, Shah Zada Market (also known as Sarai Shahzada), Kabul, Afghanistan ii) Shop number 257, 3rd Floor, Shah Zada Market (also known as Sarai Shahzada), Kabul, Afghanistan; (g) Branch Office 7: i) Shops number 21 and 22, 2nd Floor, Kandahar City Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) New Sarafi Market, 2nd Floor, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan iii) Safi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan; (h) Branch Office 8: Gereshk City, Nahr-e Saraj District, Helmand Province, Afghanistan; (i) Branch Office 9: i) Lashkar Gah Bazaar, Lashkar Gah, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan ii) Haji Ghulam Nabi Market, 2nd Floor, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan; (j) Branch Office 10: i) Suite numbers 196-197, 3rd Floor, Khorasan Market, Herat City, Herat Province, Afghanistan ii) Khorasan Market, Shahre Naw, District 5, Herat City, Herat Province, Afghanistan; (k) Branch Office 11: i) Sarafi Market, Zaranj District, Nimroz Province, Afghanistan ii) Ansari Market, 2nd Floor, Nimroz Province, Afghanistan; (l) Branch Office 12: Sarafi Market, Wesh, Spin Boldak District, Afghanistan; (m) Branch Office 13: Sarafi Market, Farah, Afghanistan; (n) Branch Office 14: Dubai, United Arab Emirates; (o) Branch Office 15: Zahedan, Iran; (p) Branch Office 16: Zabul, Iran. Numri tat-taxxa u tal-liċenzja: (a) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 1774308; (b) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 0980338; (c) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 3187777; (d) Numru tal-Liċenzja Afgan ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Flus: 044. Informazzjoni oħra: (a) Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange kien jintuża mit-tmexxija tat-Taliban biex jiġu ttrasferiti flus lil kmandanti tat-Taliban biex jiġu ffinanzjati ġellieda u operaturi fl-Afganistan fl-2011. (b) Assoċjat ma’ Abdul Sattar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta’ raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS) jappartjeni b’mod konġunt għal Abdul Satar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Satar u Khairullah ħaddmu skambji ta’ flus fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Mexxejja tat-Taliban użaw l-HKHS biex iqassmu flus lil gvernaturi alternattivi u kmandanti u biex jirċievu trasferimenti ta’ hawala (rimessa ta’ flus informali) għat-Taliban. Fl-2011, it-tmexxija tat-Taliban għaddiet flus lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan bl-użu tal-HKHS. Lejn l-aħħar tal-2011, il-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, intużat biex tibgħat flus lill-gvernatur alternattiv tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Helmand. F’nofs l-2011, kmandant tat-Taliban uża fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja ġellieda u operaturi fl-Afganistan. Wara li t-Taliban iddepożitaw ammont sinfikanti ta’ flus kontanti kull xahar ma’ din il-fergħa tal-HKHS, kmandanti tat-Taliban setgħu jaċċessaw il-fondi minn kwalunkwe fergħa tal-HKHS. Il-persunal tat-Taliban użaw l-HKHS fl-2010 biex jittrasferixxu flus lil hawalas fl-Afganistan fejn kmandanti operazzjonali setgħu jaċċessaw il-fondi. Lejn tmiem l-2009, il-mexxej tal-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah ħa ħsieb il-moviment ta’ fondi tat-Taliban permezz tal-HKHS.

(2)

Roshan money exchange (magħruf ukoll bħala (a) Roshan Sarafi (b) Roshan Trading Company (c) Rushaan Trading Company (d) Roshan Shirkat (e) Maulawi Ahmed Shah Hawala (f) Mullah Ahmed Shah Hawala (g) Haji Ahmad Shah Hawala (h) Ahmad Shah Hawala).

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Shop number 1584, Furqan (variant Fahr Khan) Center, Chalhor Mal Road,Quetta, Baluchistan Province, Pakistan ii) Flat number 4, Furqan Center, Jamaluddin Afghani Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Office number 4, 2nd Floor, Muslim Plaza Building, Doctor Banu Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Cholmon Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Shop number 1, 1st Floor, Kadari Place, Abdul Samad Khan Street (next to Fatima Jena Road), Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: i) Safar Bazaar, Garmser District, Helmand Province, Afghanistan ii) Main Bazaar, Safar, Helmand Province, Afghanistan; (c) Branch Office 3: i) Haji Ghulam Nabi Market, Lashkar Gah, Helmand Province, Afghanistan ii) Money Exchange Market, Lashkar Gah, Helmand Province, Afghanistan iii) Lashkar Gah Bazaar, Helmand Province, Afghanistan; (d) Branch Office 4: Hazar Joft, Garmser District, Helmand Province, Afghanistan e) Branch Office 5: Ismat Bazaar, Marjah District, Helmand Province, Afghanistan; (e) Branch Office 6: Zaranj, Nimruz Province, Afghanistan; (f) Branch Office 7: i) Suite number 8, 4th Floor, Sarafi Market, District number 1, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) Shop number 25, 5th Floor, Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar District, Kandahar Province, Afghanistan; (g) Branch Office 8: Lakri City, Helmand Province, Afghanistan; (h) Branch Office 9: Gerd-e-Jangal, Chaghi District, Baluchistan Province, Pakistan; (i) Branch Office 10: Chaghi, Chaghi District, Baluchistan Province, Pakistan; (j) Branch Office 11: Aziz Market, in front of Azizi Bank, Waish Border, Spin Boldak District, Kandahar Province, Afghanistan. Informazzjoni oħra: Roshan Money Exchange jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jiġu appoġġati operazzjonijiet militari tat-Taliban u l-kummerċ tan-narkotiċi fl-Afganistan. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta’ raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Roshan Money Exchange (RMX) jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jappoġġaw operazzjonijiet militari tat-Taliban u r-rwol tat-Taliban fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. RMX kien wieħed mill-hawalas ewlenin (servizzi ta’ rimessa ta’ flus informali) użat minn uffiċjali tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helmand sa mill-2011. Fl-2011, membru għoli tat-Taliban ġibed mijiet ta’ eluf ta’ dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex iqassamhom lil gvernaturi provinċjali alternattivi tat-Taliban. Biex jiffinanzja r-ribelljoni tar-rebbiegħa fl-2011, il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Helmand bagħat mijiet ta’ eluf ta’ dollari lill-RMX. Ukoll fl-2011, membru tat-Taliban irċieva għexieren ta’ eluf ta’ dollari mill-RMX biex jappoġġaw operazzjonijiet militari. Fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan ukoll żammet għexieren ta’ eluf ta’ dollari li kellhom jinġabru minn kmandant tat-Taliban. Fl-2010, f’isem il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Helmand, membru tat-Taliban uża l-RMX biex jibgħat eluf ta’ dollari lir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Il-fergħa tal-RMX f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, intużat mit-Taliban biex jiġu ttrasferiti fondi għal operazzjonijiet lokali. Fl-2011, sottokmandant tat-Taliban ittrasferixxa għexieren ta’ eluf ta’ dollari lil kmandant tat-Taliban permezz tal-fergħa tal-RMX f’Lashkar Gah. It-Taliban bagħat ukoll fondi lill-fergħa tal-RMX f’Lashkar Gah biex jitqassmu lil kmandanti tat-Taliban fl-2010. Ukoll fl-2010, membru tat-Taliban uża l-RMX biex jibgħat għexieren ta’ eluf ta’ dollari lill-Provinċja ta’ Helmand u l-Provinċja ta’ Herat, l-Afganistan f’isem il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Helmand.

Fl-2009, rappreżentant għoli tat-Taliban ġibed mijiet ta’ eluf ta’ dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja operazzjonijiet militari tat-Taliban fl-Afganistan. Il-flus mibgħuta lill-RMX oriġinaw fl-Iran. Fl-2008, mexxej tat-Taliban uża l-RMX biex jittrasferixxi għexieren ta’ eluf ta’ dollari mill-Pakistan għall-Afganistan. It-Taliban juża wkoll l-RMX biex jiffaċilita r-rwol tiegħu fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. Fl-2011, uffiċjali tat-Taliban, inkluż il-gvernatur alternattiv tal-Provinċja ta’ Helmand, ittrasferew mijiet ta’ eluf ta’ dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan lil hawalas fl-Afganistan għax-xiri ta’ narkotiċi f’isem uffiċjali tat-Taliban. Ukoll fl-2011, uffiċjal tat-Taliban ordna lil kmandanti tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helmand biex jittrasferixxu dħul mil-loppju permezz tal-RMX. Kap ta’ distrett tat-Taliban ittrasferixxa eluf ta’ dollari minn Marjah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, għal fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.


ANNESS II

Entrati msemmija fl-Artikolu 2

(1)

Mohammad Homayoon Mohammad Yonus Kohistani (magħruf ukoll bħala Mohammad Homayoon Kohistani).

(2)

Mohammad Sharif Masood Mohammad Akbar.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 644/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja, fir-rigward tar-Russja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), l-Artikolu 8(d), u l-Artikolu 13(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu mill-Unjoni ta' ċerti ungulati ħajjin. Hija tistipula li dispożizzjonijiet speċifiċi, inklużi ċertifikati veterinarji mudelli, jistgħu jiġu stipulati għat-tranżitu mill-Unjoni ta' ungulati ħajjin minn pajjiżi terzi awtorizzati, sakemm annimali bħal dawn jgħaddu bi tranżitu mit-territorju tal-Unjoni b'approvazzjoni doganali u veterinarja uffiċjali u sorveljanza permezz tal-postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera approvati u mingħajr l-ebda waqfa fit-territorju tal-Unjoni ħlief dawk meħtieġa għall-ġid tal-annimali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti konsenji ta’ annimali ħajjin inklużi ungulati. L-Anness I ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn dawn il-konsenji jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni, flimkien ma' mudelli ta' ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw dawk il-konsenji.

(3)

Fuq talba tar-Russja għall-awtorizzazzjoni tat-tranżitu tal-annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad (Kaliningradskaya oblast) mit-territorju tal-Litwanja, saret spezzjoni mill-Kummissjoni f'Kaliningrad. Hija kkonkludiet li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali f'dak ir-reġjun tidher li hi waħda favorevoli. Fuq dik il-bażi, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' dawn l-annimali għall-fini biss ta' tranżitu mir-reġjun ta' Kaliningrad għal partijiet oħra tat-territorju tar-Russja minn ġot-territorju tal-Litwanja permezz ta' vetturi tat-triq għandha tkun awtorizzata.

(4)

Barra minn hekk, il-Litwanja trid tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (3) fir-rigward ta' dawk l-annimali mir-reġjun ta' Kaliningrad li ma jistgħux itemmu t-tranżitu mingħajr ma jħottu minħabba ċirkostanzi esterni.

(5)

Ir-Russja kkonfermat ukoll il-qbil tagħha mal-Bjelorussja skont l-unjoni doganali li tinkludi ż-żewġ pajjiiżi u li timplika li l-istess rekwiżiti veterinarji-sanitarji standard fuq l-importazzjoni japplikaw għaż-żewġ pajjiżi.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat biex jistipula t-tranżitu tal-annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad. Il-lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Hemm bżonn ukoll li jiġi pprovdut ċertifikat veterinarju mudell għat-tranżitu ta' dawk l-annimali. Għaldaqstant, għandu jiddaħħal ċertifikat veterinarju mudell "BOV-X-TRANSIT-RU" fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 12a

Deroga għat-tranżitu mil-Litwanja ta' ċerti konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u għall-produzzjoni

1.   It-tranżitu bit-triq mil-Litwanja ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni ġejjin mir-reġjun Russu ta' Kaliningrad u kkonsenjati f'destinazzjoni barra mill-Unjoni għandu jkun awtorizzat suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali jidħlu l-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai u joħorġu mil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Medininkai;

(b)

l-annimali jiġu ttrasportati f'kontejners fuq vetturi tat-triq ssiġillati b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni fi triq Kybartai, mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti tal-Litwanja;

(c)

id-dokumenti msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE, inkluż iċ-ċertifikat veterinarju mimli kif xieraq skont iċ-ċertifikat veterinarju mudell "BOV-X-TRANSIT-RU" stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u li jakkumpanjaw l-annimali mill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai sal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera Medininkai jkunu ttimbrati "GĦAT-TRANŻITU BISS MINN ĠOL-LITWANJA META ĠEJ MIR-REĠJUN RUSSU TA' KALININGRAD" fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai;

(d)

ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE;

(e)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu mil-Litwanja fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 (*) u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai;

(f)

l-annimali jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jippermetti dħul bla xkiel fil-Bjelorussja u b'ċertifikat veterinarju maħruġ għall-post ta' destinazzjoni tal-annimali fir-Russja.

2.   Il-konsenja ma għandhiex tinħatt fl-Unjoni u għandha tittieħed direttament għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għall-ħruġ ta' Medininkai.

Il-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Medininkai għandu jimla l-parti 3 tad-Dokument tad-Dħul Veterinarju Komuni wara l-kontrolli tal-ħruġ fuq il-konsenja jkunu vverifikaw li tkun l-istess konsenja li daħlet fil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi "triq Kybartai".

3.   F'każ ta' kwalunkwe irregolarità jew emerġenza waqt it-tranżitu, l-Istat Membru tat-tranżitu għandu japplika l-miżuri stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 90/425/KEE (**) kif xieraq.

4.   L-awtorità kompetenti tal-Litwanja għandha tivverifika regolarment li l-għadd ta' konsenji li jidħlu u jħallu t-territorju tal-Unjoni jkun jaqbel.

(*)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11."

(**)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29 ""

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-partijiet 1 u 2 jitbiddlu b’li ġej:

"PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom  (*)

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

POR-X

 

IVb

IX

V

CA-1

Il-pajjiż kollu, għajr ir-reġjun ta’ Okanagan Valley tal-British Columbia kif deskritt hawn isfel:

Minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 120°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudni

Lejn it-Tramuntana fil-punt ta’ 119°35′ ta’ lonġitudni u 50°30′ ta’ latitudni

Lejn il-Grigal fil-punt ta’ 119° ta’ lonġitudini u 50°45′ ta’ latitudini

Lejn in-Nofsinhar minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 118°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudini

BOV-X, OVI-X, OVI-Y RUM (**)

A

CH – l-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (***)

 

 

CL – iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X,OVI-X, RUM

 

 

POR-X, SUI

B

GL – il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

OVI-X, RUM

 

V

HR – il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y

 

 

IS – l-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y RUM, OVI-X, OVI-Y

 

 

POR-X, POR-Y

B

ME – il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

 

 

I

MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (****)

MK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

I

NZ – in-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y OVI-X, OVI-Y

 

III

V

PM – St Pierre u Miquelon

PM-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y CAM

 

 

RS – Is-Serbja (*****)

RS-0

Il-pajjiż kollu

 

 

I

RU – ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

RU-1

Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta' Kaliningrad

 

 

 

RU-2

Ir-Regjun ta’ Kaliningrad

BOV-X-TRANSIT-RU

 

X

Kundizzjonijiet Speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ f’kull ċertifikat):

"I"

:

għat-tranżitu mit-territorju ta’ pajjiż terz ta’ annimali ħajjin għall-qtil immedjat jew ta’ annimali bovini ħajjin għas-simna li jiġu kkonsenjati minn Stat Membru u li jkunu ddestinati għal Stat Membru ieħor fi trakkijiet li jkunu ġew issiġillati permezz ta’ siġill innumerat b’numru ta’ serje.

In-numru tas-siġill għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa maħruġ skont il-mudell li jidher fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE (1) għal annimali bovini ħajjin għall-qtil u skont il-Mudell I tal-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE (2) għal annimali ovini u kaprini għall-qtil.

Barra minn hekk, is-siġill għandu jkun sħiħ meta jasal fl-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera indikat għad-dħul fl-Unjoni u n-numru tas-siġill għandu jiġi rreġistrat fis-sistema integrata veterinarja kompjuterizzata tal-Unjoni (TRACES).

Iċ-ċertifikat għandu jiġi ttimbrat fil-post tal-ħruġ mill-Unjoni mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti qabel it-tranżitu lejn pajjiż terz jew iktar bil-kliem li ġej “ESKLUŻIVAMENT GĦAL TRANŻITU BEJN PARTIJIET DIFFERENTI TAL-UNJONI EWROPEA BI TRANŻITU MINN DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA/MILL-MONTENEGRO/MIS-SERBJA (******)  (*******)”.

Annimali bovini għas-simna għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn l-istabbiliment destinatarju indikat mill-awtorità veterinarja kompetenti għad-destinazzjoni. Dawn l-annimali m’għandhomx jinħarġu mill-istabbiliment jekk ma jkunux għall-qtil immedjat.

"II"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

"III"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV- X.

"IVa"

:

territorju rikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina (EBL) għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

"IVb"

:

rikonoxxut li għandu merħliet uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE għal finijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV–X.

"V"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat OVI- X.

"VI"

:

Restrizzjonijiet ġeografiċi:

"VII"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

"VIII"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

"IX"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-marda ta’ Aujeszky għal finijiet ta’ esportazzjonjiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat POR-X

"X"

:

Għat-tranżitu mil-Litwanja ta' annimali bovini għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad għal reġjuni oħra fir-Russja.

PARTI 2

Mudelli taċ-Ċertifikati Veterinarji

Mudelli:

"BOV-X"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

"BOV-Y"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

"BOV-X-TRANSIT-RU"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-tranżitu mir-reġjun ta' Kaliningrad lejn reġjuni oħra tar-Russja minn ġot-territorju tal-Litwanja.

"OVI-X"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

"OVI-Y"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

"POR-X"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

"POR-Y"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

"RUM"

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal annimali tal-ordni Artiodactyla (bl-eċċezzjoni ta’ annimali bovini (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae.

"SUI"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal Suidae mhux domestiċi, Tayassuidae u Tapiridae.

"CAM"

:

Mudell ta' attestazzjoni speċifika għal annimali impurtati minn St Pierre u Miquelon bil-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 7 tal-Anness I.

SG (Garanziji supplementari):

"A"

:

garanziji dwar testijiet għall-Bluetongue u l-marda Epiżootika emorraġika fuq annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X (il-punt II.2.8 B), OVI-X (il-punt II.2.6 D) u RUM (il-punt II.2.6)

"B"

:

garanziji dwar testijiet għall-marda vesikulari tal-ħnieżer u l-marda klassika tal-ħnieżer fuq annimali ċċertifikati skoni il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 B) u SUI (il-punt II.2.4 B).

"C"

:

garanziji rigward it-test tal-Bruċellożi fuq l-annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 C) u SUI (il-punt II.2.4 C)."

(2)

iċ-ċertifikat veterinarju mudell li ġej jiddaħħal bejn il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji "BOV-Y" u "OVI-X"

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(*)  Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni pprovduti minn kwalunkwe ftehim rilevanti bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

(**)  Esklużivament għal annimali ħajjin li mhumiex annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi taċ-cervidae.

(***)  Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).

(****)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(*****)  Ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.

(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(******)  Ħassar il-pajjiż skont il-bżonn.

(*******)  Is-Serbja ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 645/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u mir-Regolament (UE) Nru 65/2011 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għas-sottomissjoni tard ta' applikazzjonijiet uniċi b'konnessjoni mal-Portugall Kontinentali u ma’ Madera għall-2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa stipulati f’dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (3), fl-Artikolu 23(1) tiegħu, jipprovdi għat-tnaqqis li għandu jiġi applikat fil-każ tas-sottomissjoni tard ta’ applikazzjoni għall-għajnuna kif ukoll ta’ dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li huma kostituttivi għall-eliġibbiltà għall-għajnuna.

(2)

Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (4), l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 japplikaw mutatis mutandis għat-talbiet għall-pagamenti skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011.

(3)

Il-Portugall implimenta sistema ta’ applikazzjoni unika għall-għajnuna li tkopri bosta skemi ta’ appoġġ, skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. B’mod partikulari, l-applikazzjonijiet għall-iskema ta’ pagament uniku skont it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjonijiet għall-primjums tan-nagħaġ u tal-mogħoż skont l-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (5) u ċerti applikazzjonijiet għall-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jagħmlu parti mill-applikazzjoni unika.

(4)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, il-Portugall stabbilixxa l-15 ta' Mejju 2012 bħala l-aħħar jum li fih jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet uniċi għall-2012. F'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet uniċi li jinkludu applikazzjoni għall-primjum tan-nagħaġ u tal-mogħoż, il-Portugall stabbilixxa t-30 ta’ April tas-sena tal-applikazzjoni bħala l-aħħar jum li fih jistgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-primjum tan-nagħaġ u tal-mogħoż għall-2012 skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009.

(5)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħbula tar-raba’ jkunu identifikati b'mod affidabbli kif ukoll li l-applikazzjoni unika jkollha magħha dokumenti li jidentifikaw il-ħbula tar-raba’ sabiex tkun tista' tiġi implimentata s-sistema ta’ kontroll.

(6)

Bi tweġiba għan-nuqqasijiet relatati mal-identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’, li fil-passat kienu jiġu individwati b’mod regolari, il-Portugall implimenta “Pjan ta’ Azzjoni” flimkien mal-Kummissjoni. Dan l-impenn jinkludi, b'mod partikulari, l-aġġornament tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ (Land Parcel Identification System – LPIS) fil-Portugall.

(7)

Madankollu, il-Portugall esperjenza ċirkostanzi eċċezzjonali fl-amministrazzjoni tiegħu tal-applikazzjonijiet uniċi għall-2012 safejn huma kkonċernati l-Portugall Kontinentali u Madera. Fit-tieni fażi tal-“Pjan ta’ Azzjoni”, il-Portugall kellu jeżamina madwar 1 600 000 ħbula tar-raba’. Dan ix-xogħol huwa kumpless, u l-kontrolli tal-kwalità rriżultaw f’analiżi ġdida ta’ xi wħud mill-ħbula tar-raba’, li jġib xi dewmien. Barra minn hekk, billi kien hemm dewmien f’parti mill-ħidma li twettqet minn kuntratturi esterni, l-LPIS ma setgħetx tiġi aġġornata skont l-iskeda maħsuba qabel. Konsegwentement, il-bdiewa ngħataw l-informazzjoni aġġornata dwar il-ħbula tar-raba’ iktar tard milli mistenni.

(8)

Minħabba l-kapaċità teknika eżistenti fil-Portugall, li diġà kienet tkabbret b'antiċipazzjoni tal-implimentazzjoni tal-"Pjan ta' Azzjoni", din is-sitwazzjoni affettwat il-kapaċità tal-applikanti biex jissottomettu applikazzjonijiet uniċi għall-għajnuna għall-Portugall Kontinentali u għal Madera fil-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009.

(9)

Dawn id-diffikultajiet iggravaw għall-fatt li l-proċedura tal-applikazzjoni fil-Portugall b'mod partikolari tieħu ħafna ħin minħabba li l-konfini kkoreġuti tal-ħbula tar-raba’ ta’ referenza jridu jiġu ċċekkjati b’mod diliġenti mill-bdiewa wara l-aġġornament mil-LPIS. Għalhekk, huwa partikolarment diffiċli li wieħed iżomm mal-iskadenzi tal-15 ta’ Mejju 2012 u tat-30 ta’ April 2012 rispettivament, minħabba l-kuntest ġenerali tal-“Pjan ta’ Azzjoni” u l-impenji meħuda mill-Portugall biex itejjeb is-sistema integrata tiegħu tal-amministrazzjoni u l-kontroll.

(10)

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ miżuri addizzjonali minħabba nixfa eċċezzjonali wasslet għal użu iżjed intensiv tas-sistema informatika. Billi dawn il-miżuri ġew amministrati mill-istess sistema informatika bħall-"Pjan ta’ Azzjoni”, il-kapaċità għall-amministrazzjoni tal-“Pjan ta’ Azzjoni” kompliet titnaqqas.

(11)

Minħabba d-diffikultajiet imsemmija hawn fuq, fl-2012 il-proċess tal-applikazzjoni seta’ jinbeda biss f’data wara li l-istess proċess beda fl-2011 u fis-snin ta’ qabel. Għall-istess raġunijiet, l-applikazzjonijiet ġew sottomessi b’ritmu aktar bil-mod minn tal-2011. L-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Portugiżi lill-Kummissjoni dwar il-kapaċità tas-sistema tat-teknoloġija tal-informazzjoni turi li hemm bżonn deroga ta' 25 jum biex tippermetti lill-bdiewa u l-benefiċjarji kollha konċernati jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom.

(12)

Huwa għalhekk xieraq li ma jiġix applikat it-tnaqqis stipulat bir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għal raġunijiet ta' sottomissjoni tard ta' applikazzjonijiet uniċi fir-rigward ta' dawk il-bdiewa li bagħtu l-applikazzjonijiet uniċi tagħhom għall-Portugall Kontinentali u għal Madera sa mhux iktar tard minn 25 jum kalendarji wara l-15 ta’ Mejju 2012 jew, fil-każ tal-primjum tan-nagħaġ u tal-mogħoż mhux iżjed tar minn 25 jum kalendarji wara t-30 ta’ April 2012.

(13)

Bl-istess mod, b'deroga mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 u għat-talbiet għall-pagamenti b'rabta mal-Portugall Kontinentali u ma’ Madera skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, huwa xieraq li t-tnaqqis ma jiġix applikat għas-sottomissjoni tard ta’ applikazzjonijiet uniċi sa mhux aktar tard minn 25 jum kalendarji wara l-15 ta’ Mejju 2012.

(14)

Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (6), fejn l-aħħar jum ta’ perjodu espress b'mod ieħor għajr f'sigħat huwa btala pubblika, Ħadd jew Sibt, il-perjodu għandu jintemm mal-iskadenza tal-aħħar siegħa tal-jum ta’ xogħol ta’ wara. Billi l-11 ta’ Ġunju 2012 huwa l-ewwel jum ta’ xogħol wara d-9 ta’ Ġunju 2012, huwa xieraq li ma jiġi applikat l-ebda tnaqqis minħabba sottomissjoni tard ta' applikazzjonijiet uniċi fir-rigward ta' dawk il-bdiewa li ssottomettew l-applikazzjonijiet uniċi tagħhom għall-Portugall Kontinentali u għal Madera sa mhux iktar tard mill-11 ta’ Ġunju 2012, jew fil-każ tal-primjum tan-nagħaġ u tal-mogħoż sa mhux iktar tard mill-25 ta’ Mejju 2012.

(15)

Minħabba li d-derogi proposti għandhom ikopru l-applikazzjonijiet uniċi sottomessi għas-sena tal-għajnuna 2012, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika retroattivament.

(16)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, għas-sena tal-applikazzjoni 2012 ma għandu japplika l-ebda tnaqqis għas-sottomissjoni tard ta' applikazzjonijiet uniċi fir-rigward ta’ dawk il-bdiewa li ssottomettew l-applikazzjonijiet uniċi tagħhom għall-Portugall Kontinentali u għal Madera sa mhux aktar tard mill-11 ta' Ġunju 2012.

2.   B’deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, meta l-applikazzjonijiet uniċi għall-2012 ikunu jinkludu applikazzjoni għall-primjum tan-nagħaġ u tal-mogħoż, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis għas-sottomissjoni tard ta’ applikazzjonijiet uniċi b’rabta ma’ dak il-primjum għal dawk il-bdiewa li ssottomettew l-applikazzjonijiet uniċi tagħhom għall-Portugall Kontinentali u għal Madera sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2012.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, għas-sena tal-applikazzjoni 2012 ma għandu japplika l-ebda tnaqqis ipprovdut fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għat-talbiet għall-pagamenti b’rabta mal-Portugall Kontinentali u ma’ Madera skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 għas-sottomissjoni tard ta’ applikazzjonijiet uniċi jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunu ġew sottomessi sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Ġunju 2012.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(3)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(4)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8.

(5)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.

(6)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1–2.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 646/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu l-għan li jistabbilixxi u jżomm livell għoli u uniformi ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa. Dak ir-Regolament jipprovdi l-mezzi sabiex jintlaħaq dak il-għan u għanijiet oħrajn fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (‘l-Aġenzija’) hija responsabbli biex tiċċertifika ċerti prodotti, persuni u impriżi. F’dawk l-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, l-Aġenzija trid tiżgura li dawk il-prodotti, dawk il-persuni u dawk l-impriżi jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(3)

F’każijiet fejn nuqqasijiet potenzjali identifikati ma jiġux solvuti b’mod adegwat waqt il-proċess eżistenti ta’ sorveljanza, l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex, fuq talba tal-Aġenzija, timponi multi jew ħlasijiet penali perjodiċi fuq id-detenturi taċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija fir-rigward ta' ksur intenzjonat jew bi traskuraġni ta’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew fir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(4)

Permezz tal-introduzzjoni ta’ multi u ta’ ħlasijiet penali perjodiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha għodda supplimentari, li permezz tagħha tkun tista’ tagħti risposta iktar sottili, flessibbli u gradwata għal ksur tar-regoli, meta pparagunata mal-irtirar ta’ ċertifikat li tkun ħarġet l-Aġenzija.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar proċeduri, inkjesti, miżuri assoċjati u rappurtar mill-Aġenzija kif ukoll regoli ta’ proċedura għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kwantifikazzjoni u l-ġbir tal-multi u tal-ħlasijiet penali perjodiċi. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti kriterji dettaljati biex ikun stabbilit l-ammont tal-multi jew tal-ħlasijiet penali perjodiċi.

(6)

Dawn ir-regoli u dawn il-proċeduri għandhom ikunu ggwidati mill-ħtieġa li jkunu żgurati l-ogħla standards possibbli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali; mill-ħtieġa li jitħeġġeġ it-twettiq effettiv tal-fażijiet tal-inkjesta u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll mill-ħtieġa li jkun ggarantit li jkun hemm ġustizzja u trasparenza tal-proċeduri u fl-impożizzjoni tal-multi u tal-ħlasijiet penali perjodiċi.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu infurzati b’mod effikaċi biss f’qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija. Għal dak il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti għall-konsultazzjoni u għall-kooperazzjoni ta’ bejniethom sabiex ikun żgurat li l-inkjesta u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-allegati ksur jitwettqu b'mod effikaċi.

(8)

Huwa xieraq li, għall-iskopijiet li tinbeda u titmexxa l-proċedura għal nuqqas ta’ konformità u għall-kwantifikazzjoni tal-multi u tal-ħlasijiet penali perjodiċi, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom iqisu proċeduri oħrajn kontra l-istess detentur taċ-ċertifikat li jkunu nbdew jew li jkunu ġew konklużi minn Stat Membru jew minn pajjiżi terzi.

(9)

Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom iqisu wkoll kwalunkwe proċedura pendenti li tkun inbdiet jew kwalunkwe deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-Aġenzija dwar emendi fiċ-ċertifikat rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew dwar il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tiegħu.

(10)

Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li ma tippermettix l-użu ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza bi skop li tingaħta l-ħtija jew responsabbiltà, b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2012 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (2) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (3), kwalunkwe setgħa ta’ sorveljanza mogħtija mil-liġi tal-Unjoni lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija fir-rigward taċ-ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tista’ tintuża matul l-investigazzjoni jew matul l-istadji tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi proċedura għal nuqqas ta’ konformità bħal din. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multi jew ħlasijiet penali perjodiċi għandha tkun ibbażata fuq l-inkjesta tal-Aġenzija, fuq l-osservazzjonijiet tad-detentur taċ-ċertifikat soġġett għall-proċedura għal nuqqas ta’ konformità, u meta jkun xieraq, fuq informazzjoni oħra mressqa quddiem l-Aġenzija u l-Kummissjoni.

(11)

Huwa xieraq li d-detenturi taċ-ċertifikati jingħataw l-opportunità, f'limitu ta’ żmien speċifikat, biex b’mod volontarju jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, f’liema każ il-Kummissjoni ma għandha timponi l-ebda multa jew l-ebda ħlas penali perjodiku. Madankollu, din il-possibbiltà li tintwera konformità volontarja għandha tkun limitata fiż-żmien.

(12)

Id-deċiżjonijiet li jimponu multi u ħlasijiet penali perjodiċi għandhom ikunu bbażati esklużivament fuq raġunijiet li d-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat seta’ jikkummenta dwarhom.

(13)

Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi imposti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi, billi jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tal-każ speċifiku.

(14)

Jidher li huwa xieraq li jkun hemm proċedura speċifika f’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li timponi ħlasijiet penali perjodiċi minħabba li detentur ta’ ċertifikat soġġett għal proċedura għal nuqqas ta’ konformità jkun naqas milli jikkoopera mal-Kummissjoni jew mal-Aġenzija dwar miżuri ta’ inkjesta jew dwar talbiet oħrajn għal informazzjoni.

(15)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ kunfidenzjalità skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(16)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali fit-twettiq tal-proċedura għal nuqqas ta’ konformità, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jiġu kkalkolati l-limiti ta’ żmien u l-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u għall-infurzar ta' multi u ta' ħlasijiet penali perjodiċi.

(17)

Id-deċiżjonijiet li jimponu multi u ħlasijiet penali perjodiċi għandhom ikunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu soġġetti għal eżami min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(18)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jirrigwardaw il-kriterji li permezz tagħhom jiġu stabbiliti l-ammont tal-multa jew tal-ħlas penali perjodiku, il-proċeduri għal inkjesti, il-miżuri assoċjati u r-rappurtar kif ukoll regoli proċedurali għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, l-aċċess għall-fajl, ir-rappreżentanza legali, il-kunfidenzjalità u dispożizzjonijiet dwar il-preskrizzjoni kif ukoll il-kwantifikazzjoni u l-ġbir ta’ multi u ta’ ħlasijiet penali perjodiċi.

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-impożizzjoni ta’:

(a)

multi fuq persuni u fuq impriżi li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (‘l-Aġenzija’) tkun ħarġitilhom ċertifikat (‘detentur taċ-ċertifikat’) meta, bi ħsieb jew bi traskuraġni, ikunu nkisru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu u meta jkunu involuti l-interessi tal-Unjoni;

(b)

ħlasijiet penali perjodiċi fuq id-detenturi ta' ċertifikat imsemmija fil-punt (a) sabiex ikunu mġiegħela jikkonformaw mar-Regolament (KE)Nru 216/2008 jew mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

KAPITOLU II

PROĊEDURA GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ

TAQSIMA 1

Inkjesta

Artikolu 2

Il-proċedura għal nuqqas ta’ konformità

1.   Il-proċedura għal nuqqas ta’ konformità stabbilita f’dan il-Kapitolu tkopri l-istadji amministrattivi kollha ta’ investigazzjoni ta' ksur li jista’ jkun hemm tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.   L-Aġenzija tista’ tagħti bidu għall-proċedura għal nuqqas ta’ konformità b'inizjattiva tagħha stess jew wara talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru.

3.   Meta l-bidu tal-proċedura għal nuqqas ta’ konformità jsir wara talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru jiġu infurmati mill-Aġenzija dwar kif qed tiġi indirizzata t-talba tagħhom.

Artikolu 3

Talbiet għal informazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-bidu u tat-twettiq ta’ proċedura għal nuqqas ta’ konformità, l-Aġenzija tista’ tuża kwalunkwe informazzjoni miksuba fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe setgħa ta’ sorveljanza mogħtija lilha mil-liġi tal-Unjoni fir-rigward taċ-ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008. Dan l-għoti ta’ setgħa huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li ma tippermettix l-użu ta’ informazzjoni sabiex tingħata ħtija jew responsabbiltà.

2.   Qabel ma tinbeda l-proċedura għal nuqqas ta’ konformità, l-Aġenzija tista’ titlob mingħand id-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat informazzjoni dwar l-allegat ksur.

L-Aġenzija għandha tiddikjara xi jkun l-iskop tat-talba u l-fatt li tkun qed issir skont dan ir-Regolament, u għandha tistipula limitu ta’ żmien għall-għoti tal-informazzjoni.

Artikolu 4

Notifika

1.   L-Aġenzija tibgħat notifika bil-miktub dwar il-bidu ta’ proċedura għal nuqqas ta’ konformità lid-detentur taċ-ċertifikat, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Istat(i) Membru(i) jew tal-pajjiż jew pajjiżi fejn id-detentur taċ-ċertifikat ikollu s-sede prinċipali tiegħu u fejn ikun seħħ il-ksur kif ukoll, meta jkun xieraq, lill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta’ pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu kompetenti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

2.   In-notifika għandha:

(a)

tistabbilixxi l-allegazzjonijiet kontra d-detentur taċ-ċertifikat, billi tispeċifika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu li allegatament jkunu ġew miksura, u l-evidenza li fuqha jkunu ibbażati dawk l-allegazzjonijiet; u

(b)

tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat li jistgħu jiġu imposti multa jew ħlas penali perjodiku.

Artikolu 5

Inkjesti

1.   Ladarba jkun ingħata bidu għall-inkjesta, l-Aġenzija tiċċara l-fatti u l-allegazzjonijiet.

2.   L-Aġenzija tista’ titlob lid-detentur taċ-ċertifikat sabiex jipprovdi spjegazzjonijiet, bil-miktub jew bil-fomm, jew dettalji jew dokumenti.

It-talbiet jiġu indirizzati bil-miktub lid-detentur taċ-ċertifikat. L-Aġenzija tiddikjara l-bażi legali u l-iskop tat-talba, tiffissa limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni, u tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat dwar il-ħlasijiet penali perjodiċi stipulati fl-Artikolu 16(1)(a) u (b) minħabba nuqqas ta’ konformità mat-talba jew minħabba li tkun ingħatat informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa.

3.   L-Aġenzija tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni biex jikkooperaw fl-investigazzjoni u, b’mod partikolari, biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni relatata mal-allegat ksur.

It-talbiet jiddikjaraw il-bażi legali u l-iskop tat-talba u jistabbilixxu limitu ta’ żmien sabiex titressaq ir-risposta jew sabiex titwettaq il-miżura tal-inkjesta.

4.   L-Aġenzija tista’ titlob lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew lill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta’ pajjiżi terzi biex jipprovdu informazzjoni relatata mal-allegat ksur.

It-talbiet jiddikjaraw il-bażi legali u l-iskop tat-talba u jistabbilixxu limitu ta’ żmien li fih għandha tingħata l-informazzjoni.

Artikolu 6

Konformità volontarja

1.   Man-notifika tal-bidu tal-proċedura għal nuqqas ta’ konformità jew sussegwentement: l-Aġenzija tiffissa limitu ta’ żmien li fih id-detentur taċ-ċertifikat jista’ jindika bil-miktub li huwa kkonforma b’mod volontarju jew, fejn ikun xieraq, li biħsiebu jikkonform, mad-dispożizzjonijiet miksura. Fil-każ ta’ konformità volontarja min-naħa tad-detentur taċ-ċertifikat qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien iffissat mill-Aġenzija, l-Aġenzija tiddeċiedi li tagħlaq il-proċedura mibdija għal nuqqas ta’ konformità.

L-Aġenzija ma għandhiex tkun obbligata tqis ir-risposti li tirċievi wara li jiskadi dak il-limitu ta’ żmien.

2.   Il-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 1 fl-ebda każ ma għandu jiskadi iktar tard mid-data meta l-Aġenzija tinnotifika d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet skont kif stipulat fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet

1.   Meta l-Aġenzija tkun stabbiliet il-fatti u tkun sabet li jkun hemm raġunijiet biex titkompla l-proċedura għal nuqqas ta' konformità, hija tinnotifika bil-miktub lid-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat bid-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet. Id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet għandha tinkludi:

(a)

l-allegazzjonijiet kontra d-detentur taċ-ċertifikat, li jkunu jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu li allegatament ikunu nksiru u l-evidenza li fuqha jkunu bbażati dawk l-allegazzjonijiet;

(b)

l-informazzjoni dwar il-possibilità li jiġu imposti multa jew ħlas penali perjodiku.

2.   Meta tinnotifika d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, l-Aġenzija tistieden lid-detentur taċ-ċertifikat biex b'risposta jressaq osservazzjonijiet bil-miktub. Dan tagħmlu bil-miktub, billi tindika limitu ta’ żmien sabiex jitressqu dawk l-osservazzjonijiet.

Artikolu 8

Seduta orali

1.   Fuq talba ta' detentur ta' ċertifikat, l-Aġenzija għandha tagħtih l-opportunità li jiżviluppa l-argumenti tiegħu waqt seduta orali.

2.   Meta jkun meħtieġ, l-Aġenzija tista’ tistieden lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jew lil kwalunkwe persuna oħra biex tieħu sehem fis-seduta orali.

3.   Is-seduta orali ma tkunx pubblika. Kull persuna tista’ tinstema’ b’mod separat jew fil-preżenza ta’ persuni oħrajn li jkunu ġew mistiedna jattendu, billi jitqies l-interess leġittimu tad-detenturi taċ-ċertifikati u ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra.

Artikolu 9

Limiti ta’ żmien

Bil-għan li tkun żgurata ċ-ċertezza legali fit-tmexxija tal-proċedura ta’ inkjesta, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġu ffissati l-limiti ta’ żmien.

Artikolu 10

Rapport

1.   L-Aġenzija tipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur taċ-ċertifikat b’rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tagħha fid-dawl tal-inkjesta mwettqa skont din it-Taqsima. L-Aġenzija tressaq ukoll quddiem il-Kummissjoni l-fajl soġġett għall-inkjesta.

2.   Meta r-rapport tal-Aġenzija jikkonkludi li d-detentur taċ-ċertifikat ikun kiser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, ir-rapport għandu jinkludi wkoll:

(a)

valutazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

talba lill-Kummissjoni biex jiġu imposti multa jew ħlas penali perjodiku;

(c)

proposta motivata li tinkludi l-ammont tal-multa jew tal-ħlas penali perjodiku.

3.   L-Aġenzija tadotta r-rapport tagħha mhux iktar tard minn [12-il xahar] wara n-notifika tal-bidu tal-proċedura għal nuqqas ta’ konformità skont l-Artikolu 4, jew mhux aktar tard minn [6 xhur] wara n-notifika mill-Kummissjoni tar-ritorn tal-fajl skont l-Artikolu 12.

TAQSIMA 2

Teħid tad-deċiżjonijiet

Artikolu 11

Talbiet għal informazzjoni

1.   Meta, wara talba mill-Aġenzija skont l-Artikolu 10(2)(b), il-Kummissjoni tiddeċiedi li tkompli għaddejja bil-proċedura għal nuqqas ta’ konformità, hija tista’ titlob bil-miktub lid-detentur taċ-ċertifikat biex jipprovdi spjegazzjonijiet, bil-miktub jew bil-fomm, jew dettalji jew dokumenti. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat bil-ħlasijiet penali perjodiċi stipulati fl-Artikolu 16(1)(c) u (d) minħabba nuqqas ta’ konformità mat-talba jew minħabba li tkun ingħatat informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa.

Il-Kummissjoni tista’ anki titlob lill-Aġenzija, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew legali biex tipprovdi informazzjoni relatata mal-allegat ksur.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-detentur taċ-ċertifikat ikun jista’ jipprovdi kwalunkwe spjegazzjoni bil-miktub jew kwalunkwe dettall jew kwalunkwe dokument biex jissostanzja l-każ tiegħu. Id-detenturi taċ-ċertifikati jistgħu jitolbu li ssir seduta orali imma l-Kummissjoni għandha d-dritt li taqbel ma’ talba bħal din biss meta tqis li din tkun meħtieġa.

Artikolu 12

Perjodu ta’ inkjesta ġdid

Wara li tikkunsidra r-rapport tal-Aġenzija, l-osservazzjonijiet tad-detentur taċ-ċertifikat fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport u informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni tista’ tqis li tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali u b’hekk hija tista’ tirritorna l-fajl lill-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tindika b’mod ċar lill-Aġenzija l-punti ta’ fatt li l-Aġenzija jeħtieġ li tinvestiga ulterjorment u, jekk ikun xieraq, għandha tissuġġerixxi miżuri possibbli ta’ inkjesta għal dak il-għan, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 216/2008. It-Taqsima 1 tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament tapplika għat-tmexxija tal-perjodu ta’ inkjesta ġdid.

TAQSIMA 3

Deċiżjonijiet dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi

Artikolu 13

Multi u ħlasijiet penali perjodiċi u ammonti massimi

1.   Meta wara t-teħid ta’ deċiżjonijiet stipulati fit-Taqsima 2, il-Kummissjoni ssib li d-detentur taċ-ċertifikat ikun kiser, bi ħsieb jew bi traskuraġni, ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, hija tista’ tadotta deċiżjoni li timponi multa li ma tkunx iktar minn 4 % tad-dħul jew tal-fatturat annwali tad-detentur taċ-ċertifikat fis-sena ta’ negozju preċedenti.

2.   Meta d-detentur taċ-ċertifikat ma jkunx temm il-ksur meta tkun ġiet adottata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, f’dik id-deċiżjoni, tista’ timponi ħlasijiet penali perjodiċi għal kull jum li ma jkunux iktar minn 2,5 % tad-dħul jew tal-fatturat medju ta’ kuljum tad-detentur taċ-ċertifikat fis-sena ta’ negozju preċedenti.

Dawn il-ħlasijiet penali perjodiċi jistgħu jiġu imposti għal perjodu li jibda jiddekorri mid-data ta’ notifika tad-deċiżjoni sal-jum meta jintemm il-ksur.

3.   Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, is-sena ta’ negozju preċedenti tirreferi għas-sena ta’ negozju li tippreċedi d-data tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi huma ta' natura amministrattiva.

5.   Id-deċiżjoni li timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi hija eżegwibbli.

Artikolu 14

Kontenut tad-deċiżjonijiet

1.   Id-deċiżjoni stipulata fl-Artikolu 13 għandha tkun ibbażata esklużivament fuq raġunijiet li dwarhom id-detentur taċ-ċertifikat seta’ jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu quddiem il-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat bir-rimedji ġudizzjarji disponibbli.

3.   Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri u lill-Aġenzija dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni.

4.   Meta tippubblika d-dettalji tad-deċiżjoni tagħha u meta tinforma lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tqis l-interess leġittimu tad-detenturi taċ-ċertifikati u ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Artikolu 15

Kriterji li jirregolaw l-applikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-multi u tal-ħlasijiet penali perjodiċi

1.   Meta tiġi biex tiddetermina jekk għandhiex timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi u l-ammont ta’ dawk il-multi u ta’ dawk il-ħlasijiet, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effikaċja, tal-proporzjonalità u tad-dissważjoni.

2.   F’kull każ, il-Kummissjoni għandha tqis, meta jkun rilevanti, iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

is-serjetà u l-effetti tal-ksur u b’mod partikolari, l-implikazzjonijiet u l-effetti ta’ ksur bħal dan fuq is-sikurezza u l-ambjent;

(b)

il-grad ta’ diliġenza u ta’ kooperazzjoni li wera d-detentur taċ-ċertifikat fl-identifikazzjoni tal-ksur u fl-applikazzjoni tal-azzjoni korrettiva, jew waqt il-proċedura għal nuqqas ta’ konformità jew kwalunkwe ostaklu li jkun għamel id-detentur taċ-ċertifikat għall-identifikazzjoni ta’ ksur u għat-twettiq ta’ proċedura għal nuqqas ta’ konformità, jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mid-detentur taċ-ċertifikat mat-talbiet magħmula mill-Aġenzija, mill-Kummissjoni jew minn awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-bona fidi tad-detentur taċ-ċertifikat fl-interpretazzjoni u fit-twettiq tal-obbligi konnessi mad-detenturi taċ-ċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu jew kwalunkwe evidenza ta’ ingann intenzjonat min-naħa tad-detentur taċ-ċertifikat;

(d)

il-fatturat involut fil-każ u l-kapaċità ekonomika tad-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat;

(e)

il-ħtieġa li jkunu adottati miżuri provviżorji jew urġenti;

(f)

ir-repetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul ta' żmien tal-ksur mid-detentur taċ-ċertifikat;

(g)

sanzjonijiet preċedenti, inklużi penali finanzjarji, imposti fuq l-istess detentur ta' ċertifikat.

3.   Meta tiġi biex tiddetermina l-ammont tal-multa u tal-ħlas penali perjodiku, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe miżuri ta’ infurzar li diġà jkunu ttieħdu fil-konfront tad-detentur taċ-ċertifikat fil-livell nazzjonali jew mill-Aġenzija, u li jkunu msejsa fuq l-istess bażi legali u fuq l-istess fatti.

TAQSIMA 4

Nuqqas ta’ kooperazzjoni

Artikolu 16

Ħlasijiet penali perjodiċi għal nuqqas ta’ kooperazzjoni

1.   Fuq talba tal-Aġenzija jew b'inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, timponi fuq id-detenturi taċ-ċertifikati ħlasijiet penali perjodiċi għal kull jum li ma jkunux iktar minn [0,5] % tad-dħul jew tal-fatturat medju ta’ kuljum tad-detentur taċ-ċertifikat fis-sena ta’ negozju preċedenti, meta bi ħsieb jew bi traskuraġni:

(a)

ma jikkonformawx ma’ miżura ta’ inkjesta adottata skont l-Artikolu 5;

(b)

jipprovdu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa b’risposta għal miżura ta’ inkjesta adottata skont l-Artikolu 5;

(c)

ma jikkonformawx ma’ talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 11;

(d)

jipprovdu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa b’risposta għal talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 11.

Il-ħlasijiet penali perjodiċi jistgħu jiġu imposti għal perjodu li jiddekorri mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni sakemm jintemm in-nuqqas ta’ kooperazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-sena ta’ negozju preċedenti tirreferi għas-sena ta’ negozju li tippreċedi d-data tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 17

Proċedura

Meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni, kif jissemma fl-Artikolu 16(1), l-ewwel tinnotifika bil-miktub lid-detentur taċ-ċertifikat, fejn tiffissa limitu ta’ żmien li fih id-detentur taċ-ċertifikat jista’ jressaq osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni mhix obbligata tqis osservazzjonijiet bil-miktub li tirċievi wara li jkun skada dak il-limitu ta’ żmien.

Artikolu 18

Komplementarjetà tal-proċeduri

Bi skop li tinbeda u titmexxa l-proċedura għal nuqqas ta’ konformità, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom iqisu:

(a)

kwalunkwe proċedura għal nuqqas ta’ konformità li diġà tkun inbdiet jew li diġà tkun ġiet konkluża minn Stat Membru jew minn pajjiż terz kontra l-istess detentur taċ-ċertifikat u li tkun imsejsa fuq l-istess bażi legali u fuq l-istess fatti; u

(b)

kwalunkwe proċedura mibdija mill-Aġenzija skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 kontra l-istess detentur taċ-ċertifikat u msejsa fuq l-istess bażi legali u fuq l-istess fatti, bil-għan li jkun emendat, limitat, sospiż jew irrevokat iċ-ċertifikat rilevanti.

TAQSIMA 5

Artikolu 19

Irkupru ta’ multi u ta’ ħlasijiet penali perjodiċi

Il-Kummissjoni għandha tipproċedi bl-ikrupru tal-multi u tal-ħlasijiet penali perjodiċi billi tistabbilixxi l-ordni ta’ rkupru u toħroġ nota ta’ debitu indirizzata lid-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (5).

KAPITOLU III

AĊĊESS GĦALL-FAJL, RAPPREŻENTANZA LEGALI, KUNFIDENZJALITÀ U DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRESKRIZZJONI

TAQSIMA 1

Drittijiet tad-difiża

Artikolu 20

Aċċess għall-fajl

1.   Wara notifika skont l-Artikolu 4, id-detentur taċ-ċertifikat għandu d-dritt, jekk jitlobu, li jkollu aċċess għad-dokumenti u għal materjali oħrajn miġbura mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija li jservu ta’ evidenza fir-rigward ta' allegat ksur.

2.   Id-dokumenti miksuba permezz ta’ aċċess għall-fajl għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Rappreżentanza legali

Id-detentur taċ-ċertifikat għandu jkollu d-dritt għal rappreżentanza legali waqt il-proċedura għal nuqqas ta’ konformità.

Artikolu 22

Kunfidenzjalità, segretezza professjonali, u d-dritt li wieħed jibqa’ sieket

1.   Mingħajr preġudizzju għall-iskambju u għall-użu tal-informazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 5(3) u 11(1), il-proċedura għal nuqqas ta’ konformità titwettaq b'rispett tal-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ segretezza professjonali.

Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, meta jkunu involuti skont l-Artikoli 5(3) u 11(1), l-uffiċjali tagħhom u persuni oħrajn li jaħdmu taħt is-superviżjoni tagħhom ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom skont dan ir-Regolament u informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess għall-fajl, id-detentur taċ-ċertifikat ma għandux ikollu aċċess għal sigrieti kummerċjali, għal informazzjoni kunfidenzjali jew għal dokumenti interni miżmuma mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.

3.   Kwalunkwe persuna li tressaq osservazzjonijiet jew informazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tidentifika b’mod ċar kwalunkwe materjal meqjus kunfidenzjali, billi tagħti raġunijiet għal dan, u għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali separata mhux iktar tard mid-data ffissata mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija. Fin-nuqqas ta’ identifikazzjoni ta' dan it-tip, il-Kummissjoni tista’ tassumi li l-osservazzjonijiet imressqa jew l-informazzjoni mogħtija ma jinkludux informazzjoni kunfidenzjali.

4.   Id-detenturi taċ-ċertifikati għandhom id-dritt li jibqgħu siekta f’sitwazzjonijiet fejn jekk jitkellmu jistgħu jkunu mġiegħla jagħtu tweġibiet li jistgħu jinvolvu ammissjoni min-naħa tagħhom li kien hemm ksur.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet dwar il-preskrizzjoni

Artikolu 23

Applikazzjoni tal-limiti ta’ żmien

1.   Il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jibdew jiddekorru mill-għada li tiġi rċevuta komunikazzjoni jew li jiġi kkonsenjata personalment.

Meta jkun hemm skadenza biex id-detentur ta' ċertifikat jissottometti osservazzjonijiet jew informazzjoni, ikun biżżejjed li s-sottomissjoni tintbagħat bil-posta reġistrata qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien.

2.   Meta l-limitu ta’ żmien ikun se jiskadi nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f’xi btala pubblika, huwa għandu jiġi estiż sa tmiem il-jum tax-xogħol ta' wara.

3.   Meta jiġu biex jiffissaw il-limiti ta’ żmien ipprovduti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Aġenzija, skont kif jista’ jkun il-każ, iqisu kemm iż-żmien meħtieġ għall-preparazzjoni tas-sottomissjoni kif ukoll l-urġenza tal-każ.

4.   Meta jkun xieraq u fuq talba motivata magħmula qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien orġinali, il-limiti ta’ żmien jistgħu jiġu estiżi.

Artikolu 24

Perjodi ta’ preskrizzjoni biex jiġu imposti multi u ħlasijiet penali perjodiċi

1.   Id-dritt tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont l-Artikolu 13 jiskadi wara ħames snin.

Fil-każ tal-ħlasijiet penali perjodiċi stipulati fl-Artikolu 16, id-dritt tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li timponi penali ta' dan it-tip għandu jiskadi wara tliet snin.

Iż-żmien għandu jibda jiddekorri minn dakinhar li jitwettaq il-ksur. Madankollu, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, iż-żmien għandu jibda jiddekorri minn dakinhar li l-ksur jintemm.

2.   Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija għall-iskopijiet tal-investigazzjoni jew tal-proċedura għal nuqqas ta’ konformità għandha tinterrompi l-perjodi ta’ preskrizzjoni stipulati fil-paragrafu 1. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi interrott b’effett mid-data meta l-azzjoni tiġi nnotifikata lid-detentur taċ-ċertifikat.

3.   Ma kull interruzzjoni d-dekorrenza taż-żmien terġa’ tibda mill-bidu. Madankollu, il-perjodu ta’ preskrizzjoni ma għandux ikun iktar minn darbtejn il-perjodu ta’ preskrizzjoni inizjali, ħlief meta l-preskrizzjoni tiġi sospiża skont il-paragrafu 4. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu il-preskrizzjoni kienet sospiża.

4.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni tal-ħlasijiet penali perjodiċi għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25

Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-ġbir ta’ multi u ta’ ħlasijiet penali perjodiċi

1.   Id-dritt li tinbeda proċedura ta’ rkupru jiskadi sena wara li d-deċiżjoni skont l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 16 tkun saret finali.

2.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-irkupru tal-multi u tal-ħlasijiet penali perjodiċi jiġi interrott bi kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, li jkun qed jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, maħsuba biex tinforza l-ħlas tal-multi jew tal-ħlas penali perjodiku.

3.   Ma kull interruzzjoni d-dekorrenza taż-żmien terġa’ tibda mill-bidu.

4.   Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-irkupru tal-multi u tal-ħlasijiet penali perjodiċi jiġi sospiża sakemm:

(a)

jitħalla żmien sabiex isir il-ħlas;

(b)

jiġi sospiż l-infurzar tal-ħlas skont deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Applikazzjoni

Fil-każ ta’ ksur li jkun beda qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-parti tal-ksur li sseħħ wara dik id-data.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

(3)  ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 647/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

41,0

ZZ

41,0

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

107,9

ZZ

107,9

0805 50 10

AR

85,3

BO

90,5

UY

94,5

ZA

94,1

ZZ

91,1

0808 10 80

AR

137,4

BR

91,3

CL

115,6

CN

125,2

NZ

127,8

US

161,0

ZA

109,1

ZZ

123,9

0808 30 90

AR

122,4

CL

125,5

ZA

121,2

ZZ

123,0

0809 10 00

TR

182,5

ZZ

182,5

0809 29 00

TR

345,5

ZZ

345,5

0809 30

TR

177,9

ZZ

177,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/388/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1).

(2)

Fis-17 ta’ Frar 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont l-UNSCR 751 (1992) rigward is-Somalja (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) aġġorna l-lista tal-persuni u l-entitatjiet li huma soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fit-22 ta’ Frar 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2036 (2012) li ddeċidiet li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-importazzjoni diretta jew indiretta ta’ faħam mis-Somalja, kemm jekk dan il-faħam oriġina fis-Somalja kif ukoll jekk le.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2010/231/PESK jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

1.   L-importazzjoni, xiri jew trasport diretti jew indiretti ta’ faħam mis-Somalja, kemm jekk dan il-faħam oriġina fis-Somalja kif ukoll jekk le, għandhom ikunu pprojbiti.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-punti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni.

2.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta’ faħam mis-Somalja.”.

Artikolu 2

Il-persuna elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiżdied mal-lista ta’ persuni li tinsab fit-Taqsima I tal-Anness għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 105, 27.4.2011, p. 17.


ANNESS

Persuna msemmija fl-Artikolu 2

Jim’ale, Ali Ahmed Nur; (magħruf ukoll bħala a) Jim’ale, Ahmed Ali; magħruf ukoll bħala, b) Jim’ale, Ahmad Nur Ali; magħruf ukoll bħala, c) Jim’ale, Sheikh Ahmed; magħruf ukoll bħala, d) Jim’ale, Ahmad Ali; magħruf ukoll bħala, e) Jim’ale, Shaykh Ahmed Nur)

Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Eilbur, is-Somalja. Nazzjonalità: Somalu. Nazzjonalità alternattiva: Ġibutjan. Passaport: A0181988 (Somalja), jiskadi fit-23 ta’ Jannar 2011. Post: Ġibuti, ir-Repubblika ta’ Ġibuti. Data ta’ Inklużjoni min-NU: 17 ta’ Frar 2012.

Ali Ahmed Nur Jim’ale (Jim’ale) kellu pożizzjonijiet ta’ tmexxija fl-ex Kunsill Somalu tal-Qrati Iżlamiċi, magħruf ukoll bħala l-Unjoni Somala tal-Qrati Iżlamiċi, li kien element Iżlamista radikali. L-elementi l-aktar radikali tal-Unjoni Somala tal-Qrati Iżlamiċi eventwalment ifformaw il-grupp magħruf bħala Al-Shabaab. Al-Shabaab ġie elenkat għal sanzjonijiet immirati f’April 2010 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) dwar is-Somalja u l-Eritrea (il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea”). Il-Kumitat elenka lil Al-Shabaab għax kienet entità involuta f’atti li jheddu b’mod dirett jew indirett il-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi iżda mhux limitati għal atti li joħolqu theddida għall-Gvern Federali Transizzjonali Somalu.

Skont ir-rapport tat-18 ta’ Lulju 2011 tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea (S/2011/433), Jim’ale huwa identifikat bħala negozjant u figura prominenti fiċ-ċiklu tal-kummerċ tal-faħam u z-zokkor ta’ Al-Shabaab u bħala li jibbenefika minn relazzjonijiet privileġġati ma’ Al-Shabaab.

Jim’ale huwa identifikat bħala wieħed mill-finanzjaturi ewlenin ta’ Al-Shabaab u huwa allinjat ideoloġikament ma’ Al-Shabaab. Jim’ale pprovda finanzjament u appoġġ politiku ewlenin għal Hassan Dahir Aweys (“Aweys”), li kien ukoll elenkat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet Somalja/Eritrea. L-ex Viċi Emir Muktar Robow ta’ Al-Shabaab ġie rrapportat li kompla jinvolvi ruħu fi rwoli politiċi fl-organizzazzjoni ta’ Al-Shabaab matul nofs l-2011. Robow involva lil Aweys u lil Jim’ale fi sforz biex javvanzaw l-objettivi kondiviżi tagħhom u jikkonsolidaw il-pożizzjoni ġenerali tagħhom fil-kuntest tal-qasma fit-tmexxija ta’ Al-Shabaab.

Mill-ħarifa tal-2007, Jim’ale stabbilixxa kumpannija fittizja f’Ġibuti għal attivitajiet estremisti, imsejħa l-Investors Group. L-għan għal perijodu qasir tal-grupp kien li jiddestabbilizza lil Somaliland, permezz tal-finanzjament ta’ attivitajiet estremisti u xiri ta’ armi. Il-grupp assista fil-kuntrabandu ta’ armi żgħar mill-Eritrea, li ngħaddew minn Ġibuti biex twasslu fil-ħames reġjun tal-Etjopja fejn l-estremisti rċevew il-vjeġġ. Minn nofs l-2008, Jim’ale kompla jopera l-Investors Group.

Minn tard f’Settembru 2010, Jim’ale stabbilixxa ZAAD, negozju ta’ trasferiment ta’ flus minn telefon ċellulari għal ieħor u laħaq ftehim ma’ Al-Shabaab biex it-trasferimenti ta’ flus isiru b’mod aktar anonimu billi titneħħa l-ħtieġa li tintwera identifikazzjoni.

Minn tard fl-2009, Jim’ale kellu fond ta’ hawala magħruf fejn huwa ġabar zakat, li ġie pprovdut lil Al-Shabaab.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/389/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill adotta Qafas Strateġiku għall-Qarn tal-Afrika sabiex jiggwida l-impenn tal-UE fir-reġjun.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika.

(3)

Fis-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill qabel dwar Kunċett ta’ Maniġġar ta’ Kriżi għall-Missjoni tal-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali.

(4)

Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/173/PESK (2) li tattiva ċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-UE għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni fil-Qarn tal-Afrika.

(5)

Il-Gvernijiet tad-Djibouti, tal-Kenja u tas-Seychelles u l-Gvern Federali Transitorju tas-Somalja laqgħu l-istazzjonament tal-Missjoni fil-pajjiżi tagħhom.

(6)

Fit-18 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill approva l-Linji Gwida għall-Istruttura ta’ Kmand u Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili tal-UE fil-Maniġġar ta’ Kriżijiet.

(7)

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-Missjoni stabbilita b’din id-Deċiżjoni.

(8)

Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Missjoni

L-Unjoni b’dan tistabbilixxi Missjoni tal-Bini tal-Kapaċitajiet Marittimi Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (“EUCAP NESTOR”

Artikolu 2

Id-Dikjarazzjoni tal-Missjoni

L-għan tal-EUCAP NESTOR huwa li jassisti l-iżviluppfil-Qarn tal-Afrika u fl-Istati tal-Oċean Indjan tal-Punent ta’ kapaċità awto-sostenibbli għal tisħiħ kontinwu tas-sigurtà marittima tagħhom inkluż il-ġlieda kontra l-piraterija, u l-governanza marittima. EUCAP NESTOR għandu jkollha enfasi ġeografika inizjali fuq Djibouti, il-Kenja, is-Seychelles u s-Somalja. EUCAP NESTOR ser tiġi wkoll stazzjonata fit-Tanzanja, wara r-riċevuta ta’ nvit mill-Unjoni min-naaħa tal-awtoritajiet Tanzani..

Artikolu 3

Kompiti

1.   Sabiex tinkiseb l-għan stabbilit fl-Artikolu 2, il-kompiti tal-EUCAP NESTOR għandhom ikunu li:

(a)

tassisti lill-awtoritajiet fir-reġjun fil-kisba tal-organizzazzjoni effiċjenti tal-aġenziji tas-sigurtà marittima li jwettqu l-funzjoni ta’ gwardja tal-kosta;

(b)

toffri korsijiet ta’ taħriġ u taħriġ espert biex jissaħħu l-kapaċitajiet bażiċi tal-Istati fir-reġjun, inizjalment Djibouti, il-Kenja u s-Seychelles, bil-ħsieb li tinksieb awtosostenibbiltà fit-taħriġ;

(c)

tassisti lis-Somalja fl-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ pulizija kostali tagħha stess ibbażata fuq l-art appoġġata minn qafas ġuridiku u regolatorju komprensiv;

(d)

tidentifika l-lakuni prijoritarji fit-tagħmir ta’ kapaċità u tipprovdi assistenza fl-indirizz tagħhom, kif meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ EUCAP NESTOR;

(e)

tipprovdi assistenza fit-tisħiħ tal-leġislazzjoni nazzjonali u l-istat tad-dritt permezz ta’ programm ta’ konsulenza reġjonali legali, u kompetenza esperta legali biex tappoġġa t-tfassil ta’ leġislazzjoni ta’ sigurtà marittima u leġislazzjoni nazzjonali relatata;

(f)

tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sigurtà nazzjonali.

(g)

issaħħaħ il-koordinazzjoni reġjonali fil-qasam tal-bini tal-kapaċitajiet marittimi;

(h)

tipprovdi konsulenza strateġika permezz tal-inkarigu ta’ esperti għal amministrazzjonijiet prinċipali;

(i)

timplimenta proġetti tal-missjoni u tikkoordina donazzjonijiet;

(j)

tiżviluppa u twettaq strateġija reġjonali ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

2.   EUCAP NESTOR m’għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.

Artikolu 4

Katina ta’ kmand u struttura

1.   EUCAP NESTOR għandu jkollha katina ta’ kmand unifikata bħala operazzjoni ta’ ġestjoni tal-kriżi.

2.   EUCAP NESTOR għandha tiġi strutturata kif ġej:

(a)

Kwartieri tal-Missjoni f’Djibouti;

(b)

uffiċji tal-pajjiżi, kif meħtieġ.

3.   EUCAP NESTOR għandu jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. EUCAP NESTOR tista’, kif meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi konsulenza dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u l-Istati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f’oqsma relatati mal-EUCAP NESTOR u b’appoġġ tal-objettiv tagħha.

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUCAP NESTOR.

2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-EUCAP NESTOR fil-livell strateġiku.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jassigura, fir-rigward tat-tmexxija tal-operazzjonijiet, l-implimentazzjoni kif suppost u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.

4.   Iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-UE attivat bid-Deċiżjoni 2012/173/PESK għandu jipprovdi appoġġ dirett lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-ippjanar u t-tmexxija operattivi tal-EUCAP NESTOR.

5.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill tar-RGħ.

6.   Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah skont ir-regoli nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, gruppi u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

7.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.

8.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (RSUE) u l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi responsabbilità u jeżerċita kmand u kontroll ta’ EUCAP NESTOR fil-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet mill-Istati kontribwenti kif assenjati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-EUCAP NESTOR.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu ta’ EUCAP NESTOR għat-tmexxija effettiva tal-EUCAP NESTOR fil-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ EUCAP NESTOR. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali skont ir-regoli nazzjonali, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUCAP NESTOR fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adatta ta’ EUCAP NESTOR.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Il-Kap tal-Missjoni għandu, mingħajr preġudizzju għal linja ta’ kmand, jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

8.   Fil-kuntest taċ-Ċellula ta’ Proġett, il-Kap tal-Missjoni għandu jkun awtorizzat sabiex ifittex li jirrikorri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew l-Istati terżi biex jimplimenta proġetti identifikati li jissuplimentaw b’mod konsistenti l-azzjonijiet l-oħrajn ta’ EUCAP NESTOR, jekk il-proġett ikun:

(a)

previst fid-Dikjarazzjoni ta’ Impatt Baġitarjurelatata ma’ din i-Deċiżjoni; jew

(b)

ikun inkluż fil-kors ta’ EUCAP NESTOR fid-Dikjarazzjoni ta’ Impatt Baġitarju fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

F’tali każijiet, il-Kap tal-Missjoni għandu jikkonkludi arranġament mal-Istati kkonċernati, li jkopru b’mod partikolari il-proċeduri speċifiċi biex jiġi ttrattat kwalunkwe lment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata b’riżultati ta’ atti jew nuqqasijiet mill-Kap tal-Missjoni fl-użu tal-fondi pprovduti mill-Istati kontribwenti.

F’ebda ċirkostanza, l-Unjoni jew ir-RGħ ma jistgħu jinżammu responsabbli mill-Istati kontribwenti għal atti jew nuqqasijiet imwettqa mill-Kap tal-Missjoni fl-użu tal-fondi provduti minn Stati kontributorji.

Artikolu 7

Persunal

1.   L-EUCAP NESTOR għandha tikkonsisti primarjament minn persunal issekondat mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE. Kull Stat Membru, jew istituzzjoni tal-Unjoni, jew is-SEAE għandha terfa’ l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe persunal issekondat minnha, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allokazzjonijiet minbarra allokazzjonijiet applikabbli ta’ kuljum.

2.   L-Istat, jew l-istituzzjoni tal-UE, jew is-SEAE li tkun issekondat membru tal-persunal għandha tkun responsabbli biex twieġeb għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, mill-membru tal-persunal jew dwaru, u biex tieħu kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.

3.   Persunal internazzjonali u lokali jista’ wkoll jiġi rreklutat mill-EUCAP NESTOR fuq bażi kuntrattwali jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, skont il-każ.

4.   Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-persunal ikkonċernat.

Artikolu 8

Status ta’ EUCAP NESTOR u tal-persunal tiegħu

L-istatus tal-EUCAP NESTOR u tal-persunal tagħha, inkluż fejn adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel ta’ EUCAP NESTOR, għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUCAP NESTOR. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati l-Kunċett tal-Operazzjonijiet (CONOPS) u l-Pjan tal-Operazzjoni (OPLAN). Is-setgħat tad-deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUCAP NESTOR għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUCAP NESTOR, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allokazzjonijiet ta’ sostenn ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post ta’ skjerament, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-EUCAP NESTOR, kif meħtieġ.

2.   L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-EUCAP NESTOR għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ ġestjoni ta’ kuljum ta’ EUCAP NESTOR bħall-Istati Membri.

3.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.

4.   L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi konformement mal-Artikolu 37 TUE u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUCAO NESTOR.

Artikolu 11

Sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jmexxi l-ippjanar ta’ miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni tajba u effettiva minn EUCAP NESTOR konformement mal-Artikolu 5.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUCAP NESTOR u sabiex jiżgura konformità ma’ rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall- EUCAP NESTOR, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u mad-dokumenti li jappoġġawha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-SEAE.

4.   Il-persunal tal-EUCAP NESTOR għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f’konformità mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (3).

Artikolu 12

Kapaċità tal-Għassa

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall- EUCAP NESTOR.

Artikolu 13

Arranġamenti Finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma’ EUCAP NESTOR għall-ewwel 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun EUR 22 880 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata konformement mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri, ma’ Stati terzi parteċipanti, u ma’ atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u siti lill-EUCAP NESTOR.

4.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti operattivi ta’ EUCAP NESTOR, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b’mod sħiħ lil Kummissjoni, u jkun issorveljat minnha rigward l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

6.   In-nefqa li ssir għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni

1.   Ir-RGħ għandha tiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni fl-intier tagħha inkluż, il-programmi ta’ żvilupp tal-UE.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni fir-reġjun tal-Qarn tal-Afrika.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-Reġjun.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoopera mal-atturi internazzjonali l-oħra fir-reġjun, b’mod partikolari l-Uffiċju Politiku tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għas-Somalja, l-Uffiċju għad-Drogi u l-Kriminalità, il-Programm ta’ Żvilupp tan-NU u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib ma’ Atalanta EUNAVFOR, il-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà Somali (EUTM Somalia), il-Proġett Marittimu ta’ Sigurtà u l-Programm tar-Rotot Marittimi Kritiċi.

Artikolu 15

Rilaxx ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti

1.   Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, skont il-każ u skont il-ħtiġijiet ta’ EUCAP NESTOR, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ li jiġu ġenerati għall-finijiet ta’ EUCAP NESTOR, konformement mad-Deċiżjoni 2011/292/UE.

2.   Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lin-NU u lill-Unjoni Afrikana (UA), u skont il-ħtiġijiet operattivi ta’ EUCAP NESTOR, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” ġenerata għall-finijiet ta’ EUCAP NESTOR, konformement mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-UA għandhom jitfasslu għal dan il-għan.

3.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandha tkun awtorizzata wkoll tirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” ġenerata għall-finijiet ta’ EUCAP NESTOR, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan.

4.   Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar EUCAP NESTOR u li jkunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali konformement mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (4).

5.   Ir-RGħ jista’ jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu/tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u perijodu ta’ validità

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika għal perijodu ta’ 24 xhar.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 89, 27.3.2012, p. 66.

(3)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.

(4)  Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/390/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/697/PESK (1) biex jaħtar lis-Sur Gary QUINCE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Unjoni Afrikana (UA). Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2012.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' tnax-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Gary QUINCE bħala r-RSUE għall-UA huwa b'dan estiż sat-30 ta' Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista' jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq objettivi komprensivi ta' politika tal-Unjoni b'appoġġ għall-isforzi Afrikani għall-bini ta' futur paċifiku, demokratiku u prosperuż kif stabbilit fl-Istrateġija Konġunta Afrika-UE. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

it-tisħiħ tad-djalogu politiku tal-Unjoni u relazzjoni usa' mal-UA;

(b)

it-tisħiħ tas-sħubija Unjoni-UA fl-oqsma kollha msemmijin fl-Istrateġija Konġunta Afrika-UE, b'kontribut għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE fi sħubija mal-UA, b'rispett għall-prinċipju ta' appartenenza Afrikana u b'ħidma aktar mill-qrib mar-rappreżentanti Afrikani f'fora multilaterali f'koordinazzjoni mas-sieħba multilaterali;

(c)

il-ħidma mal-UA u l-provvista ta' appoġġ lilha permezz tal-appoġġ għall-iżvilupp istituzzjonali u t-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tal-UA, inkluż permezz ta' assistenza għall-iżvilupp, għall-promozzjoni ta':

il-paċi u s-sigurtà: il-previżjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni, il-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, l-appoġġ għal sforzi biex jiġu promossi l-paċi u l-istabbiltà, l-appoġġ għar-rikostruzzjoni wara l-konflitti,

id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza: il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; il-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-istat tad-dritt; l-appoġġ, permezz ta' djalogu politiku u assistenza finanzjarja u teknika, għall-isforzi Afrikani għall-monitoraġġ u t-titjib tal-governanza; l-appoġġ għat-tkabbir ta' demokrazija parteċipattiva u r-responsabbiltà; l-appoġġ għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u l-promozzjoni ulterjuri tal-isforzi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tat-tfal u l-konflitti armati fl-aspetti kollha tagħha,

it-tkabbir sostenibbli, l-integrazzjoni reġjonali u l-kummerċ: l-appoġġ għall-isforzi lejn l-interkonnettività u l-faċilitazzjoni tal-aċċess tan-nies għall-ilma u l-iġjene, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni; il-promozzjoni ta' qafas tan-negozju legali stabbli, effiċjenti u armonizzat; l-assistenza biex l-Afrika tiġi integrata fis-sistema dinjija tal-kummerċ, l-assistenza lill-pajjiżi Afrikani biex jikkonformaw mar-regoli u l-istandards tal-Unjoni; l-appoġġ lill-Afrika fil-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima,

l-investiment fin-nies: l-appoġġ tal-isforzi fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u l-edukazzjoni, il-promozzjoni ta' programmi ta' skambju, netwerks ta' universitajiet u ċentri ta' eċċellenza, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

Barra minn hekk, ir-RSUE ser ikollu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE li hija maħsuba biex tiżviluppa u tikkonsolida ulterjorment is-sħubija strateġika bejn l-Afrika u l-Unjoni.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-aspetti tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)/Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 2, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

isaħħaħ l-influwenza ġenerali tal-Unjoni fi, u l-koordinazzjoni ta', id-djalogu mal-UA u l-Kummissjoni tagħha f'Addis Ababa, dwar il-firxa sħiħa ta' kwistjonijiet tal-PESK/PSDK koperti mir-relazzjoni Unjoni-UA, b'mod partikolari s-Sħubija ta' Paċi u Sigurtà u l-appoġġ għall-operazzjonalizzazzjoni tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà;

(b)

jiżgura livell adatt ta' rappreżentazzjoni politika, li tirrifletti l-importanza tal-Unjoni bħala sieħba politika, finanzjarja u istituzzjonali tal-UA, u l-avvanz f'dik is-sħubija li jkun sar neċessarju minħabba l-profil politiku li qed jikber tal-UA fix-xena dinjija;

(c)

jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, jirrappreżenta l-pożizzjonijiet u l-linji politiċi tal-Unjoni, meta l-UA jkollha rwol prinċipali f'sitwazzjoni ta' kriżi li għaliha ma jkun inħatar l-ebda RSUE;

(d)

jgħin fil-kisba ta' koerenza, konsistenza u koordinazzjoni aħjar tal-linji politiċi u l-azzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-UA, u jikkontribwixxi sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-grupp usa' ta' msieħba u r-relazzjoni tiegħu mal-UA;

(e)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti għall-UA, inklużi l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni kontrihom, u tal-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-attwazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(f)

isegwi mill-qrib, u jirrapporta dwar, l-iżviluppi rilevanti kollha fil-livell tal-UA;

(g)

iżomm kuntatt mill-qrib mal-Kummissjoni tal-UA, ma' organi oħra tal-UA, ma' missjonijiet ta' organizzazzjonijiet Subreġjonali Afrikani għall-UA u l-missjonijiet tal-Istati Membri tal-UA għall-UA;

(h)

jiffaċilita r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni bejn l-UA u l-organizzazzjonijiet Subreġjonali Afrikani speċjalment f'dawk l-oqsma fejn l-Unjoni qed tipprovdi appoġġ;

(i)

joffri pariri u jipprovdi appoġġ lill-UA fuq talba fl-oqsma deskritti fl-Istrateġija Konġunta Afrika-UE;

(j)

fuq talba, joffri pariri u jipprovdi appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-UA;

(k)

abbażi ta' diviżjoni ċara tal-kompiti, jikkoordina ma', u jappoġġa, l-azzjonijiet tar-RSUE li għandhom mandati fl-Istati Membri/ir-Reġjuni tal-UA; u

(l)

jżomm kuntatti mill-qrib u jippromovi l-koordinazzjoni ma' msieħba internazzjonali prinċipali tal-UA preżenti f'Addis Ababa, speċjalment in-Nazzjonijiet Uniti, iżda wkoll ma' atturi mhux statali dwar il-firxa sħiħa ta' kwistjonijiet tal-PESK/PSDK koperti mis-sħubija Unjoni-UA.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 680 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi l-konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru tal-UE, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni mandanti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti/partijiet ospitanti, skont kif ikun meħtieġ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont kif ikun meħtieġ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tar-RSUE u abbażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, notevolment billi:

(a)

jiġi stabbilit pjan ta' sigurtà li jkun speċifiku għall-missjoni abbażi ta' gwida mis-SEAE, li jipprevedi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, u l-immaniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà, u li jipprevedi pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu mmobbilizzat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel ma jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill skont kif ikun meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, konsistenza u effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin sabiex ikun żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu ngaġġati konsistentement, għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni.. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi laqgħat regolari ta' aġġornament għall-missjonijiet tal-Istati Membri u għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post tal-operazzjonijiet għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet ta' Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post tal-operazzjonijiet.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta' progress fl-aħħar ta' Diċembru 2012 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 276, 21.10.2011, p. 46.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/391/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/279/PESK (1) li estendiet l-EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Mejju 2013.

(2)

L-ammont attwali ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sal-31 ta' Lulju 2012.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sal-31 ta' Mejju 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Lulju 2011 għandu jkun ta' EUR 54 600 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Lulju 2012 għandu jkun ta’ EUR 60 500 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sat-31 ta' Mejju 2013 għandu jkun EUR 56 870 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata konformement mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b'mod sħiħ lill-Kummissjoni, u jkun issorveljat minnha, dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

4.   Għandu jkun permess għaċ-ċittadini ta' Stati terzi li jressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi mal-pajjiżi mexxejja tal-Kmand Reġjonali/PRT u mal-atturi internazzjonali skjerati fl-Afganistan fir-rigward tal-forniment ta’ tagħmir, servizzi u postijiet lill-Missjoni, partikolarment fejn ikun meħtieġ minħabba kondizzjonijiet ta’ sigurtà.

5.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet operattivi tal-EUPOL AFGANISTAN, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha, u għandhom jieħdu kont tal-iskjerament tal-persunal fil-Kmandi Reġjonali u l-PRTs.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/392/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill laqa’ l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, waqt li ssottolinja li l-Unjoni għandha interess dejjiemi fiż-żieda tas-sigurtà u t-titjib tal-iżvilupp fir-reġjun tas-Saħel. Aktar reċentement, l-intensifikazzjoni tal-azzjonijiet terroristiċi u l-konsegwenzi tal-konflitt fil-Libja żiedu l-urġenza għall-protezzjoni taċ-ċittadini u l-interessi tal-Unjoni fir-reġjun u għall-prevenzjoni tal-estensjoni ta’ dawk it-theddidiet għall-Unjoni, waqt li tingħata għajnuna biex jonqos it-theddid għas-sigurtà reġjonali.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill approva l-Kunċett ta’ Maniġġar ta’ Kriżi għal missjoni ċivili possibbli ta’ politika ta’ sigurtà u difiża komuni (PSDK) fis-Saħel.

(3)

Fl-1 ta’ Ġunju 2012, il-Prim Ministru tan-Niġer indirizza ittra ta’ stedina lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) fir-rigward tal-missjoni ppjanata ta’ PSDK, li tilqa’ l-attivazzjoni ta’ PSDK tal-Unjoni bl-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Forzi tas-Sigurtà tan-Niġer, b’mod partikolari biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata b’mod effettiv, koerenti u koordinat.

(4)

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUCAP Sahel Niger.

(5)

L-EUCAP SAHEL Niger ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Missjoni

L-Unjoni b’dan tistabbilixxi missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà tan-Niġer biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP SAHEL Niger).

Artikolu 2

Objettivi

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, l-EUCAP Sahel Niger għandha timmira li tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet tan-Niġer li jimplimentaw id-dimensjoni tas-sigurtà tal-Istrateġija għas-Sigurtà u l-Iżvilupp tagħhom stess, kif ukoll li ttejjeb il-koordinazzjoni reġjonali fil-konfront tal-isfidi komuni fir-rigward tas-sigurtà. Partikolarment, l-EUCAP Sahel Niger għandha timmira li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ approċċ integrat, multidixxiplinarju, koerenti, sostenibbli u li jkun ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fost l-atturi varji tas-sigurtà tan-Niġer fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.

Artikolu 3

Kompiti

1.   Sabiex twettaq l-objettivi stipulati fl-Artikolu 2, l-EUCAP Sahel Niger għandha:

(a)

tagħti pariri u tgħin fl-implimentazzjoni tad-dimensjoni tas-sigurtà tal-Istrateġija għas-Sigurtà u l-Iżvilupp tan-Niġer fil-livell nazzjonali, b’mod komplementari mal-atturi l-oħra;

(b)

tappoġġa l-iżvilupp ta’ koordinament reġjonali u internazzjonali komprensiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

(c)

issaħħaħ l-istat tad-dritt permezz tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ investigazzjoni kriminali, u f’dan il-kuntest tiżviluppa u timplimenta programmi adatti ta’ taħriġ;

(d)

tappoġġa l-iżvilupp tas-sostenibbiltà tal-Forzi tas-Sigurtà tan-Niġer;

(e)

tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-kamp tas-sigurtà.

2.   L-EUCAP Sahel Niger għandha għall-bidu tiffoka fuq dawk l-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1 li jikkontribwixxu biex itejbu l-kontroll tat-territorju tan-Niġer, anke f’koordinament mal-Forzi Armati tan-Niġer.

3.   L-EUCAP Sahel Niger ma għandha twettaq ebda funzjoni eżekuttiva.

Artikolu 4

Linja ta’ kmand u struttura

1.   L-EUCAP Sahel Niger għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi.

2.   L-EUCAP SAHEL Niger għandha jkollha l-Kwartieri Ġenerali tagħha f’Niamey.

3.   L-EUCAP SAHEL Niger għandha tkun strutturata kif ġej:

(a)

Kap tal-Missjoni;

(b)

komponent ta’ Ippjanar u Operazzjonijiet, li jinkludi uffiċjali ta’ kollegament reġjonali;

(c)

komponent ta’ Appoġġ tal-Missjoni;

(d)

elementi ta’ Rappurtar, Sigurtà, Analiżi u Konsulenza/Informazzjoni Pubblika;

(e)

Element ta’ Appoġġ minn Brussell.

4.   L-EUCAP SAHEL Niger għandu jkollha Ċellula tal-Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti. L-EUCAP SAHEL Niger tista’, kif ikun opportun, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f’oqsma relatati mal-EUCAP SAHEL Niger u b’appoġġ għall-objettivi tagħha.

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUCAP SAHEL Niger.

2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUCAP SAHEL Niger fil-livell strateġiku.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura, fir-rigward tat-tmexxija tal-operazzjonijiet, l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u bl-għoti ta’ pariri u appoġġ tekniku.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

5.   Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah konformement mar-regoli nazzjonali, jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Dawk l-awtoritajiet għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, skwadri u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

6.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jitwettaq korrettement.

7.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Niamey għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif ikun meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi responsabbilità u jeżerċita kmand u kontroll fir-rigward tal-EUCAP SAHEL Niger fil-post tal-operazzjonijiet u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, skwadri u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik tal-assi, riżorsi u informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-EUCAP SAHEL Niger.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-EUCAP SAHEL Niger, inkluż l-Element ta’ Appoġġ minn Brussell u l-uffiċjali ta’ kollegament reġjonali, għat-tmexxija effettiva tal-EUCAP SAHEL Niger fil-post tal-operazzjonijiet, waqt li jassumi l-koordinament tagħha u l-ġestjoni tagħha ta’ kuljum, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-EUCAP SAHEL Niger. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali konformement mar-regoli nazzjonali, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUCAP SAHEL Niger fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà xierqa tal-EUCAP SAHEL Niger.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif meħtieġ, ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Il-Kap tal-Missjoni għandu, mingħajr preġudizzju għal-linja tal-kmand, jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fin-Niġer.

8.   Fil-kuntest taċ-Ċellula tal-Proġetti, il-Kap tal-Missjoni huwa awtorizzat jirrikorri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terżi biex jimplimenta proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b’mod konsistenti l-azzjonijiet l-oħra tal-EUCAP SAHEL Niger, jekk il-proġett ikun:

(a)

previst fid-Dikjarazzjoni tal-Impatt Baġitarju marbuta ma’ din id-Deċiżjoni; jew

(b)

imdaħħal fid-Dikjarazzjoni tal-Impatt Baġitarju matul it-twettiq tal-EUCAP SAHEL Niger fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

F’tali każ, il-Kap tal-Missjoni għandu jikkonkludi arranġament mal-Istati kkonċernati, li jkopri b’mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta’ kwalunkwe lment minn partijiet terzi dwar dannu kkawżat b’riżultat ta’ atti jew ommissjonijiet mill-Kap tal-Missjoni fl-użu tal-fondi pprovduti mill-Istati kontribwenti.

F’ebda ċirkostanza m’għandhom l-Unjoni jew ir-RGħ jinżammu responsabbli mill-Istati kontribwenti b’riżultat ta’ atti jew ommissjonijiet mill-Kap tal-Missjoni fl-użu tal-fondi minn dawk l-Istati.

Artikolu 7

Persunal

1.   L-EUCAP SAHEL Niger għandha tikkonsisti primarjament minn persunal issekondat mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mis-SEAE. Kull Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni, u s-SEAE għandhom jassumu l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe persunal issekondat minnhom, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-istazzjonament, is-salarji, il-kopertura medika u allowances minbarra l-allowances applikabbli ta’ kuljum.

2.   L-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni, jew is-SEAE rispettivament għandhom ikunu responsabbli biex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni relatata mas-sekondar minn jew dwar il-membru tal-persunal issekondat, u biex iressqu kwalunkwe azzjoni kontra dik il-persuna.

3.   Il-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-EUCAP SAHEL Niger jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux jistgħu jiġu provduti minn persunal issekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikant kwalifikat mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati ċittadini minn Stati terzi parteċipanti fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ.

4.   Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti f’kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-persunal.

Artikolu 8

Status tal-EUCAP SAHEL Niger u tal-persunal tagħha

L-istatus tal-EUCAP SAHEL Niger u l-persunal tagħha, inklużi, fejn ikun kunsiljabbli, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-EUCAP SAHEL Niger, għandhom ikunu l-oġġett ta’ ftehim konkluż taħt l-Artikolu 37 tat-TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUCAP SAHEL Niger. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-RGħ, u sabiex jiġu emendati l-Kunċett tal-Operazzjonijiet Plus (CONOPS Plus) u l-Pjan tal-Operazzjoni (OPLAN). Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUCAP SAHEL Niger għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u mill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, jistgħu jiġu mistiedna Stati terzi sabiex jikkontribwixxu għall-EUCAP SAHEL Niger, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta’ sussistenza ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u min-Niġer, u sakemm huma jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-EUCAP SAHEL Niger, kif meħtieġ.

2.   L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-EUCAP SAHEL Niger għandhom ikollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ ġestjoni ta’ kuljum tal-EUCAP SAHEL Niger bħall-Istati Membri.

3.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.

4.   L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi f’konformità mal-Artikolu 37 tat-TUE u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu jew ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUCAP SAHEL Niger.

Artikolu 11

Sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar mill-Kap tal-Missjoni tal-miżuri ta’ sigurtà u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom mill-EUCAP SAHEL Niger f’konformità mal-Artikolu 5.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUCAP SAHEL Niger u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-EUCAP SAHEL Niger, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u mal-istrumenti tagħha ta’ sostenn.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiġi megħjun minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-SEAE.

4.   Il-persunal tal-EUCAP SAHEL Niger għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda jwettaq dmirijietu, f’konformità mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament, fuq il-post tal-operazzjonijiet, li jkun organizzat mill-MSO.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (1).

Artikolu 12

Kapaċità tal-Għassa

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tkun attivata għall-EUCAP Sahel Niger.

Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-ispiża marbuta mal-EUCAP SAHEL Niger għall-ewwel 12-il xahar għandu jkun ta’ EUR 8 700 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

2.   L-infiq kollu għandu jkun amministrat f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Għandu jkun permess li ċ-ċittadini ta’ Stati terzi parteċipanti u tal-pajjiżi ospitanti u tal-viċinat iressqu offerti għal kuntratti. Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri, ma’ Stati terzi parteċipanti, u ma’ atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u siti lill-EUCAP SAHEL Niger.

4.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti operattivi tal-EUCAP SAHEL Niger, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b’mod sħiħ lill-Kummissjoni, u jkun issorveljat minnha, fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

6.   L-infiq marbut mal-EUCAP SAHEL Niger għandu jkun eliġibbli mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Konsistenza tar-rispons u l-koordiment tal-Unjoni

1.   Ir-RGħ għandha tiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni inġenerali, inklużi l-programmi ta’ żvilupp tal-Unjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Niamey sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni fin-Niġer.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri li jkunu preżenti fin-Niġer.

Artikolu 15

Rilaxx ta’ informazzjoni

1.   Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif meħtieġ u f’konformità mal-ħtiġijiet tal-EUCAP SAHEL Niger, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-EUCAP SAHEL Niger, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE.

2.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ hija awtorizzata wkoll tirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-EUCAP SAHEL Niger, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

3.   Ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokumenti mhux klassifikati tal-UE konnessi mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-EUCAP SAHEL Niger u li jkunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2).

4.   Ir-RGħ tista’ tiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3, kif ukoll il-kapaċità li tikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2, lil persuni li jkunu mqiegħda taħt l-awtorità tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u dewmien

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika għal perijodu ta’ 24 xahar.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/52


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/393/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fil-11 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti neħħa żewġ persuni mil-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fis-27 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat żied persuna waħda mal-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Barra minn hekk, fit-28 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat żied żewġ persuni u żewġ entitajiet mal-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

Artikolu 2

L-entrati għall-persuni li jidhru fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS I

ENTRATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

A.   Individwi assoċjati mat-Talibani.

(1)

Bakht Gul (magħruf ukoll bħala (a) Bakhta Gul (b) Bakht Gul Bahar (c) Shuqib). Data tat-Twelid: 1980 Post tat-Twelid: Raħal ta' Aki, Distrett ta' Zadran, Provinċja ta' Paktiya, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Indirizz: Miram Shah, North Waziristan, Federally Administered Tribal Areas, Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Assistent tal-komunikazzjoni għal Badruddin Haqqani. (b) Jikkoordina wkoll il-moviment ta' ribelli, ġellieda barranin u armi ta' Haqqani fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Zadran. Data tan-nomina min-NU: 27.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta' raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Bahkt Gul ilu uffiċjal tal-komunikazzjoni ewlieni tan-Netwerk ta' Haqqani mill-inqas mill-2009, meta l-predeċessur tiegħu ġie arrestat fl-Afganistan. Fl-2011, Gul kompla jirrapporta direttament lil Badruddin Haqqani, mexxej anzjan tan-Netwek ta' Haqqani, u kien serva ta' intermedjarju għal dawk li xtaqu jikkuntattjawh. Ir-responsabbiltajiet ta' Gul jinkludu li jgħaddi rapporti minn kmandanti fl-Afganistan lil uffiċjali għoljin tan-Netwerk ta' Haqqani, uffiċjali tal-mezzi ta' komunikazzjoni tat-Taliban, u mezzi tal-komunikazzjoni leġittimi fl-Afganistan. Gul jaħdem ukoll ma' uffiċjali tan-netwerk ta' Haqqani, inkluż Badruddin Haqqani, biex jikkoordina l-moviment ta' ribelli tan-Netwerk ta' Haqqani, ġellieda barranin u armi fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan u l-Lvant tal-Afganistan. Fl-2010, Gul għadda ordnijiet operazzjonali mingħand Badruddin Haqqani lil ġellieda fl-Afganistan. Lejn l-aħħar tal-2009, Gul qassam flus lil sottokmandanti tan-Netwerk ta' Haqqani li kienu qed jivvjaġġaw bejn Miram Shah u l-Afganistan.

(2)

Abdul Satar Abdul Manan (magħruf ukoll bħala (a) Haji Abdul Sattar Barakzai (b) Haji Abdul Satar (c) Haji Satar Barakzai (d) Abdulasattar).

Titolu: Haji. Data tat-Twelid: 1964. Post tat-Twelid: (a) Raħal ta' Mirmandaw, Distrett ta' Nahr-e Saraj, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (b) Raħal ta' Mirmadaw, Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (c) Qilla Abdullah, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Nru tal-passaport: AM5421691 (Passaport tal-Pakistan, jiskadi fil-11 ta' Aww. 2013). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali tal-Pakistan 5420250161699 (b) Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali Afgan 585629. Indirizz: (a) Kachray Road, Pashtunabad, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan (b) Nasrullah Khan Chowk, Pashtunabad Area, Baluchistan Province, Pakistan (c) Chaman, Baluchistan Province, Pakistan (d) Abdul Satar Food Shop, Ayno Mina 0093, Kandahar Province, Afghanistan. Informazzjoni oħra: (a) Sid konġunt ta' Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. (b) Assoċjat ukoll ma' Khairullah Barakzai. (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Barakzai. (d) Isem il-missier huwa Hajji ‘Abd-al-Manaf. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta' raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Satar Abdul Manan huwa sid konġunt u operatur ta' Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. Satar u Khairullah Barakzai Khudai Nazar kienu s-sidien u l-operaturi konġunti ta' hawalas (servizzi ta' rimessa ta' flus informali) magħrufa bħala HKHS fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai u mexxew fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Fl-aħħar tal-2009, Satat u Khairullah kellhom sħubija ugwali fl-HKHS. Satar kien il-fundatur ta' HKHS u parti mir-raġuni li għaliha l-klijenti għażlu li jużaw l-HKHS kienet minħabba l-ismijiet magħrufa ta' Satar u Khairullah. Satar ta eluf ta' dollari lit-Taliban biex jappoġġa attivitajiet tat-Taliban fl-Afganistan u qassam fondi lit-Taliban billi uża l-hawala tiegħu. Fl-2010, Satar ipprovda għajnuna finanzjarja lit-Taliban, u kmandant tat-Taliban u l-assoċjati tiegħu jista' jkun li ttrasferew eluf ta' dollari permezz ta' Satar bħala appoġġ għar-ribelljoni. Fl-aħħar tal-2009, Satar ospita membri għoljin tat-Taliban, ipprovda għexieren ta' eluf ta' dollari biex jgħin il-ġlieda tat-Taliban kontra l-Forzi ta' Koalizzjoni f'Marjah, id-Distrett ta' Nad'Ali, il-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, u għen biex jittrasporta lil membru tat-Taliban lejn Marjah. Fl-2008, Satar u Khairullah ġabru flus minn donaturi u qassmu l-fondi lit-Taliban billi użaw il-hawala tagħhom.

(3)

Khairullah Barakzai Khudai Nazar (magħruf ukoll bħala (a) Haji Khairullah (b) Haji Khair Ullah (c) Haji Kheirullah (d) Haji Karimullah (e) Haji Khair Mohammad).

Titolu: Haji. Data tat-Twelid: 1965. Post tat-Twelid: (a) Raħal ta' Zumbaleh, Distrett ta' Nahr-e Saraj, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (b) Raħal ta' Mirmadaw, Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (c) Qilla Abdullah, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Nru tal-passport: BP4199631 (Passaport tal-Pakistan, jiskadi fil-25 ta' Ġun. 2014). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali tal-Pakistan 5440005229635. Indirizz: Abdul Manan Chowk, Pashtunabad, Quetta, Baluchistan Province. Informazzjoni oħra: (a) Sid konġunt ta' Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. (b) Assoċjat ukoll ma' Abdul Satar Abdul Manan. (c) Jappartjeni għat-tribù ta' Barakzai. (d) Isem il-missier huwa Haji Khudai Nazar. (e) L-isem alternattiv tal-missier huwa Nazar Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta' raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Khairullah Barakzai Khudai Nazar huwa sid konġunt u operatur ta' Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS). Fl-aħħar tal-2009, Khairullah u Abdul Satar Abdul Manan kellhom sħubija ugwali fl-HKHS. Huma ħaddmu b'mod konġunt hawalas magħrufa bħala HKHS fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai u mexxew fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Fil-bidu tal-2010, Khairullah kien il-kap tal-fergħa tal-HKHS f'Kabul. Fl-2010, Khairullah kien hawaladar għat-tmexxija għolja tat-Taliban u pprovda għajnuna finanzjarja lit-Taliban. Khairullah, flimkien mas-sieħeb tan-negozju tiegħu Satar, ipprovda eluf ta' dollari lit-Taliban biex jappoġġa attivitajiet tat-Taliban fl-Afganistan. Fl-2008, Khairullah u Satar ġabru flus minn donaturi u qassmu l-fondi lit-Taliban billi użaw il-hawala tagħhom.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

(1)

Haji Khairullah Haji Sattar money exchange (magħruf ukoll bħala (a) Haji Khairullah-Haji Sattar Sarafi (b) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company (c) Haji Khairullah Money Exchange (d) Haji Khair Ullah Money Service (e) Haji Salam Hawala (f) Haji Hakim Hawala (g) Haji Alim Hawala)

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Chohar Mir Road, Kandahari Bazaar, Quetta City, Baluchistan Province, Pakistan; ii) Room number 1, Abdul Sattar Plaza, Hafiz Saleem Street, Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Shop number 3, Dr. Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Office number 3, Near Fatima Jinnah Road, Dr. Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Kachara Road, Nasrullah Khan Chowk, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Wazir Mohammad Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: Peshawar, Khyber Paktunkhwa Province, Pakistan; (c) Branch Office 3: Moishah Chowk Road, Lahore, Punjab Province, Pakistan; (d) Branch Office 4: Karachi, Sindh Province, Pakistan; (e) Branch Office 5: i) Larran Road number 2, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan ii) Chaman Central Bazaar, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan; (f) Branch Office 6: i) Shop number 237, Shah Zada Market (also known as Sarai Shahzada), Kabul, Afghanistan ii) Shop number 257, 3rd Floor, Shah Zada Market (also known as Sarai Shahzada), Kabul, Afghanistan; (g) Branch Office 7: i) Shops number 21 and 22, 2nd Floor, Kandahar City Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) New Sarafi Market, 2nd Floor, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan iii) Safi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan; (h) Branch Office 8: Gereshk City, Nahr-e Saraj District, Helmand Province, Afghanistan; (i) Branch Office 9: i) Lashkar Gah Bazaar, Lashkar Gah, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan ii) Haji Ghulam Nabi Market, 2nd Floor, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan; (j) Branch Office 10: i) Suite numbers 196-197, 3rd Floor, Khorasan Market, Herat City, Herat Province, Afghanistan ii) Khorasan Market, Shahre Naw, District 5, Herat City, Herat Province, Afghanistan; (k) Branch Office 11: i) Sarafi Market, Zaranj District, Nimroz Province, Afghanistan ii) Ansari Market, 2nd Floor, Nimroz Province, Afghanistan; (l) Branch Office 12: Sarafi Market, Wesh, Spin Boldak District, Afghanistan; (m) Branch Office 13: Sarafi Market, Farah, Afghanistan; (n) Branch Office 14: Dubai, United Arab Emirates; (o) Branch Office 15: Zahedan, Iran; (p) Branch Office 16: Zabul, Iran. Numri tat-taxxa u tal-liċenzja: (a) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 1774308; (b) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 0980338; (c) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 3187777; (d) Numru tal-Liċenzja Afgan ta' Fornitur ta' Servizzi ta' Flus: 044. Informazzjoni oħra: (a) Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange kien jintuża mit-tmexxija tat-Taliban biex jiġu ttrasferiti flus lil kmandanti tat-Taliban biex jiġu ffinanzjati ġellieda u operaturi fl-Afganistan fl-2011. (b) Assoċjat ma' Abdul Sattar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta' raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS) jappartjeni b'mod konġunt għal Abdul Satar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Satar u Khairullah ħaddmu skambji ta' flus fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Mexxejja tat-Taliban użaw l-HKHS biex iqassmu flus lil gvernaturi alternattivi u kmandanti u biex jirċievu trasferimenti ta' hawala (rimessa ta' flus informali) għat-Taliban. Fl-2011, it-tmexxija tat-Taliban għaddiet flus lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan bl-użu tal-HKHS. Lejn l-aħħar tal-2011, il-fergħa tal-HKHS f'Lashkar Gah, il-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, intużat biex tibgħat flus lill-gvernatur alternattiv tat-Taliban għall-Provinċja ta' Helmand. F'nofs l-2011, kmandant tat-Taliban uża fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja ġellieda u operaturi fl-Afganistan. Wara li t-Taliban iddepożitaw ammont sinfikanti ta' flus kontanti kull xahar ma' din il-fergħa tal-HKHS, kmandanti tat-Taliban setgħu jaċċessaw il-fondi minn kwalunkwe fergħa tal-HKHS. Il-persunal tat-Taliban użaw l-HKHS fl-2010 biex jittrasferixxu flus lil hawalas fl-Afganistan fejn kmandanti operazzjonali setgħu jaċċessaw il-fondi. Lejn tmiem l-2009, il-mexxej tal-fergħa tal-HKHS f'Lashkar Gah ħa ħsieb il-moviment ta' fondi tat-Taliban permezz tal-HKHS.

(2)

Roshan money exchange (magħruf ukoll bħala (a) Roshan Sarafi (b) Roshan Trading Company (c) Rushaan Trading Company (d) Roshan Shirkat (e) Maulawi Ahmed Shah Hawala (f) Mullah Ahmed Shah Hawala (g) Haji Ahmad Shah Hawala (h) Ahmad Shah Hawala).

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Shop number 1584, Furqan (variant Fahr Khan) Center, Chalhor Mal Road,Quetta, Baluchistan Province, Pakistan ii) Flat number 4, Furqan Center, Jamaluddin Afghani Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Office number 4, 2nd Floor, Muslim Plaza Building, Doctor Banu Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Cholmon Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Shop number 1, 1st Floor, Kadari Place, Abdul Samad Khan Street (next to Fatima Jena Road), Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: i) Safar Bazaar, Garmser District, Helmand Province, Afghanistan ii) Main Bazaar, Safar, Helmand Province, Afghanistan; (c) Branch Office 3: i) Haji Ghulam Nabi Market, Lashkar Gah, Helmand Province, Afghanistan ii) Money Exchange Market, Lashkar Gah, Helmand Province, Afghanistan iii) Lashkar Gah Bazaar, Helmand Province, Afghanistan; (d) Branch Office 4: Hazar Joft, Garmser District, Helmand Province, Afghanistan e) Branch Office 5: Ismat Bazaar, Marjah District, Helmand Province, Afghanistan; (e) Branch Office 6: Zaranj, Nimruz Province, Afghanistan; (f) Branch Office 7: i) Suite number 8, 4th Floor, Sarafi Market, District number 1, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) Shop number 25, 5th Floor, Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar District, Kandahar Province, Afghanistan; (g) Branch Office 8: Lakri City, Helmand Province, Afghanistan; (h) Branch Office 9: Gerd-e-Jangal, Chaghi District, Baluchistan Province, Pakistan; (i) Branch Office 10: Chaghi, Chaghi District, Baluchistan Province, Pakistan; (j) Branch Office 11: Aziz Market, in front of Azizi Bank, Waish Border, Spin Boldak District, Kandahar Province, Afghanistan. Informazzjoni oħra: Roshan Money Exchange jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jiġu appoġġati operazzjonijiet militari tat-Taliban u l-kummerċ tan-narkotiċi fl-Afganistan. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta' raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Roshan Money Exchange (RMX) jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jappoġġaw operazzjonijiet militari tat-Taliban u r-rwol tat-Taliban fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. RMX kien wieħed mill-hawalas ewlenin (servizzi ta' rimessa ta' flus informali) użat minn uffiċjali tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helmand sa mill-2011. Fl-2011, membru għoli tat-Taliban ġibed mijiet ta' eluf ta' dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex iqassamhom lil gvernaturi provinċjali alternattivi tat-Taliban. Biex jiffinanzja r-ribelljoni tar-rebbiegħa fl-2011, il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta' Helmand bagħat mijiet ta' eluf ta' dollari lill-RMX. Ukoll fl-2011, membru tat-Taliban irċieva għexieren ta' eluf ta' dollari mill-RMX biex jappoġġaw operazzjonijiet militari. Fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan ukoll żammet għexieren ta' eluf ta' dollari li kellhom jinġabru minn kmandant tat-Taliban. Fl-2010, f'isem il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta' Helmand, membru tat-Taliban uża l-RMX biex jibgħat eluf ta' dollari lir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Il-fergħa tal-RMX f'Lashkar Gah, il-Provinċja ta' Helmand, intużat mit-Taliban biex jiġu ttrasferiti fondi għal operazzjonijiet lokali. Fl-2011, sottokmandant tat-Taliban ittrasferixxa għexieren ta' eluf ta' dollari lil kmandant tat-Taliban permezz tal-fergħa tal-RMX f'Lashkar Gah. It-Taliban bagħat ukoll fondi lill-fergħa tal-RMX f'Lashkar Gah biex jitqassmu lil kmandanti tat-Taliban fl-2010. Ukoll fl-2010, membru tat-Taliban uża l-RMX biex jibgħat għexieren ta' eluf ta' dollari lill-Provinċja ta' Helmand u l-Provinċja ta' Herat, l-Afganistan f'isem il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta' Helmand. Fl-2009, rappreżentant għoli tat-Taliban ġibed mijiet ta' eluf ta' dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja operazzjonijiet militari tat-Taliban fl-Afganistan.

Il-flus mibgħuta lill-RMX oriġinaw fl-Iran. Fl-2008, mexxej tat-Taliban uża l-RMX biex jittrasferixxi għexieren ta' eluf ta' dollari mill-Pakistan għall-Afganistan. It-Taliban juża wkoll l-RMX biex jiffaċilita r-rwol tiegħu fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. Fl-2011, uffiċjali tat-Taliban, inkluż il-gvernatur alternattiv tal-Provinċja ta' Helmand, ittrasferew mijiet ta' eluf ta' dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan lil hawalas fl-Afganistan għax-xiri ta' narkotiċi f'isem uffiċjali tat-Taliban. Ukoll fl-2011, uffiċjal tat-Taliban ordna lil kmandanti tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helmand biex jittrasferixxu dħul mil-loppju permezz tal-RMX. Kap ta' distrett tat-Taliban ittrasferixxa eluf ta' dollari minn Marjah, il-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, għal fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.


ANNESS II

ENTRATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

(1)

Mohammad Homayoon Mohammad Yonus Kohistani (magħruf ukoll bħala Mohammad Homayoon Kohistani).

(2)

Mohammad Sharif Masood Mohammad Akbar.


17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-UE tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Italja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)

(2012/394/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'ittra tal-20 ta' Settembru 2011, li l-Kummissjoni rċeviet fil-21 ta' Settembru 2011, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, u li għandhom l-għan li jintegraw, jaġġornaw u jemendaw il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa, approvati mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-25 ta' Ġunju 2007 (2).

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur minn din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kumpatibbli mal-liġi tal-Komunità, b'mod partikulari fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta' konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli fix-xena tal-midja Taljana.

(4)

Il-lista emendata tal-avvenimenti li għandhom importanza ewlenija għas-soċjetà inklużi fil-miżuri nnotifikati mill-Italja, tħejjiet b'mod ċar u trasparenti u tnediet konsultazzjoni wiesgħa fl-Italja dwar l-emendar tal-lista preċedenti.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-avvenimenti ġodda elenkati fil-miżuri Taljani ssodisfaw tal-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, li huma kkunsidrati bħala indikaturi affidabbli tal-importanza ta' dawn l-avvenimenti għas-soċjetà. (i) dwarhom hemm qbil ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhumiex sinifikanti biss għal dawk li normalment isegwu l-isport jew l-attività konċernata; (ii) għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru u, b'mod partikulari, iservu ta' katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment minn dejjem ixxandar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u kien segwit minn udjenzi kbar.

(6)

Il-Grand Prix tal-Moto GP huwa avveniment li jgawdi minn popolarità partikolari mal-Italja kollha u jinteressa wkoll udjenza li normalment ma ssegwix dan l-avveniment, proprju minħabba s-sehem ta' sewwieqa u manifatturi Taljani f'turnew internazzjonali ta' importanza kbira ħafna. Dan l-avveniment dejjem ixxandar minn stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u dejjem segwewh numru kbir ta' telespettaturi.

(7)

Il-finali u s-semifinali tal-kampjonati tad-dinja tal-baskitbol, tal-water polo u tal-volibol li fihom ikun qiegħed jieħu sehem t-tim nazzjonali Taljan, minbarra li jissodisfaw il-kriterju ta' tim nazzjonali involut f'turnew internazzjonali ta' importanza kbira ħafna, joħolqu interess partikolari mal-Italja kollha, saħansitra fost l-udjenzi li normalment ma jsegwux dawn id-dixxiplini sportivi, u kienu dejjem jixxandru fuq stazzjonijiet ta' televiżjoni bla ħlas u jkollhom bosta telespettaturi differenti.

(8)

Il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby li jkun qed jilgħab fihom it-tim nazzjonali Taljan, minbarra li jissodisfaw il-kriterju ta' tim nazzjonali involut f'turnew internazzjonali ta' importanza kbira ħafna, joħolqu interess partikolari mal-Italja kollha, kif ukoll fost l-udjenzi li normalment ma jsegwux din id-dixxiplina sportiva.

(9)

Il-logħbiet tar-rugby tas-Sitt Nazzjonijiet li jintlagħbu mit-tim nazzjonali Taljan, minbarra li jissodisfaw il-kriterju ta' tim nazzjonali involut f'turnew internazzjonali ta' importanza kbira ħafna, joħolqu interess partikolari mal-Italja kollha, kif ukoll fost l-udjenzi li normalment ma jsegwux din id-dixxiplina sportiva u dejjem jixxandru fuq stazzjonijiet ta' televiżjoni bla ħlas b'rata ta' telespettaturi dejjem aktar sinifikanti.

(10)

Is-semifinali u l-finali tat-Tazza Davis u tat-Tazza Fed li fihom ikun qiegħed jieħu sehem it-tim nazzjonali Taljan, minbarra li jissodisfaw il-kriterju ta' tim nazzjonali involut f'turnew internazzjonali ta' importanza kbira ħafna, joħolqu interess partikolari mal-Italja kollha, kif ukoll fost l-udjenzi li normalment ma jsegwux din id-dixxiplina sportiva.

(11)

Il-finali u s-semifinali tat-turnew tat-tenis Internazionali d'Italia li fih ikunu qegħdin jieħdu sehem plejers Taljani, minbarra li jkunu qed jinvolvu persuni Taljani f'turnew internazzjonali ta' importanza kbira ħafna, joħolqu interess partikolari mal-Italja kollha, kif ukoll fost l-udjenzi li normalment ma jsegwux din id-dixxiplina sportiva, u dan parzjalment minħabba l-post fejn iseħħu. L-importanza partikolari ta' dan l-avveniment hija kkonfermata mir-rata ta' udjenza, li tixhed żieda ċara fl-interess tal-pubbliku u wkoll il-passjoni li l-pubbliku, f'dawn l-aħħar snin, rawwem għal din id-dixxiplina.

(12)

Il-Kampjonati tad-Dinja taċ-Ċikliżmu fit-Triq (tellieqa professjonali tal-irġiel) joħolqu interess partikolari mal-Italja kollha u ma jinteressawx biss lil dawk in-nies li normalment isegwu dan it-tip ta' avveniment, u dan ukoll minħabba li jinvolvu atleti Taljani u dejjem jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u jkollhom numru kbir ta' telespettaturi.

(13)

L-ewwel spettaklu li jiftaħ l-istaġun tal-opera fit-Teatru La Scala f'Milan joħloq interess partikolari mal-Italja kollha, kif ukoll fost l-udjenzi li normalment ma jsegwux dan l-avveniment, u għandu importanza kulturali ġeneralment rikonoxxuta fl-Italja, filwaqt li jservi ta' katalista għall-identità kulturali Taljana.

(14)

Ix-xandir tal-Kunċert tal-Ewwel tas-Sena mit-Teatru La Fenice f'Venezja joħloq interess partikolari mal-Italja kollha, kif ukoll fost l-udjenzi li normalment ma jsegwux dan it-tip ta' avveniment, u għandu importanza kulturali ġeneralment rikonoxxuta fl-Italja, iservi ta' katalista għall-identità kulturali Taljana u dejjem ixxandar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u jkollu numru kbir ta' telespettaturi.

(15)

Il-miżuri Taljani jidhru proporzjonali biex jiġġustifikaw id-deroga mil-libertà fundamentali li jipprovdu s-servizzi kif stipulati fl-Artikolu 56 tat-TFUE, minħabba r-raġuni predominanti ta' interess ġenerali li jiġi żgurat aċċess pubbliku wiesa' għax-xandiriet ta' avvenimenti ta' importanza kbira ħafna għas-soċjetà.

(16)

Safejn id-definizzjoni ta' xandara eliġibbli biex ixandru l-avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi (kopertura meħtieġa), li jippermettu kompetizzjoni effettiva u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta' dawn l-avvenimenti, il-miżuri Taljani huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Barra minn hekk, l-għadd ta' avvenimenti elenkati mhuwiex sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-swieq downstream tat-televiżjoni bla ħlas u tat-televiżjoni bi ħlas.

(17)

Il-proporzjonalità ġenerali tal-miżuri proposti mill-Italja hija stabbilita minn diversi fatturi. L-ewwel nett, it-tnaqqis minn 90 % għal 80 % tal-livell ta' kopertura tal-popolazzjoni meħtieġ għal xandara eliġibbli jżid il-proporzjonalità tal-miżuri, għall-fatt li jżid in-numru ta' xandara li jistgħu jkunu eliġibbli. It-tieni nett, ġie introdott mekkaniżmu volontarju għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn ix-xandara fir-rigward tad-definizzjoni tal-modalitajiet tekniċi tax-xandir u l-ħlas ta' kumpens ġust għas-subliċenzjar ta' drittijiet esklussivi ta' xandir. It-tielet nett, id-dħul fis-seħħ tal-miżuri Taljani finali se jiġi pospost għall-1 ta' Settembru 2012, sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm effetti negattivi fuq in-negozjati li jistgħu jkunu qegħdin iseħħu. Fl-aħħar nett, il-miżuri Taljani jipprovdu għal sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet li jikkonċernaw l-avvenimenti elenkati jinxtraw mix-xandara li mhumiex eliġibbli, sabiex ikun żgurat li jkun hemm l-arranġamenti xierqa għas-subliċenzjar tad-drittijiet lil xandara eliġibbli, u għal sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm xerrejja eliġibbli għall-avvenimenti msemmija, sabiex ikun żgurat li x-xandara mhux eliġibbli jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod li jevitaw li l-avveniment imsemmi ma jkunx imxandar.

(18)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li se jittieħdu mill-Italja u nnotifikati minnha u ppreżentat ir-riżultati ta' din il-verifika fil-laqgħa tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE. Il-Kumitat adotta opinjoni favorevoli f'din il-laqgħa,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

1.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Italja, skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, u nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2010/13/UE fil-21 ta' Settembru 2011, huma kumpatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

2.   Il-miżuri, skont kif jittieħdu finalment mill-Italja, se jkunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewroipea hekk kif jiġu adottati fil-livell nazzjonali u nnotifikati lill-Kummissjoni. Din tikkostitwixxi l-pubblikazzjoni stipulata fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2010/13/UE.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi President


(1)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/475/KE tal-25 ta' Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Italja skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 180, 10.7.2007, p. 5).


ANNESS

Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)

Il-miżuri li ttieħdu mill-Itaja, li għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE, huma stipulati fl-estratti li ġejjin tad-Deċiżjoni Nru 131/12/CONS tal-Awtorità tal-Komunikazzjonijiet tal-15 ta’ Marzu 2012


“IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

1.   L-Awtorità tapprova b’mod definittiv il-lista tal-avvenimenti b’importanza partikolari għas-soċjetà li jridu jiġu mxandra fuq stazzjonijiet televiżivi bla ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 32b tat-test konsolidat dwar is-servizzi awdjoviżivi u tar-radju, stipulat fl-Annessi A u B, li jikkostitwixxu partijiet integrali ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2012 u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana u fuq il-websajt tal-Awtorità filwaqt li l-Anness A biss għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ruma, il-15 ta’ Marzu 2011 (1)

Il-President

Corrado CALABRÒ

Il-Kummissarju li qed jirrapporta

Nicola D’ANGELO

Il-Kummissarju li qed jirrapporta

Antonio MARTUSCIELLO

Jiċċertifikaw il-konformità mad-Deċiżjoni

Is-Segretarju Ġenerali

Roberto VIOLA”

AWTORITÀ GĦALL-GARANZIJI FIL-KOMUNIKAZZJONIJIET

[Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni]

“L-ANNESS A TAD-DEĊIŻJONI NRU 131/12/CONS TAL-15 TA’ MARZU 2012

LISTA TAL-AVVENIMENTI TA’ IMPORTANZA PARTIKOLARI GĦAS-SOĊJETÀ LI GĦANDHOM JIXXANDRU FUQ STAZZJONIJIET TELEVIŻIVI BLA ĦLAS

(test b'rilevanza Komunitarja)

Artikolu 1

Avvenimenti ta' importanza partikolari għas-soċjetà

1.   Din id-Deċiżjoni tirrigwarda x-xandir televiżiv ta' avvenimenti meqjusa importanti b'mod partikolari għas-soċjetà.

2.   Għall-finijiet ta’ din il-lista:

A.

“Avveniment ta’ importanza partikolari għas-soċjetà" tfisser avveniment, sportiv jew mhux sportiv, li jissodisfa tal-inqas tnejn mill-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-avveniment u dak li joħroġ minnu huma ta’ interess speċjali u mifrux fl-Italja u jinteressaw lill-persuni oħrajn minbarra dawk li s-soltu jsegwu dan it-tip ta’ avveniment;

(b)

l-avveniment igawdi minn għarfien ġenerali min-naħa tal-popolazzjoni, għandu importanza partikolari kulturali u jsaħħaħ l-identità kulturali Taljana;

(c)

l-avveniment jinvolvi lit-tim nazzjonali ta’ dixxiplina sportiva speċifika f’turnament internazzjonali ta’ importanza kbira;

(d)

tradizzjonalment, l-avveniment jixxandar fuq it-televiżjoni mingħajr ħlas u ġabar pubbliku wiesa’ ta’ telespettaturi fl-Italja.

B.

“Stazzjon tax-xandir ikkwalifikat” tfisser stazzjon tax-xandir suġġett għall-ġuriżdizzjoni Taljana li kapaċi jiżgura l-possibbiltà li l-avvenimenti jiġu segwiti minn tal-inqas 80 % tal-popolazzjoni Taljana mingħajr ħlas żejjed.

Artikolu 2

Lista tal-avvenimenti u tal-kundizzjonijiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tax-xandir

1.   L-Awtorità stabbiliet il-lista li ġejja ta' avvenimenti meqjusa bħala ta’ importanza partikolari għas-soċjetà, li l-istazzjonijiet tax-xandir suġġetti għall-ġuriżdizzjoni Taljana ma jistgħux jittrażmettu b’mod esklussiv u b'mod li jirrestrinġu l-aċċess, bl-iskop li jkun żgurat li tal-anqas 80 % tal-popolazzjoni Taljana jkollha l-possibbiltà li ssegwihom fuq stazzjon tax-xandir bla ħlas mingħajr ħlasijiet żejda:

(a)

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf u tax-xitwa;

(b)

il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol kif ukoll il-logħob kollu tat-tim nazzjonali Taljan tal-futbol fit-Tazza tad-Dinja;

(c)

il-finali tal-kampjonat Ewropew kif ukoll il-logħob kollu tat-tim nazzjonali Taljan tal-futbol fil-kampjonat Ewropew;

(d)

il-logħob kollu tat-tim nazzjonali tal-futbol f'kompetizzjonijiet uffiċjali, kemm dawk li jintlagħbu fl-Italja kif ukoll barra mill-Italja;

(e)

il-finali u s-semifinali taċ-Champions League u tal-Europa League jekk ikunu involuti timijiet Taljani;

(f)

il-Giro d’Italia;

(g)

il-Gran Prix tal-Italja tal-karozzi tal-Formula 1;

(h)

il-Gran Prix tal-Italja tal-muturi tal-Moto GP;

(i)

il-finali u s-semifinali tal-kampjonati dinjija tal-baskitbol, il-woterpowlo, il-volibol u r-ragbi li fihom ikunu involuti t-timijiet nazzjonali Taljani;

(j)

il-logħbiet tat-turnament tas-Sitt Nazzjonijiet tar-ragbi li fihom jipparteċipa t-tim nazzjonali Taljan;

(k)

il-finali u s-semifinali tat-Tazza Davis u tat-Tazza tal-Federazzjonijiet li fihom jipparteċipaw it-tim nazzjonali Taljan u tat-turnament Internazzjonali tal-Italja tat-tenis li fih jipparteċipaw atleti Taljani;

(l)

il-kampjonat dinji taċ-ċikliżmu fit-triq;

(m)

il-Festival tal-mużika Taljana ta’ Sanremo;

(n)

l-ewwel serata tal-istaġun tal-opri tat-Teatru La Scala f’Milan;

(o)

il-kunċert tal-Ewwel tas-Sena fit-Teatru La Fenice ta’ Venezja.

2.   L-avvenimenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 hawn fuq jixxandru diretti fil-verżjoni sħiħa tagħhom. Għall-avvenimenti l-oħrajn huwa f'idejn l-istazzjonijiet tat-televiżjoni sabiex jiddeċiedu l-mod ta' xandir bla ħlas, li jista’ jkun dirett fil-verżjoni sħiħa jew parti minnhom jew mhux dirett fil-verżjoni sħiħa jew parti minnhom.

3.   Fejn id-drittijiet tax-xandir ta’ avveniment wieħed jew aktar imniżżla fil-paragrafu 1 jinkisbu minn stazzjon tax-xandir mhux ikkwalifikat, dan għandu jippubblika, f'perjodu raġonevoli qabel l-avveniment, fuq il-websajt tiegħu, il-proposta sabiex jagħti, b'kundizzjonijiet kummerċjali li jkunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, drittijiet li jippermettu li l-avveniment jixxandar skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, filwaqt li fl-istess ħin jinforma lill-Awtorità.

4.   Jekk ebda stazzjon tax-xandir ikkwalifikat ma jitfa’ offerta jew l-offerti mitfugħa ma jkunux skont kundizzjonijiet kummerċjali li jkunu ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, l-istazzjon tax-xandir li għandu f’idu d-drittijiet jista' jeżerċitahom, b’deroga mill-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 1.

5.   L-Awtorità tirriserva d-dritt li temenda, wara perjodu xieraq, b’deċiżjoni tagħha, il-lista fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2.

Artikolu 3

Proċedura għal tilwim

1.   Fil-każ li tinqala’ tilwima bejn stazzjonijiet tax-xandir fir-rigward tax-xandir ta’ avveniment imniżżel fil-lista tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 hawn fuq, fir-rigward tad-definizzjoni tal-arranġamenti tekniċi tax-xandir u tal-ħlas ġust għall-għoti ta' sottoliċenzja ta' drittijiet esklussivi tax-xandir, jiġu applikati r-regoli ta' proċedura previsti mir-Regolament anness mad-Deċiżjoni Nru 352/08/CONS, bis-segħat previsti minn dak ir-Regolament lill-Kumitat għall-Infrastruttura u n-netwerks jitqiesu bħala li jingħataw lill-Kunsill, bid-‘Direttorat’ jinftiehem bħala d-Direttorat tas-Servizzi tal-Midja u bid-‘Direttur’ jinftiehem bħala d-Direttur tad-Direttorat tas-Servizzi tal-Midja.”



17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/62


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Lulju 2012

dwar ir-rikonoxximent tar-“Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2012/395/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (2), kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7c(6) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jistipulaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijofjuwils. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7b, 7c u tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE huma simili għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17, 18 u tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(2)

Fejn il-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jeżiġu lill-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(3)

Il-premessa 76 tad-Direttiva 2009/28/KE tiddikjara li l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija għandha tiġi evitata, u li l-iskemi volontarji jistgħu jgħinu biex joħolqu soluzzjonijiet effiċjenti li jiddemostraw il-konformità ma’ dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(4)

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali turi li l-kunsinni tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE, jew li skema volontarja nazzjonali jew internazzjonali biex jitkejjel kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet tal-gassijiet serra fiha dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi skema volontarja bħal din għal perjodu ta’ ħames snin.

(6)

Fejn operatur ekonomiku jipprovdi provi jew dejta miksuba skont skema volontarja li tkun ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert b’dik id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jeżiġi lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(7)

Ir-“Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme” ġiet issottomessa lill-Kummissjoni fl-4 ta’ April 2012, b’talba għar-rikonoxximent tagħha. Din l-iskema tkopri ċ-ċereali, iż-żrieragħ taż-żejt u l-pitravi taz-zokkor, prodotti fir-Renju Unit sal-ewwel punt ta’ kunsinna ta’ dawn l-uċuħ. Ladarba tiġi rikonoxxuta, l-iskema għandha tkun disponibbli fil-pjattaforma ta’ trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE. Il-Kummissjoni għandha tqis l-aspetti tas-sensittività kummerċjali u tista’ tiddeċiedi li tippubblika biss parti mill-iskema.

(8)

Il-valutazzjoni tar-“Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme” sabet li tkopri bix-xieraq il-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE, kif ukoll l-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE. L-iskema tapplika wkoll, sal-ewwel punt ta’ kunsinna ta’ dawn l-uċuħ tar-raba’, metodoloġija tal-bilanċ tal-massa bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE. L-iskema ma tkoprix l-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, iżda tagħti dejta preċiża dwar żewġ elementi meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, b’mod partikulari, iż-żona ġeografika mnejn ġejjin l-uċuħ, u l-emissjonijiet annwalizzati minn tibdiliet fl-istokk ta’ karbonju minħabba bidla fl-użu tal-art. Perċentwali żgħir ta’ membri tal-iskema ma jkoprux il-kriterji ta’ sostenibbiltà għal parti mill-art tagħhom. L-iskema tindika l-qagħda ta’ konformità sħiħa jew parzjali tal-art tal-membri tagħha fil-bażi tad-dejta ta’ membri tagħhom fuq l-Internet, u turi l-konformità tal-kunsinni mal-kriterji ta’ sostenibbiltà fuq il-passaport tal-uċuħ tar-raba’ li jistgħu jiġu kkombinati, magħruf ukoll bħala dikjarazzjoni ta’ wara l-ħsad.

(9)

L-evalwazzjoni tar-“Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme” sabet li tilħaq standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti.

(10)

Kwalunkwe element addizzjonali ta’ sostenibbiltà kopert bl-iskema “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme” mhuwiex meqjus f’din id-Deċiżjoni. Dawn l-elementi addizzjonali ta’ sostenibbiltà mhumiex obbligatorji biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme”, li għaliha tressqet talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni fl-4 ta’ April 2012, turi permezz tal-passaport ta’ wċuħ tar-raba’ li jistgħu jiġu kkombinati li l-kunsinni ta’ ċereali, żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkor huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stipulati fl-Artikoli 17(3), 17(4) u 17(5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikoli 7b(3), 7b(4) u 7b(5) tad-Direttiva 98/70/KE. L-iskema tinkludi wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE f’dak li jirrigwarda l-emissjonijiet annwalizzati mit-tibdil fl-istokk tal-karbonju minħabba bidla fl-użu tal-art (e l ) kif imsemmi fil-punt 1 tat-taqsima C tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-punt 1 tat-taqsima C tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE, li juri li hu ugwali għal żero, u ż-żona ġeografika msemmija fil-punt 6 tat-taqsima C tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-punt 6 tat-taqsima C tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema volontarja “Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet Scheme” tista’ tintuża sal-ewwel punt ta’ kunsinna għall-kunsinni kkonċernati biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta’ ħames snin wara li tidħol fis-seħħ. Jekk isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema, wara li tiġi adottata d-Deċiżjoni, b’tali mod li dan ikun jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, it-tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni se tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod xieraq il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta.

Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka d-Deċiżjoni tagħha jekk jintwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni, u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta’ dawk l-elementi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT Nru 1/2012 TAL-UE-PLO

tas-17 ta’ Frar 2012

li twaqqaf sitt sottokumitati u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO

(2012/396/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (il-PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni”),

Billi:

(1)

L-Artikolu 66 tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdi għat-twaqqif ta’ kwalunkwe kumitati oħra (“sottokumitati”) li jistgħu jassistu l-Kumitat Konġunt UE-PLO fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(2)

It-tħaddim tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma settorali jitlob it-twaqqif ta’ sett ġdid ta’ sottokumitati proposti.

(3)

Il-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni daħal f’fażi ġdida ta’ implimentazzjoni fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-iżviluppi fir-reġjun.

(4)

L-Awtorità Palestinjana talbet li jiżdiedu n-numru ta’ sottokumitati.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO għalhekk għandha tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sitt sottokumitati tal-Kumitat Konġunt UE-PLO, elenkati fl-Anness I, huma b’dan imwaqqfa.

Ir-regoli ta’ proċedura tagħhom, kif stabbiliti fl-Anness II, huma b’dan adottati.

Il-Kumitat Konġunt UE-PLO ser jieħu kull azzjoni meħtieġa biex jiżgura li s-sottokumitati joperaw kif suppost. Huwa jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf aktar gruppi jew li jabbolixxi gruppi eżistenti.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt UE-PLO

Il-President

H. MINGARELLI


(1)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.


ANNESS I

SOTTOKUMITATI MARBUTA MAL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO

(1)

Is-sottokumitat “Drittijiet tal-Bniedem, Governanza Tajba u Stat tad-Dritt”

(2)

Is-sottokumitat “Affarijiet Soċjali u Saħħa”

(3)

Is-sottokumitat “Riċerka, Innovazzjoni, Soċjetà tal-Informazzjoni, Midja, Edukazzjoni u Kultura”

(4)

Is-sottokumitat “Materji Ekonomiċi u Finanzjarji”

(5)

Is-sottokumitat “Kummerċ u Suq Intern, Industrija, Agrikoltura u Sajd, Dwana”

(6)

Is-sottokumitat “Enerġija, Trasport, Tibdil fil-Klima, Ambjent, Ilma”


ANNESS II

1.   Regoli ta’ Proċedura tas-sottokumitat “Drittijiet tal-Bniedem, Governanza Tajba u Stat tad-Dritt”

1.   Kompożizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji għad-diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

drittijiet tal-bniedem;

(b)

governanza tajba;

(c)

stat tad-dritt.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati mis-segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Affarijiet Soċjali u Saħħa”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

xogħol u żvilupp soċjali;

(b)

saħħa pubblika.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati mis-segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

3.   Ir-Regoli ta’ Proċedura tas-sottokumitat “Riċerka, Innovazzjoni, Soċjetà tal-Informazzjoni, Midja, Edukazzjoni u Kultura”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;

(b)

kultura;

(c)

żgħażagħ;

(d)

soċjetà tal-informazzjoni u politika awdjoviżiva u politika tal-midja;

(e)

xjenza u t-teknoloġija;

(f)

riċerka u żvilupp.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

4.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Materji Ekonomiċi u Finanzjarji”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

responsabbiltà finanzjarja u mmaniġġjar sod tal-finanzi pubbliċi;

(b)

riforma ekonomika u żvilupp;

(c)

statistika.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

5.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Kummerċ u Suq Intern, Industrija, Agrikoltura u Sajd, Dwana”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ disjussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

kwistjonijiet relatati mal-kummerċ;

(b)

agrikoltura u sajd;

(c)

kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji (SPS);

(d)

investimenti;

(e)

riforma tas-suq u regolatorja;

(f)

impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u industrija;

(g)

kwistjonijiet ta’ dwana;

(h)

tassazzjoni.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

6.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Enerġija, Trasport, Tibdil fil-Klima, Ambjent, Ilma”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

enerġija;

(b)

trasport;

(c)

tibdil fil-klima;

(d)

ambjent;

(e)

ilma.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.