ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.186.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
14 ta' Lulju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni rigward id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

1

 

 

2012/380/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

2

 

 

2012/381/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

3

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vadehavsstude (IĠP)]

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 li jestendi għal sitt xhur l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 161/2012 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-istokkijiet tal-haddock fl-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 637/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ħadid, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall ( 1 )

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 638/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2012

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/382/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EU BAM Rafah/1/2012 tat-3 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

30

 

 

2012/383/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPOL COPPS/1/2012 tat-3 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

31

 

 

2012/384/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/11/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4711)

32

 

 

2012/385/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/12/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4712)

36

 

 

2012/386/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/12)

38

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/1


Informazzjoni rigward id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, iffirmat fi Brussell fid-29 ta’ Settembru 2011, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2012, f’konformità mal-Artikolu 29(1) tal-Ftehim.


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Settembru 2011

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

(2012/380/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati f’isem l-Unjoni mal-Awstralja għat-trasferiment u l-użu ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u ta’ reati kriminali transnazzjonali serji oħra u għall-ġlieda kontrihom.

(2)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (il-“Ftehim”) ġie innegozjat. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess permezz tal-inizjalar tal-Ftehim.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri, u d-Dikjarazzjoni mehmuża mal-Att Finali tal-Ftehim għandha tiġi approvata.

(4)

Il-Ftehim jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), speċjalment id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, kif rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif rikonoxxut fl-Artikolu 8 tal-Karta, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta. Il-Ftehim għandu jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

B’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta bil-Ftehim jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (il-“Ftehim”), huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).

Artikolu 2

Id-Dikjarazzjoni mehmuża mal-Att Finali tal-Ftehim għandha tiġi approvata f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MILLER


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

(2012/381/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218 (6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati f’isem l-Unjoni mal-Awstralja dwar it-trasferiment u l-użu ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u ta’ reati kriminali transnazzjonali serji oħra u għall-ġlieda kontrihom.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/380/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (il-“Ftehim”) ġie ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri.

(3)

Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż.

(4)

Il-Ftehim jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), speċjalment id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, kif rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif rikonoxxut fl-Artikolu 8 tal-Karta, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta. Il-Ftehim għandu jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

B’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta bil-Ftehim jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għall-iskambju tal-istrumenti ta’ approvazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 29 tal-Ftehim, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CICHOCKI


(1)  Ara l-paġna 2 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem ukoll imsemmija l-UE,

min-naħa l-waħda, u

L-AWSTRALJA,

min-naħa l-oħra,

Minn hawn ’il quddiem imsemmija flimkien bħala “il-Partijiet”,

WAQT LI JIXTIEQU li jipprevjenu u li jiġġieldu kontra t-terroriżmu u r-reati kriminali transnazzjonali serji b’mod effettiv, bħala mezz biex jipproteġu s-soċjetajiet demokratiċi u l-valuri komuni rispettivi tagħhom;

WAQT LI JFITTXU li jsaħħu u li jħeġġu l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-ispirtu tas-sħubija UE-Awstralja;

WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-kondiviżjoni tal-informazzjoni hija element fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati kriminali transnazzjonali serji, u li f’dan il-kuntest, l-użu tad-dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) jikkostitwixxi għodda essenzjali;

WAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati kriminali transnazzjonali serji, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari, il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, id-dritt għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipji tal-proporzjonalità u n-neċessità dwar id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, ir-rispett tal-privatezza, u l-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Dejta Personali u l-Protokoll 181 miżjud magħha, l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 17 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi rigward id-dritt għall-privatezza;

WAQT LI JIRRIKONOXXU li, fl-2008, l-Awstralja u l-UE ffirmaw il-Ftehim Bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-Ipproċessar u t-Trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan, li huwa applikat b’mod proviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu iżda li baqa’ ma daħalx fis-seħħ;

WAQT LI JINNUTAW li, fil-5 ta’ Mejju 2010, il-Parlament Ewropew iddeċieda li jipposponi l-votazzjoni dwar it-talba għall-approvazzjoni ta’ dak il-Ftehim u li permezz tar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 huwa laqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jinnegozja ftehim ġdid;

WAQT LI JIRRIKONOXXU d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Doganali Awstraljan tal-1901 (Cth), u b’mod partikolari it-Taqsima 64AF tiegħu li permezz tagħha, fejn mitlub, l-operaturi kollha tas-servizz bl-ajru għall-passiġġieri internazzjonali, li jtiru lejn jew mill-Awstralja jew li jgħaddu minnha, huma mistennija li jipprovdu d-dejta tal-PNR lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, sal-punt li tinġabar u tinżamm, b’mod u forma partikolari, fis-sistemi ta’ riżervazzjoni u ta’ kontroll tat-tluq tat-trasportaturi bl-ajru;

WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Att dwar l-Amministrazzjoni Doganali tal-1985 tal-Awstralja (Cth), l-Att dwar il-Migrazzjoni tal-1958 (Cth), l-Att dwar ir-Reati tal-1914 (Cth), l-Att dwar il-Privatezza tal-1988 (Cth), l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-1982 (Cth), l-Att dwar l-Awditur Ġenerali tal-1997 (Cth), l-Att dwar l-Ombudsman tal-1976 (Cth) u l-Att dwar is-Servizz Pubbliku tal-1999 (Cth) jipprovdu għal protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet għall-aċċess u d-drittijiet ta’ rimedjar, rettifika u annotazzjoni u ta’ rimedji u sanzjonijiet għall-użu ħażin tad-dejta personali;

WAQT LI JINNUTAW l-impenn tal-Awstralja li tiżgura li s-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jipproċessa d-dejta tal-PNR strettament bl-iskop li jiġu previsti, identifikati, investigati u mħarrka reati terroristiċi u reati kriminali transnazzjonali serji f’konformità stretta mas-salvagwardji dwar il-privatezza u l-protezzjoni ta’ dejta personali, kif stabbilit f’dan il-Ftehim;

WAQT LI JAGĦMLU ENFAŻI fuq l-importanza tal-kondiviżjoni tad-dejta analitika miksuba mill-PNR bejn l-Awstralja u l-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Europol jew il-Eurojust, bħala mezz biex tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija u dik ġudizzjarja;

WAQT LI JAFFERMAW li dan il-Ftehim ma jikkostitwixxix preċedent għal arranġamenti futuri bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea, jew bejn kwalunkwe waħda mill-Partijiet u kwalunkwe Stat, fir-rigward tal-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tal-PNR jew ta’ kwalunkwe forma oħra ta’ dejta u waqt li jinnotaw li jistgħu jiġu eżaminati l-ħtieġa u l-fattibbiltà ta’ arranġamenti simili għall-passiġġieri bil-baħar;

FTIEHMU DAN LI ĠEJ:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Fini tal-Ftehim

Sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza tal-pubbliku, dan il-Ftehim se jipprovdi għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR derivata mill-UE għas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri. Dan il-Ftehim għandu jistipula l-kondizzjonijiet li bihom din id-dejta tista’ tiġi trasferita u użata, u l-mod kif id-dejta għandha tiġi protetta.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Ftehim” għandu jfisser dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu, u kwalunkwe emenda li ssirilhom;

(b)

“dejta personali” għandha tfisser kwalunkwe informazzjoni li tirrigwarda persuna fiżika identifikata jew identifikabbli: persuna identifikabbli hija dik li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identità jew għal xi fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha;

(c)

“ipproċessar” għandha tfisser kwalunkwe operat jew sett ta’ operati mwettqa fuq id-dejta tal-PNR, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, iż-żamma, l-adattament jew l-aġġustament, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta’ trażmissjoni, disseminazzjoni jew tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mod ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda;

(d)

“trasportaturi bl-ajru” għandha tfisser it-trasportaturi bl-ajru li għandhom sistemi ta’ riżervazzjoni u/jew dejta tal-PNR ipproċessata fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u li joperaw fuq titjiriet tal-passiġġieri, fit-trasport tal-ajru internazzjonali, li jtiru lejn jew mill-Awstralja jew li jgħaddu minnha;

(e)

“sistemi ta’ riżervazzjoni” għandha tfisser is-sistema ta’ riżervazzjoni, is-sistema ta’ kontroll tat-tluq jew sistemi ekwivalenti li jipprovdu l-istess funzjonijiet li juża t-trasportatur bl-ajru;

(f)

“dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri” jew “dejta tal-PNR” għandhom ifissru l-informazzjoni pproċessata fl-UE mit-trasportaturi bl-ajru dwar ir-rekwiżiti għall-ivvjaġġar ta’ kull passiġġier, skont kif elenkati fl-Anness 1, li tkun tinkludi l-informazzjoni meħtieġa għall-ipproċessar u l-kontroll tar-riżervazzjonijiet min-naħa tat-trasportaturi bl-ajru li jkunu qed jagħmlu r-riżervazzjonijiet u dawk parteċipanti;

(g)

“passiġġier” għandu jfisser kwalunkwe passiġġier jew membru tal-ekwipaġġ inkluż il-kaptan,

(h)

“dejta sensittiva” għandu jfisser kwalunkwe dejta personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija f’xi trejdjunjin, jew tagħrif dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-Awstralja għandha tiżgura li s-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jipproċessa d-dejta tal-PNR li jkun irċieva strettament bl-iskop li jiġu previsti, identifikati, investigati u mħarrka reati terroristiċi jew reati kriminali transnazzjonali serji, f’konformità ma’ dan il-Ftehim:

2.   Ir-reati terroristiċi għandhom jinkludu:

(a)

l-atti ta’ persuna li jinvolvu vjolenza, jew li huma b’xi mod perikolużi għall-ħajja tal-bniedem jew li joħolqu riskju ta’ ħsara għall-proprjetà jew l-infrastruttura, u li minħabba n-natura u l-kuntest tagħhom, hu raġonevolment maħsub li twettqu bil-għan li:

(i)

jintimidaw jew jikkostrinġu popolazzjoni;

(ii)

jintimidaw, jisfurzaw, jew jikkostrinġu gvern jew organizzazzjoni internazzjonali biex jaġixxi/taġixxi jew jastjeni/tastjeni milli jaġixxi/taġixxi;

(iii)

jiddestabilizzaw jew ikissru serjament l-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali fundamentali ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali;

(b)

jassistu, jisponsorjaw jew jipprovdu sostenn finanzjarju, materjali jew teknoloġiku għal, jew servizzi finanzjarji jew servizzi oħrajn għal, jew b’appoġġ għal, l-atti deskritti fis-subparagrafu a);

(c)

jipprovdu jew jiġbru fondi, b’mezz kwalunkwe, direttament jew indirettament, bil-ħsieb li jkunu jistgħu jintużaw jew bl-għarfien li dawn għandhom jintużaw, totalment jew parzjalment, sabiex jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-atti deskritti fis-subparagrafi a) jew b); jew

(d)

jgħinu, jassistu jew jippruvaw iwettqu l-atti deskritti fis-subparagrafi a), b) jew c).

3.   Ir-reati kriminali transnazzjonali serji għandhom ifissru kwalunkwe reat punibbli fl-Awstralja permezz ta’ sentenza ta’ kustodja jew ta’ ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-anqas erba’ snin jew b’piena aktar serja u hekk kif definit mil-liġi Awstraljana, jekk ir-reat kriminali jkun ta’ natura transnazzjonali. Reat kriminali jitqies bħala ta’ natura transnazzjonali b’mod partikolari jekk:

(a)

jitwettaq f’aktar minn pajjiż wieħed;

(b)

jitwettaq f’pajjiż wieħed iżda parti sostanzjali mit-tħejjija, l-ippjanar, id-direzzjoni jew il-kontroll tiegħu sseħħ f’pajjiż ieħor;

(c)

jitwettaq f’pajjiż wieħed iżda jkun jikkonċerna grupp ta’ kriminalità organizzata li jkun involut f’attivitajiet kriminali f’aktar minn pajjiż wieħed; jew

(d)

jitwettaq f’pajjiż wieħed iżda jkollu effetti sostanzjali fuq pajjiż ieħor.

4.   F’każijiet eċċezzjonali, id-dejta tal-PNR tista’ tiġi pproċessata mill-Awstralja fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali ta’ kull individwu, bħal pereżempju r-riskju ta’ mewt, ta’ korriment serju jew theddida għas-saħħa.

5.   Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ superviżjoni u ta’ responsabbiltà min-naħa tal-amministrazzjoni pubblika u għall-faċilitazzjoni ta’ rimedjar u ta’ sanzjonijiet għall-użu ħażin tad-dejta, id-dejta tal-PNR tista’ tiġi pproċessata fuq bażi ta’ każ b’każ jekk dan l-ipproċessar ikun speċifikament mitlub mil-liġi Awstraljana.

Artikolu 4

L-iżgurar tal-provvista tad-dejta tal-PNR

1.   It-trasportaturi bl-ajru għandhom jipprovdu d-dejta tal-PNR li tinsab fis-sistemi ta’ riżervazzjoni tagħhom lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri. M’għandhomx jiġu ostakolati minn kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi ta’ waħda mill-Partijiet milli jikkonformaw mal-liġi Awstraljana rilevanti li tobbligahom jipprovdu din id-dejta.

2.   L-Awstralja m’għandhiex tobbliga lit-trasportaturi bl-ajru biex jipprovdu elementi tad-dejta tal-PNR li ma ġewx diġà miġbura jew miżmuma fis-sistemi ta’ riżervazzjoni tagħhom.

3.   Jekk id-dejta tal-PNR trasferita permezz tat-trasportaturi bl-ajru tkun tinkludi dejta oħra apparti dik elenkata fl-Anness 1, din għandha titħassar mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri.

Artikolu 5

Adegwatezza

Il-konformità tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri ma’ dan il-Ftehim għandha, skont it-tifsira tal-liġi rilevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, tikkostitwixxi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta tal-PNR trasferita lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja

1.   Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jiżgura d-disponibilità, malli jkun possibbli, ta’ informazzjoni analitika rilevanti u adegwata miksuba mid-dejta tal-PNR, għall-pulizija jew l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea kkonċernat, jew għall-Europol jew l-Eurojust fl-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom, u f’konformità mal-ftehimiet jew l-arranġamenti bejn l-Awstralja u kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tal-Europol jew tal-Eurojust, dwar l-infurzar tal-liġi jew il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni oħra, skont kif ikun applikabbli.

2.   Il-pulizija jew l-awtorità ġudizzjarja ta’ xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew tal-Europol jew tal-Eurojust fl-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom, jistgħu jitolbu l-aċċess għad-dejta tal-PNR jew għall-informazzjoni analitika rilevanti u adegwata miksuba mid-dejta tal-PNR li tkun neċessarja f’każijiet partikolari sabiex jiġu previsti, identifikati, investigati, jew imħarrka reati terroristiċi jew reati kriminali transnazzjonali serji. Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jpoġġi tali informazzjoni għad-dispożizzjoni, f’konformità mal-ftehimiet jew l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU II

IS-SALVAGWARDJI APPLIKABBLI GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA TAL-PNR

Artikolu 7

Il-protezzjoni tad-dejta u n-non-diskriminazzjoni

1.   Id-dejta tal-PNR għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Privatezza tal-1988 tal-Awstralja (Cth) li jirregola l-ġbir, l-użu, il-ħażna u l-iżvelar, is-sigurtà u l-aċċess u l-aġġustament ta’ informazzjoni personali miżmuma mill-biċċa l-kbira tad-dipartimenti u l-aġenziji tal-Gvern Awstraljan.

2.   L-Awstralja għandha tiżgura li s-salvagwardji applikabbli għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR skont dan il-Ftehim u l-liġijiet nazzjonali rilevanti, ikunu japplikaw għall-passiġġieri kollha mingħajr l-ebda diskriminazzjoni, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ nazzjonalità jew ta’ pajjiż ta’ residenza jew ta’ preżenza fiżika fl-Awstralja.

Artikolu 8

Dejta sensittiva

Kull tip ta’ ipproċessar tad-dejta sensittiva tal-PNR min-naħa tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, għandu jiġi pprojbit. Sal-punt li jekk id-dejta tal-PNR dwar passiġġier li tiġi trasferita lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri tkun tinkludi dejta sensittiva, tali dejta sensittiva għandha titħassar mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri.

Artikolu 9

Is-sigurtà u l-integrità tad-dejta

1.   Sabiex jiġu previsti l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telfien aċċidentali, l-aġġustament, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat jew kwalunkwe forma ta’ ipproċessar illegali:

(a)

It-tagħmir għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR għandu jinżamm f’ambjent fiżiku sikur, u miżmum permezz ta’ sistemi ta’ livell għoli u ta’ kontrolli ta’ intrużjoni fiżika;

(b)

Id-dejta tal-PNR għandha tkun maħżuna separatament minn kwalunkwe dejta oħra. Għall-finijiet ta’ tqabbil, id-dejta tista’ timxi għal ġos-sistema tal-PNR, iżda ma tistax timxi mis-sistema tal-PNR għal dejtabejżis oħra. L-aċċess għas-sistema tal-PNR għandu jkun limitat għal numru ristrett ta’ uffiċjali fis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri li jkunu awtorizzati speċifikament mill-Kap Eżekuttiv tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri biex jipproċessaw id-dejta tal-PNR għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim. Dawn l-uffiċjali għandu jkollhom aċċess għas-sistema tal-PNR f’postijiet tax-xogħol sikuri li ma jkunux aċċessibbli għal individwi mhux awtorizzati;

(c)

L-aċċess għas-sistema tal-PNR, mill-uffiċjali deskritti fis-subparagrafu b) għandu jkun ikkontrollat permezz ta’ sistemi ta’ aċċess ta’ sigurtà bħal pereżempju logins stratifikati li jagħmlu użu minn ID tal-utent u password;

(d)

L-aċċess għan-netwerk tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri u kwalunkwe dejta li tkun tinsab fis-sistema tal-PNR għandhom jiġu vverifikati. Ir-rekord ta’ verifika ġġenerat għandu jinkludi l-isem tal-utent, il-post tax-xogħol tal-utent, id-data u l-ħin tal-aċċess, il-kontenut tat-talba u n-numru tar-rekords li ġew irritornati;

(e)

Id-dejta kollha tal-PNR għandha tiġi trasferita mingħand is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għal awtoritajiet oħra b’mod sikur;

(f)

Is-sistema tal-PNR għandha tiżgura l-identifikazzjoni ta’ difetti u r-rappurtar;

(g)

Id-dejta tal-PNR għandha tiġi protetta kontra kwalunkwe tip ta’ manipulazzjoni, aġġustament jew addizzjoni jew korruzzjoni minħabba l-funzjonament ħażin tas-sistema;

(h)

M’għandha ssir l-ebda kopja tad-dejtabejż tal-PNR, ħlief għall-finijiet ta’ back-up għall-irkupru minn diżastru.

2.   Kwalunkwe ksur tas-sigurtà tad-dejta, b’mod partikolari dak li jwassal għall-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telfien aċċidentali, l-aġġustament, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat, jew kwalunkwe forma ta’ ipproċessar illegali, għandu jkun soġġett għal sanzjonijiet effettivi u dissważivi.

3.   Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jirrapporta kwalunkwe ksur tas-sigurtà tad-dejta lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni, u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li dan il-ksur ikun ġie rrapportat.

Artikolu 10

Is-sorveljanza u r-responsabbiltà

1.   Il-konformità tal-awtoritajiet governattivi Awstraljani li jipproċessaw id-dejta tal-PNR mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza mill-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Privatezza, għandu setgħat effettivi biex jinvestiga l-konformità tal-aġenziji mal-Att dwar il-Privatezza, u biex jikkontrolla u jinvestiga sa fejn ikun qed jikkonforma is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri mal-Att dwar il-Privatezza.

2.   Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu arranġamenti li ġew stabbiliti mill-Att dwar il-Privatezza biex il-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni jwettaq b’mod regolari verifiki formali tal-aspetti kollha tal-politiki u l-proċeduri li jirrigwardaw l-użu, il-ġestjoni u l-aċċess mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri tad-dejta tal-PNR derivata mill-UE.

3.   Il-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni, b’mod partikolari, se jisma’ talbiet ippreżentati minn individwi irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-pajjiż ta’ residenza tiegħu jew tagħha, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. L-individwi kkonċernati se jkunu informati bir-riżultat tat-talba. Il-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni se jgħin aktar lill-individwi kkonċernati fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dan il-Ftehim, b’mod partikolari d-drittijiet għall-aċċess, ir-rettifika u r-rimedju.

4.   L-individwi għandhom ukoll id-dritt li jressqu lment quddiem l-Ombudsman tal-Commonwealth fir-rigward tal-mod kif ikunu ġew trattati mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri.

Artikolu 11

It-trasparenza

1.   L-Awstralja għandha titlob lit-trasportaturi bl-ajru biex jipprovdu informazzjoni ċara u sinifikanti lill-passiġġieri b’rabta mal-ġbir, l-ipproċessar u l-iskop tal-użu tad-dejta tal-PNR. Preferibbilment din l-informazzjoni għandha tingħata waqt li tkun qed issir ir-riżervazzjoni.

2.   L-Awstralja għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari fuq websajts governattivi rilevanti, l-informazzjoni dwar l-iskop tal-ġbir u tal-użu tal-PNR mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif għandhom jintalbu l-aċċess, il-korrezzjoni u r-rimedju.

Artikolu 12

Dritt ta’ aċċess

1.   Kwalunkwe individwu għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess għad-dejta tal-PNR tiegħu, wara li tkun saret it-talba lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri. Tali aċċess għandu jingħata mingħajr restrizzjonijiet jew dewmien bla bżonn. Dan id-dritt jingħata permezz tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-1982 (Cth) tal-Awstralja u l-Att dwar il-Privatezza. Id-dritt ta’ aċċess għandu jestendi wkoll fuq l-abbiltà li wieħed jitlob u jikseb dokumenti miżmuma mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri li jirrigwardaw jekk id-dejta relatata mal-individwu tkunx ġiet trasferita jew tkunx tqiegħdet għad-dispożizzjoni jew le u li jinkludu l-informazzjoni dwar ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri li magħhom tkun ġiet żvelata d-dejta.

2.   L-iżvelar ta’ informazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 1, jista’ jkun soġġett għal limitazzjonijiet legali raġonevoli applikabbli skont il-liġi Awstraljana għas-salvagwardjar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, u għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika jew ta’ dik nazzjonali, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-interess leġittimu tal-individwu kkonċernat.

3.   Kwalunkwe rifjuti jew restrizzjonijiet għall-aċċess għandhom isiru bil-miktub u jingħataw lill-individwu fi żmien tletin (30) jum jew fi żmien kwalunkwe estensjoni statutorja stabbilita. Fl-istess ħin, għandhom jiġu kkomunikati wkoll lill-individwu, ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ġiet ibbażata d-deċiżjoni. Din il-komunikazzjoni tal-aħħar tista’ titħalla barra f’każ li jkun hemm raġuni, skont il-paragrafu 2. F’dawn il-każijiet kollha, l-individwi għandhom jiġu informati bid-dritt tagħhom li jressqu lment kontra d-deċiżjoni tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri. Dan l-ilment għandu jitressaq quddiem il-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni. L-individwu Għandu jiġi informat ukoll dwar il-mezzi disponibbli biex wieħed ifittex rimedju amministrattiv u ġudizzjarju, kif previst mil-liġi Awstraljana.

4.   F’każ li individwu jissottometti lment lill-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni, hekk kif imsemmi fil-paragrafu 3, huwa jew hija għandu/għandha jiġi/tiġi formalment avżat/a bir-riżultat tal-investigazzjoni tal-ilment. Għandu mill-anqas jirċievi konferma dwar jekk ikunux ġew irrispettati d-drittijiet tiegħu ta’ protezzjoni tad-dejta, f’konformità ma’ dan il-Ftehim.

5.   Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri m’għandux jiżvela d-dejta tal-PNR lill-pubbliku, ħlief lil dawk l-individwi li d-dejta tal-PNR tagħhom tkun ġiet ipproċessata jew lir-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 13

Id-dritt ta’ rettifika u ta’ tħassir

1.   Kwalunkwe individwu għandu jkollu d-dritt li jitlob li ssir rettifika tad-dejta tal-PNR tiegħu pproċessata mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri f’każ li d-dejta ma tkunx eżatta. Ir-rettifika tista’ tirrikjedi li jsir xi tħassir.

2.   It-talbiet biex issir ir-rettifika tad-dejta tal-PNR miżmuma mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jistgħu jsiru direttament mas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jew l-Att dwar il-Privatezza.

3.   Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jagħmel il-verifiki neċessarji kollha skont it-talba li tkun saritlu u għandu jinforma lill-individwu mingħajr dewmien bla bżonn, dwar jekk id-dejta tal-PNR tiegħu tkunx ġiet rettifikata jew imħassra. Din in-notifika għandha ssir bil-miktub fi żmien tletin (30) jum jew fi żmien kwalunkwe estensjoni statutorja stabbilita u għandha tinforma lill-individwu dwar il-possibbiltà li jilmenta mal-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni fuq id-deċiżjoni tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri u dwar il-mezzi disponibbli skont il-liġi Awstraljana biex ifittex rimedju amministrattiv u ġudizzjarju.

4.   F’każ li individwu jressaq ilment lill-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni, hekk kif imsemmi fil-paragrafu 3, dan l-individwu għandu jiġi formalment avżat bir-riżultat tal-investigazzjoni.

Artikolu 14

Id-dritt ta’ rimedjar

1.   Kull individwu għandu jkollu d-dritt għal rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv f’każ li kwalunkwe wieħed mid-drittijiet tiegħu msemmija f’dan il-Ftehim ikun ġie miksur.

2.   Kwalunkwe individwu li jkun ġarrab ħsara b’riżultat ta’ xi operat ta’ ipproċessar illegali jew ta’ kwalunkwe att li ma jkunx kompatibbli mad-drittijiet imsemmija f’dan il-Ftehim, għandu jkollu d-dritt li japplika għal rimedji effettivi, li jistgħu jinkludu kumpens mill-Awstralja.

3.   Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, għandhom jingħataw lill-individwi irrispettivament min-nazzjonalità jew il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, il-post ta’ residenza jew il-preżenza fiżika tagħhom fl-Awstralja.

Artikolu 15

L-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR

1.   Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jew awtoritajiet governattivi oħra li huma elenkati fl-Anness 2, m’għandhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li taffettwa b’mod sinifikanti lil xi passiġġier jew li tipproduċi effett legali negattiv fuqu, li tkun ibbażata biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta tal-PNR.

2.   Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri m’għandux iwettaq l-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta fuq il-bażi ta’ dejta sensittiva.

Artikolu 16

Iż-żamma tad-dejta

1.   Id-dejta tal-PNR m’għandhiex tinżamm għal aktar minn ħames snin u nofs mid-data tar-riċeviment inizjali tad-dejta tal-PNR mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri. Matul dan il-perjodu, id-dejta tal-PNR għandha tinżamm biss fis-sistema tal-PNR bl-iskop li jiġu previsti, identifikati, investigati u mħarrka reati terroristiċi u reati kriminali transnazzjonali serji, u b’dan il-mod:

(a)

Mir-riċeviment inizjali sa perjodu ta’ tliet snin, id-dejta kollha tal-PNR għandha tkun aċċessibbli għal numru limitat ta’ uffiċjali tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, awtorizzati speċifikament mill-Kap Eżekuttiv tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri sabiex jidentifikaw dawk il-passiġġieri li jistgħu jkunu persuni ta’ interess potenzjali;

(b)

Wara li jgħaddu tliet snin mir-riċeviment inizjali sal-aħħar tal-perjodu ta’ ħames snin u nofs, id-dejta tal-PNR għandha tinżamm fis-sistema tal-PNR iżda l-elementi kollha tad-dejta li jistgħu jservu għall-identifikazzjoni ta’ xi passiġġier li miegħu tkun relatata d-dejta tal-PNR għandhom jiġu moħbija. Din id-dejta depersonalizzata tal-PNR għandha tkun aċċessibbli biss għal numru limitat ta’ uffiċjali tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, awtorizzati speċifikament mill-Kap Eżekuttiv tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri sabiex iwettqu analiżi relatati ma’ reati terroristiċi jew reati kriminali transnazzjonali. L-aċċess sħiħ għad-dejta tal-PNR għandu jingħata biss minn xi membru tas-Servizz Eżekuttiv Għoli tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, jekk dan ikun neċessarju għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet bl-iskop li jiġu previsti, identifikati, investigati u mħarrka reati terroristiċi u reati kriminali transnazzjonali serji.

2.   Sabiex tintlaħaq id-depersonalizzazzjoni, l-elementi tal-PNR li ġejjin għandhom jiġu moħbija:

(a)

l-isem/l-ismijiet;

(b)

ismijiet oħra fil-PNR, inkluż in-numru ta’ vjaġġaturi fil-PNR;

(c)

kwalunkwe informazzjoni ta’ kuntatt disponibbli (inkluża l-informazzjoni tal-oriġinatur);

(d)

rimarki ġenerali li jinkludu Informazzjoni Supplementari Oħra (OSI), Informazzjoni Speċjali dwar is-Servizz (SSI) u informazzjoni dwar Talba għal Servizz Speċjali (SSR), sal-punt li jkun fihom xi informazzjoni li twassal għall-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika; kif ukoll

(e)

kwalunkwe dejta dwar l-Ipproċessar Avvanzat tal-Passiġġieri (APP) jew dwar l-Informazzjoni Avvanzata dwar il-Passiġġieri (API), sal-punt li jkun fiha xi informazzjoni li twassal għall-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dejta tal-PNR meħtieġa għal investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet jew eżekuzzjonijiet speċifiċi ta’ pieni għal reati terroristiċi jew għal reati kriminali transnazzjonali serji, tista’ tiġi pproċessata bl-iskop li jiġu investigati, imħarrka jew eżegwiti l-penali. Id-dejta tal-PNR tista’ tinżamm sakemm l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet rilevanti jiġu konklużi jew sakemm il-piena tiġi eżegwita.

4.   Hekk kif jiskadi l-perjodu taż-żamma tad-dejta, speċifikat fil-paragrafi 1 u 3, id-dejta tal-PNR għandha titħassar b’mod permanenti.

Artikolu 17

Ir-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-dejta tal-PNR

1.   L-ipproċessar kollu, inkluż l-aċċess għad-dejta tal-PNR u l-konsultazzjoni jew it-trasferiment tagħha, kif ukoll it-talbiet għad-dejta tal-PNR mill-awtoritajiet tal-Awstralja jew minn pajjiżi terzi, anke jekk dawn jiġu miċħuda, għandhom jiġu rreġistrati jew iddokumentati mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri bl-iskop li tiġi vverifikata l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, li jsir awtomonitoraġġ u li jiġu żgurati l-integrità xierqa tad-dejta u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta.

2.   Ir-reġistrazzjonijiet jew id-dokumentazzjoni mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jintużaw biss għal skopijiet ta’ sorveljanza u ta’ verifika, inkluż l-investigazzjoni u s-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ aċċess mhux awtorizzat.

3.   Ir-reġistrazzjonijiet jew id-dokumentazzjoni mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati, jekk jintalbu, lill-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni. Il-Kummissarju Awstraljan għall-Informazzjoni għandu juża biss din l-informazzjoni għas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta u biex jiġi żgurat ipproċessar adegwat tad-dejta kif ukoll l-integrità u s-sigurtà tagħha.

Artikolu 18

Il-kondiviżjoni tad-dejta tal-PNR ma’ awtoritajiet governattivi oħra tal-Awstralja

1.   Soġġett għas-salvagwardji li ġejjin, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jista’ jikkondividi biss id-dejta tal-PNR ma’ dawk l-awtoritajiet governattivi tal-Awstralja li huma elenkati fl-Anness 2:

(a)

L-awtoritajiet governattivi riċeventi għandhom japplikaw għad-dejta tal-PNR, is-salvagwardji previsti f’dan il-Ftehim.

(b)

Id-dejta għandha tiġi kondiviża strettament għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 3;

(c)

Id-dejta għandha tiġi kondiviża biss fuq bażi ta’ każ b’każ sakemm id-dejta tkun ġiet depersonalizzata;

(d)

Qabel ma ssir il-kondiviżjoni, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jevalwa b’attenzjoni r-rilevanza tad-dejta li tkun se tiġi kondiviża. Għandhom jiġu kondiviżi biss, dawk l-elementi partikolari tad-dejta tal-PNR li jkunu jidhru b’mod ċar li huma neċessarji f’ċirkostanzi partikolari. Ikun x’ikun il-każ, għandu jiġi kondiviż l-inqas ammont possibbli ta’ dejta.

(e)

L-awtoritajiet governattivi riċeventi għandhom jiżguraw li d-dejta ma tkunx qed tiġi addizzjonalment żvelata mingħajr il-permess tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, li m’għandux jingħata mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri ħlief għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Ftehim.

2.   Il-lista tal-awtoritajiet stabbilita fl-Anness 2, tista’ tiġi emendata permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet, sabiex tkun tinkludi:

(a)

kwalunkwe dipartimenti jew aġenziji suċċessuri ta’ dawk elenkati fl-Anness 2; kif ukoll

(b)

kwalunkwe dipartimenti u aġenziji ġodda stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li l-funzjonijiet tagħhom ikunu direttament relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali transnazzjonali serji; kif ukoll

(c)

kwalunkwe dipartimenti u aġenziji eżistenti li l-funzjonijiet tagħhom isiru direttament relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali transnazzjonali serji.

3.   Meta tiġi trasferita informazzjoni analitika li jkun fiha d-dejta tal-PNR skont dan il-Ftehim, għandhom jiġu rrispettati s-salvagwardji applikabbli għad-dejta tal-PNR imsemmija f’dan l-Artikolu.

4.   M’hemm xejn f’dan l-Artikolu li jipprevjeni l-iżvelar ta’ dejta tal-PNR, fejn ikun meħtieġ, għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(4) u (5) u tal-Artikolu 10.

Artikolu 19

Trasferimenti lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi

1.   Soġġett għas-salvagwardji li ġejjin, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jista’ jittrasferixxi d-dejta tal-PNR lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi speċifiċi biss:

(a)

Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jinsab sodisfatt li l-awtorità riċeventi tal-pajjiż terz qablet li tapplika għad-dejta trasferita l-istess salvagwardji previsti f’dan il-Ftehim;

(b)

Tista’ tirċievi d-dejta tal-PNR biss, l-awtorità ta’ pajjiż terz li l-funzjonijiet tagħha huma direttament relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali transnazzjonali serji;

(c)

Id-dejta għandha tiġi trasferita għall-iskopijiet esklużivi ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali transnazzjonali serji, kif definit fl-Artikolu 3;

(d)

Id-dejta għandha tiġi trasferita fuq bażi ta’ każ b’każ;

(e)

Qabel ma jsir it-trasferiment, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jevalwa b’attenzjoni r-rilevanza tad-dejta li tkun se tiġi trasferita. Għandhom jiġu trasferiti biss, dawk l-elementi partikolari tad-dejta tal-PNR li jkunu jidhru b’mod ċar li huma neċessarji f’ċirkostanzi partikolari. Ikun x’ikun il-każ, għandu jiġi trasferit l-inqas ammont possibbli ta’ dejta;

(f)

F’każ li s-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jsir jaf li d-dejta ta’ ċittadin jew ta’ resident ta’ xi Stat Membru tkun qed tiġi trasferita, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu informati bil-kwistjoni mill-aktar fis possibbli;

(g)

Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jinsab sodisfatt li l-awtorità riċeventi tal-pajjiż terz qablet li żżomm id-dejta tal-PNR biss sakemm tintemm l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni rilevanti jew sakemm il-piena tkun ġiet eżegwita jew sakemm id-dejta ma tkunx meħtieġa aktar għall-iskopijiet previsti fl-Artikolu 3(4), u jkun xi jkun il-każ għal mhux iktar mill-perjodu meħtieġ;

(h)

Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jinsab sodisfatt li l-awtorità riċeventi tal-pajjiż terz qablet li ma tittrasferixxix aktar dejta tal-PNR;

(i)

Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jiżgura li l-passiġġier ikun informat, fejn xieraq, dwar it-trasferiment tad-dejta tiegħu tal-PNR.

2.   Meta tiġi trasferita informazzjoni analitika li jkun fiha d-dejta tal-PNR skont dan il-Ftehim, għandhom jiġu rrispettati s-salvagwardji applikabbli għad-dejta tal-PNR imsemmija f’dan l-Artikolu.

3.   M’hemm xejn f’dan l-Artikolu li jipprevjeni l-iżvelar ta’ dejta tal-PNR, fejn ikun meħtieġ, għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(4).

KAPITOLU III

MODALITAJIET TAT-TRASFERIMENTI

Artikolu 20

Il-metodu tat-trasferiment

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta tal-PNR lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, esklużivament fuq il-bażi tal-metodu “push” u f’konformità mal-proċeduri li ġejjin:

(a)

It-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR b’mezzi elettroniċi f’konformità mar-rekwiżiti tekniċi tas-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jew, f’każ ta’ ħsara teknika, b’mezz ieħor kwalunkwe li jiżgura livell adegwat ta’ sigurtà tad-dejta.

(b)

It-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR billi jużaw format ta’ messaġġi miftiehem.

(c)

It-trasportaturi bl-ajru għandhom jittrasferixxu d-dejta tal-PNR b’mod sigur billi jużaw protokolli komuni meħtieġa mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri.

Artikolu 21

Il-frekwenza tat-trasferiment

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-dejta kollha tal-passiġġieri meħtieġa mill-PNR, lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, skont kif deskritt fl-Artikolu 20, f’mhux aktar minn ħames waqtiet previsti għal kull titjira, fejn l-ewwel waħda tkun sa 72 siegħa qabel it-tluq skedat. Is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jikkomunika l-ħinijiet speċifikati għat-trasferimenti lit-trasportaturi bl-ajru.

2.   F’każijiet speċifiċi fejn ikun hemm indikazzjonijiet li jinħtieġ aċċess bikri biex ikun hemm rispons għal xi theddida speċifika relatata ma’ reati terroristiċi jew ma’ reati kriminali transnazzjonali serji, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jista’ jkun jeħtieġ trasportatur bl-ajru biex jipprovdi d-dejta tal-PNR qabel ma jsir l-ewwel trasferiment previst. Fl-eżerċizzju ta’ din id-diskrezzjoni, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jaġixxi b’ġudizzju u b’mod proporzjonali u juża esklużivament il-metodu “push”.

3.   F’każijiet speċifiċi fejn ikun hemm indikazzjonijiet li jinħtieġ aċċess bikri biex ikun hemm rispons għal xi theddida speċifika relatata ma’ reati terroristiċi jew ma’ reati kriminali transnazzjonali serji, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jista’ jkun jeħtieġ trasportatur bl-ajru biex jittrasferixxi d-dejta tal-PNR bejn jew wara t-trasferimenti regolari msemmija fil-paragrafu 1. Fl-eżerċizzju ta’ din id-diskrezzjoni, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jaġixxi b’ġudizzju u b’mod proporzjonali u juża esklużivament il-metodu “push”.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI U FINALI

Artikolu 22

In-nuqqas ta’ deroga/Ir-relazzjoni ma’ strumenti oħra

1.   Dan il-Ftehim m’għandux joħloq jew jagħti xi dritt jew benefiċċju lil kwalunkwe persuna jew entità, privata jew pubblika. Kull Parti għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ikunu qed jiġu implimentati kif xieraq.

2.   M’hemm xejn f’dan il-Ftehim li għandu jillimita d-drittijiet jew is-salvagwardji inklużi fil-liġijiet tal-Awstralja.

3.   M’hemm xejn f’dan il-Ftehim li għandu jidderoga mill-obbligi eżistenti skont kwalunkwe strumenti ta’ assistenza legali bilaterali reċiproka bejn l-Awstralja u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex tiġi pprovduta assistenza fit-talbiet għal kisba ta’ dejta biex tintuża bħala prova matul proċedimenti kriminali li jikkonċernaw terroriżmu jew reati kriminali transnazzjonali serji.

Artikolu 23

Is-soluzzjoni tat-tilwim u s-sospensjoni tal-Ftehim

1.   Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe kwistjoni relatata magħha, għandhom iwasslu għal konsultazzjoni bejn il-Partijiet bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku, li tipprevedi l-għoti ta’ opportunità lil waħda mill-Partijiet biex tikkonforma fi żmien raġonevoli.

2.   F’każ li l-konsultazzjonijiet ma jirriżultawx f’soluzzjoni tat-tilwima, kull waħda mill-Partijiet tista’ tissospendixxi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub b’mezzi diplomatiċi, fejn tali sospensjoni jkollha tidħol fis-seħħ 120 jum mid-data tan-notifika, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor.

3.   Kwalunkwe sospensjoni għandha tieqaf hekk kif it-tilwima tiġi solvuta b’sodisfazzjoni għall-Awstralja u l-UE.

4.   Minkejja kwalunkwe sospensjoni ta’ dan il-Ftehim, id-dejta kollha miksuba mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri skont it-termini ta’ dan il-Ftehim għandha tibqa’ tiġi pproċessata f’konformità mas-salvagwardji ta’ dan il-Ftehim, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma u t-tħassir tad-dejta.

Artikolu 24

Il-konsultazzjoni u r-reviżjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin, fejn applikabbli anke qabel l-adozzjoni, dwar kwalunkwe tibdiliet leġiżlattivi jew regolatorji li jistgħu jaffettwaw b’mod konkret l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni Awstraljana li jinsabu f’dan il-Ftehim għandhom jitqiesu li jinkludu kwalunkwe leġiżlazzjoni suċċessiva.

2.   Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u b’mod regolari minn dakinhar ’il quddiem għat-tul ta’ żmien ta’ dan il-Ftehim u wkoll għal kull talba li ssir mingħand kull waħda mill-Partijiet, il-Partijiet għandhom jirrevedu b’mod konġunt l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ta’ kwalunkwe kwistjonijiet relatati miegħu. Il-Partijiet jaqblu li r-reviżjoni għandha tanalizza b’mod partikolari l-mekkaniżmu tal-ħabi tad-dejta skont l-Artikolu 16(1)(b), kwalunkwe diffikultajiet relatati mal-effiċjenza operattiva jew mal-effettività f’sens ta’ nfiq tal-mekkaniżmu, u mal-esperjenza li tkun inkisbet minn mekkaniżmi simili fi skemi oħra ta’ PNR aktar żviluppati, inkluża l-iskema tal-UE. F’każ li ma jkunx disponibbli mekkaniżmu li jopera b’mod effiċjenti u li jkun effettiv f’sens ta’ nfiq, l-aċċess għad-dejta għandu jkun ristrett permezz tal-arkivjar, u d-dejta tkun tista’ tiġi aċċessata biss bl-istess mod li tiġi aċċessata d-dejta depersonalizzata, skont l-Artikolu 16.

3.   Il-Partijiet għandhom jiftehmu minn qabel dwar il-modalitajiet tar-reviżjoni konġunta u għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar il-kompożizzjoni tat-timijiet rispettivi tagħhom. Għall-finijiet tar-reviżjoni konġunta, l-Unjoni Ewropea għandha tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Awstralja għandha tiġi rrapreżentata mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri. It-timijiet jistgħu jinkludu esperti fl-oqsma tal-protezzjoni tad-dejta u tal-eżekuzzjoni tal-liġi. Skont il-liġijiet applikabbli, il-parteċipanti kollha tar-reviżjoni konġunta għandhom jiġu mitluba jirrispettaw il-kunfidenzjalità tad-diskussjonijiet u jkollhom awtorizzazzjonijiet xierqa ta’ sigurtà. Għall-finijiet tar-reviżjoni konġunta, is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għandu jiżgura l-aċċess għad-dokumentazzjoni u s-sistemi rilevanti u għall-persunal kompetenti.

4.   Il-Partijiet għandhom jevalwaw il-Ftehim, b’mod partikolari l-effettività operattiva tiegħu, sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

5.   Wara li ssir ir-reviżjoni konġunta, il-Kummissjoni Ewropea għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Għandha tingħata l-opportunità lill-Awstralja biex tipprovdi l-kummenti tagħha bil-miktub li għandhom jiġu mehmuża mar-rapport.

6.   Peress li t-twaqqif ta’ sistema ta’ PNR tal-UE jista’ jbiddel il-kuntest ta’ dan il-Ftehim, jekk tiġi adottata sistema ta’ PNR tal-UE u meta dan iseħħ, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jistabbilixxu jekk dan il-Ftehim ikunx jista’ jiġi aġġustat skont kif ikun meħtieġ.

Artikolu 25

Terminazzjoni

1.   Kull waħda mill-Partijiet tista’ ttemm dan il-Ftehim f’mument kwalunkwe permezz ta’ notifika bil-miktub b’mezzi diplomatiċi. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ 120 jum mid-data tar-riċeviment ta’ din in-notifika jew skont kif ikun ġie miftiehem.

2.   Minkejja kwalunkwe terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, id-dejta kollha miksuba mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri skont it-termini ta’ dan il-Ftehim għandha tibqa’ tiġi pproċessata f’konformità mas-salvagwardji ta’ dan il-Ftehim, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma u t-tħassir tad-dejta.

Artikolu 26

It-tul ta’ żmien

1.   Skont l-Artikolu 25, dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.   Hekk kif jiskadi l-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe perjodu sussegwenti ta’ tiġdid skont dan il-paragrafu, il-Ftehim għandu jiġġedded għal perjodu sussegwenti ta’ seba’ snin sakemm waħda mill-Partijiet tgħarraf lill-oħra bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi u mill-anqas tnax-il xahar bil-quddiem, li m’għandhiex l-intenzjoni li ġġedded il-Ftehim.

3.   Minkejja kwalunkwe skadenza ta’ dan il-Ftehim, id-dejta kollha miksuba mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri skont it-termini ta’ dan il-Ftehim għandha tibqa’ tiġi pproċessata f’konformità mas-salvagwardji ta’ dan il-Ftehim, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma u t-tħassir tad-dejta.

Artikolu 27

Id-dejta tal-PNR rċevuta qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

L-Awstralja għandha tittratta kwalunkwe dejta tal-PNR miżmuma mis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Madanakollu, l-ebda dejta m’għandha tintalab biex tiġi moħbija qabel l-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 28

L-applikazzjoni territorjali

1.   Skont il-paragrafu 2 sal-paragrafu 4, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-territorju tal-Awstralja.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika biss għad-Danimarka, ir-Renju Unit jew l-Irlanda, jekk il-Kummissjoni Ewropea tgħarraf bil-miktub lill-Awstralja li d-Danimarka, ir-Renju Unit, jew l-Irlanda jkunu għażlu li jintrabtu b’dan il-Ftehim.

3.   Jekk qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea tgħarraf lill-Awstralja li dan se jkun japplika għad-Danimarka, ir-Renju Unit jew l-Irlanda, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju ta’ tali Stat fl-istess jum stabbilit għall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea marbuta b’dan il-Ftehim.

4.   Jekk wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea tgħarraf lill-Awstralja li dan japplika għad-Danimarka, ir-Renju Unit jew l-Irlanda, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju ta’ tali Stat fl-ewwel jum wara li l-Awstralja tkun irċeviet in-notifika.

Artikolu 29

Id-Dispożizzjonijiet Finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu skambjaw notifiki li jindikaw li huma kkonkludew il-proċeduri interni tagħhom għal din il-fini.

2.   Dan il-Ftehim se jissostitwixxi l-Ftehim li sar bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-Ipproċessar u t-Trasferiment ta’ Dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan, magħmul fi Brussell fit-30 ta’ Ġunju 2008, li mhux se jibqa’ applikabbli mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, fid-29 ta’ Settembru 2011; f’żewġ dokumenti oriġinali, bil-lingwa Ingliża. Dan il-Ftehim għandu jitfassal ukoll bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż, fejn kull verżjoni hija awtentika bl-istess mod. F’każ li jkun hemm diverġenza bejn il-verżjonijiet tal-lingwi differenti, għandha tgħodd il-verżjoni bl-Ingliż.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Awstralja

ANNESS 1

L-elementi tad-dejta tal-PNR imsemmija fl-Artikolu 2(f) li t-trasportaturi bl-ajru huma mitluba li jittrażmettu lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, kemm-il darba dawn ikunu diġà qed jiġbruhom:

1.

Kodiċi lokalizzatur tar-reġistru tal-PNR

2.

Data tar-riżervazzjoni/ħruġ tal-biljett

3.

Data/Dati tal-ivvjaġġar ippjanat

4.

Isem/Ismijiet

5.

Informazzjoni disponibbli dwar il-vjaġġaturi frekwenti u l-benefiċċji (jiġifieri biljetti b’xejn, titjib fil-klassi tal-ivvjaġġar, eċċ.)

6.

Ismijiet oħra fil-PNR, inkluż in-numru ta’ vjaġġaturi fil-PNR

7.

Kull informazzjoni ta’ kuntatt disponibbli (inkluża l-informazzjoni dwar l-oriġinatur)

8.

Kull informazzjoni disponibbli dwar il-pagament/il-ħlas (li ma tinkludix dettalji oħra ta’ tranżazzjonijiet marbuta ma’ xi kard tal-kreditu jew ma’ xi kont u li ma tkunx konnessa mat-tranżazzjoni tal-ivvjaġġar)

9.

Itinerarju tal-vjaġġ għal PNR speċifiku

10.

Aġenzija tal-ivvjaġġar/aġent tal-ivvjaġġar

11.

Informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-kodiċi

12.

Informazzjoni maqsuma/diviża

13.

Status tal-ivvjaġġar tal-passiġġier (li jinkludi il-konfermi u l-istatus taċ-check-in)

14.

Informazzjoni dwar il-qtugħ tal-biljetti, li tinkludi n-numru tal-biljett, biljetti mingħajr ritorn u Stima Awtomatizzata tal-Prezz tal-Biljett;

15.

L-informazzjoni kollha dwar il-bagalji

16.

Informazzjoni dwar is-siġġu, li tinkludi n-numru tas-siġġu

17.

Kummenti ġenerali li jinkludu Informazzjoni Supplementari Oħra (OSI), Informazzjoni Speċjali dwar is-Servizz (SSI) u informazzjoni dwar Talba għal Servizz Speċjali (SSR)

18.

Kull informazzjoni dwar l-APIS li tkun inġabret

19.

Il-bidliet storiċi kollha li saru fil-PNR, elenkati taħt in-numru 1 san-numru 18

ANNESS 2

Lista tal-awtoritajiet governattivi l-oħra tal-Awstralja li magħhom is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri huwa awtorizzat li jikkondividi d-dejta tal-PNR:

1.

Il-Kummissjoni Awstraljana għall-Kriminalità;

2.

Il-Pulizija Federali Awstraljana;

3.

L-Organizzazzjoni Awstraljana tat-Tagħrif Sigriet dwar is-Sigurtà;

4.

Id-Direttur tal-Commonwealth għall-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi;

5.

Id-Dipartiment tal-Immigrazzjoni u ċ-Ċittadinanza;

6.

L-Uffiċċju għas-Sigurtà fit-Trasport, id-Dipartiment tal-Infrastruttura u t-Trasport.


ATT FINALI

Ir-rappreżentanti ta’:

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa waħda, u

L-AWSTRALJA,

min-naħa l-oħra,

imlaqqgħin fi Brussell, fid-29 ta’ Settembru 2011 għall-iffirmar tal-Ftehim bej l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim:

adottaw id-Dikjrazzjoni konġunta mehmuża ma’ dan l-Att Finali.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt elenkati iffirmaw dan l-Att Finali.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Awstralja


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-UNJONI EWROPEA U L-AWSTRALJA DWAR IL-FTEHIM DWAR L-IPPROĊESSAR U T-TRASFERIMENT TA’ DATA TAR-REĠISTRU TAL-ISMIJIET TAL-PASSIĠĠIERI (PNR) MINN TRASPORTATURI BL-AJRU LIS-SERVIZZ AWSTRALJAN TAD-DWANA U TAL-PROTEZZJONI TAL-FRUNTIERI

Meta jimplimentaw il-Ftehim dwar l-ipproċessar u t-trasferiment tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mit-trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (“il-Ftehim”), l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja waslu għall-qbil li ġej fir-rigward tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 19 u 24 tal-Ftehim:

1.

Fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u reviżjoni deskritt fl-Artikolu 24 tal-Ftehim, l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea ser jiskambjaw informazzjoni, fejn ikun adatt, dwar it-trasferimenti tad-data tal-PNR taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni Ewropea lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikolu 19 tal-Ftehim;

2.

Jipprovdu li, fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u reviżjoni deskritt fl-Artikolu 24 tal-Ftehim, l-informazzjoni adatta kollha ser tiġi pprovduta bil-kondizzjonijiet li jirregolaw dawk it-trasferimenti fuq bażi ta’ każ b’każ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19;

3.

Jagħtu attenzjoni partikolari sabiex jiġu pprovduti s-salvagwardji kollha għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(1)(a), sabiex ikunu ssodisfati li l-pajjiżi terzi li jirċievu dik id-data jkunu qablu li jipprovdu lid-data s-salvagwardji legali u prattiċi pprovduti mill-Ftehim;

4.

Jistabbilixxu mekkaniżmi speċifiċi ta’ rappurtar bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-Awstralja, fejn id-data ta’ ċittadin jew resident tal-Unjoni Ewropea tiġi ttrasferita skont l-Artikolu 19(1)(f).


REGOLAMENTI

14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 635/2012

tas-27 ta’ Ġunju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vadehavsstude (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tad-Danimarka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Vadehavsstude” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għalhekk din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 289, 1.10.2011, p. 15


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

ID-DANIMARKA

Vadehavsstude (IĠP)


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 636/2012

tat-13 ta’ Lulju 2012

li jestendi għal sitt xhur l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 161/2012 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-istokkijiet tal-haddock fl-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

L-evidenza ta’ theddid serju għall-konservazzjoni ta’ ċerti stokkijiet ta’ haddock fl-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja wasslu lill-Kummissjoni biex tadotta r-Regolament (UE) Nru 161/2012 tat-23 ta' Frar 2012 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-istokkijiet tal-haddock fl-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja (2), abbażi tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jiddikjara li l-miżuri ta' emerġenza jgħoddu għal mhux aktar minn sitt xhur u li l-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni ġdida li testendihom għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn sitt xhur.

(3)

Ir-raġuni li fuqha hija bbażata l-adozzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza kkonċernati tibqa’ valida għal matul is-sajd ta’ dan l-istaġun. Altrimenti l-effetti pożittivi li dawn il-miżuri pproduċew sal-lum jistgħu jiġu annullati. Billi s-sajd rilevanti għadu fil-fatt għaddej, jekk il-miżuri ta’ emerġenza jiskadu dan iwassal biex jerġgħu jiġu introdotti r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tal-qbid, li jesiġu iżjed rimi u b'hekk żieda konsiderevoli fuq il-pressjoni tas-sajd għall-haddock u stokkijiet oħrajn, billi s-sajjieda jippruvaw iħottu l-art il-kwoti tagħhom b'mod leġittimu.

(4)

Il-miżuri dwar il-protezzjoni permanenti tal-istokkijiet tal-haddock ikkonċernati mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 161/2012 jistgħu ma jkunux ġew stabbiliti qabel id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Sadanittant, it-theddid għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-haddock għadu hemm.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li jiġu estiżi għal sitt xhur il-miżuri ta' emerġenza provduti fir-Regolament (UE) Nru 161/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 161/2012 għandha tiġi estiża sal-25 ta' Frar 2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 52, 24.2.2012, p. 6.


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 637/2012

tat-13 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ħadid, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi sulfat tal-ħadid, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall kienu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dawn is-sustanzi qed jitqiesu bħala approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (5).

(2)

Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-fehmiet tagħha dwar ir-reviżjoni tal-abbozz tar-rapporti dwar is-sulfat tal-ħadid (6), ir-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat (7) u r-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall (8) fis-16 ta' Diċembru 2011. Ir-reviżjoni tal-abbozz tar-rapporti u l-fehmiet tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta' Ġunju 2012 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sulfat tal-ħadid, ir-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u r-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall.

(3)

L-Awtorità kkomunikat il-fehmiet tagħha dwar is-sulfat tal-ħadid, ir-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u r-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall lin-notifikaturi, u l-Kummissjoni stednithom biex jissottomettu kummenti dwar ir-rapporti tar-reviżjoni.

(4)

Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi sulfat tal-ħadid, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall għandhom jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(5)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku kurrenti, huwa meħtieġ li jkunu emendati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sulfat tal-ħadid, tar-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat u tar-ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall. Huwa xieraq, b'mod partikolari, li jintalab aktar tagħrif ta' konferma dwar dawk is-sustanzi attivi.

(6)

L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn huwa meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat bħala sustanzi attivi sabiex jikkonformaw mal-Anness ta' dan ir-Regolament sal-1 ta' Mejju 2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.

(4)  ĠU L 379, 24.12.2004, p.13.

(5)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(6)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance iron sulfate. EFSA Journal 2012;10(1):2521. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(7)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance tall oil crude. EFSA Journal 2012;10(2):2543. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(8)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance tall oil pitch. EFSA Journal 2012;10(2):2544. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Ir-ringiela 235 dwar is-sustanza attiva sulfat tal-ħadid tinbidel ma' dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

‧235

Sulfat tal-ħadid

 

Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS 7720-78-7

 

Monoidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS 17375-41-6

 

Ettaidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS 7782-63-0

Nru CIPAC 837

Sulfat tal-ħadid(II)

jew

sulfat tal-ħadid(2+)

Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II): ≥ 350 g/kg total tal-ħadid.

Impuritajiet rilevanti:

 

arseniku, 18 mg/kg

 

kadmju, 1,8 mg/kg

 

kromju, 90 mg/kg

 

ċomb, 36 mg/kg

 

merkurju, 1,8 mg/kg

Espressi abbażi tal-varjant anidru

1 ta’ Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni emendat dwar is-sulfat tal-ħadid (SANCO/2616/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-1 ta' Ġunju 2012.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari ta’:

ir-riskju għall-operatur;

ir-riskju għat-tfal/residenti li jilagħbu fuq terf trattat;

ir-riskju għall-ilmijiet tal-wiċċ u għall-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn huwa xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju u l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali adegwat. In-notifikatur għandu jippreżenta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità, tagħrif ta' konferma dwar l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test użat fid-dossiers dwar it-tossiċità.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikatur jibgħat dan it-tagħrif lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Mejju 2013.‧

(2)

Ir-ringiela 250 dwar is-sustanza attiva Ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat tinbidel b'dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (**)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

‧250

Ripellenti (permezz ta' riħa) ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat

Nru CAS 8002-26-4

Nru CIPAC 911

Mhux disponibbli

Il-parametri kwalitattivi ta' hawn taħt jinkludu l-ispeċifikazzjoni ta' ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat:

 

numru tal-aċidu: minimu 125 mgKOH/g

 

kontenut tal-ilma: massimu 2 %

 

kontenut ta' aċidu tar-rożin minimu 35 % (propost)

 

kontenut tal-irmied: massimu 0,2 %

 

pH: Bejn wieħed u ieħor minimu ta' 5,5

 

materjal insaponifikabbli massimu 12 %

 

aċidi minerali ħielsa: massimu 0,02 %

1 ta’ Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala ripellent applikat bl-ingwanti jew bl-ixkupilja.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni emendat dwar ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat (SANCO/2631/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-1 ta' Ġunju 2012.

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom Ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat għal użi oħra għajr bħala ripellent fil-forestrija, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għandhom jiżguraw li tiġi ppreżentata kull informazzjoni neċessarja qabel ma tingħata tali awtorizzazzjoni.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari ta’:

il-protezzjoni tal-operatur, il-ħaddiem u l-persuni li jkunu fil-qrib;

ir-riskju għall-ispeċi li mhumiex fil-mira.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn huwa xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jintbagħat tagħrif ta’ konferma rigward:

(a)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test użat fid-dossiers dwar it-tossiċità,

(b)

il-profil tossikoloġiku ta' ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikatur jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punt (a) sal-1 ta' Mejju 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (b) sal-31 ta' Mejju 2014‧.

(3)

Ir-ringiela 251 dwar is-sustanza attiva Ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall tinbidel b'dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (***)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

‧251

Ripellenti (permezz ta' riħa) ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall

Nru CAS 8016-81-7

Nru CIPAC 912

Mhux disponibbli

Taħlita kumplessa ta' esteri ta' aċidi grassi, rożin u ammonti żgħar ta' dimeri u trimeri ta' aċidi tar-reżina u aċidi grassi.

1 ta’ Settembru 2009

31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala ripellent.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni emendat dwar ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/taż-żift taż-żejt tat-tall (SANCO/2632/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-1 ta' Ġunju 2012.

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall għal użi oħra għajr bħala ripellent fil-forestrija applikati bl-ingwanti jew bl-ixkupilja, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għandhom jiżguraw li tiġi ppreżentata kull informazzjoni neċessarja qabel ma tingħata tali awtorizzazzjoni.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari ta’:

il-protezzjoni tal-operatur, il-ħaddiem u l-persuni li jkunu fil-qrib;

ir-riskju għall-ispeċi li mhumiex fil-mira.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jintbagħat tagħrif ta’ konferma rigward:

(a)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test użat fid-dossiers dwar it-tossiċità,

(b)

il-profil tossikoloġiku ta' ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notikatur jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punt (a) sal-1 ta' Mejju 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (b) sal-31 ta' Mejju 2014‧.


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.

(**)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.

(***)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 638/2012

tat-13 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

41,0

ZZ

41,0

0707 00 05

TR

95,4

ZZ

95,4

0709 93 10

TR

99,0

ZZ

99,0

0805 50 10

AR

81,5

BO

90,5

TR

53,0

UY

97,0

ZA

94,4

ZZ

83,3

0808 10 80

AR

138,6

BR

91,2

CL

109,1

CN

125,2

NZ

121,1

US

165,3

ZA

111,8

ZZ

123,2

0808 30 90

AR

123,2

CL

125,7

NZ

179,1

ZA

117,6

ZZ

136,4

0809 10 00

TR

183,6

ZZ

183,6

0809 29 00

TR

359,6

ZZ

359,6

0809 30

TR

179,1

ZZ

179,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 639/2012

tat-13 ta’ Lulju 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Lulju 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Lulju 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

29.6.2012-12.7.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

282,44

220,47

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

251,95

241,95

221,95

Primjum tal-Golf

30,37

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

35,33

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

17,32  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

53,49  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/30


DEĊIŻJONITAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EU BAM RAFAH/1/2012

tat-3 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

(2012/382/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni EU BAM Rafah, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Davide PALMIGIANI bħala Kap tal-missjoni EU BAM Rafah, ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Lulju 2012.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Davide PALMIGIANI huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sal-31 ta' Lulju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/31


DEĊIŻJONITAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2012

tat-3 ta’ Lulju 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2012/383/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK tal-14 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u ta' tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL COPPS, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Kenneth DEANE bħala Kap tal-missjoni EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Kenneth DEANE huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.


14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2009/11/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4711)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2012/384/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ erba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja.

(2)

Spanja ddikjarat li minħabba żviluppi teknoloġiċi ġodda u l-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ta’ żewġ apparati awtorizzati fi Spanja jinħtieġ li jiġu kkalibrati dawk l-istrumenti ġodda sabiex jinkisbu formuli ġodda għall-użu tagħhom fi Spanja.

(3)

Fi grupp sinifikanti ta’ biċċeriji fi Spanja, ma jinqabiżx l-għadd ta’ 500 qatla ta’ majjali fil-ġimgħa fuq bażi medja annwali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ metodu għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjali xieraq għall-kapaċità tal-qatla tagħhom.

(4)

Spanja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza tliet metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi, tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet użati biex issir stima tal-perċentwal ta’ laħam dgħif fil-Protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (3).

(5)

Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fi Spanja.

(6)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/11/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(7)

Il-modifiki tal-apparat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiġu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/11/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) fi Spanja:

(a)

l-apparat ‘Fat-O-Meat’er (FOM)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 tal-Anness;

(b)

l-apparat ‘Fully automatic ultrasonic carcase grading (Autofom)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness,

(c)

l-apparat ‘Ultrafom 300’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness.

(d)

l-apparat ‘Automatic vision system (VCS2000)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 4 tal-Anness.

(e)

l-apparat ‘Fat-O-Meat’er II (FOM II)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 5 tal-Anness.

(f)

l-apparat ‘AutoFOM III’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 6 tal-Anness.

(g)

il-‘metodu manwali (ZP)’ b’riga u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 7 tal-Anness.

Il-metodu manwali ZP b’riga, imsemmi fil-punt (g) tal-ewwel paragrafu, għandu jiġi awtorizzat biss għall-biċċeriji:

(a)

meta ma jinqabiżx l-għadd ta’ 500 qatla ta’ majjali fil-ġimgħa fuq bażi medja annwali; u

(b)

ikun hemm linja ta’ qatla b’kapaċità li tipproċessa aktar minn 40 majjal fis-siegħa.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 79.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/11/KE, għandhom jiżdiedu l-Parti 5, 6 u 7 li ġejjin:

Parti 5

FAT-O-MEAT’ER (FOM II)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Fat-O-Meat’er (FOM II)’.

2.

L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl FAT-O-Meat’er. Il-FOM II jikkonsisti f’sonda ottika b’sikkina, tagħmir għall-kejl tal-ħxuna li għandu distanza operattiva ta’ bejn 0 u 125 mm u bord tal-akkwist u l-analiżi tad-dejta — kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K). Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat FOM II stess.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 64,53 – 0,876 × X1 + 0,181 × X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla b’mod perpendikulari sad-dahar tal-karkassa f’6 ċentimetri ‘l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess metodu bħal X1.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramm (piż tal-karkassa sħuna).

Parti 6

AUTOFOM III

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘AutoFOM III’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transdjuser ultrasoniku ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkass għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 68,44293415 – (0,35254288 × R2P10) – (0,31514342 × R2P15) – (0,19383319 × R2P16) + (0,02067879 × R3P3) + (0,03303812 × R3P5) + (0,02479771 × R3P6) + (0,02710736 × R3P7) + (0,02310621 × R3P9) – (0,07075210 × R4P10)

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

R2P10, R2P15, R2P16,R3P3, R3P5, R3P6, R3P7, R3P9 u R4P10 huma l-varjabbli mkejla minn AutoFOM III,

4.

Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni minn Spanja skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (*).

Din il-formula hija valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg (piż tal-karkassa sħuna).

Parti 7

METODU MANWALI (ZP)

1.

Ir-regoli pprovduti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-‘metodu manwali (ZP)’ bil-kejl bir-riga.

2.

Il-metodu jista’ jiġi implimentat permezz ta’ riga, fejn il-klassifika tiġi determinata abbażi ta’ ekwazzjoni ta’ tbassir. Hija bbażata fuq il-kejl manwali tal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tax-xaħam u l-ħxuna tal-muskolu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 59,89 – 0,821 × F + 0,157 × M

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

F

=

il-ħxuna minima tax-xaħam viżibbli (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, fuq il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma f’millimetri, li tkopri l-M. gluteus medius,

M

=

il-ħxuna viżibbli tal-muskolu lumbari, f’millimetri, fuq il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, imkejla fuq l-iqsar konnessjoni bejn it-tarf ta’ quddiem (tal-kranju) tal-M. glutaeus medius u t-tarf ta’ fuq (dorsali) tal-kanal vertebrali.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg (piż tal-karkass sħun).



14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2009/12/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4712)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(2012/385/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/12/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ sitt metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka.

(2)

Id-Danimarka stqarret li l-iżvilupp tat-tagħmir awtomatiku, AutoFom, f’verżjoni msejħa “verżjoni III” jiffavorixxi l-użu u l-kalibrazzjoni tiegħu mmirati lejn il-biċċeriji Daniżi. Għaldaqstant jinħtieġ li tinkiseb il-formula għal dan il-metodu ġdid.

(3)

Id-Danimarka talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza dan il-metodu ġdid għal klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan il-metodu, tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet użati biex issir stima tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-Protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali Komunitarji għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom (3).

(4)

Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Dak il-metodu ta’ klassifikazzjoni għandu għaldaqstant jiġi awtorizzat fid-Danimarka.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/12/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-modifiki tal-apparat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiġu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/12/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1 jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

L-apparat “Automatic ultrasound instrument (AutofomIII)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 7 tal-Anness.”

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 83.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/12/KE, għandha tiżdied il-Parti 7 li ġejja:

Parti 7

STRUMENT TAL-ULTRASOUND AWTOMATIKU (AutoFOM III)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala “AutoFOM III”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transdjuser ultrasoniku ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ŷ = 72,05017 – (1,31831 × R2P5) – (0,37231 × R2P10) – (0,36672 × R2P11) + (0,03146 × R3P3) + (0,05058 × R3P5) – (0,02641 × R4P8) – (0,06667 × R4P10) – (0,27698 × R4P11)

fejn:

Ŷ= il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat f’karkassa,

R2p5, r2p10, r2p11, r3p3, r3p5, r4p8, r4p10 u r4p11 — huma ċ-ċifri varjabbli mkejla bl-AutoFOM III.

4.

Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mid-Danimarka skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (*).

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 110 kg.



14.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/38


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2012/12)

(2012/386/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-‘BĊNi’) jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq fuq kollateral adegwat. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1).

(2)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iqis illi huwa meħtieġ li tiġi rieżaminata l-eċċezzjoni mill-projbizzjoni ta’ rabtiet mill-qrib stabbilita f’Taqsima 6.2.3.2. ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 fir-rigward ta’ bonds tal-banek tal-kontropartijiet iggarantiti mill-gvern li huma maħruġin u użati minnhom stess bħala kollateral minn kontropartijiet.

(3)

Kontropartijiet li jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandhom jitħallew iżidu l-livelli kurrenti tal-użu proprju ta’ bonds tal-banek iggarantiti mill-gvern suġġetti għall-approvazzjoni ex ante tal-Kunsill Governattiv f’cirkostanzi eċċezzjonali.

(4)

It-talbiet ippreżentati lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni ex ante jeħtieġu li jkunu akkumpanjati minn pjan ta’ finanzjament.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 4b li ġej huwa mdaħħal fid-Deċiżjoni BĊE/2011/25:

“Artikolu 4b

Aċċettazzjoni ta’ bonds tal-banek iggarantiti mill-gvern

1.   Kontropartijiet illi joħorġu bonds tal-banek eliġibbli li huma ggarantiti minn entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE bid-dritt li timponi taxxi ma jistgħux jippreżentaw dawn il-bonds jew bonds simili maħruġin minn entitajiet b’rabiet mill-qrib bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema f’ammont li jeċċedi l-valur nominali ta’ dawn il-bonds diġa ppreżentati bħala kollateral fil-jum li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni.

2.   F’każijiet eċċezzjonali, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi dwar derogi mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1. Talba għal deroga għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ finanzjament.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 65.