ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.171.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 171

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
30 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 577/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva difenilammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

4

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 580/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/347/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4312)  ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) Nru 577/2012

tas-26 ta’ Ġunju 2012

li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-impjegati l-oħra tal-Unjoni, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 u l-Artikolu 65(2) u 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Kien hemm żieda sostanzjali fl-għoli tal-ħajja fl-Estonja fil-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2011, u li l-koeffiċjenti korrettivi applikati għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom għalhekk ikunu aġġustati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra fil-pajjiż imsemmi hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

L-Estonja 77,8.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 578/2012

tad-29 ta’ Ġunju 2012

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva difenilammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għal sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). Id-Difenilammina hija sustanza attiva li għaliha l-kompletezza ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u Nru 1490/2002 (5) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi d-difenilammina. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/859/KE (6) ġie deċiż li d-difenilammina ma tkunx inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Bi qbil man-notifikatur oriġinali, persuna oħra (minn hawn 'il quddiem "l-applikant") ressqet applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE biex titlob li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008.

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Irlanda, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/859/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-Irlanda evalwat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hija bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") u lill-Kummissjoni fit-3 ta' Diċembru 2010.

(6)

L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti, u l-kummenti li kienu waslulha għaddiethom lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-difenilammina lill-Kummissjoni fil-5 ta' Diċembru 2011 (7). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta' Ġunju 2012 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għad-difenilammina.

(7)

Id-dejta u l-informazzjoni addizzjonali li ta l-applikant ma ppermettewx li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta' tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. B'mod partikolari, valutazzjoni affidabbli tal-esponiment lill-konsumatur ma kinitx possibbli li ssir minħabba li l-informazzjoni dwar ir-residwi fit-tuffieħ mhux maħdum u fit-tuffieħ ipproċessat kienet nieqsa u minħabba li l-preżenza ta' nitrożammini fit-tuffieħ ma setgħetx tiġi eskluża. Speċifikament, tliet metaboliti ma setgħux jiġu identifikati u, għaldaqstant, il-proprjetajiet tossikoloġiċi tagħhom ma setgħux jiġu vvalutati. Barra minn hekk, l-istudju dwar l-ipproċessar imressaq mill-applikant ma kienx rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet idrolitiċi standard u ma ppermettiex li jkunu identifikati l-prodotti derivati u l-prodotti ta' reazzjoni inklużi t-tliet metaboliti li mhumiex magħrufa. Fl-aħħar nett, l-evidenza addizzjonali mressqa dwar in-nitrożammini kienet inkonklussiva peress li l-metodu analitiku ma kienx validat u kellu riżoluzzjoni insuffiċjenti u nuqqas ta' selettività.

(8)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(9)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib imsemmi fil-premessa 7 ma setax jiġi eliminat. Għalhekk, ma ntweriex li wieħed jista' jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-difenilammina jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

Għaldaqstant, id-difenilammina ma għandhiex tiġi approvata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2009/859/KE għandha titħassar.

(12)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għad-difenilammina skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva difenilammina mhix approvata.

Artikolu 2

Revoka

Id-Deċiżjoni 2009/859/KE hija mħassra.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 79.

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva difenilammina. L-EFSA Journal 2012; 10(1):2486 [59 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2486. Jista' jinstab onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 579/2012

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3a)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3a) tad-Direttiva 2000/13/KE jipprevedi l-obbligu li fuq it-tikketta tax-xorb li jkun fih aktar minn 1,2 % b’volum ta’ alkoħol, jiġi indikat kull ingredjent definit fil-paragrafu 4(a) tar-Regolament imsemmi u elenkat fl-Anness IIIa tad-Direttiva msemmija.

(2)

Id-deroga għal dan l-obbligu għall-inbejjed, skont l-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu ttikkettati qabel it-30 ta’ Ġunju 2012 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet, kif stipulata fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE (3) u emendata mir-Regolament (UE) Nru 1266/2010 (4), mhux se tibqa’ tapplika mit-30 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Huwa xieraq għalhekk li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati għat-tikkettar ta’ dan ix-xorb, filwaqt li jiġu inklużi s-sustanzi elenkati fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE użati meta jkun qed isir ix-xorb, meta l-preżenza tagħhom tkun tista’ tiġi identifikata fil-prodott finali, skont il-metodi ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 120g tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u għalhekk, jekk dawn għandhomx jitqiesu bħala ingredjenti skont l-Artikolu 6(4)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE.

(4)

F’kuntest multilingwistiku, it-tikkettar ta’ prodotti bl-użu ta’ piktogrammi jista’ jippermetti qari aħjar tal-informazzjoni li tingħata lill-konsumaturi u jagħti garanziji aħjar lill-konsumaturi. Għalhekk, l-operaturi għandhom jingħataw l-opportunità li jikkomplementaw it-termini bis-saħħa ta’ piktogrammi.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (5) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex jiġi evitat li r-regoli l-ġodda jaffettwaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti diġà ttikkettati, xieraq li jkun speċifikat li dawn japplikaw għal inbejjed prodotti totalment jew parzjalment minn għeneb li nqata’ fl-2012 jew aktar tard u li ġie ttikkettat wara t-30 ta’ Ġunju 2012.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 51 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 51

Applikazzjoni ta’ ċerti regoli orizzontali

1.   Għall-finijiet tal-indikazzjoni tal-ingredjenti previsti fl-Artikolu 6(3a) tad-Direttiva 2000/13/KE, it-termini li jikkonċernaw is-sulfiti, il-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib u l-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd, u li għandhom jintużaw, huma dawk li jidhru fl-Anness X, il-Parti A.

2.   Skont il-każ, it-termini msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu akkumpanjati minn waħda mill-piktogrammi li jidhru fl-Anness X, il-Parti B.”

2.

L-Anness X jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika, fir-rigward tat-termini li jikkonċernaw il-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib u l-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd, imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 kif emendat b’dan ir-Regolament, għall-inbejjed imsemmija fl-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, magħmula totalment jew parzjalment minn għeneb li nqata’ fl-2012 jew aktar tard u li ġie ttikkettat wara t-30 ta’ Ġunju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(3)  ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11.

(4)  ĠU L 347, 31.12.2010, p. 27.

(5)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.


ANNESS

“ANNESS X

PARTI A

Termini msemmija fl-artikolu 51(1)

Lingwa

Termini li jikkonċernaw is-sulfiti

Termini li jikkonċernaw il-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd

Termini li jikkonċernaw il-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib

bil-Bulgaru

„сулфити“ jew „серен диоксид“

„яйце“, „яйчен протеин“, „яйчен продукт“, „яйчен лизозим“ jew „яйчен албумин“

„мляко“, „млечни продукти“, „млечен казеин“ jew „млечен протеин“

bl-Ispanjol

«sulfitos» jew «dióxido de azufre»

«huevo», «proteína de huevo», «ovoproducto», «lisozima de huevo» jew «ovoalbúmina»

«leche», «productos lácteos», «caseína de leche» jew «proteína de leche»

biċ-Ċek

„siřičitany“ jew „oxid siřičitý“

„vejce“, „vaječná bílkovina“, „výrobky z vajec“, „vaječný lysozym“ jew „vaječný albumin“

„mléko“, „výrobky z mléka“, „mléčný kasein“ jew „mléčná bílkovina“

bid-Daniż

»sulfitter« jew »svovldioxid«.

»æg«, »ægprotein«, »ægprodukt«, »æglysozym«, jew »ægalbumin«

»mælk«, »mælkeprodukt«, »mælkecasein« jew »mælkeprotein«,

bil-Ġermaniż

„Sulfite“ jew „Schwefeldioxid“

„Ei“, „Eiprotein“, „Eiprodukt“, „Ei-Lysozym aus Ei“ jew „Albumin aus Ei“

„Milch“, „Milcherzeugnis“, „Kasein aus Milch“ jew „Milchprotein“

bl-Estonjan

„sulfitid” jew „vääveldioksiid”

„muna”, „munaproteiin”, „munatooted”, „munalüsosüüm” jew „munaalbumiin”…

„piim”, „piimatooted”, „piimakaseiin” jew „piimaproteiin”

bil-Grieg

«θειώδη», «διοξείδιο του θείου» jew «ανυδρίτης του θειώδους οξέος»

«αυγό», «πρωτεΐνη αυγού», «προϊόν αυγού», «λυσοζύμη αυγού» jew «αλβουμίνη αυγού»

«γάλα», «προϊόντα γάλακτος», «καζεΐνη γάλακτος» jew «πρωτεΐνη γάλακτος»

bl-Ingliż

‘sulphites’, ‘sulfites’, ‘sulphur dioxide’ jew ‘sulfur dioxide’

‘egg’, ‘egg protein’, ‘egg product’, ‘egg lysozyme’ jew ‘egg albumin’

‘milk’, ‘milk products’, ‘milk casein’ jew ‘milk protein’

bil-Franċiż

«sulfites» jew «anhydride sulfureux»

«œuf», «protéine de l’œuf», «produit de l’œuf», «lysozyme de l’œuf» jew «albumine de l’œuf»

«lait», «produits du lait», «caséine du lait» jew «protéine du lait»

bit-Taljan

«solfiti», jew «anidride solforosa»

«uovo», «proteina dell’uovo», «derivati dell’uovo», «lisozima da uovo» jew «ovoalbumina»

«latte», «derivati del latte», «caseina del latte» jew «proteina del latte»

bil-Latvjan

“sulfīti” jew “sēra dioksīds”

“olas”, “olu olbaltumviela”, “olu produkts”, “olu lizocīms” jew “olu albumīns”

“piens”, “piena produkts”, “piena kazeīns” jew “piena olbaltumviela”

bil-Litwan

„sulfitai“ jew „sieros dioksidas“

„kiaušiniai“, „kiaušinių baltymai“, „kiaušinių produktai“, „kiaušinių lizocimas“ jew „kiaušinių albuminas“

„pienas“, „pieno produktai“, „pieno kazeinas“ jew „pieno baltymai“

bl-Ungeriż

„szulfitok” jew „kén-dioxid”

„tojás”, „tojásból származó fehérje”, „tojástermék”, „tojásból származó lizozim” jew „tojásból származó albumin”

„tej”, „tejtermékek”, „tejkazein” jew „tejfehérje”

bil-Malti

“sulfiti”, jew “diossidu tal-kubrit”

“bajd”, “proteina tal-bajd”, “prodott tal-bajd”, “liżożima tal-bajd” jew “albumina tal-bajd”

“ħalib”, “prodotti tal-ħalib”, “kaseina tal-ħalib” jew “proteina tal-ħalib”

bl-Olandiż

„sulfieten” jew „zwaveldioxide”

„ei”, „eiproteïne”, „eiderivaat”, „eilysozym” jew „eialbumine”

„melk”, „melkderivaat”, „melkcaseïne” jew „melkproteïnen”

bil-Pollakk

„siarczyny”, „dwutlenek siarki” jew „ditlenek siarki”

„jajo”, „białko jaja”, „produkty z jaj”, „lizozym z jaja” jew „albuminę z jaja”

„mleko”, „produkty mleczne”, „kazeinę z mleka” jew „białko mleka”

bil-Portugiż

«sulfitos» jew «dióxido de enxofre»

«ovo», «proteína de ovo», «produto de ovo», «lisozima de ovo» jew «albumina de ovo»

«leite», «produtos de leite», «caseína de leite» jew «proteína de leite»

bir-Rumen

„sulfiți” jew „dioxid de sulf”

„ouă”, „proteine din ouă”, „produse din ouă”, „lizozimă din ouă” jew „albumină din ouă”

„lapte”, „produse din lapte”, „cazeină din lapte” jew „proteine din lapte”

bis-Slovakk

„siričitany“ jew „oxid siričitý“

„vajce“, „vaječná bielkovina“, „výrobok z vajec“, „vaječný lyzozým“ jew „vaječný albumín“

„mlieko“, „výrobky z mlieka“, „mliečne výrobky“, „mliečny kazeín“ jew „mliečna bielkovina“

bis-Sloven

„sulfiti“ jew „žveplov dioksid“

„jajce“, „jajčne beljakovine“, „proizvod iz jajc“, „jajčni lizocim“ jew „jajčni albumin“

„mleko“, „proizvod iz mleka“, „mlečni kazein“ jew „mlečne beljakovine“

bil-Finlandiż

”sulfiittia”, ”sulfiitteja” jew ”rikkidioksidia”

”kananmunaa”, ”kananmunaproteiinia”, ”kananmunatuotetta”, ”lysotsyymiä (kananmunasta)” jew ”kananmuna-albumiinia”

”maitoa”, ”maitotuotteita”, ”kaseiinia (maidosta)” jew ”maitoproteiinia”

bl-Isvediż

”sulfiter” jew ”svaveldioxid”

”ägg”, ”äggprotein”, ”äggprodukt”, ”ägglysozym” jew ”äggalbumin”

”mjölk”, ”mjölkprodukter”, ”mjölkkasein” jew ”mjölkprotein”

PARTI B

Piktogrammi msemmija fl-Artikolu 51(2)

Image

Image

Image

Image


30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 580/2012

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

52,3

ZZ

52,3

0707 00 05

TR

103,7

ZZ

103,7

0709 93 10

TR

99,0

ZZ

99,0

0805 50 10

AR

72,8

UY

89,3

ZA

95,0

ZZ

85,7

0808 10 80

AR

114,7

BR

93,7

CL

107,8

NZ

136,1

US

180,9

UY

57,1

ZA

107,3

ZZ

113,9

0809 10 00

TR

193,2

ZZ

193,2

0809 29 00

TR

421,8

ZZ

421,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 581/2012

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Lulju 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

15.6.2012-28.6.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

258,64

192,65

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

235,23

225,23

205,23

Primjum tal-Golf

23,48

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

43,36

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

17,04  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

52,19  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ġunju 2012

li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4312)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/347/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u partikolarment l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Awwissu 2009, Monsanto Europe SA ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tas-sojja MON 87701 × MON 89788 bħala preżenti fi prodotti għajr ikel u għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON 87701 × MON 89788 għall-istess użu bħal kwalunkwe sojja oħra bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

(3)

Għalhekk, skont l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni tinkludi d-dejta u t-tagħrif mitlub mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(4)

Fil-15 ta’ Frar 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Hija kkonkludiet li s-sojja MON 87701 × MON 89788, kif deskritta fl-applikazzjoni, hija bla periklu daqs il-kontroparti tagħha li mhiex modifikata ġenetikament fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew fuq l-ambjent (3).

(5)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib speċifiċi kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub tal-prodotti.

(7)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għas-sojja MON 87701 × MON 89788 u l-prodotti kollha li fihom huwa jew li jikkonsistu minnha u għal ikel u għalf prodotti minnha, kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”). Prodotti għajr ikel u għalf prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u mhumiex koperti minn din l-awtorizzazzjoni.

(8)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu ġenetikament modifikat (“OĠM”) kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(9)

Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-EFSA, l-ebda rekwiżiti speċifiċi ta’ ttikkettjar għajr dawk stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ma jidher li huma meħtieġa għall-ikel, l-ingredjenti tal-ikel u l-għalf li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizzazzjoni prevista b’din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li għandu fih jew li jikkonsisti mill-OĠM u prodotti oħra għajr ikel u għalf li għandhom fihom jew li jikkonsistu mill-OĠM li għalih tkun intalbet awtorizzazzjoni, għandu jkun ikkumplementat minn indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni ma jistgħux jintużaw għall-kultivazzjoni.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), fl-Artikolu 4(6) jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ttikkettjar għal prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti dwar it-traċċabilità fil-każ ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OĠM huma stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 4 u fil-każ ta’ ikel u għalf prodotti minn OĠM, dawn huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Id-detentur tal-awtorizazzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u t-trattament, inklużi rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel u l-għalf, jew ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni ta’ ekosistemi/ambjent partikolari u/jew żoni ġeografiċi, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(12)

It-tagħrif kollu rilevanti dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(13)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza, lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7).

(14)

L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Ġie kkunsidrat li hemm bżonn ta’ att ta’ implimentazzjoni u l-president ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-Kumitat tal-Appell għal aktar deliberazzjoni. Il-Kumitat tal-Appell ma tax opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

Is-sojja MON 87701 × MON 89788 ġenetikament modifikata hu assenjat l-identifikatur uniku MON-877Ø1-2 × MON-89788-1, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minna, jew li huma prodotti mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1;

(b)

għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew hu prodott mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1;

(c)

Is-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 preżenti fi prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minnha, għall-istess użu bħal kwalunkwe sojja oħra bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

L-ittikkettjar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.

2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 li jissemmew fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2.

Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ b’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru tal-UE

It-tagħrif stipulat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Company, l-Istati Uniti, irrappreżentat minn Monsanto Europe SA, il-Belġju.

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe SA, Avenue de Tervuren/Tervurenlaan 270-272, 1150 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2009-00761

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

(7)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem

:

Monsanto Company

Indirizz

:

800 N. Lindbergh Boulevard, St Louis, Missouri 63167, UNITED STATES OF AMERICA.

Irrappreżentata minn Monsanto Europe SA, Avenue de Tervuren/Tervurenlaan 270-272, 1150 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

(b)   Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti

(1)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minna, jew li huma prodotti mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1.

(2)

għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew hu prodott mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1.

(3)

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li għandhom jew jikkonsistu mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 għall-istess użu bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

Is-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 ġenetikament modifikata, kif deskritt fl-applikazzjoni, hija prodotta minn taħlit bejn is-sojja li fihom l-avvenimenti MON-877Ø1-2 u MON-89788-1 u tesprimi l-proteina Cry1Ac li tagħti protezzjoni kontra ċerti parassiti lepidotteri u l-proteina CP4 EPSPS li tagħti tolleranza għall-erbiċida tal-glifosat.

(c)   L-ittikkettjar

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.

(2)

Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mis-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1 li jissemmew fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

(d)   Metodu ta’ investigazzjoni

Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tas-sojja MON-877Ø1-2 × MON-89788-1,

Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

Materjal ta’ Referenza: AOCS 0809-A u AOCS 0906-A (għall-MON87701) u AOCS 0906-B u AOCS 906-A (għall-MON89788) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm

(e)   Identifikatur uniku

MON-877Ø1-2 × MON-89788-1

(f)   It-tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandu jimtela meta notifikat]

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: il-pjan se jiġi ppubblikat fuq l-Internet]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.