ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.165.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 165

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
26 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 540/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, ir-Rumanija, ir-Russja u l-Ukraina

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 541/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 li jtemm ir-reviżjoni interim tal-miżuri antidumping għall-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka dawk il-miżuri

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 543/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/544/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

20

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 545/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja ( 1 )

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-pompi tal-ilma ( 1 )

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li huma konsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

37

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 549/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

41

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

43

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/322/PESK tal-20 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

45

 

 

2012/323/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012 li tneħħi s-sospensjoni ta’ impenji mill-Fond ta' Koeżjoni għall-Ungerija

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/324/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/784/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/325/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/326/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/327/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/328/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/329/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

62

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/330/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/426/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

66

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/331/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

68

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/332/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

71

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/333/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/872/PESK

72

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/334/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

75

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

80

 

 

2012/336/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2012 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3838)

83

 

 

2012/337/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2012 li tagħti deroga mir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti fir-rigward tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4132)

94

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 540/2012

tal-21 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, ir-Rumanija, ir-Russja u l-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

(1)

F’Marzu 2005, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni (2) fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi (“SPT”) li joriġinaw, fost l-oħrajn, mill-Ukraina (“investigazzjoni oriġinali”). F’Ġunju 2006 ġew imposti dazji antidumping definittivi mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 (3). Barra minn hekk, fit-30 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jirrifletti bidla fl-isem ta’ żewġ produtturi esportaturi Ukraini (4).

(2)

Fit-8 ta’ Settembru 2006, Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (“il-grupp Interpipe” jew “l-applikanti”) ressqu talba (5) quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (“QPI”) sabiex jiġi annullat ir-Regolament (KE) Nru 954/2006 safejn dan jaffettwa lilhom.

(3)

Fir-rigward ta’ CJSC Nikopolosky Seamless Tubes Plant Niko Tube u OJSC Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (NTRP), ġie mfakkar li l-ismijiet tal-kumpaniji tagħhom tbiddlu fi Frar 2007 għal CJSC Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant, rispettivament (6). Sussegwentement, CJSC Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube twaqqfet bħala entità legali u d-drittijiet u l-obbligi kollha tagħha tal-proprjetà u dawk li mhumiex tal-proprjetà ttieħdu minn LLC Interpipe Niko Tube, li ġiet stabbilita f’Diċembru 2007.

(4)

Bis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Marzu 2009 (7), il-QPI annullat l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 sakemm id-dazju antidumping iffissat għall-esportazzjonijiet mill-applikanti jaqbeż dak li kien ikun applikabbli kieku l-prezz tal-esportazzjoni ma kienx ġie aġġustat għal kummissjoni meta sar il-bejgħ permezz tal-kumpanija tal-bejgħ relatata.

(5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni, kif ukoll l-applikanti, ressqu appelli li jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“ECJ”) biex tħassar is-sentenza tal-QPI tal-10 ta’ Marzu 2009. Fis-16 ta’ Frar 2012, l-ECJ ċaħdet l-appelli u l-kontroappell (“is-Sentenza”) (8) u għalhekk ikkonfermat is-sentenza tal-QPI (issa l-Qorti Ġenerali) tal-10 ta’ Marzu 2009.

(6)

Konsegwentement l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 ġie annullat sakemm id-dazju antidumping impost fuq l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti magħmula u esportati mill-grupp Interpipe ikun qabeż dak li kien ikun applikabbli li kieku l-prezz tal-esportazzjoni ma kienx ġie aġġustat għal kummissjoni meta sar il-bejgħ permezz tal-kumpanija tal-bejgħ relatata.

(7)

Huwa rikonoxxut mill-Qrati (9) li, f’kawżi fejn il-proċediment fih bosta stadji, l-annullament ta’ wieħed minn dawn l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu. Il-proċediment antidumping huwa eżempju ta’ proċediment b’bosta stadji. Għaldaqstant, l-annullament ta’ partijiet tar-Regolament antidumping definittiv ma jimplikax l-annullament tal-proċediment kollu qabel l-adozzjoni tar-Regolament inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati jikkonformaw mas-Sentenza tal-Qrati tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jikkonformaw mas-Sentenza, għandhom il-possibbiltà li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati li mhumiex affettwati mis-Sentenza (10).

(8)

Dan ir-Regolament jara li jiġu kkoreġuti l-aspetti tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 li nstab li kienu inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wasslu biex jiġu annullati partijiet ta’ dak ir-Regolament. Is-sejbiet l-oħra kollha li saru fir-Regolament (KE) Nru 954/2006 jibqgħu validi.

(9)

Għalhekk, skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rata ta’ dazju antidumping għall-grupp Interpipe ġiet ikkalkulata mill-ġdid abbażi tas-Sentenza.

B.   VALUTAZZJONI ĠDIDA TAS-SEJBIET IBBAŻATA FUQ IS-SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

(10)

F’dan ir-Regolament, l-aspett indirizzat tas-Sentenza huwa l-kalkolazzjoni tal-marġni tad-dumping, b’mod iżjed speċifiku l-kalkolazzjoni tal-aġġustament li sar fil-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi fil-kummissjonijiet skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku.

(11)

Kif spjegat fil-premessi (131) u (134) tar-Regolament (KE) Nru 954/2006, il-prezz tal-esportazzjoni kien aġġustat għal kummissjonijiet skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għal bejgħ li sar permezz tal-kumpanija tal-bejgħ relatata.

(12)

Il-QPI, fis-Sentenza tagħha sabet, u iktar tard l-ECJ ikkonfermat, li l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, fit-tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni, ma kellhomx jagħmlu aġġustament għal kummissjonijiet f’dan il-każ partikolari.

(13)

Għalhekk, il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat mill-ġdid mingħajr ma ġie aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi fil-kummissjonijiet.

(14)

It-tqabbil ta’ dan il-prezz medju peżat tal-esportazzjoni li ġie kkalkulat mill-ġdid mal-medja peżata tal-valur normali kif misjub waqt l-investigazzjoni oriġinali skont it-tip tal-prodott meta joħroġ mill-fabbrika wera li jeżisti dumping. Il-marġni stabbilit tad-dumping, espress bħala persentaġġ tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF mal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 17,7 %.

C.   L-IŻVELAR

(15)

Il-partijiet interessati kollha li huma kkonċernati bl-implimentazzjoni tas-Sentenza ġew mgħarrfa bil-proposta ta’ reviżjoni tar-rati tad-dazju antidumping applikabbli għall-grupp Interpipe. Huma ngħataw ukoll perjodu li matulu setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

D.   KONKLUŻJONI

(16)

Abbażi tar-rata tad-dazju applikabbli hawn fuq għall-grupp Interpipe għandha tiġi emendata kif xieraq. Ir-rata emendata għandha tapplika b’lura mit-30.6.2006 (id-data meta r-Regolament (KE) Nru 954/2006 daħal fis-seħħ), f’dan is-sens: ħlas lura u remissjoni jridu jintalbu mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Pereżempju, jekk ħlas lura jew remissjoni jintalab skont l-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali Komunitarju (11), fil-prinċipju, dan irid jingħata biss jekk it-talba tkun saret meta titressaq applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq f’perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dawk id-dazji jkun ġie kkomunikat lid-debitur. (Pereżempju, jekk id-dazju nġabar ftit wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 954/2006, u t-talba għal rimborż saret fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dazji jkun ġie kkomunikat lid-debitur, normalment it-talba għandha tingħata, sakemm din tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti l-oħra kollha),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrata dwar CJSC Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant, fit-tabella tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006, għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Kumpanija

Dazju antidumping

kodiċi addizzjonali TARIC

LLC Interpipe Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (Interpipe NTRP)

17,7  %

A743 ”

Artikolu 2

Safejn huma kkonċernati l-prodotti magħmula mill-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1, l-ammonti ta’ dazji mħallsa jew imdaħħla fil-kontabilità skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 fil-verżjoni inizjali tiegħu u li huma akbar minn dawk kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 kif emendat minn dan ir-Regolament, għandhom jitħallsu lura jew jiġu rimessi. Ħlas lura u remissjoni jridu jintalbu mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FREDERIKSEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 77, 31.3.2005, p. 2.

(3)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4.

(4)  ĠU C 288, 30.11.2007, p. 34.

(5)  ĠU C 261, 28.10.2006, p. 28.

(6)  ĠU C 288, 30.11.2007, p. 34.

(7)  Il-kawża T-249/06 - Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP v. il-Kunsill [2009] ECR II-383.

(8)  ĠU C 98, 31.3.2012, p. 2.

(9)  Il-kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) v. il-Kunsill [1998] ECR II-3939.

(10)  Il-kawża C-458/98 P IPS v. il-Kunsill [2000] ECR I-8147.

(11)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 541/2012

tal-21 ta’ Ġunju 2012

li jtemm ir-reviżjoni interim tal-miżuri antidumping għall-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka dawk il-miżuri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3), (5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   Il-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Fl-1995, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 95/95 (2), impona dazju antidumping definittiv fil-forma ta’ dazju speċifiku fuq l-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri antidumping oriġinali”). Ir-rata speċifika ta’ dazju ġiet stabbilita għal EUR 352 kull tunnellata.

(2)

Wara reviżjoni interim li ngħatat bidu f’Mejju 1997 fuq talba ta’ esportatur Ċiniż, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2722/1999 (3), il-miżuri nżammu għal perjodu ieħor ta’ erba’ snin.

(3)

F’April 2005, il-Kunsill, wara reviżjoni tal-iskadenza, estenda l-miżuri għal perjodu ieħor ta’ ħames snin permezz tar-Regolament (KE) Nru 639/2005 (4).

(4)

F’Mejju 2011, wara reviżjoni oħra tal-iskadenza, il-Kunsill estenda l-miżuri għal perjodu ieħor ta’ ħames snin, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 453/2011 (5). Ir-rata speċifika tad-dazju kienet stabbilita fl-istess livell bħal fil-miżuri antidumping oriġinali, jiġifieri EUR 352 kull tunnellata.

2.   Bidu ta’ reviżjoni interim

(5)

Il-premessa (84) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 453/2011 tgħid li l-Kunsill qies li kien xieraq li jiġi vvalutat jekk il-livell tad-dazju kienx għadu relevanti, billi d-dazju speċifiku kien ġie stabbilit fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali fl-1995 u qatt ma ġie rivedut. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra tagħti bidu ex officio għal reviżjoni interim konformi mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(6)

Wara li ddeterminat li kien hemm biżżejjed evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tagħha għall-bidu ta’ reviżjoni interim ex officio, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ħabbret fil-5 ta’ Lulju 2011, f’notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“in-notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

3.   L-Investigazzjoni

3.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(7)

L-investigazzjoni dwar id-dumping kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u t-30 ta’ Ġunju 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

3.2.   Il-partijiet ikkonċernati minn din l-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-industrija tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat dwar il-bidu tar-reviżjoni interim.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu.

3.3.   It-teħid ta’ kampjun tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(10)

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, tqies xieraq li jiġi eżaminat jekk għandux jittieħed kampjun, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex jintgħażel kampjun, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ intalbu jagħtu d-dettalji tagħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu. Billi l-ebda produttur esportatur ma ppreżenta ruħu biex jikkopera, ma kienx hemm bżonn jittieħed kampjun.

3.4.   It-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-verifiki

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati. L-ebda parti oħra ma ppreżentat ruħha qabel l-iskadenzi stipulati fin-notifika ta’ bidu.

(12)

Ma waslu l-ebda tweġibiet tal-kwestjonarji la miż-żewġ produtturi tal-Unjoni, la mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u lanqas minn importaturi jew utenti. Produttur wieħed fil-pajjiż analogu, l-Arġentina, wieġeb il-kwestjonarju.

(13)

Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-partijiet, ma sarux żjarat ta’ verifika.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u r-reviżjonijiet li ġejjin imsemmijin hawn fuq, jiġifieri l-furfuraldeid li joriġina mir-RPĊ, u li bħalissa għandu l-kodiċi NM 2932 12 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Il-furfuraldeid huwa magħruf ukoll bħala 2-furaldeid jew furfural.

(15)

Il-furfuraldeid huwa likwidu isfar ċar b’riħa punġenti karatteristika li jinkiseb bl-ipproċessar ta’ tipi differenti ta’ skart tal-agrikoltura. Il-furfuraldeid għandu żewġ applikazzjonijiet ewlenin: bħala solvent selettiv fir-raffinar taż-żejt mhux maħdum għall-produzzjoni taż-żjut lubrifikanti u bħala materja prima għall-ipproċessar fl-alkoħol furfuril, li jintuża biex issir reżina sintetika għall-forom li jintużaw fil-funderiji.

2.   Il-prodott simili

(16)

Bħalma seħħ fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, tqies li l-furfuraldeid prodott fir-RPĊ u esportat lejn l-UE, il-furfuraldeid prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu: l-Arġentina, u l-furfuraldeid immanifatturat u mibjugħ fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi, u l-istess użi bażiċi. Għalhekk, tqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Ġenerali

(17)

L-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkopera fl-investigazzjoni u l-ebda wieħed ma bagħat informazzjoni. Għaldaqstant, is-sejbiet dwar id-dumping stipulati hawn taħt kellhom jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari d-dejta tal-Eurostat, l-istatistika uffiċjali dwar l-esportazzjonijiet tar-RPĊ u l-informazzjoni mibgħuta mill-pajjiż analogu, l-Arġentina.

2.   Il-pajjiż analogu

(18)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie ddeterminat skont il-prezz jew il-valur kostrutt miksub f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa (“il-pajjiż analogu”), jew il-prezz mill-pajjiż analogu għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq kull bażi oħra raġonevoli, inkluż il-prezz imħallas realment jew li kieku jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b’mod xieraq jekk ikun meħtieġ biex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli.

(19)

Bħalma seħħ fl-investigazzjoni oriġinali, fin-notifika ta’ bidu ġiet proposta l-Arġentina bħala l-pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu, ma wasal l-ebda kumment li jikkonċerna l-pajjiż analogu propost.

(20)

Produttur wieħed tal-furfuraldeid fl-Arġentina kkopera mal-investigazzjoni billi wieġeb kwestjonarju. L-investigazzjoni wriet li l-Arġentina għandha suq kompetittiv għall-furfuraldeid b’madwar 90 % tas-suq fornut bi produzzjoni lokali u l-bqija fornuta bl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volum tal-produzzjoni fl-Arġentina jirrappreżenta aktar minn 70 % tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lill-UE għall-ipproċessar attiv. Għalhekk is-suq Arġentin tqies bħala rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali għar-RPĊ.

(21)

Għaldaqstant ġie konkluż, bħal fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, li l-Arġentina hija pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.   Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

3.1.   Il-valur normali

(22)

Il-valur normali ġie stabbilit skont l-informazzjoni mressqa mill-produttur li qed jikkopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri skont il-prezz imħallas jew li kieku jitħallas fis-suq domestiku tal-Arġentina minn klijenti li mhumiex relatati, peress li dan il-bejgħ instab li jsir fl-andament normali tal-kummerċ.

(23)

B’riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz tal-bejgħ domestiku medju peżat lil klijenti li mhumiex relatati mill-produttur li kkopera fl-Arġentina.

(24)

L-ewwel ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kienx jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-UE. Il-bejgħ domestiku tal-produttur li kkopera fl-Arġentina kien rappreżentattiv biżżejjed tul il-PIR.

(25)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies li qed jinbiegħ fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għall-prodott simili mibjugħ fis-suq tal-Arġentina, ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PIR. Billi l-bejgħ kollu tal-prodott simili tul il-PIR sar bi profitt, il-valur normali kien imsejjes fuq il-medja peżata tal-bejgħ domestiku kollu.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(26)

Minħabba li l-ebda esportatur Ċiniż lejn l-UE ma kkopera fl-investigazzjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti skont il-fatti disponibbli. Il-bażi l-aktar xierqa nstabet li kienet l-informazzjoni mogħtija mid-dejta tal-Eurostat fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat. Għalkemm il-maġġoranza ta’ dawn l-importazzjonijiet saru b’sistema ta’ pproċessar attiv (il-furfuraldeid Ċiniż kompla jiġi pproċessat f’alkoħol furfuril għall-esportazzjoni), ma kien hemm l-ebda raġuni biex jitqies li ma kinux bażi raġonevoli sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni.

3.3.   Tqabbil

(27)

Għall-finijiet li jkun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, saret konċessjoni dovuta fil-forma ta’ aġġustamenti fir-rigward ta’ ċerti differenzi fit-trasport, il-kostijiet tal-kreditu u l-assigurazzjoni, li affettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet.

3.4.   Il-marġni tad-dumping

(28)

F’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju differenzjat mal-prezzijiet tal-esportazzjoni medji differenzjati fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan it-tqabbil wera marġni ta’ dumping ta’ 5,6 %.

4.   In-natura permanenti taċ-ċirkostanzi mibdula

(29)

Minbarra l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping matul il-PIR, ġiet investigata l-probabbiltà tal-issoktar tad-dumping f’każ li jiġu revokati l-miżuri. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkopera f’din l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet hawn taħt huma msejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(30)

F’dan ir-rigward ġew analizzati l-elementi li ġejjin: id-domanda domestika u l-konsum domestiku fiċ-Ċina, u l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lill-UE bis-sistema tal-ipproċessar attiv (IPR, inward processing regime).

(31)

Skont l-informazzjoni disponibbli, mill-2007 ’l hawn, il-konsum domestiku tal-furfuraldeid fir-RPĊ kien qed jiżdied b’rata iktar mgħaġġla (previżjoni tat-tkabbir annwali medju għall-perjodu bejn l-2007 u l-2012 ta’ madwar 9 %) mill-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża ta’ dak il-prodott (madwar + 6 %). Iż-żieda fil-konsum domestiku Ċiniż tal-furfural jista’ jiġi spjegat fil-biċċa l-kbira mid-domanda dejjem ikbar għall-prodott ipproċessat mill-furfuraldeid, l-alkoħol furfuril. Il-produzzjoni Ċiniża tal-alkoħol furfuril kienet qed tiżdied drastikament mill-1999 ’l hawn, b’mod li tirrifletti enfasi fuq il-manifattura ta’ prodotti b’valur ogħla tal-furfural u domanda ikbar għar-reżina tal-furan mill-industrija tal-funderija.

(32)

Barra minn hekk, id-domanda domestika għaċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum, il-materja prima ewlenija li jużaw il-produtturi Ċiniżi tal-furfuraldeid, kienet qed tiżdied. Minżabba l-popolazzjoni globali dejjem ikbar, speċjalment fir-RPĊ u l-Indja, u l-bidla minn dieta bbażata fuq iċ-ċereali għal waħda bbażata fuq il-proteina, id-domanda globali għall-qamħirrum hija prevista li se tikber b’rata iktar mgħaġġla. Ir-RPĊ hija t-tieni l-ikbar konsumatur tal-qamħirrum fid-dinja. Barra miż-żieda fl-użi industrijali tal-qamiħirrum, id-domanda Ċiniża għall-produzzjoni tal-għalf u l-bhejjem qed tiżdied bi 3 % sa 6 % kull sena. Filwaqt li l-konsum tal-qamħirrum tar-RPĊ kien qed jikber b’mod rapidu f’dawn l-aħħar ftit snin, il-produzzjoni tiegħu ma kinitx qed tlaħħaq mad-domanda. Huwa mistenni li matul il-perjodu bejn l-2011 u l-2015, l-esportazzjonijiet tal-qamħirrum mill-Istati Uniti għar-RPĊ se jiżdiedu b’ħames darbiet. Wieħed għandu jinnota wkoll li l-produtturi Ċiniżi tal-furfural qed jiffaċċjaw dejjem iktar kompetizzjoni mill-produtturi tal-ksilożi u l-ksilitol, li jużaw l-istess materja prima (iċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum).

(33)

Dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE matul il-PIR, ta’ min jinnota li prattikament il-furfuraldeid kollu mill-pajjiż ikkonċernat jiġi impurtat esklużivament b’arranġamenti ta’ pproċessar attiv (IPR). Din il-prassi bdiet fl-2000 u madwar 75 % tal-kwantitajiet annwali Ċiniżi ta’ furfurladeid jiġu esportati lejn l-Unjoni mingħajr dazju antidumping, bil-għan li jkomplu jiġu pproċessati fl-alkoħol furfuril maħsub għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Mill-2001, l-importazzjonijiet tas-suq ħieles mill-pajjiż ikkonċernat kważi waqfu kompletament.

(34)

Il-bidliet fit-tul fid-domanda domestika għall-furfural fir-RPĊ u s-sitwazzjoni diffiċli tal-provvista u d-domanda fis-suq tal-qamħirrum fiċ-Ċina, flimkien mal-istruttura tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE kif spjegat fil-premessa preċedenti, jidhru li wasslu għal bidla fil-livell tad-dumping li jsir mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Tqabbil tal-prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni lejn l-UE mal-valur normali tal-prodott ikkonċernat, ilkoll aġġustati kif xieraq, juri tnaqqis fil-marġni tad-dumping matul il-PIR, meta mqabbel mal-investigazzjoni preċedenti tar-reviżjoni tal-iskadenza.

(35)

B’konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq turi li l-bidliet fid-domanda domestika Ċiniża u l-konsum fiċ-Ċina taċ-ċifqiegħa tal-qamħirrum u l-furfuraldeid u, konsegwentement, tal-prezzijiet, huma ta’ natura permanenti. Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li jekk il-miżuri antidumping jiġu revokati, l-esportazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni mhumiex se jiżdiedu b’mod sinifikanti.

D.   L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(36)

L-industrija tal-Unjoni (“IU”) tikkonsisti minn żewġ kumpaniji: Lenzing AG (l-Awstrija) u Tanin Sevnica kemicna industrija d.d (is-Slovenja), li flimkien jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili fil-PIR. Abbażi ta’ dan, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ebda waħda miż-żewġ kumpaniji ma wieġbet il-kwestjonarji li ntbagħtulhom jew ikkoperat bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(37)

Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, id-dejta għall-eżami tas-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett tad-dumping mir-RPĊ ittieħdet mill-fatti disponibbli, inkluż id-dejta estrapolata mill-informazzjoni miġbura fir-reviżjoni tal-iskadenza riċenti li kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Marzu 2010. Għaldaqstant, kull sors mogħti għad-dejta fit-tabelli ta’ hawn taħt jirreferi għall-perjodu bejn l-2007 u l-2009, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Nutrafur, il-produttur Spanjol li ressaq l-ilment oriġinali fl-1994 bl-isem ta’ Furfural Espanol S.A., waqqaf il-produzzjoni tiegħu f’Ottubru 2008. Iċ-ċifri tal-produzzjoni ta’ Nutrafur fl-2008 ġew inklużi fil-konsum fis-suq tal-Unjoni. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dejta dwar il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tingħata biss f’forma indiċjata.

E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

(38)

Il-konsum fl-Unjoni tal-furfuraldeid għall-2008 u l-2009 ġie stabbilit skont il-volumi tal-bejgħ ivverifikati tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (inkluż il-bejgħ ta’ Nutrafur sa Ottubru 2008 meta kien għadu qed jipproduċi l-furfuraldeid) flimkien mal-importazzjonijiet taħt is-Sistema ta’ Pproċessar Attiv (IPR) mir-RPĊ u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f’ċirkolazzjoni ħielsa, imsejsa fuq dejta tal-importatur International Furan Chemicals BV (“IFC”) ivverifikata fl-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza u l-Eurostat. Billi l-Eurostat ma jiżvelax l-informazzjoni kollha minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dejta tal-Eurostat intużat biss għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għajr ir-RPĊ u r-Repubblika Dominikana, billi l-IFC huwa l-uniku importatur tal-furfuraldeid minn dawn is-sorsi.

(39)

Il-fatti disponibbli ntużaw għall-2010 u l-PIR minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni kemm tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll tal-importatur uniku u l-kunfidenzjalità ta’ ammonti kbar ta’ dejta li normalment ikunu disponibbli mill-Eurostat. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet għall-kuntrarju, ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li kien hemm xi bidla notevoli fil-konsum tal-Unjoni mill-2009 ’l hawn u dan tqies li baqa’ fl-istess livelli matul l-2010 u l-PIR.

(40)

Abbażi ta’ dan, matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 17 %, minn 45 738 tunnellata fl-2008 għal 38 000 tunnellata matul il-PIR.

Tabella 1 –   Il-konsum tal-Unjoni

Sena

2008

2009

2010

PIR

Tunnellati

45 738

38 175

38 000

38 000

Indiċi (2008 = 100)

100

83

83

83

Xejra S/S

 

-17

0

0

Sors:

tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni u IFC, il-Eurostat

2.   L-importazzjonijiet mir-RPĊ

2.1.   Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet

(41)

Skont l-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed isiru bl-IPR matul il-PIR. Il-volum tal-IPR Ċiniż żdied minn 10 002 tunnellati fl-2008 għal 13 975 tunnellata fil-PIR, jiġifieri b’40 %. Matul il-perjodu kkunsidrat is-sehem Ċiniż mis-suq għall-IPR żdied minn 22 % għal 37 %, jiġifieri bi 15-il punt perċentwali.

(42)

Il-prezz tal-IPR Ċiniż żdied b’47 % minn EUR 1 014 kull TM fl-2008 għal EUR 1 488 fil-PIR. Ta’ min jinnota li matul il-PIR, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod rapidu u laħqu quċċata ta’ iktar minn EUR 1 700 kull TM.

Tabella 2 –   L-importazzjonijiet mir-RPĊ

Sena

2008

2009

2010

PIR

Tunnellati

10 002

5 159

8 375

13 975

Indiċi (2008 = 100)

100

52

84

140

Xejra S/S

 

-48

32

56

Is-sehem mis-suq

22  %

14  %

22  %

37  %

Il-prezz, EUR/tunnellata

1 014

690

1 362

1 488

Indiċi (2008 = 100)

100

68

134

147

Sors:

Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju ta’ IFC, l-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża

3.   Il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(43)

Ta’ min jinnota li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mir-Repubblika Dominikana kienu kollha kemm huma konsenji minn kumpanija possedenti lis-sussidjarja Ewropea tagħha, sabiex tipproduċi l-alkoħol furfuril. Għalhekk, il-prezzijiet użati f’dawn it-tranżazzjonijiet huma prezzijiet ta’ trasferiment bejn kumpaniji relatati li jistgħu ma jirriflettux il-prezzijiet reali tas-suq. Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-importatur ikkonċernat u l-kunfidenzjalità tad-dejta fil-Eurostat, ġie preżunt li l-importazzjonijiet u l-prezzijiet mir-Repubblika Dominikana baqgħu kostanti matul l-2010 u l-PIR.

Tabella 3 –   L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-Repubblika Dominikana

Sena

2008

2009

2010

PIR

Tunnellati

27 662

24 996

25 000

25 000

Indiċi (2008 = 100)

100

90

90

90

Xejra S/S

 

-10

0

0

Is-sehem mis-suq

60  %

65  %

66  %

66  %

Il-prezz, EUR/tunnellata

982

582

582

582

Indiċi (2008 = 100)

100

59

59

59

(44)

Skont il-Eurostat, il-volumi tal-importazzjoni tal-furfuraldeid fl-Unjoni minn pajjiżi oħra għajr ir-RPĊ, flimkien mal-prezzijiet medji tagħhom, żviluppaw kif ġej:

Tabella 4 –   L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra

Sena

2008

2009

2010

PIR

Tunnellati

1 583

1 226

138

162

Indiċi (2008 = 100)

100

77

9

10

Xejra S/S

 

-23

-68

1

Is-sehem mis-suq

3  %

3  %

1  %

1  %

Il-prezz, EUR/tunnellata

997

632

1 473

1 685

Indiċi (2008 = 100)

100

63

148

169

4.   Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-UE lejn pajjiżi terzi oħra

(45)

Matul il-perjodu meqjus, id-dejta kienet disponibbli biss għall-2008 u l-2009. Ma kinitx disponibbli statistika affidabbli biex tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tas-sett ta’ dejta għall-2010 u l-PIR. Fin-nuqqas tal-koperazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, intużaw il-fatti disponibbli u saret il-preżunzjoni li l-esportazzjonijiet mill-UE se jkomplu fl-istess livelli ta’ volum bħall-2009 b’żieda fil-prezz konformi ma’ dik misjuba fis-suq tal-UE.

Tabella 5 –   Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-Industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi oħra

Sena

2008

2009

2010

PIR

Il-kwantitajiet - Indiċi (2008 = 100)

100

155

155

155

Xejra S/S

 

55

0

0

Il-prezzijiet - Indiċi (2008 = 100)

100

77

134

147

Xejra S/S

 

-23

57

13

5.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(46)

Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri ż-żewġ kumpaniji Lenzing u Tanin, qiegħda analizzata hawn taħt bid-dejta miġbura matul ir-reviżjoni tal-iskadenza flimkien mal-fatti disponibbli għall-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni attwali (PIR).

5.1.   Il-produzzjoni

(47)

Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili żdiedet b’5 % sal-2009. Fin-nuqqas ta’ dejta oħra, ġie preżunt li l-produzzjoni baqgħet stabbli fl-2010 u l-PIR.

Tabella 6 –   Produzzjoni tal-Unjoni

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi (2008 = 100)

100

105

105

105

Xejra S/S

 

5

0

0

Sors:

It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(48)

Il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess fl-2008 u l-2009. Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, ġie preżunt li l-kapaċità u l-użu baqgħu l-istess fl-2010 u l-PIR.

Tabella 7 –   Il-kapaċitá tal-Unjoni

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi (2008 = 100)

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità

92  %

96  %

96  %

96  %

Sors:

It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.3.   Il-livell tal-ħażniet

(49)

Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, ġie preżunt li l-livelli tal-ħażniet baqgħu bħalma kienu fi tmiem l-2009.

Tabella 8 –   Il-ħażniet

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi (2008 = 100)

100

56

56

56

Xejra S/S

 

-44

0

0

Sors:

It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.4.   L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(50)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti li mhumiex relatati fis-suq tal-Unjoni żdied bi 12 % mill-2008 sal-2009. Fin-nuqqas ta’ dejta mill-industrija tal-Unjoni, ġie preżunt li l-volum tal-bejgħ ma żdiedx fl-2010 jew fil-PIR.

Tabella 9 –   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-Unjoni

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi (2008 = 100)

100

112

112

112

Il-firxa tas-sehem mis-suq

10-20 %

14-24 %

14-24 %

14-24 %

Sors:

It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.5.   Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

(51)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet medji tal-bejgħ applikati mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdiedu sostanzjalment b’36 %. Dan kien ikkawżat minn żieda kbira fil-prezz matul l-2010 u l-PIR.

Tabella 10 –   Il-prezz medju tal-bejgħ fl-UE

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi (2008 = 100)

100

89

108

136

Xejra S/S

 

-11

19

28

Sors:

Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni flimkien mal-fatti disponibbli għall-Kummissjoni

5.6.   Il-kost medju tal-produzzjoni

(52)

Billi l-industrija tal-Unjoni ma għamlitx disponibbli dejta tal-kostijiet tal-produzzjoni għall-2010 u d-dejta tal-PIR mir-reviżjoni preċedenti tal-iskadenza żdiedet b’6 % biex tqis l-inflazzjoni f’dak il-perjodu.

Tabella 11 –   Il-kost medju tal-produzzjoni

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi (2008 = 100)

100

100

102

106

Xejra S/S

 

0

2

4

Sors:

It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.7.   Il-profitabbiltà u l-fluss tal-flus

(53)

Il-kalkolu tal-profitti li għamlet l-industrija tal-Unjoni, abbażi tad-dejta tal-prezz u l-kost ta’ hawn fuq, wera żieda sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat minħabba żidiet fil-prezz fis-suq tal-Unjoni flimkien ma’ nuqqas ta’ evidenza ta’ żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni minbarra l-inflazzjoni. Il-likwidità hija meqjusa, fin-nuqqas ta’ dejta oħra, li segwiet xejra simili għall-profittabbiltà.

Tabella 12 –   Il-profitabbiltà u l-fluss tal-flus

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi tal-Profitabbiltà (2008 = 100)

100

96

153

297

Xejra S/S

 

-4

57

144

Il-fluss tal-flus - Indiċi (2008 = 100)

100

34

69

69

Xejra S/S

 

-66

35

0

Sors:

It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.8.   L-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital

(54)

Fin-nuqqas ta’ dejta mill-industrija tal-Unjoni, fid-dawl taż-żidiet fil-prezzijiet fl-2010 u l-PIR, ġie preżunt li kien hemm ritorn għal-livell ta’ investiment bħal dak fl-2007. Ir-redditu fuq l-investiment ġie preżunt li kellu l-istess xejra bażika bħall-profittabbiltà murija fit-Tabella 12.

Tabella 13 –   L-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

Sena

2008

2009

2010

PIR

Indiċi tal-investimenti (2008 = 100)

100

3

163

163

Xejra S/S

 

-97

160

0

Indiċi tar-redditu fuq l-investimenti (2008 = 100)

100

-4

100

200

Xejra S/S

 

- 104

104

100

Sors:

It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.9.   L-impjiegi u produttività

(55)

Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni mill-industrija tal-Unjoni għall-2010 u l-PIR, tqies li l-impjiegi u l-produttività baqgħu kostanti matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 14 –   L-impjiegi u l-produttività

Sena

2008

2009

2010

PIR

L-impjiegi - Indiċi

100

100

100

100

Il-produttività (tunnellati/impjegati) - Indiċi

100

100

100

100

Il-kostijiet tax-xogħol - Indiċi

100

100

100

100

Sors:

It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

5.10.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(56)

Minkejja n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-volum u l-valur tal-importazzjonijiet ġie analizzat mill-Eurostat flimkien ma’ stima tas-sehem mis-suq. Iż-żieda sinifikanti fil-prezz fl-2010 u l-2011 naqqset drammatikament il-marġni tad-dumping mir-RPĊ mill-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza ’l hawn.

5.11.   Irkupru mill-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(57)

Kif muri mill-evoluzzjoni pożittiva tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi elenkati hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni rkuprat kollha mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti li kienu identifikati fl-investigazzjoni preċedenti u li joriġinaw mir-RPĊ.

6.   Il-konklużjoni dwar il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(58)

Il-miżuri kontra r-RPĊ kellhom impatt pożittiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, billi l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara wrew żvilupp pożittiv: il-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u l-valur tal-bejgħ żdiedu bejn l-2008 u l-PIR. Madankollu, minħabba ż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni issa qed tagħmel profitti ferm ogħla minn dak immirat, li fl-investigazzjoni oriġinali ġie stabbilit bħala 5 %, sabiex ikun żgurat l-iżvilupp tagħha.

(59)

Minħabba ż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR, mingħajr evidenza ta’ żieda parallela fil-kostijiet, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5).

7.   Konklużjoni dwar in-natura permanenti ta’ dawn iċ-ċirkostanzi mibdula

(60)

Ġie kkunsidrat jekk iż-żieda fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni hix bidla permanenti fiċ-ċirkostanzi mis-sejbiet tal-investigazzjoni preċedenti tar-reviżjoni tal-iskadenza. Id-dejta disponibbli turi li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni qed jirkupraw sewwa, u jilħqu l-livelli tal-2008 u mbagħad jaqbżu dawn l-ammonti, filwaqt li fl-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza, il-prezzijiet kienu qed jaqgħu. Barra minn hekk, bil-kontra tar-reviżjoni tal-iskadenza, ma nstabitx evidenza ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet. Fir-reviżjoni tal-iskadenza, il-profittabbiltà kellha xejra negattiva iżda d-dejta wara tmiem dik l-investigazzjoni turi li l-profittabbiltà kienet qed tirkupra sewwa, u tilħaq il-livelli tal-2008 u mbagħad taqbiżhom.

(61)

Ġie analizzat jekk il-bidla fil-prezzijiet minn tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza setgħetx tkun minħabba staġun tal-ħsad partikolarment ħażin fir-RPĊ, billi l-furfuraldeid jiġi prodott mill-iskart agrikolu. Madankollu, il-prezz ma waqax b’mod sinifikanti mill-istaġun tal-ħsad fi tmiem l-2010 u għalhekk din it-teorija ġiet skartata. Deher li kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ ikkawżati mit-tkabbir fit-tul fid-domanda domestika għall-furfuraldeid u ż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima fil-pajjiż ikkonċernat. Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, dan ma setax jiġi vverifikat, iżda l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza li turi li dan ma kienx il-każ.

(62)

Fid-dawl tal-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni li tissemma hawn fuq, u n-nuqqas ta’ informazzjoni li turi li ż-żidiet fil-prezzijiet imsemmija kienu temporanji, ġie konkluż li din il-bidla hija ta’ natura permanenti.

F.   TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT TAL-ANTIDUMPING U TNEĦĦIJA TAL-MIŻURI ANTIDUMPING FIS-SEĦĦ

(63)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jitqies li għandha titwaqqaf ir-reviżjoni preżenti kontra d-dumping u li għandhom jitneħħew il-miżuri antidumping fis-seħħ.

(64)

Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jitwaqqfu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Ma waslu l-ebda kummenti.

(65)

Minn dan ta’ hawn fuq jista’ jiġi konkluż li għandha titwaqqaf ir-reviżjoni antidumping preżenti u li għandhom jitwaqqfu l-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 453/2011 fuq l-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-RPĊ u jitneħħa d-dazju eżistenti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni interim tad-dazji antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ 2-furaldeid (magħruf ukoll bħala furfuraldeid jew furfural) li bħalissa għandu l-kodiċi NM 2932 12 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hija b’dan imwaqqfa.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 453/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. FREDERIKSEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 15, 21.1.1995, p. 11.

(3)  ĠU L 328, 22.12.1999, p. 1.

(4)  ĠU L 107, 28.4.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 123, 12.5.2011, p. 1.

(6)  ĠU C 196, 5.7.2011, p. 9.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 542/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill ipprovda lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha, li għalihom dan kien possibbli fil-prattika, b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011.

(3)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 li hu ddeċieda li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. Fil-każ ta’ ċerti persuni u gruppi, ġiet magħmula disponibbli dikjarazzjoni emendata tar-raġunijiet.

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel din, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 għandu jitħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 10.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   Persuni

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis- 16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.03.1955 l-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-"Hofstadgroep"

6.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwieled fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) – membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra"

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

8.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

9.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

10.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

11.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

12.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah, magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) Nru NE8146378 – membru tal-"Hofstadgroep"

2.   Gruppi u entitajiiet

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa"

3.

"Al-Aqsa e.V."

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra"

5.

"Babbar Khalsa"

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi""IBDA-Ć" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

10.

"Hizbul Mujahideen" - "HM"

11.

"Hofstadgroep"

12.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

13.

Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" ("ISYF")

14.

Il-"Forza Khalisan Zindabad" ("KZF")

15.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" ("PKK"), (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

16.

"Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" - "LTTE"

17.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

18.

Il-"Jihad Islamika Palestinjana" - "PIJ"

19.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" - "PFLP"

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

21.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" - "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

22.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

23.

"Sendero Luminoso" - "SL" It-("Triq li Tiddi")

24.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

25.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" - "TAK" magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħrufa wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks"


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 543/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fit-18 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b’dan emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

L-entrati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 rigward il-persuni ta’ hawn taħt għandhom jiġu ssostitwiti bl-entrati kif stipulat hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Shams Ur-Rahman Abdul Zahir (magħruf bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman (c) Shamsurrahman Abdurahman, (d) Shams ur-Rahman Sher Alam).

Titlu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Raħal ta' Waka Uzbin, Distrett ta' Sarobi, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2132370 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). (b) 812673 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'Ġunju 2007, Shams ur-Rahman Sher Alam kien il-membru Taliban responsabbli mill-provinċja ta' Kabul. Huwa kien responsabbli mill-operazzjonijiet militari tat-Taliban f'Kabul u fil-madwar tiegħu u kien involut f'ħafna attakki.

2.

Ubaidullah Akhund Yar Mohammed Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund).

Titlu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1964, (b) 1969. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Żona ta' Nalgham, Distrett ta' Zheray, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (d) Allegatament miet f'Marzu 2010, (e) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (e) Jappartjeni għat-tribù Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

3.

Mohammad Jawad Waziri.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Dipartiment tan-NU, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Disrett ta' Jaghatu, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Sharana, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Wazir . Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

4.

Nazir Mohammad Abdul Basir (magħruf ukoll bħala Nazar Mohammad)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Sar Muallim. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Sindku tal-Belt ta' Kunduz (b) Aġent Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Malaghi, Distrett ta' Kunduz, Provinċja ta' Kunduz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet fid-9 ta' Novembru 2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

5.

Abdulhai Salek

Titlu: Maulavi Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Uruzgan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Awlyatak, Żona ta' Gardan Masjid, Distrett ta' Chaki Wardak, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament miet fit-Tramuntana tal-Afganistan fl-1999, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Wardak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

6.

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Membru tal-Qorti Suprema tat-Taliban u Kap tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill fl-2009, (c) Kmandant tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan mill-2010, (d) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afghanistan minn tard fl-2009, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (f) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai). Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-"Kunsill Miram Shah" tat-Taliban f'Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F'Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

7.

Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb).

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

8.

Zabihullah Hamidi (magħruf ukoll bħala Taj Mir)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1958-1959. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Payeen Bagh, Distrett ta' Kahmard, Provinċja ta' Bamyan, l-Afganistan. Indirizz:Iż-żona ta' Dashti Shor, Mazari Sharif, Provinċja ta' Balkh, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

9.

Mohammad Yaqoub.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan (b) Distrett ta' Janda, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali tat-Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

10.

Mohammad Shafiq Ahmadi.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

11.

Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan

Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada). Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċji ta' Zabol u Uruzgan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1966-1967. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Lablan, Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, (b) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, fil-bidu tal-2007, (b) Ħaten Mullah Mohammed Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmad Jan Akhunzada Shukoor Akhunzada kien il-membru tat-Taliban inkarigat mill-Provinċja ta' Uruzgan fil-bidu tal-2007.

12.

Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani).

Titlu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, il-Pakistan; (b) Qrib Dergey Manday Madrasa fir-Raħal ta’ Dergey Manday, qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan, (c) Raħal ta’ Kayla qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan; (d) Raħal ta’ Sarana Zadran, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Post tat-twelid: Raħal ta' Sarana, żona ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan; Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan, (b) Qabel kien ivvjaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, Emirati Għarab Magħquda, (c) Ħu Jalaluddin Haqqani u ziju ta' Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU:9.2.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Khalil Ahmed Haqqani huwa membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li topera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani, li jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, twaqqaf minn ħu Khalil Haqqani, Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01.), li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90.

 

Khalil Haqqani jieħu sehem f'attivitajiet ta' ġbir ta' fondi f'isem it-Taliban u n-Netwerk ta' Haqqani, u ta' spiss jivvjaġġa barra mill-pajjiż biex jiltaqa' ma' persuni li jagħtu appoġġ finanzjarju. Minn Settembru 2009, Khalil Haqqani vvjaġġa lejn l-istati tal-Golf u ġabar fondi minn sorsi hemmhekk, kif ukoll minn sorsi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja.

 

Khalil Haqqani jipprovdi wkoll appoġġ lit-Taliban u lin-Netwerk ta' Haqqani li joperaw fl-Afganistan. Minn kmieni fl-2010, Khalil Haqqani pprovda fondi lil ċelloli tat-Taliban fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Fl-2009, Khalil Haqqani pprovda u kkontrolla madwar 160 kumbattenti fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, u kien wieħed minn diversi persuni responsabbli għad-detenzjoni ta' priġunieri għedewwa maqbuda mit-Taliban u min-Netwerk ta' Haqqani. Khalil Haqqani ħa ordnijiet għal operazzjonijiet tat-Taliban minn Sirajuddin Haqqani, in-neputi tiegħu.

 

Khalil Haqqani aġixxa wkoll f'isem Al-Qaida u kellu konnessjoni mal-operazzjonijiet militari tagħha. Fl-2002, Khalil Haqqani skjera persunal biex issaħħu elementi ta' Al-Qaida fil-Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan.

13.

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).

Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1975- 1979. Post tat-twelid: Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) kmandant tal-operazzjonijiet tan-Netwerk ta' Haqqani u membru tax-shura tat-Taliban f'Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta' attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani. Data tan-nomina min-NU:11.5.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani u Sirajuddin Haqqani, kif ukoll in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani.

 

Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan. Badruddin ipoġġi fuq ix-shura tat-Taliban f'Miram Shah, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

 

Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għall-ħtif ta' nies għan-Netwerk ta' Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta' bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

14.

Malik Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Malik Noorzai, (b) Hajji Malak Noorzai, (c) Haji Malek Noorzai, (d) Haji Maluk, (e) Haji Aminullah).

Titlu: Haji. Indirizz: (a)Triq Boghra, ir-Raħal ta' Miralzei, Chaman, il-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b)Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, il-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-Twelid: (a) 1957, (b) 1960. Post tat-twelid: belt ta' Chaman fuq il-fruntiera, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier Taliban. (b) Għandu negozji fil-Ġappun u jivvjaġġa spiss lejn id-Dubai, l-Emirati Għarab Maqgħuda, u l-Ġappun. (c) Mill-2009, iffaċilita l-attivitajiet Talibani, inkluż permezz tar-reklutaġġ u l-forniment ta' appoġġ loġistiku. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai. (f) Ħu Faizullah Khan Noorzai. Data tan-nomina min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Malik Noorzai huwa negozjant ibbażat fil-Pakistan li pprovda appoġġ finanzjarju lit-Taliban. Malik u ħuh, Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan, investew miljuni ta' dollari f'diversi negozji għat-Taliban. Tard f-2008, ir-rappreżentanti tat-Taliban ikkuntattjaw lil Malik bħala negozjant li miegħu jinvestu fondi Talibani. Sa mill-inqas l-2005, Malik ikkontribwixxa personalment ukoll għexieren ta' eluf ta' dollari u qassam mijiet ta' eluf ta' dollari lit-Taliban, li uħud minnhom inġabru minn donaturi fir-reġjun tal-Golf u l-Pakistan u uħud minnhom kienu l-flus ta' Malik stess. Malik kien responsabbli għal kont hawala fil-Pakistan li rċieva għexieren ta' eluf ta' dollari trasferiti mill-Golf kull ftit xhur biex jiġu appoġġati l-attivitajiet Talibani. Malik iffaċilita wkoll attivitajiet Talibani. Mill-2009, Malik kien serva bħala l-kap gwardjan ta' madrassa (skola reliġjuża), għal 16-il sena fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, li ntużat mit-Taliban għall-indottrinazzjoni u t-taħriġ ta' rekluti. Fost affarijiet oħra, Malik ta l-fondi li appoġġaw il-madrassa. Malik, flimkien ma' ħuh, kellu rwol fil-ħżin ta' vetturi li jintużaw fl-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani u għen biex imexxi ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-l-Afganistan. Malik għandu negozji fil-Ġappun u ta' spiss iżur id-Dubai u l-Ġappun għan-negozju. Sa mill-bidu tal-2005, Malik kellu negozju tal-importazzjoni tal-vetturi fl-l-Afganistan li importa vetturi minn Dubai u l-Ġappun. Huwa importa karozzi, parts tal-karozzi u ħwejjeġ minn Dubai u l-Ġappun għan-negozji tiegħu, li fihom investew żewġ kmandanti Talibani. F'nofs l-2010, Malik u ħuh assiguraw ir-rilaxx ta' mijiet ta' kontejners tal-merkanzija, irrappurtati li jiswew miljuni ta' dollari, li l-awtoritajiet Pakistani ssekwestraw iktar kmieni dik is-sena għax kienu tal-fehma li r-riċevituri kellhom konnessjoni mat-terroriżmu.

15.

Faizullah Khan Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Faizullah Khan Noorzai, (b) Haji Faizuulah Khan Norezai, (c) Haji Faizullah Khan, (d) Haji Fiazullah, (e) Haji Faizullah Noori, (f) Haji Faizullah Noor, (g) Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan (h) Haji Pazullah Noorzai, (i) Haji Mullah Faizullah).

Titlu: Haji. Indirizz: (a)Triq Boghra, ir-Raħal ta' Miralzei, Chaman, il-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b)Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1962, (b) 1961, (c) bejn 1968 u 1970, (d) 1962. Post tat-twelid: (a) Lowy Kariz, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kadanay, Distrett ta' Spin Boldak Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier prominenti Taliban. (b) Minn nofs l2009, ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku lill-ġellieda Talibani; ġabar fondi għat-Taliban, u pprovda taħriġ għalihom, fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan. (c) Qabel organizza u ffinanzja operazzjonijiet Talibani fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. (d) Mill-2010, ivvjaġġa lejn u kellu negozji f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Ġappun. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai, is-sottotribù Miralzai. (f) Ħu Malik Noorzai. (g) Isem il-missier huwa Akhtar Mohammed (magħruf bħala: Haji Mira Khan). Data tan-nomina min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan serva bħala finanzier prominenti Taliban li miegħu investew fondi l-mexxejja kbar Talibani. Huwa ġabar aktar minn USD 100,000 għat-Taliban mid-donaturi fil-Golf u fl-2009 ta somma mill-flus tiegħu stess. Huwa appoġġa finanzjarjament ukoll lill-kmandant Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar u pprovda fondi biex jgħin fit-taħriġ tal-ġellieda Talibani u tal-Al-Qaida li kellhom imexxu l-attakki kontra l-Koalizzjoni u l-forzi militari Afgani. Minn nofs l-2005, Faizullah organizza u ffinanzja operazzjonijiet tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-Afganistan. Minbarra l-appoġġ finanzjarju tiegħu, Faizullah iffaċilita b'mod ieħor it-taħriġ u l-operazzjonijiet Talibani. Min-nofs l-2009, Faizullah ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku għall-ġellieda Talibani min-Nofsinhar tal-Afganistan. Minn nofs l-2008, Faizullah kien responsabbli għall-akkomodazzjoni ta' qattiela suwiċidi bil-bombi Talibani u li jittrasferihom mill-Pakistan għall-Afganistan. Faizullah ipprovda wkoll missili kontra inġenji tal-ajru għat-Taliban, għen biex imexxi lill-ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-Afganistan, iffaċilita l-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani, u ta radji u vetturi lill-membri Talibani fil-Pakistan.

 

Min-nofs l-2009, Faizullah mexxa madrassa (skola reliġjuża) fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, fejn inġabru għexieren ta' eluf ta' dollari għat-Taliban. L-artijiet tal-madrassa ta' Faizullah intużaw biex jipprovdu taħriġ għall-ġellieda tat-Taliban fil-bini u l-użu ta' apparat splussiv improvizzat (IEDs). Tard fl-2007, il-madrassa ta' Faizullah serviet biex tħarreġ lill-ġellieda tal-Al-Qaida li iktar tard intbagħtu fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-l-Afganistan.

 

Fl-2010, Faizullah kellu uffiċini u possibbilment proprjetajiet, inklużi lukandi, f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Faizullah ivvjaġġa regolarment lejn id-Dubai u l-Ġappun ma' ħuh, Malik Noorzai, biex jimporta karozzi, partijiet tal-karozzi, u ħwejjeġ. Mill-bidu tal-2006, Faizullah kellu negozji fid-Dubai u fil-Ġappun.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/544/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u f'konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), għandhom jiġu inklużi persuna waħda u entitajiet oħra fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuna u entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(2)  Ara paġna 80 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

PERSUNA U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bouthaina Shaaban

(magħrufa ukoll bħala Buthaina Shaaban)

Twieldet fl-1953 f'Homs, is-Sirja

Konsulent dwar il-Politika u l-Media għall-President minn Lulju 2008 'l quddiem u bħala tali assoċjat mat-trażżin vjolenti tal-popolazzjoni.

26.6.2012


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Ministeru tad-Difiża

Indirizz: Umayyad Square, Damascus

Telefon: +963-11-7770700

Fergħa tal-gvern Sirjan involuta direttament fir-repressjoni.

26.6.2012

2.

Ministeru tal-Intern

Indirizz: Merjeh Square, Damascus

Telefon: +963-11-2219400, +963-11-2219401, +963-11-2220220, +963-11-2210404

Fergħa tal-gvern Sirjan involuta direttament fir-repressjoni.

26.6.2012

3.

Syrian National Security Bureau

 

Fergħa tal-gvern Sirjan u element tal-Partit Ba'ath Sirjan. Involut direttament fir-repressjoni. Mexxa lill-forzi tas-sigurtà Sirjani biex ju żaw forza estrema kontra d-dimostranti.

26.6.2012

4.

Syria International Islamic Bank (SIIB)

(magħruf ukoll bħala: Syrian International Islamic Bank; a.k.a. SIIB)

Post: Syria International Islamic Bank Building, Main Highway Road, Al Mazzeh Area, P.O. Box 35494, Damascus, Syria

Alt. Post: P.O. Box 35494, Mezza'h Vellat Sharqia'h, ħdejn il-Konsolat tal-Arabja Sawdija, Damasku, is-Sirja

Is-SIIB serva bħala l-faċċata għall-Commercial Bank of Syria, li ppermetta dak il-bank biex idur mas- sanzjonijiet imposti mill-UE. Mill-2011 sal-2012, is-SIIB bil-moħbi ffaċilita l-finanzjament ta' kwazi $150 miljun f'isem il-Commercial Bank of Syria. L-arranġamenti finanzjari li fid-dehra saru mis-SIIB, effettivament saru mill-Commercial Bank of Syria.

Minbarra li ħadem mal-Commercial Bank of Syria biex idur mas-sanzjonijiet, fl-2012, is-SIIB iffaċilita diversi pagamenti sostanzjali għas- Syrian Lebanese Commercial Bank, bank ieħor diġà dde żinjat mill-UE.

B'dawn il-modi, is-SIIB ikkontribwixxa biex jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

26.6.2012

5.

General Organisation of Radio and TV

(magħrufa wkoll bħala Directorate General of Radio & Television Est; (magħruf ukoll bħala: General Radio and Television Corporation; magħrufa wkoll bħala General Radio and Television Corporation; magħrufa wkoll bħala GORT)

Indirizz: Al Oumaween Square, P.O. Box 250, Damascus, Syria.

Telefon (963 11) 223 4930

Aġenzija mmexxija mill-Istat subordinata għall-Ministeru tal-Informazzjoni tas-Sirja u bħala tali tappoġġa u tippromwovi l-politika tal-informazzjoni tagħha. Hija responsabbli mill-operazzjoni tal-kanali tat-televiżjoni tas-Sirja proprjetà tal-Istat, tnejn terrestri u wieħhed satellita, kif ukoll stazzjonijiet tar-radju tal-gvern. Il-GORT inċita vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, waqt li serva bħala strument ta' propaganda għhar-reġgim ta' Assad u ferrex diżzinformazzjoni.

26.6.2012

6.

Syrian Company for Oil Transport

(magħrufa wkoll bħala Syrian Crude Oil Transportation Company; magħrufa wkoll bħala “SCOT”; magħrufa wkoll bħala. “SCOTRACO”

Banias Industrial Area, Latakia Entrance Way, P.O. Box 13, Banias, Syria; Website www.scot-syria.com; Email scot50@scn-net.org

Kumpanija taż-żejt Sirjana proprjetà tal-Istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

26.6.2012


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/23


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 545/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/206/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2) bil-għan li jdaħħal fis-seħħ il-parti l-kbira tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK (3). Dak ir-Regolament jipprojbixxi, inter alia, l-għoti ta’ ċertu finanzjament u ċerta għajnuna finanzjarja relatati ma’ merkanzija suġġetta għall-projbizzjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2012/322/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (4), tiżviluppa aktar l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi relatati ma’ għajnuna finanzjarja fil-kuntest tal-embargo kontra l-armi.

(3)

Dawk il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol is-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Huma pprojbiti:

(a)

l-għoti, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (*) (“Lista Militari Komuni”) jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(b)

l-għoti, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir, oġġetti jew teknoloġija li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna jew għall-manifattura u l-manutenzjoni ta’ prodotti li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna kif elenkati fl-Anness I jew IA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(c)

l-għoti, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, jew fl-Anness I jew IA, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(d)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).

(*)  ĠU C 86, 18.3.2011, p. 1.”;"

(2)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.   Għandha tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru relevanti, kif identifikat fil-websajts imsemmija fl-Anness III, għall-għoti ta’:

(a)

għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir, oġġetti jew teknoloġija elenkati fl-Anness IX u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ dawn it-tagħmir, oġġetti u teknoloġija, b'mod dirett jew indirett, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(b)

finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija imsemmija fl-Anness IX, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti u teknoloġija, jew għal kwalunkwe għoti ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk huma jkollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li dawk it-tranżazzjonijiet huma jew jistgħu jkunu maħsuba sabiex jikkontribwixxu għal repressjoni interna jew għall-manifattura u l-manutenzjoni ta' prodotti li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 110, 24.4.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.

(4)  Ara paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 546/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7(e) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew laħam frisk. Dan jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula li kunsinni ta’ annimali ungulati għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu, u għal dan il-għan hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata f’dik il-Parti. Barra minn hekk, dawk il-kunsinni għandu jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju xieraq, imfassal skont il-mudell relevanti stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

It-territorju kollu tal-Kanada, għajr ir-reġjun tal-Okanagan Valley fil-British Columbia, bħalissa jinsab elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 kif approvat għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, inter alia, ta’ annimali ovini domestiċi (Ovis aries) u annimali kaprini domestiċi (Capra hircus) maħsuba għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni u li jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju skont il-mudell OVI-X. Madankollu, il-Kanada mhijiex elenkata fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness bħala territorju uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għall-finijiet tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin ċertifikati skont dak iċ-ċertifikat mudell.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (4) tistabbilixxi, inter alia, il-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

(5)

Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/68/KE tistipula li, fejn l-ekwivalenza tal-garanziji tas-saħħa uffiċjali pprovduti minn pajjiż terz tista’ tiġi rikonoxxuta formalment mill-Unjoni, il-kundizzjonijiet tas-saħħa speċifiċi għall-annimali għall-introduzzjoni ta’ annimali ungulati ħajjin minn dak il-pajjiż terz fl-Unjoni, jistgħu jkunu msejsa fuq dawk il-garanziji.

(6)

Il-Kanada ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex tkun rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) għat-territorju sħiħ ta’ dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ovini domestiċi (Ovis aries) u annimali kaprini domestiċi (Capra hircus) maħsuba għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni u li jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju skont iċ-ċertifikat mudell OVI-X stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(7)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Kanada, dak il-pajjiż terz għandu jiġi rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi (B. melitensis). Għaldaqstant, ir-referenza xierqa għandha tkun inkluża fl-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(8)

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jipprovdi li kunsinni ta’ laħam frisk maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati lejn l-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament u għal dan il-għan hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata f’dik il-Parti.

(9)

Erba’ partijiet tat-territorju tal-Botswana huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala reġjuni li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-annimali ungulati. Dawn ir-reġjuni jikkonsistu f’għadd ta’ żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju.

(10)

Wara tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-reġjun BW-1 tal-Botswana, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2011 (5), jistipula li l-awtorizzazzjoni tal-Botswana biex tesporta laħam dissussat u mmaturat frisk mill-annimali ungulati lejn l-Unjoni minn dak ir-reġjun, tkun sospiża mill-11 ta’ Mejju 2011. Ir-reġjun BW-1 tal-Botswana jikkonsisti f’żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18.

(11)

Fit-2 ta’ Diċembru 2011, il-Botswana għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni b’suċċess taż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 bħala ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. Għaldaqstant, is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni biex jiġi esportat laħam dissussat u mmaturat frisk mill-annimali ungulati lejn l-Unjoni minn dak ir-reġjun ma għadhiex meħtieġa.

(12)

Madankollu, fiż-żona 6 ta’ kontroll tal-mard veterinarju, il-Botswana ddikjarat żona qrib il-fruntiera maż-Żimbabwe bħala żona ta’ sorveljanza intensiva u għarrfet lill-Kummissjoni li l-annimali bovini domestiċi kollha f’dik iż-żona nqatlu. Dik iż-żona ma għandhiex tiġi awtorizzata għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-annimali ungulati. Għaldaqstant, din għandha tiġi eskluża mir-reġjun BW-1 kif elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(13)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti 1 tal-Anness I, l-annotazzjoni għall-Kanada qed titbiddel b’dan li ġej:

“CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

POR-X

 

IVb IX V

CA-1

Il-pajjiż kollu, għajr ir-reġjun ta’ Okanagan Valley tal-British Columbia kif deskritt hawn isfel:

Minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 120°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudni

Lejn it-Tramuntana fil-punt ta’ 119°35′ ta’ lonġitudni u 50°30′ ta’ latitudni

Lejn il-Grigal fil-punt ta’ 119° ta’ lonġitudini u 50°45′ ta’ latitudini

Lejn in-Nofsinhar minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 118°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudini

BOV-X, OVI-X, OVI-Y RUM (*)

A

(2)

fil-Parti 1 tal-Anness II, l-annotazzjoni għall-Botswana qed titbiddel b’dan li ġej:

“BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 għajr iż-żona ta’ sorveljanza intensiva fiż-żona 6 bejn il-fruntiera maż-Żimbabwe u l-awtostrada A1

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

fil-11 ta’ Mejju 2011.

26 ta’ Ġunju 2012

BW-2

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 10, 11, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

fis-7 ta’ Marzu 2002

BW-3

Iż-żona 12 ta’ kontroll tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

fl-20 ta’ Ottubru 2008.

fl-20 ta’ Jannar 2009

BW-4

Iż-żona 4a ta’ kontroll tal-mard veterinarju, għajr iż-żona ta’ lqugħ ta’ sorveljanza intensiva ta’ 10 km tul il-fruntiera maż-żona ta’ tilqim għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ż-żoni ta’ ġestjoni tal-organiżmi slavaġ

BOV

F

1

 

fit-18 ta’ Frar 2011”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(3)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(5)  ĠU L 205, 10.8.2011, p. 27.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 547/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-pompi tal-ilma

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva°2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu°15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi għal prodotti li jużaw sistemi b’muturi tal-elettriku, bħall-pompi tal-ilma.

(3)

Il-pompi tal-ilma li jiffurmaw partijiet ta’ sistemi b’muturi tal-elettriku huma essenzjali f’diversi proċessi tal-ippumpjar. Il-potenzjal totali għal titjib kosteffikaċi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dawn is-sistemi ta’ ppumpjar huwa ta’ madwar 20 % għal 30 %. Għalkemm l-iffrankar jista’ jinkiseb l-aktar permezz tal-muturi, wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għal titjib bħal dan huwa l-użu ta’ pompi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Għaldaqstant, il-pompi tal-ilma huma prodott ta’ prijorità li għalih għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn.

(4)

Is-sistemi ta’ muturi tal-elettriku jinkludu għadd ta’ prodotti li jużaw l-enerġija, bħal muturi, trażmissjonijiet, pompi jew fannijiet. Il-pompi tal-ilma huma wieħed minn dawn il-prodotti. Ir-rekwiżiti minimi huma stabbiliti għall-muturi f’miżura separata, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (2) Konsegwentement, dan ir-Regolament jistabbilixi biss rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni idrawlika ta’ pompi tal-ilma mingħajr il-mutur.

(5)

Ħafna pompi huma integrati fi prodotti oħra mingħajr ma jitqegħdu fis-suq separatament. Sabiex jintlaħaq il-potenzjal kollu tal-iffrankar kosteffikaċi tal-enerġija, il-pompi tal-ilma li huma integrati fi prodotti oħra għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-pompi tal-ilma. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-Unjoni u l-pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(7)

L-istudju ta’ tħejjija juri li fis-suq tal-Unjoni Ewropea jitqiegħdu pompi tal-ilma fi kwantitajiet kbar. Il-konsum tal-enerġija tagħhom fil-fażi tal-użu huwa l-iktar aspett ambjentali sinifikanti tal-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, bil-konsum annwali tal-elettriku tagħhom jammonta għal 109TWh fl-2005, li jikkorrispondi għal 50Mt f’emissjonijiet tas-CO2 Jekk ma jittieħdux miżuri sabiex jiġi limitat dan il-konsum, huwa previst li l-konsum tal-enerġija se jiżdied għal 136 TWh fl-2020. Ġie konkluż li l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(8)

L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu huwa l-uniku parametru ta’ ekodisinn sinifikanti relatat mad-disinn tal-prodott kif imsemmi fl-Anness I, il-Parti 1, tad-Direttiva 2009/125/KE.

(9)

It-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu tal-pompi tal-ilma għandu jseħħ bl-użu ta’ teknoloġiji eżistenti, kosteffikaċi u mhux brevettati li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali kkombinati tax-xiri u tat-tħaddim tagħhom.

(10)

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija għall-pompi tal-ilma fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.

(11)

Għandu jingħata qafas ta’ żmien xieraq lill-manifatturi sabiex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti. Iż-żmien għal din l-introduzzjoni għandu jkun tali li jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tal-pompi tal-ilma u li jqis l-impatt fuq l-ispejjeż għall-manifatturi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat l-ilħuq f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi determinat permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar żviluppati rikonoxxuti inkluż, fejn dawn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpijiet ta’ standardazzjoni Ewropej, kif imniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(13)

Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jtejbu l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-pompi tal-ilma, li għandu jwassal għal iffrankar stmat fl-enerġija ta’ 3,3 TWh sal-2020, imqabbel max-xenarju fejn ma tittieħed l-ebda miżura.

(14)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V għad-Direttiva 2009/125/KE.

(16)

Sabiex jiġi llimitat iktar l-impatt ambjentali tal-pompi tal-ilma, il-manifatturi tagħhom għandhom jipprovdu informazzjoni rilevanti fuq iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi fl-aħħar tal-ħajja ta’ dawn il-pompi.

(17)

Għandhom jiġu identifikati punti ta’ referenza għat-teknoloġiji b’effiċjenza enerġetika għolja li huma attwalment disponibbli. Dan għandu jgħin sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji disponibbli għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija.

(18)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ pompi tal-ilma rotodinamiċi li jintużaw għall-ippumpjar ta’ ilma nadif, inkluż fejn dawn ikunu integrati fi prodotti oħra.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

pompi tal-ilma ddisinjati speċifikament għall-ippumpjar ta’ ilma nadif b’temperaturi ta’ inqas minn – 10 °C jew ogħla minn 120 °C, minbarra fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-Anness II, il-punti 2(11) sa 2(13);

(b)

pompi tal-ilma ddisinjati biss għal applikazzjonijiet tat-tifi tan-nar;

(c)

pompi tal-ilma ta’ spostament;

(d)

pompi tal-ilma li jipprajmjaw ruħhom awtomatikament (self-priming).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

pompa tal-ilma” hija l-parti idrawlika ta’ tagħmir li tmexxi l-ilma nadif permezz ta’ azzjoni fiżika jew mekkanika u għandha wieħed minn dawn id-disinni li ġejjin:

Pompa bi fluss assjali u bil-berings tagħha (end suction own bearing — ESOB);

Pompa monoblokk orizzontali (end suction closed coupled — ESCC);

Pompa monoblokk inlinja (end suction closed coupled inline — ESCCi);

Pompa b’diversi stadji bi fluss vertikali (vertical multistage — MS-V);

Pompa sommerġibbli b’diversi stadji (submersible multistage — MSS);

(2)

Pompa tal-ilma bi fluss assjali — End suction water pump” pompa tal-ilma rotodinamika, bi fluss assjali, bi stadju wieħed, glanded, iddisinjata għal pressjonijiet sa 16 bar, b’veloċità speċifika ns li tvarja bejn 6 u 80 rpm, fluss nominali minimu ta’ 6 m3/h (1,667·10–3 m3/s), b’potenza massima tax-xaft ta’ 150 kW, head massima ta’ 90 m b’veloċità nominali ta’ 1 450 rpm u head massima ta’ 140 m b’veloċità nominali ta’ 2 900 rpm;

(3)

Fluss nominali” tfisser il-head u l-fluss li l-manifattur se jiggarantixxi taħt kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali;

(4)

Glanded” tfisser ġonta ssiġillata tax-xaft bejn l-impulsur fil-korp tal-pompa u l-mutur. Il-komponent tal-mutur tat-trażmissjoni jibqa’ niexef;

(5)

Pompa tal-ilma bi fluss assjali u bil-berings tagħha — End suction own bearing water pump” (ESOB) tfisser pompa tal-ilma bi fluss assjali u bil-berings tagħha;

(6)

Pompa tal-ilma monoblokk orizzontali — End suction close coupled water pump” (ESCC) tfisser pompa tal-ilma bi fluss assjali li x-xaft tal-mutur tagħha huwa estiż i jservi wkoll bħala x-xaft tal-pompa;

(7)

Pompa tal-ilma monoblokk inlinja — End suction close coupled inline water pump” (ESCCi) tfisser pompa tal-ilma fejn id-dħul tal-ilma tal-pompa jinsab fuq l-istess livell tal-ħruġ tal-ilma tal-pompa;

(8)

Pompa tal-ilma b’diversi stadji bi fluss vertikali — Vertical multistage water pump” (MS-V) tfisser pompa tal-ilma rotodinamika, glanded, b’diversi stadji (i > 1) fejn l-impulsuri huma mmuntati fuq xaft vertikali li jdur, li huwa ddisinjat biex jiflaħ għal pressjoni sa 25 bar, b’veloċità nominali ta’ 2 900 rpm u fluss massimu ta’ 100 m3/h (27,78·10–3 m3/s);

(9)

Pompa tal-ilma sommerġibbli b’diversi stadji — Submersible multistage water pump” (MSS) tfisser pompa tal-ilma rotodinamika b’diversi stadji (i > 1) b’dijametru nominali fuq in-naħa ta’ barra ta’ 4 pulzieri (10,16 cm) jew 6 pulzieri (15,24 cm) maħsuba biex titħaddem ġo borehole b’veloċità nominali ta’ 2 900 rpm u b’temperatura li tvarja bejn 0 °C u 90 °C;

(10)

pompa tal-ilma rotodinamika” tfisser pompa tal-ilma li tmexxi l-ilma nadif permezz ta’ forzi idrodinamiċi;

(11)

pompa tal-ilma ta’ spostament” tfisser pompa tal-ilma li tmexxi l-ilma nadif billi tiġbor volum ta’ ilma nadif u tisforza dan il-volum lejn il-ħruġ tal-pompa;

(12)

pompa li tipprajmja ruħha awtomatikament — self-priming water pump” tfisser pompa tal-ilma li tmexxi l-ilma nadif u li tista’ tibda taħdem u/jew topera anke meta tkun mimlija bi ftit ilma biss;

(13)

ilma nadif” tfisser ilma b’kontenut massimu ta’ sustanzi solidi u mhux assorbenti ta’ 0,25 kg/m3, u b’kontenut massimu ta’ sustanzi solidi maħlula ta’ 50 kg/m3 sakemm il-kontenut totali tal-gass fl-ilma ma jaqbiżx il-volum ta’ saturazzjoni. Ma għandu jkun ikkunsidrat ebda adittiv li huwa meħtieġ biex ikun evitat l-iffriżar tal-ilma b’temperatura ta’ sa – 10 °C.

Id-definizzjonijiet għall-fini tal-Annessi II sa V huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza minimi kif ukoll rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-pompi tal-ilma rotodinamiċi huma stipulati fl-Anness II.

Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu jkun applikabbli skont din l-iskeda ta’ żmien:

(1)

mill-1 ta’ Jannar 2013, il-pompi tal-ilma għandu jkollhom effiċjenza minima kif definit fl-Anness II, il-punt 1 (a);

(2)

mill-1 ta’ Jannar 2015, il-pompi tal-ilma għandu jkollhom effiċjenza minima kif definit fl-Anness II, il-punt 1 (b);

(3)

mill-1 ta’ Jannar 2013, l-informazzjoni dwar il-pompi tal-ilma għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II, il-punt 2.

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III.

Ma huwa meħtieġ ebda rekwiżit ta’ ekodisinn fir-rigward ta’ parametri oħra ta’ ekodisinn imsemmija fl-Anness I, il-Parti 1, għad-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema interna tal-kontroll tad-disinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ verifika stipulata fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ referenza indikattivi

Il-punti ta’ referenza indikattivi għall-pompi tal-ilma bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni sa mhux iktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-reviżjoni għandha l-għan li tadotta approċċ estiż tal-prodott.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tolleranzi użati fil-metodoloġija għall-kalkolu tal-effiċjenza enerġetika qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-fini tal-Annessi II sa V

Għall-fini tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Impulsur” tfisser komponent li jdur ta’ pompa rotodinamika li jitrasferixxi l-enerġija għall-ilma;

(2)

Impulsur sħiħ” tfisser impulsur li għandu d-dijametru massimu li għalih, fil-katalgi ta’ manifattur ta’ pompa tal-ilma, jingħataw il-karatteristiċi ta’ prestazzjoni skont id-daqs tal-pompa;

(3)

Veloċità speċifika” (ns) tfisser valur dimensjonali li jikkaratteristika l-forma tal-impulsur tal-pompa skont il-head, il-fluss u l-veloċità (n):

Formula [min–1]

Fejn:

Head” (H) tfisser iż-żieda fl-enerġija idrawlika tal-ilma f’metri [m], li l-pompa tal-ilma tipproduċi f’punt speċifiku tal-operat;

Veloċità rotazzjonali” (n) tfisser l-għadd ta’ dawriet li x-xaft idur kull minuta [rpm];

Fluss” (Q) tfisser il-volum tar-rata tal-fluss [m3/s] ta’ ilma li jiċċirkola fil-pompa tal-ilma;

Stadju” (i) tfisser l-għadd ta’ impulsuri inserje fil-pompa tal-ilma;

Il-punt tal-aħjar effiċjenza” (BEP) tfisser il-punt tat-tħaddim tal-pompa tal-ilma li fih l-effiċjenza idrawlika tal-pompa tkun massima meta mkejla b’ilma kiesaħ nadif;

(4)

Effiċjenza idrawlika tal-pompa” (η) tfisser il-proporzjon bejn il-potenza mekkanika trasferita lil-likwidu meta jgħaddi mill-pompa tal-ilma u l-potenza mekkanika tal-input trażmessa lill-pompa fuq ix-xaft tagħha;

(5)

Ilma kiesaħ nadif” tfisser ilma nadif li għandu jintuża għall-ittestjar tal-pompa, b’viskożità kinematika massima ta’ 1,5 × 10–6 m2/s, b’densità massima ta’ 1 050 kg/m3 u b’temperatura massima ta’ 40 °C;

(6)

Part load” (PL) tfisser il-punt tal-operat tal-pompa tal-ilma fil-livell ta’ 75 % tal-fluss fil-BEP;

(7)

Over load” (OL) tfisser il-punt tal-operat tal-pompa tal-ilma fil-livell ta’ 110 % tal-fluss fil-BEP;

(8)

Indiċi tal-Effiċjenza Minima” (MEI) tfisser l-unità ta’ skala mingħajr dimensjoni għall-effiċjenza idrawlika tal-pompa fil-BEP, PL u OL;

(9)

C” tfisser valur kostanti għal kull tip speċifiku ta’ pompa tal-ilma li jikkwantifika d-differenzi fl-effiċjenza għal tipi differenti ta’ pompi.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn għall-pompi tal-ilma

1.   REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA

(a)

Mill-1 ta’ Jannar 2013, il-pompi tal-ilma għandu jkollhom effiċjenza minima:

fil-punt tal-aħjar effiċjenza (BEP) ta’ mill-inqas (ηΒΕΡ) min requ, meta mkejjel skont l-Anness III u kkalkolat bil-valur C għal MEI = 0,1, skont l-Anness III;

fil-part load (PL) ta’ mill-inqas (ηΡL) min requ, meta mkejjel skont l-Anness III u kkalkolat bil-valur C għal MEI = 0,1, skont l-Anness III;

effiċjenza minima fl-over load (OL) ta’ mill-inqas (ηΟL) min requ, meta mkejjel skont l-Anness III u kkalkolat bil-valur C għal MEI = 0,1, skont l-Anness III;

(b)

Mill-1 ta’ Jannar 2015, il-pompi tal-ilma għandu jkollhom:

effiċjenza minima fil-punt tal-aħjar effiċjenza (BEP) ta’ mill-inqas (ηΒΕΡ) min requ, meta mkejjel skont l-Anness III u kkalkolat bil-valur C għal MEI = 0,4, skont l-Anness III;

effiċjenza minima fil-part load (PL) ta’ mill-inqas (ηΡL) min requ, meta mkejjel skont l-Anness III u kkalkolat bil-valur C għal MEI = 0,4, skont l-Anness III;

effiċjenza minima fl-over load (OL) ta’ mill-inqas (ηΟL) min requ, meta mkejjel skont l-Anness III u kkalkolat bil-valur C għal MEI = 0,4, skont l-Anness III.

2.   REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

Mill-1 ta’ Jannar 2013, l-informazzjoni dwar il-pompi tal-ilma imsemmija fl-Artikolu 1 u stipulati fil-punti (1) sa (15) għandha tintwera b’mod viżibbli fuq:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika tal-pompi tal-ilma;

(b)

siti tal-Internet b’aċċess mingħajr ħlas, tal-manifatturi tal-pompi tal-ilma.

L-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fl-ordni indikata fil-punti (1) sa (15). L-informazzjoni msemmija fil-punti (1) u (3) sa (6) għandha tkun immarkata b’mod li ma titħassarx fuq jew qrib il-pjanċja tal-klassifikazzjoni tal-pompa tal-ilma.

(1)

Indiċi tal-effiċjenza minima: MEI ≥ [x,xx];

(2)

Test standard: Il-punt ta’ referenza għall-iktar pompi tal-ilma effiċjenti huwa MEI ≥ 0,70’, jew, alternattivament, l-indikazzjoni “Punt ta’ Referenza MEI ≥ 0,70”;

(3)

Is-sena tal-manifattura;

(4)

L-isem tal-manifattur jew it-trejdmark, in-numru ta’ reġistrazzjoni kummerċjali u l-post tal-manifattura;

(5)

Identifikatur tat-tip u d-daqs tal-prodott;

(6)

Effiċjenza idrawlika tal-pompa (%) bimpulsur mirqum [xx,x], jew alternattivament, l-indikazzjoni [–.-];

(7)

Il-kurvi ta’ prestazzjoni tal-pompa, inklużi karatteristiċi tal-effiċjenza;

(8)

Test standard: “L-effiċjenza ta’ pompa b’impulsur mirqum hija ġeneralment iktar baxxa minn dik ta’ pompa b’impulsur ta’ dijametru sħiħ (jiġifieri mhux mirqum). It-tirqim tal-impulsur jadatta l-pompa għal punt fiss ta’ funzjonament, li jwassal għal inqas konsum ta’ enerġija. L-indiċi tal-effiċjenza minima (MEI) huwa bbażat fuq id-dijametru ta’ “impulsur ta’ dijametru sħiħ”;

(9)

Test standard: “It-tħaddim ta’ din il-pompa tal-ilma li jkollha punti varjabbli ta’ funzjonament jista’ jkun iktar effiċjenti u ekonomiku meta jkun ikkontrollat, per eżempju, bl-użu ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli li tadatta l-funzjonament tal-pompa għas-sistema”;

(10)

Informazzjoni rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tal-pompa;

(11)

Test standard għall-pompi tal-ilma ddisinjati biss għall-ippumpjar ta’ ilma nadif b’temperaturi ta’ inqas minn – 10 °C: “Ddisinjati għal użu biss btemperaturi tainqas minn – 10 °C”;

(12)

Test standard għall-pompi tal-ilma ddisinjati biss għall-ippumpjar ta’ ilma nadif f’temperaturi ogħla minn 120 °C: “Ddisinjati għal użu biss ftemperaturi ogħla minn 120 °C”;

(13)

Għal pompi ddisinjati speċifikament għall-ippumpjar tal-ilma nadif b’temperaturi ta’ inqas minn – 10 jew ogħla minn 120 °C, il-manifattur għandu jiddeskrivi l-parametri tekniċi rilevanti u l-karatteristiċi użati;

(14)

Test standard: “informazzjoni dwar l-effiċjenza ta’ referenza hija disponibbli fuq [www.xxxxxxxxx.xxx]”;

(15)

Il-graff tal-effiċjenza ta’ referenza għal MEI = 0,7 abbażi tal-mudell tal-pompa huwa indikat fil-Grafika1. Graffs simili tal-effiċjenza għandhom ikunu pprovduti għal MEI = 0,4.

Grafika

Eżempju ta’ graff tal-effiċjenza ta’ referenza għall-ESOB 2900

Image

Tista’ tingħata aktar informazzjoni li tista’ tiġi kkumplimentata minn graffs, grafiki jew simboli.


ANNESS III

Kejl u kalkoli

Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta’ standards armonizzati li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodu affidabbli, akkurat u riproduċibbli ieħor, li jqis il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, u li rriżultati tagħhom jitqiesu li għandhom livell baxx ta’ inċertezza. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi:

L-effiċjenza idrawlika tal-pompa kif definita fl-Anness I hija mkejla bil-head u l-fluss li jikkorrispondu għall-punt tal-aħjar effiċjenza (BEP), part load (PL) u over load (OL) għad-dijametru b’full impulsur b’ilma kiesaħ nadif.

Il-formola għall-kalkolu tal-effiċjenza minima meħtieġa fil-punt tal-aħjar effiċjenza (BEP) hija kif ġej:Formula

Fejn,

x = ln (ns); y = ln (Q) u ln = logaritmu naturali (natural logarithm) u Q = fluss f’ [m3/h]; ns = veloċità speċifika (specific speed) f’ [min–1]; C = il-valur indikat fit-Tabella.

Il-valur ta’ C jiddependi fuq it-tip ta’ pompa u l-veloċità nominali, u anke l-valur MEI.

Tabella

Indiċi tal-effiċjenza minima (MEI) u l-valur C korrisondenti, skont it-tip u l-veloċità tal-pompa

C-value għall-MEI

CPumpType,rpm

MEI = 0,10

MEI = 0,40

C (ESOB, 1 450 )

132,58

128,07

C (ESOB, 2 900 )

135,60

130,27

C (ESCC, 1 450 )

132,74

128,46

C (ESCC, 2 900 )

135,93

130,77

C (ESCCI, 1 450 )

136,67

132,30

C (ESCCI, 2 900 )

139,45

133,69

C (MS-V, 2 900 )

138,19

133,95

C (MSS, 2 900 )

134,31

128,79

Ir-rekwiżiti għall-kundizzjonijiet part load (PL) u over load (OL) huma stabbiliti f’livelli ftit aktar baxxi minn dawk għal fluss ta’ 100 % (ηΒΕΡ).

L-effiċjenzi kollha huma bbażati fuq impulsur sħiħ (mhux mirqum). Pompi tal-ilma b’diversi stadji bi fluss vertikali għandhom ikunu ttestjati b’verżjoni ta’ tliet (3) stadji (i = 3). Pompi tal-ilma sommerġibbli b’diversi stadji għandhom ikunu ttestjati b’verżjoni ta’ disa’ (9) stadji (i = 9). Jekk dan l-għadd ta’ stadji ma jeżistix fost il-varjetà speċifika tal-prodott, għandu jintgħażel sabiex ikun ittestjat l-ogħla għadd li jmiss ta’ stadji fil-varjetà tal-prodott.


ANNESS IV

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità unika waħda għal kull mudell u għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-ittestjar lill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra;

2.

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, jekk l-effiċjenza idrawlika tal-pompa mkejla f’kull waħda mill-kundizzjonijiet BEP, PL u OL (ηΒΕΡ, ηΡL, ηΟL) ma tvarjax b’iktar minn 5 % taħt il-valuri stipulati fl-Anness II.

3.

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq għandha tittestja b’mod aleatorju tliet unitajiet addizzjonali u tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-ittestjar lill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni Ewropea.

4.

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, jekk il-pompa tgħaddi mit-tliet testijiet separati li ġejjin, jekk:

il-medja aritmetika tal-BEP (ηΒΕΡ) tat-tliet unitajiet ma tvarjax b’iktar minn 5 % taħt il-valuri stipulati fl-Anness II u;

il-medja aritmetika tal-PL (ηΡL) tat-tliet unitajiet ma tvarjax b’iktar minn 5 % taħt il-valuri stipulati fl-Anness II u;

il-medja aritmetika tal-OL (ηΟL) tat-tliet unitajiet ma tvarjax b’iktar minn 5 % taħt il-valuri stipulati fl-Anness II.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament.

Għall-fini ta’ konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament u l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz ta’ metodi oħra ta’ kejl u kalkolu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli u li jipproduċu riżultati meqjusa li għandhom livell baxx ta’ inċertezza.


ANNESS V

Punti ta’ referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 6

Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-punt ta’ referenza indikattiv għall-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-pompi tal-ilma huwa indiċi ta’ effiċjenza minima (MEI) ≥ 0,70.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 548/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li huma konsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li, b'konformità mal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ikkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IT-TALBA

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex l-importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fil-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, tagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(2)

It-talba saret fis-17 ta' April 2012 minn Société BIC, produttur tal-Unjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew.

B.   IL-PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni huwa lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 9613 10 00 u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”).

(4)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkonsenjat mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Vjetnam u sew jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

C.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa u li possibbilment qed jiġu evitati huma l-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 (2).

(6)

Investigazzjoni ta' ċirkomvenzjoni fuq l-importazzjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew u ta' lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, saret ukoll fl-1998-1999 u din wasslet biex id-dazju jiġi estiż għall-importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' ċerti lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew u li mhumiex riutilizzabbli, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jew huma kkonsenjati minn jew joriġinaw fit-Tajwan, u għall-importazzjonijiet ta' lighters li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li huma kkonsenjati minn jew joriġinaw fit-Tajwan (3).

D.   IR-RAĠUNIJIET

(7)

It-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qed jiġu evitati permezz ta' operazzjonijiet tal-immuntar fil-Vjetnam.

(8)

L-evidenza prima facie mressqa hija din:

(9)

It-talba turi li wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, kien hemm bidla sinifikanti fil-mod kif isir il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-Vjetnam lejn l-Unjoni, u din il-bidla m'għandhiex raġuni jew ġustifikazzjoni b'saħħitha biżżejjed, għajr dik tal-impożizzjoni tad-dazju.

(10)

Din il-bidla jidher li ġejja minn operazzjonijiet tal-immuntar fil-Vjetnam ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew.

(11)

Barra minn hekk, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiddgħajfu kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. Volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(12)

Fl-aħħar nett, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat huma oġġett ta' dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat.

(13)

Jekk il-prattiki ta' ċirkomvenzjoni mill-Vjetnam koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr l-operazzjonijiet tal-immuntar, ikunu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri wkoll dawn il-prattiki.

E.   IL-PROĊEDURA

(14)

Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u biex l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Vjetnam u sew jekk le, tagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Il-kwestjonarji

(15)

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-esportaturi/produtturi fil-Vjetnam, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-importaturi fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Vjetnam. Kif xieraq, l-informazzjoni tista' tintalab ukoll mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(16)

F'kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, sakemm il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(17)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Vjetnam se jiġu mgħarrfa dwar il-bidu ta' investigazzjoni.

(b)   Il-ġbir ta' informazzjoni u s-seduti ta' smigħ

(18)

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jagħtu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

(c)   Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(19)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma jkunx fiha ċirkomvenzjoni.

(20)

Billi l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni qed isseħħ barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, għal produtturi fil-Vjetnam ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li jistgħu juru li mhumiex relatati (4) ma' kwalunkwe prodottur soġġett għall-miżuri (5) u li nstabu li mhumiex involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif definiti fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   IR-REĠISTRAZZJONI

(21)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' ċirkomvenzjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji tal-anti-dumping mid-data meta tiġi imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn ikkonsenjati mil-Vjetnam.

G.   IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(22)

Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati limiti taż-żmien li matulhom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu l-kwestjonarju mimli jew kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha titqies matul l-investigazzjoni,

il-produtturi fil-Vjetnam jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(23)

Qed tinġibed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H.   NUQQAS TA' KOPERAZZJONI

(24)

F'każijiet li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

(25)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, dik l-informazzjoni għandha tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

(26)

Jekk parti interessata ma tikkoperax jew tikkopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu ibbażati fuq il-fatti disponibbli b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din kienet ikkoperat.

I.   L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(27)

L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

J.   L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(28)

Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (6).

K.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(29)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

(30)

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti opportunitajiet ukoll biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji.

(31)

Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' dan qed tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9613 10 00 (kodiċi TARIC 9613100012, qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, għandhom jieħdu l-passi xierqa ħalli jirreġistraw l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni, permezz ta' regolament, tista' titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-partijiet interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom iridu jitqiesu waqt l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu l-kwestjonarju mimli jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

3.   Il-produtturi fil-Vjetnam li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jistemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

5.   Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tagħhom. Madankollu, kull Prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw il-kwestjonarju mimli għandhom jitressqu fuq karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tagħti s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence.

Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, il-kwestjonarju mimli u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata “Ristrett (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali li trid tkun immarkata “Għal spezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 4/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-faks: +32 2 29 93988

L-indirizz elettroniku: trade-lighters-circumvention@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 326, 12.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 1.

(4)  B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew tal-kwoti tal-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma, huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw direttament jew indirettament terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma' kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri anti-dumping oriġinali), xorta waħda tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji soġġetta għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew intużat biex ikun hemm ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/41


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 549/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

62,0

ZZ

62,0

0707 00 05

MK

18,0

TR

95,4

ZZ

56,7

0709 93 10

TR

99,4

ZZ

99,4

0805 50 10

AR

72,8

TR

91,2

UY

96,4

ZA

90,3

ZZ

87,7

0808 10 80

AR

151,5

BR

93,1

CH

68,9

CL

100,3

NZ

130,7

US

121,2

UY

61,6

ZA

97,0

ZZ

103,0

0809 10 00

TR

212,4

ZZ

212,4

0809 29 00

TR

404,0

ZZ

404,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 550/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 526/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 160, 21.6.2012, p. 16.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Ġunju 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

37,58

0,00

1701 12 90  (1)

37,58

3,33

1701 13 10  (1)

37,58

0,01

1701 13 90  (1)

37,58

3,63

1701 14 10  (1)

37,58

0,01

1701 14 90  (1)

37,58

3,63

1701 91 00  (2)

46,85

3,41

1701 99 10  (2)

46,85

0,28

1701 99 90  (2)

46,85

0,28

1702 90 95  (3)

0,47

0,23


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/322/PESK

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

(2)

Jeħtieġ li tiġi żviluppata aktar l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3)(b) u tal-Artikolu 1a(2)(b) tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(3)(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-għoti, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sirja.”;

(2)

L-Artikolu 1a(2)(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sirja.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ġunju 2012

li tneħħi s-sospensjoni ta’ impenji mill-Fond ta' Koeżjoni għall-Ungerija

(2012/323/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1084/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1084/2006 jistipula l-kondizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għall-għajnuna mill-Fond ta' Koeżjoni. Taħt il-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jissospendi t-totalità tal-impenji mill-Fond ta’ Koeżjoni jew parti minnhom għall-Istat Membru kkonċernat b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-deċiżjoni ta' sospensjoni jekk ikun ġie stabbilit f'konformità mal-Artikolu 126(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) li l-Istat Membru kkonċernat ma ħax azzjoni effettiva b'risposta għal Rakkomadazzjoni tal-Kunsill magħmula taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE.

(2)

Fil-5 ta Lulju 2004, bid-Deċiżjoni 2004/918/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fl-Ungerija (2) il-Kunsill iddeċieda, f'konformità mal-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (“TKE”) li fl-Ungerija kien hemm defiċit eċċessiv. Il-Kunsill adotta l-ewwel rakkomandazzjoni fil-5 ta' Lulju 2004, it-tieni rakkomandazzjoni fit-8 ta' Marzu 2005 u t-tielet rakkomandazzjoni fl-10 ta' Ottubru 2006, li kollha kienu indirizzati lill-Ungerija f'konformità mal-Artikolu 104(7) tat-TKE. Fis-7 ta' Lulju 2009 il-Kunsill adotta r-raba’ rakkomandazzjoni simili tagħha ("Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2009") bl-għan li tintemm il-qagħda ta' defiċit eċċessiv tal-gvern sa mhux aktar tard mill-2011.

(3)

Fl-24 ta Jannar 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/139/UE li tistabbilixxi jekk itteħditx azzjoni effettiva mill-Ungerija b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 (3) f'konformità mal-Artikolu 126(8) tat-TFUE, li stabbilixxiet li l-Ungerija ma kinitx ħadet azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv tal-gvern b'risposta għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2009 fil-perjodu stipulat fiha.

(4)

Fit-13 ta' Marzu 2012, b'Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/156/UE li tissospendi l-impenji mill-Fond tal-Koeżjoni għall-Ungerija b’effett mill- 1 ta’ Jannar 2013 (4), il-Kunsill iddeċieda li jissospendi parti mill-impenji mill-Fond ta' Koeżjoni b'effett mill-1 ta' Jannar 2013 f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1084/2006. Id-deċiżjoni dwar l-ammont ta' impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni li se jkunu sospiżi bl-għan li jiġi żgurat li s-sospensjoni tkun kemm effettiva kif ukoll proporzjonata, filwaqt li titqies il-qagħda ekonomika globali attwali fl-Unjoni u l-importanza relattiva tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill qies xieraq, fil-każ tal-ewwel applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1084/2006 għal Stat Membru partikolari, jiġifieri l-Ungerija, li l-ammont ikun iffissat għal 50 % tal-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-2013, mingħajr ma jinqabeż il-livell massimu ta' 0,5 % tal-PDG nominali ta’ dak l-Istat Membru kif previst mis-servizzi tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kunsill iddeċieda li jissospendi EUR 495 184 000 f'impenji mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-Ungerija b'effett mill-1 ta' Jannnar 2013.

(5)

Ukoll fit-13 ta’ Marzu, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni riveduta għall-Ungerija f'konformità mal-Artikolu 126(7) tat-TFUE (“Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2012”), li tiffissa l-2012 bħala l-iskadenza biex tintemm il-qagħda ta' defiċit eċċessiv tal-gvern. Speċifikament, ġie rrakkomandat lill-Ungerija biex tagħmel sforz fiskali addizzjonali ta' mill-inqas 0,5 % tal-PDG, abbażi tal-ispeċifikazzjoni u l-implimentazzjoni ulterjuri ta’ miżuri ta' konsolidament ta' natura strutturali, biex tiżgura l-ksib tal-mira tad-defiċit għall-2012 ta' 2,5 % tal-PDG; talloka l-gwadanji possibbli mhux previsti għat-titjib tal-bilanċ nominali; tieħu l-miżuri addizzjonali ta' natura strutturali li jkunu meħtieġa sabiex tiżgura li d-defiċit fl-2013 jibqa' ferm inqas mil-limitu tat-3 % tal-PDG; u tinkorpora biżżejjed dispożizzjonijiet ta’ riżerva fil-liġijiet dwar il-baġit li ġejjin. Fl-istess waqt, il-Kunsill issottolinja li l-aġġustament baġitarju għandu jikkontribwixxi biex jibda jsir tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn tal-gvern u li għandu bżonn ikun appoġġat bit-titjib propost fil-qafas ta' governanza fiskali.

(6)

Fit-23 ta' April 2012, l-Ungerija ppreżentat l-aġġornament annwali tagħha tal-programm ta' konverġenza tagħha li jissottolinja l-istrateġija baġitarja tagħha biex tiżgura l-korrezzjoni sostenibbli tad-defiċit eċċessiv sal-iskadenza tal-2012. Il-miri uffiċjali ta’ defiċit u l-isforzi fiskali ppjanati jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2012. Il-programm jikkonferma l-objettiv preċedenti għal terminu medju ta' 1,5 % tal-PDG, li huwa ppjanat li jikseb sal-2013. Skont l-aġġornament, id-dejn pubbliku qiegħed kontinwament jitnaqqas matul il-perjodu tal-programm għal 77 % tal-PDG fl-2013 u taħt it-73 % tal-PDG fl-2015. Fir-rigward tar-riforma tal-governanza fiskali, l-awtoritajiet ħabbru li se jippreżentaw l-emendi meħtieġa lill-Parlament matul is-sessjoni tar-Rebbiegħa.

(7)

Abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta' Mejju 2012, li l-Ungerija ħadet l-azzjoni korrettiva meħtieġa, li tirrappreżenta progress adegwat lejn il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. B'mod partikolari, id-defiċit tal-baġit huwa mistenni li jilħaq it-2,5 % tal-PDG fl-2012 u jibqa' ferm inqas mit-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG fl-2013, kif ġie rrakkomandat mill-Kunsill f'Marzu. Speċifikament, meta titqies ukoll l-informazzjoni kollha disponibbli għall-pubbliku pprovduta mill-Gvern minn nofs Marzu 'l hawn, id-defiċit tal-2013 huwa previst mis-servizzi tal-Kummissjoni li se jilħaq 2,7 % tal-PDG. B’kont meħud ukoll tal-effett tar-reviżjonijiet għat-tkabbir potenzjali tal-PDG u d-devjazzjoni prevista minn elastiċitajiet standard tat-taxxa, l-isforz fiskali fl-2012 jista' jitqies ġeneralment konformi ma' dak li kien meħtieġ. L-użu ta' introjti mhux previsti u l-inkorporazzjoni ta' biżżejjed dispożizzjonijiet ta’ riżerva fil-baġits li ġejjin għad iridu jiġu provati. Abbażi tal-previżjoni tar-Rebbiegħa għall-2012, id-dejn ġenerali tal-gvern huwa mistenni li jonqos għal 78,5 % tal-PDG fl-2012 u li jonqos kemxejn iktar fl-2013. Fl-aħħar, sar xi progress fit-titjib tal-qafas ta' governanza fiskali, iżda r-riformi importanti għad iridu jiġu mfassla u adottati qabel ma tispiċċa s-sessjoni tar-rebbiegħa tal-Parlament. F'dan il-kuntest u wkoll fid-dawl ta’ data agħar milli mistenni dwar it-tkabbir għall-ewwel tliet xhur tas-sena, il-Kummissjoni se tkompli b’monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi baġitarji fl-Ungerija.

(8)

Ġeneralment, l-Ungerija ħadet l-azzjoni korrettiva meħtieġa b'risposta għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2012 biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-iskadenza stipulata mill-Kunsill. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/156/UE li tissospendi parti mill-impenji mill-Fond ta’ Koeżjoni għandha tiġi abrogata.

(9)

Jekk, fi kwalunkwe mument, qabel l-abrogazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv taħt l-Artikolu 126(12) tat-TFUE, l-azzjoni meħuda tkun qed tirriżulta bħala inadegwata, il-Kunsill għandu, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jadotta Deċiżjoni ġdida taħt l-Artikolu 126(8) tat-TFUE. F’tali każ, huwa jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni li tissospendi l-impenji tal-Fond ta’ Koeżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sospensjoni parzjali tal-impenji mill-Fond ta' Koeżjoni għall-Ungerija stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/156/UE hija b’dan imneħħija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79.

(2)  ĠU L 389, 30.12.2004, p. 27.

(3)  ĠU L 66, 6.3.2012, p. 6.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2012, p. 19.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/324/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/784/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1) (EUPOL COPPS) li kienet estiża l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK (2) u skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(2)

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/784/PESK (3) li kompliet il-missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta’ Jannar 2011 u li ġiet emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2011/858/PESK (4). Id-Deċiżjoni 2010/784/PESK tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Fl-4 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) irrakkomanda estensjoni tal-EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(4)

L-EUPOL COPPS għandha tiġi estiża ulterjorment mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(6)

L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/784/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 13(1) jiżdied is-subparagrfu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun EUR 9 330 000.”.

(2)

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

(2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 76.

(3)  ĠU L 335, 18.12.2010, p. 60.

(4)  ĠU L 338, 21.12.2011, p. 54.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/325/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/450/PESK (1) li taħtar lis-Sinjura Rosalind MARSDEN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan.

(2)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/499/PESK (2) li emendat il-mandat u t-titlu tar-RSUE fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-indipendenza mis-Sudan t’Isfel. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif hemm imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sinjura Rosalind MARSDEN bħala r-RSUE għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fir-rigward tas-Sudan u s-Sudan t’Isfel, b’ħidma mal-Gvernijiet tagħhom, l-Unjoni Afrikana (UA) u n-Nazzjonijiet Uniti (NU) u partijiet interessati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali oħra, biex tinkiseb koeżistenza paċifika bejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel abbażi tal-prinċipju ta’ żewġ stati vijabbli, paċifiċi u prosperi. L-objettivi ta’ politika tal-Unjoni jinkludu kontribut attiv għas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet tal-Ftehim ta’ Paċi Komprensiv (CPA) u ta’ wara s-CPA u għajnuna għall-partiti biex jimplimentaw dak li ntlaħaq qbil dwaru; appoġġ għall-isforzi biex tiġi stabbilizzata ż-żona tal-fruntiera volatili tramuntana-nofsinhar; promozzjoni tal-bini ta’ istituzzjonijiet u trawwim ta’ stabbiltà, sigurtà u żvilupp fis-Sudan t’Isfel; tiġi ffaċilitata soluzzjoni politika għall-kunflitt f’Darfur; promozzjoni tal-isforzi biex jissolva l-kunflitt fil-Kordofan tan-Nofsinhar u fl-Istati tal-Blue Nile; promozzjoni tal-governanza demokratika, ir-responsabbiltà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża kooperazzjoni sħiħa mal-Qorti Kriminali Internazzjonali; titjib tal-impenn fis-Sudan tal-Lvant; u titjib tal-aċċess umanitarju fis-Sudan u s-Sudan t’Isfel kollu.

Barra minn hekk, il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettiv ta’ politika tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ theddid għall-istabbiltà tas-Sudan t’Isfel u r-reġjun usa’ ppreżentat mil-Lord’s Resistance Army (LRA).

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

issir ħidma mal-Gvern tas-Sudan, il-Gvern tas-Sudan t’Isfel, il-partiti politiċi Sudaniżi u tas-Sudan t’Isfel, il-movimenti armati u ribelli fis-Sudan u s-Sudan t’Isfel, kif ukoll is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet mhux governattivi, bil-għan li jitwettqu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni;

(b)

tinżamm kooperazzjoni mill-qrib man-NU, inkluż il-Missjoni tan-NU fis-Sudan t’Isfel (UNMISS), il-Forza tas-Sigurtà Interim tan-NU għal Abyei (UNISFA) u l-Mibgħut Speċjali tan-NU, l-UA u b’mod partikolari l-Grupp ta’ Implimentazzjoni ta’ Livell Għoli tal-UA għas-Sudan (AUHIP), l-operazzjoni ibrida tal-UA/NU (UNAMID), il-Lega tal-Istati Għarab (LAS), l-Aġenzija Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), u partijiet interessati oħra reġjonali u internazzjonali ewlenin;

(c)

tiġi rrappreżentata l-Unjoni u jiġu promossi l-objettivi ta’ politika u l-pożizzjonijiet tagħha fil-fora internazzjonali u pubbliċi, kif adatt;

(d)

isir kontribut għal aktar koerenza u effettività tal-politika tal-Unjoni lejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel, filwaqt li jiġi promoss approċċ internazzjonali konsistenti lejn iż-żewġ pajjiżi;

(e)

jingħata kontribut fl-isforzi ta’ medjazzjoni internazzjonali mmexxija mill-AUHIP biex jiġi ffaċilitat qbil bejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel dwar kwistjonijiet pendenti ta’ wara s-CPA u biex tinstab soluzzjoni politika inklussiva għall-kunflitt kontinwu fil-Kordofan tan-Nofsinhar u l-Istati tal-Blue Nile;

(f)

tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet maqbulin skont is-CPA u l-implimentazzjoni eventwali tal-ftehimiet dwar kwistjonijiet ta’ wara s-CPA;

(g)

jiġi promoss il-bini tal-istituzzjonijiet fis-Sudan t’Isfel;

(h)

jingħata kontribut għal sforzi internazzjonali biex jiġi ffaċilitat ftehim ta’ paċi komprensiv, inklużiv u dejjiemi għal Darfur u tiġi promossal-implimentazzjoni tad-Dokument ta’ Doha, b’ħidma mill-qrib man-NU, l-UA, il-Gvern tal-Qatar u partijiet interessati internazzjonali oħra, kif meħtieġ;

(i)

jiġi promoss ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem billi jinżammu kuntatti regolari mal-awtoritajiet rilevanti fis-Sudan u s-Sudan t’Isfel, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem attivi fir-reġjun;

(j)

jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom u l-politika tal-Unjoni dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 (2000) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz tal-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll l-ifformular ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward;

(k)

jingħata kontribut għall-implimentazzjoni ta’ approċċ komprensiv tal-Unjoni għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel kif maqbul mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-20 ta’ Ġunju 2011;

(l)

jingħata kontribut, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), lill-impenn tal-UE mal-partijiet interessati rilevanti kollha biex jingħata appoġġ lill-isforzi għall-mitigazzjoni u l-eliminazzjoni t-theddida għaċ-ċittadini u l-istabbiltà fis-Sudan t’Isfel u r-reġjun usa’ ppreżentat mil-LRA;

(m)

ikun hemm segwitu u tirrapporta dwar il-konformità tal-partiti Sudaniżi u tas-Sudan t’Isfel mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Sigurtà tan-Nazzjonijet Uniti rilevanti, partikolarment 1556 (2004), 1564 (2004), 1590 (2005), 1591 (2005), 1593 (2005), 1612 (2005), 1663 (2006), 1672 (2006), 1679 (2006), 1769 (2007), 1778 (2007), 1881 (2009), 1882 (2009), 1891 (2009), 1919 (2010), 1990 (2011), 1996 (2011), 2024 (2011), 2046 (2012).

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li taġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandha taħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-SEAE u d-dipartimenti relevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 1 900 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandha tkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Struttura u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u tal-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandha tkun responsabbli għat-twaqqif ta’ grupp. Il-grupp għandu jinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika u ta’ sigurtà kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandha żżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-grupp.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jiġi kopert mill-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew is-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni tal-Unjoni li tibgħat jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tagħha għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiż/pajjiżi ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (3).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif meħtieġ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal immobilizzat barra l-Unjoni f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tagħha, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

tistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

tiżgura li l-persunal kollu mmobbilizzat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

tiżgura li l-membri kollha tal-grupp tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel ma jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

tiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

1.   Ir-RSUE għandha tipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandha tirrapporta wkoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill kif ikun meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE tista’ tipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.

2.   Ir-RSUE għandha tirrapporta regolarment lill-KPS dwar is-sitwazzjoni f’Darfur u dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u s-Sudan t’Isfel.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandha tikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandha tgħin sabiex tassigura li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet tal-Istati Membri jiġu użati konsistentement, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun. Ir-RSUE għandha tipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

2.   Fil-post, għandu jinżamm kuntatt mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, inkluż f’Khartoum, f’Juba, f’Addis Ababa u New York u mal-Kapijiet ta’ Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha. Ir-RSUE għandha wkoll iżżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

3.   Ir-RSUE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Juba, għandha tipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni ta’ EUAVSEC-Sudan t’Isfel. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 13

Analiżi

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu analizzati regolarment. Ir-RSUE għandha tippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2012 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 211, 12.8.2010, p. 42.

(2)  ĠU L 206, 11.8.2011, p. 50.

(3)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/326/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/518/PESK (1) li taħtar lis-Sur Philippe LEFORT bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Philippe LEFORT bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja huwa b’hekk estiż sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jiġi terminat qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni għall-Kawkasu tan-Nofsinhar, inklużi l-objettivi disposti fil-Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew fi Brussell tal-1 ta’ Settembru 2008 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2008, kif ukoll dawk tas-27 ta’ Frar 2012. Dawk l-objettivi jinkludu:

(a)

f’konformità mal-mekkaniżmi eżistenti, inklużi l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Grupp ta’ Minsk tagħha, li ssir prevenzjoni ta’ konflitti fir-reġjun, li jingħata kontribut għal soluzzjoni paċifika tal-konflitti fir-reġjun, inklużi l-kriżi fil-Ġeorġja u l-konflitt f’Nagorno-Karabakh, permezz tal-promozzjoni tar-ritorn tar-refuġjati u ta’ persuni spostati f’pajjiżhom u permezz ta’ mezzi oħra adatti, u li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ tali soluzzjoni f’konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali;

(b)

li jkun hemm impenn kostruttiv mal-atturi ewlenin interessati fir-rigward tar-reġjun;

(c)

li titħeġġeġ u tiġi appoġġata aktar il-kooperazzjoni bejn l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja, u, skont il-każ, il-pajjiżi ġirien tagħhom;

(d)

li jittejbu l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun:

(a)

li jiżviluppa kuntatti mal-gvernijiet, il-parlamenti, atturi politiċi ewlenin oħra, il-ġudikatura u s-soċjetà ċivili fir-reġjun;

(b)

li iħeġġeġ lill-pajjiżi fir-reġjun biex jikkooperaw dwar temi reġjonali ta’ interess komuni, bħal theddid komuni għas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu u l-kriminalità organizzata;

(c)

li jikkontribwixxi għas-soluzzjoni paċifika tal-konflitti f’konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali u jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ tali soluzzjoni f’koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti, mal-OSCE u l-Grupp ta’ Minsk tagħha;

(d)

fir-rigward tal-kriżi fil-Ġeorġja:

(i)

li jgħin fit-tħejjija tad-diskussjonijiet internazzjonali li jsiru taħt il-punt 6 tal-pjan ta’ soluzzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2008 (“Diskussjoni Internazzjonali ta’ Ġinevra”) u l-miżuri tiegħu ta’ implimentazzjoni tat-8 ta’ Settembru 2008, ukoll dwar arranġamenti għas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun, il-kwistjoni tar-refuġjati u ta’ persuni spostati f’pajjiżhom, abbażi tal-prinċipji rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, u kwalunkwe suġġett ieħor, bi qbil komuni bejn il-partijiet,

(ii)

li jgħin biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni u jirrappreżentaha, fil-livell tar-RSUE, fid-diskussjonijiet imsemmija fil-punt (i), u

(iii)

li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ soluzzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2008 u tal-miżuri tiegħu ta’ implimentazzjoni tat-8 ta’ Settembru 2008;

(e)

li jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bini ta’ fiduċja;

(f)

li jgħin fit-tħejjija, skont il-każ, tal-kontributi tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni possibbli tal-konflitt;

(g)

li jintensifika d-djalogu tal-Unjoni mal-atturi ewlenin ikkonċernati fir-rigward tar-reġjun;

(h)

li jassisti lill-Unjoni fl-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva lejn il-Kawkasu tan-Nofsinhar;

(i)

li, fil-qafas tal-attivitajiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f’żoni milquta minn konflitti, speċjalment bil-monitoraġġ u t-trattament tal-iżviluppi f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti relevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 2 000 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli mill-1 ta’ Lulju 2012. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Kostitizzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u tal-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għat-twaqqif ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tibagħtu jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti jew partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tar-RSUE u skont is-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-SEAE, li jipprovdi għal miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprovdi għal pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra mill-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lill-KPS u lir-RGħ rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport, kif meħtieġ, lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-KPS jew tar-RGħ, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin sabiex ikun assigurat illi l-istrumenti kollha tal-Unjoni l-azzjonijiet tal-Istati Membri jkunu wżati konsistentement, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri, li għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Ġeorġja, għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għall-EUMM Georgia għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2012 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat tar-RSUE.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 221, 27.8.2011, p. 5.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/327/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/424/PESK (1) li taħtar lis-Sur Bernardino LEÓN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-RSUE) għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Bernardino LEÓN bħala r-RSUE)għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtá (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Viċinat tan-Nofsinhar kif stipulati fid-Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar u l-11 ta’ Marzu 2011, fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta’ Marzu 2011 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar u l-20 ta’ Ġunju 2011, u b’kont meħud tal-proposti tar-RGħ u tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħhom tat-8 ta’ Marzu u l-25 ta’ Mejju 2011.

Dawk l-objettivi jinkludu:

(a)

t-tisħiħ tad-djalogu politiku tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għas-sħubija u r-relazzjoni usa’ mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, partikolarment dawk li għaddejin minn riforma politika u transizzjoni għad-demokrazija.

(b)

kontribut għar-rispons tal-Unjoni għall-iżviluppi fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, partikolarment dawk li għaddejin minn riforma politika u transizzjoni għad-demokrazija b’mod partikolari billi jsaħħu d-demokrazija u t-tiswir ta’ istituzzjonijiet, tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, tal-paċi u ta’ kooperazzjoni reġjonali, anke permezz tal-politika tal-Viċinat Ewropew u tal-Unjoni għall-Mediterran;

(c)

it-tisħiħ tal-effikaċja, preżenza u viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun u fil-fora internazzjonali rilevanti.

(d)

l-istabbiliment ta’ koordinazzjoni mill-qrib ma’ msieħba lokali rilevanti u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali bħall-Unjoni Afrikana, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Islamika, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rilevanti, in-Nazzjonijiet Uniti u s-settur privat.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

isaħħaħ ir-rwol politiku ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran partikolarment dawk li għaddejin minn riforma politika u transizzjoni għad-demokrazija, b’mod partikolari billi jsaħħaħ id-djalogu mal-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili u interlokuturi rilevanti oħrajn, u jippromwovi l-għarfien fost l-imsieħba fl-approċċ tal-Unjoni;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet kollha involuti fil-proċess ta’ trasformazzjoni demokratika fir-reġjun, jippromwovi l-istabbilizzazzjoni u r-rikonċiljazzjoni b’rispett sħiħ tal-appartenenzi lokali u jikkontribwixxi għall-maniġġar u l-prevenzjoni ta’ kriżijiet;

(c)

jikkontribwixxi għal koerenza, konsistenza u koordinazzjoni aħjar tal-linji ta’ politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tar-reġjun;

(d)

jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-koordinazzjoni ma’ msieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali u għas-sostenn tal-kooperazzjoni reġjonali. Jgħin lir-RGħ, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mill-Istati Membri, b’kontribut fil-ħidma tat-Task Force u laqgħat ta’ segwitu għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran;

(e)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun, anke tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u tfajliet u fil-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u għall-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, anke bil-monitoraġġ u r-rappurtar dwar żviluppi, u bit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti relevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 945 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun l-oġġett ta’ kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni Ewropea għal kull infiq.

Artikolu 6

Struttura u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għat-twaqqif ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tibagħtu jew tas-SEAE, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti jew partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri prattikabbli raġonevoli kollha, f’konformità mal-mandat u abbażi tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, partikolarment billi:

(a)

jiġi stabbilit pjan ta’ sigurtà li jkun speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jipprevedi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, u l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprevedi pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiġi żgurat li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiġi żgurat li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiġi żgurat li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u li l-Kunsill, ir-RGħ u l-Kummissjoni jingħatawlhom rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tan-nofs it-terminu u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lill-KPS u lir-RGħ rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-KPS jew tar-RGħ, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin. F’konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista’ jkun involut f’infurmar lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri ikunu użati b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni sħiħa mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ Rappreżentanti Speċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea li jkunu attivi fir-reġjun, inkluż ir-RSUE għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet ta’ Missjonijiet tal-Istati Membri, li għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm kollegament wkoll ma’ atturi oħrajn, kemm internazzjonali kif ukoll reġjonali, fuq il-post.

Artikolu 13

Analiżi

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2012, u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat meta dan jintemm.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 24.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/59


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/328/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/670/PESK (1) biex jaħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

(2)

Il-ħatra ta’ RSUE għall-Asja Ċentrali hija meħtieġa għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(3)

Il-mandat tar-RSUE ser jiġi implimentat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sinjura Patricia FLOR hija b’dan maħtura bħala r-RSUE għall-Asja Ċentrali għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jiġi terminat qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-Asja Ċentrali. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn il-pajjiżi tal-Unjoni u tal-Asja Ċentrali abbażi ta’ valuri u interessi komuni kif jinsabu fi ftehimiet rilevanti;

(b)

kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fir-reġjun;

(c)

kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Asja Ċentrali;

(d)

l-indirizzar ta’ minaċċji ewlenin, speċjalment ta’ problemi speċifiċi b’implikazzjonijiet diretti għall-Ewropa;

(e)

titjib fl-effikaċja u viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun, anke permezz ta’ koordinazzjoni iżjed mill-qrib ma’ sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, bħall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u n-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

tippromwovi l-koordinazzjoni politika tal-Unjoni fuq bażi ġenerali fl-Asja Ċentrali u tgħin biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni fir-reġjun;

(b)

tagħmel monitoraġġ, f’isem ir-RGħ, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u mal-Kummissjoni, tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali, komplementat b’rapporti sussegwenti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali, tagħmel rakkomandazzjonijiet u tirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari;

(c)

tgħin lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva fir-rigward tal-Asja Ċentrali;

(d)

issegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi tiżviluppa u żżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa;

(e)

tħeġġeġ lill-Kazakastan, il-Kirgiztan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan biex jikkooperaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet reġjonali ta’ interess komuni;

(f)

tiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni adatti mal-atturi interessati ewlenin fir-reġjun u mal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai (SCO), il-Komunità Ekonomika Ewrasjana (EURASEC), il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u Miżuri li Jkattru l-Kunfidenza fl-Asja (CICA), l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), il-Programm ta’ Kooperazzjoni Ekonomika Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CAREC) u ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni u Koordinazzjoni Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CARICC);

(g)

tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f’żoni affettwati minn kunflitt, speċjalment permezz tal-monitoraġġ u l-indirizzar tal-iżviluppi f’dan ir-rigward;

(h)

tikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-OSKE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti billi tiżviluppa kuntatti mal-awtoritajiet u ma’ atturi lokali oħra bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, partiti politiċi, minoritajiet, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom;

(i)

tagħti l-kontribut tagħha għall-formulazzjoni ta’ aspetti tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni relattivament għas-sigurtà tal-enerġija, għas-sigurtà fuq il-fruntieri, inklużi l-attivitajiet anti-narkotiċi, u għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, l-ambjent u l-bidla fil-klima fir-rigward tal-Asja Ċentrali;

(j)

tippromwovi s-sigurtà reġjonali ġewwa l-fruntieri tal-Asja Ċentrali hekk kif jibdew jiġu rtirati t-truppi tal-Forza Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurtà (ISAF).

2.   Ir-RSUE għandha tappoġġa l-ħidma tar-RGħ u żżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li taġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandha taħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-SEAE u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 1 120 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandha tkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandha tkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi l-konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandha żżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni mandanti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti/partijiet ospitanti, skont kif ikun meħtieġ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE tingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont kif ikun meħtieġ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, notevolment billi:

(a)

tistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

tiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

tiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel ma jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona tal-missjoni, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

tiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà u tipprovdi lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

Ir-RSUE għandha tipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandha tirrapporta wkoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill skont kif ikun meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE tista’ tipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandha tikkontribwixxi għall-unità, konsistenza u effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandha tgħin sabiex ikun żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu ngaġġati konsistentement, għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk tar-RSUE għall-Afganistan. Ir-RSUE għandha tipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha. Ir-RSUE għandha wkoll iżżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandha tippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2012, u, fi tmiem il-mandat tar-RSUE, rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 275, 6.10.2006, p. 65.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/62


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/329/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar lis-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fl-30 ta’ Ġunju 2012.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perjiodu ieħor ta’ 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Alexander RONDOS bħala r-RSUE għall-Qarn tal-Afrika huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jiġi estiż jew mitmum qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Għall-finijiet tal-mandat tar-RSUE, il-Qarn tal-Afrika hu definit bħala li jkopri: r-Repubblika ta’ Ġibuti, l-Istat tal-Eritrea, ir-Repubblika Demokratika Federali tal-Etjopja, ir-Repubblika tal-Kenja, is-Somalja, ir-Repubblika tas-Sudan, ir-Repubblika tas-Sudan t’Isfel u r-Repubblika tal-Uganda. Għal kwistjonijiet b’implikazzjonijiet reġjonali wiesgħa, inkluża l-piraterija, ir-RSUE għandu jipparteċipa ma’ pajjiżi u entitajiet reġjonali lil hinn mill-Qarn tal-Afrika, kif adatt.

Minħabba l-ħtieġa għal approċċ reġjonali għall-isfidi interrealtati li r-reġjun qed jiffaċċja, ir-RSUE għall-Qarn tal-Afrika għandu jaħdem f’konsultazzjoni mill-qrib mar-RSUE għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel li għandu jżomm ir-responsabbilità prinċipali għal dawk iż-żewġ pajjiżi.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Qarn tal-Afrika kif stabbilit fil-qafas strateġiku tiegħu adottat fl-14 ta’ Novembru 2011 biex jikkontribwixxi b’mod attiv għall-isforzi reġjonali u internazzjonali għall-kisba tal-paċi, is-sigurtà u żvilupp dejjiema fir-reġjun. Ir-RSUE għandu wkoll jimmira biex isaħħaħ il-kwalità, l-intensità, l-impatt u l-viżibilità tal-parteċipazzjoni f’diversi aspetti tal-Unjoni fil-Qarn tal-Afrika.

2.   Għandha tkompli tingħata prijorità lis-Somalja, lid- dimensjonijiet reġjonali tal-kunflitt u lill-piraterija li għandha l-bażi tal-kawżi fl-instabbiltà tas-Somalja.

3.   Fir-rigward tas-Somalja, l-objettivi politiċi tal-Unjoni, permezz tal-użu koordinat u effettiv tal-instrumenti kollha tagħha, għandhom l-għan li jippromwovu ritorn għal mogħdija ta’ paċi u prosperità għas-Somalja u l-poplu tagħha. Għal dik il-fini, l-Unjoni tappoġġa r-rwol tan-Nazzjonitajiet Uniti (NU) fil-faċilitazzjoni ta’ proċess politiku kredibbli u inklużiv immexxi mis-Somalja u ser tkompli tikkontribwixxi b’mod attiv, flimkien mal-imsieħba reġjonali u internazzjonali, għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Ġibuti u l-arranġamenti ta’ wara t-transizzjoni tiegħu.

4.   Fir-rigward tal-piraterija, ir-rwol tar-RSUE għandu jkun li jikkontribwixxi u jimplimenta, approċċ tal-Unjoni koerenti, effettiv u bilanċjat għall-piraterija, li joriġina mis-Somalja, li jinkludi l-aspetti kollha tal-azzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-politika, is-sigurta u ż-żoni taż-żvilupp u biex ikun l-interlokutur ewlieni tal-Unjoni dwar il-piraterija għall-komunità internazzjonali inkluż ir-reġjun tal-Lvant u tan-Nofs inhar tal-Oċejan Afrikan u Indjan (ESA/IO).

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Qarn tal-Afrika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jipparteċipa mal-partijiet interessati kollha tar-reġjun, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali eżistenti, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u d-dijaspori, bil-għan li jitkomplew l-objettivi tal-Unjoni u jikkontribwixxi għal ftehim aħjar tar-rwol tal-Unjoni fir-reġjun;

(b)

jirrapreżenta lill-Unjoni f’fora internazzjonali rilevanti, kif meħtieġ, u jiżgura l-viżibbiltà għall-appoġġ tal-Unjoni fil-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet;

(c)

jinkoraġġixxi u jappoġġa l-kooperazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika effettivi fir-reġjun permezz tas-sħubija tal-Unjoni mal-Unjoni Afrikana (UA) u l-organizzazzjonijiet subreġjonali;

(d)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni lejn il-Qarn tal-Afrika, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), d-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun, u l-Kummissjoni;

(e)

fir-rigward tas-Somalja, u l-ħidma f’koordinazzjoni mill-qrib mal-imsieħba reġjonali u internazzjonali rilevanti, ser jikkontribwixxi b’mod attiv għall-azzjonijiet u l-inizjattivi li jwasslu għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Ġibuti u l-arranġament ta’ wara t-transizzjoni tiegħu, jappoġġa l-bini ta’ istituzzjonijiet, l-istat tad-dritt, u l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ governanza kapaċi fil-livelli kollha; itejjeb is-sigurtà; jippromwovi l-ġustizzja, ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jtejjeb l-aċċess umanitarju, speċjalment fis-Somalja Ċentrali t’Isfel permezz ta’ attivitajiet adatti fir-rigward tar-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali; u, jissalvagwardja l-konformità mal-prinċipji umanitarji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza;

(f)

iżomm il-kooperazzjoni attiva u mill-qrib mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Rappreżentant Speċjali għas-Somalja, jipparteċipa fil-ħidma tal-Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt għas-Somalja u fora rilevanti oħra, u jippromwovi approċċ internazzjonali koordinat u koerenti lejn is-Somalja, inkluż permezz tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għal-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà Somali (EUTM Somalia), l-EUNAVFOR Atalanta, EUCAP Nestor u l-appoġġ kontinwu tal-Unjoni għall-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), b’ħidma mill-qrib mal-Istati Membri;

(g)

isegwi mill-qrib id-dimensjoni reġjonali tal-kriżi tas-Somalja, inklużi t-terroriżmu, il-kontrabandu tal-armi, il-flussi ta’ refuġjati u migrazzjoni, u is-sigurtà marittima, il-piraterija u flussi finanzjarji relatati;

(h)

fir-rigward tal-piraterija, iżomm ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fis-SEAE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u jżomm kuntatti politiċi regolari ta’ livell għoli mal-pajjiżi fir-reġjun milquta mill-piraterija li toriġina fis-Somalja, l-organizzazjonijiet reġjonali, il-Grupp ta’ Kuntatt tan-NU dwar il-Piraterija lil hinn mill-Kosta tas-Somalja, in-NU u atturi ewlenin oħra sabiex ikun żgurat approċċ koerenti u komprensiv għall-piraterija u biex ikun żgurat ir-rwol ewlieni tal-Unjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra l-piraterija. Dan jinkludi l-appoġġ attiv tal-Unjoni għall-bini tal-kapaċità marittima reġjonali u għat-trattament ġudizzjarju tal-pirati, u li jiġi żgurat li l-kawżi bażiċi tal-piraterija fis-Somalja jkunu indirizzati b’mod adegwat. Jinkludi wkoll l-appoġġ kontinwu lir-reġjun ESA/IO fl-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-piraterija u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu kif ukoll il-Kodiċi ta’ Kondotta ta’ Ġibuti;

(i)

isegwi l-iżviluppi politiċi fir-reġjun u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni lejn ir-reġjun, inkluż fir-rigward tal-kwistjoni tal-fruntiera Etijopja-Eritrea u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Alġeri, l-inizjattiva dwar il-Baċin tan-Nil u tħassib ieħor fdak ir-reġjun li għandu impatt fuq is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tiegħu.

(j)

isegwi mill-qrib l-isfidi transkonfini li jolqtu l-Qarn tal-Afrika, inkluża kwalunwe konsegwenza politika jew ta’ sigurtà tal-kriżijiet umanitarji;

(k)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Qarn tal-Afrika, inkluż il-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom u l-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz tal-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll l-ifformular ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward.

2.   Għall-fini tat-twettieq tal-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu, fost l-oħrajn:

(a)

jagħti parir u jirrapporta dwar id-definzzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni fil-fora internazzjonali, kif meħtieġ, sabiex jippromwovi b’mod proattiv l-approċċ komprensiv tal-Unjoni lejn il-Qarn tal-Afrika;

(b)

iżomm ħarsa ġenerali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni u jikkoopera mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti kollha tal-Unjoni;

(c)

jistabbilixxi presenza f’Mogadixu.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-SEAE u d-dipartimenti relevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu minn l-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 4 900 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni dwar l-infiq kollu.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-kostituzzjoni ta’ tim. It-tim għandu jinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika u ta’ sigurtà kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea kkonċernata jew l-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tibgħat jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiż jew il-pajjiżi ospitanti, kif xieraq. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Skont il-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat u mas-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu li jaqa’ taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, partikolarament billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu mmobbilizzat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u li lill-Kunsill, ir-RGħ, u l-Kummissjoni jingħatawlhom rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

1.   Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS b’rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin.

2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta dwar l-aħjar mod sabiex jintlaħqu l-inizjattivi tal-Unjoni, bħall-kontribut tal-Unjoni għar-rifromi, u inklużi l-aspetti politiċi tal-proġetti ta’ żvilupp rilevanti tal-Unjoni, f’koordinazzjoni mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin sabiex ikun assigurar li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjoni tal-Istati Membri jiġu użati konsistentement, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk tar-RSUE oħra attivi fir-reġjun, b’mod partikolari mar-RSUE għas-Sudan, is-Sudan t’Isfel u r-RSUE għall-UA. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni fil-qosor regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lill-missjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

2.   Għandu jinżamm kollegament mill-qrib, fil-qasam, mal-Kapitjiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kmandant tal-Forzi tal-EUNAVFOR Atalanta, il-Kmandant tal-Missjoni tal-EUTM Somalia u l-Kap ta’ EUCAP Nestor. Ir-RSUE, il-Kmandanti tal-Operazzjonijiet tal-UE u l-Kmandanti tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lill xulxin kif meħtieġ.

3.   Ir-RSUE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi involuti, in-NU, l-UA, l-Awtorità Intergovernattivi dwar l-Iżvilupp (IGAD), partijiet interessati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali oħra, u wkoll mas-soċjetà ċivili fir-reġjun.

Artikolu 13

Analiżi

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2012 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/66


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/330/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/426/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/426/PESK (1) li taħtar lis-Sur Peter SØRENSEN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja u Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2015.

(2)

Id-Deċiżjoni 2011/426/PESK ipprovdiet lir-RSUE bl-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012. Għandu jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(3)

Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Ottubru 2011, irriafferma l-impenn tiegħu għat-tisħiħ ulterjuri tas-sostenn tiegħu lill-Bosnja u Ħerzegovina. It-tim tar-RSUE għandu għalhekk jiġi msaħħaħ skont dan sabiex ikollu għad-dispżizzjoni tiegħu il-persunal meħtieġ sabiex jagħti dan is-sostenn.

(4)

Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (EUPM) ser tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2012. Ir-RSUE għandu jieħu responsabbiltà ta’ xi kompiti tal-EUPM fil-qasam tal-istat tad-dritt.

(5)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(6)

Id-Deċiżjoni 2011/426/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni 2011/426/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

jassigura l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fil-firxa kollha tal-attivitajiet fil-qasam tal-istat tad-dritt, l-infurzar tal-ġustizzja u r-riforma tas-settur tas-sigurtà, jippromwovi l-koordinazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta’, u jagħti direzzjoni politika lokali lil, l-isforzi mmexxija mill-Unjoni fis-sostenn lir-riforma tal-pulizija, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-kriminalità trans-konfinali u l-korruzzjoni u, f’dan il-kuntest, jipprovdi lir-RGħ u lill-Kummissjoni b’evalwazzjonjijiet u pariri kif meħtieġ;”.

(2)

L-Artikolu 3(f) huwa mħassar.

(3)

Fl-Artikolu 5(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 5 250 000.”

(4)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Sigurtà

Skont il-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal immobilizzat barra l-Unjoni f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jipprevedi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni u l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprevedi pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli, kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu mmobilizzati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE.

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 30.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/68


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/331/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/168/PESK (1) biex jaħtar lis-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2012.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-RSUE fl-Afganistan huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għolti għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Ir-RSUE għandu jirrappreżenta lill-Unjoni u jippromovi l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-Afganistan, b’koordinazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan. B’mod aktar speċifiku, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u jmexxi l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Afganistan u l-Pakistan, fejn dan ikun jikkonċerna lill-Afganistan, b’hekk jaħdem mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan;

(b)

jappoġġa d-djalogu politiku Unjoni-Afganistan;

(c)

jappoġġa r-rwol ċentrali li għandhom in-Nazzjonijiet Uniti (NU) fl-Afganistan b’enfasi partikolari fuq il-kontribut għal assistenza internazzjonali kkoordinata aħjar, b’hekk jippromovi l-implimentazzjoni tal-London, Kabul u Bonn Conference Communiqués, kif ukoll Riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jitwettaq il-mandat, ir-RSUE għandu, b’kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan:

(a)

jippromovi l-fehmiet tal-Unjoni dwar il-proċess politiku u l-iżviluppi fl-Afganistan;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib, u jappoġġa l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet Afgani rilevanti, b’mod partikolari l-gvern u l-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet lokali. Għandu wkoll jinżamm kuntatt ma’ gruppi politiċi Afgani oħra u atturi rilevanti oħra fl-Afganistan;

(c)

iżomm kuntatt mill-qrib ma’ partijiet interessati internazzjonali u reġjonali rilevanti fl-Afganistan, b’mod partikolari mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u r-Rappreżentant Ċivili Superjuri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u ma’ msieħba u organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn;

(d)

jagħti parir dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Afganistan u l-Pakistan, sa fejn dan jikkonċerna l-Afganistan, u tal-Konferenzi ta’ Kabul u Bonn u konferenzi internazzjonali oħrajn rilevanti, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

il-bini tal-kapaċità ċivili, b’mod partikolari fil-livell sottonazzjonali;

il-governanza tajba u l-istabbiliment tal-istituzzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari ġudikatura indipendenti;

ir-riformi elettorali;

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż it-tisħiħ ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji, tal-armata nazzjonali u tal-forza tal-pulizija;

il-promozzjoni tat-tkabbir, l-aktar permezz tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

ir-rispett għall-obbligi tal-Afganistan għad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu lill-minoranzi u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal;

ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt;

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika u fis-soċjetà ċivili;

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, inkluża l-kooperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-proliferazzjoni tal-armamenti u l-armi ta’ qerda massiva u materjali relatati;

il-faċilitazzjoni ta’ assistenza umanitarja u r-ritorn b’mod ordnat ta’ refuġjati u ta’ persuni spostati internament; u

it-tisħiħ tal-effettività tal-preżenza u l-attivitajiet tal-Unjoni fl-Afganistan u l-kontribut għall-formulazzjoni tar-rapporti ta’ implimentazzjoni regolari ta’ kull sitt xhur dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE, kif mitlubin mill-Kunsill;

(e)

jipparteċipa b’mod attiv f’fora ta’ koordinazzjoni lokali bħall-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni u Monitoraġġ, waqt li jżomm lill-Istati Membri mhux parteċipanti infurmati bis-sħiħ dwar id-deċiżjonijiet meħudin f’dawn il-livelli;

(f)

jagħti parir dwar il-parteċipazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni fil-konferenzi internazzjonali fir-rigward tal-Afganistan u jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali;

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f’żoni milquta mill-konflitt, speċjalment billi jiġu monitorjati u indirizzati l-iżviluppi f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti kompetenti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u għandu jkun ta’ EUR 6 380 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-iskwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront u regolarment dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal ikuntrattat internazzjonalment għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni mandanti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-parti jew partijiet ospitanti, skont kif ikun meħtieġ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont kif ikun meħtieġ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, il-ġestjoni tal-moviment sigur ta’ persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni Ewropea, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona tal-missjoni, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill skont kif meħtieġ. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, konsistenza u effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin sabiex ikun żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu ngaġġati konsistentement, għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali u mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Pakistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni b’aġġornamenti regolari.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri fir-reġjun. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2012 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 22.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/332/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 28, 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/857/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u li testendiha sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Fl-4 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda estensjoni tal-missjoni EU BAM Rafah għal 12-il xahar.

(4)

Il-missjoni EU BAM Rafah għandha tiġi estiża ulterjorment mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(6)

L-EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 13(1):

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni EU BAM Rafah għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 980 000.”.

(2)

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  ĠU L 338, 21.12.2011, p. 52.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/333/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/872/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fit-22 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/872/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa meħtieġ li ssir reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika d-Deċiżjoni 2011/872/PESK.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill għamel fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata b’konsegwenza ta’ dan, u d-Deċiżjoni 2011/872/PESK għandha tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2011/872/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 54.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   Persuni

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis- 16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.03.1955 l-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-"Hofstadgroep"

6.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwieled fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) – membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra"

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

8.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

9.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

10.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

11.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

12.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah, magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) Nru NE8146378 – membru tal-"Hofstadgroep"

2.   Gruppi u entitajiiet

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa"

3.

"Al-Aqsa e.V."

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra"

5.

"Babbar Khalsa"

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi""IBDA-Ć" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

10.

"Hizbul Mujahideen" - "HM"

11.

"Hofstadgroep"

12.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

13.

Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" ("ISYF")

14.

Il-"Forza Khalisan Zindabad" ("KZF")

15.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" ("PKK"), (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

16.

"Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" - "LTTE"

17.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

18.

Il-"Jihad Islamika Palestinjana" - "PIJ"

19.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" - "PFLP"

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

21.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" - "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

22.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

23.

"Sendero Luminoso" - "SL" It-("Triq li Tiddi")

24.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

25.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" - "TAK" magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħrufa wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks"


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/75


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/334/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Fil-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fit-18 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda l-lista tal-individwi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b’dan emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

L-entrati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati kif imniżżlin hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Shams Ur-Rahman Abdul Zahir (magħruf ukoll bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman (c) Shamsurrahman Abdurahman, (d) Shams ur-Rahman Sher Alam).

Titlu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Raħal ta' Waka Uzbin, Distrett ta' Sarobi, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2132370 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). (b) 812673 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'Ġunju 2007, Shams ur-Rahman Sher Alam kien il-membru Taliban responsabbli mill-provinċja ta' Kabul. Huwa kien responsabbli mill-operazzjonijiet militari tat-Taliban f'Kabul u fil-madwar tiegħu u kien involut f'ħafna attakki.

2.

Ubaidullah Akhund Yar Mohammed Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund).

Titlu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1964, (b) 1969. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Żona ta' Nalgham, Distrett ta' Zheray, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (d) Allegatament miet f'Marzu 2010, (e) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (e) Jappartjeni għat-tribù Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

3.

Mohammad Jawad Waziri.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Dipartiment tan-NU, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Disrett ta' Jaghatu, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Sharana, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Wazir. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

4.

Nazir Mohammad Abdul Basir (magħruf ukoll bħala Nazar Mohammad)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Sar Muallim. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Sindku tal-Belt ta' Kunduz (b) Aġent Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Malaghi, Distrett ta' Kunduz, Provinċja ta' Kunduz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet fid-9 ta' Novembru 2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

5.

Abdulhai Salek

Titlu: Maulavi Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Uruzgan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Awlyatak, Żona ta' Gardan Masjid, Distrett ta' Chaki Wardak, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament miet fit-Tramuntana tal-Afganistan fl-1999, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Wardak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

6.

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Membru tal-Qorti Suprema tat-Taliban u Kap tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill fl-2009, (c) Kmandant tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan mill-2010, (d) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afghanistan minn tard fl-2009, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (f) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai). Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-"Kunsill Miram Shah" tat-Taliban f'Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F'Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

7.

Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb).

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

8.

Zabihullah Hamidi (magħruf ukoll bħala Taj Mir)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1958-1959. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Payeen Bagh, Distrett ta' Kahmard, Provinċja ta' Bamyan, l-Afganistan. Indirizz: Iż-żona ta' Dashti Shor, Mazari Sharif, Provinċja ta' Balkh, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

9.

Mohammad Yaqoub.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan (b) Distrett ta' Janda, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali tat-Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

10.

Mohammad Shafiq Ahmadi.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

11.

Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada).

Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċji ta' Zabol u Uruzgan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1966-1967. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Lablan, Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, (b) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, fil-bidu tal-2007, (b) Ħaten Mullah Mohammed Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmad Jan Akhunzada Shukoor Akhunzada kien il-membru tat-Taliban inkarigat mill-Provinċja ta' Uruzgan fil-bidu tal-2007.

12.

Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani).

Titlu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, il-Pakistan; (b) Qrib Dergey Manday Madrasa fir-Raħal ta’ Dergey Manday, qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan, (c) Raħal ta’ Kayla qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan; (d) Raħal ta’ Sarana Zadran, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Post tat-twelid: Raħal ta' Sarana, żona ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan; Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan, (b) Qabel kien ivvjaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, Emirati Għarab Magħquda, (c) Ħu Jalaluddin Haqqani u ziju ta' Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU:9.2.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Khalil Ahmed Haqqani huwa membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li topera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani, li jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, twaqqaf minn ħu Khalil Haqqani, Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01.), li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90.

 

Khalil Haqqani jieħu sehem f'attivitajiet ta' ġbir ta' fondi f'isem it-Taliban u n-Netwerk ta' Haqqani, u ta' spiss jivvjaġġa barra mill-pajjiż biex jiltaqa' ma' persuni li jagħtu appoġġ finanzjarju. Minn Settembru 2009, Khalil Haqqani vvjaġġa lejn l-istati tal-Golf u ġabar fondi minn sorsi hemmhekk, kif ukoll minn sorsi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja.

 

Khalil Haqqani jipprovdi wkoll appoġġ lit-Taliban u lin-Netwerk ta' Haqqani li joperaw fl-Afganistan. Minn kmieni fl-2010, Khalil Haqqani pprovda fondi lil ċelloli tat-Taliban fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Fl-2009, Khalil Haqqani pprovda u kkontrolla madwar 160 kumbattenti fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, u kien wieħed minn diversi persuni responsabbli għad-detenzjoni ta' priġunieri għedewwa maqbuda mit-Taliban u min-Netwerk ta' Haqqani. Khalil Haqqani ħa ordnijiet għal operazzjonijiet tat-Taliban minn Sirajuddin Haqqani, in-neputi tiegħu.

 

Khalil Haqqani aġixxa wkoll f'isem Al-Qaida u kellu konnessjoni mal-operazzjonijiet militari tagħha. Fl-2002, Khalil Haqqani skjera persunal biex issaħħu elementi ta' Al-Qaida fil-Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan.

13.

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).

Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1975- 1979. Post tat-twelid: Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) kmandant tal-operazzjonijiet tan-Netwerk ta' Haqqani u membru tax-shura tat-Taliban f'Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta' attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani. Data tan-nomina min-NU:11.5.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani u Sirajuddin Haqqani, kif ukoll in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani.

 

Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan. Badruddin ipoġġi fuq ix-shura tat-Taliban f'Miram Shah, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

 

Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għall-ħtif ta' nies għan-Netwerk ta' Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta' bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

14.

Malik Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Malik Noorzai, (b) Hajji Malak Noorzai, (c) Haji Malek Noorzai, (d) Haji Maluk, (e) Haji Aminullah).

Titlu: Haji. Indirizz: (a)Triq Boghra, ir-Raħal ta' Miralzei, Chaman, il-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b)Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, il-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-Twelid: (a) 1957, (b) 1960. Post tat-twelid: belt ta' Chaman fuq il-fruntiera, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier Taliban. (b) Għandu negozji fil-Ġappun u jivvjaġġa spiss lejn id-Dubai, l-Emirati Għarab Maqgħuda, u l-Ġappun. (c) Mill-2009, iffaċilita l-attivitajiet Talibani, inkluż permezz tar-reklutaġġ u l-forniment ta' appoġġ loġistiku. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai. (f) Ħu Faizullah Khan Noorzai. Data tan-nomina min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Malik Noorzai huwa negozjant ibbażat fil-Pakistan li pprovda appoġġ finanzjarju lit-Taliban. Malik u ħuh, Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan, investew miljuni ta' dollari f'diversi negozji għat-Taliban. Tard f-2008, ir-rappreżentanti tat-Taliban ikkuntattjaw lil Malik bħala negozjant li miegħu jinvestu fondi Talibani. Sa mill-inqas l-2005, Malik ikkontribwixxa personalment ukoll għexieren ta' eluf ta' dollari u qassam mijiet ta' eluf ta' dollari lit-Taliban, li uħud minnhom inġabru minn donaturi fir-reġjun tal-Golf u l-Pakistan u uħud minnhom kienu l-flus ta' Malik stess. Malik kien responsabbli għal kont hawala fil-Pakistan li rċieva għexieren ta' eluf ta' dollari trasferiti mill-Golf kull ftit xhur biex jiġu appoġġati l-attivitajiet Talibani. Malik iffaċilita wkoll attivitajiet Talibani. Mill-2009, Malik kien serva bħala l-kap gwardjan ta' madrassa (skola reliġjuża), għal 16-il sena fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, li ntużat mit-Taliban għall-indottrinazzjoni u t-taħriġ ta' rekluti. Fost affarijiet oħra, Malik ta l-fondi li appoġġaw il-madrassa. Malik, flimkien ma' ħuh, kellu rwol fil-ħżin ta' vetturi li jintużaw fl-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani u għen biex imexxi ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-l-Afganistan. Malik għandu negozji fil-Ġappun u ta' spiss iżur id-Dubai u l-Ġappun għan-negozju. Sa mill-bidu tal-2005, Malik kellu negozju tal-importazzjoni tal-vetturi fl-l-Afganistan li importa vetturi minn Dubai u l-Ġappun. Huwa importa karozzi, parts tal-karozzi u ħwejjeġ minn Dubai u l-Ġappun għan-negozji tiegħu, li fihom investew żewġ kmandanti Talibani. F'nofs l-2010, Malik u ħuh assiguraw ir-rilaxx ta' mijiet ta' kontejners tal-merkanzija, irrappurtati li jiswew miljuni ta' dollari, li l-awtoritajiet Pakistani ssekwestraw iktar kmieni dik is-sena għax kienu tal-fehma li r-riċevituri kellhom konnessjoni mat-terroriżmu.

15.

Faizullah Khan Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Faizullah Khan Noorzai, (b) Haji Faizuulah Khan Norezai, (c) Haji Faizullah Khan, (d) Haji Fiazullah, (e) Haji Faizullah Noori, (f) Haji Faizullah Noor, (g) Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan (h) Haji Pazullah Noorzai, (i) Haji Mullah Faizullah).

Titlu: Haji. Indirizz: (a)Triq Boghra, ir-Raħal ta' Miralzei, Chaman, il-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b)Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1962, (b) 1961, (c) bejn 1968 u 1970, (d) 1962. Post tat-twelid: (a) Lowy Kariz, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kadanay, Distrett ta' Spin Boldak Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier prominenti Taliban. (b) Minn nofs l2009, ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku lill-ġellieda Talibani; ġabar fondi għat-Taliban, u pprovda taħriġ għalihom, fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan. (c) Qabel organizza u ffinanzja operazzjonijiet Talibani fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. (d) Mill-2010, ivvjaġġa lejn u kellu negozji f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Ġappun. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai, is-sottotribù Miralzai. (f) Ħu Malik Noorzai. (g) Isem il-missier huwa Akhtar Mohammed (magħruf bħala: Haji Mira Khan). Data tan-nomina min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan serva bħala finanzier prominenti Taliban li miegħu investew fondi l-mexxejja kbar Talibani. Huwa ġabar aktar minn USD 100 000 għat-Taliban mid-donaturi fil-Golf u fl-2009 ta somma mill-flus tiegħu stess. Huwa appoġġa finanzjarjament ukoll lill-kmandant Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar u pprovda fondi biex jgħin fit-taħriġ tal-ġellieda Talibani u tal-Al-Qaida li kellhom imexxu l-attakki kontra l-Koalizzjoni u l-forzi militari Afgani. Minn nofs l-2005, Faizullah organizza u ffinanzja operazzjonijiet tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-Afganistan. Minbarra l-appoġġ finanzjarju tiegħu, Faizullah iffaċilita b'mod ieħor it-taħriġ u l-operazzjonijiet Talibani. Min-nofs l-2009, Faizullah ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku għall-ġellieda Talibani min-Nofsinhar tal-Afganistan. Minn nofs l-2008, Faizullah kien responsabbli għall-akkomodazzjoni ta' qattiela suwiċidi bil-bombi Talibani u li jittrasferihom mill-Pakistan għall-Afganistan. Faizullah ipprovda wkoll missili kontra inġenji tal-ajru għat-Taliban, għen biex imexxi lill-ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-Afganistan, iffaċilita l-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani, u ta radji u vetturi lill-membri Talibani fil-Pakistan.

 

Min-nofs l-2009, Faizullah mexxa madrassa (skola reliġjuża) fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, fejn inġabru għexieren ta' eluf ta' dollari għat-Taliban. L-artijiet tal-madrassa ta' Faizullah intużaw biex jipprovdu taħriġ għall-ġellieda tat-Taliban fil-bini u l-użu ta' apparat splussiv improvizzat (IEDs). Tard fl-2007, il-madrassa ta' Faizullah serviet biex tħarreġ lill-ġellieda tal-Al-Qaida li iktar tard intbagħtu fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-l-Afganistan.

 

Fl-2010, Faizullah kellu uffiċini u possibbilment proprjetajiet, inklużi lukandi, f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Faizullah ivvjaġġa regolarment lejn id-Dubai u l-Ġappun ma' ħuh, Malik Noorzai, biex jimporta karozzi, partijiet tal-karozzi, u ħwejjeġ. Mill-bidu tal-2006, Faizullah kellu negozji fid-Dubai u fil-Ġappun.


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/80


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/335/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, għandhom jiġu inklużi persuna waħda addizzjonali u aktar entitajiet fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


ANNESS

PERSUNA U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bouthaina Shaaban

(magħrufa ukoll bħala Buthaina Shaaban)

Twieldet fl-1953 f'Homs, is-Sirja

Konsulent dwar il-Politika u l-Media għall-President minn Lulju 2008 'l quddiem u bħala tali assoċjat mat-trażżin vjolenti tal-popolazzjoni.

26.6.2012


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Ministeru tad-Difiża

Indirizz: Umayyad Square, Damascus

Telefon: +963-11-7770700

Fergħa tal-gvern Sirjan involuta direttament fir-repressjoni.

26.6.2012

2.

Ministeru tal-Intern

Indirizz: Merjeh Square, Damascus

Telefon: +963-11-2219400, +963-11-2219401, +963-11-2220220, +963-11-2210404

Fergħa tal-gvern Sirjan involuta direttament fir-repressjoni.

26.6.2012

3.

Syrian National Security Bureau

 

Fergħa tal-gvern Sirjan u element tal-Partit Ba'ath Sirjan. Involut direttament fir-repressjoni. Mexxa lill-forzi tas-sigurtà Sirjani biex ju żaw forza estrema kontra d-dimostranti.

26.6.2012

4.

Syria International Islamic Bank (SIIB)

(magħruf ukoll bħala: Syrian International Islamic Bank; magħruf ukoll bħala SIIB)

Post: Syria International Islamic Bank Building, Main Highway Road, Al Mazzeh Area, P.O. Box 35494, Damascus, Syria

Alt. Post: P.O. Box 35494, Mezza'h Vellat Sharqia'h, ħdejn il-Konsolat tal-Arabja Sawdija, Damasku, is-Sirja

Is-SIIB serva bħala l-faċċata għall-Commercial Bank of Syria, li ppermetta dak il-bank biex idur mas- sanzjonijiet imposti mill-UE. Mill-2011 sal-2012, is-SIIB bil-moħbi ffaċilita l-finanzjament ta' kwazi $150 miljun f'isem il-Commercial Bank of Syria. L-arranġamenti finanzjari li fid-dehra saru mis-SIIB, effettivament saru mill-Commercial Bank of Syria.

Minbarra li ħadem mal-Commercial Bank of Syria biex idur mas-sanzjonijiet, fl-2012, is-SIIB iffaċilita diversi pagamenti sostanzjali għas- Syrian Lebanese Commercial Bank, bank ieħor diġà dde żinjat mill-UE.

B'dawn il-modi, is-SIIB ikkontribwixxa biex jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

26.6.2012

5.

General Organisation of Radio and TV

(magħrufa wkoll bħala Directorate General of Radio & Television Est; (magħruf ukoll bħala: General Radio and Television Corporation; magħrufa wkoll bħala General Radio and Television Corporation; magħrufa wkoll bħala GORT)

Indirizz: Al Oumaween Square, P.O. Box 250, Damascus, Syria.

Telefon (963 11) 223 4930

Aġenzija mmexxija mill-Istat subordinata għall-Ministeru tal-Informazzjoni tas-Sirja u bħala tali tappoġġa u tippromwovi l-politika tal-informazzjoni tagħha. Hija responsabbli mill-operazzjoni tal-kanali tat-televiżjoni tas-Sirja proprjetà tal-Istat, tnejn terrestri u wieħhed satellita, kif ukoll stazzjonijiet tar-radju tal-gvern. Il-GORT inċita vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, waqt li serva bħala strument ta' propaganda għhar-reġgim ta' Assad u ferrex diżzinformazzjoni.

26.6.2012

6.

Syrian Company for Oil Transport

(magħrufa wkoll bħala Syrian Crude Oil Transportation Company; magħrufa wkoll bħala “SCOT”; magħrufa wkoll bħala. “SCOTRACO”

Banias Industrial Area, Latakia Entrance Way, P.O. Box 13, Banias, Syria; Website www.scot-syria.com; Email scot50@scn-net.org

Kumpanija taż-żejt Sirjana proprjetà tal-Istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

26.6.2012


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/83


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ġunju 2012

dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3838)

(it-testi bil-lingwa Daniża, Estonjana, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola u Taljana biss huma awtentiċi)

(2012/336/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti tal-Istati Membri, tagħti bidu għal diskussjoni bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, u tikkomunikalhom formalment il-konklużjonijiet tagħha.

(2)

L-Istati Membri kellhom opportunità jitolbu t-tnedija ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni. Dik l-opportunità ntużat f’xi każijiet u r-rapporti li nħarġu dwar ir-riżultati ġew eżaminati mill-Kummissjoni.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tista’ tiġi ffinanzjata biss in-nefqa agrikola li tkun iġġarrbet b’tali mod li ma jiksirx ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, ir-riżultati li joħorġu mid-diskussjonijiet bilaterali u l-proċeduri ta’ konċiljazzjoni, parti min-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri ma tissodisfax dan ir-rekwiżit, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima ta’ Garanzija tal-FAEG u l-FAEŻR.

(5)

Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jistgħu jitħallsu mit-Taqsima ta’ Garanzija tal-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR. Dawk l-ammonti mhumiex marbutin man-nefqa mġarrba aktar minn 24 xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6)

Rigward il-każijiet koperti b’din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri f’rapport sommarju li ħarġet il-Kummissjoni dwar is-suġġett.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tasal għalihom il-Kummissjoni abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’każijiet pendenti fl-1 ta’ Frar 2012 li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-nefqa elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri u ddikjarata taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-FAEGG, taħt il-FAEG jew taħt il-FAEŻR għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea minħabba li mhijiex konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ħellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Repubblika Taljana, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

PARTITA TAL-BAĠIT: 6701

SM

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis

Impatt finanzjarju

DE

Approvazzjoni tal-kontijiet

2008

pagamenti żejda fil-popolazzjoni SIAK tal-FAEG

TA' DARBA

 

EUR

–59 318,36

0,00

–59 318,36

Total DE

EUR

–59 318,36

0,00

–59 318,36

DK

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2007

Nuqqas ta' applikazzjoni ta' sanzjonijiet fuq annimali potenzjalment eliġibbli

TA' DARBA

 

EUR

–67 797,32

0,00

–67 797,32

DK

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2008

Nuqqas ta' applikazzjoni ta' sanzjonijiet fuq annimali potenzjalment eliġibbli

TA' DARBA

 

EUR

–48 411,25

0,00

–48 411,25

Total DK

EUR

– 116 208,57

0,00

– 116 208,57

ES

Żvilupp Rurali FAEGG (2000-2006) - Miżuri marbuta mal-erja

2006

defiċjenzi fil-verifiki fuq il-post, fil-kejl tar-raba' agrikolu, fl-applikazzjoni ta' Prattiki Agrikoli Tajba fil-miżura tal-Agroambjent

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 350 224,00

0,00

– 350 224,00

ES

Żvilupp Rurali FAEGG (2000-2006) - Miżuri marbuta mal-erja

2006

għażla aleatorja insuffiċjenti, defiċjenzi fil-verifiki fuq il-post, fil-kejl tar-raba' agrikolu, fl-applikazzjoni ta' Prattiki Agrikoli Tajba fil-miżura ta' Żoni Żvantaġġati

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 710 805,00

0,00

– 710 805,00

ES

Nbid

 

pjantaġġuni ta' dwieli mingħajr id-drittijiet ta' pjantaġġun (mill-ġdid)

TA' DARBA

 

EUR

– 131 300 920,00

0,00

– 131 300 920,00

Total ES

EUR

– 132 361 949,00

0,00

– 132 361 949,00

FR

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2005

nuqqasijiet fil-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, nuqqas fl-applikazzjoni ta' penali, verifika insuffiċjenti tal-bidliet, defiċjenzi fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-iżball ovvju u fl-aċċess tal-biċċerijia għall-bażi tad-dejta BDNI

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–17 088 517,03

0,00

–17 088 517,03

FR

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2005

nuqqasijiet fil-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, nuqqas fl-applikazzjoni ta' penali, verifika insuffiċjenti tal-bidliet, defiċjenzi fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-iżball ovvju u fl-aċċess tal-biċċerijia għall-bażi tad-dejta BDNI

TA' DARBA

 

EUR

–12 394 594,82

0,00

–12 394 594,82

FR

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2006

nuqqasijiet fil-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, nuqqas fl-applikazzjoni ta' penali, verifika insuffiċjenti tal-bidliet, defiċjenzi fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-iżball ovvju u fl-aċċess tal-biċċerijia għall-bażi tad-dejta BDNI

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–16 233 350,64

0,00

–16 233 350,64

FR

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2006

nuqqasijiet fil-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, nuqqas fl-applikazzjoni ta' penali, verifika insuffiċjenti tal-bidliet, defiċjenzi fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-iżball ovvju u fl-aċċess tal-biċċerijia għall-bażi tad-dejta BDNI

TA' DARBA

 

EUR

–8 732 969,42

0,00

–8 732 969,42

FR

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2007

nuqqasijiet fil-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, nuqqas fl-applikazzjoni ta' penali, verifika insuffiċjenti tal-bidliet, defiċjenzi fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-iżball ovvju u fl-aċċess tal-biċċerijia għall-bażi tad-dejta BDNI

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–3 367 782,68

0,00

–3 367 782,68

FR

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2007

nuqqasijiet fil-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, nuqqas fl-applikazzjoni ta' penali, verifika insuffiċjenti tal-bidliet, defiċjenzi fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-iżball ovvju u fl-aċċess tal-biċċerijia għall-bażi tad-dejta BDNI

TA' DARBA

 

EUR

–5 102 086,06

0,00

–5 102 086,06

Total FR

EUR

–62 919 300,65

0,00

–62 919 300,65

GB

Primjums tal-Laħam - Bovini

2004

ebda sanzjoni applikata fil-każ ta' nuqqas ta' konformità relatata ma' kwota żejda ddikjarata

TA' DARBA

 

GBP

–15 517,23

0,00

–15 517,23

GB

Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż

2004

pagamenti għall-talbiet minn detenturi ta' inqas minn 10 drittijiet ta' kwota

TA' DARBA

 

GBP

–10 647,81

0,00

–10 647,81

GB

Primjums tal-Laħam - Bovini

2005

ebda sanzjoni applikata fil-każ ta' nuqqas ta' konformità relatata ma' kwota żejda ddikjarata

TA' DARBA

 

GBP

–6 790,67

0,00

–6 790,67

GB

Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż

2005

pagamenti għall-talbiet minn detenturi ta' inqas minn 10 drittijiet ta' kwota

TA' DARBA

 

GBP

–3 492,44

0,00

–3 492,44

GB

Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż

2005

pagamenti għall-talbiet minn detenturi ta' inqas minn 10 drittijiet ta' kwota, ma ġewx applikati penali għal annimali neqsin fil-pakkett nazzjonali

TA' DARBA

 

GBP

–9 451,43

0,00

–9 451,43

GB

Zokkor - Rifużjonijiet fuq il-produzzjoni

2007

Defiċjenzi fil-verifiki tas-sostituzzjoni

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–19,13

0,00

–19,13

GB

Zokkor - għajr rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni (2007+)

2007

Defiċjenzi fil-verifiki tas-sostituzzjoni

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–26,49

0,00

–26,49

GB

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Zokkor u isoglukożju

2007

Defiċjenzi fil-verifiki tas-sostituzzjoni

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 726,63

0,00

– 726,63

GB

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - oħrajn

2007

Defiċjenzi fil-verifiki tas-sostituzzjoni

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 227,75

0,00

– 227,75

GB

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - oħrajn

2008

Defiċjenzi fil-verifiki tas-sostituzzjoni

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–26,39

0,00

–26,39

GB

Zokkor - Rifużjonijiet fuq il-produzzjoni

2008

Defiċjenzi fil-verifiki tas-sostituzzjoni

RATA FISSA

5,00  %

EUR

0,86

0,00

0,86

GB

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Zokkor u isoglukożju

2008

Defiċjenzi fil-verifiki tas-sostituzzjoni

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 557,68

0,00

– 557,68

Total GB

GBP

–45 899,58

0,00

–45 899,58

Total GB

EUR

–1 583,21

0,00

–1 583,21

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Zokkor u isoglukożju

2006

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

10,00  %

EUR

–1 800 082,70

0,00

–1 800 082,70

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Mhux tal-Anness I

2006

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

10,00  %

EUR

–12 890,85

0,00

–12 890,85

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Mhux tal-Anness I

2006

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

15,00  %

EUR

–66 216,34

0,00

–66 216,34

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Zokkor u isoglukożju

2006

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

15,00  %

EUR

–7 117 284,53

0,00

–7 117 284,53

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Zokkor u isoglukożju

2007

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

10,00  %

EUR

–2 522 082,75

0,00

–2 522 082,75

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Mhux tal-Anness I

2007

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

10,00  %

EUR

–57 587,78

0,00

–57 587,78

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Zokkor u isoglukożju

2008

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

10,00  %

EUR

– 515,62

0,00

– 515,62

GR

Rifużjonijiet fuq l-Esportazzjoni - Mhux tal-Anness I

2008

assenza ta' sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni u l-ħżin

RATA FISSA

10,00  %

EUR

–3 633,19

0,00

–3 633,19

GR

Għajnuna Diretta oħra - Prodotti pproċessati tal-għeneb imnixxef (miżuri oħra)

2007

nuqqasijiet fir-rigward ta' rendiment minimu, rekwiżiti tal-konsenja, verifiki fuq proċessuri, kontra verifiki

TA' DARBA

 

EUR

–71 253 223,81

0,00

–71 253 223,81

GR

Għajnuna Diretta oħra - Prodotti pproċessati tal-għeneb imnixxef (miżuri oħra)

2008

nuqqasijiet fir-rigward ta' rendiment minimu, rekwiżiti tal-konsenja, verifiki fuq proċessuri, kontra verifiki

TA' DARBA

 

EUR

– 250 325,81

0,00

– 250 325,81

GR

Għajnuna Diretta oħra - Prodotti pproċċessati tal-għeneb imnixxef (miżuri oħra)

2009

nuqqasijiet fir-rigward ta' rendiment minimu, rekwiżiti tal-konsenja, verifiki fuq proċessuri, kontra verifiki

TA' DARBA

 

EUR

–2 192,34

0,00

–2 192,34

GR

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar taċ-Ċitru

2007

Għadd insuffiċjenti ta' verifiki amministrattivi u ebda applikazzjoni ta' sanzjonijiet

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 255 264,74

0,00

– 255 264,74

GR

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar taċ-Ċitru

2008

Għadd insuffiċjenti ta' verifiki amministrattivi u ebda applikazzjoni ta' sanzjonijiet

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 258 047,81

0,00

– 258 047,81

GR

Nbid

 

pjantaġġuni ta' dwieli mingħajr id-drittijiet ta' pjantaġġun (mill-ġdid)

TA' DARBA

 

EUR

–21 336 120,00

0,00

–21 336 120,00

Total GR

EUR

– 104 935 468,27

0,00

– 104 935 468,27

IT

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar taċ-Ċitru

2006

Nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll (verifiki amministrattivi u tal-kontabilità)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–1 683 981,22

0,00

–1 683 981,22

IT

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar taċ-Ċitru

2007

Nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll (verifiki amministrattivi u tal-kontabilità)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–1 100 328,66

0,00

–1 100 328,66

IT

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar tat-Tadam

2006

Verifiki insuffiċjenti tar-rendiment tal-produzzjoni tat-tadam

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–3 510 182,04

0,00

–3 510 182,04

IT

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar tat-Tadam

2007

Verifiki insuffiċjenti tar-rendiment tal-produzzjoni tat-tadam

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–2 679 963,75

0,00

–2 679 963,75

IT

Frott u Ħxejjex - Ipproċessar tat-Tadam

2008

Verifiki insuffiċjenti tar-rendiment tal-produzzjoni tat-tadam

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–2 556 488,30

0,00

–2 556 488,30

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Programmi ta' ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi

2007

saru pagamenti wara l-iskadenza regolatorja

TA' DARBA

 

EUR

– 515 252,59

0,00

– 515 252,59

IT

ŻR Miżuri li Jakkumpanjaw il-Garanziji (miżuri marbuta mal-erja)

2005

Nuqqas ta' konformità mal-Art. 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-każ tat-tħabbir tal-verifiki fuq il-post fir-reġjun tal-Calabria

RATA FISSA

2,00  %

EUR

– 160 616,00

0,00

– 160 616,00

IT

Żvilupp Rurali FAEGG (2000-2006) - Miżuri marbuta mal-erja

2006

Nuqqas ta' konformità mal-Art. 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-każ tat-tħabbir tal-verifiki fuq il-post fir-reġjun tal-Calabria

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–60 045,00

0,00

–60 045,00

IT

Żvilupp Rurali FAEGG (2000-2006) - Miżuri marbuta mal-erja

2006

verifiki fuq il-post saru tard għal miżuri agroambjentali, nuqqas ta' konformità mal-Art. 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-każ tat-tħabbir tal-verifiki fuq il-post fir-reġjun ta' Pugia

RATA FISSA

2,00  %

EUR

– 308 332,00

0,00

– 308 332,00

IT

Żvilupp Rurali FAEGG (2000-2006) - Miżuri marbuta mal-erja

2006

verifiki fuq il-post saru tard għal miżuri agroambjentali, nuqqas ta' konformità mal-Art. 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-każ tat-tħabbir tal-verifiki fuq il-post fir-reġjun ta' Pugia

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–82 920,00

0,00

–82 920,00

IT

Żvilupp Rurali FAEGG (2000-2006) - Miżura marbuta mal-erja

2007

verifiki fuq il-post saru tard għal miżuri agroambjentali, nuqqas ta' konformità mal-Art. 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-każ tat-tħabbir tal-verifiki fuq il-post fir-reġjun ta' Pugia

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–3 985,00

0,00

–3 985,00

IT

Nbid

 

pjantaġġuni ta' dwieli mingħajr id-drittijiet ta' pjantaġġun (mill-ġdid)

TA' DARBA

 

EUR

–98 881 120,00

0,00

–98 881 120,00

Total IT

EUR

– 111 543 214,56

0,00

– 111 543 214,56

NL

Approvazzjoni tal-kontijiet

2007

Trasferiment ħażin tad-drittijiet ta' ċertifikat wieħed wassal għal pagament mhux korrett ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

TA' DARBA

 

EUR

–81 004,00

0,00

–81 004,00

Total NL

EUR

–81 004,00

0,00

–81 004,00

PL

Kundizzjonalità

2006

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita u nuqqasijiet fis-sistema tas-sanzjonijiet (Sena ta' talba 2005)

RATA FISSA

10,00  %

PLN

–9 462 163,58

– 298 039,22

–9 164 124,36

PL

Kundizzjonalità

2007

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita (Sena ta' talba 2006)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–3 231 141,53

–76 634,50

–3 154 507,03

PL

Kundizzjonalità

2007

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita u nuqqasijiet fis-sistema tas-sanzjonijiet (Sena ta' talba 2005)

RATA FISSA

10,00  %

EUR

–3 730,29

– 117,50

–3 612,79

PL

Kundizzjonalità

2008

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita (Sena ta' talba 2006)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

3 168,04

0,00

3 168,04

PL

Kundizzjonalità

2008

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita (Sena ta' talba 2007)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–6 242 027,29

0,00

–6 242 027,29

PL

Kundizzjonalità

2008

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita u nuqqasijiet fis-sistema tas-sanzjonijiet (Sena ta' talba 2005)

RATA FISSA

10,00  %

EUR

– 602,58

0,00

– 602,58

PL

Kundizzjonalità

2009

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita (Sena ta' talba 2006)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 585,38

0,00

– 585,38

PL

Kundizzjonalità

2009

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita (Sena ta' talba 2007)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–7 875,92

0,00

–7 875,92

Total PL

PLN

–9 462 163,58

– 298 039,22

–9 164 124,36

Total PL

EUR

–9 482 794,95

–76 752,00

–9 406 042,95

PT

Għajnuna Diretta oħra - Bovini

2005

Popolazzjoni eskluża mill-verifiki fuq il-post

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–43 659,00

0,00

–43 659,00

PT

Għajnuna Diretta Oħra - Nagħaġ u Mogħoż

2007

Ammonti mħallsa għal drittijiet tal-kwota ta' inqas minn 10

TA' DARBA

 

EUR

– 831,83

0,00

– 831,83

PT

Għajnuna Diretta Oħra -Bovini

2007

Sanzjonijiet mhux applikati

TA' DARBA

 

EUR

–24 450,00

0,00

–24 450,00

PT

Għajnuna Diretta Oħra -Bovini

2008

Sanzjonijiet mhux applikati

TA' DARBA

 

EUR

–41 350,00

0,00

–41 350,00

Total PT

EUR

– 110 290,83

0,00

– 110 290,83

SI

Approvazzjoni tal-kontijiet

2008

ammonti mhux irkuprati għal żbalji fil-popolazzjoni SIAK tal-FAEG

TA' DARBA

 

EUR

–8 014,42

0,00

–8 014,42

Total SI

EUR

–8 014,42

0,00

–8 014,42

6701 Total

GBP

–45 899,58

0,00

–45 899,58

PLN

–9 462 163,58

– 298 039,22

–9 164 124,36

EUR

– 421 619 146,82

–76 752,00

– 421 542 394,82


PARTITA TAL-BAĠIT: 6711

SM

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis

Impatt finanzjarju

DE

Approvazzjoni tal-kontijiet

2008

Żbalji magħrufa fil-popolazzjoni SIAK tal-FAEŻR

TA' DARBA

 

EUR

–4 599,05

0,00

–4 599,05

DE

Approvazzjoni tal-kontijiet

2008

Żbalji magħrufa fil-popolazzjoni mhux SIAK tal-FAEŻR

TA' DARBA

 

EUR

–99 505,49

0,00

–99 505,49

DE

Approvazzjoni tal-kontijiet

2007

pagamenti żejda fl-FAEŻR

TA' DARBA

 

EUR

–6 422,93

0,00

–6 422,93

Total DE

EUR

– 110 527,47

0,00

– 110 527,47

EE

Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 1+3 - Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2008

nuqqasijiet fil-kontroll

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 219 399,90

0,00

– 219 399,90

EE

Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 1+3 - Miżuri orjentati lejn l-investiment (2007-2013)

2009

nuqqasijiet fil-kontroll

RATA FISSA

5,00  %

EUR

– 432 949,15

0,00

– 432 949,15

EE

Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 4 LEADER (2007-2013)

2009

nuqqasijiet fil-kontroll

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–54 631,06

0,00

–54 631,06

EE

Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 4 LEADER (2007-2013)

2010

nuqqasijiet fil-kontroll

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–90 905,20

0,00

–90 905,20

Total EE

EUR

– 797 885,31

0,00

– 797 885,31

IT

Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 2 (2007-2013, miżuri marbuta mal-erja)

2008

verifiki fuq il-post saru tard għal miżuri agroambjentali, nuqqas ta' konformità mal-Art. 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 fil-każ tat-tħabbir tal-verifiki fuq il-post fir-reġjun ta' Pugia

RATA FISSA

2,00  %

EUR

–46 958,00

0,00

–46 958,00

Total IT

EUR

–46 958,00

0,00

–46 958,00

PL

Kundizzjonalità

2008

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita (Sena ta' talba 2007)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–1 577 692,31

0,00

–1 577 692,31

PL

Kundizzjonalità

2009

Xi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba mhix definita (Sena ta' talba 2007)

RATA FISSA

5,00  %

EUR

–2 873,42

0,00

–2 873,42

Total PL

EUR

–1 580 565,73

0,00

–1 580 565,73

PT

Approvazzjoni tal-kontijiet

2008

Żball l-iktar probabbli

TA' DARBA

 

EUR

– 507 308,00

0,00

– 507 308,00

PT

Approvazzjoni tal-kontijiet

2008

Żball sistematiku

TA' DARBA

 

EUR

– 897 367,00

0,00

– 897 367,00

PT

Approvazzjoni tal-kontijiet

2008

Żball sistematiku - RURIS

TA' DARBA

 

EUR

– 590,00

0,00

– 590,00

Total PT

EUR

–1 405 265,00

0,00

–1 405 265,00

SI

Approvazzjoni tal-kontijiet - Approvazzjoni Finanzjarja

2008

Żball magħruf li nstab fil-kompletezza tat-test tal-Annessi II u III A

TA' DARBA

 

EUR

–6 010,62

0,00

–6 010,62

Total SI

EUR

–6 010,62

0,00

–6 010,62

6711 Total

EUR

–3 947 212,13

0,00

–3 947 212,13


PARTITA TAL-BAĠIT: 05 07 01 07

SM

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis

Impatt finanzjarju

RO

Awditjar finanzjarju - Pagamenti tard u skadenzi tal-pagamenti

2009

pagamenti tard

TA' DARBA

 

EUR

–7 674 175,73

–9 399 922,54

1 725 746,81

Total RO

EUR

–7 674 175,73

–9 399 922,54

1 725 746,81

05 07 01 07 Total

EUR

–7 674 175,73

–9 399 922,54

1 725 746,81


26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/94


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ġunju 2012

li tagħti deroga mir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti fir-rigward tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4132)

(It-testi bil-Franċiż u l-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2012/337/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet li saru mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika Franċiża,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1337/2011, fejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fis-sistema statistika nazzjonali ta’ Stat Membru teħtieġ adattamenti kbar u x’aktarx toħloq problemi prattiċi sinifikanti fir-rigward tal-għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1), il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga lill-Istati Membri.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża talbu derogi mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1337/2011 skont l-Artikolu 10(2) tiegħu.

(3)

L-informazzjoni mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika Franċiża tiġġustifika l-għoti ta’ dawk id-derogi.

(4)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja qed tingħata deroga mill-obbligu tagħha biex tressaq l-istatistiċi dwar l-għelejjel permanenti msemmija fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1337/2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   Id-deroga qed tingħata għas-sena ta’ referenza 2012.

Artikolu 2

1.   Ir-Repubblika Franċiża qed tingħata deroga mill-obbligu tagħha biex tressaq l-istatistiċi dwar is-siġar taż-żebbuġ sal-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   Id-deroga qed tingħata għas-sena ta’ referenza 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7.