ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.152.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
13 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 497/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2012 tat-12 ta’ Ġunju 2012 dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea

28

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2012 tat-12 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/301/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2012 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mid-Danimarka dwar ċerti gassijiet serra industrijali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3717)

40

 

 

2012/302/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3723)  ( 1 )

42

 

 

2012/303/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mil-lewkosi bovina enzootika (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3729)  ( 1 )

48

 

 

2012/304/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3761)  ( 1 )

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2012

tas-7 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu fil-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), u l-Artikolu 13(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet li minnhom annimali ungulati ħajjin, inklużi dawk suxxettibbli għall-bluetongue, jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni u rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal din l-introduzzjoni.

(2)

B'mod partikolari, fir-rigward ta' annimali suxxettibbli għall-bluetongue, iċ-ċertifikati BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jinkludu fost l-oħrajn ir-rekwiżit li l-annimali għandhom jiġu minn territorju li, fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat li jakkumpanjhom kien ħieles mill-bluetongue għal perjodu ta' tnax-il xahar.

(3)

B'riżultat ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda, saru disponibbli “vaċċini inattivati” kontra l-bluetongue li ma jippreżentawx ir-riskju ta’ ċirkolazzjoni lokali mhux mixtieqa tal-vajrus tal-vaċċin għal baqar, nagħaġ u mogħoż. Attwalment jeżisti qbil ġenerali li t-tilqim b'vaċċini inattivati huwa l-għodda preferuta għall-kontroll tal-bluetongue u għall-prevenzjoni ta' mard kliniku f'annimali bħal dawn fl-Unjoni.

(4)

Biex ikun żgurat kontroll aħjar fuq it-tixrid tal-vajrus tal-bluetongue u biex jitnaqqas il-piż ta' dik il-marda minn fuq is-settur agrikolu, ir-regoli dwar it-tilqim stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (3) reċentament emendati permezz tad-Direttiva 2012/5/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda u reċenti fil-produzzjoni tal-vaċċin.

(5)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/75/KE issa tistipula l-użu ta' vaċċini inattivati fil-partijiet kollha tal-UE.

(6)

B'riżultat tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li dejjem tevolvi fir-rigward tal-bluetongue, u għall-konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007, tas-26 ta' Ottubru 2007, dwar regoli ta' implimentazzjoni għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (5) reċentament ġie emendat. L-istandards tal-UE jitolbu l-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-vajrus għal perjodu minimu ta' sentejn sabiex territorju jkun jista' jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-bluetongue. Il-perjodu ta' tnax-il xahar imsemmi fiċ-ċertifikati relevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 206/2010 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(7)

Id-Direttiva 2000/75/KE u r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 japplikaw għal ċaqliq ġewwa l-Unjoni ta' ungulati ħajjin suxxettibbli għall-bluetongue Huwa xieraq li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jiġu emendati għall-konformità tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni, fir-rigward tal-bluetongue, mar-rekwiżiti tal-moviment ġewwa l-Unjoni ta' annimali suxxettibbli għal dik il-marda.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2012, kunsinni ta' ungulati ħajjin akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont il-mudelli BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y u RUM stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 qabel l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(4)  ĠU L 81, 21.3.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 206/2010, il-Parti 2 tiġi emendata kif ġej:

(1)

Il-mudelli "BOV-X", "BOV-Y", "OVI-X" u "OVI-Y" jinbidlu ma' dawn li ġejjin:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Il-Mudell "RUM" jinbidel b’dan li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 498/2012

tat-12 ta’ Ġunju 2012

dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2012/105/UE) tal-14 ta’ Diċembru 2011 (1) dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Meta titqies l-importanza ekonomika għall-Unjoni Ewropea tal-importazzjonijiet ta’ injam mhux maħdum u l-importanza li għandha l-Federazzjoni Russa għall-Unjoni bħala fornitur ta’ injam mhux maħdum, il-Kummissjoni nnegozjat mal-Federazzjoni Russa impenji mill-Federazzjoni Russa biex tnaqqas jew telimina d-dazji tal-esportazzjoni applikati bħalissa inkluż fuq l-injam mhux maħdum.

(2)

Dawn l-impenji, li se jsiru parti mill-Iskeda tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għall-Konċessjonijiet tal-Federazzjoni Russa mal-adeżjoni tagħha mad-WTO, jinkludu l-kwoti tar-rati tariffarji għall-esportazzjoni tat-tipi speċifikati ta’ injam koniferuż, li sehem minnu kien allokat għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(3)

Fil-kuntest tan-negozjati li jirrigwardaw l-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, mal-Federazzjoni Russa, ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri relatati mal-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ ċertu injam koniferuż mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(4)

Kif previst fil-Ftehim, l-Unjoni u l-Federazzjoni Russa nnegozjaw modalitajiet tekniċi dettaljati dwar il-ġestjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji, li jinsabu fi ftehim fil-forma ta’ Protokoll innegozjat bejn l-Unjoni u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”).

(5)

Fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll, għandhom jiġu stabbiliti metodi għall-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji skont id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-importaturi u għandhom jiġu stipulati regoli u metodi għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-importaturi tradizzjonali għal kull perjodu tal-kwota u għal kull grupp ta’ prodotti.

(6)

Għandhom jiġu stipulati regoli dwar il-kontinwità tan-negozju biex jiġi determinat jekk importatur li jitlob status ta’ importatur tradizzjonali huwiex l-istess persuna fiżika jew ġuridika li importa l-prodotti koperti matul il-perjodi ta’ referenza speċifikati f’dan ir-Regolament.

(7)

Għandhom jiġu stipulati regoli u proċeduri relatati ma’ awtorizzazzjonijiet ta’ kwoti mhux użati.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli tranżitorji li japplikaw matul l-ewwel tliet perjodi ta’ applikazzjoni tal-kwoti ta’ dan ir-Regolament b’rabta mal-għażla tal-perjodi ta’ referenza għall-kalkolu tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti għall-importaturi tradizzjonali.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Injam stabbilit mid-Deċiżjoni 2012/105/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati dwar l-allokazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tal-kwoti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll, u jistabbilixxi dispożizzjonijiet oħra meħtieġa għall-ġestjoni mill-Unjoni tal-kwantitajiet tal-kwoti tar-rati tariffarji allokati lill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Protokoll.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(3) u (4) tal-Protokoll.

Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja: “grupp ta’ prodotti” tfisser kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ prodotti koperti skont il-klassifikazzjoni ta’ tali prodotti fin-nomenklatura tariffarja u statistika applikata fil-Federazzjoni Russa, jiġifieri l-prinjol (linji tariffarji 4403 20 110 u 4403 20 190) u l-arżnu (linji tariffarji 4403 20 310 u 4403 20 390). Il-kodiċijiet tariffarji rilevanti applikati fil-Federazzjoni Russa u n-Nomenklatura Magħquda korrispondenti (2) (“NM”) u l-kodiċijiet TARIC huma mehmuża bħala l-Anness I.

KAPITOLU 2

PRINĊIPJI TAL-ALLOKAZZJONI

Artikolu 3

Il-metodu għall-allokazzjoni tal-kwota tariffarja għandu jiddependi fuq id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-importatur, kif ġej:

(a)

għal kull applikazzjoni mressqa sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena (aktar ’il quddiem imsejħa “l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota”), il-Kummissjoni għandha talloka kwoti tariffarji skont il-kategoriji “tradizzjonali” jew “ġodda” ta’ importaturi, skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Protokoll; kif ukoll

(b)

għal kull applikazzjoni mressqa mill-1 ta’ Awwissu (aktar ’il quddiem imsejħa “t-tieni parti tal-perjodu tal-kwota”), il-Kummissjoni għandha talloka l-kwantitajiet li jifdal tal-kwoti tariffarji skont l-ordni kronoloġika ta’ kif jaslu n-notifiki għand il-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (aktar ’il quddiem imsejħa “l-Uffiċċju(i) tal-Liċenzji”) tal-applikazzjonijiet imressqa minn importaturi individwali, skont l-Artikolu 5(2)(a) tal-Protokoll.

Artikolu 4

1.   Matul l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota:

(a)

70 % ta’ kull kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti għandhom jiġu allokati lill-importaturi tradizzjonali (aktar ’il quddiem imsejħa “il-kwota għall-importaturi tradizzjonali”); kif ukoll

(b)

30 % ta’ kull kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti għandhom jiġu allokati lill-importaturi ġodda (aktar ’il quddiem imsejħa “il-kwota għall-importaturi ġodda”).

2.   Il-kwota għall-importaturi ġodda għandha tiġi allokata skont l-ordni kronoloġika ta’ kif jaslu n-notifiki għand il-Kummissjoni mill-Uffiċċji tal-Liċenzji tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ kwota minn tali importaturi.

3.   Kull importatur ġdid għandu jingħata minimu ta’ 1,5 % tal-kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti skont il-proċedura ta’ allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 5

Matul it-tieni parti tal-perjodu tal-kwota, kull importatur għandu jingħata massimu ta’ 5 % tal-kwota tariffarja li jifdal għal kull grupp ta’ prodotti.

Artikolu 6

1.   Matul l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota, kull importatur tradizzjonali għandu jkun biss intitolat li jitlob awtorizzazzjonijiet għal kwoti għal sehem speċifiku tal-kwota għall-importaturi tradizzjonali għal kull grupp ta’ prodotti (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-limitu massimu”), ikkalkolat skont il-paragrafu 2. L-awtorizzazzjonijiet għall-kwoti kollha mogħtija lil importatur tradizzjonali matul l-ewwel parti tal-perjodu tal-kwota għandhom jingħaddu bi tqabbil ma’ tali limit massimi tal-importatur.

2.   Il-limitu massimu għal kull grupp ta’ prodotti ta’ importatur tradizzjonali li japplika f’perjodu tal-kwota (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-perjodu tal-kwota n+1”) għandu jiġi kkalkolat skont il-medja tal-importazzjonijiet attwali ta’ prodotti koperti tat-tali importatur matul iż-żewġ perjodi tal-kwota ta’ qabel is-sena tal-kalkolu tat-tali limitu massimu, fuq il-bażi tal-formula li ġejja:

Ci = T * (Īi/ΣĪi)

fejn:

 

“Ci” jirrappreżenta l-limitu massimu għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat (prinjol jew arżnu) għall-importatur i matul il-perjodu tal-kwota n+1;

 

“T” jirrappreżenta l-kwota għall-importaturi tradizzjonali disponibbli għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat matul is-sena tal-kalkolu tal-limitu massimu (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-perjodu tal-kwota n”);

 

“Īi” jirrappreżenta l-medja tal-importazzjonijiet attwali mill-importatur tradizzjonali i tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat, fiż-żewġ perjodi tal-kwota ta’ qabel il-kalkolu (aktar ’il quddiem imsejħa “l-perjodu tal-kwota n–2” u “l-perjodu tal-kwota n–1”, rispettivament), kif ġej:

[(importazzjonijiet attwali tal-importatur i fil-perjodu tal-kwota n–2) + (importazzjonijiet attwali tal-importatur i fil-perjodu tal-kwota n–1)]/2

 

“ΣĪi” jirrappreżenta s-somma tal-importazzjonijiet medji Īi tal-importaturi tradizzjonali kollha għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat.

Artikolu 7

1.   Kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-limiti massimi li japplikaw għal kull importatur tradizzjonali għall-perjodu tal-kwota li jmiss skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 6(2).

2.   Għall-iskop ta’ tali kalkolu, l-Uffiċċji tal-Liċenzji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tal-perjodu tal-kwota, taqsira tal-importazzjonijiet attwali tal-prodotti koperti fil-perjodu tal-kwota n-1 li ġew innotifikati lilhom skont l-Artikolu 11(1). Tali taqsira għandha titressaq f’format ta’ spreadsheet elettronika, b’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness IV.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Uffiċċji tal-Liċenzji bil-limiti massimi aġġornati li jirriżultaw mill-kalkoli li jkunu saru skont l-Artikolu 6(2) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April tal-perjodu tal-kwota n.

KAPITOLU 3

KONTINWITÀ TAL-OPERAT

Artikolu 8

1.   Meta importatur li jkun qed jitlob status ta’ importatur tradizzjonali skont l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll (aktar ’il quddiem imsejjaħ “l-applikant”) ma jipprovdix evidenza sodisfaċenti li huwa l-istess persuna fiżika jew ġuridika li importa l-prodotti koperti matul il-perjodu ta’ referenza magħżul skont l-Artikolu 17(2) (aktar ’il quddiem imsejjaħ “il-predeċessur”), għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji l-evidenza meħtieġa biex jipprova li għandu kontinwità tal-operat mal-attivitajiet tal-predeċessur.

2.   Il-kontinwità tal-operat kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li teżisti meta:

(a)

l-applikant u l-predeċessur huma taħt il-kontroll tal-istess entità legali skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3); jew

(b)

l-attività ekonomika tal-predeċessur, fir-rigward tal-prodotti koperti, ġiet trasferita legalment lill-applikant, pereżempju bħala riżultat ta’ għaqda jew akkwist skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

3.   L-importaturi li ma jipprovdux evidenza tal-kontinwità tal-operat għandhom jitqiesu bħala importaturi ġodda.

Artikolu 9

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta importatur jitlob għall-istatus ta’ importatur tradizzjonali skont l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll.

KAPITOLU 4

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-KWOTI

Artikolu 10

1.   L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti għandhom jitressqu fl-għamla stabbilita fl-Anness II. Jekk l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni ma titqiesx xierqa, l-Uffiċċju tal-Liċenzji jista’ jitlob dettalji oħra mill-applikant.

2.   L-għotja ta’ awtorizzazzjoni tal-kwoti għandha tkun soġġetta għar-rekwiżit li l-prodotti korrispondenti jiġu pproċessati, fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni, filwaqt li tiġi konferita l-oriġini mill-Unjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (4).

3.   L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti għandhom ikunu akkumpanjati minn affidavit mill-applikant li jkun fih impenn li:

(a)

jassenja l-prodotti kkonċernati lill-ipproċessar preskritt fi żmien sena mid-data li fiha ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali kompetenti d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li jkun fiha d-deskrizzjoni preċiża tal-oġġetti u l-kodiċijiet TARIC;

(b)

iżomm rekords xierqa fl-Istati Membri fejn ingħatat l-awtorizzazzjoni li jippermettu lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jwettaq kull verifika li jqis meħtieġa biex jiżgura li l-prodotti huma verament assenjati lill-ipproċessar preskritt, u li jippreservahom; għall-iskop ta’ dan is-subparagrafu, “rekords” tfisser id-dejta li jkun fiha l-informazzjoni u d-dettalji tekniċi kollha meħtieġa dwar kull tip ta’ mezz, li jippermetti lill-Uffiċċji tal-Liċenzji jissorveljaw u jikkontrollaw l-operazzjonijiet;

(c)

jippermetti lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jittraċċa l-prodotti kkonċernati għas-sodisfazzjon tiegħu fil-bini tal-impriża kkonċernata matul l-ipproċessar tagħhom kollu;

(d)

jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Liċenzji bil-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw l-awtorizzazzjoni.

4.   Meta l-prodotti kkonċernati jiġu trasferiti, l-applikant għandu jipprovdi evidenza suffiċjenti tal-assenjar tagħhom lill-ipproċessar preskritt skont il-paragrafu 3(a).

5.   L-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5) għandu japplika.

6.   In-nuqqas ta’ konformità mal-impenn imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, mill-importatur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li lilha l-importatur imbagħad jittrasferixxi tali prodotti, għandha titqies bħala ekwivalenti għal awtorizzazzjoni tal-kwoti mhux użata, skont l-Artikolu 13, għall-ammont rilevanti ta’ prodotti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-Uffiċċji tal-Liċenzji f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u taġġornaha kif meħtieġ.

KAPITOLU 5

PROVA TAL-IMPORTAZZJONIJIET ATTWALI

Artikolu 11

1.   Mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju wara t-tmiem ta’ kull tielet xahar, l-importaturi għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Istat Membru li minnu jkunu rċevew awtorizzazzjoni tal-kwoti bl-importazzjonijiet attwali tagħhom ta’ prodotti koperti lejn dak l-Istat Membru matul l-aħħar tliet xhur. Għal dan l-iskop, l-importatur għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji kopja tad-dikjarazzjonijiet doganali tal-importazzjonijiet ikkonċernati.

2.   Meta l-kwantità rreġistrata fid-dikjarazzjoni doganali titkejjel mingħajr qoxra u l-kwantità msemmija fl-entrata 9 tal-formola tal-awtorizzazzjoni tal-kwoti tinkludi l-qoxra, l-importatur għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji, minbarra l-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1, u fl-istess żmien ta’ skadenza, l-kwantitajiet tal-importazzjoni korretti għal kull dikjarazzjoni doganali, li jinkludu l-qoxra. Il-kwantitajiet korretti għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni stabbiliti fl-Anness III.

KAPITOLU 6

AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-KWOTI MHUX UŻATI

Artikolu 12

1.   Meta awtorizzazzjoni tal-kwoti ma tintużax wara sitt xhur mill-ħruġ tagħha, l-importatur għandu jew jagħtiha lura lill-Uffiċċju tal-Liċenzji, jew għandu jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Liċenzji bl-intenzjoni tiegħu li jużaha fil-perjodu tal-kwota li jkun fadal. Meta awtorizzazzjoni tal-kwoti tkun inħarġet qabel il-bidu tal-perjodu tal-kwota skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll, il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur għandu jingħadd mill-1 ta’ Jannar tas-sena li tikkorrispondi għall-perjodu tal-kwota.

2.   L-Uffiċċji tal-Liċenzji għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalukwe awtorizzazzjoni tal-kwoti li tkun ingħatat lura mill-importaturi skont il-paragrafu 1. Il-bilanċ tal-limiti massimi tal-importaturi tradizzjonali għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat għandu jiġi emendat għall-ammont korrispondenti.

Artikolu 13

1.   Meta l-importazzjonijiet attwali minn importatur tradizzjonali ta’ prodotti koperti matul il-perjodu tal-kwota n-1 huma inqas minn 85 % tal-kwantitajiet koperti mill-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti kollha li ngħataw lil tali importatur matul l-istess perjodu tal-kwota, il-limiti massimi tal-importazzjoni tal-importatur għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti matul il-perjodu tal-kwota n+1 għandhom jitnaqqsu b’ammont li huwa proporzjonali għad-daqs tal-importazzjonijiet attwali li jonqsu.

2.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

ri = (0,85 * ΣΑi – Ii)/ΣΑi

fejn:

 

“ri” jirrappreżenta t-tnaqqis li japplika għal-limiti massimi tal-importazzjonijiet tal-importatur i, għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti, matul il-perjodu tal-kwota n+1;

 

“ΣΑi” jirrappreżenta s-somma tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti mogħtija lill-importatur tradizzjonali i matul il-perjodu tal-kwota n–1;

 

“Ii” jirrappreżenta l-importazzjonijiet attwali ta’ prodotti koperti tal-importatur i matul il-perjodu tal-kwota n–1.

Artikolu 14

1.   Meta awtorizzazzjoni tal-kwoti li ma tkunx ingħatat lura wara sitt xhur mill-ħruġ tagħha skont l-Artikolu 12 tibqa’ ma tintużax fit-tmiem tal-perjodu tal-kwota n–1, il-limiti massimi tal-importazzjonijiet tal-importatur għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti matul il-perjodu tal-kwota n+1 għandhom jitnaqqsu bid-doppju tal-ammont b’mod proporzjonali għad-daqs tal-awtorizzazzjoni tal-kwoti mhux użata.

2.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Ri = 2 * (ΣUi/ΣΑi)

fejn:

 

“Ri” jirrappreżenta t-tnaqqis li japplika għal-limitu massimu tal-importatur i, għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti, matul il-perjodu tal-kwota n+1;

 

“ΣUi” jirrappreżenta s-somma tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti mhux użati mogħtija lill-importatur i matul il-perjodu tal-kwota n–1;

 

“ΣΑi” jirrappreżenta s-somma tal-awtorizzazzjonijiet tal-kwoti mogħtija lill-importatur i, għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti, matul il-perjodu tal-kwota n–1.

Artikolu 15

Jekk il-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tal-limiti massimi tal-importazzjonijiet previsti fl-Artikoli 13 u 14 jiġu ssodisfati t-tnejn b’mod simultanju, għandu japplika l-akbar tnaqqis biss (Ri jew ri).

KAPITOLU 7

MIŻURI TRANŻITORJI LI JAPPLIKAW GĦALL-EWWEL TLIET PERJODI TAL-KWOTA

Artikolu 16

1.   Il-metodu ta’ allokazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għall-ewwel perjodu sħiħ tal-kwota ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Matul dan il-perjodu tal-kwota, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ma għandhomx japplikaw.

2.   L-Artikoli minn 17 sa 19 għandhom japplikaw matul l-ewwel tliet perjodi tal-kwota ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

1.   Il-perjodu ta’ referenza previst fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll għandu jkun is-sena 2004, is-sena 2007, jew is-sentejn flimkien, skont kif jagħżel l-importatur.

2.   L-importaturi li jitolbu status ta’ importatur tradizzjonali għandhom jispeċifikaw liema minn dawn it-tliet opzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għażlu għall-kalkolu tal-limiti massimi tagħhom, skont l-Artikolu 6, mhux aktar tard minn 20 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-perjodu ta’ referenza magħżul minn kull importatur skont il-paragrafu 2 għandu japplika għall-ewwel tliet perjodi tal-kwota ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

1.   L-importaturi li jitolbu status ta’ importatur tradizzjonali għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju(i) tal-Liċenzji tal-Istat(i) Membru(i) li mingħandu(mingħandhom) għandhom il-ħsieb li jitolbu awtorizzazzjonijiet tal-kwoti, mhux aktar tard minn 20 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bl-importazzjonijiet attwali tagħhom ta’ prodotti koperti lejn dak/dawk l-Istat(i) Membru(i) matul il-perjodu ta’ referenza magħżul skont l-Artikolu 17(2). Sabiex jiġu sostanzjati tali dikjarazzjonijiet tal-importazzjonijiet attwali, l-importatur għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Liċenzji kopja tad-dikjarazzjonijiet doganali tal-importazzjonijiet ikkonċernati.

2.   L-Uffiċċji tal-Liċenzji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn 35 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, taqsira tal-importazzjonijiet attwali ta’ prodotti koperti li ġew innotifikati lilhom skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali taqsira għandha titressaq f’format ta’ spreadsheet elettronika, b’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 19

1.   Meta tintgħażel sena waħda skont l-Artikolu 17(2), il-fattur varjabbli Īi imsemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jirrappreżenta l-importazzjonijiet attwali tal-importatur tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat matul it-tali sena.

2.   Meta jintgħażlu l-2004 u l-2007 flimkien skont l-Artikolu 17(2), il-fattur varjabbli Īi imsemmi fl-Artikolu 6(2) għandu jirrappreżenta medja tal-importazzjonijiet attwali tal-importatur tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat fis-snin 2004 u 2007, ikkalkolata kif ġej:

[(Importazzjonijiet attwali fl-2004) + (Importazzjonijiet attwali fl-2007)]/2.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Uffiċċji tal-Liċenzji bil-limiti massimi li jirriżultaw mill-kalkoli li jkunu saru skont l-Artikolu 6(2) mhux aktar tard minn 65 jum kalendarju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   Jekk il-limiti massimi msemmijin fl-Artikolu 6 ma jkunux ġew ikkalkolati sakemm jiġu applikati l-Ftehim u l-Protokoll fuq bażi provviżorja, il-kwoti tariffarji għal kull grupp ta’ prodotti għandhom jiġu allokati lill-importaturi kollha skont il-proċedura ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(b) sakemm il-Kummissjoni tgħarraf lill-Uffiċċji tal-Liċenzji li l-limiti massimi ġew stabbiliti u li l-proċedura ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(b) intemmet. Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, kull importatur għandu jingħata minimu ta’ 2,5 % tal-kwota tariffarja għal kull grupp ta’ prodotti.

KAPITOLU 8

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jieqaf japplika fid-data li fiha tieqaf l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 57, 29.2.2012, p. 1.

(2)  Li attwalment jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).

(3)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Kodiċijiet tariffarji rilevanti applikati fil-Federazzjoni Russa u kodiċijiet NM u TARIC (ara l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament)

 

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Kodiċi tariffarju Russu

Deskrizzjoni sħiħa

1.

ex 4403 20 11

10

4403 20 110 1

Injam tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), ta’ dijametru ta’ mhux inqas minn 15-il ċm iżda mhux aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m

ex 4403 20 19

10

2.

ex 4403 20 11

10

4403 20 110 2

Injam tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), ta’ dijametru ta’ aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m

ex 4403 20 19

10

3.

ex 4403 20 19

10

4403 20 190 1

Injam tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-lbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru fuq fuq, ta’ dijametru ta’ inqas minn 15-il ċm

4.

ex 4403 20 19

10

4403 20 190 9

Injam ieħor tal-prinjol tat-tip “Picea abies Karst.” jew żnuber abjad (Abies alba Mill.)

5.

ex 4403 20 31

10

4403 20 310 1

Injam tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.”, ta’ dijametru ta’ mhux inqas minn 15-il ċm iżda mhux aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m

ex 4403 20 39

10

6.

ex 4403 20 31

10

4403 20 310 2

Injam tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.”, ta’ dijametru ta’ aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m

ex 4403 20 39

10

7.

ex 4403 20 39

10

4403 20 390 1

Injam tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.” (mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-lbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru fuq fuq,) ta’ dijametru ta’ inqas minn 15-il ċm

8.

ex 4403 20 39

10

4403 20 390 9

Injam ieħor tal-arżnu tat-tip “Pinus sylvestris L.”


ANNESS II

Mudell tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-kwoti (ara l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament)

Image

Test ta 'immaġni

Anness għall-mudell tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-kwoti: Affidavit skont l-Artikolu 10(3) ta’ dan ir-Regolament

Affidavit

Affidavit ta’… (Isem id-dikjarant)

Jiena, hawn taħt iffirmat, b’dan qed nagħmel id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

Fir-rigward l-applikazzjoni tiegħi għal awtorizzazzjoni tal-kwoti tal-(JJ/XX/SS), nimpenja ruħi li:

(1)

nassenja l-prodotti kkonċernati lill-ipproċessar preskritt fi żmien sena mid-data li fiha ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali kompetenti d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li jkun fiha d-deskrizzjoni preċiża tal-oġġetti u l-kodiċijiet TARIC;

(2)

inżomm rekords xierqa fl-Istati Membri fejn ingħatat l-awtorizzazzjoni li jippermettu lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jwettaq kull verifika li jqis meħtieġa biex jiżgura li l-prodotti huma verament assenjati lill-ipproċessar preskritt, u li nippreservahom;

(3)

nippermetti lill-Uffiċċju tal-Liċenzji jittraċċa l-prodotti kkonċernati għas-sodisfazzjon tagħhom fil-bini tal-impriża kkonċernata matul l-ipproċessar tagħhom kollu;

(4)

ninnotifika lill-Uffiċċju tal-Liċenzji bil-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw l-awtorizzazzjoni.

Jiena, hawn taħt iffirmat, nivverifka solennement li, sa fejn naf, il-kontenut tal-affidavit tiegħi ta’ hawn fuq huwa vera u korrett u l-ebda parti minnu mhija falza.

Post/Data

 

Firma


ANNESS III

Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament

Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament huma b’dan stabbiliti kif ġej:

Kodiċi NM

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni

4403 20 11

0,90

4403 20 19

0,88

4403 20 31

0,88

4403 20 39

0,87


ANNESS IV

Taqsira tal-importazzjonijiet attwali skont l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament

Isem il-kumpanija li timporta

Nru tal-VAT tal-kumpanija li timporta

Importazzjonijiet attwali tal-prinjol (Σ ta’ NM 4403 20 11  u 4403 20 19 ) f’m3 fil-perjodu tal-kwota n-1 (…-…)

Importazzjonijiet attwali tal-arżnu (Σ ta’ NM 4403 20 31  u 4403 20 39 ) f’m3 fil-perjodu tal-kwota n-1 (… -…)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS V

Taqsira tal-importazzjonijiet attwali skont l-Artikolu 18(2) flimkien mal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-Regolament

Isem il-kumpanija li timporta

Nru tal-VAT tal-kumpanija li timporta

Importazzjonijiet attwali tal-prinjol (Σ ta’ NM 4403 20 11 u 4403 20 19 ) f’m3 fis-sena ta’ referenza …

Importazzjonijiet attwali tal-arżnu (Σ ta’ NM 4403 20 31 u 4403 20 39 ) f’m3 fis-sena ta’ referenza …

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/38


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 499/2012

tat-12 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

55,3

MK

52,8

TR

51,8

ZZ

53,3

0707 00 05

MK

26,2

TR

119,2

ZZ

72,7

0709 93 10

TR

97,5

ZZ

97,5

0805 50 10

AR

75,2

BO

105,1

TR

107,0

ZA

95,9

ZZ

95,8

0808 10 80

AR

113,1

BR

82,2

CL

97,3

CN

136,2

NZ

132,4

US

153,6

UY

61,9

ZA

113,2

ZZ

111,2

0809 10 00

TR

226,2

ZZ

226,2

0809 29 00

TR

440,0

ZZ

440,0

0809 40 05

ZA

300,5

ZZ

300,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2012

dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mid-Danimarka dwar ċerti gassijiet serra industrijali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3717)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(2012/301/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra bid-data tat-13 ta’ Frar 2012 u skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ir-Renju tad-Danimarka nnotifika lill-Kummissjoni li d-Danimarka biħsiebha żżomm id-dispożizzjonijet nazzjonali tagħha dwar ċerti gassijiet serra industrijali li huma aktar stretti mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1) saħansitra wara l-31 ta’ Diċembru 2012, id-data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/62/KE (2), adottata skont l-Artikolu 95(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat tal-KE) (li issa huwa l-Artikolu 114(6) TFUE).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (gassijiet F) għandu l-għan li jipprevjeni u jrażżan l-emissjonijiet ta’ ċerti gassijiet F (HFCs, PFCs u SF6) koperti bil-Protokoll ta’ Kjoto. Fih ukoll għadd limitat ta’ projbizzjonijiet ta’ użu u tqegħid fis-suq fejn l-alternattivi tqiesu disponibbli u kosteffiċjenti fil-livell tal-Komunità u fejn it-titjib fit-trażżin u l-irkupru kien meqjus bħala mhux possibbli.

(3)

Ir-Regolament għandu bażi legali doppja, l-Artikolu 175(1) tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 192(1) tat-TFUE) fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha minbarra l-Artikoli 7, 8 u 9, li huma bbażati fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 114 tat-TFUE) minħabba l-implikazzjonijiet tagħhom f’termini tal-moviment ħieles tal-prodotti fi ħdan is-suq uniku tal-Unjoni.

(4)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-Danimarka dwar ċerti gassijiet serra fluworurati ilhom mill-2002 u d-Danimarka nnotifikat dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2006. Il-projbizzjoni ġenerali fuq l-importazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ prodotti ġodda li fihom il-gassijiet F hija akkumpanjata minn derogi speċifikati fl-Anness I tal-Ordni. Dawn id-derogi għandhom x’jaqsmu ma’ għadd ta’ applikazzjonijiet speċifiċi ħafna u, u għal għadd ta’ applikazzjonijiet aktar komuni, huma bbażati fuq il-kwantità ta’ gassijiet serra użati fis-sistemi rispettivi, u b’hekk jeżentaw, pereżempju, l-unitajiet ta’ refriġerazzjoni, il-pompi tas-sħana jew l-unitajiet tal-arja kundizzjonata b’ċarġ ta’ refriġerant li tvarja bejn 0,15 kg u 10 kg kif ukoll sistemi ta’ refriġerazzjoni bl-irkupru tas-sħana b’ċarġ ta’ 50 kg jew inqas. Prodotti għall-bastimenti u għall-użu militari kif ukoll l-użu tal-SF6 f’unitajiet ta’ vultaġġ għoli huma eżentati. Fit-8 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet b’referenza għall-Artikolu 95(6) tat-Trattat tal-KE (li issa huwa l-Artikolu 114(6) tat-TFUE) li tawtorizza lid-Danimarka żżomm id-dispożizzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(5)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/62/KE ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw iż-żamma ta’ dispożizzjonijiet aktar stretti, kif stipulati f’dik id-Deċiżjoni, baqgħu jgħoddu. Ir-regoli nazzjonali jibqgħu parti minn strateġija usa’ li ġiet stabbilita mid-Danimarka sabiex tilħaq il-mira tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont il-Protokoll ta’ Kjoto u l-ftehim sussegwenti dwar il-qsim tal-piżijiet adottat fil-livell tal-Unjoni. Skont dan l-arranġament, id-Danimarka ntrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha b’21 % tul il-perjodu 2008-2012 meta mqabbel mas-sena ta’ bażi, 1990. Ġie rrapportat li l-miżuri nnotifikati kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-HFC fid-Danimarka. Fid-deċiżjonijiet adottati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (3), id-Danimarka ntrabtet li ulterjorment tnaqqas l-emissjonijiet b’20 % sal-2020 meta mqabbla mal-livelli tal-2005.

(6)

Id-derogi previsti bl-Ordni, kif ukoll il-possibbiltà li f’każijiet speċifiċi ħafna jingħataw eżenzjonijiet individwali mill-projbizzjoni ġenerali, jiżguraw il-proporzjonalità tal-miżura. Barra minn hekk, tikkonċerna biss it-tagħmir il-ġdid u tippermetti l-użu ta’ gassijiet F għas-servisjar u l-manutenzjoni ta’ tagħmir eżistenti sabiex jiġi evitat l-abbandun mhux meħtieġ tat-tagħmir.

(7)

Filwaqt li tinnota li l-Ordni għandha implikazzjonijiet fuq il-moviment ħieles tal-prodotti fl-Unjoni, id-dispożizzjonijiet huma ġenerali u japplikaw bl-istess mod għall-prodotti nazzjonali u importati. Ma hemm l-ebda evidenza li d-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati ntużaw jew se jintużaw bħala mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja bejn l-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni. Fid-dawl tar-riskji għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tal-gassijiet F, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni tagħha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jikkostitwux ostaklu sproporzjonat għall-funzjonament tas-suq intern b’rabta mal-għanijiet imfittxija, b’mod partikolari meta jitqiesu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni reċenti tal-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 (4) li jindikaw li huma meħtieġa aktar miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet F biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra maqbula fl-Unjoni kollha.

(8)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-talba tar-Repubblika tad-Danimarka, imressqa fit-13 ta’ Frar 2012, biex iżżomm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha aktar stretta mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom, jew li t-tħaddim tagħhom jiddependi fuq il-gassijiet F, hija ammissibbli.

(9)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma d-Deċiżjoni 2007/62/KE tagħha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali fl-Ordni Nru 552 tat-2 ta’ Lulju 2002:

jissodisfaw ħtiġijiet abbażi tal-ħarsien tal-ambjent,

iqisu l-eżistenza u d-disponibbiltà teknika u ekonomika ta’ alternattivi għall-applikazzjonijiet ipprojbiti fid-Danimarka,

x’aktarx li l-impatt ekonomiku li jħallu jkun limitat,

mhumiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja,

ma jikkostitwux restrizzjoni moħbija għall-kummerċ bejn l-Istati Membri u

għaldaqstant huma kompatibbli mat-Trattat.

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li jistgħu jiġu approvati.

(10)

Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivvaluta mill-ġdid il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni biex tara jkunux għadhom qed jiġu ssodisfati. Dan jista’, b’mod partikolari, isir rilevanti fil-każ ta’ bidliet sostanzjali lir-Regolament (KE) Nru 842/2006 jew lid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Meta jitqiesu din il-possibbiltà u l-impenji fuq terminu twil tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, limitu tad-dewmien tal-approvazzjoni għal data speċifika ma jitqiesx neċessarju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ċerti gassijiet serra fluworurati, li r-Renju tad-Danimarka nnotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra bid-data tat-13 ta’ Frar 2012, u li huma aktar stretti mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li t-tħaddim tagħhom jiddependi fuq il-gassijiet F, huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 130.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(4)  Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (ir-Regolament (KE) Nru 842/2006), COM(2011) 581 finali.


13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/42


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3723)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/302/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, huma soġġetti għas-sottomissjoni ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jesiġu li jsir dan.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) imressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tagħha għall-annimali u l-prodotti mill-annimali indikati f’dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

(4)

Il-Beliże ressaq pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Beliże għall-akkwakultura għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista.

(5)

Iċ-Ċili fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-ovini/kaprini iżda b’referenza għan-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE. Din in-nota f’qiegħ il-paġna tirrestrinġi dawn l-importazzjonijiet miċ-Ċili għall-ovini biss. Iċ-Ċili ressaq pjan għal kaprini lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Ir-referenza għan-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna għandha għalhekk titneħħa fil-lista għaċ-Ċili.

(6)

Curaçao fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-ħalib. Iżda, Curaçao ma pprovdiex pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. L-annotazzjoni għal Curaçao għandha għalhekk titneħħa mil-lista.

(7)

Ħong Kong fil-preżent huwa inkluż fil-lista għat-tjur u l-akkwakultura. Iżda, Ħong Kong ma pprovdiex pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Ħong Kong għandu għalhekk jitneħħa mil-lista.

(8)

Il-Gambja ressqet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Gambja għall-akkwakultura għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE (3) testendi d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għall-Islanda. L-annotazzjonijiet għall-Iżlanda għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista.

(10)

Il-Ġamajka fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-akkwakultura u l-għasel. Iżda, il-Ġamajka ma pprovdietx pjan għall-akkwakultura kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva96/23/KE. L-annotazzjoni għall-Ġamajka għall-akwakultura għandha għalhekk titneħħa mil-lista.

(11)

Il-Kenja ressqet pjan għall-ħalib tal-iġmla lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Kenja għall-ħalib tal-iġmla għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista.

(12)

Il-Libanu ressaq pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għal-Libanu għall-għasel għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista.

(13)

In-Namibja fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, ovini/kaprini, il-kaċċa selvaġġa u l-kaċċa mrobbija. Iżda, in-Namibja ma pprovdietx pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE għall-kaċċa mrobbija. L-annotazzjoni għan-Namibja għall-kaċċa mrobbija għandha għalhekk titneħħa mil-lista.

(14)

Il-Kaledonja Ġdida fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, l-akkwakultura, il-kaċċa selvaġġa, il-kaċċa mrobbija u l-għasel. Dan il-pajjiż terz għarraf lill-Kummissjoni li mhux aktar interessat li jesporta laħam frisk tal-bovini lejn l-Unjoni. Iżda, il-Kaledonja Ġdida pprovdiet l-garanziji mitluba li żżomm l-annotazzjoni għall-bovini fil-lista iżda bin-nota f’qiegħ il-paġna li tindika pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni. Ir-referenza għan-nota f’qiegħ il-paġna xierqa għandha għalhekk tiżdied għall-annotazzjoni għall-Kaledonja Ġdida għall-bovini.

(15)

Sint Maarten fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-ħalib. Madankollu, Sint Maarten ma pprovdietx pjan kif mitlub bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Sint Maarten għandha għalhekk titneħħa mil-lista.

(16)

San Marino fil-preżent hija inkluża fil-lista għall-bovini, l-porċini u l-għasel. Dan il-pajjiż terz għarraf lill-Kummissjoni li mhux aktar interessat li jesporta laħam tal-majjal lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal San Marino għall-porċini għandha għalhekk titneħħa mil-lista.

(17)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex ikopri konsenji rilevanti minn Curaçao, Ħong Kong, il-Ġamajka, in-Namibja u Sint Maarten, li ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(18)

Id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(19)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Awwissu 2012, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw kunsinni ta’ ħalib minn Curaçao, tat-tjur u l-akkwakultura minn Ħong Kong, tal-akkwakultura mill-Ġamajka, ta’ kaċċa mrobbija min-Namibja u ta’ ħalib minn Sint Maarten kemm-il darba l-importatur ta’ dawn il-prodotti juri li dawn ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40.

(3)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa selvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

X (1)

 

 

 

 

 

Al

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

Il-Brunej

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Bjelorussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GH

Il-Gana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

 

X (1)

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (3)

X (3)

X (3)

 

X (3)

X

X (3)

 

 

 

 

 

SM

San Marino

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

YT

Il-Majott

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Ħalib tal-iġmla biss.

(2)  Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi stabbilita wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkun approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo (din l-indikazzjoni hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar d-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għaċ-ċriev mir-reġjuni tal-Murmansk u Yamalo-Nenets biss.”


13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/48


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mil-lewkosi bovina enzootika

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3729)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/303/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mil-lewkosi bovina enzootika fir-rigward tal-merħliet bovini.

(2)

L-Annessi III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2) telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika.

(3)

Il-Litwanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ tagħha.

(4)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mil-Litwanja, dak l-Istat Membru għandu jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkosi bovina enzootika.

(5)

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, il-Kapitolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

IE

L-Irlanda

ES

Spanja

FR

Franza

CY

Ċipru

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja

UK

Ir-Renju Unit”


13.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2012

li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3761)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/304/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar l-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) f’Nancy, Franza (preċedentement magħrufa bħala l-Agence française de sécurité sanitaire des aliments, l-AFSSA), bħala l-istituzzjoni speċifika responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi li jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija.

(2)

Dik id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija.

(3)

L-awtorità kompetenti tal-Kroazja ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju għall-idrofobija u l-viroloġija ġenerali tal-Istitut Veterinarju f’dak il-pajjiż terz biex jagħmlu dawn it-testijiet seroloġiċi. Dik l-applikazzjoni hija appoġġata minn rapport favorevoli mill-ANSES dwar l-evalwazzjoni ta’ dak il-laboratorju, datat l-20 ta’ Settembru 2011.

(4)

L-awtorità kompetenti tal-Messiku ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju fis-Centro Nacional de Servicios de Diagnóstico en Salud Animal f’dak il-pajjiż terz biex jagħmlu dawn it-testijiet seroloġiċi. Dik l-applikazzjoni hija appoġġata minn rapport favorevoli mill-ANSES dwar l-evalwazzjoni ta’ dak il-laboratorju, datat l-20 ta’ Settembru 2011.

(5)

Għaldaqstant, dawk il-laboratorji għandhom ikunu awtorizzati biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati biex jagħmlu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa:

(a)

L-Istitut Veterinarju Kroat

Il-laboratorju għall-idrofobija u l-viroloġija ġenerali

Savska cesta 143

Żagreb 10000

IL-KROAZJA;

(b)

Is-Centro Nacional de Servicios de Diagnóstico en Salud Animal

Km. 37.5 Carretera Federal México — Pachuca

55740 Tecámac

IL-MESSIKU.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.