ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.142.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 142

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
1 ta' Ġunju 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 tal-31 ta' Mejju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd minn bastimenti tat-tkarkir bil-friża għas-sajd pelaġiku tal-kategorija 9 fiż-Żona Ekonomika tal-Mawritanja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006, (KE) Nru 657/2007 u (KE) Nru 1178/2008 fir-rigward ta’ adattamenti relatati mat-tneħħija tal-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali ( 1 )

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 462/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

30

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 463/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2012

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/284/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Atalanta/1/2012 tal-25 ta’ Mejju 2012 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK

36

 

 

2012/286/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art

47

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/1


DIRETTIVA 2012/13/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Mejju 2012

dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni stabbilixxiet għaliha stess l-għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Skont il-Konklużjonjiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, u b’mod partikolari l-punt 33 tagħhom, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet oħra ta’ awtoritajiet ġudizzjarji għandu jsir il-pedament tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali ġewwa l-Unjoni, minħabba li r-rikonoxximent reċiproku mtejjeb u l-approssimazzjoni neċessarja tal-leġislazzjoni jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet individwali.

(2)

Fid-29 ta’ Novembru 2000, f’konformità mal-konklużjonijiet ta’ Tampere, il-Kunsill adotta programm ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonjiet f’materji kriminali (3). L-introduzzjoni għall-programm tiddikjara li r-rikonoxximent reċiproku huwa “maħsub biex isaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri” iżda wkoll “biex itejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet individwali”.

(3)

L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonjiet f’materji kriminali tippresupponi li l-Istati Membri jafdaw fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta’ xulxin. Il-punt safejn jasal ir-rikonoxximent reċiproku jiddipendi ħafna fuq numru ta’ parametri, li jinkludu mekkaniżmi għas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ persuni suspettati jew akkużati u standards minimi komuni meħtieġa biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.

(4)

Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonjiet f’materji kriminali jista’ jaħdem b’mod effettiv biss fi spirtu ta’ fiduċja fejn, mhux biss l-awtoritajiet ġudizzjarji iżda l-atturi kollha fil-proċess kriminali jikkunsidraw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stati Membri oħra bħala ekwivalenti għal tagħhom, li jimplika mhux biss fiduċja fl-adegwatezza tar-regoli ta’ Stati Membri oħra, iżda wkoll fiduċja li dawk ir-regoli huma applikati korrettament.

(5)

L-Artikolu 47 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn issa “il-Karta”) u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (minn issa “il-KEDB”) jistabbilixxu d-dritt għal proċess ġust. L-Artikolu 48(2) tal-Karta jiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tad-difiża.

(6)

L-Artikolu 6 tal-Karta u l-Artikolu 5 tal-KEDB jistabbilixxu d-dritt għal-libertà u s-sigurtà tal-persuna. Kwalunkwe restrizzjonijiet fuq dak id-dritt ma jistgħux jaqbżu dawk permessi skont l-Artikolu 5 KEDB u inferiti fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(7)

Minkejja li l-Istati Membri kollha huma parti għall-KEDB, l-esperjenza wriet li dak waħdu mhux dejjem jipprovdi livell biżżejjed ta’ fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra.

(8)

It-tisħiħ ta’ fiduċja reċiproka jeħtieġ regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u garanziji proċedurali li joħorġu mill-Karta u mill-KEDB.

(9)

L-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-istabbiliment ta’ regoli minimi applikabbli fl-Istati Membri sabiex ikunu faċilitati r-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li jkollhom dimensjoni transkonfinali. Dak l-Artikolu jirriferi għad-“drittijiet tal-individwi fil-proċedura kriminali” bħala wieħed mill-oqsma li fihom jistgħu jiġu stabbiliti regoli minimi.

(10)

Regoli minimi komuni għandhom iwasslu għal żieda fil-fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri kollha, li bħala riżultat għandha twassal għal koperazzjoni ġudizzjarja aktar effiċjenti fi klima ta’ fiduċja reċiproka. Tali regoli minimi komuni għandhom jiġu stabbiliti fil-qasam tal-informazzjoni fi proċeduri kriminali.

(11)

Fit-30 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (4) (minn issa “il-Pjan Direzzjonali”). Filwaqt li jieħu approċċ ta’ pass b’pass, il-Pjan Direzzjonali talab li jiġu adottati miżuri dwar id-drittijiet għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni (miżura A), id-dritt għal informazzjoni dwar drittijiet u informazzjoni dwar l-akkużi (miżura B), id-dritt għal parir legali u għal għajnuna legali (miżura C), id-dritt għal komunikazzjoni mal-qraba, min jimpjega u l-awtoritajiet konsulari (miżura D), u salvagwardji speċjali għas-suspettati jew persuni akkużati li jkunu vulnerabbli (miżura E). Il-Pjan Direzzjonali jenfasizza li s-sekwenza tad-drittijiet huwa biss indikattiv u għaldaqstant jimplika li jista’ jinbidel f’konformità mal-prijoritajiet. Il-Pjan Direzzjonali huwa ntiż li jopera fl-intier tiegħu; huwa biss meta l-partijiet komponenti jiġu implimentati kollha li jinħass il-massimu tal-benefiċċju.

(12)

Fil-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-Pjan Direzzjonali u inkludieh bħala parti mill-Programm ta’ Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (5) (punt 2.4). Il-Kunsill Ewropew enfasizza l-karattru mhux eżawrjenti tal-Pjan Direzzjonali, billi stieden lill-Kummissjoni teżamina elementi ulterjuri tad-drittijiet proċedurali minimi għas-suspettati jew persuni akkużati, u biex tevalwa jekk elementi oħra bħal, pereżempju l-preżunzjoni tal-innoċenza, jeħtieġx li jiġu indirizzati, biex tkun promossa koperazzjoni aħjar f’dak il-qasam.

(13)

L-ewwel miżura adottata taħt il-Pjan Direzzjonali, il-miżura A, kienet id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għal interpretar u għal traduzzjoni fi proċeduri kriminali (6).

(14)

Din id-Direttiva tirrigwarda l-miżura B tal-Pjan Direzzjonali. Din tistabbilixxi standards minimi komuni li għandhom jiġu applikati fil-qasam tal-informazzjoni dwar id-drittijiet u dwar l-akkuża li tingħata lil persuni suspettati jew akkużati li kkommettew reat, bil-għan li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Id-Direttiva tibni fuq id-drittijiet stabbiliti fil-Karta, u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 47 u 48 tagħha, billi tibni fuq l-Artikoli 5 u 6 tal-KEDB kif interpretati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-verżjoni Ingliża ta’ din id-Direttiva, it-terminu “akkuża” (accusation) jintuża sabiex jiddeskrivi l-istess kunċett tat-terminu “akkuża” (charge) użat fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB.

(15)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ April 2010 msejħa “Inwasslu spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja liċ-ċittadini tal-Ewropa — Pjan ta’ Azzjoni Implimentattiv tal-Programm ta’ Stokkolma”, il-Kummissjoni ħabbret li ser tippreżenta proposta dwar id-dritt ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet u informazzjoni dwar l-akkużi fl-2010.

(16)

Din id-Direttiva għandha tapplika għas-suspettati u għall-persuni akkużati indipendentement mill-istatus legali, iċ-ċittadinanza u n-nazzjonalità tagħhom.

(17)

F’xi Stati Membri awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni f’kwistjonijiet kriminali għandha l-kompetenza li timponi sanzjonijiet fir-rigward ta’ reati relattivament żgħar. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fir-rigward ta’ reati tat-traffiku li jitwettqu fuq skala kbira u li jistgħu jiġu stabbiliti wara xi kontroll tat-traffiku. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ma jkunx raġonevoli li l-awtorità kompetenti tkun meħtieġa tiżgura d-drittijiet kollha skont din id-Direttiva. Fejn il-liġi ta’ Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fir-rigward ta’ reati żgħar minn din l-awtorità u jkun hemm jew id-dritt ta’ appell jew il-possibbiltà li b’xi mod ieħor il-każ jinġieb quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni f’kwistjonijiet kriminali, din id-Direttiva għandha għaldaqstant tapplika biss għal proċeduri li jinġiebu quddiem dik il-qorti wara tali appell jew rinviju.

(18)

Id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali, li joħroġ mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu bid-Direttiva.

(19)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw fil-pront lis-suspettati jew lill-persuni akkużati b’dawk id-drittijiet, hekk kif japplikaw taħt il-liġi nazzjonali, li huma essenzjali biex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri, jew bil-fomm jew bil-miktub, kif previst b’din id-Direttiva. Sabiex ikun jista’ jsir eżerċizzju prattiku u effikaċi minn dawk id-drittijiet, l-informazzjoni għandha tkun provduta fil-pront matul il-proċeduri u l-aktar tard qabel l-ewwel interrogazzjoni uffiċjali tal-persuna suspettata jew akkużata mill-pulizija jew minn awtorità kompetenti oħra.

(20)

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli minimi fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suspettati jew tal-persuni akkużati. Dan ma jippreġudikax l-informazzjoni li tingħata dwar drittijiet proċedurali oħrajn li joħorġu mill-Karta, il-KEDB, id-dritt nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni applikabbli kif interpretati mill-qrati u t-tribunali rilevanti. Ladarba tkun ġiet provduta informazzjoni dwar dritt partikolari, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx ikunu meħtieġa jtennuha, sakemm dan ma jkunx meħtieġ miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ jew mir-regoli speċifiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

(21)

Ir-referenzi f’din id-Direttiva għal suspettati jew persuni akkużati li huma arrestati jew miżmuma, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn, matul il-proċeduri kriminali, is-suspettati jew il-persuni akkużati huma privati mil-libertà tagħhom fis-sens tal-Artikolu 5(1)(c) tal-KEDB, kif interpretat mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(22)

Meta suspettati jew persuni akkużati jiġu arrestati jew miżmuma, għandha tingħata informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali applikabbli permezz ta’ Ittra tad-Drittijiet miktuba b’manjiera li tinftiehem malajr sabiex tgħin lill-persuni sabiex jifhmu d-drittijiet tagħhom. Tali Ittra tad-Drittijiet għandha tingħata fil-pront lil kull persuna arrestata meta din tkun privata mil-libertà permezz tal-intervent tal-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar tal-liġi fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali. Għandha tinkludi informazzjoni bażika dwar kwalunkwe possibilità sabiex tiġi kkontestata l-legalità tal-arrest, jinkiseb ir-rieżami tad-detenzjoni, jew tintalab il-libertà provviżorja fejn, u sa liema punt, tali dritt jeżisti fil-liġi nazzjonali. Sabiex jgħin lill-Istati Membri jifformulaw tali Ittra tad-Drittijiet, qed jiġi provdut mudell fl-Anness I. Dak il-mudell huwa indikattiv u jista’ jkun suġġett għal reviżjoni fil-kuntest tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u wkoll meta l-miżuri tal-Pjan Direzzjonali jkunu daħlu fis-seħħ. L-Ittra tad-Drittijiet tista’ tinkludi drittijiet proċedurali oħra rilevanti li japplikaw fl-Istati Membri.

(23)

Kundizzjonijiet u regoli speċifiċi relatati mad-dritt tas-suspettati jew persuni akkużati li persuna oħra tiġi informata dwar l-arrest jew id-detenzjoni tagħhom għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali tagħhom. Kif stabbilit fil-Pjan Direzzjonali, l-eżerċiżżju ta’ dak id-dritt ma għandux jippreġudika l-iżvolġiment xieraq tal-proċeduri kriminali.

(24)

Din id-Direttiva tapplika bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar is-sikurezza ta’ persuni li jibqgħu fl-istabbilimenti ta’ detenzjoni.

(25)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jipprovdu informazzjoni taħt din id-Direttiva, is-suspettati jew il-persuni akkużati jiġu provduti, jekk meħtieġ, bi traduzzjonijiet jew interpretazzjoni f’lingwa li huma jifhmu, f’konformità mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva 2010/64/UE.

(26)

Meta tiġi provduta informazzjoni lis-suspettati jew persuni akkużati taħt din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni li ma jkunux jistgħu jifhmu l-kontenut jew it-tifsira tal-informazzjoni, pereżempju minħabba l-età żgħira tagħhom, jew il-kondizzjoni mentali jew fiżika tagħhom.

(27)

Persuni akkużati li wettqu reat kriminali għandhom jingħataw kull informazzjoni meħtieġa dwar l-akkuża biex tgħinhom iħejju d-difiża tagħhom u sabiex tiġi ssalvagwardjata l-ġustizzja tal-proċeduri.

(28)

L-informazzjoni provduta lis-suspettati jew lill-persuni akkużati dwar ir-reat kriminali li huma jkunu ssuspettati jew akkużati li kkommettew għandha tingħata fil-pront, u mhux aktar tard minn qabel l-ewwel intervista uffiċjali tagħhom mill-pulizija jew awtorità kompetenti oħra, u mingħajr ma jippreġudika l-kors tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Deskrizzjoni tal-fatti, inkluż, fejn magħrufa, il-ħin u l-post, relatati mal-att kriminali li l-persuni jkunu ssuspettati jew akkużati li wettqu, u l-klassifikazzjoni legali possibbli tal-allegat reat għandhom jingħataw f’dettall suffiċjenti, filwaqt li jittieħed f’konsiderazzjoni l-istadju tal-proċeduri kriminali meta tingħata tali deskrizzjoni, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u sabiex jiġi permess l-eżerċizzju effikaċi tad-drittijiet tad-difiża.

(29)

Fejn, matul il-kors tal-proċeduri kriminali, id-dettalji tal-akkuża jinbidlu b’tali mod li l-pożizzjoni tas-suspettati jew tal-persuni akkużati tiġi sostanzjalment affettwata, dan għandu jiġi kkomunikat lilhom fejn ikun neċessarju sabiex tiġi ssalvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat eżerċizzju effikaċi tad-drittijiet tad-difiża.

(30)

Dokumenti u, fejn xieraq, ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjo, li huma essenzjali sabiex tiġi kkontestata b’mod effettiv il-legalità ta’ arrest jew detenzjoni tas-suspettati jew tal-persuni akkużati skont il-liġi nazzjonali, għandhom ikunu disponibbli għas-suspettati jew għall-persuni akkużati jew għall-avukat tagħhom mhux aktar tard minn qabel ma awtorità ġudizzjarja kompetenti tintalab tiddeċiedi dwar il-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni skont l-Artikolu 5(4) tal-KEDB, u fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat eżerċizzju effikaċi tad-dritt li tiġi kkontestata l-legalità ta’ arrest jew detenzjoni.

(31)

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, l-aċċess għall-provi materjali, kif definita fil-liġi nazzjonali, kemm jekk favur jew kontra s-suspettat jew il-persuna akkużata, li jkunu fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-każ kriminali speċifiku, għandu jinkludi l-aċċess għal materjal bħal dokumenti u, fejn xieraq ritratti, u, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjo. Tali materjal jista’ jkun kontenut fil-proċess tal-każ jew miżmum b’xi mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti fi kwalunkwe mod adatt f’konformità mal-liġi nazzjonali.

(32)

L-aċċess għall-provi materjali fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti, kemm jekk favur kif ukoll jekk kontra s-suspettat jew il-persuna akkużata, kif ipprovdut taħt din id-Direttiva, jista’ jiġi rrifjutat, skont il-liġi nazzjonali, fejn tali aċċess jista’ jwassal għal theddida serja għall-ħajja jew drittijiet fundamentali ta’ persuna oħra jew fejn ir-rifjut ta’ tali aċċess ikun strettament meħtieġ għas-salvagwardja ta’ interess pubbliku importanti. Kwalunkwe rifjut ta’ tali aċċess għandu jiġi miżun kontra d-drittijiet tad-difiża tas-suspettat jew tal-persuna akkużata, b’kont meħud tal-istadji differenti tal-proċeduri kriminali. Ir-restrizzjonijiet fuq tali aċċess għandhom jiġu nterpretati b’mod strett u f’konformità mal-prinċipju tad-dritt għal proċess ġust taħt il-KEDB u kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(33)

Id-dritt għal aċċess għall-materjal ta’ każ għandu japplika bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-post li fih jinsabu x-xhieda protetti.

(34)

L-aċċess għall-materjal tal-każ, kif previst f’din id-Direttiva, għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jipprovdu għall-onorarju li għandu jitħallas sabiex id-dokumenti jiġu kkupjati mill-proċess tal-każ jew biex jintbagħat materjal lill-persuni kkonċernati jew lill-avukat tagħhom.

(35)

Fejn l-informazzjoni hija pprovduta f’konformità ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu nota ta’ dan f’konformità mal-proċeduri ta’ reġistrar eżistenti taħt il-liġi nazzjonali u m’għandhomx ikunu għal ebda obbligu sabiex jiġu introdotti mekkaniżmi ġodda jew għal kwalunkwe piż amministrattiv addizzjonali.

(36)

Is-suspettati jew persuni akkużati jew l-avukat tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jikkontestaw, f’konformità mad-dritt nazzjonali, in-nuqqas jew ir-rifjut possibbli tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu l-informazzjoni jew jiżvelaw ċertu materjal tal-każ f’konformità ma’ din id-Direttiva. Dak id-dritt ma jinvolvix l-obbligu għall-Istati Membri li jipprevedu proċedura ta’ appell speċifika, mekkaniżmu separat, jew proċedura ta’ kwerela li permezz tagħhom dan in-nuqqas jew dan ir-rifjut jista’ jiġi kkontestat.

(37)

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u għad-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu jew jinkoraġġixxu taħriġ adegwat fir-rigward tal-objettivi ta’ din id-Direttiva għall-uffiċjali rilevanti fl-Istati Membri.

(38)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-implimentazzjoni prattika u effettiva ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet bħall-obbligu li tiġi provduta informazzjoni lis-suspettati jew lill-persuni akkużati dwar id-drittijiet tagħhom b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli tista’ tinkiseb b’mezzi differenti li jinkludu miżuri mhux leġislattivi bħal taħriġ adatt għall-awtoritajiet kompetenti jew permezz ta’ Ittra tad-Drittijiet imfassla b’lingwaġġ sempliċi u mhux tekniku biex tinftiehem faċilment minn persuna mhux esperta li ma jkollha l-ebda għarfien tal-liġi proċedurali kriminali.

(39)

Id-dritt għall-informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet meta wieħed jiġi arrestat previsti f’din id-Direttiva għandhom ukoll japplikaw, mutatis mutandis, għall-persuni arrestati għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew taħt id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (7). Sabiex jgħin lill-Istati Membri jifformulaw Ittra tad-Drittijiet għal dawn il-persuni, mudell huwa provdut fl-Anness II tad-Direttiva. Dak il-mudell huwa indikattiv u jista’ jkun suġġett għal reviżjoni fil-kuntest tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u wkoll meta l-miżuri kollha tal-Pjan Direzzjonali jkunu daħlu fis-seħħ.

(40)

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex jipprovdu livell ogħla ta’ protezzjoni wkoll f’sitwazzjonijiet li mhumiex previsti b’mod espliċitu f’din id-Direttiva. Il-livell ta’ protezzjoni m’għandu qatt jinżel taħt l-istandards previsti mill-mill-KEDB kif interpretati fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(41)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tippromwovi d-dritt tal-libertà, id-dritt għal proċess ġust u d-drittijiet tad-difiża. Hija għandha tiġi implimentata skont dan.

(42)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jikkorrispondu għal drittijiet garantiti mill-KEDB, għandhom jiġu interpretati u implimentati b’mod konsistenti ma’ dawk id-drittijiet, kif interpretati fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(43)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards komuni minimi dwar id-dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri billi jaġixxu unilateralment fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà fl-Artikolu 5 kif stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(44)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(45)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Tratttat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli rigward id-dritt għall-informazzjoni tas-suspettati jew tal-persuni akkużati, dwar id-drittijiet tagħhom fi proċeduri kriminali u dwar l-akkuża kontrihom. Hija tistabbilixxi wkoll regoli rigward id-dritt għall-informazzjoni ta’ persuni soġġetti għal Mandat ta’ Arrest Ewropew relatat mad-drittijiet tagħhom.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika minn meta l-persuni jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu reat sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċeduri, jiġifieri meta tintlaħaq deċiżjoni finali dwar jekk is-suspettat jew il-persuna akkużata tkunx wettqet ir-reat kriminali jew le, inkluż, fejn applikabbli, l-għoti tas-sentenza u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell.

2.   Meta l-liġi ta’ Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta’ sanzjoni rigward reati żgħar minn awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali, u l-impożizzjoni ta’ din is-sanzjoni tista’ tkun suġġetta għal appell f’tali qorti, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċeduri quddiem dik il-qorti, wara tali appell.

Artikolu 3

Id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jingħataw fil-pront informazzjoni dwar tal-anqas id-drittijiet proċedurali li ġejjin, kif dawn japplikaw taħt il-liġi nazzjonali, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv ta’ dawk id-drittijiet:

(a)

id-dritt ta’ aċċess għal avukat;

(b)

kwalunkwe dritt għal parir legali mingħajr ħlas u l-kondizzjonijiet biex jinkiseb tali parir;

(c)

id-dritt li l-persuna tkun informata bl-akkuża, f’konformità mal-Artikolu 6;

(d)

id-dritt għal interpretar u traduzzjoni;

(e)

id-dritt li persuna tibqa’ siekta.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni provduta taħt il-paragrafu 1 għandha tingħata bil-fomm jew bil-miktub, f’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, b’kont meħud ta’ kwalunkwe bżonnijiet partikolari ta’ suspettati vulnerabbli jew ta’ persuni akkużati vulnerabbli.

Artikolu 4

Ittra tad-drittijiet mal-arrest

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li suspettati jew persuni akkużati, li jiġu arrestati jew detenuti jkunu provduti fil-pront b’Ittra tad-Drittijiet bil-miktub. Huma għandhom jingħataw l-opportunità li jaqraw l-Ittra tad-Drittijiet u għandhom jitħallew iżommuha fil-pussess tagħhom matul iż-żmien kollu li huma jkunu imċaħħdin mil-libertà.

2.   Barra mill-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, l-Ittra tad-Drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet li ġejjin hekk kif japplikaw fil-liġi nazzjonali:

(a)

id-dritt ta’ aċċess għall-materjal tal-każ;

(b)

id-dritt li l-awtoritajiet konsulari u persuna waħda jiġu informati;

(c)

id-dritt ta’ aċċess għal għajnuna medika urġenti;

(d)

in-numru massimu ta’ sigħat jew ġranet li s-suspettati jew il-persuni akkużati jistgħu jiġu mċaħħda mil-libertà qabel ma jittellgħu quddiem awtorità ġudizzjarja.

3.   L-Ittra tad-Drittijiet għandha tinkludi wkoll informazzjoni bażika dwar kwalunkwe possibiltà, taħt il-liġi nazzjonali, biex tiġi kkontestata l-legalità tal-arrest; li jinkiseb rieżami tad-detenzjoni jew issir talba għal-libertà provviżorja.

4.   L-Ittra tad-Drittijiet għandha tinkiteb b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli. Mudell indikattiv tal-Ittra tad-Drittijiet jinsab fl-Anness I.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jirċievu l-Ittra tad-Drittijiet bil-miktub b’lingwa li jifhmu. Fejn l-Ittra tad-Drittijiet mhix disponibbli fil-lingwa xierqa, is-suspettati jew il-persuni akkużati għandhom jiġu informati bid-drittijiet tagħhom bil-fomm u b’lingwa li jifhmu. Imbagħad, għandha tingħatalhom Ittra tad-Drittijiet f’lingwa li jifhmu, mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 5

Ittra tad-drittijiet fil-Mandat ta’ Arrest Ewropew

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jiġu arrestati għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jiġu provduti fil-pront b’Ittra ta’ Drittijiet xierqa li jkun fiha informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi li timplimenta d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.

2.   L-Ittra tad-Drittijiet għandha tiġi abbozzata b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli. Mudell indikattiv tal-Ittra tad-Drittijiet jinsab fl-Anness II.

Artikolu 6

Id-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati tingħatalhom informazzjoni dwar l-att kriminali li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. Dik l-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u bid-dettal meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati li jiġu arrestati jew detenuti jiġu informati bir-raġunijiet għall-arrest jew id-detenzjoni tagħhom, inkluż bl-att kriminali li huma jkunu ssuspettati jew akkużati li wettqu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mit-tressiq tal-merti tal-akkuża quddiem il-qorti, tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-akkuża, inklużi n-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat kriminali, kif ukoll in-natura tal-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jiġu informati fil-pront dwar kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri.

Artikolu 7

Id-dritt tal-aċċess għall-materjal tal-każ

1.   Meta persuna tiġi arrestata u detenuta fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dokumenti relatati mal-każ speċifiku fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti u li jkunu essenzjali sabiex tiġi kkontestata b’mod effettiv skont il-liġi nazzjonali l-legalità tal-arrest jew tad-detenzjoni, isiru disponibbli għall-persuni arrestati jew lill-avukati tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess tal-anqas għall-materjal kollu fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti, kemm jekk favur jew kontra s-suspettati jew il-persuni akkużati, lil dawk il-persuni jew lill-avukat tagħhom sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u bi tħejjija għad-difiża tagħhom.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-aċċess għall-materjal imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jingħata fiż-żmien debitu biex ikun jista’ jsir l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża u mhux iktar tard mill-preżentazzjoni tal-merti tal-akkuża għall-eżami ta’ qorti. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiġu fil-pussess ta’ aktar provi materjali, għandu jingħata aċċess għalihom fi żmien debitu biex ikun jista’ jiġi kkunsidrat.

4.   B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, sakemm dan ma jippreġudikax id-dritt għal proċess ġust, l-aċċess għal ċertu materjal jista’ jinċaħad jekk tali aċċess jista’ jwassal għal theddida serja għall-ħajja jew għad-drittijiet fundamentali ta’ persuna oħra jew jekk tali ċaħda tkun strettament meħtieġa biex jiġi salvagwardjat interess pubbliku importanti, bħal f’każijiet fejn l-aċċess ikun jista’ jippreġudika investigazzjoni li tkun għaddejja jew jikkawża ħsara serja għas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru li fih jiġu mressqa l-proċeduri kriminali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mal-proċeduri fil-liġi nazzjonali, deċiżjoni li tiċħad l-aċċess għal ċertu materjal taħt dan il-paragrafu tittieħed minn awtorità ġudizzjarja jew tkun tal-inqas soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja.

5.   L-aċċess, kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jingħata mingħajr ħlas.

Artikolu 8

Verifika u rimedji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta tingħata informazzjoni lis-suspettati jew lill-persuni akkużati f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 dan jiġi rreġistrat, bl-użu tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni speċifikata fil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jew l-avukat tagħhom ikollhom id-dritt ta’ kontestazzjoni, f’konformità mal-proċeduri fil-liġi nazzjonali, rigward in-nuqqas jew iċ-ċaħda possibbli tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu l-informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

Taħriġ

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jitolbu lil dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin, il-prosekuturi, il-pulizija u l-persunal ġudizzjarju involuti fi proċeduri kriminali biex jipprovdu taħriġ xieraq fir-rigward tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

Non-rigressjoni

Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jiġi miftiehem bħala li jillimita jew jidderoga minn xi drittijiet jew salvagwardji proċedurali li huma żgurati taħt il-Karta, il-KEDB, dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi internazzjonali jew il-liġi ta’ kwalunkwe Stat Membru li jipprovdu livell ta’ protezzjoni ogħla.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Direttiva sat-2 ta' Ġunju 2014.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali riferiment waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isir tali riferiment għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 12

Rapport

Il-Kummissjoni għandha, sat-2 ta' Ġunju 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt safejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, jekk meħtieġ, flimkien ma’ proposti leġislattivi.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 48.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2012.

(3)  ĠU C 12, 15.1.2001, p. 10.

(4)  ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1.

(7)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.


ANNESS I

Image

Mudell indikattiv ta’ Ittra tad-Drittijiet

L-iskop uniku ta’ dan il-mudell huwa li jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jifformulaw l-Ittra tad-Drittijiet tagħhom fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri mhumiex marbuta sabiex jużaw dan il-mudell. Meta jkunu qed jippreparaw l-Ittra tad-Drittijiet tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jemendaw dan il-mudell sabiex jallinjawh mar-regoli nazzjonali tagħhom u jżidu informazzjoni addizzjonali li tkun utli. L-Ittra tad-Drittijiet għandha tingħata mal-arrest jew detenzjoni. Dan mandankollu ma jipprojbixxix l-Istati Membri milli jagħtu lis-suspettati jew lill-persuni akkużati informazzjoni bil-miktub f’sitwazzjonijiet oħra matul il-proċeduri kriminali.

Inti għandek id-drittijiet li ġejjin meta tiġi arrestat jew detenut:

A.   ASSISTENZA MINN AVUKAT/DRITT GĦAL GĦAJNUNA LEGALI

Int għandek id-dritt li titkellem ma’ avukat b’mod kunfidenzjali. Avukat huwa indipendenti mill-pulizija. Itlob lill-pulizija jekk teħtieġ għajnuna biex titkellem ma’ avukat. Il-pulizija għandhom jgħinuk. F’ċerti każijiet, l-għajnuna tista’ tkun bla ħlas. Saqsi lill-pulizija għal iktar informazzjoni.

B.   INFORMAZZJONI DWAR L-AKKUŻA

Inti għandek id-dritt li tkun taf għalfejn ġejt arrestat jew detenut u x’inti ssuspettat li wettaqt.

C.   INTERPRETAZZJONI U TRADUZZJONI

Jekk inti ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa mitkellma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, inti għandek dritt għal interpretu, mingħajr ħlas. L-interpretu jista’ jgħinek titkellem mal-avukat tiegħek u għandu jżomm il-kontenut ta’ dik il-komunikazzjoni konfidenzjali. Inti għandek id-dritt għal traduzzjoni ta’ mill-inqas is-siltiet rilevanti tad-dokumenti essenzjali, inklużi kwalunkwe ordni minn imħallef li tippermetti li tiġi arrestat jew li tinżamm f’kustodja, kwalunkwe imputazzjoni jew akkuża u kwalunkwe sentenza. Inti tista’ f’ċerti cirkustanzi tingħata traduzzjoni bil-fomm jew fil-qosor.

D.   ID-DRITT LI TIBQA’ SIEKET

Meta tiġi interrogat mill-pulizija jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra, inti m’għandekx għalfejn tirrispondi domandi dwar ir-reat allegat. L-avukat tiegħek jista’ jgħinek tiddeċiedi dwar dak.

E.   AĊĊESS GĦAD-DOKUMENTI

Meta tiġi arrestat u detentut, inti (jew l-avukat tiegħek) għandek id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti essenzjali neċessarji għall-kontestazzjoni tal-arrest jew d-detenzjoni. Jekk il-każ tiegħek jitressaq il-qorti inti (jew l-avukat tiegħek) għandek id-dritt ta’ aċċess għall-provi materjali favur jew kontra tiegħek.

F.   ID-DRITT LI TINFORMA LIL XI ĦADDIEĦOR BL-ARREST JEW ID- DETENZJONI TIEGĦEK/ID-DRITT LI TINFORMA L-KONSULAT JEW L- AMBAXXATA TIEGĦEK

Meta tiġi arrestat jew detentut, għandek tinforma lill-pulizija jekk trid tinforma lil xi ħadd bid-detenzjoni tiegħek, pereżempju membru tal-familja jew lil min iħaddmek. F’ċerti każijiet, id-dritt li tinforma lil persuna oħra bid-detenzjoni tiegħek jista’ jkun proviżorjament ristrett. F’tali każijiet, il-pulizija ser jinfurmawk b’dan.

Jekk inti barrani, informa lill-pulizija jekk trid li l-awtorità konsulari jew l-ambaxxata tiegħek tiġi informata bid-detenzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok informa wkoll lill-pulizija jekk trid tikkuntattja uffiċjal tal-awtorità konsulari jew l-ambaxxata tiegħek.

G.   GĦAJNUNA MEDIKA URĠENTI

Meta tiġi arrestat jew detenut, inti għandek id-dritt għal għajnuna medika urġenti. Jekk jogħġbok informa lill-pulizija jekk inti fil-bżonn ta’ tali għajnuna.

H.   PERJODU TAĊ-ĊAĦDA TA’ LIBERTÀ

Wara l-arrest tiegħek inti tista’ tiċċaħħad mil-libertà tiegħek jew tiġi detenut għal perjodu massimu ta’ … [imla n-numru ta’ sigħat/ġranet applikabbli]. Fl-aħħar ta’ dak il-perjodu inti għandek tiġi liberat jew tinstema’ minn imħallef li jiddeċiedi fuq id-detenzjoni ulterjuri tiegħek. Itlob lill-avukat tiegħek jew lill-imħallef għal informazzjoni dwar il-possibilità li tikkontesta l-arrest tiegħek, li titlob għal rieżami tad-detenzjoni jew li titlob għal-libertà provviżorja.


ANNESS II

Image

Mudell indikattiv ta’ Ittra tad-Drittijiet għal persuni arrestati fuq il-bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewopew

L-uniku skop ta’ dan il-mudell huwa li jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jifformulaw l-Ittra tad-Drittijiet tagħhom fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri mhumiex marbuta sabiex jużaw dan il-mudell. Meta jkunu qed jippreparaw l-Ittra tad-Drittijiet tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jemendaw dan il-mudell sabiex jallinjawh mar-regoli nazzjonali tagħhom u jżidu informazzjoni addizzjonali li tkun utli.

Inti ġejt arrestat abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew. Inti għandek id-drittijiet li ġejjin:

A.   INFORMAZZJONI DWAR IL-MANDAT TA’ ARREST EWROPEW

Inti għandek id-dritt li tiġi informat dwar il-kontenut tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew li abbażi tiegħu inti ġejt arrestat.

B.   L-ASSISTENZA MINN AVUKAT

Int għandek id-dritt li titkellem ma’ avukat b’mod kunfidenzjali. Avukat huwa indipendenti mill-pulizija. Itlob lill-pulizija jekk teħtieġ għajnuna biex titkellem ma’ avukat. Il-pulizija għandhom jgħinuk. F’ċerti każijiet, l-għajnuna tista’ tkun bla ħlas. Staqsi lill-pulizija għal iktar informazzjoni.

C.   INTERPRETAZZJONI U TRADUZZJONI

Jekk inti ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa mitkellma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, inti għandek dritt għal interpretu mingħajr ħlas. L-interpretu jista’ jgħinek titkellem mal-avukat tiegħek u għandu jżomm il-kontenut tal-komunikazzjoni konfidenzjali. Inti għandek id-dritt għal traduzzjoni tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew f’lingwa li tifhem. Inti tista’ f’ċerti cirkustanzi tingħata traduzzjoni bil-fomm jew fil-qosor.

D.   IL-POSSIBBILTÀ TA’ KUNSENS

Inti tista’ tagħti l-kunsens tiegħek jew ma tagħtihx sabiex tiġi kkonsenjat lill-Istat li qed ifittxek. Il-kunsens tiegħek jgħaġġel il-proċeduri. [Addizzjoni possibbli ta’ ċerti Stati Membri: Jista’ jkun diffiċli jew anki impossibbli li tbiddel din id-deċiżjoni fi stadju aktar tard.] Staqsi lill-awtoritajiet jew lill-avukat tiegħek għal aktar informazzjoni.

E.   SMIGĦ

Jekk inti ma tagħtix il-kunsens tiegħek sabiex tiġi kkonsenjat, inti għandek dritt tinstema’ minn awtorità ġudizzjarja.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 458/2012

tal-31 ta' Mejju 2012

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 377/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw, u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (2), għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandha tiġi sostitwita bil-lista fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.

(2)  Ara paġna 36 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 1

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tan-nomina

1.

Ġeneral António INJAI (magħruf ukoll bħala António INDJAI)

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

d.t.t.: 20 ta' Jannar 1955

p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau

Ġenituri: Wasna Injai u Quiritche Cofte

Kariga uffiċjali: Logutenent Ġeneral Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport: Passaport diplomatiku AAID00435

Data tal-ħruġ: 18/02/2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 18/02/2013

António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol tagħha fl-arrest illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u mbagħad il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet jhedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

Wara l-kolp, l-ewwel communiqué mill-"Kmand Militari" nħarġet mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai.

3.5.2012

2.

Maġġur Ġeneral Namadu TURE (N'KRUMAH)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 26 ta' April 1947

Kariga uffiċjali: Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport Diplomatiku nru DA0002186

Data tal-ħruġ: 30.03.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 26.08.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

3.

Ġeneral Estêvão NA MENA

d.t.t.07 ta' Marzu 1956

Kariga uffiċjali: Spettur-Ġeneral tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

4.

Brigadier Ġeneral Ibraima CAMARA (magħruf bħala “Papa Camara”)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 11 ta' Mejju 1964

Ġenituri: Suareba Camara u Sale Queita

Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru

Passaport Diplomatiku nru AAID00437

Data tal-ħruġ:18.02.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 18.02.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

5.

Logutenent kurunell Daba NA WALNA (magħruf bħala “Daba Na Walna)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 6 ta' Ġunju 1966

Ġenituri: Samba Naualna u In-Uasne Nanfafe

Kariga uffiċjali: Kelliem tal-"Kmand Militari"

Passaport nru SA 0000417

Data tal-ħruġ: 29.10.2003

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 10.03.2013

Kelliem tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

6.

Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Armata

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

7.

Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Gwardja Presidenzjali

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

8.

Kurunell Tomás DJASSI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 18 ta' Settembru 1968

Kariga uffiċjali: Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00820

Data tal-ħruġ: 24.11.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 27.04.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

9.

Kurunell Cranha DANFÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

10.

Kurunell Celestino de CARVALHO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 14.06.1955

Ġenituri: Domingos de Carvalho u Josefa Cabral

Kariga uffiċjali: President tal-Istitut tad-Difiża Nazzjonali

Passaport: Passaport diplomatiku DA0002166

Data tal-ħruġ: 19.02.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ex-kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

11.

Kaptan (Forza Navali) Sanhá CLUSSÉ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 02.05.2012

Ġenituri: Clusse Mutcha u Dalu Imbungue

Kariga uffiċjali: Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali

Passaport: SA 0000515

Data tal-ħruġ: 08.12.2003

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 29.08.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

12.

Logutenent-kurunell Júlio NHATE

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Sena tat-Twelid: 1972

Kariga uffiċjali: Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Kur Júlio Nhate mexxa l-operazzjoni militari li appoġġat il-kolp tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

13.

Logutenent-kurunell Tchipa NA BIDON

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 28 ta' Mejju 1954

Ġenituri: “Nabidom”

Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Militari

Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.05.2011

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

14.

Logutenent-kurunell Tcham NA MAN (magħruf bħala Namam)

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 27 ta' Frar 1953

Ġenituri: Biute Naman u Ndjade Na Noa

Kariga uffiċjali: Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

Passaport: SA0002264

Data tal-ħruġ: 24.07.2006

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 23.07.2009

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Logutenent-kurunell Tcham Na Man huwa wkoll membru tal-Kmand Għoli Militari.

1.6.2012

15.

Maġġur Samuel FERNANDES

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 22 ta' Jannar 1965

Ġenituri: José Fernandes u Segunda Iamite

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00048

Data tal-ħruġ: 24.03.2009

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 24.03.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

16.

Maġġur Idrissa DJALÓ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 6 ta' Jannar 1962

Kariga uffiċjali: Konsulent dwar il-protokoll tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assuma pubblikament l-affiljazzjoni tiegħu mal-"Kmand Militari" billi ffirma waħda mill-ewwel communiqué tagħha (nru 5, datata t-13 ta' April). Maġġur Djaló jservi wkoll fl-intelligence militari.

1.6.2012

17.

Kmandant (Forza Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf bħala Nan Tchongo

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 8 ta' April 1961

Ġenituri: Cunha Nan Tchongo u Bucha Natcham

Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Navali

Passaport: Passaport diplomatiku DA0001565

Data tal-ħruġ: 01.12.2005

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 30.11.2008

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

18.

Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28 ta' Mejju 1962

Ġenituri: Luis Agostinho Cordeiro u Domingas Soares

Kariga uffiċjali: Kap tal-Loġistika tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: SA0000883

Data tal-ħruġ: 14.04.2004

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

19.

Kaptan Paulo SUNSAI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kmandant Militari tar-Reġjun tat-Tramuntana

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

20.

Logutenent Lassana CAMARÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tas-Servizzi Finanzjarji tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Responsabbli għall-frodi tal-fondi pubbliċi li jappartjenu għad-Dwana, id-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u d-Direttorat Ġenerali tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni Dawn il-fondi jiffinanzjaw il-"Kmand Militari".

1.6.2012

21.

Logutenent Julio NA MAN

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operazzjonali tal-kolp tat-12 ta' April, taħt ordnijiet minn António Injai. Ħa wkoll sehem, f'isem il-"Kmand Militari", f'laqgħat ma' partiti politiċi.

1.6.2012


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2012

tad-29 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimentaw u jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (3) jistabbilixxi rekwiżi tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet li jinbidlu fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistipula regoli għal konformità waqt is-servizz, durabilità tat-tagħmir għall-kontra tat-tniġġis, sistemi dijanjostiċi ta’ abbord (OBD), kejl tal-konsum tal-karburant u aċċessibilità ta’ tiswija tal-vettura u informazzjoni dwar il-manutenzjoni.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, l-istandard tan-numru tal-partiċella (NP) għandu jiġi definit għal vetturi mgħammra b'magna b'ignition pożittiva li għandhom jiġu approvati skont l-istandards tal-Euro 6.

(3)

Il-partiċelli li joħorġu mill-vetturi jistgħu jiġu depożitati fl-alveoli tal-pulmun tal-bniedem, li għandhom il-potenzjal li jwasslu għal mard respiratorju u kardjovaskulari u żieda fil-mortalità. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-pubbliku li jkollu livell għoli ta’ protezzjoni minn dawk il-partiċelli.

(4)

Bħalissa qed jintuża l-protokoll ta’ kejl tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) li ġie żviluppat għal vetturi diżil biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva. Madankollu, teżisti evidenza li l-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjonijiet kimiċi tal-emissjonijiet tal-partiċella ta’ ignition pożittiva jistgħu jvarjaw minn dawk ta’ vetturi diżil. L-ispettri tad-daqs tal-partiċella u l-kompożizzjonijiet kimiċi, u l-effettività tat-teknika attwali għall-kejl biex tikkontrolla emissjonijiet ta’ partiċella ta’ dannu għandhom jinżammu taħt reviżjoni. Fil-futur tista' tkun meħtieġa reviżjoni ta’ dak il-protokoll ta’ kejl għal vetturi b'ignition pożittiva.

(5)

Abbażi tal-għarfien tal-lum, il-livell ta’ emissjonijiet tal-partiċella minn magni konvenzjonali, port fuel injection (PFI) li jinjettaw il-karburant fil-manifolds tad-dħul jew portijiet tad-dħul aktar milli direttament fil-kamra ta’ kombustjoni huwa baxx. Għaldaqstant jidher li huwa ġustifikat li l-azzjoni regolatorja għalissa tiġi limitata għal vetturi mgħammra b'magni b'injezzjoni diretta, mingħajr ma jiġu esklużi aktar riċerki u monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-emissjoni tal-partiċella tal-magni kollha b'ignition pożittiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjoni kimika ta’ partiċelli li ħarġu kif ukoll l-emissjonijiet reali waqt is-sewqan, u l-Kummissjoni għandha tipproponi aktar miżuri regolatorji jekk ikun meħtieġ, billi tikkunsidra wkoll is-sehem futur tas-suq ta’ magni PFI.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 stabbilixxa limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1011 #/km għal vetturi diżil Euro 6. F'konformità mal-prinċipju ta’ leġiżlazzjoni newtrali fit-teknoloġija, il-limitu rispettiv ta’ emissjoni għal vetturi Euro 6 b'ignition pożittiva għandu jkun l-istess minħabba li m'hemmx evidenza li tissuġġerixxi li l-partiċelli li ħarġu mill-magni PI għandhom tossiċità speċifika aktar baxxa mill-partiċelli li ħarġu minn magni diżil.

(7)

Filters tal-partiċella tal-gażolina (GPF), teknoloġija effettiva ta’ wara t-trattament għal partiċelli li qed jonqsu li qed joħorġu minn vetturi b'ignition pożittiv, huma mistennija jkunu dipsonibbli għal integrazzjoni f'xi vetturi Euro 6 bi prezz raġonevoli. Barra minn hekk, jidher aktarx li f'qafas ta’ żmien ta’ tliet snin wara d-dati mandatorji tal-Euro 6 li huma stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jista' jinkiseb tnaqqis simili ta’ emissjonijiet PN b'miżuri interni tal-magna bi prezzijiet sostanzjalment inqas għal ħafna applikazzjonijiet. Kwalunkwe miżura tal-magna għandha tkun applikabbli għall-kundizzjonijiet kollha tat-tħaddim tal-magni sabiex tiżgura li, fin-nuqqas ta’ tagħmir wara t-trattament, il-livelli ta’ emissjoni fil-kundizzjonijiet reali tas-sewqan ma jiggravawx.

(8)

Sabiex ikun permess għat-teknoloġiji kollha meħtieġa li għandhom jiġu żviluppati u biex jippermetti biżżejjed żmien minn qabel, għandu jiġi adottat approċċ f'żewġ passi, li japplika l-limiti ta’ numru ta’ partiċelli tad-diżil Euro 6 kif ukoll għal vetturi b'ignition pożittivi b'injezzjoni diretta fit-tieni fażi tiegħu.

(9)

Għandha tingħata attenzjoni lill-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan u l-iżvilupp ta’ proċeduri rispettivi tat-test. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tintroduċi proċeduri korrispondenti ta’ kejl minn tal-inqas tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Euro 6.

(10)

Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-impatt tal-miżuri PN ta’ tnaqqis fuq l-emissjonijiet CO2 għal vetturi b'ignition pożittiva.

(11)

Skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkollhom l-approvazzjoni tat-tip għall-istandards tal-emissjoni tal-Euro 6 ladarba jiġu introdotti l-limiti minimi tas-sistema ta’ dijanjożi fuq il-vettura (OBD). OBD hija għodda importanti biex tidentifika ħsarat ta’ tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis.

(12)

Fil-Komunikazzjoni tagħha 2008/C 182/08 dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6) (4) il-Kummissjoni ssuġġeriet serje ta’ limiti minimi ta’ OBD li jirriflettu b'mod wiesgħa l-limiti applikati għal ħafna mill-vetturi ħfief fl-Istati Uniti u l-Kanada mill-2013 'il quddiem, fejn il-maġġoranza tas-sistemi OBD tal-vetturi huma konformi mal-leġiżlazzjoni stabbilita mill-Californian Air Resources Board (CARB). Allinjament tar-rekwiżiti tal-Unjoni ma’ dawk tal-Istati Uniti jkunu konformi mal-objettivi tal-armonizzazzjoni internazzjonali u jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

(13)

Madanakollu, ir-rekwiżiti tal-OBD fl-Istati Uniti fihom sfida teknoloġika għal manifatturi tal-vetturi li ma jesportawx lejn l-Istati Uniti. Għaldaqstant, għandu jiġi adottat perjodu inizjali ta’ tliet snin ta’ rekwiżiti OBD aktar laxk, li jipprovdi aktar żmien minn qabel lill-industrija.

(14)

Il-limiti minimi finali tal-OBD Euro 6 għal CO, NMHC u PM stipulati fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom ikunu aktar laxki mill-valuri li ġew issuġġeriti fil-Komunikazzjoni 2008/C 182/08, li jirriflettu diffikultajiet tekniċi f'dawk l-oqsma. Barra minn hekk, ma għandu jiġi adottat l-ebda livell minimu għal OBD Euro 6 għal numri ta’ partiċelli f'dan ir-Regolament.

(15)

Il-ħtieġa ambjentali, il-vijabilità teknika u l-ispiża/l-proporzjoni ta’ benefiċċju ta’ limiti minimi ta’ OBD Euro 6 aktar ristretti applikabbli għas-CO u NMHC u tal-issettjar ta’ numru ta’ partiċella tal-limitu minimu ta’ OBD Euro 6 għandhom jiġu evalwati fi stadju aktar tard. Kwalunkwe emenda li hija riżultat tar-rekwiżiti regolatorji f'dak ir-rigward għandha tiġi introdotta biss bi żmien biżżejjed minn qabel għall-industrija. Meta wieħed jikkunsidra l-kumplessità tas-sistemi OBD, dan iż-żmien meħtieġ huwa tipikament minn tlieta sa erba' snin.

(16)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3, fl-aħħar tal-punt 17, il-punt finali għandu jinbidel għal punt u virgola.

2.

Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt 18. li ġej:

“18.

‘magna b'injezzjoni diretta’ tfisser magna li tista' topera b'mod li l-karburant huwa injettat fl-arja li tidħol wara li titneħħa l-arja permezz ta’ valvijiet fuq ġewwa.”

3.

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

“7.   Sa tliet snin wara d-dati applikabbli stipulati fil-paragrafi 4 u 5 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda u fuq l-għażla tal-manifattur għandu japplika limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1012 #/km għal vetturi li għandhom magna b'ignition pożittiva ta’ injezzjoni diretta.”

4.

L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 tħassar.

2.

L-Anness I, XI u XVI huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.


ANNESS I

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007

Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, huwa emendat b’dan li ġej:

1.

It-test fit-tieni ringiela tal-aħħar kolonna tat-Tabella 1 (limiti tal-emissjoni Euro 5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Numru ta’ partiċelli (NP)”

2.

It-Tabella 2 hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

Tabella 2

Limiti ta’ emissjoni Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Il-valuri ta’ limitu

Massa ta’monossidu tal-karbonju

(CO)

Massa ta’ idrokarburi totali

(THC)

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

(NMHC)

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta’ materja f’partiċelli

(PM) (1)

Għadd ta’ partiċelli

(PN)

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI (2)

CI

PI (2)  (3)

CI

M

Kollha

1 000

500

100

68

60

80

170

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

N1

I

RM ≤ 1 305

1 000

500

100

68

60

80

170

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

II

1 305 < RM ≤ 1 760

1 810

630

130

90

75

105

195

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

III

1 760 < RM

2 270

740

160

108

82

125

215

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

N2

Kollha

2 270

740

160

108

82

125

215

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

Qari: PI = Positive-ignition (Positive-ignition), CI = Compression-Ignition (Compression-Ignition)


(1)  Limitu ta’ 5,0 mg/km għall-massa tal-emissjonijiet tal-partikulati japplika għal vetturi tat-tip approvat għal-limiti ta’ emissjonijie ta’ din it-tabella mal-protokoll ta’ kejl tal-massa tal-partikulati ta’ qabel, qabel l-1.9.2011.

(2)  Il-limiti tal-massa f’partiċelli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta.

(3)  Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, limitu tal-emissjoni tan-numru tal-partiċelli ta’ 6,0 × 1012#/km għandu japplika għal vetturi b’injezzjoni diretta Euro 6 PI fuq l-għażla tal-manifattur. Sa mhux aktrar tard minn dawk id-dati għandu jiġi implimentat metodu tat-test ta’ approvazzjoni tat-test li jiżgura l-limitu effettiv tan-numru tal-partikolu li joħorġu taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan.”


ANNESS II

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 692/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Appendiċi 6 tal-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

F’punt 1, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dan in-numru għandu jkun segwit minn karattru wieħed jew aktar li jirrifletti l-kategoriji differenti tal-vetturi skont it-tabella 1 hawn taħt.”

(b)

It-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 1

Karattru

Standard ta’ emissjonijiet

Standard tal-OBD

Kategorija u klassi tal-vettura

Magna

Data tal-implimentazzjoni: tipi ġodda

Data tal-implimentazzjoni: vetturi ġodda

L-aħħar data ta’ reġistrazzjoni

A

Euro 5a

Euro 5

M, N1 klassi I.

PI, CI

1.9.2009

1.1.2011

31.12.2012

B

Euro 5a

Euro 5

M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

(eskluża M1G)

CI

1.9.2009

1.1.2012

31.12.2012

C

Euro 5a

Euro 5

M1G biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

CI

1.9.2009

1.1.2012

31.8.2012

D

Euro 5a

Euro 5

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2010

1.1.2012

31.12.2012

E

Euro 5a

Euro 5

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2010

1.1.2012

31.12.2012

F

Euro 5b

Euro 5

M, N1 klassi I.

PI, CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

G

Euro 5b

Euro 5

M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

(eskluża M1G)

CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

H

Euro 5b

Euro 5

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

I

Euro 5b

Euro 5

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

J

Euro 5b

Euro 5+

M, N1 klassi I.

PI, CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2015

K

Euro 5b

Euro 5+

M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

(eskluża M1G)

CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2015

L

Euro 5b

Euro 5+

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2016

M

Euro 5b

Euro 5+

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2016

N

Euro 6a

Euro 6-

M, N1 klassi I

CI

 

 

31.12.2012

O

Euro 6a

Euro 6-

N1 klassi II

CI

 

 

31.12.2012

P

Euro 6a

Euro 6-

N1 klassi III, N2

CI

 

 

31.12.2012

Q

Euro 6b

Euro 6-

M, N1 klassi I

CI

 

 

31.12.2013

R

Euro 6b

Euro 6-

N1 klassi II

CI

 

 

31.12.2013

S

Euro 6b

Euro 6-

N1 klassi III, N2

CI

 

 

31.12.2013

T

Euro 6b

Euro 6-flimkien mal-IUPR

M, N1 klassi I

CI

 

 

31.8.2015

U

Euro 6b

Euro 6-flimkien mal-IUPR

N1 klassi II

CI

 

 

31.8.2016

V

Euro 6b

Euro 6-flimkien mal-IUPR

N1 klassi III, N2

CI

 

 

31.8.2016

W

Euro 6b

Euro 6-1

M, N1 klassi I

PI, CI

1.9.2014

1.9.2015

31.8.2018

X

Euro 6b

Euro 6-1

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2015

1.9.2016

31.8.2019

Y

Euro 6b

Euro 6-1

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2015

1.9.2016

31.8.2019

ZA

Euro 6c

Euro 6-2

M, N1 klassi I

PI, CI

1.9.2017

1.9.2018

 

ZB

Euro 6c

Euro 6-2

N1 klassi II

PI; CI

1.9.2018

1.9.2019

 

ZC

Euro 6c

Euro 6-2

N1 klassi III, N2

PI; CI

1.9.2018

1.9.2019

 

ZX

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-vetturi kollha

Batterija kompletament elettrika

1.9.2009

1.1.2011

 

ZY

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-vetturi kollha

Ċellola tal-karburant kompletament elettrika

1.9.2009

1.1.2011

 

ZZ

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-vetturi kollha li jużaw ċertifikati skont punt 2.1.1 tal-Anness I

PI; CI

1.9.2009

1.1.2011

 

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 5a’= jeskludi l-proċeduri riveduti ta’ kejl għal materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 5b’= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 5 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli għal vetturi CI u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 6a’= jeskludi l-proċeduri riveduti ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 6b’= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet Euro 6 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli (valuri preliminari għal vetturi PI) u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 6c’= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 6, jiġifieri standard ta’ emissjonijiet Euro 6b u l-istandards tan-numru ta’ partiċelli finali għal vetturi PI;

Standard tal-OBD ‘Euro 5’= rekwiżiti Base Euro 5 OBD eskluż fir-rendiment waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil;

Standard tal-OBD ‘Euro 5+’= jinkludu l-proporzjon rilassat ta’ rendiment waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil;

Standard tal-OBD ‘Euro 6-’= limiti rilassati tal-limitu OBD;

Standard OBD ‘Euro 6- flimkien mal-IUPR’= jinkludi limiti ta’ limitu rilassati tal-OBD u proporzjon rilassat ta’ rendiment waqt l-użu (IUPR);

Standard tal-OBD ‘Euro 6-1’= Rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6 iżda b’limiti preliminari tal-limitu tal-OBD kif definit fil-punt 2.3.4 tal-Anness XI u IUPR parzjalment rilassat;

Standard tal-OBD ‘Euro 6-2’= Rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6 iżda b’limiti finali tal-limitu tal-OBD kif definit fil-punt 2.3.3 tal-Anness XI.’

2.

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 2.3.3 u 2.3.4 li ġejjin huma mdaħħla:

“2.3.3.

Il-limiti minimu tal-OBD għall-vetturi li huma tat-tip approvati skont il-limitu tal-emissjonijiet Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 minn 3 snin wara d-dati li ngħataw fl-Artikolu 10(4) u 10(5) ta’ dak ir-Regolament jinsabu fit-tabella li ġejja:

Il-limiti ta’ limitu tal-OBD Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Massa ta’ monossidu tal-karbonju

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

Massa ta’ materja f’partiċelli

Għadd ta’ partiċelli

(CO)

(mg/km)

(NMHC)

(mg/km)

(NOx)

(mg/km)

(PM)

(mg/km)

(PN)

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

CI

PI

CI

PI

M

Kollha

1 900

1 750

170

290

90

140

12

12

 

 

N1(3)

I

RM ≤ 1 305

1 900

1 750

170

290

90

140

12

12

 

 

II

1 305  < RM ≤ 1 760

3 400

2 200

225

320

110

180

12

12

 

 

III

1 760  < RM

4 300

2 500

270

350

120

220

12

12

 

 

N2

Kollha

4 300

2 500

270

350

120

220

12

12

 

 

Qari: PI = Positive-ignition, CI = Compression-Ignition.

Nota ta’ spjegazzjoni:

Il-limiti tal-OBD stabbiliti fit-tabella huma suġġett għal reviżjoni li għandha titmexxa mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2014. Fejn dawn il-limiti jidhru li mhumiex teknikament vijabbli, il-valuri tagħhom jew id-dati mandatorji tal-applikazzjoni għandhom jiġu emendati skont dan, filwaqt li tikkunsidra l-effetti ta’ rekwiżiti oħra ġodda li se jiġu introdotti għall-vetturi Euro 6. Fejn ir-reviżjoni turi ħtiġijiet ambjentali kif ukoll vijabilità teknika u benefiċċju mhux monetarju, għandhom jiġu adotatti valuri aktar strinġenti u limiti tal-limitu tal-OBD għal numri tal-partikolu jew, fejn applikabbli, jiġi introdott tniġġis ieħor regolat. Waqt li tagħmel dan, l-industrija għandha tingħata biżżejjed żmien biex tintroduċi l-iżviluppi tekniċi.

2.3.4.

Sa tliet snin wara d-dati speċifiċi fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, il-limiti tal-limitu OBD li ġejjin għandhom jiġu applikati għal vetturi li huma approvati tat-tip skont il-limiti l-ġodda ta’ emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, skont l-għażla tal-manifattur:

Il-limiti preliminari ta’ limitu tal-OBD Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Massa ta’ monossidu tal-karbonju

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

Massa ta’ materja f’partiċelli

(CO)

(mg/km)

(NMHC)

(mg/km)

(NOx)

(mg/km)

(PM)

(mg/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI(2)

PI

CI

CI

PI

M

Kollha

1 900

1 750

170

290

150

180

25

25

N1(3)

I

RM ≤ 1 305

1 900

1 750

170

290

150

180

25

25

II

1 305  < RM ≤ 1 760

3 400

2 200

225

320

190

220

25

25

III

1 760  < RM

4 300

2 500

270

350

210

280

30

30

N2

Kollha

4 300

2 500

270

350

210

280

30

30

Qari: PI = Positive-ignition, CI = Compression-Ignition.”;

(b)

Il-Punt 2.14 jinbidel b’dan li ġej:

“2.14.

Għall-kuntrarju ta’ punt 3.3.5 tal-Anness 11 tar-Regolament tal-UN/ECE Nru 83, it-tagħmir li ġeh għandu jkun immonitorjat għal nuqqas totali jew tneħħija jekk tal-aħħar ikun irriżulta f’qabża mil-limiti tal-emissjoni applikabbli:

mill-1 ta’ Settembru 2011, imaqbad tal-partiċelli li huma ffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni;

għal vetturi ċertifikati jew kontra il-limitu tal-limiti tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, sistemi ta’ wara t-trattament ta’ NOx iffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni;

għal vetturi ċertifikati kontra jew il-limiti tal-limitu tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil (DOC) iffittja għal magni tal-ignition b’kompressjoni bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni.

It-tagħmir imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun immonitorjat ukoll għal xi nuqqas li jista’ jwassal għal qabża tal-limiti tal-limitu OBD applikabbli.’

(c)

Fil-punt 3.1.5 tal-Appendiċi 1, hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda, il-monitoraġġ meħtieġ mill-punt 2.9 ta’ dan l-Anness għandu jkollu IUPR akbar jew daqs 0,1 sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 rispettivament.”

3.

Fl-Anness XVI, il-Punt 6.2 jinbidel b’dan li ġej:

“6.2.

Il-manifattur għandu juri li l-użu ta’ dawn is-sensuri msemmija fil-punt 6.1 u ta’ kwalunkwe sensur ieħor fuq il-vettura jirriżulta fl-attivazzjoni tas-sistema tat-twissija tas-sewwieq kif jissemma fil-punt 3, bit-turija ta’ messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. ‘emissions too high — check urea’ — ‘emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-urea’, ‘emissions too high — check AdBlue’ — ‘emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-AdBlue’, ‘emissions too high — check reagent’ — ‘emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla r-reaġent’), u s-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq kif tissemma fit-taqsima 8.3, meta jseħħu s-sitwazzjonijiet li jissemmew fit-taqsima 4.2, 5.4 jew 5.5.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt huma maħsuba li jiġru dawn is-sitwazzjonijiet:

fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 5 tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx ta’ dik it-tabella mmultiplikat b’fattur ta’ 1,5;

fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 6 tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx tat-tabelli stabbiliti fil-punti 2.3.2, 2.3.3 jew 2.3.4 tal-Anness XI.

L-emissjonijiet NOx matul it-test biex juru l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu ogħla minn 20 % tal-valur imsemmi fit-tieni paragrafu.”


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 460/2012

tad-29 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd minn “bastimenti tat-tkarkir bil-friża għas-sajd pelaġiku” tal-kategorija 9 fiż-Żona Ekonomika tal-Mawritanja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2008 sal-31 ta’ Lulju 2012 (2) irristrinġa l-opportunitajiet tas-sajd għal kategorija 9 (bastimenti tat-tkarkir bil-friża għas-sajd pelaġiku) għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 250 000 tunnellata.

(2)

B’kunsiderazzjoni li abbażi tal-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament hawn fuq imsemmi, ġiet allokata kwota supplimentari ta’ 2 654 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Lulju 2012, biex b’hekk it-tunnellaġġ ta’ referenza totali tela’ għal 252 654 tunnellata.

(3)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, qabdiet irrapportati f’din il-kategorija ta’ sajd minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati, eżawrew il-kwota allokata għall-perjodu ta’ referenza msemmi hawn fuq.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal din il-kategorija ta’ sajd jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri kkonċernati għandha titqies bħala eżawrita mill-24 ta’ April 2012.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd fil-kategorija 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu pprojbiti minn nofsillejl tat-23 ta’ April 2012. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 203, 31.7.2008, p. 1.


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 461/2012

tal-31 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006, (KE) Nru 657/2007 u (KE) Nru 1178/2008 fir-rigward ta’ adattamenti relatati mat-tneħħija tal-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, il-punti minn (b) sa (g) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja għal żmien qasir dwar iċ-ċiklu tan-negozju u stipula l-fatturi varjabbli meħtieġa għall-analiżi tal-evoluzzjoni fi żmien qasir tal-provvista u d-domanda, il-fatturi ta’ produzzjoni u l-prezzijiet.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni tal-fatturi varjabbli, il-lista tal-fatturi varjabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-dejta (2) stipulat d-definizzjonijiet tal-għanijiet u l-karatteristiċi tal-fatturi varjabbli.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta’ skemi ta’ kampjuni Ewropej (3), speċifika r-regoli u l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ dejta mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskemi ta’ kampjuni Ewropej għall-istatistika għaż-żmien qasir.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għall-medda qasira ta’ żmien u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 u (KE) Nru 657/2007 fir-rigward ta’ addattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjonijiet statistiċi NACE u CPA (4), aġġorna r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-iskemi ta’ kampjuni Ewropej wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (5), u r-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (6).

(5)

Il-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali introdotti mir-Regolament (KE) Nru 1165/98 kienu maħsuba li jservu ta’ indikatur ewlieni għall-produzzjoni futura. Madankollu, il-kapaċità ta’ tbassir ta’ dawn il-fatturi varjabbli jidhru li huma limitati, u peress li dawn il-fatturi varjabbli ma ntwerewx b’mod stabbli fl-Istati Membri kollha, il-Kumitat għas-Sistema Statistika Ewropea qabel li l-ġbir tad-dejta tal-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali għandu jitwaqqaf fil-kuntest tal-prijoritizzazzjoni fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika fid-dawl tar-riżorsi mnaqqsa u bl-għan li jitnaqqas il-piż minn fuq is-Sistema Statistika Ewropea.

(6)

Sabiex tiġi implimentata t-tneħħija tal-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali, hemm bżonn li jitneħħew ir-referenzi kollha għal dawn il-fatturi varjabbli f’konnessjoni mal-lista ta’ fatturi varjabbli, il-perjodu ta’ refrenza, il-livell tad-dettall, l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta, il-perjodu ta’ tranżizzjoni u d-definizzjonijiet li jridu jiġu applikati għal dawn il-fatturi varjabbli kif ukoll f’relazzjoni mat-termini tal-iskema ta’ kampjuni Ewropea li tikkonċerna ordnijiet ġodda mhux domestiċi.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness A mar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat skont l-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1503/2006 huwa emendat skont l-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Fir-Regolament (KE) Nru 657/2007, l-Artikoli 1 u 2 jinbidlu b’li ġej:

“Artikolu 1

Skemi ta’ kampjuni Ewropej jistgħu jiġu applikati meta tkun qed tinġabar l-istatistika li tiddistingwi bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro għaż-żewġ fatturi varjabbli li ġejjin speċifikati fl-Anness A mar-Regolament (KE) Nru 1165/98:

Fattur varjabbli

Isem:

312

Il-prezzijiet tal-produzzjoni tas-suq mhux domestiku

340

Il-prezzijiet tal-importazzjoni

Artikolu 2

Stati Membri li jipparteċipaw fl-iskemi ta’ kampjuni Ewropej imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu dejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-anqas għall-attivitajiet NACE, għall-fattur varjabbli Nru 312, u prodotti CPA, u għall-fattur varjabbli Nru 340, speċifikati fl-Anness.”

Artikolu 4

L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1178/2008 huwa emendat skont l-Anness III ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 7.

(4)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 16.

(5)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.


ANNESS I

L-Anness A mar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt (c) (Lista tal-varjabbli) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jitħassru l-fatturi varjabbli “130 L-ordnijiet ġodda rċevuti”, “131 L-ordnijiet ġodda domestiċi” u “132 L-ordnijiet ġodda mhux domestiċi.”

(b)

Il-paragrafi 3 u 8 għandhom jitħassru.

(2)

Fil-punt (e) (Perjodu ta’ referenza), jitħassru l-fatturi varjabbli 130, 131 u 132 u l-perjodi ta’ referenza rispettivi tagħhom.

(3)

Il-punt (f) (Il-Livell ta’ dettall) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 jinbidel b’li ġej:

“4.

Barra minn hekk, il-fatturi varjabbli kollha għajr il-fatturi varjabbli tal-fatturat (Nri 120, 121, 122) għandhom ikunu trażmessi għall-industrija totali mfissra bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2 u r-raggruppamenti industrijali ewlenin (MIGs) kif imfissra fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 (*).

(*)  ĠU L 86, 27.3.2001, p. 11.”"

(b)

Il-paragrafu 6 għandu jitħassar;

(c)

Il-paragrafu 9 jinbidel b’li ġej:

“9.

Il-fatturi varjabbli dwar is-swieq mhux domestiċi (Nri 122 u 312) għandhom jiġu trażmessi skont id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, l-MIGs, il-livell ta’ Taqsima (ittra waħda), u tad-Diviżjoni b’żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. L-informazzjoni dwar in-NACE Rev. 2 D u E mhix meħtieġa għall-fattur varjabbli 122. Barra minn hekk, il-fattur varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trażmess skont id-distinzjoni bejn żona tal-euro u żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA, l-MIGs, il-livell ta’ Taqsima (ittra waħda) u tad-Diviżjoni b’żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni ta’ skemi ta’ kampjuni Ewropej kif definiti fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). L-iskema ta’ kampjuni Ewropea tista’ tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-fattur varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-distinzjoni bejn iż-żona tal-ewro u ż-żona mhux tal-ewro għall-fatturi varjabbli 122, 312 u 340 ma għandhiex għalfejn tkun trażmessa minn dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom.”

(4)

Fil-punt (g) (Iż-żmien tal-għeluq għat-trażmissjoni tad-dejta), il-paragrafu 1, jitħassru l-fatturi varjabbli 130, 131 u 132 u l-iskadenzi rispettivi tagħhom “Xahar u għoxrin jum”.

(5)

Fil-punt (j) (Il-perjodu ta’ tranżizzjoni), il-paragrafu 3 jinbidel b’li ġej:

“3.

Jista’ jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm nhar il-11 ta’ Awwissu 2007 għall-fattur varjabbli 340 u d-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro għall-fatturi varjabbli 122, 312 u 340 skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18(2).”



ANNESS II

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1503/2006 huwa emendat kif ġej:

Jitħassru l-fatturi varjabbli: “130 L-ordnijiet ġodda rċevuti”, “131 L-ordnijiet ġodda domestiċi” u “132 L-ordnijiet ġodda mhux domestiċi.”


ANNESS III

L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1178/2008 huwa emendat kif ġej:

Jitħassar il-paragrafu “132 ORDNIJIET ĠODDA MHUX DOMESTIĊI”.


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 462/2012

tal-31 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

87,5

MA

66,7

TR

75,8

ZZ

76,7

0707 00 05

MK

53,3

TR

126,8

ZZ

90,1

0709 93 10

TR

100,9

ZZ

100,9

0805 50 10

TR

59,0

ZA

80,4

ZZ

69,7

0808 10 80

AR

114,9

BR

84,6

CA

161,4

CL

98,5

CN

87,3

NZ

145,0

US

182,9

UY

67,3

ZA

101,6

ZZ

115,9

0809 29 00

US

577,9

ZZ

577,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 463/2012

tal-31 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ġunju 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Ġunju 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

15.5.2012-30.5.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

239,77

184,86

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

234,22

224,22

204,22

Primjum tal-Golf

26,24

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

47,85

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

18,32  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

53,36  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/1/2012

tal-25 ta’ Mejju 2012

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2012/284/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(2)

Fit-2 ta’ Diċembru 2011, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/4/2011 (2) dwar il-ħatra tal-Kaptan Jorge MANSO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar ir-Rear-Admiral Jean-Baptiste DUPUIS bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Rear-Admiral Jean-Baptiste DUPUIS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mis-6 ta’ April 2012.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 320, 3.12.2011, p. 32.


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/285/PESK

tal-31 ta' Mejju 2012

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/237/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/237/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (1).

(2)

Fit-18 ta' Mejju 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta Riżoluzzjoni 2048 (2012), li timponi projbizzjoni ta' safar fuq persuni li jippruvaw jimpedixxu l-istabbiliment mill-ġdid tal-ordni kostituzzjonali jew li jieħdu azzjoni li timmina l-istabbiltà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw, b'mod partikolari dawk li kellhom rwol ewlieni fil-kolp ta’ stat tat-12 ta' April 2012 u li għandhom l-għan li, bl-azzjonijiet tagħhom, jimminaw l-istat tad-dritt, jillimitaw il-preminenza tas-setgħa ċivili u jtawlu l-impunità u l-instabbiltà fil-pajjiż.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw, għandhom jiġu inklużi persuni oħra fil-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/237/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2012/237/PESK għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta':

(a)

persuni elenkati fl-Anness għall-UNSCR 2048 (2012), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 9 tal-UNSCR 2048 (2012) ("il-Kumitat"), f'konformità mal-paragrafu 6 tal-UNSCR 2048 (2012), kif elenkati fl-Anness I;

(b)

persuni mhux koperti minn Anness I impenjati fi jew li qed jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u ta' persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness II.

2.   Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika meta l-Kumitat jiddetermina li:

(a)

l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż; jew

(b)

eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.   Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jitwettaq proċediment ġudizzjarju.

5.   Il-paragrafu 1(b) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali imsejjħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt l-awspiċji tagħha;

(c)

taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

6.   Il-paragrafu 5 għandu jitqies bħala li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru huwa l-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

7.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 5 jew 6.

8.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1(b) fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw.

9.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni tiġi kunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed mill-Membri tal-Kunsill jew iktar ma jagħmlux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iktar mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' xorta waħda jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

10.   F’każijiet fejn, skont il-paragrafi 5, 6, 8 u 9, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew passaġġ mit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati f'Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni konċernati biha.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li huma impenjati fi, jew li qed jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw u ta' persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati magħhom, kif elenkat f'Anness III, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom ikunu mqegħdin għad-disposizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-benefiċju tal-persuni naturali jew legali, entitajiet jew korpi kif elenkati f'Anness III.

3.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati f'Anness III u l-membri tal-familja tagħhom li huma dipendenti fuqhom, inkluż ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, għall-kera jew l-ipoteka, il-mediċini u t-trattament mediku, it-taxxi, l-assigurazzjonijiet, u l-piżijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż imġarrba relatati mal-għoti ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizzi, għall-pussess jew iż-żamma normali ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati.

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni, tal-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi involuti huma s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 ġew inklużi f'Anness III, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu se jiġu użati b'mod esklussiv sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'tali rahan ġudizzjarju jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

ir-rahan ġudizzjarju jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati f'Anness III;

(d)

ir-rikonoxximent tar-rahan ġudizzjarju jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni;

dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 3

1.   Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għal Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

2.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-listi li jinsabu f'Annessi II u III kif meħtieġ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati elenkati f'Anness III, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, biex b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat elenkati f'Anness III skont dan.

Artikolu 4

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk inklużi f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif adatt, b'mod partikolari fid-dawl ta' deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 1(1)(b) u 2 għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija f'Artikolu 3(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2012/237/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 43.


ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(a)

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

(data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

1.

Ġeneral António INJAI

(magħruf ukoll bħala António InDjai)

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

d.t.t.: 20.1.1955

p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau

Ġenituri: Wasna Injai u Quiritche Cofte

Kariga uffiċjali: Logutenent Ġeneral Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

Passaport: Passaport Diplomatiku AAID00435

Data tal-ħruġ: 18.2.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol bil-ħtif illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u dak li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet u hedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Wara l-kolp ta' stat, l-ewwel komunikazzjoni mill-"Kmand Militari" inħareġ mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai.

2.

Maġġur Ġeneral Mamadu TURE (N'KRUMAH)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 26.4.1947

Kariga uffiċjali: Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

Passaport Diplomatiku Nru DA0002186

Data tal-ħruġ: 30.3.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 26.8.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.

Ġeneral Estêvão NA MENA

d.t.t. 7.3.1956

Kariga uffiċjali: Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

4.

Brigadier Ġenerali Ibraima CAMARÁ

(magħruf ukoll bħala “Papa Camará”)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 11.5. 1964

Ġenituri: Suareba Camara u Sale Queita

Kariga uffiċjali: Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi tal-Ajru.

Passaport Diplomatiku nru AAID00437

Data tal-ħruġ:18.2.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 18.2.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

5.

Logutenent Kurunell Daba NA WALNA

(magħruf ukoll bħala “Daba Na Walna”)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 6.6.1966

Ġenituri: Samba Naualna u In-Uasne Nanfafe

Kariga uffiċjali: Kelliem tal-"Kmand Militari"

Passaport nru SA 0000417

Data tal-ħruġ: 29.10.2003

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 10.3.2013

Kelliem tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.


ANNESS II

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 1(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

(data u post tat-twelid (D.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tan-nomina

1.

Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Armata

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

2.

Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Gwardja Presidenzjali

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

3.

Kurunell Tomás DJASSI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 18 ta' Settembru 1968

Kariga uffiċjali: Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00820

Data tal-ħruġ: 24.11.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 27.04.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent mill-qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

4.

Kurunell Cranha DANFÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent mill-qrib tal- Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

5.

Kurunell Celestino de CARVALHO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 14.06.1955

Ġenituri: Domingos de Carvalho u Josefa Cabral

Kariga uffiċjali: President tal-Istitut Nazzjonali tad-Difiża

Passaport: Passport Diplomatiku DA0002166

Data tal-ħruġ: 19.02.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ex-Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

6.

Kaptan (Qawwa Navali) Sanhá CLUSSÉ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 28 ta' Settembru 1965

Ġenituri: Clusse Mutcha u Dalu Imbungue

Kariga uffiċjali: Kap Supplenti tal-Persunal tal-Qawwa Navali

Passaport: SA 0000515

Data tal-ħruġ: 08.12.2003

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 29.08.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

7.

Logutenent Kurunell Júlio NHATE

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Sena tat-Twelid: 1972

Kariga uffiċjali: Kmantdant tar-Regiment tal-Paratruppi

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Logutenent Kurunell Júlio NHATE mexxa operazzjoni b' appoġġ għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

8.

Logutenent Kurunell Tchipa NA BIDON

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 28 ta' Mejju 1954

Ġenituri: “Nabidom”

Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Militari

Passaport: Passport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.05.2011

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

9.

Logutenent Kurunell Tcham NA MAN (magħruf ukoll bħala Namam)

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 27 ta' Frar 1953

Ġenituri: Biute Naman u Ndjade Na Noa

Kariga uffiċjali: Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

Passaport: SA0002264

Data tal-ħruġ: 24.07.2006

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 23.07.2009

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Logutenent Kurunell Tcham Na Man huwa wkoll membru tal-Kmand Militari Għoli.

1.6.2012

10.

Maġġur Samuel FERNANDES

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 22 ta' Jannar 1965

Ġenituri: José Fernandes u Segunda Iamite

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00048

Data tal-ħruġ: 24.03.2009

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 24.03.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

11.

Maġġur Idrissa DJALÓ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 06 ta' Jannar 1962

Kariga uffiċjali: Konsulent dwar il-Protokoll tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-"Kmand Militari", billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April). Il-Maġġur Djaló serva wkoll fl-intelligence militari.

1.6.2012

12.

Kmandant (Qawwa Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf ukoll bħala Nan Tchongo

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 8 ta' April 1961

Ġenituri: Cunha Nan Tchongo u Bucha Natcham

Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Navali

Passaport: Passport Diplomatiku DA0001565

Data tal-ħruġ: 01.12.2005

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 30.11.2008

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

13.

Kmandant (Qawwa Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28 ta' Mejju 1962

Ġenituri: Luis Agostinho Cordeiro u Domingas Soares

Kariga uffiċjali: Kap tal-Loġistika tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: SA0000883

Data tal-ħruġ: 14.04.2004

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

14.

Kaptan Paulo SUNSAI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kmandant Militari tar-Reġjun tat-Tramuntana

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

15.

Logutenent Lassana CAMARÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tas-Servizzi Finanzjarji tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Responsabbli għal frodi tal-fondi pubbliċi li huma proprjetà tad-Dwana, tad-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u tad-Direttorat Ġenerali tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni. Dawn il-fondi jiffinanzjaw lill-"Kmand Militari".

1.6.2012

16.

Logutenent Julio NA MAN

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April, taħt l-ordinjiet ta' António Injai. Huwa pparteċipa wkoll, f'isem il-"Kmand Militari", fil-laqgħat mal-partiti politiċi.

1.6.2012


ANNESS III

Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tan-nomina

1.

Ġeneral António INJAI (magħruf ukoll bħala António INDJAI)

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

d.t.t.: 20 ta' Jannar 1955

p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau

Ġenituri: Wasna Injai u Quiritche Cofte

Kariga uffiċjali: Logutenent Ġeneral Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport: Passaport diplomatiku AAID00435

Data tal-ħruġ: 18/02/2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 18/02/2013

António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol tagħha fl-arrest illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u mbagħad il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet jhedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

Wara l-kolp, l-ewwel communiqué mill-"Kmand Militari" nħarġet mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai.

3.5.2012

2.

Maġġur Ġeneral Namadu TURE (N'KRUMAH)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 26 ta' April 1947

Kariga uffiċjali: Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Passaport Diplomatiku nru DA0002186

Data tal-ħruġ: 30.03.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 26.08.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

3.

Ġeneral Estêvão NA MENA

d.t.t.07 ta' Marzu 1956

Kariga uffiċjali: Spettur-Ġeneral tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

4.

Brigadier Ġeneral Ibraima CAMARA (magħruf bħala “Papa Camara”)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 11 ta' Mejju 1964

Ġenituri: Suareba Camara u Sale Queita

Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru

Passaport Diplomatiku nru AAID00437

Data tal-ħruġ:18.02.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 18.02.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

5.

Logutenent kurunell Daba NA WALNA (magħruf bħala “Daba Na Walna)

Nazzjonalità - Ginea Bissaw

d.t.t. 6 ta' Ġunju 1966

Ġenituri: Samba Naualna u In-Uasne Nanfafe

Kariga uffiċjali: Kelliem tal-"Kmand Militari"

Passaport nru SA 0000417

Data tal-ħruġ: 29.10.2003

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 10.03.2013

Kelliem tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

6.

Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Armata

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

3.5.2012

7.

Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Gwardja Presidenzjali

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

8.

Kurunell Tomás DJASSI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 18 ta' Settembru 1968

Kariga uffiċjali: Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00820

Data tal-ħruġ: 24.11.2010

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 27.04.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

9.

Kurunell Cranha DANFÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

1.6.2012

10.

Kurunell Celestino de CARVALHO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 14.06.1955

Ġenituri: Domingos de Carvalho u Josefa Cabral

Kariga uffiċjali: President tal-Istitut tad-Difiża Nazzjonali

Passaport: Passaport diplomatiku DA0002166

Data tal-ħruġ: 19.02.2007

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ex-kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

11.

Kaptan (Forza Navali) Sanhá CLUSSÉ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 02.05.2012

Ġenituri: Clusse Mutcha u Dalu Imbungue

Kariga uffiċjali: Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali

Passaport: SA 0000515

Data tal-ħruġ: 08.12.2003

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 29.08.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari".

1.6.2012

12.

Logutenent-kurunell Júlio NHATE

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Sena tat-Twelid: 1972

Kariga uffiċjali: Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Kur Júlio Nhate mexxa l-operazzjoni militari li appoġġat il-kolp tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

13.

Logutenent-kurunell Tchipa NA BIDON

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 28 ta' Mejju 1954

Ġenituri: “Nabidom”

Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Militari

Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

Data tal-ħruġ: 30.11.2005

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.05.2011

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

14.

Logutenent-kurunell Tcham NA MAN (magħruf bħala Namam)

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 27 ta' Frar 1953

Ġenituri: Biute Naman u Ndjade Na Noa

Kariga uffiċjali: Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

Passaport: SA0002264

Data tal-ħruġ: 24.07.2006

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 23.07.2009

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Logutenent-kurunell Tcham Na Man huwa wkoll membru tal-Kmand Għoli Militari.

1.6.2012

15.

Maġġur Samuel FERNANDES

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Data tat-Twelid: 22 ta' Jannar 1965

Ġenituri: José Fernandes u Segunda Iamite

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Gwardja Nazzjonali

Passaport: AAIS00048

Data tal-ħruġ: 24.03.2009

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 24.03.2012

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

16.

Maġġur Idrissa DJALÓ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 6 ta' Jannar 1962

Kariga uffiċjali: Konsulent dwar il-protokoll tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assuma pubblikament l-affiljazzjoni tiegħu mal-"Kmand Militari" billi ffirma waħda mill-ewwel communiqué tagħha (nru 5, datata t-13 ta' April). Maġġur Djaló jservi wkoll fl-intelligence militari.

1.6.2012

17.

Kmandant (Forza Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf bħala Nan Tchongo

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 8 ta' April 1961

Ġenituri: Cunha Nan Tchongo u Bucha Natcham

Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Navali

Passaport: Passaport diplomatiku DA0001565

Data tal-ħruġ: 01.12.2005

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 30.11.2008

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

18.

Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

D.t.t.: 28 ta' Mejju 1962

Ġenituri: Luis Agostinho Cordeiro u Domingas Soares

Kariga uffiċjali: Kap tal-Loġistika tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

Passaport: SA0000883

Data tal-ħruġ: 14.04.2004

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data tal-iskadenza: 15.04.2013

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

19.

Kaptan Paulo SUNSAI

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kmandant Militari tar-Reġjun tat-Tramuntana

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012.

1.6.2012

20.

Logutenent Lassana CAMARÁ

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Kap tas-Servizzi Finanzjarji tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Responsabbli għall-frodi tal-fondi pubbliċi li jappartjenu għad-Dwana, id-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u d-Direttorat Ġenerali tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni Dawn il-fondi jiffinanzjaw il-"Kmand Militari".

1.6.2012

21.

Logutenent Julio NA MAN

Nazzjonalità: Ginea Bissaw

Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operazzjonali tal-kolp tat-12 ta' April, taħt ordnijiet minn António Injai. Ħa wkoll sehem, f'isem il-"Kmand Militari", f'laqgħat ma' partiti politiċi.

1.6.2012


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Mejju 2012

dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art

(2012/286/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 90 tat-Trattat jistabbilixxi li l-objettivi tat-Trattati fir-rigward tat-trasport għandhom jiġu segwiti fil-qafas ta’ politika komuni tat-trasport u s-sigurtà tat-trasport hija parti importanti minnu.

(2)

Il-White Paper Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti (1) tistabbilixxi fl-Anness I punt 1 (3) tagħha inizjattiva dwar it-twaqqif ta’ grupp permanenti ta’ esperti dwar is-sigurtà tat-trasport bl-art.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tas-sigurtà tat-trasport bl-art u li jiġu ddefiniti l-ħidmiet u l-istruttura tiegħu.

(4)

Il-grupp għandu jassisti lill-Kummissjoni biex tifformula u timplimenta l-attivitajiet tal-Unjoni li huma mmirati biex jiżviluppaw politika dwar is-sigurtà li relatata mat-trasport bl-art, u għandu jinkoraġġixxi skambji kontinwi tal-esperjenza, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti.

(5)

Il-grupp għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandhom jaħtru esperti mid-dipartimenti tal-gvern inkarigati mit-trasport u s-sigurtà jew mill-kwistjonijiet ta’ kontroll.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp.

(7)

Id-dejta personali li jkollha x'taqsam mal-membri tal-grupp għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Grupp”, huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Inkarigi

1.   Il-grupp għandu jassisti lill-Kummissjoni biex tifformula u timplimenta l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea li huma mmirati biex jiżviluppaw politika dwar is-sigurtà li relatata mat-trasport bl-art, u għandu jinkoraġġixxi skambji kontinwi tal-esperjenza, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti.

2.   Sabiex jilħaq il-miri msemmija fil-paragrafu 1, il-Grupp għandu:

jassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-istrumenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-miżuri meħuda fuq livell tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà tat-trasport bl-art;

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam, l-aktar billi janalizza r-riżultati u jissuġġerixxi titjib għall-miżuri meħuda;

jinkoraġġixxi skambji ta’ informazzjoni dwar miżuri meħuda fuq il-livelli kollha biex jippromwovu s-sigurtà tat-trasport bl-art u, fejn huwa xieraq, jgħaddi suġġerimenti għal azzjoni possibbli fil-livell tal-Unjoni Ewropea;

jibgħat opinjonijiet jew jissottometti rapporti lill-Kummissjoni, jew fuq it-talba jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, dwar kull kwistjoni ta’ rilevanza għall-promozzjoni tas-sigurtà tat-trasport bl-art fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-sigurtà tat-trasport bl-art.

Artikolu 4

Sħubija

1.   Il-membri għandhom ikunu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn għandhom jinnominaw żewġ rappreżentanti:

(a)

rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru mill-ministeri jew mid-dipartimenti tal-gvern responsabbli għat-trasport bl-art

(b)

rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru mill-ministeri jew mid-dipartimenti tal-gvern responsabbli għas-sigurtà jew għall-kwistjonijiet ta’ kontroll

2.   Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jagħtu status ta’ osservatur lil individwi jew jistiednu rappreżentanti Ewropej ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u professjonali involuti fi, jew affettwati direttament mis-sigurtà tat-trasport bl-art kif ukoll mill-organizzazzjonijiet tal-utenti tat-trasport.

3.   L-ismijiet ta’ individwi msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħra (“ir-Reġistru”). L-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu ppubblikati fir-Reġistru. L-ismijiet tal-individwi u tal-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru u l-interess irrappreżentat għandu jkun żvelat (3).

4.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Operazzjoni

1.   Il-Grupp għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bi qbil mal-Kummissjoni, il-Grupp jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-Grupp. Tali gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tistieden lil kwalunkwe persuna li tkun speċjalment ikkwalifikata f’xi suġġett partikolari li jkun fl-aġenda biex tieħu sehem fix-xogħol tagħha fuq bażi ad hoc. L-esperti mistiedna għandhom jieħdu sehem biss fix-xogħol fuq is-suġġett partikolari li għalih intalbet l-attendenza tagħhom.

4.   Għall-preparazzjoni tal-opinjonijiet tiegħu, il-Grupp jista’ jaħtar wieħed mir-rappreżentanti tal-Istati Membri bħala rapporteur bl-inkarigu li jfassal ir-rapporti.

5.   Il-Grupp għandu jitlaqqa’ mill-Kummissjoni u għandu normalment jiltaqa’ fil-bini tiegħu. Għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali. Uffiċjali oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tal-gruppi ta’ ħidma tiegħu.

6.   Id-deliberazzjonijiet tal-Grupp għandhom jittrattaw it-talbiet ifformulati mill-Kummissjoni jew l-opinjonijiet li l-Grupp jagħti fuq l-inizjattiva proprja tiegħu. Dawn ma jitteħidx vot fuqhom.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti jew fir-Reġistru jew inkella permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal websajt speċifiku. Huma possibbli l-eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni meta l-iżvelar ta’ dokument jista’ jdgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku jew privat kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

8.   Il-membri tal-Grupp u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-siġurtà li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (5). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħa u konsegwenzi finanzjarji

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ma jitħallsux għas-servizzi li jipprovdu.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza li jkollhom jagħmlu r-rappreżentanti tal-Membri b’rabta mal-attivitajiet tal-grupp jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza magħmula b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-grupp minn osservaturi u esperti mistiedna għandhom ukoll jiġu rimborżati.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  COM(2011) 144 finali.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Membri li ma jixtiqux ikollhom isimhom żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. It-talba li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu.

(4)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(5)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.