ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.134.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 134

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
24 ta' Mejju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/271/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

1

 

 

2012/272/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra

3

 

 

2012/273/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

4

 

*

Informazzjoni dwar modifika tal-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid

5

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 434/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chelčicko — Lhenické ovoce (IĠP)]

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 435/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Φασόλια Βανίλιες Φενεού (Fasolia Vanilies Feneou) (IĠP)]

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 436/2012 tat-23 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fil-każ tas-sustanza azametifos ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012 tat-23 ta’ Mejju 2012 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' evażjoni ta' miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jintbagħtu mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 438/2012 tat-23 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2012 tat-23 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/274/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2012 li tiddetermina t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2505)

20

 

 

2012/275/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar l-inklużjoni tal-varjetajiet tal-vinji fl-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid kif jissemma fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim KE-USA dwar il-kummerċ fl-inbid

23

 

 

2012/276/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea lill-programmi nazzjonali ta’ 10 Stati Membri (il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja) fl-2012 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3024)

27

 

 

2012/277/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3179)  ( 1 )

29

 

 

2012/278/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2012 li ttemm il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ April 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

(2012/271/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 196 u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet.

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fll-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża ‘l hinn mill-erba’ libertajiet.

(3)

Sabiex tkun possibbli din il-kooperazzjoni estiża, il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat bl-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (3).

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.


ANNESS

DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (2).

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li din il-kooperazzjoni estiża isseħħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 10 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet:

“9.

(a)

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fl-oqsma koperti mill-att li ġej:

32008 L 0114: Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

(b)

Bil-għan li jinkisbu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2008/114/KE, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu użu mill-forom xierqa ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 80 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(c)

Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, it-Taqsima VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tapplika għal dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 3.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi …, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.] [Huma indikati rekwiżiti konstituzzjonali.]


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Mejju 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra

(2012/272/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 79(3), 91, 100, 191(4), 207 u 209 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim Qafas mar-Repubblika tal-Filippini dwar Sħubija u Kooperazzjoni (“il-Ftehim”).

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Parti Tlieta, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti mill-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jkunux innotifikaw b’mod konġunt lir-Repubblika tal-Filippini li r-Renju Unit jew l-Irlanda jintrabtu bħala parti mill-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jibqgħux marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 4a tal-Protokoll (Nru 21), l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda għandha/għandhom tinforma/jinformaw immedjatament lir-Repubblika tal-Filippini bi kwalunkwe bidla fil-pożizzjoni tagħha/tagħhom f’liema każ hija/huma tibqa’/jibqgħu marbuta/marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim indipendentement. L-istess japplika għad-Danimarka f’konformità mal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness ma’ dawk it-Trattati.

(3)

Fejn ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jkunux ipprovdew in-notifika meħtieġa taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, huma ma jiħdux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill ta’ din id-Deċiżjoni sal-punt li hi tkopri dispożizzjonijiet skont il-Parti Tlieta, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka f’konformità mal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness ma’ dawk it-Trattati.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna/persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Mejju 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

(2012/273/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 79(3), 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni mal-Mongolja (“il-Ftehim”).

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jaqgħu fl-ambitu tal-Parti Tlieta, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala partijiet tal-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jinnotifikawx b’mod konġunt lill-Mongolja li r-Renju Unit jew l-Irlanda jintrabtu bħala parti mill-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jibqgħux marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 4a tal-Protokoll Nru 21, l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda għandhom jinfurmaw minnufih lill-Mongolja bi kwalunkwe bidla fil-pożizzjoni tagħhom, li f’dan il-każ għandhom jibqgħu marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim f’isimhom stess. L-istess japplika għad-Danimarka, f’konformità mal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness ma’ dawk it-Trattati.

(3)

Fejn ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jkunux ipprovdew in-notifika meħtieġa taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, huma ma jiħdux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill ta’ din id-Deċiżjoni sa fejn hija tkopri dispożizzjonijiet skont il-Parti Tlieta, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka f’konformità mal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/5


Informazzjoni dwar modifika tal-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid

Permezz tal-ittra ddatata is-16 ta' Mejju 2012, il-Kummissjoni kkonfermat lill-Istati Uniti tal-Amerika li l-Unjoni taqbel mal-modifiki tal-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid (1).

F’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid, il-modifiki se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2012.


(1)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 65.


REGOLAMENTI

24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 434/2012

tas-16 ta’ Mejju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chelčicko — Lhenické ovoce (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Chelčicko — Lhenické ovoce”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 271, 14.9.2011, p. 22.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

IR-REPUBLIKA ĊEKA

Chelčicko — Lhenické ovoce (IĠP)


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 435/2012

tas-16 ta’ Mejju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Φασόλια Βανίλιες Φενεού (Fasolia Vanilies Feneou) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Greċja biex id-denominazzjoni “Φασόλια Βανίλιες Φενεού (Fasolia Vanilies Feneou)” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 273, 16.9.2011, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6:   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-GREĊJA

Φασόλια Βανίλιες Φενεού (Fasolia Vanilies Feneou) (IĠP)


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 436/2012

tat-23 ta’ Mejju 2012

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fil-każ tas-sustanza azametifos

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi (“MRL”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Bħalissa l-azametifos tinsab inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata, għall-ispeċi tas-salmonidae.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex tiġi estiża l-annotazzjoni eżistenti għall-Azametifos applikabbli għall-ispeċi tal-ħut bil-ġewnaħ.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li tiġi estiża dik l-annotazzjoni u li ma kienx meħtieġ li jiġi stabbilit MRL għall-azametifos fl-ispeċi tal-ħut bil-ġewnaħ.

(6)

L-annotazzjoni għall-azametifos fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għall-Azametifos fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwu

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħra (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Azametifos

MHUX APPLIKABBLI

Ħut bil-ġewnaħ

Mhu meħtieġ l-ebda MRL

MHUX APPLIKABBLI

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti”


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 437/2012

tat-23 ta’ Mejju 2012

li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' evażjoni ta' miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jintbagħtu mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku") u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li, b’konformità mal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ikkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IT-TALBA

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex tissoġġetta l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkonsenjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, għar-reġistrazzjoni, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le.

(2)

Din it-talba ġiet ippreżentata fl-10 ta' April 2012 minn Saint-Gobain Adfors CZ s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo, Valmieras "Stikla Skiedra" AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH, erba' produtturi ġewwa l-Unjoni ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ.

B.   IL-PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' evażjoni huwa d-drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs ta' ċellula ta' aktar minn 1.8 mm, kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżen iżjed minn 35 g/m2, minbarra diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 ("il-prodott ikkonċernat").

(4)

Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda mibgħut mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk huwa ddikjarat li joriġina mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, u li attwalment jaqa’ taħt l-istess kodiċijiet NM bħall-prodott ikkonċernat.

C.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ u li possibbilment qed jiġu evitati huma miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 (2).

D.   IR-RAĠUNIJIET

(6)

It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qed jiġu evitati permezz ta’ trasbord mit-Tajwan u t-Tajlandja.

(7)

L-evidenza prima facie li ġiet ippreżentata hija din:

(8)

It-talba turi li wara l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, kien hemm bidla sinifikanti fil-mod kif isir il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, it-Tajwan u t-Tajlandja lejn l-Unjoni, liema mingħajr raġuni jew ġustifikazzjoni b’saħħitha biżżejjed, għajr dik tal-impożizzjoni tad-dazju.

(9)

Jidher li din il-bidla ġejja mit-trasbord ta' ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina vija t-Tajwan u t-Tajlandja lejn l-Unjoni.

(10)

Barra minn hekk, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri tal-anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiddgħajfu kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll f’termini ta’ prezz. Volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jidhru li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, teżisti biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(11)

Fl-aħħar nett, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott investigat qegħdin ikunu oġġett ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat.

(12)

Jekk il-prattiki ta’ evażjoni vija t-Tajwan u t-Tajlandja li huma koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr it-trasbord, ikunu identifikati fl-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri dawn il-prattiki wkoll.

E.   IL-PROĊEDURA

(13)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tissoġġetta l-importazzjonijiet tal-prodott investigat għal reġistrazzjoni, sew jekk ikun iddikjarat li joriġina mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Il-kwestjonarji

(14)

Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fit-Tajwan u t-Tajlandja, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi magħrufa fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, it-Tajwan u t-Tajlandja. Jista’ wkoll jintalab tagħrif, kif xieraq, mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(15)

Fi kwalunkwe każ, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, peress li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(16)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, it-Tajwan u t-Tajlandja se jiġu avżati meta tinbeda l-investigazzjoni.

(b)   Il-ġbir ta' informazzjoni u s-seduti ta’ smigħ

(17)

Il-partijiet kollha interessati huma b’dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu.

(c)   L-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(18)

B’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi evażjoni.

(19)

Minħabba li l-evażjoni possibbli sseħħ barra l-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi fit-Tajwan u t-Tajlandja ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1.8 mm, kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa') u li jiżen iżjed minn 35 g/m2, minbarra diski tal-fibra tal-ħġieġ, li jistgħu juru li ma għandhom l-ebda relazzjoni (3) ma’ xi produttur li hu suġġett għall-miżuri (4) u li ma jinstabux li qed iwettqu prattiki ta’ evażjoni kif imfisser fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom jippreżentaw talba sostnuta b'evidenza xierqa fi ħdan il-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament.

F.   IR-REĠISTRAZZJONI

(20)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott investigat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' evażjoni, ikunu jistgħu jiġu imposti dazji tal-anti-dumping mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn ikkonsenjati mit-Tajwan u mit-Tajlandja.

G.   IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(21)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati limiti taż-żmien li matulhom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies matul l-investigazzjoni,

il-produtturi fit-Tajwan u t-Tajlandja jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet jew miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

H.   NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(22)

F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

(23)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif jiġi injorat u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

(24)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu ibbażati fuq fatti disponibbli b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din kienet ikkooperat.

I.   L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(25)

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

J.   L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(26)

Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (5).

K.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(27)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

(28)

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji.

(29)

Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan tnediet investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1225/2009 biex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżen iżjed minn 35 g/m, minbarra diski tal-fibra tal-ħġieġ, ikkonsenjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk ikun iddikjarat li dawn joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019510012, 7019510013, 7019590012 u 7019590013), humiex jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali huma b'dan mitluba biex, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.

Artikolu 3

Il-kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jitqiesu waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi fit-Tajwan u t-Tajlandja li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri jridu jippreżentaw talba sostnuta b’evidenza xierqa fi ħdan l-istess limitu taż-żmien ta’ 37 jum.

Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jistemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu taż-żmien ta' 37 ġurnata.

Jeħtieġ li l-partijiet interessati jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kull Prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tagħti s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-internet rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence.

Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata "Limited" ("ristrett")  (6) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata "For inspection by interested parties" ("Għal spezzjoni mill-partijiet interessati").

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: N105 4/92

1049 Brussell

IL-BELĠJU

Faks +32 2 295 65 05

Indirizz elettroniku: TRADE-AC-MESH-TT@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1.

(3)  B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5% jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest "persuna" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(4)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma’ kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri oriġinali tal-anti-dumping), xorta waħda tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji suġġetta għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew intużat biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  A Dokument "Limited" ("ristrett") huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim anti-dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 438/2012

tat-23 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

98,8

MA

53,2

TR

86,8

ZZ

79,6

0707 00 05

AL

41,0

JO

183,3

MK

36,4

TR

136,6

ZZ

99,3

0709 93 10

JO

183,3

TR

110,3

ZZ

146,8

0805 10 20

EG

46,9

IL

72,0

MA

48,6

ZZ

55,8

0805 50 10

TR

94,2

ZA

85,7

ZZ

90,0

0808 10 80

AR

127,9

BR

83,9

CA

135,2

CL

96,6

CN

82,5

EC

94,2

MK

41,0

NZ

142,4

US

168,3

UY

67,9

ZA

93,8

ZZ

103,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 439/2012

tat-23 ta’ Mejju 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 425/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 131, 22.5.2012, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-24 ta’ Mejju 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

37,46

0,00

1701 12 90  (1)

37,46

3,37

1701 13 10  (1)

37,46

0,05

1701 13 90  (1)

37,46

3,67

1701 14 10  (1)

37,46

0,05

1701 14 90  (1)

37,46

3,67

1701 91 00  (2)

43,57

4,40

1701 99 10  (2)

43,57

1,27

1701 99 90  (2)

43,57

1,27

1702 90 95  (3)

0,44

0,25


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ April 2012

li tiddetermina t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2505)

(2012/274/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament dwar il-VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 48(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi għal implimentazzjoni progressiva tal-attivitajiet tal-VIS. Il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha 2010/49/KE (2) iddeterminat l-ewwel reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS . Meta jitqies il-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS fil-11 ta’ Ottubru 2011, hu meħtieġ li jiġi ddeterminat it-tieni sett ta’ reġjuni fejn id-dejta li għandha tiġi pproċessata fil-VIS, inklużi ritratti u dejta dwar il-marki tas-swaba’, għandha tinġabar u tiġi trażmessa lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha tal-viża fir-reġjun ikkonċernat.

(2)

L-Artikolu 48(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi għad-determinazzjoni tas-sekwenza tar-reġjuni għall-varar tal-VIS abbażi tal-kriterji li ġejjin: ir-riskju tal-immigrazzjoni irregolari, it-theddid lis-sigurtà interna tal-Istati Membri u l-fattibbiltà li jinġabru elementi bijometriċi mill-postijiet kollha fir-reġjun ikkonċernat.

(3)

Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tar-reġjuni differenti billi qieset, l-ewwwel nett, elementi bħall-medja tar-rati tar-rifjut tal-viżi, ir-rati tar-rifjut tad-dħul, u r-rati ta’ persuni bin-nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi individwati bħala preżenti irregolarment fit-territorju tal-Istati Membri; għat-tieni kriterju, valutazzjoni ta’ theddida mwettqa mill-Europol; u għat-tielet kriterju, il-fatt li l-livell ta’ preżenza konsulari jew rappreżentazzjoni żdied fir-reġjuni kollha madwar id-dinja mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/49/KE.

(4)

Skont din il-valutazzjoni, ir-reġjuni sussegwenti fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta tal-viża lill-VIS għandha tibda għall-applikazzjonijiet kollha tal-viża, għandhom ikunu: l-Afrika tal-Punent, l-Afrika Ċentrali, l-Afrika tal-Lvant, l-Afrika t’Isfel, l-Amerika t’Isfel, l-Asja Ċentrali, u l-Asja tax-Xlokk.

(5)

It-territorju okkupat tal-Palestina kien eskluż mir-reġjun tal-Lvant Qarib, li kien kopert mid-Deċiżjoni 2010/49/KE, minħabba dffikultajiet tekniċi li jistgħu jkunu iffaċċjati fit-tagħmir tal-karigi u l-uffiċini konsolari kkonċernati. Biex ikun evitat distakk meta tkun miġġielda l-imigrazzjoni irregolari u l-protezzjoni tas-sigurtà interna u fil-kunsiderazzjoni taż-żmien disponibbli għall-Istati Membri biex isolvu d-diffikultajiet tekniċi, it-territorju okkupat tal-Palestina għandu jkun il-ħdax-il-reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta tal-viża għall-VIS għandhom jibdew għal kull applikazzjoni għal viża.

(6)

Id-data tal-bidu tal-operazzjonijeit f’kull wieħed minn dawn ir-regjuni għandha tkun determinata mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(7)

Għad-determinazzjoni tar-reġjuni aktar ‘il bogħod, għandhom jittieħdu Deċiżjonijiet sussegwenti fi stadju aktar tard abbażi ta’ valutazzjoni addizzjonali u aġġornata ta’ dawn ir-reġjuni l-oħrajn skont il-kriterji relevanti u l-esperjenza mal-implimentazzjoni fir-reġjuni ddeterminati bid-Deċiżjoni 2010/49/KE u bid-deċiżjoni preżenti.

(8)

Ladarba r-Regolament dwar il-VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-VIS fil-liġi nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem fi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(11)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(12)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(13)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9).

(14)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew hu reletat miegħu fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(15)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew hu reletat miegħu fit-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005.

(16)

Il-miżuri pprovveduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat li hu stabbilit bl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (10),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġjuni fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandhom jibdew, sussegwentamnt għar-reġjuni ddeterminati mid-Deċiżjoni 2010/49/KE, skont l-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, huma dawn li ġejjin:

Ir-raba’ reġjun:

il-Benin,

il-Burkina Faso,

il-Kap Verde,

il-Côte d’Ivoire,

il-Gambja,

il-Gana,

il-Ginea,

il-Ginea Bissaw,

il-Liberja,

il-Mali,

in-Niġer,

in-Niġerja,

is-Senegal,

is-Sjerra Leone,

it-Togo.

Il-ħames reġjun:

il-Burundi,

il-Kamerun,

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

iċ-Ċad,

il-Kongo,

ir-Repubblikà Demokratika tal-Kongo,

il-Ginea Ekwatorjali,

il-Gabon,

ir-Rwanda,

São Tomé u Principe.

Is-sitt reġjun:

il-Komoros,

Ġibuti,

l-Eritrea,

l-Etjopja,

il-Kenja,

il-Madagaskar,

il-Mawrizju,

is-Seychelles,

is-Somalja,

is-Sudan t’Isfel,

is-Sudan,

it-Tanzanija,

l-Uganda.

Is-seba’ reġjun:

l-Angola,

il-Bozwana,

il-Lesoto,

il-Malawi,

il-Możambik,

in-Namibja,

l-Afrika t’Isfel,

is-Sważiland,

iż-Żambja,

iż-Żimbabwe.

It-tmien reġjun:

l-Arġentina,

il-Bolivja,

il-Brażil,

iċ-Ċilì,

il-Kolombja,

l-Ekwador,

il-Paragwaj,

il-Perù,

l-Urugwaj,

il-Veneżwela.

Id-disa’ reġjun:

il-Każakstan,

il-Kirgiżistan,

it-Taġikistan,

it-Turkmenistan,

l-Uzbekistan.

L-għaxar reġjun:

il-Brunej,

il-Burma/Mjanmar,

il-Kambodja,

l-Indoneżja,

il-Laos,

il-Malasja,

il-Filippini,

is-Singapor,

it-Tajlandja,

il-Vjetnam.

Il-ħdax-il reġjun:

It-territorju okkupat Palestinjan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lill-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 62.

(3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(4)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

(10)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/23


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Mejju 2012

dwar l-inklużjoni tal-varjetajiet tal-vinji fl-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid kif jissemma fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim KE-USA dwar il-kummerċ fl-inbid

(2012/275/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Uniti tal-Amerika għamlu domanda biex l-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid kif jissemma fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-Kummerċ tal-Inbid (2) jiġi modifikat biex jinkludi varjetajiet tal-vinji li ġew notifikati mill-Istati Uniti lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Ottubru 2011. Din id-domanda saret skont il-Punt 3.6(b) tal-Protokoll imsemmi hawn fuq.

(2)

In-notifika tirreferi għar-regola finali adottata mill-Alcohol and Tobacco Tax and Trade Bureau (Bureau tat-Taxxa u l-Kummerċ tal-Alkoħol u t-Tabakk), u ppubblikata fil-Federal Register (Reġistru Federali) fis-27 ta’ Ottubru 2011 (3) li temenda r-regolamenti tal-Alcohol and Tobacco Tax and Trade Bureau billi żżid għadd ta’ ismijiet ġodda fil-lista tal-ismijiet tal-varjetajiet tal-għenba għad-denominazzjoni tal-inbejjed Amerikani.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Uniti fi żmien 60 jum mid-data tar-riċevuta tan-notifika li l-varjetajiet tal-vinja “Montepulciano” u “Blaufränkisch” bħalissa jistgħu jintużaw biss għal inbejjed minn ċerti Stati Membri, skont l-Artikolu 62(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (4).

(4)

Il-Kummissjoni għandha għalhekk tikkonferma li l-Unjoni taqbel mal-modifiki proposti tal-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid, bl-eċċezzjoni fir-rigward tal-varjetajiet tal-vinja “Montepulciano” u “Blaufränkisch”.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

F’konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Unit ital-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li l-Unjoni taqbel mal-modifiki proposti tal-Appendiċi IV tal-Protokoll dwar it-tikkettar tal-inbid, bl-eċċezzjoni fir-rigward tal-varjetajiet tal-vinja “Montepulciano” u “Blaufränkisch”.

It-test emendat tal-Appendiċi IV, kif aċċettat mill-Unjoni, jinsab stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali huwa b’dan awtorizzat biex iressaq tweġiba bil-miktub lill-Istati Uniti tal-Amerika.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 65.

(3)  Federal Register, Vol. 76, Nru 208, 27.10.2011, p. 66626.

(4)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.


ANNESS

“APPENDIĊI IV

dwar l-ismijiet tal-varjetajiet tal-vinja kif jissemma fil-Parti A, il-Punt 3.3.6 tal-Protokoll

 

Aglianico

 

Agawam

 

Albariño

 

Albemarle

 

Aleatico

 

Alicante Bouschet

 

Aligote

 

Alvarelhão

 

Alvarinho

 

Arneis

 

Aurore

 

Auxerrois

 

Bacchus

 

Baco blanc

 

Baco noir

 

Barbera

 

Beacon

 

Beclan

 

Bellandais

 

Beta

 

Biancolella

 

Black Corinth

 

Black Malvoisie

(Cinsaut)

 

Black Monukka

 

Black Muscat

(Muscat Hamburg)

 

Black Pearl

 

Blanc Du Bois

 

Blue Eye

 

Bonarda

 

Bountiful

 

Brianna

 

Burdin 4672

 

Burdin 5201

 

Burdin 11042

 

Burgaw

 

Burger

 

Cabernet franc

 

Cabernet Diane

 

Cabernet Doré

 

Cabernet Pfeffer

 

Cabernet Sauvignon

 

Calzin

 

Campbell Early

(Island Belle)

 

Kanada Muscat

 

Canaiolo

(Canaiolo Nero)

 

Canaiolo Nero

(Canaiolo)

 

Captivator

 

Carignan

(Carignane)

 

Carignane

(Carignan)

 

Carlos

 

Carmenère

 

Carmine

 

Carnelian

 

Cascade

 

Castel 19-637

 

Catawba

 

Cayuga White

 

Centurion

 

Chambourcin

 

Chancellor

 

Charbono

 

Chardonel

 

Chardonnay

 

Chasselas doré

 

Chelois

 

Chenin blanc

 

Chief

 

Chowan

 

Cinsaut

(Black Malvoisie)

 

Clairette blanche

 

Clinton

 

Colombard

(French Colombard)

 

Colobel

 

Corot noir

 

Cortese

 

Corvina

 

Concord

 

Conquistador

 

Couderc noir

 

Counoise

 

Cowart

 

Creek

 

Crimson Cabernet

 

Cynthiana

(Norton)

 

Dearing

 

De Chaunac

 

Delaware

 

Diamond

 

Dixie

 

Dolcetto

 

Doreen

 

Dornfelder

 

Dulcet

 

Durif

(Petite Sirah)

 

Dutchess

 

Early Burgundy

 

Early Muscat

 

Edelweiss

 

Eden

 

Ehrenfelser

 

Ellen Scott

 

Elvira

 

Emerald Riesling

 

Erbaluce

 

Favorite

 

Feher Szagos

 

Fernao Pires

 

Fern Munson

 

Fiano

 

Flora

 

Florental

 

Folle blanche

 

Forastera

 

Fredonia

 

Freedom

 

French Colombard

(Colombard)

 

Freisa

 

Frontenac

 

Frontenac gris

 

Fry

 

Fumé blanc

(Sauvignon blanc)

 

Furmint

 

Gamay noir

 

Garnacha

(Grenache, Grenache noir)

 

Garnacha blanca

(Grenache blanc)

 

Garronet

 

Geneva Red 7

 

Gewürztraminer

 

Gladwin 113

 

Glennel

 

Gold

 

Golden Isles

 

Golden Muscat

 

Graciano

 

Grand Noir

 

Green Hungarian

 

Grenache

(Garnacha, Grenache noir)

 

Grenache blanc

(Garnacha blanca)

 

Grenache noir

(Garnacha, Grenache)

 

Grignolino

 

Grillo

 

Gros Verdot

 

Grüner Veltliner

 

Helena

 

Herbemont

 

Higgins

 

Horizon

 

Hunt

 

Interlaken

 

Iona

 

Isabella

 

Island Belle

(Campbell Early)

 

Ives

 

James

 

Jewell

 

Joannes Seyve 12-428

 

Joannes Seyve 23-416

 

Kerner

 

Kay Gray

 

Kleinberger

 

La Crescent

 

LaCrosse

 

Lagrein

 

Lake Emerald

 

Lambrusco

 

Landal

 

Landot noir

 

Lenoir

 

Leon Millot

 

Lemberger

(Limberger)

 

Limberger

(Lemberger)

 

Louise Swenson

 

Lucie Kuhlmann

 

Madeline Angevine

 

Magnolia

 

Magoon

 

Malbec

 

Malvasia bianca

(Moscato greco)

 

Mammolo

 

Marechal Foch

 

Marquette

 

Marsanne

 

Mataro

(Monastrell, Mourvèdre)

 

Melody

 

Melon

(Melon de Bourgogne)

 

Melon de Bourgogne

(Melon)

 

Merlot

 

Meunier

(Pinot Meunier)

 

Mish

 

Mission

 

Missouri Riesling

 

Monastrell

(Mataro, Mourvèdre)

 

Mondeuse

(Refosco)

 

Montefiore

 

Moore Early

 

Morio-Muskat

 

Moscato greco

(Malvasia bianca)

 

Mourvèdre

(Mataro, Monastrell)

 

Müller-Thurgau

 

Münch

 

Muscadelle

 

Muscat blanc

(Muscat Canelli)

 

Muscat Canelli

(Muscat blanc)

 

Muscat du Moulin

 

Muscat Hamburg

(Black Muscat)

 

Muscat of Alexandria

 

Muscat Ottonel

 

Naples

 

Nebbiolo

 

Negrara

 

Négrette

 

Negro Amaro

 

Nero d’Avola

 

New York Muscat

 

Niagara

 

Noah

 

Noble

 

Noiret

 

Norton

(Cynthiana)

 

Ontario

 

Orange Muscat

 

Palomino

 

Pamlico

 

Pedro Ximenes

 

Peloursin

 

Petit Bouschet

 

Petit Manseng

 

Petit Verdot

 

Petite Sirah

(Durif)

 

Peverella

 

Picpoul

(Piquepoul blanc)

 

Pinotage

 

Pinot blanc

 

Pinot Grigio

(Pinot gris)

 

Pinot gris

(Pinot Grigio)

 

Pinot Meunier

(Meunier)

 

Pinot noir

 

Piquepoul blanc

(Picpoul)

 

Prairie Star

 

Precoce de Malingre

 

Pride

 

Primitivo

 

Princess

 

Rayon d’Or

 

Ravat 34

 

Ravat 51

(Vignoles)

 

Ravat noir

 

Redgate

 

Refosco

(Mondeuse)

 

Regale

 

Reliance

 

Riesling

(White Riesling)

 

Rkatsiteli

(Rkatziteli)

 

Rkatziteli

(Rkatsiteli)

 

Roanoke

 

Rondinella

 

Rosette

 

Roucaneuf

 

Rougeon

 

Roussanne

 

Royalty

 

Rubired

 

Ruby Cabernet

 

Sabrevois

 

Sagrantino

 

St. Croix

 

St. Laurent

 

St. Pepin

 

St. Vincent

 

Saint Macaire

 

Salem

 

Salvador

 

Sangiovese

 

Sauvignon blanc

(Fumé blanc)

 

Sauvignon gris

 

Scarlet

 

Scheurebe

 

Sémillon

 

Sereksiya

 

Seyval

(Seyval blanc)

 

Seyval blanc

(Seyval)

 

Shiraz

(Syrah)

 

Siegerrebe

 

Siegfried

 

Southland

 

Souzão

 

Steuben

 

Stover

 

Sugargate

 

Sultanina

(Thompson Seedless)

 

Summit

 

Suwannee

 

Sylvaner

 

Symphony

 

Syrah

(Shiraz)

 

Swenson Red

 

Tannat

 

Tarheel

 

Taylor

 

Tempranillo

(Valdepeñas)

 

Teroldego

 

Thomas

 

Thompson Seedless

(Sultanina)

 

Tinta Madeira

 

Tinto cão

 

Topsail

 

Touriga

 

Traminer

 

Traminette

 

Trebbiano

(Ugni blanc)

 

Trousseau

 

Trousseau gris

 

Ugni blanc

(Trebbiano)

 

Valdepeñas

(Tempranillo)

 

Valdiguié

 

Valerien

 

Valiant

 

Valvin Muscat

 

Van Buren

 

Veeblanc

 

Veltliner

 

Ventura

 

Verdelet

 

Verdelho

 

Vergennes

 

Vermentino

 

Vidal blanc

 

Vignoles

(Ravat 51)

 

Villard blanc

 

Villard noir

 

Vincent

 

Viognier

 

Vivant

 

Watergate

 

Welder

 

Welsch Rizling

 

White Riesling

(Riesling)

 

Wine King

 

Yuga

 

Zinfandel

 

Zinthiana

 

Zweigelt”


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Mejju 2012

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea lill-programmi nazzjonali ta’ 10 Stati Membri (il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja) fl-2012 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3024)

(It-testi bil-Franċiż, Olandiż, Bulgaru, Daniż, Estonjan, Taljan, Grieg, Latvjan, Rumen, Sloven, Finlandiż u Svediż biss huma awtentiċi)

(2012/276/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropea għan-nefqa mġarrba fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta.

(2)

Dawk il-programmi għandhom jitfasslu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u l-appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (3).

(3)

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja ppreżentaw il-programmi nazzjonali għall-2011 sal-2013 kif ipprovdut fl-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008. Dawn il-programmi ġew approvati fl-2011 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(4)

Dawk l-Istati Membri ressqu wkoll il-previżjonijiet baġitarji annwali għall-2012 skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd (4). Il-Kummissjoni evalwat il-previżjonijiet baġitarji annwali tal-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008, billi kkunsidrat il-programmi nazzjonali approvati.

(5)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjoni baġitarja annwali u għandha tiddeċiedi dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u abbażi tar-riżultat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008.

(6)

L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi li Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-miżuri finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġbir ta’ dejta bażika ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettiq tal-programm ta’ ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti massimi globali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li se jingħataw lil kull Stat Membru għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għall-2012, u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 24.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

IL-PROGRAMMI NAZZJONALI MILL-2011 SAL-2013

IN-NEFQA ELIĠIBBLI U L-KONTRIBUZZJONI MASSIMA TAL-UNJONI GĦALL-2012

(f’EUR)

Stat Membru

Nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

(Rata ta’ 50 %)

Il-Belġju

2 108 145,00

1 054 072,50

Il-Bulgarija

199 740,00

99 870,00

Id-Danimarka

6 440 240,00

3 220 120,00

L-Estonja

566 084,00

283 042,00

L-Italja

7 859 576,00

3 929 788,00

Ċipru

395 709,00

197 854,50

Il-Latvja

337 444,00

168 722,00

Ir-Rumanija

507 906,00

253 953,00

Is-Slovenja

180 783,00

90 391,50

Il-Finlandja

1 761 072,00

880 536,00

Totali

20 356 699,00

10 178 349,50


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3179)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/277/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 1999/2/KE, oġġett tal-ikel ittrattat b’radjazzjoni li tijonizza ma jistax jiġi importat minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx ġie ttrattat f’faċilità tal-irradjazzjoni approvata mill-Unjoni Ewropea.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE (2) ġiet stabbilita lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi.

(3)

L-awtoritajiet Tajlandiżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-isem ta’ waħda mill-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati li jinsabu fit-Tajlandja inbidel.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/840/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa emendat skont it-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)  ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40.


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE,

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 08-2006

ISOTRON (THAILAND) LTD

Bangpakong Industrial Park (Amata Nakorn)

700/465 Moo 7, Tambon Donhuaroh,

Amphur Muang,

Chonburi 20000

It-Tajlandja

Tel. (66) (0) 38 458431 sa 4:

Faks (66) (0) 38 458435”

jinbidel b’li ġej:

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 08-2006

Synergy Health (Thailand) Ltd.

700/465 Amata Nakorn Industrial

Moo 7, Tambon Donhuaroh,

Amphur Muang,

Chonburi 20000

It-Tajlandja

Tel. (66) (0) 38 458431 sa 3 u (66) (0) 38 450092 sa 3

Faks (66) (0) 38 458435 u (66) (0) 38 717146”


24.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Mejju 2012

li ttemm il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja

(2012/278/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz tar-Regolament (UE) Nru 115/2012 (2) (“ir-Regolament provviżorju”), imponiet dazju kompensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja (“l-Indja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment inbeda fit-13 ta’ Mejju 2011 (3), wara li fil-31 ta’ Marzu 2011 tressaq ilment mill-Istitut Ewropew tal-Qfieli Industrijali (EIFI) (“l-ilmentatur”), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom.

(3)

Kif stipulat fil-premessa 21 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ sussidju u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “il-PI”). L-eżami tat-tendenzi relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.2.   Il-proċedura sussegwenti

(4)

Wara li saru magħrufa l-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie deċiż li jiġu imposti miżuri kompensatorji provviżorji (“żvelar provviżorju”), ħafna partijiet interessati ssottomettew bil-miktub il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan.

(6)

Sussegwentament, il-partijiet kollha ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jintemm il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u li jiġu rilaxxati l-ammonti żgurati permezz tad-dazju provviżorju (“żvelar finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar dan l-iżvelar finali.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(7)

Wara l-iżvelar finali, parti waħda tenniet il-kummenti tagħha fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili pprovduta fil-premessi 22 u 23 tar-Regolament hi u tiddikjara li ċerti tipi ta’ prodotti għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni.

(8)

Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li t-tipi differenti tal-prodott huma koperti mid-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi aħħarija u għaldaqastant jagħmlu parti mill-istess kategorija ta’ prodotti. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

(9)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi 22 u 23 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   L-ISSUSSIDJAR

3.1.   Introduzzjoni

(10)

Fil-premessa (24) tar-Regolament provviżorju, saret referenza għall-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji:

(a)

L-Iskema tal-Passbook li Jagħti Jedd għad-Dazju (“DEPBS”);

(b)

L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni Avvanzata (“AAS”);

(c)

L-Iskema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Beni Kapitali (“EPCGS”);

(d)

L-Iskema tal-Unitajiet Orjentati għall-Esportazzjoni (“EOUS”);

(e)

L-Iskema ta’ Fokus fuq il-Prodott (“FPS”);

(f)

L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”);

(g)

L-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku.

(11)

L-industrija tal-Unjoni staqsiet jekk il-Kummissjoni kinitx naqset milli tqis għadd ta’ skemi ta’ sussidju, u minħabba f’hekk ħasbet li s-sussidji li rċevew il-produtturi Indjani kienu ssottovvalutati.

(12)

Bi tweġiba għal dan, ta’ min jinnota li l-ilment kien fih għadd kbir ta’ skemi ta’ sussidju nazzjonali u lokali, li kienu inklużi fil-kwestjonarju li sar lill-produtturi esportaturi fl-Indja u li ġew investigati mill-Kummissjoni. Madankollu, instab li kien biss għall-iskemi elenkati fil-premessa 10 hawn fuq li l-produtturi esportaturi investigati fil-kampjun kienu rċevew sussidji.

(13)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-premessi 24 sa 27 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(14)

Ma waslu l-ebda kummenti dwar is-sejbiet li jikkonċernaw l-FPS u dwar l-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku. Fir-rigward tal-DEPBS, l-AAS, l-EPCGS u l-ECS, il-produtturi esportaturi li kkooperaw taw kummenti dettaljati. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-kummenti kienu relatati mal-kalkolu tal-ammonti ta’ sussidju u ċerti kummenti wasslu għal ‘aġġustamenti żgħar f’dawk il-kalkoli. Madankollu, il-konklużjonijiet ġenerali fuq dawn l-iskemi ma kinux affettwati b’tali kummenti u huma hawnhekk ikkonfermati. Waslu wkoll kummenti dwar l-EOUS. Meta wieħed iqis l-impatti ta’ tali kummenti fuq l-EOUS, kif deskritt fil-qosor hawn taħt fil-premessi 13 sa 19, m’hemmx bżonn li jerġgħu jiġu ppreżentati fid-dettall il-kummenti l-oħrajn li waslu dwar l-erba’ skemi msemmija hawn fuq.

3.2.   L-Iskema tal-Unitajiet Orjentati għall-Esportazzjoni (“EOUS”)

3.2.1.   Ġenerali

(15)

Ta’ min ifakkar li, kif imsemmi wkoll fit-taqsima 3.5 tar-Regolament provviżorju, obbligu kruċjali ta’ Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni (EOU) kif stabbilit fil-politika ta’ Kummerċ Ħieles (“FT”) 2009-2014 huwa li tikseb qligħ nett ta’ valuta barranija (NFE), jiġifieri f’perjodu ta’ referenza (ħames snin) il-valur totali ta’ esportazzjonijiet irid ikun ogħla mill-valur totali ta’ oġġetti importati. Fil-prinċipju, l-intrapriżi kollha li jintrabtu li jesportaw l-produzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi kollha tagħhom jistgħu jkunu stabbiliti skont l-EOUS. Talli jagħmlu dan, il-kumpaniji li għandhom dan l-istatus ta’ EOU huma intitolati għal għadd ta’ konċessjonijiet skont il-premessa 71 tar-Regolament provviżorju. Dawn il-konċessjonijiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Gvern tal-Indja (“GTI”) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku u dawn jipprovdu benefiċċju lill-EOUs. Fil-liġi huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa bħala speċifiċi u soġġetti għal kompens taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(16)

Fir-Regolament provviżorju ġie ddikjarat li l-EOUS ma setgħetx titqies bħala sistema awtorizzata ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema alternattiva għall-ħlas lura fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku peress li kkonformat mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I (punti (h) u (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni ta’ ħlas lura) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, ma setax jiġi stabbilit li l-GTI għandu sistema jew proċedura ta’ verifika biex tikkonferma jekk u f’liema ammonti materji għall-produzzjoni mixtrija bla dazju u/jew bla taxxa fuq il-bejgħ ġewx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (ara l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-sistema attwali ta’ verifika għandha l-għan li tissorvelja l-obbligu ta’ qligħ tal-NFE u mhux il-konsum ta’ importazzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti esportati.

(17)

Sussegwentament għall-iżvelar provviżorju, ma tqajjem l-ebda argument sostantiv kontra n-natura tal-EOUS, kif deskritt hawn fuq, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika effettiva u l-ammont kompensatorju tagħha. Għalhekk, il-konklużjonijiet dwar l-EOUS, kif deskritt fil-qosor fil-premessi 78 sa 81 tar-Regolament provviżorju, huma b’dan ikkonfermati.

3.2.2.   Is-sottomissjoni ta’ Viraj Profiles Limited

(18)

L-unika parti inkluża fil-kampjun li għandha status ta’ EOU kienet Viraj Profiles Limited (“Viraj”). Ir-rata tas-sussidju tal-EOU stabbilita għal dan il-produttur fl-istadju provviżorju kienet 2,73 % minn rata ta’ sussidju totali ta’ 3,2 %. Viraj irrappreżenta, fil-volum, 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni.

(19)

Kif diġà msemmi fil-premessa 77 tar-Regolament provviżorju, Viraj ressaq kummenti dettaljati dwar l-iskema. Il-produttur esportatur ikkonċernat allega li s-sussidju kkalkulat skont l-iskema ma jkunx konformi mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, liema Artikolu jispeċifika li l-ammont ta’ dazju kompensatorju ma għandux ikun aktar mill-ammont ta’ sussidji kompensatorji li attwalment tirċievi l-kumpanija. Huwa allega li, għaldaqstant, ir-rata tas-sussidju ġenerali għall-kumpanija tkun taħt it-2 %, jiġifieri de minimis. Il-kumpanija pprovdiet dejta tal-kontabbiltà ddettaljata biex issostni l-allegazzjoni tagħha.

(20)

L-allegazzjoni ġiet analizzata kif suppost. Id-dejta tal-kontabbiltà ddettaljata pprovduta minn Viraj fis-sottomissjonijiet tiegħu tista’ tintrabat mad-dejta tal-kontabbiltà vverifikata matul iż-żjara ta’ verifikazzjoni u din id-dejta tissuġġerixxi li tabilħaqq il-benefiċċju kompensatorju li rċeviet il-kumpanija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien sopravvalutat. Għaldaqstant, id-dazju kompensatorju għal Viraj ġie kkalkulat mill-ġdid skont dan.

(21)

Konsegwentament, ir-rata tas-sussidju tal-EOUS ta’ Viraj ġiet ikkalkulata mill-ġdid u qiegħda stabbilita b’mod ċar għal 0,44 %. Ir-rata tas-sussidju totali ta’ Viraj, inklużi r-rati tas-sussidju stabbiliti għall-EPCGS (ikkalkulati mill-ġdid għal 0,05 %), għall-ECS (ikkalkulati mill-ġdid għal 0,12 %) u l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku (0,09 %), ġiet stabbilita b’mod ċar għal 0,7 %, jiġifieri taħt il-livell limitu de minimis.

3.2.3.   Il-kummenti tal-industrija tal-Unjoni dwar l-iżvelar finali

(22)

Wara l-iżvelar finali, l-industrija tal-Unjoni ressqet kummenti fejn argumentat li l-kalkoli mill-ġdid li saru fir-rigward tal-benefiċċji tal-EOUS li rċieva Viraj ma kinux ġustifikati u korretti. Hija argumentat li l-analiżi tal-Kummissjoni ma kinitx sħiħa, u ma kinitx konsistenti mal-metodu kompensatorju li normalment jużaw l-Istituzzjonijiet għal din l-iskema u li hi naqset milli tqis xenarji possibbli oħrajn fejn Viraj seta’ ċertament ħeles mill-importazzjonijiet eżentati mid-dazju. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni allegat li s-sottomissjoni li tressqet tard minn Viraj tal-kummenti mhux kunfidenzjali dwar l-iżvelar provviżorju kienet ta’ ħsara serja għad-dritt tad-difiża tal-industrija tal-Unjoni.

(23)

Fir-rigward tal-kalkolu mill-ġdid tal-marġni tas-sussidju ta’ Viraj, għandu jiġi ċċarat li dan il-produttur esportatur wera li d-dazju provviżorju ta’ kumpens stabbilit kien aktar mill-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens li attwalment ingħata. Tabilħaqq, il-kumpanija wriet li d-dazju potenzjali li ntilef kien provviżorjament sopravvalutat u, għaldaqstant, dan kellu jiġi kkoreġut fil-kalkolu finali. Dan kien imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku li jingħata kumpens għal ċerti kontribuzzjonijiet finanzjarji li, b’mod ċar u mingħajr dubju, ma jistgħux jitqiesu li jipprovdu lil Viraj b’xi tip ta’ benefiċċju. Madankollu, għadu meqjus li, fir-rigward ta’ ċerti tranżazzjonijiet, l-iskema pprovdiet sussidji speċifiċi lill-kumpanija kkonċernata li għandhom jiġu kkumpensati. Dan l-approċċ, għaldaqstant, huwa konsistenti b’mod sħiħ mal-mod li bih l-Istituzzjonijiet ikkumpensaw l-iskema fil-passat. Skont dan, ir-reviżjoni tal-marġni tas-sussidju tal-EOUS huwa konformi b’mod sħiħ mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

(24)

Fir-rigward tal-ksur allegat tad-dritt tad-difiża tal-industrija tal-Unjoni, għandu jiġi nnotat li l-kummenti ta’ Viraj dwar il-kalkolu tas-sussidju tal-EOUS kienu inklużi wkoll fiż-żewġ sottomissjonijiet miftuħa li tressqu qabel ma ġew imposti l-miżuri provviżorji, kif ukoll fiż-żewġ sottomissjonijiet miftuħa li tressqu aktar tard. L-ewwel sottomissjoni, li hija wkoll l-ewlenija f’dan ir-rigward, li wasslet lill-Kummissjoni biex tanalizza l-kwistjoni fil-fond u eventwalment tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha, tressqet f’Diċembru 2011 u diġà kien hemm referenza għaliha fil-premessa (77) tar-Regolament provviżorju. Id-dokumenti kollha li jissemmew qabel, ġew inklużi fil-fajl għal spezzjoni mill-partijiet interessati mingħajr dewmien. Kull ma għamlu l-kummenti ta’ Viraj rigward l-iżvelar provviżorju kien li ddeskrivew fil-qosor il-pożizzjoni li kienet diġà ttieħdet fis-sottomissjonijiet ta’ qabel. Filwaqt li l-verżjoni miftuħa tal-kummenti ta’ Viraj għall-iżvelar provviżorju kienet tabilħaqq imressqa minn Viraj fi stadju aktar tard, il-Kummissjoni mill-ewwel għamiltha disponibbli għall-industrija tal-Unjoni, li ngħatat perjodu ta’ żmien addizzjonali biex tressaq il-kummenti tagħha dwarha.

(25)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-allegazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kellhom jiġu miċħuda.

3.2.4.   Kwistjonijiet oħrajn ta’ sussidju

(26)

Waslu wkoll kummenti dwar il-kalkolu tal-marġini tas-sussidju għall-produtturi esportaturi li mhumiex inklużi fil-kampjun u li kkooperaw u dwar il-kalkolu tal-marġini tas-sussidju residwu. Barra minn hekk, l-uniku produttur esportatur li kien talab eżami individwali insista li t-talba tiegħu tiġi indirizzata. Madankollu, fid-dawl tal-konklużjonijiet taħt il-kawżalità, mhuwiex meħtieġ li tittieħed pożizzjoni finali dwar dawn il-kwistjonijiet.

4.   L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(27)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni, il-premessi 120 sa 123 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.   ID-DANNU

5.1.   Ir-rimarki preliminarji u l-konsum tal-Unjoni

(28)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar ir-rimarki preliminarji u l-konsum tal-Unjoni, il-premessi 124 sa 130 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.2.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(29)

Parti waħda allegat li l-analiżi provviżorja tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u t-twaqqigħ tal-prezz, ibbażata fuq il-prezzijiet medji, kienet qarrieqa, peress li allegatament din ma tqisx il-varjazzjoni tal-firxa ta’ prodotti minn sena għall-oħra matul il-perjodu kkunsidrat.

(30)

F’dan ir-rigward, ta’ min wieħed jinnota li d-dejta fuq il-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott hija biss disponibbli għall-PI, li għalih il-produtturi esportaturi u l-produtturi tal-Unjoni huma mitluba jipprovdu l-listi dettaljati tat-tranżazzjonijiet bħala parti mir-risposti tagħhom għall-kwestjonarju. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ dejta għal kull tip ta’ prodott għas-snin l-oħrajn fil-perjodu kkunsidrat, analiżi sinifikanti tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tista’ ssir biss fuq il-prezzijiet medji. Ta’ minn jinnota wkoll li din il-parti partikolari ma pprovdiet l-ebda evidenza biex turi għalfejn l-analiżi fir-rigward tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tkun qarrieqa. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

(31)

Fir-rigward tat-twaqqigħ tal-prezz qed jiġi mfakkar li kif jissemma fil-premessa 134 tar-Regolament provviżorju, sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal-livell ta’ kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Indja għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti abbażi ta’ CIF, b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali eżistenti u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(32)

Barra minn hekk, kif jissemma fil-premessa 135 tar-Regolament provviżorju, it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell tal-kummerċ. Għalhekk, l-allegazzjoni ta’ din il-parti fir-rigward tat-twaqqigħ tal-prezz ġiet miċħuda.

(33)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi 131 sa 135 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati..

5.3.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.3.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(34)

Parti waħda allegat li l-analiżi li saret fir-Regolament provviżorju dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet qarrieqa u allegat li wieħed għandu jara t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni fid-dawl tal-kapaċità mhux utilizzata tal-industrija tal-Unjoni, li wkoll uriet tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat.

(35)

L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-produzzjoni seħħ fl-istess waqt mat-tnaqqis fil-bejgħ u ż-żieda fil-ħażniet. Din is-sitwazzjoni wasslet biex xi produtturi tal-Unjoni temmew xi wħud mil-linji ta’ produzzjoni tagħhom, li jispjega t-tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità. Għalhekk, l-allegazzjoni tal-parti ġiet miċħuda.

(36)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-premessi 137 u 138 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(37)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-iżvilupp tal-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-premessa 139 tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

5.3.3.   It-tkabbir

(38)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar it-tkabbir, il-premessa 140 tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

5.3.4.   L-impjiegi

(39)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-impjiegi, il-premessi 141 u 142 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.5.   Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni

(40)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni, il-premessi (143) u 144 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.6.   Il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

(41)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital, il-premessi 145 sa 148 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.7.   Il-ħażniet

(42)

Parti waħda talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi ċ-ċifri attwali fir-rigward tal-iżvilupp tal-livelli tal-ħażniet matul il-perjodu kkunsidrat minflok iċ-ċifri indiċizzati, hi u tallega li l-indiċjar ma ħallihiex tagħmel kummenti effettivi jew tevalwa l-livell ta’ ħażniet bħala perċentwali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(43)

Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, kif spjegat fil-premessa 127 tar-Regolament provviżorju, ċerti mikroindikaturi, inklużi l-ħażniet, kellhom jiġu indiċizzati. F’kull każ, l-indiċjar tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni fit-tabella 10 tar-Regolament provviżorju jipprovdi fehim raġonevoli tal-iżvilupp tal-ħażniet matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

(44)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-ħażniet, il-premessa 149 tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

5.3.8.   Id-daqs tal-marġni tas-sussidju

(45)

Qed jiġi mfakkar li l-akbar produttur esportatur Indjan li jirrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-PI instab li ma kienx issussidjat. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet issussidjati jirrappreżentaw 13 % tal-volum totali tal-prodott ikkonċernat esportat mill-Indja lejn l-Unjoni. Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini tas-sussidju attwali jista’ jitqies negliġibbli.

5.3.9.   Il-konklużjoni dwar id-dannu

(46)

L-investigazzjoni kkonfermat li ħafna mill-indikaturi ta’ dannu wrew tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-konklużjoni li ntlaħqet fil-premessi 151 sa 153 tar-Regolament provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku hija b’dan ikkonfermata.

6.   IL-KAWŻALITÀ

6.1.   Introduzzjoni

(47)

Skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet issussidjati li joriġinaw mill-Indja kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali punt li jitħalla jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufin oħrajn għajr l-importazzjonijiet issussidjati, li jistgħu fl-istess waqt ikunu qed jagħmlu danni lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll biex jiżguraw li dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma ġiex attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati.

(48)

Kif spjegat fil-premessi 18 sa 21 hawn fuq, il-marġni tas-sussidju tal-akbar produttur esportatur Indjan, li rrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani kollha lejn l-Unjoni matul il-PI, instab li kien de minimis għal dan il-produttur esportatur individwali fit-tifsira tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament Bażiku, u għalhekk għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni qed jitqies li mhuwiex issussidjat. Għaldaqstant, matul il-PI kienu ssussidjati biss 13 % tal-esportazzjonijiet Indjani tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet issussidjati kellhom sehem mis-suq ta’ 2 % matul il-PI.

6.2.   L-effett tal-importazzjonijiet issussidjati

(49)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’14 % u s-sehem mis-suq niżel b’21 %.

(50)

Fir-rigward tal-prezzijiet, instab li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet issussidjati waqqgħu l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, dawn kienu madwar 12 % ogħla mill-prezzijiet tal-kumpanija Indjana li ma nstabitx li kienet issussidjata.

(51)

Abbazi ta’ dan kollu, huwa kkunsidrat li l-volum limitat tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet issussidjati li ġejjin mill-Indja, li kellhom prezzijiet ogħla mill-importazzjonijiet li mhumiex issussidjati, seta’ kellu biss rwol limitat ħafna, jekk kien hemm, fid-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

6.3.1.   L-importazzjonijiet mill-Indja li mhumiex issussidjati

(52)

Il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied drammatikament b’65 % matul il-perjodu kkunsidat, u għalhekk żdied is-sehem tagħhom mis-suq minn 12,1 % għal 18,3 %. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet li mhumiex issussidjati rrappreżentaw 87 % tal-volum totali tal-esportazzjoni Indjana matul il-PI, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 15 % matul il-PI, b’kuntrast mas-sehem mis-suq ta’ 2 % tal-importazzjonijiet issussidjati li ġejjin mill-Indja fl-istess perjodu.

(53)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b’mod ġenerali b’9 % fil-perjodu kkunsidrat, u baqgħu dejjem inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-bqija tad-dinja u mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu huwa xieraq li jkun innutat li kif spjegat fil-premessa (50), instab li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li mhumiex issussidjati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ħafna iżjed minn dawk tal-importazzjonijiet issussidjati.

6.3.2.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(54)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, il-premessi 161 sa 165 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.3.3.   Il-kriżi ekonomika

(55)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq id-dannu li soffriet l-industrija tal-Unjoni, il-premessi 166 sa 169 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.3.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun

(56)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun, il-premessa 170 tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

6.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(57)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li matul il-perjodu kkunsidrat kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mill-Indja. Instab ukoll li dawn l-importazzjonijiet naqqsu b’mod kostanti l-prezzijiet li titlob l-industija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(58)

Madankollu, fid-dawl tas-sejba li l-esportazzjonijiet tal-akbar produttur esportatur Indjan, li rrappreżentaw 87 % tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni matul il-PI, ma kinux issussidjati, huwa kkunsidrat li ma tistax tiġi stabbilita rabta kawżali biżżejjed bejn l-importazzjonijiet issussidjati, li jammontaw għal 13 % biss tal-kwantità totali esportata mill-Indja, u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Filfatt, ma jistax jiġi argumentat li l-esportazzjonijiet Indjani issussidjati, fid-dawl tal-volum limitat tagħhom u tas-sehem limitat ħafna tagħhom mis-suq (2 %) u l-fatt li prezzijiet tagħhom kienu fil-medja 12 % ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet li mhumiex issussidjati, qed jikkawżaw id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(59)

L-analiżi tal-futturi magħrufa l-oħrajn, li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, inklużi l-importazzjonijiet li mhumiex issussidjati, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, il-kriżi ekonomika u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun, wriet li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ġej mill-impatt tal-importazzjonijiet mill-Indja li mhumiex issussidjati u li jirrappreżentaw 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani kollha lejn l-Unjoni matul il-PI u li saru bi prezzijiet sinifikament iktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet issussidjati.

7.   TMIEM IL-PROĊEDIMENT KONTRA S-SUSSIDJU

(60)

Fin-nuqqas ta’ rabta kawżali materjali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li l-miżuri kompensatorji mhumiex meħtieġa u għalhekk il-proċediment preżenti kontra s-sussidju għandu jintemm skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament bażiku.

(61)

L-ilmentatur u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma biddlux il-konklużjoni li għandu jintemm il-proċediment preżenti kontra s-sussidju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom, li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċijiet CN 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70, u li joriġinaw mill-Indja, qiegħed b’dan jintemm.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazji kompensatorji provviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 115/2012 fuq l-importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 6.

(3)  ĠU C 142, 13.5.2011, p. 36.