ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.132.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 132

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
23 ta' Mejju 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής (Prasines Elies Chalkidikis) (DPO)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka ( 1 )

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 bil-għan li jkun hemm mudell komuni għan-notifika ta’ żbalji mill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 li jibda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward għajnuna għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/270/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2012 fir-rigward ta’ miżuri ta’ emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3137)

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 426/2012

tat-22 ta’ Mejju 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής (Prasines Elies Chalkidikis) (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tiegħu, applikazzjoni mill-Greċja li waslet fis-27 ta’ Marzu 2006 biex tiġi rreġistrata d-denominazzjoni “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) bħala denominazzjoni protetta tal-oriġini, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Belġju u kumpanija privata fil-Kanada oġġezzjonaw għal din ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjonijiet tqiesu eliġibbli skont il-punti (a), (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tiegħu. Permezz tal-ittra tas-17 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni talbet lill-Partijiet ikkonċernati biex jilħqu ftehim bejniethom.

(3)

Intlaħaq ftehim bejn il-Greċja u dawk li oġġezzjonaw. Skont dan il-ftehim, l-Ispeċifikazzjoni u s-Sommarju ġew emendati b’mod mhux espliċitu billi żdiedu l-aċidu lattiku u l-aċidu ċitriku mal-lista tal-preżervattivi awtorizzati u billi l-kontenut klorur tas-sudju ġie limitat għal 8,5 % tat-taħlita tas-salmura fl-istadju tal-fermentazzjoni. Il-Greċja u l-persuni li oġġezzjonaw qablu wkoll li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) ma għandhiex timpedixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodott li t-tikkettar tiegħu tinkludi t-terminu “varjetà Chalkidikis”, sakemm il-prodott inkwistjoni jinkludi jew huwa derivat minn din il-varjetà u sakemm il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, l-użu tal-isem tal-varjetà jikkostitwixxi kompetizzjoni ġusta, u l-użu ma jisfruttax ir-reputazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini. Skont dan il-ftehim, dan ikun żgurat meta t-terminu “varjetà Chalkidikis” jidher fuq it-tikketta b’ittri żgħar meta mqabbla ma’ dawk tad-denominazzjoni tal-prodott, f’distanza raġjonevoli mid-denominazzjoni tal-bejgħ tal-prodott u sakemm ikun akkumpanjat bl-indikazzjoni tal-post tal-oriġini, meta dan il-post ikun xi mkien differenti minn Chalkidiki.

(4)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-isem “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Is-Sommarju għandu jiġi aġġornat kif xieraq u ppubblikat.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Is-sommarju aġġornat jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 190, 14.7.2010, p. 37.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

IL-GREĊJA

Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής (Prasines Elies Chalkidikis) (DPO)


ANNESS II

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

ΠΡΑΣΙΝΕΣ ΕΛΙΕΣ ΧΑΛΚΙΔΙΚΗΣ (PRASINES ELIES CHALKIDIKIS)

Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0539-27.03.2006

DPO( X ) IĠP ( )

Dan is-sommarju jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b’għan informattiv.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem

:

Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Δ/νση Βιολογικής Γεωργίας, Τμήμα ΠΟΠ – ΠΓΕ – Ιδιότυπων και Παραδοσιακών Προϊόντων (Il-Ministeru tal-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, id-Dipartiment tal-Biedja Organika, DPO/IĠP/it-Taqsima tal-Prodotti Speċjali u Tradizzjonal)

Indirizz

:

Αχαρνών 29/ Akharnon 29

104 39 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Tel.

:

+30 2102125152

Feks

:

E-Mail

:

ax29u030@minagric.gr

2.   Grupp:

Isem

:

Κοινοπραξία Ενώσεων Αγροτικών Συνεταιρισμών Πολυγύρου και Χαλκιδικής (Assoċjazzjoni tal-Unjins tal-Kooperattivi tal-Bdiewa ta’ Polygyros u Chalkidiki), bl-isem kummerċjali “Βιοκαλλιεργητική Χαλκιδικής” (Viokalliergitiki Chalkidikis – Biedja organika ta’ Chalkidikis)

Indirizz

:

Κωνσταντινουπόλεως 13/Konstantinoupoleos 13

631 00 Πολύγυρος/Polygyros

Tel.

:

+30 2371023076

Feks

:

E-Mail

:

eas-pol@otenet.gr

Kompożizzjoni

:

Prodotturi/proċessuri: (X) Oħrajn: ()

3.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati.

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής”

(Prasines Elies Chalkidikis)

4.2.   Deskrizzjoni:

“Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) huma żebbuġ aħdar prodott esklussivament mill-varjetajiet “Hondrolia Chalkidikis” u “Chalkidiki” tal-ispeċi Olea Europea. Iż-żebbuġ ta’ dawn il-varjetajiet li jitkabbar f’Chalkidiki jipproduċi frott kbir bi proporzjon għoli ta’ laħam sal-għadma, għandu kulur aħdar jgħajjat/isfar ħadrani, għandu riħa sottili ta’ frott u togħma kemxejn morra u taħraq u nuqqas ta’ kwalunkwe sensazzjoni ta’ żejt kemm minħabba l-adattament matul is-sekli tas-siġar taż-żebbuġ għall-kundizzjonijiet pedoklimatiċi partikolari tar-reġjun, kif ukoll minħabba t-tekniki tal-kultivazzjoni użati mill-produtturi taż-żebbuġ.

Iż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis jista’ jinstab f’erba’ tipi:

1.

Żebbuġ sħiħ.

2.

Żebbuġ bla għadma.

3.

Żebbuġ bla għadma mimli. Il-lewż, il-bżar aħmar, iz-zunnarija, il-ħjar tal-pikles u t-tewm jistgħu jintużaw bħala mili, u ż-żebbuġ jimtela bl-idejn. Il-prodotti użati għall-mili ma jistgħux jaqbżu l-15 % tal-piż taż-żebbuġ.

4.

Żebbuġ mitħun.

It-tipi kollha jistgħu jitħawru bir-riegnu, is-sagħtar, il-weraq tar-rand, il-karfus, it-tewm, il-kappar u l-bżar aħmar. Il-ħwawar ma jistgħux jaqbżu t-2,5 % tal-piż taż-żebbuġ.

L-ingredjenti użati għall-mili u biex jitħawwar iż-żebbuġ huma prodotti li joriġinaw fil-Prefettura ta’ Chalkidiki.

Meta l-prodott ikun rilaxxat għall-konsum għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Tipi ta’ żebbuġ

Parametri

Sħiħ

Bla għadma

Bla għadma mimli

Mitħun

Karatteristiċi fiżiċi tal-frotta

Frott f’għamla ta’ ċilindru/kon li jispiċċa f’forma ta’ ponta, b’qoxra soda u tleqq u kulur aħdar jixgħel/isfar ħadrani.

Laħam ferm u sukkulenti.

Laħam kemxejn imxaqqaq, b’għadam sħiħ, sukkulenti

Karatteristiċi organolettiċi tal-frotta

Riħa sottili ta’ frott, nuqqas ta’ togħma żejtnija.

Togħma kemxejn morra u taħraq. Jekk iż-żebbuġ jitħawwar, it-togħmiet tat-taħwir għandhom jingħarfu.

Togħma kemxejn morra u taħraq, ikkumplimentata bit-togħma tal-ingredjenti tal-mili.

Togħma kemxejn morra u taħraq. Jekk iż-żebbuġ jitħawwar, it-togħmiet tat-taħwir għandhom jingħarfu.

Karatteristiċi tal-kwalità tal-frotta

Iż-żebbuġ kollu jappartjeni għall-kategoriji tal-kwalità “Extra” u “Magħżul” u d-daqs minimu aċċettat huwa ta’ 181/200 frotta għal kull kilogramma. Il-frott difettuż fiż-żewġ kategoriji jammonta għal inqas minn 7 % tal-piż nett taż-żebbuġ.

Karatteristiċi tas-salmura

Is-salmura fiha sa 8,5 % klorur tas-sodju, għandha pH ta’ 3,8 sa 4,0 u aċidità minima ta’ 0,8 %.

Piż nett tal-frotta ppreservata fis-salmura

Mill-inqas 65 % tal-piż tal-prodott finali.

Mill-inqas 55 % tal-piż tal-prodott finali.

Mill-inqas 65 % tal-piż tal-prodott finali.

Għall-parametri tal-kwalità l-oħrajn u s-sustanzi miżjuda waqt l-ipproċessar u l-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, l-istandards internazzjonali tal-OIC u dawk tal-Kummissjoni Codex Alimentarius japplikaw.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika minn fejn joriġina ż-żebbuġ aħdar ta’ Chalkidiki hija l-Prefettura ta’ Chalkidiki, li tmiss mal-Majjistral tal-Prefettura ta’ Thessaloniki u fid-direzzjonijiet l-oħra tmiss mal-Baħar Eġew. Ġeografikament, hija tinkorpora l-peniżola ta’ Chalkidiki bil-forma karatteristika tat-tliet peniżoli (“is-swaba’” ta’ Chalkidiki), minbarra l-peniżola fil-Lvant estrem Mount Athos li ma tinsabx fil-Prefettura ta’ Chalkidiki għax hija komunità awtonoma.

47 % taż-żona tal-Prefettura, jiġifieri 137 160 ettaru, hija meħuda mill-boskijiet u minn żoni bis-siġar, filwaqt li 32,7 %, jiġifieri 95 500 ettaru, hija art agrikola. Iż-żoni msoqqija jammontaw għal 20 000 ettaru u jikkorrispondu għal 21 % tal-art li tinħarat. Iż-żona tal-pjantazzjoni taż-żebbuġ ta’ Chalkidiki tammonta għal 23 000 ettaru.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Iż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis jitkabbar, jiġi pproċessat u ppakkjat fil-Prefettura ta’ Chalkidiki. Il-produtturi u l-imsaġar taż-żebbuġ huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Kultivazzjoni taż-Żebbuġ tal-Prefettura u fis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), u jiġu aġġornati kull sena. Il-kwantità u l-oriġini tal-materja prima dejjem jiġu ċċertifikati mal-wasla tagħhom fl-unità tal-ipproċessar bir-rekords tal-kontabbiltà meħtieġa, li fihom jinżammu wkoll ir-reġistri rilevanti tal-produtturi u l-fornituri. Kull unità tal-ipproċessar hija rreġistrata bl-isem tan-negozju tagħha u bid-dettalji tal-uffiċċju prinċipali fir-reġistru rilevanti tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Chalkidiki, u fir-reġistru rilevanti tal-OPEKEPE (Aġenzija għall-Ħlas u l-Kontroll għall-Għajnuna Komunitarja ta’ Gwida u Garanzija) b’kodiċi uniku.

4.5.   Metodu tal-produzzjoni:

1.   Il-kultivazzjoni u l-ħsad taż-żebbuġ

F’Chalkidiki, kważi l-imsaġar kollha taż-żebbuġ jitħawlu billi jintuża tip ta’ tħawwil bejn il-metodu tradizzjonali u modern, b’distanzi bejn is-siġar ta’ 6 × 6,5, 6,5 × 6,5 u 6 × 7 m. Ħafna produtturi, permezz tal-organizzazzjonijiet tagħhom, japplikaw sistema dokumentata ta’ ġestjoni integrata tal-uċuħ tar-raba’. Sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jittrattaw il-fenomenu li l-uċuħ tar-raba’ jvarjaw minn sena għal oħra, imma wkoll sabiex jiksbu frott kbir u ta’ kwalità għolja, is-siġar jinżabru u jitneħħielhom iż-żahar fix-xitwa u fis-sajf sistematikament.

L-ammont ta’ produzzjoni, bħala medja, ikun madwar 9 000 kg/ettaru fis-sena.

Il-ħsad isir matul il-perjodu li jibda mill-15 ta’ Settembru sa mill-10 sal-15 ta’ Ottubru kull sena, meta l-frott ikun fl-istadju xieraq tal-maturazzjoni tiegħu u jkollu l-kulur mixtieq, skont il-monitoraġġ tal-maturazzjoni applikat mill-produtturi u l-organizzazzjonijiet tagħhom. Il-produtturi jaqtgħu l-frott bl-idejn billi jużaw is-slielem u mbagħad ipoġġuh f’kaxxi tal-plastik u li ġo fihom jittrasportaw ukoll il-prodott lejn l-unitajiet tal-ipproċessar. Il-frotta għandha tkun mingħajr weraq, injam u kwalunkwe ħaġa oħra u għandu jkollha kulur uniformi aħdar/isfar ħadrani, ma għandux ikollha dbabar, grif, ħsara mill-insetti u mard jew tkun ittieklet mill-għasafar, eċċ. Fl-unitajiet tal-ipproċessar, iż-żebbuġ jintiżen u jiġi aċċettat permezz ta’ formola ta’ aċċettazzjoni tal-kwalità u l-kwantità.

2.   L-ipproċessar

Wara l-aċċettazzjoni, iż-żebbuġ jintbagħat f’tankijiet sabiex isir il-proċess biex ma jibqax morr. Għal din ir-raġuni tiżdied taħlita ta’ soda kawstika ta’ bejn 1,5 sa 2 %, f’konformità mat-temperatura u l-istadju tal-maturità taż-żebbuġa. Dan l-istadju jdum 12-il siegħa. Wara li titneħħa t-taħlita tas-soda kawstika permezz ta’ tliet tlaħliħiet, fit-tank jiżdied l-ilma u ż-żebbuġ jibqa’ hemm għal 8 sigħat. Imbagħad l-ilma jinbidel darbtejn jew tliet darbiet, kull darba wara 8 sigħat. Il-proċess biex ma jibqax morr jista’ jsir ukoll b’mod naturali, billi jintuża biss ilma fit-tankijiet sabiex jixxarrab u jitlaħlaħ. Fiż-żewġ metodi tingħata attenzjoni biex iż-żebbuġ jinżamm kemxejn morr.

Fi tmiem il-proċedura, iż-żebbuġ jiġi trasferit f’tankijiet għall-fermentazzjoni u miegħu tiżdiedlu taħlita li jkun fiha sa 8.5 % salmura. Isir kontroll regolari tal-kontenut tal-melħ tas-salmura u tal-pH, u jiżdied il-melħ meta u fejn ikun meħtieġ. Iż-żebbuġ jibqa’ f’dan l-istadju sakemm is-salmura tistabbilizza għall-kontenut tal-melħ mixtieq. Il-proċess tal-fermentazzjoni diġà mibdi fl-istadju preċedenti u ż-żmien li jieħu jiddependu mill-istadju tal-maturazzjoni tal-frotta u mit-temperaturi ambjentali, u jvarjaw minn xahrejn għal erba’ xhur.

It-tneħħija tal-għadma ssir mekkanikament. Fuq naħa minnhom taż-żebbuġa ssir qatgħa laterali u mbagħad issir qatgħa f’forma ta’ salib fuq in-naħa taz-zokk. L-għadma titneħħa bl-għajnuna tal-ilma u bil-pressjoni mekkanika. Għall-għasir taż-żebbuġ tintuża pressa mekkanika ħafifa li la tagħmel ħsara lil-laħam u lanqas tkisser l-għadma taż-żebbuġ.

Iż-żebbuġ bl-intenzjoni li jimtela jintbagħat fuq il-bankijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema nisa ta’ esperjenza jimlewh b’idejhom. Il-mili taż-żebbuġ huwa prattika tradizzjonali f’Chalkidiki u jintużaw il-lewż jew biċċiet żgħar tal-bżar aħmar, iz-zunnarija, il-ħjar tal-pikles u t-tewm.

Iż-żebbuġ jista’ jitħawwar bil-pjanti aromatiċi tar-reġjun (ir-riegnu, is-sagħtar, il-kappar, il-weraq tar-rand, it-tewm, il-karfus u l-bżar aħmar).

3.   L-għażla u l-klassifikazzjoni tal-kwalità skont id-daqs — l-ippakkjar

Wara l-fermentazzjoni u t-tneħħija tal-għadam, iż-żebbuġ jitneħħa mit-tankijiet u jitpoġġa fuq il-bankijiet tax-xogħol, fejn il-ħaddiema b’esperjenza jiċċekkjaw viżwalment il-frott u jneħħu manwalment il-frott l-imħassar u dak li jkollu d-dbabar, u inġenerali jneħħu l-frott kollu li jkun fi stat ta’ deterjorament. Permezz ta’ ċintorin li jdur, il-frott imbagħad jiġi ttrasportat lejn tagħmir li jagħżel u hemmhekk issir l-għażla skont id-daqs u jitpoġġa f’kontenituri.

Normalment iż-żebbuġ jiġi ppakkjat f’kontenituri tal-plastik magħmulin minn materjal li ma jagħmilx ħsara lill-konsumaturi u li ma jaffettwax lill-prodott, f’bottijiet tal-landa u f’vażetti tal-ħġieġ, irrispettivament mill-piż tal-kontenut. Il-kontenituri jimtlew bis-salmura, u magħha jista’ jiżdied l-aċidu L-askorbiku, l-aċidu ċitriku jew l-aċidu lattiku, f’konformità mal-liġi tal-UE u l-liġi Griega, biex jippreservaw il-prodott.

Il-frott jista’ jiġi ppakkjat ukoll f’unitajiet barra mill-Prefettura ta’ Chalkidiki fejn il-prodott jintbagħat fi stat ipproċessat, sakemm tkun żgurata t-traċċabbiltà abbażi tad-dokumenti tat-trasport, ir-reġistri tal-kontabbiltà rilevanti u r-regoli tat-tikkettar li jinsabu fil-paragrafu 4.8.

4.6.   Rabta:

1.   Naturali

Mill-perspettiva agrikola, il-ħamrija fil-Prefettura ta’ Chalkidiki hija adattata perfettament għat-tkabbir taż-żebbuġ minħabba li s-siġar jikbru u jagħtu l-frott fil-firxa sħiħa tal-art, mill-blat bajdani fqir fil-muntanji sal-ħamrija alluvjali fertili b’oriġini tal-ġir fil-pjanuri.

Il-karatteristiċi tal-klima f’Chalkidiki huma partikolarment favorevoli għas-siġar taż-żebbuġ; għalkemm tinsab fit-Tramuntana tal-Ġreċja, il-kosta estiża ta’ Chalkidiki max-xtut tal-Baħar Eġew (630 km ta’ kosta) tfisser li hija tinsab fl-istess firxa ta’ temperaturi minimi u massimi bħar-reġjuni li jipproduċu ż-żebbuġ li jinsabu iktar ’l isfel bħal Messinia, Etoloakarnania u Attica. Barra minn hekk, hija tgawdi minn ammont kbir ta’ xita, b’medja ta’ xita annwali ta’ bejn 450 mm (fil-pjanuri) u 850 mm (fil-muntanji).

Raġuni oħra għaliex il-klima ta’ Chalkidiki hija favorevoli għat-tkabbir taż-żebbuġ hija li skont l-altitudni, hija kkaratterizzata minn xtiewi bejn moderati u kesħin u sjuf bejn moderati u sħan u nixfin b’għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx u tranżazzjoni twila bejn staġun u ieħor. It-temperatura medja matul is-sajf ma taqbiżx it-22 °C,u l-iktar temperaturi baxxi fix-xitwa rari jinżlu għal -10 °C, anke fil-muntanji, u dan kollu joħloq kundizzjonijiet ideali għal żebbuġ ta’ suċċess.

Minbarra d-daqs kbir tiegħu, iż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis huwa kkaratterizzat minn qoxra soda u tleqq b’kulur aħdar jixgħel/isfar ħadrani, polpa rikka, konsistenti u fina, riħa sottili ta’ frott u togħma xi ftit morra u taħraq.

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima f’Chalkidiki kif ukoll it-tekniki tat-tkabbir u l-ipproċessar taż-żebbuġ itejbu l-karatteristiċi ta’ kwalità tal-prodott imsemmija hawn fuq bil-mod li ġej:

Il-perjodu twil ta’ temperaturi relattivament baxxi fi żmien il-ħsad flimkien mat-tekniki tat-tkabbir, speċjalment iż-żbir u t-tneħħija taż-żahar, iżidu l-potenzjal tal-varjetajiet li jgħinu sabiex il-produzzjoni tkun stabbli u ż-żebbuġ jikber f’daqs kbir ħafna bi proporzjon għoli ta’ polpa sal-għadma.

Bħala riżultat tal-oriġini prattikament tal-ħamrija mħallta bil-ġir, iż-żebbuġ huwa rikk fil-komponimenti volatili, li jsawru t-togħma fina ta’ frott tiegħu.

Grazzi għall-għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx u t-temperaturi moderati matul is-sajf, kif ukoll il-monitoraġġ tal-maturazzjoni mill-produtturi u l-organizzazzjonijiet tagħhom, meta jinqata’, iż-żebbuġ ikun aħdar jixgħel, ikollu laħam immerraq u jkollu konsistenza tajba sabiex l-għadma titneħħa mingħajr ħsara jew deterjorament.

It-tekniki tat-tkabbir, partikolarment l-irrigazzjoni u l-monitoraġġ tal-maturazzjoni, ifissru li ż-żebbuġ iżomm kontenut baxx ta’ żejt, li jikkontribwixxi għan-nuqqas ta’ dik it-togħma ta’ żejt, għall-karatteristiċi aromatiċi distinti, kif ukoll biex tkun evitata l-ossidazzjoni u, bħala riżultat, il-preservazzjoni aħjar taż-żebbuġ.

Il-metodu tradizzjonali tal-ħsad bl-idejn jiżgura li ż-żebbuġ ikun fl-aqwa kundizzjoni naturali u li l-ipproċessar ulterjuri jkun suċċess, filwaqt li l-għażla manwali u l-mili taż-żebbuġ jiżguraw l-aqwa prodott finali awtentiku.

B’mod simili, bil-prattiki tradizzjonali mħallta, l-unitajiet tal-ipproċessar adottaw tekniki tal-ipproċessar għall-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet differenti biex jegħlbu d-diffikultajiet biż-żebbuġ waqt il-fermentazzjoni, biex ma jbiddlux il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, u biex jirnexxu fil-produzzjoni stabbli ta’ prodott uniformi magħruf fil-Greċja kollha għat-togħma kemxejn morra u taħraq tiegħu. Il-fatt li ħafna mill-unitajiet huma orjentati lejn l-esportazzjoni jfisser li ż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis huwa kkummerċjalizzat f’ħafna pajjiżi ’l barra mill-Greċja.

2.   Storika

Xi referenzi għall-imsaġar taż-żebbuġ f’Chalkidiki jmorru lura sal-1415: l-imsaġar taż-żebbuġ ta’ Andronicus, fil-monasteru ta’ Agios Pavlos (San Pawl) ta’ Kassandra, is-siġar antiki taż-żebbuġ imxerrdin fil-monasteru ta’ Vatopedi f’Souflari ta’ Kalamaria (Nea Triylia), l-istess fil-viċinanzi f’Daoutlou (Eleochoria) u l-imsaġar taż-żebbuġ tal-monasteru ta’ Iviron fil-gżira ta’ Kafkania ta’ Olympiada. Fil-kumplament ta’ Chalkidiki kien hemm siġar taż-żebbuġ domestikati eżistenti, u l-preżenza tagħhom ta’ spiss kienet isservi bħala isem il-postijiet. Jidher li l-frott minn dawn is-siġar taż-żebbuġ kien jintuża l-iktar għall-preparazzjoni taż-żebbuġ li jittiekel.

F’nofs is-seklu 19, in-nies ta’ Chalkidiki bdew jassoċjaw ruħhom b’mod iktar sistematiku mat-tkabbir taż-żebbuġ, it-tilqim tas-siġar taż-żebbuġ slavaġ, u fuq skala iżgħar, it-trapjantazzjoni tas-siġar domestikati. Din it-tendenza aktarx li kienet minħabba l-kundizzjonijiet favorevoli tat-taxxa maħluqa bir-“Regolament dwar il-liċenzjar ta’ msaġar ġodda taż-żebbuġ” ippromulgat fl-1863. Sal-1887 Christakis Zografos kien diġà stabbilixxa l-masġar enormi taż-żebbuġ ta’ Portaria, b’erja tal-wiċċ madwar 500 ettaru u iktar minn 32 000 siġra. Fl-istess żmien, Hatsis Osman stabbilixxa mitħna kbira taż-żejt taħdem bil-fwar f’Yerakini ta’ Polygyros, li tat bidu għall-immodernizzar ta’ mtieħen simili f’Chalkidiki.

Ir-rabta kawżali ta’ Chalkidiki mas-siġar taż-żebbuġ u l-frotta tagħhom tixhidha wkoll il-kultivazzjoni ta’ żmien ilu u l-produzzjoni tal-prodotti taż-żebbuġ fir-reġjun, kif turi l-evidenza storika ddokumentata u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet folkloristiċi numerużi sal-ġurnata tal-lum. F’Chalkidiki, għal mill-inqas dawn l-aħħar żewġ sekli, iż-żebbuġ kien punt ta’ referenza importanti tal-ħajja ekonomika, l-attività soċjali u t-tradizzjonijiet kulturali tal-abitanti.

4.7.   Entità tal-ispezzjoni:

Isem:

Οργανισμός Πιστοποίησης και Επίβλεψης Γεωργικών Προϊόντων (Ο.Π.Ε.ΓΕ.Π.) (Organizzazzjoni għaċ-Ċertifikazzjoni u s-Superviżjoni tal-Prodotti Agrikoli — AGROCERT

Indirizz:

Πατησίων & Άνδρου 1/Patission & Androu 1

112 57 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Tel.

+30 210 8231277

Feks:

+30 210 8231438

E-Mail:

info@agrocert.gr

Isem:

Νομαρχιακή Αυτοδιοίκηση Χαλκιδικής (l-Awtorità tal-Prefettura ta’ Chalkidiki), Διεύθυνση Αγροτικής Ανάπτυξης (id-Direttorat għall-Iżvilupp Rurali)

Indirizz:

63100 Πολύγυρος /Polygyros

Tel.

+30 23710 39314

Feks:

+30 23713 39207

E-Mail:

agro6@halkidiki.gov.gr

4.8.   It-tikkettar:

Minbarra d-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) u l-immarkar rilevanti, it-tikketti għandhom juru l-indikazzjonijiet li ġejjin biex jagħmluha possibbli li tiġi vverifikata l-oriġini u li l-prodott ikun protett:

in-numru tal-kodiċi li juri s-sena tal-produzzjoni, l-unità tal-ipproċessar, il-lott u l-unità tal-ipproċessar finali jekk l-ippakkjar finali jsir minn unità differenti.

l-iskadenza tal-prodott jekk ikun prodott finalment ippakkjat.

il-logo b’isem il-prodott bl-alfabett Grieg jew Latin, li jkopri immaġni ovali li jkollha mappa ta’ Chalkidiki minn litografija tal-1829 tas-Soċjetà Brittanika għat-Tixrid ta’ Għarfien Siewi bħala sfond u fergħa taż-żebbuġ biż-żebbuġ aħdar fuq quddiem.

Image

Meta ż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis jintuża għall-produzzjoni ta’ pejst, tista’ tintuża l-indikazzjoni “Πάστα από “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής ΠΟΠ” (Pejst magħmul miż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis DPO), sakemm il-pejst isir biss bl-użu taż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis flimkien ma’ mhux iktar minn 7 % żejt extra verġni taż-żebbuġa biss.


23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 427/2012

tat-22 ta’ Mejju 2012

dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. L-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi garanziji speċjali għall-ikel li joriġina mill-annimali maħsub għas-swieq Finlandiżi u Svediżi. Għaldaqstant, l-operaturi tan-negozju tal-ikel li beħsiebhom iqiegħdu bajd fis-suq f’dawk l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti regoli fir-rigward tas-Salmonella. Dan jistipula wkoll li l-konsenji ta’ dan il-bajd ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li twettaq test mikrobijoloġiku b’riżultati negattivi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1688/2005 tal-14 ta’ Ottubru 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ garanziji speċjali li jikkonċernaw is-Salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ ċertu laħam u bajd (2), jipprovdi tali garanziji speċjali.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 jistabbilixxi regoli dwar it-teħid ta’ kampjuni tal-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd u l-metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami ta’ dawk il-kampjuni. Dan jistabbilixxi wkoll mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa biex jakkumpanja l-konsenji tal-bajd.

(4)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-garanziji speċjali fir-rigward ta’ ċerti oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu estiżi, kompletament jew parzjalment, għal kwalunkwe Stat Membru, jew kwalunkwe reġjun ta’ Stat Membru, li jkollu programm ta’ kontroll rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak approvat għall-Finlandja u għall-Isvezja fir-rigward tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali kkonċernat.

(5)

Fil-5 ta’ Ottubru 2007, l-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal garanziji speċjali li jridu jiġu awtorizzati għad-Danimarka fir-rigward tas-Salmonella fil-bajd għad-Danimarka kollha skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tal-Programm ta’ Kontroll tas-Salmonella Daniż għall-bajd.

(6)

Matul il-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2008, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali qabel dwar dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat “Dokument ta’ gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ kontroll tas-Salmonella li jridu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk approvati għall-Isvezja u għall-Finlandja fir-rigward tal-laħam u l-bajd tal-Gallus gallus” (id-“Dokument ta’ gwida”).

(7)

Il-Programm ta’ Kontroll tas-Salmonella Daniż għall-bajd jitqies bħala ekwivalenti għal dak approvat għall-Finlandja u għall-Isvezja u hu konformi mad-Dokument ta’ gwida. Barra minn hekk, fl-20 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Daniżi pprovdew informazzjoni li turi li l-prevalenza tas-Salomenlla fil-qatgħat tat-tiġieġ adulti maħsuba għall-bajd u għat-trobbija fid-Danimarka fl-2008, 2009 u 2010, kienet ukoll konformi mad-Dokument ta’ gwida.

(8)

Għaldaqstant, il-garanziji speċjali għandhom jiġu estiżi għall-konsenji ta’ bajd maħsub għad-Danimarka. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 dwar it-teħid ta’ kampjuni tal-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd, il-metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami ta’ dawk il-kampjuni u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa, għandhom japplikaw għal dawn il-konsenji.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Danimarka hi awtorizzata li tapplika l-garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-konsenji ta’ bajd, kif definit fil-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, maħsub għad-Danimarka.

Artikolu 2

1.   It-teħid ta’ kampjuni tal-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd imsemmija fl-Artikolu 1 għandu jitwettaq skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005.

2.   Il-kampjuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar mikrobijoloġiku għas-Salmonella skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005.

Artikolu 3

Il-konsenji tal-bajd imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jikkonforma mal-mudell previst fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 271, 15.10.2005, p. 17.


23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 428/2012

tat-22 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 121, l-ewwel paragrafu, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (2), l-Istati Uniti talbet li l-isem tal-pajjiż jiddaħħal fil-Parti B tal-Anness XV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (3) fil-kolonna li tindika l-pajjiżi li jistgħu jużaw l-isem ta’ waħda mill-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed skont l-Artikolu 62(4) tar-Regolament. Wara verifikazzjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 62(1)(b), u l-Artikolu 62(4), tar-Regolament imsemmi huma ssodisfati, l-Istati Uniti tal-Amerika għandha tiddaħħal fil-kolonna korrispondenti tal-Anness, ħdejn l-isem tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid li għalih qed tirreferi t-talba.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti B tal-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 607/2009, il-linja 58 hija sostitwita kif ġej:

“58

Vermentino di Gallura (IT)

Vermentino di Sardegna (IT)

Vermentino

l-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 2.

(3)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.


23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 429/2012

tat-22 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 bil-għan li jkun hemm mudell komuni għan-notifika ta’ żbalji mill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba li n-notifika tal-iżbalji fid-dejta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn manifattur skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 hija pass importanti fil-verifikazzjoni tad-dejta li tifforma l-bażi għall-kalklolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kif ukoll tal-emissjonijiet speċifiċi medji għall-manifatturi kollha, xieraq li jkun hemm proċedura ċara u trasparenti għal dik in-notifika.

(2)

Huwa xieraq ukoll li jkun stipulat l-użu ta’ mudell komuni għan-notifika tal-iżbalji sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni nnotifikata mill-manifatturi lill-Kummissjoni tista’ tkun verifikata u pproċessata f’waqqitha.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (2), jiżdiedu l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:

“3.   Il-manifatturi li jinnotifikaw l-iżbalji f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandhom jużaw is-settijiet tad-dejta proviżorji nnotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(4) bħala l-bażi tan-notifika tagħhom.

In-notifka tal-iżball għandha tinkludi s-settijiet tad-dejta kollha relatati mar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi li huwa responsabbli għalihom il-manifatturi li qed jibgħat in-notifika.

L-iżball għandu jkun indikat permezz ta’ entrata separata fis-sett tad-dejta għal kull verżjoni, intitolata “Kummenti mill-manifattur”, fejn għandu jkun speċifikat wieħed minn dawn il-kodiċijiet li ġejjin:

(a)

Kodiċi A, fil-każ li r-rekords ġew mibdula mill-manifattur;

(b)

Kodiċi B, fil-każ li l-vettura ma tistax tiġi identifikata;

(c)

Kodiċi C, fil-każ li l-vettura taqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jew il-produzzjoni tagħha twaqqfet.

Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tielet subparagrafu, vettura ma tistax tiġi identifikata meta l-manifattur ma jistax jidentifika jew jikkoreġi l-kodiċi għat-tip, għall-varjant u għall-verżjoni, jew fejn applikabbli, għan-numru tal-approvazzjoni tat-tip indikat fis-sett tad-dejta proviżorju.

4.   Meta manifattur ma jkunx innotifika l-iżbalji lill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu, jew meta n-notifika tiġi sottomessa wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet xhur stipulat fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-valuri proviżorji notifikati f’konformità mal-Artikolu 8(4) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu kkunsidrati bħala finali.

5.   In-notifika tal-iżball msemmija fil-paragrafu 3 għandha tintbagħat f’format elettroniku li ma jistax jitħassar, immarkata “Notifika ta’ żball — emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi” u għandha tintbagħat fuq dan l-indirizz:

European Commission

Secretariat General

B-1049 Brussels

BELGIUM

Għall-finijiet ta’ informazzjoni għandha tintbagħat kopja elettronika tan-notifika fuq dawn l-indirizzi elettroniċi:

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

kif ukoll

CO2-monitoring@eea.europa”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.


23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 430/2012

tat-22 ta’ Mejju 2012

li jibda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward għajnuna għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a), (d) u (j) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tawtorizza korpi li joffru garanziji suffiċjenti, u approvati mill-Istati Membri, sabiex jikkonkludu kuntratti għall-ħżin taż-żejt taż-żebbuġa li huma jikkummerċjalizzaw fil-każ ta’ disturb serju fis-suq f’ċerti reġjuni tal-Komunità.

(2)

Fi Spanja u l-Greċja, pajjiżi li bejniethom jipproduċu aktar minn żewġ terzi taż-żejt taż-żebbuġa prodott fl-Unjoni, il-prezz medju taż-żejt taż-żebbuġa rreġistrat fis-suq matul il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) huwa taħt il-livell indikat fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan jikkawża disturb serju fis-swieq ta’ dawk l-Istati Membri. Is-suq tal-Unjoni taż-żejt taż-żebbuġa huwa kkaratterizzat minn interdipendenza għolja ħafna u għalhekk id-disturb serju tas-suq Spanjol jhedded li dan jinxtered mal-Istati Membri kollha li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa.

(3)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għajnuna għal ħżin privat tista’ tingħata għaż-żejt taż-żebbuġa u li l-Kummisjoni għandha tiffissal-għajnuna bil-quddiem jew permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna għall-ħżin privata. Skont l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament, għandha tinbeda proċedura ta’ sejħa għall-offerti skont ir-regoli dettaljati u l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 9 tiegħu.

(5)

Il-kwantità globali sa fejn għandha tingħata l-għajnuna għall-ħażna privata għandha tkun iffissata f’livell li, skont l-analiżi tas-suq, għandu jikkontribwixxi biex jistabbilizza s-suq.

(6)

Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta’ kontroll rigward il-konklużjoni ta’ kuntratti, għandha tkun iffissata l-kwantità minima ta’ prodott li kull offerta jeħtiġilha tipprovdi.

(7)

Għandha tiġi ffissata garanzija sabiex tiżgura li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq.

(8)

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-qagħda tas-suq fis-sena tas-suq attwali u t-tbassir għas-sena tas-suq sussegwenti, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi li tqassar iż-żmien tal-kuntratti li jkunu qed jiġu eżegwiti u li taġġusta skont dan il-livell tal-għajnuna. Jeħtieġ li dik il-possibbiltà tkun inkluża fil-kuntratt, kif jipprovdi l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008.

(9)

Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, jeħtieġ li jiġi ffissat il-perjodu ta’ żmien biex l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti validi kollha.

(10)

Sabiex ma jitħalliex li l-prezz jaqa’ bla kontroll, biex ikun hemm reazzjoni malajr għall-qagħda eċċezzjonali tas-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta’ din il-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

1.   B’dan qed tinfetaħ proċedura ta’ sejħa għall-offerti sabiex ikun stabbilit il-livell ta’ għajnuna għall-ħżin privat imsemmi fl-Artikolu 31(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament u definiti fil-punt 1 tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Il-kwantità globali sa fejn tista’ tingħata l-għajnuna għall-ħażna privata għandha tkun 100 000 tunnellata.

Artikolu 2

Regoli applikabbli

Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Tressiq ta’ offerti

1.   Is-subperjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bħala tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti għandu jibda fil-31 ta’ Mejju 2012 u jintemm fil-5 ta’ Ġunju 2012 fil-11:00, ħin ta’ Brussell.

Is-subperjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bħala tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti għandu jibda fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara tmiem is-subperjodu preċedenti u jintemm fid-19 ta’ Ġunju 2012 fil-11:00, ħin ta’ Brussell.

2.   L-offerti għandhom ikunu relatati ma’ perjodu ta’ ħżin ta’ 180 jum.

3.   Kull offerta għandha tkopri kwantità minima ta’ mill-anqas 50 tunnellata.

4.   Fejn operatur jieħu sehem fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal aktar minn kategorija waħda ta’ żejt jew għal tankijiet li jinsabu f’indirizzi differenti, għandu jressaq offerta separata f’kull każ.

5.   L-offerti jistgħu jitressqu biss fil-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Portugall u s-Slovenja.

Artikolu 4

Garanziji

L-offerenti għandhom jistabbilixxu garanzija ta’ EUR 50 għal kull tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa koperta b’offerta.

Artikolu 5

Tqassir tat-tul ta’ żmien tal-kuntratti

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, abbażi tal-iżviluppi fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa u l-prospetti għall-ġejjieni, li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tqassar it-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu qed jiġu eżegwiti u taġġusta l-ammont tal-għajnuna skont dan. Il-kuntratt mal-offerent li jintgħażel għandu jinkludi referenza għal din l-għażla.

Artikolu 6

Notifika lill-Kummissjoni dwar l-offerti

F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull offerta valida separatament, fi żmien 24 siegħa minn tmiem kull subperjodu tal-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.


ANNESS

Kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa msemmija fl-Artikolu 1(1)

Żejt taż-żebbuġ extra verġni

Żejt taż-żebbuġa verġni


23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 431/2012

tat-22 ta’ Mejju 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

98,8

MA

53,8

TR

87,5

ZZ

80,0

0707 00 05

AL

41,0

JO

183,3

MK

59,4

TR

130,7

ZZ

103,6

0709 93 10

JO

183,3

TR

112,3

ZZ

147,8

0805 10 20

EG

50,0

IL

75,0

MA

52,2

ZZ

59,1

0805 50 10

TR

94,2

ZA

84,1

ZZ

89,2

0808 10 80

AR

123,8

BR

83,4

CA

135,2

CL

94,8

CN

82,4

EC

94,2

MK

29,3

NZ

147,6

US

188,4

UY

67,9

ZA

95,7

ZZ

103,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/18


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Mejju 2012

fir-rigward ta’ miżuri ta’ emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3137)

(2012/270/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Minn stima mwettqa mill-Kummissjoni abbażi ta’ analiżi dwar l-organiżmi li jagħmlu ħsara mwettqa mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti jidher li l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) għandhom effetti ħżiena fuq pjanti suxxettibbli. Huma jaffettwaw, b’mod partikolari, tuberi tas-Solanum tuberosum L., inklużi dawk maħsuba għat-tħawwil, minn hawn ’il quddiem “tuberi tal-patata”, li huma prodotti fl-Unjoni kollha. Dawk l-organiżmi mhuma elenkati la fl-Anness I u lanqas fl-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE.

(2)

Il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni li l-Epitrix cucumeris (Harris) u l-Epitrix similaris (Gentner) huma preżenti f’dak l-Istat Membru. Notifika sottomessa minn Spanja fit-8 ta’ Settembru 2010 turi l-ewwel sejbiet ta’ Epitrix similaris (Gentner) f’reġjun wieħed ta’ dak l-Istat Membru. It-tagħrif disponibbli juri wkoll li l-Epitrix cucumeris (Harris) u l-Epitrix tuberis (Gentner) huma preżenti f’pajjiż terz li attwalment jesporta t-tuberi tal-patata lejn l-Unjoni.

(3)

Għandhom jiġu stipulati miżuri dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ tuberi tal-patata minn pajjiżi terzi fejn l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) jew l-Epitrix tuberis (Gentner) huwa magħruf li huma preżenti. Għandhom jiġu stipulati wkoll miżuri dwar it-trasport tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni fl-Unjoni fejn hija kkonfermata l-preżenza ta’ wieħed jew aktar minn dawk l-organiżmi.

(4)

Għandhom isiru sondaġġi dwar il-preżenza tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner),l- Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fuq it-tuberi tal-patata u l-għelieqi tal-patata fl-Istati Membri kollha u r-riżultati għandhom jiġu mgħarrfa. L-Istati membri jistgħu wkoll jagħżlu li jagħmlu sondaġġi fuq pjanti oħra.

(5)

Il-miżuri għandhom jistipulaw li l-Istati Membri jistabbilixxu żoni demarkati f’każijiet fejn il-preżenza tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) jew l-Epitrix tuberis (Gentner) hija kkonfermata sabiex l-organiżmi kkonċernati jinqerdu jew tal-anqas jiġu kkontrollati u sabiex ikun żgurat monitoraġġ intensiv għall-preżenza tagħhom.

(6)

Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tkun fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2014 sabiex tagħti ż-żmien għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tagħha.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Projbizzjonijiet dwar l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner)

L-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner), minn hawn ’il quddiem “l-organiżmi speċifikati”, ma għandhomx jiġu introdotti jew imxerrda fl-Unjoni.

Artikolu 2

Introduzzjoni ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni

1.   Tuberi tas-Solanum tuberosum L., inklużi dawk maħsuba għat-tħawwil, minn hawn ’il quddiem “tuberi tal-patata”, li joriġinaw (2) f’pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jaqblu mar-rekwiżiti speċifiċi fuq l-importazzjoni, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness I

2.   Mad-dħul tagħhom fl-Unjoni t-tuberi tal-patata għandhom jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont il-punt (5) tat-Taqsima 1 tal-Anness I.

Artikolu 3

It-trasport ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni

Tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni demarkati fl-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 5 jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (3) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Sondaġġi u notifiki tal-organiżmi speċifikati

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu sondaġġi uffiċjali annwali għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati fuq tuberi tal-patata u, fejn huwa xieraq, fuq pjanti ospitanti oħra, inklużi għelieqi fejn jitkabbru t-tuberi tal-patata, fit-territorji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta’ dawk is-sondaġġi sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

2.   Kull preżenza jew preżenza ssuspettata ta’ organiżmu speċifikat għandhom jiġu mgħarrfa mill-ewwel lill-korp uffiċjali responsabbli.

Artikolu 5

Żoni demarkati u miżuri li għandhom jittieħdu f’dawn iż-żoni

1.   Fejn abbażi tar-riżultati tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1) jew ta’ evidenza oħra, Stat Membru jikkonferma l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat f’parti mit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi żona demarkata mingħajr telf ta’ żmien li tkun tikkonsisti f’żona infestata u f’żona ta’ lqugħ, kif stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness II.

Huwa għandu jieħu l-miżuri, kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

2.   Fejn Stat Membru jieħu l-miżuri skont il-paragrafu 1, huwa għandu jgħarraf minnufih bil-lista ta’ żoni demarkati, jagħti tagħrif dwar id-delimitazzjoni tagħhom, inklużi l-mapep li juru l-lokalità tagħhom, u deskrizzjoni tal-miżuri applikati f’dawk iż-żoni demarkati.

Artikolu 6

Konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra d-dħul u t-tixrid tal-organiżmi speċifikati b’tali mod li dawn il-miżuri jkunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 7

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2014.

Artikolu 8

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Glossarju ta’ Termini Fitosanitarji — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 5 u ċertifikati Fitosanitarji —Standard ta’ Referenza ISPM Nru 12 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.


ANNESS I

TAQSIMA 1

Rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni

(1)

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE, tuberi tal-patata li joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE (“iċ-ċertifikat”), li jinkludi t-tagħrif stipulat fil-punti (2) u (3) taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”.

(2)

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi jew l-informazzjoni fil-punt (a) jew dik fil-punt (b):

(a)

it-tuberi tal-patata tkabbru f’żona libera minn organiżmi li jagħmlu ħsara stabbilita mill-għaqda nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti;

(b)

it-tuberi tal-patata nħaslu jew tnaddfu b’mod li ma baqax aktar minn 0,1 % ta’ ħamrija fuqhom, jew inkella għaddew minn metodu ekwivalenti applikat speċifikament sabiex ikollu l-istess riżultat u jneħħi l-organiżmi speċifikati kkonċernati u sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-organiżmi speċifikati.

(3)

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

għandu jinkludi l-informazzjoni li t-tuberi tal-patata nstabu ħielsa mill-organiżmi speċifikati kkonċernati u minn kull sintomu tagħhom u ma fihomx aktar minn 0,1 % ħamrija fuqhom f’eżami uffiċjali mwettaq eżatt qabel l-esportazzjoni;

(b)

għandu jinkludi l-informazzjoni li l-materjal tal-ippakkjar li fih huma importati t-tuberi tal-patata huwa nadif.

(4)

Fejn l-informazzjoni stipulata fil-punt (2)(a) hija mogħtija, l-isem taż-żona ħielsa mill-organiżmi ta’ ħsara għandha tissemma taħt l-intestatura “Post tal-oriġini”.

(5)

Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont il-punti minn (1) sa (4) għandhom jiġu spezzjonati fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (1) biex ikun ikkonfermat li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti minn (1) sa (4).

TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet għat-trasport

(1)

Tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni demarkati fl-Unjoni jistgħu jiġu ttrasportati minn dawn iż-żoni għal żoni mhux demarkati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti ippreparat u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (2) u jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2).

(2)

It-tuberi tal-patata għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tuberi tal-patata tkabbru f’post ta’ produzzjoni rreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE (3) jew minn produttur irreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE (4), jew ittrasportati minn maħżen jew ċentru tad-dispaċċ irreġistrat skont id-Direttiva 93/50/KEE;

(b)

it-tuberi tal-patata nħaslu jew tnaddfu b’mod li ma baqax aktar minn 0,1 % ta’ ħamrija fuqhom, jew inkella għaddew minn metodu ekwivalenti applikat speċifikament sabiex ikollu l-istess riżultat u jneħħi l-organiżmi speċifikati kkonċernati u sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-organiżmi speċifikati; u

(c)

il-materjal tal-ippakkjar li fih qed jiġu ttrasportati t-tuberi tal-patata huwa nadif.

(3)

Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont it-Taqsima 1 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (1).


(1)  ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16.

(2)  ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22.

(3)  ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38.

(4)  ĠU L 205, 17.8.1993, p. 22.


ANNESS II

ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 5

TAQSIMA 1

Definizzjoni ta’ żoni demarkati

(1)

Iż-żoni demarkati għandhom jikkonsistu miż-żoni li ġejjin:

(a)

żona infestata li tinkludi tal-anqas l-għelieqi fejn hija kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat kif ukoll għelieqi fejn tkabbru tuberi tal-patata infestati; u

(b)

żona ta’ lqugħ b’raġġ ta’ mill-inqas 100 m lil hinn minn dik taż-żona infestata; fejn parti minn għalqa hija f’dak ir-raġġ, l-għalqa kollha għandha tkun parti miż-żona ta’ lqugħ.

(2)

F’każijiet fejn bosta żoni ta’ lqugħ jidħlu f’xulxin jew ikunu ġeografikament qrib xulxin, għandha tiġi definita żona demarkata li tinkludi ż-żona koperta miż-żoni demarkati rilevanti u ż-żoni ta’ bejniethom.

(3)

Fid-definizzjoni taż-żona infestata u ż-żona ta’ lqugħ, l-Istati Membri għandhom iżommu f’rashom prinċipji xjentifiċi sodi filwaqt li jagħtu każ ta’ dawn l-elementi: il-bijoloġija tal-organiżmi speċifikati, il-livell tal-infestazzjoni, id-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti, l-evidenza tal-istabbiliment tal-organiżmi speċifiċi, il-kapaċità li għandhom tal-organiżmi speċifiċi biex jixterdu b’mod naturali.

(4)

Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat ’il barra miż-żona infestata, id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta’ lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq.

(5)

Fejn fir-rigward ta’ żona demarkata, abbażi tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1), ma tkunx instabet il-preżenza tal-organiżmu speċifikat ikkonċernat għal perjodu ta’ sentejn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonferma li l-organiżmu ma għadux preżenti f’dik iż-żona u li ż-żona ma għadhiex demarkata. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

TAQSIMA 2

Miżuri f’żoni demarkati, kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-artikolu 5(1)

Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’żoni demarkati għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(1)

miżuri għall-qerda jew il-kontroll tal-organiżmi speċifiċi inklużi trattamenti u diżinfestazzjoni kif ukoll il-projbizzjoni tat-tħawwil ta’ pjanti ospitanti fejn huwa meħtieġ;

(2)

monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati permezz ta’ spezzjonijiet addattati;

(3)

sorveljanza tat-trasport tat-tuberi tal-patata ’l barra miż-żoni demarkati.