ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.132.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 426/2012
tat-22 ta’ Mejju 2012
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής (Prasines Elies Chalkidikis) (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tiegħu, applikazzjoni mill-Greċja li waslet fis-27 ta’ Marzu 2006 biex tiġi rreġistrata d-denominazzjoni “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) bħala denominazzjoni protetta tal-oriġini, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Belġju u kumpanija privata fil-Kanada oġġezzjonaw għal din ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjonijiet tqiesu eliġibbli skont il-punti (a), (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tiegħu. Permezz tal-ittra tas-17 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni talbet lill-Partijiet ikkonċernati biex jilħqu ftehim bejniethom. |
(3) |
Intlaħaq ftehim bejn il-Greċja u dawk li oġġezzjonaw. Skont dan il-ftehim, l-Ispeċifikazzjoni u s-Sommarju ġew emendati b’mod mhux espliċitu billi żdiedu l-aċidu lattiku u l-aċidu ċitriku mal-lista tal-preżervattivi awtorizzati u billi l-kontenut klorur tas-sudju ġie limitat għal 8,5 % tat-taħlita tas-salmura fl-istadju tal-fermentazzjoni. Il-Greċja u l-persuni li oġġezzjonaw qablu wkoll li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) ma għandhiex timpedixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodott li t-tikkettar tiegħu tinkludi t-terminu “varjetà Chalkidikis”, sakemm il-prodott inkwistjoni jinkludi jew huwa derivat minn din il-varjetà u sakemm il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, l-użu tal-isem tal-varjetà jikkostitwixxi kompetizzjoni ġusta, u l-użu ma jisfruttax ir-reputazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini. Skont dan il-ftehim, dan ikun żgurat meta t-terminu “varjetà Chalkidikis” jidher fuq it-tikketta b’ittri żgħar meta mqabbla ma’ dawk tad-denominazzjoni tal-prodott, f’distanza raġjonevoli mid-denominazzjoni tal-bejgħ tal-prodott u sakemm ikun akkumpanjat bl-indikazzjoni tal-post tal-oriġini, meta dan il-post ikun xi mkien differenti minn Chalkidiki. |
(4) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-isem “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Is-Sommarju għandu jiġi aġġornat kif xieraq u ppubblikat. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Is-sommarju aġġornat jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 190, 14.7.2010, p. 37.
ANNESS I
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
IL-GREĊJA
Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής (Prasines Elies Chalkidikis) (DPO)
ANNESS II
SOMMARJU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
ΠΡΑΣΙΝΕΣ ΕΛΙΕΣ ΧΑΛΚΙΔΙΚΗΣ (PRASINES ELIES CHALKIDIKIS)
Nru tal-KE: EL-PDO-0005-0539-27.03.2006
DPO( X ) IĠP ( )
Dan is-sommarju jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b’għan informattiv.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
Isem |
: |
Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Δ/νση Βιολογικής Γεωργίας, Τμήμα ΠΟΠ – ΠΓΕ – Ιδιότυπων και Παραδοσιακών Προϊόντων (Il-Ministeru tal-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, id-Dipartiment tal-Biedja Organika, DPO/IĠP/it-Taqsima tal-Prodotti Speċjali u Tradizzjonal) |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Tel. |
: |
+30 2102125152 |
|||
Feks |
: |
— |
|||
|
: |
ax29u030@minagric.gr |
2. Grupp:
Isem |
: |
Κοινοπραξία Ενώσεων Αγροτικών Συνεταιρισμών Πολυγύρου και Χαλκιδικής (Assoċjazzjoni tal-Unjins tal-Kooperattivi tal-Bdiewa ta’ Polygyros u Chalkidiki), bl-isem kummerċjali “Βιοκαλλιεργητική Χαλκιδικής” (Viokalliergitiki Chalkidikis – Biedja organika ta’ Chalkidikis) |
||
Indirizz |
: |
|
||
Tel. |
: |
+30 2371023076 |
||
Feks |
: |
— |
||
|
: |
eas-pol@otenet.gr |
||
Kompożizzjoni |
: |
Prodotturi/proċessuri: (X) Oħrajn: () |
3. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.6: |
Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati. |
4. Speċifikazzjoni:
(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής”
(Prasines Elies Chalkidikis)
4.2. Deskrizzjoni:
“Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) huma żebbuġ aħdar prodott esklussivament mill-varjetajiet “Hondrolia Chalkidikis” u “Chalkidiki” tal-ispeċi Olea Europea. Iż-żebbuġ ta’ dawn il-varjetajiet li jitkabbar f’Chalkidiki jipproduċi frott kbir bi proporzjon għoli ta’ laħam sal-għadma, għandu kulur aħdar jgħajjat/isfar ħadrani, għandu riħa sottili ta’ frott u togħma kemxejn morra u taħraq u nuqqas ta’ kwalunkwe sensazzjoni ta’ żejt kemm minħabba l-adattament matul is-sekli tas-siġar taż-żebbuġ għall-kundizzjonijiet pedoklimatiċi partikolari tar-reġjun, kif ukoll minħabba t-tekniki tal-kultivazzjoni użati mill-produtturi taż-żebbuġ.
Iż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis jista’ jinstab f’erba’ tipi:
1. |
Żebbuġ sħiħ. |
2. |
Żebbuġ bla għadma. |
3. |
Żebbuġ bla għadma mimli. Il-lewż, il-bżar aħmar, iz-zunnarija, il-ħjar tal-pikles u t-tewm jistgħu jintużaw bħala mili, u ż-żebbuġ jimtela bl-idejn. Il-prodotti użati għall-mili ma jistgħux jaqbżu l-15 % tal-piż taż-żebbuġ. |
4. |
Żebbuġ mitħun. |
It-tipi kollha jistgħu jitħawru bir-riegnu, is-sagħtar, il-weraq tar-rand, il-karfus, it-tewm, il-kappar u l-bżar aħmar. Il-ħwawar ma jistgħux jaqbżu t-2,5 % tal-piż taż-żebbuġ.
L-ingredjenti użati għall-mili u biex jitħawwar iż-żebbuġ huma prodotti li joriġinaw fil-Prefettura ta’ Chalkidiki.
Meta l-prodott ikun rilaxxat għall-konsum għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
Tipi ta’ żebbuġ
Parametri |
Sħiħ |
Bla għadma |
Bla għadma mimli |
Mitħun |
Karatteristiċi fiżiċi tal-frotta |
Frott f’għamla ta’ ċilindru/kon li jispiċċa f’forma ta’ ponta, b’qoxra soda u tleqq u kulur aħdar jixgħel/isfar ħadrani. |
|||
Laħam ferm u sukkulenti. |
Laħam kemxejn imxaqqaq, b’għadam sħiħ, sukkulenti |
|||
Karatteristiċi organolettiċi tal-frotta |
Riħa sottili ta’ frott, nuqqas ta’ togħma żejtnija. |
|||
Togħma kemxejn morra u taħraq. Jekk iż-żebbuġ jitħawwar, it-togħmiet tat-taħwir għandhom jingħarfu. |
Togħma kemxejn morra u taħraq, ikkumplimentata bit-togħma tal-ingredjenti tal-mili. |
Togħma kemxejn morra u taħraq. Jekk iż-żebbuġ jitħawwar, it-togħmiet tat-taħwir għandhom jingħarfu. |
||
Karatteristiċi tal-kwalità tal-frotta |
Iż-żebbuġ kollu jappartjeni għall-kategoriji tal-kwalità “Extra” u “Magħżul” u d-daqs minimu aċċettat huwa ta’ 181/200 frotta għal kull kilogramma. Il-frott difettuż fiż-żewġ kategoriji jammonta għal inqas minn 7 % tal-piż nett taż-żebbuġ. |
|||
Karatteristiċi tas-salmura |
Is-salmura fiha sa 8,5 % klorur tas-sodju, għandha pH ta’ 3,8 sa 4,0 u aċidità minima ta’ 0,8 %. |
|||
Piż nett tal-frotta ppreservata fis-salmura |
Mill-inqas 65 % tal-piż tal-prodott finali. |
Mill-inqas 55 % tal-piż tal-prodott finali. |
Mill-inqas 65 % tal-piż tal-prodott finali. |
Għall-parametri tal-kwalità l-oħrajn u s-sustanzi miżjuda waqt l-ipproċessar u l-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, l-istandards internazzjonali tal-OIC u dawk tal-Kummissjoni Codex Alimentarius japplikaw.
4.3. Żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika minn fejn joriġina ż-żebbuġ aħdar ta’ Chalkidiki hija l-Prefettura ta’ Chalkidiki, li tmiss mal-Majjistral tal-Prefettura ta’ Thessaloniki u fid-direzzjonijiet l-oħra tmiss mal-Baħar Eġew. Ġeografikament, hija tinkorpora l-peniżola ta’ Chalkidiki bil-forma karatteristika tat-tliet peniżoli (“is-swaba’” ta’ Chalkidiki), minbarra l-peniżola fil-Lvant estrem Mount Athos li ma tinsabx fil-Prefettura ta’ Chalkidiki għax hija komunità awtonoma.
47 % taż-żona tal-Prefettura, jiġifieri 137 160 ettaru, hija meħuda mill-boskijiet u minn żoni bis-siġar, filwaqt li 32,7 %, jiġifieri 95 500 ettaru, hija art agrikola. Iż-żoni msoqqija jammontaw għal 20 000 ettaru u jikkorrispondu għal 21 % tal-art li tinħarat. Iż-żona tal-pjantazzjoni taż-żebbuġ ta’ Chalkidiki tammonta għal 23 000 ettaru.
4.4. Prova tal-oriġini:
Iż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis jitkabbar, jiġi pproċessat u ppakkjat fil-Prefettura ta’ Chalkidiki. Il-produtturi u l-imsaġar taż-żebbuġ huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Kultivazzjoni taż-Żebbuġ tal-Prefettura u fis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), u jiġu aġġornati kull sena. Il-kwantità u l-oriġini tal-materja prima dejjem jiġu ċċertifikati mal-wasla tagħhom fl-unità tal-ipproċessar bir-rekords tal-kontabbiltà meħtieġa, li fihom jinżammu wkoll ir-reġistri rilevanti tal-produtturi u l-fornituri. Kull unità tal-ipproċessar hija rreġistrata bl-isem tan-negozju tagħha u bid-dettalji tal-uffiċċju prinċipali fir-reġistru rilevanti tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Chalkidiki, u fir-reġistru rilevanti tal-OPEKEPE (Aġenzija għall-Ħlas u l-Kontroll għall-Għajnuna Komunitarja ta’ Gwida u Garanzija) b’kodiċi uniku.
4.5. Metodu tal-produzzjoni:
1.
F’Chalkidiki, kważi l-imsaġar kollha taż-żebbuġ jitħawlu billi jintuża tip ta’ tħawwil bejn il-metodu tradizzjonali u modern, b’distanzi bejn is-siġar ta’ 6 × 6,5, 6,5 × 6,5 u 6 × 7 m. Ħafna produtturi, permezz tal-organizzazzjonijiet tagħhom, japplikaw sistema dokumentata ta’ ġestjoni integrata tal-uċuħ tar-raba’. Sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jittrattaw il-fenomenu li l-uċuħ tar-raba’ jvarjaw minn sena għal oħra, imma wkoll sabiex jiksbu frott kbir u ta’ kwalità għolja, is-siġar jinżabru u jitneħħielhom iż-żahar fix-xitwa u fis-sajf sistematikament.
L-ammont ta’ produzzjoni, bħala medja, ikun madwar 9 000 kg/ettaru fis-sena.
Il-ħsad isir matul il-perjodu li jibda mill-15 ta’ Settembru sa mill-10 sal-15 ta’ Ottubru kull sena, meta l-frott ikun fl-istadju xieraq tal-maturazzjoni tiegħu u jkollu l-kulur mixtieq, skont il-monitoraġġ tal-maturazzjoni applikat mill-produtturi u l-organizzazzjonijiet tagħhom. Il-produtturi jaqtgħu l-frott bl-idejn billi jużaw is-slielem u mbagħad ipoġġuh f’kaxxi tal-plastik u li ġo fihom jittrasportaw ukoll il-prodott lejn l-unitajiet tal-ipproċessar. Il-frotta għandha tkun mingħajr weraq, injam u kwalunkwe ħaġa oħra u għandu jkollha kulur uniformi aħdar/isfar ħadrani, ma għandux ikollha dbabar, grif, ħsara mill-insetti u mard jew tkun ittieklet mill-għasafar, eċċ. Fl-unitajiet tal-ipproċessar, iż-żebbuġ jintiżen u jiġi aċċettat permezz ta’ formola ta’ aċċettazzjoni tal-kwalità u l-kwantità.
2.
Wara l-aċċettazzjoni, iż-żebbuġ jintbagħat f’tankijiet sabiex isir il-proċess biex ma jibqax morr. Għal din ir-raġuni tiżdied taħlita ta’ soda kawstika ta’ bejn 1,5 sa 2 %, f’konformità mat-temperatura u l-istadju tal-maturità taż-żebbuġa. Dan l-istadju jdum 12-il siegħa. Wara li titneħħa t-taħlita tas-soda kawstika permezz ta’ tliet tlaħliħiet, fit-tank jiżdied l-ilma u ż-żebbuġ jibqa’ hemm għal 8 sigħat. Imbagħad l-ilma jinbidel darbtejn jew tliet darbiet, kull darba wara 8 sigħat. Il-proċess biex ma jibqax morr jista’ jsir ukoll b’mod naturali, billi jintuża biss ilma fit-tankijiet sabiex jixxarrab u jitlaħlaħ. Fiż-żewġ metodi tingħata attenzjoni biex iż-żebbuġ jinżamm kemxejn morr.
Fi tmiem il-proċedura, iż-żebbuġ jiġi trasferit f’tankijiet għall-fermentazzjoni u miegħu tiżdiedlu taħlita li jkun fiha sa 8.5 % salmura. Isir kontroll regolari tal-kontenut tal-melħ tas-salmura u tal-pH, u jiżdied il-melħ meta u fejn ikun meħtieġ. Iż-żebbuġ jibqa’ f’dan l-istadju sakemm is-salmura tistabbilizza għall-kontenut tal-melħ mixtieq. Il-proċess tal-fermentazzjoni diġà mibdi fl-istadju preċedenti u ż-żmien li jieħu jiddependu mill-istadju tal-maturazzjoni tal-frotta u mit-temperaturi ambjentali, u jvarjaw minn xahrejn għal erba’ xhur.
It-tneħħija tal-għadma ssir mekkanikament. Fuq naħa minnhom taż-żebbuġa ssir qatgħa laterali u mbagħad issir qatgħa f’forma ta’ salib fuq in-naħa taz-zokk. L-għadma titneħħa bl-għajnuna tal-ilma u bil-pressjoni mekkanika. Għall-għasir taż-żebbuġ tintuża pressa mekkanika ħafifa li la tagħmel ħsara lil-laħam u lanqas tkisser l-għadma taż-żebbuġ.
Iż-żebbuġ bl-intenzjoni li jimtela jintbagħat fuq il-bankijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema nisa ta’ esperjenza jimlewh b’idejhom. Il-mili taż-żebbuġ huwa prattika tradizzjonali f’Chalkidiki u jintużaw il-lewż jew biċċiet żgħar tal-bżar aħmar, iz-zunnarija, il-ħjar tal-pikles u t-tewm.
Iż-żebbuġ jista’ jitħawwar bil-pjanti aromatiċi tar-reġjun (ir-riegnu, is-sagħtar, il-kappar, il-weraq tar-rand, it-tewm, il-karfus u l-bżar aħmar).
3.
Wara l-fermentazzjoni u t-tneħħija tal-għadam, iż-żebbuġ jitneħħa mit-tankijiet u jitpoġġa fuq il-bankijiet tax-xogħol, fejn il-ħaddiema b’esperjenza jiċċekkjaw viżwalment il-frott u jneħħu manwalment il-frott l-imħassar u dak li jkollu d-dbabar, u inġenerali jneħħu l-frott kollu li jkun fi stat ta’ deterjorament. Permezz ta’ ċintorin li jdur, il-frott imbagħad jiġi ttrasportat lejn tagħmir li jagħżel u hemmhekk issir l-għażla skont id-daqs u jitpoġġa f’kontenituri.
Normalment iż-żebbuġ jiġi ppakkjat f’kontenituri tal-plastik magħmulin minn materjal li ma jagħmilx ħsara lill-konsumaturi u li ma jaffettwax lill-prodott, f’bottijiet tal-landa u f’vażetti tal-ħġieġ, irrispettivament mill-piż tal-kontenut. Il-kontenituri jimtlew bis-salmura, u magħha jista’ jiżdied l-aċidu L-askorbiku, l-aċidu ċitriku jew l-aċidu lattiku, f’konformità mal-liġi tal-UE u l-liġi Griega, biex jippreservaw il-prodott.
Il-frott jista’ jiġi ppakkjat ukoll f’unitajiet barra mill-Prefettura ta’ Chalkidiki fejn il-prodott jintbagħat fi stat ipproċessat, sakemm tkun żgurata t-traċċabbiltà abbażi tad-dokumenti tat-trasport, ir-reġistri tal-kontabbiltà rilevanti u r-regoli tat-tikkettar li jinsabu fil-paragrafu 4.8.
4.6. Rabta:
1.
Mill-perspettiva agrikola, il-ħamrija fil-Prefettura ta’ Chalkidiki hija adattata perfettament għat-tkabbir taż-żebbuġ minħabba li s-siġar jikbru u jagħtu l-frott fil-firxa sħiħa tal-art, mill-blat bajdani fqir fil-muntanji sal-ħamrija alluvjali fertili b’oriġini tal-ġir fil-pjanuri.
Il-karatteristiċi tal-klima f’Chalkidiki huma partikolarment favorevoli għas-siġar taż-żebbuġ; għalkemm tinsab fit-Tramuntana tal-Ġreċja, il-kosta estiża ta’ Chalkidiki max-xtut tal-Baħar Eġew (630 km ta’ kosta) tfisser li hija tinsab fl-istess firxa ta’ temperaturi minimi u massimi bħar-reġjuni li jipproduċu ż-żebbuġ li jinsabu iktar ’l isfel bħal Messinia, Etoloakarnania u Attica. Barra minn hekk, hija tgawdi minn ammont kbir ta’ xita, b’medja ta’ xita annwali ta’ bejn 450 mm (fil-pjanuri) u 850 mm (fil-muntanji).
Raġuni oħra għaliex il-klima ta’ Chalkidiki hija favorevoli għat-tkabbir taż-żebbuġ hija li skont l-altitudni, hija kkaratterizzata minn xtiewi bejn moderati u kesħin u sjuf bejn moderati u sħan u nixfin b’għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx u tranżazzjoni twila bejn staġun u ieħor. It-temperatura medja matul is-sajf ma taqbiżx it-22 °C,u l-iktar temperaturi baxxi fix-xitwa rari jinżlu għal -10 °C, anke fil-muntanji, u dan kollu joħloq kundizzjonijiet ideali għal żebbuġ ta’ suċċess.
Minbarra d-daqs kbir tiegħu, iż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis huwa kkaratterizzat minn qoxra soda u tleqq b’kulur aħdar jixgħel/isfar ħadrani, polpa rikka, konsistenti u fina, riħa sottili ta’ frott u togħma xi ftit morra u taħraq.
Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima f’Chalkidiki kif ukoll it-tekniki tat-tkabbir u l-ipproċessar taż-żebbuġ itejbu l-karatteristiċi ta’ kwalità tal-prodott imsemmija hawn fuq bil-mod li ġej:
— |
Il-perjodu twil ta’ temperaturi relattivament baxxi fi żmien il-ħsad flimkien mat-tekniki tat-tkabbir, speċjalment iż-żbir u t-tneħħija taż-żahar, iżidu l-potenzjal tal-varjetajiet li jgħinu sabiex il-produzzjoni tkun stabbli u ż-żebbuġ jikber f’daqs kbir ħafna bi proporzjon għoli ta’ polpa sal-għadma. |
— |
Bħala riżultat tal-oriġini prattikament tal-ħamrija mħallta bil-ġir, iż-żebbuġ huwa rikk fil-komponimenti volatili, li jsawru t-togħma fina ta’ frott tiegħu. |
— |
Grazzi għall-għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx u t-temperaturi moderati matul is-sajf, kif ukoll il-monitoraġġ tal-maturazzjoni mill-produtturi u l-organizzazzjonijiet tagħhom, meta jinqata’, iż-żebbuġ ikun aħdar jixgħel, ikollu laħam immerraq u jkollu konsistenza tajba sabiex l-għadma titneħħa mingħajr ħsara jew deterjorament. |
— |
It-tekniki tat-tkabbir, partikolarment l-irrigazzjoni u l-monitoraġġ tal-maturazzjoni, ifissru li ż-żebbuġ iżomm kontenut baxx ta’ żejt, li jikkontribwixxi għan-nuqqas ta’ dik it-togħma ta’ żejt, għall-karatteristiċi aromatiċi distinti, kif ukoll biex tkun evitata l-ossidazzjoni u, bħala riżultat, il-preservazzjoni aħjar taż-żebbuġ. |
— |
Il-metodu tradizzjonali tal-ħsad bl-idejn jiżgura li ż-żebbuġ ikun fl-aqwa kundizzjoni naturali u li l-ipproċessar ulterjuri jkun suċċess, filwaqt li l-għażla manwali u l-mili taż-żebbuġ jiżguraw l-aqwa prodott finali awtentiku. |
B’mod simili, bil-prattiki tradizzjonali mħallta, l-unitajiet tal-ipproċessar adottaw tekniki tal-ipproċessar għall-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet differenti biex jegħlbu d-diffikultajiet biż-żebbuġ waqt il-fermentazzjoni, biex ma jbiddlux il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, u biex jirnexxu fil-produzzjoni stabbli ta’ prodott uniformi magħruf fil-Greċja kollha għat-togħma kemxejn morra u taħraq tiegħu. Il-fatt li ħafna mill-unitajiet huma orjentati lejn l-esportazzjoni jfisser li ż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis huwa kkummerċjalizzat f’ħafna pajjiżi ’l barra mill-Greċja.
2.
Xi referenzi għall-imsaġar taż-żebbuġ f’Chalkidiki jmorru lura sal-1415: l-imsaġar taż-żebbuġ ta’ Andronicus, fil-monasteru ta’ Agios Pavlos (San Pawl) ta’ Kassandra, is-siġar antiki taż-żebbuġ imxerrdin fil-monasteru ta’ Vatopedi f’Souflari ta’ Kalamaria (Nea Triylia), l-istess fil-viċinanzi f’Daoutlou (Eleochoria) u l-imsaġar taż-żebbuġ tal-monasteru ta’ Iviron fil-gżira ta’ Kafkania ta’ Olympiada. Fil-kumplament ta’ Chalkidiki kien hemm siġar taż-żebbuġ domestikati eżistenti, u l-preżenza tagħhom ta’ spiss kienet isservi bħala isem il-postijiet. Jidher li l-frott minn dawn is-siġar taż-żebbuġ kien jintuża l-iktar għall-preparazzjoni taż-żebbuġ li jittiekel.
F’nofs is-seklu 19, in-nies ta’ Chalkidiki bdew jassoċjaw ruħhom b’mod iktar sistematiku mat-tkabbir taż-żebbuġ, it-tilqim tas-siġar taż-żebbuġ slavaġ, u fuq skala iżgħar, it-trapjantazzjoni tas-siġar domestikati. Din it-tendenza aktarx li kienet minħabba l-kundizzjonijiet favorevoli tat-taxxa maħluqa bir-“Regolament dwar il-liċenzjar ta’ msaġar ġodda taż-żebbuġ” ippromulgat fl-1863. Sal-1887 Christakis Zografos kien diġà stabbilixxa l-masġar enormi taż-żebbuġ ta’ Portaria, b’erja tal-wiċċ madwar 500 ettaru u iktar minn 32 000 siġra. Fl-istess żmien, Hatsis Osman stabbilixxa mitħna kbira taż-żejt taħdem bil-fwar f’Yerakini ta’ Polygyros, li tat bidu għall-immodernizzar ta’ mtieħen simili f’Chalkidiki.
Ir-rabta kawżali ta’ Chalkidiki mas-siġar taż-żebbuġ u l-frotta tagħhom tixhidha wkoll il-kultivazzjoni ta’ żmien ilu u l-produzzjoni tal-prodotti taż-żebbuġ fir-reġjun, kif turi l-evidenza storika ddokumentata u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet folkloristiċi numerużi sal-ġurnata tal-lum. F’Chalkidiki, għal mill-inqas dawn l-aħħar żewġ sekli, iż-żebbuġ kien punt ta’ referenza importanti tal-ħajja ekonomika, l-attività soċjali u t-tradizzjonijiet kulturali tal-abitanti.
4.7. Entità tal-ispezzjoni:
Isem: |
Οργανισμός Πιστοποίησης και Επίβλεψης Γεωργικών Προϊόντων (Ο.Π.Ε.ΓΕ.Π.) (Organizzazzjoni għaċ-Ċertifikazzjoni u s-Superviżjoni tal-Prodotti Agrikoli — AGROCERT |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+30 210 8231277 |
|||
Feks: |
+30 210 8231438 |
|||
E-Mail: |
info@agrocert.gr |
|||
Isem: |
Νομαρχιακή Αυτοδιοίκηση Χαλκιδικής (l-Awtorità tal-Prefettura ta’ Chalkidiki), Διεύθυνση Αγροτικής Ανάπτυξης (id-Direttorat għall-Iżvilupp Rurali) |
|||
Indirizz: |
63100 Πολύγυρος /Polygyros |
|||
Tel. |
+30 23710 39314 |
|||
Feks: |
+30 23713 39207 |
|||
E-Mail: |
agro6@halkidiki.gov.gr |
4.8. It-tikkettar:
Minbarra d-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής” (Prasines Elies Chalkidikis) u l-immarkar rilevanti, it-tikketti għandhom juru l-indikazzjonijiet li ġejjin biex jagħmluha possibbli li tiġi vverifikata l-oriġini u li l-prodott ikun protett:
— |
in-numru tal-kodiċi li juri s-sena tal-produzzjoni, l-unità tal-ipproċessar, il-lott u l-unità tal-ipproċessar finali jekk l-ippakkjar finali jsir minn unità differenti. |
— |
l-iskadenza tal-prodott jekk ikun prodott finalment ippakkjat. |
— |
il-logo b’isem il-prodott bl-alfabett Grieg jew Latin, li jkopri immaġni ovali li jkollha mappa ta’ Chalkidiki minn litografija tal-1829 tas-Soċjetà Brittanika għat-Tixrid ta’ Għarfien Siewi bħala sfond u fergħa taż-żebbuġ biż-żebbuġ aħdar fuq quddiem. |
Meta ż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis jintuża għall-produzzjoni ta’ pejst, tista’ tintuża l-indikazzjoni “Πάστα από “Πράσινες Ελιές Χαλκιδικής ΠΟΠ” (Pejst magħmul miż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis DPO), sakemm il-pejst isir biss bl-użu taż-żebbuġ tat-tip Prasines Elies Chalkidikis flimkien ma’ mhux iktar minn 7 % żejt extra verġni taż-żebbuġa biss.
23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 427/2012
tat-22 ta’ Mejju 2012
dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. L-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi garanziji speċjali għall-ikel li joriġina mill-annimali maħsub għas-swieq Finlandiżi u Svediżi. Għaldaqstant, l-operaturi tan-negozju tal-ikel li beħsiebhom iqiegħdu bajd fis-suq f’dawk l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti regoli fir-rigward tas-Salmonella. Dan jistipula wkoll li l-konsenji ta’ dan il-bajd ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jiddikjara li twettaq test mikrobijoloġiku b’riżultati negattivi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1688/2005 tal-14 ta’ Ottubru 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ garanziji speċjali li jikkonċernaw is-Salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ ċertu laħam u bajd (2), jipprovdi tali garanziji speċjali. |
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 jistabbilixxi regoli dwar it-teħid ta’ kampjuni tal-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd u l-metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami ta’ dawk il-kampjuni. Dan jistabbilixxi wkoll mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa biex jakkumpanja l-konsenji tal-bajd. |
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-garanziji speċjali fir-rigward ta’ ċerti oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu estiżi, kompletament jew parzjalment, għal kwalunkwe Stat Membru, jew kwalunkwe reġjun ta’ Stat Membru, li jkollu programm ta’ kontroll rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak approvat għall-Finlandja u għall-Isvezja fir-rigward tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali kkonċernat. |
(5) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2007, l-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal garanziji speċjali li jridu jiġu awtorizzati għad-Danimarka fir-rigward tas-Salmonella fil-bajd għad-Danimarka kollha skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tal-Programm ta’ Kontroll tas-Salmonella Daniż għall-bajd. |
(6) |
Matul il-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2008, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali qabel dwar dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat “Dokument ta’ gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ kontroll tas-Salmonella li jridu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk approvati għall-Isvezja u għall-Finlandja fir-rigward tal-laħam u l-bajd tal-Gallus gallus” (id-“Dokument ta’ gwida”). |
(7) |
Il-Programm ta’ Kontroll tas-Salmonella Daniż għall-bajd jitqies bħala ekwivalenti għal dak approvat għall-Finlandja u għall-Isvezja u hu konformi mad-Dokument ta’ gwida. Barra minn hekk, fl-20 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Daniżi pprovdew informazzjoni li turi li l-prevalenza tas-Salomenlla fil-qatgħat tat-tiġieġ adulti maħsuba għall-bajd u għat-trobbija fid-Danimarka fl-2008, 2009 u 2010, kienet ukoll konformi mad-Dokument ta’ gwida. |
(8) |
Għaldaqstant, il-garanziji speċjali għandhom jiġu estiżi għall-konsenji ta’ bajd maħsub għad-Danimarka. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 dwar it-teħid ta’ kampjuni tal-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd, il-metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami ta’ dawk il-kampjuni u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa, għandhom japplikaw għal dawn il-konsenji. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Danimarka hi awtorizzata li tapplika l-garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-konsenji ta’ bajd, kif definit fil-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, maħsub għad-Danimarka.
Artikolu 2
1. It-teħid ta’ kampjuni tal-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd imsemmija fl-Artikolu 1 għandu jitwettaq skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005.
2. Il-kampjuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar mikrobijoloġiku għas-Salmonella skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005.
Artikolu 3
Il-konsenji tal-bajd imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jikkonforma mal-mudell previst fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) ĠU L 271, 15.10.2005, p. 17.
23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 428/2012
tat-22 ta’ Mejju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 121, l-ewwel paragrafu, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (2), l-Istati Uniti talbet li l-isem tal-pajjiż jiddaħħal fil-Parti B tal-Anness XV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (3) fil-kolonna li tindika l-pajjiżi li jistgħu jużaw l-isem ta’ waħda mill-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed skont l-Artikolu 62(4) tar-Regolament. Wara verifikazzjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 62(1)(b), u l-Artikolu 62(4), tar-Regolament imsemmi huma ssodisfati, l-Istati Uniti tal-Amerika għandha tiddaħħal fil-kolonna korrispondenti tal-Anness, ħdejn l-isem tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid li għalih qed tirreferi t-talba. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Parti B tal-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 607/2009, il-linja 58 hija sostitwita kif ġej:
“58 |
Vermentino di Gallura (IT) Vermentino di Sardegna (IT) |
Vermentino |
l-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.
23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 429/2012
tat-22 ta’ Mejju 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 bil-għan li jkun hemm mudell komuni għan-notifika ta’ żbalji mill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
Minħabba li n-notifika tal-iżbalji fid-dejta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn manifattur skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 hija pass importanti fil-verifikazzjoni tad-dejta li tifforma l-bażi għall-kalklolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kif ukoll tal-emissjonijiet speċifiċi medji għall-manifatturi kollha, xieraq li jkun hemm proċedura ċara u trasparenti għal dik in-notifika. |
(2) |
Huwa xieraq ukoll li jkun stipulat l-użu ta’ mudell komuni għan-notifika tal-iżbalji sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni nnotifikata mill-manifatturi lill-Kummissjoni tista’ tkun verifikata u pproċessata f’waqqitha. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (2), jiżdiedu l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:
“3. Il-manifatturi li jinnotifikaw l-iżbalji f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandhom jużaw is-settijiet tad-dejta proviżorji nnotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(4) bħala l-bażi tan-notifika tagħhom.
In-notifka tal-iżball għandha tinkludi s-settijiet tad-dejta kollha relatati mar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi li huwa responsabbli għalihom il-manifatturi li qed jibgħat in-notifika.
L-iżball għandu jkun indikat permezz ta’ entrata separata fis-sett tad-dejta għal kull verżjoni, intitolata “Kummenti mill-manifattur”, fejn għandu jkun speċifikat wieħed minn dawn il-kodiċijiet li ġejjin:
(a) |
Kodiċi A, fil-każ li r-rekords ġew mibdula mill-manifattur; |
(b) |
Kodiċi B, fil-każ li l-vettura ma tistax tiġi identifikata; |
(c) |
Kodiċi C, fil-każ li l-vettura taqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jew il-produzzjoni tagħha twaqqfet. |
Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tielet subparagrafu, vettura ma tistax tiġi identifikata meta l-manifattur ma jistax jidentifika jew jikkoreġi l-kodiċi għat-tip, għall-varjant u għall-verżjoni, jew fejn applikabbli, għan-numru tal-approvazzjoni tat-tip indikat fis-sett tad-dejta proviżorju.
4. Meta manifattur ma jkunx innotifika l-iżbalji lill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu, jew meta n-notifika tiġi sottomessa wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet xhur stipulat fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-valuri proviżorji notifikati f’konformità mal-Artikolu 8(4) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu kkunsidrati bħala finali.
5. In-notifika tal-iżball msemmija fil-paragrafu 3 għandha tintbagħat f’format elettroniku li ma jistax jitħassar, immarkata “Notifika ta’ żball — emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi” u għandha tintbagħat fuq dan l-indirizz:
European Commission |
Secretariat General |
B-1049 Brussels |
BELGIUM |
Għall-finijiet ta’ informazzjoni għandha tintbagħat kopja elettronika tan-notifika fuq dawn l-indirizzi elettroniċi:
EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu
kif ukoll
CO2-monitoring@eea.europa”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.
23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 430/2012
tat-22 ta’ Mejju 2012
li jibda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward għajnuna għall-ħażna privata taż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a), (d) u (j) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tawtorizza korpi li joffru garanziji suffiċjenti, u approvati mill-Istati Membri, sabiex jikkonkludu kuntratti għall-ħżin taż-żejt taż-żebbuġa li huma jikkummerċjalizzaw fil-każ ta’ disturb serju fis-suq f’ċerti reġjuni tal-Komunità. |
(2) |
Fi Spanja u l-Greċja, pajjiżi li bejniethom jipproduċu aktar minn żewġ terzi taż-żejt taż-żebbuġa prodott fl-Unjoni, il-prezz medju taż-żejt taż-żebbuġa rreġistrat fis-suq matul il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) huwa taħt il-livell indikat fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan jikkawża disturb serju fis-swieq ta’ dawk l-Istati Membri. Is-suq tal-Unjoni taż-żejt taż-żebbuġa huwa kkaratterizzat minn interdipendenza għolja ħafna u għalhekk id-disturb serju tas-suq Spanjol jhedded li dan jinxtered mal-Istati Membri kollha li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa. |
(3) |
L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għajnuna għal ħżin privat tista’ tingħata għaż-żejt taż-żebbuġa u li l-Kummisjoni għandha tiffissal-għajnuna bil-quddiem jew permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna għall-ħżin privata. Skont l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament, għandha tinbeda proċedura ta’ sejħa għall-offerti skont ir-regoli dettaljati u l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 9 tiegħu. |
(5) |
Il-kwantità globali sa fejn għandha tingħata l-għajnuna għall-ħażna privata għandha tkun iffissata f’livell li, skont l-analiżi tas-suq, għandu jikkontribwixxi biex jistabbilizza s-suq. |
(6) |
Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta’ kontroll rigward il-konklużjoni ta’ kuntratti, għandha tkun iffissata l-kwantità minima ta’ prodott li kull offerta jeħtiġilha tipprovdi. |
(7) |
Għandha tiġi ffissata garanzija sabiex tiżgura li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq. |
(8) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-qagħda tas-suq fis-sena tas-suq attwali u t-tbassir għas-sena tas-suq sussegwenti, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi li tqassar iż-żmien tal-kuntratti li jkunu qed jiġu eżegwiti u li taġġusta skont dan il-livell tal-għajnuna. Jeħtieġ li dik il-possibbiltà tkun inkluża fil-kuntratt, kif jipprovdi l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008. |
(9) |
Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, jeħtieġ li jiġi ffissat il-perjodu ta’ żmien biex l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti validi kollha. |
(10) |
Sabiex ma jitħalliex li l-prezz jaqa’ bla kontroll, biex ikun hemm reazzjoni malajr għall-qagħda eċċezzjonali tas-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta’ din il-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. B’dan qed tinfetaħ proċedura ta’ sejħa għall-offerti sabiex ikun stabbilit il-livell ta’ għajnuna għall-ħżin privat imsemmi fl-Artikolu 31(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament u definiti fil-punt 1 tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. Il-kwantità globali sa fejn tista’ tingħata l-għajnuna għall-ħażna privata għandha tkun 100 000 tunnellata.
Artikolu 2
Regoli applikabbli
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Tressiq ta’ offerti
1. Is-subperjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bħala tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti għandu jibda fil-31 ta’ Mejju 2012 u jintemm fil-5 ta’ Ġunju 2012 fil-11:00, ħin ta’ Brussell.
Is-subperjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bħala tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti għandu jibda fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara tmiem is-subperjodu preċedenti u jintemm fid-19 ta’ Ġunju 2012 fil-11:00, ħin ta’ Brussell.
2. L-offerti għandhom ikunu relatati ma’ perjodu ta’ ħżin ta’ 180 jum.
3. Kull offerta għandha tkopri kwantità minima ta’ mill-anqas 50 tunnellata.
4. Fejn operatur jieħu sehem fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal aktar minn kategorija waħda ta’ żejt jew għal tankijiet li jinsabu f’indirizzi differenti, għandu jressaq offerta separata f’kull każ.
5. L-offerti jistgħu jitressqu biss fil-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Portugall u s-Slovenja.
Artikolu 4
Garanziji
L-offerenti għandhom jistabbilixxu garanzija ta’ EUR 50 għal kull tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa koperta b’offerta.
Artikolu 5
Tqassir tat-tul ta’ żmien tal-kuntratti
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, abbażi tal-iżviluppi fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa u l-prospetti għall-ġejjieni, li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tqassar it-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu qed jiġu eżegwiti u taġġusta l-ammont tal-għajnuna skont dan. Il-kuntratt mal-offerent li jintgħażel għandu jinkludi referenza għal din l-għażla.
Artikolu 6
Notifika lill-Kummissjoni dwar l-offerti
F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull offerta valida separatament, fi żmien 24 siegħa minn tmiem kull subperjodu tal-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Michel BARNIER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.
ANNESS
Kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa msemmija fl-Artikolu 1(1)
Żejt taż-żebbuġ extra verġni
Żejt taż-żebbuġa verġni
23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 431/2012
tat-22 ta’ Mejju 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
98,8 |
MA |
53,8 |
|
TR |
87,5 |
|
ZZ |
80,0 |
|
0707 00 05 |
AL |
41,0 |
JO |
183,3 |
|
MK |
59,4 |
|
TR |
130,7 |
|
ZZ |
103,6 |
|
0709 93 10 |
JO |
183,3 |
TR |
112,3 |
|
ZZ |
147,8 |
|
0805 10 20 |
EG |
50,0 |
IL |
75,0 |
|
MA |
52,2 |
|
ZZ |
59,1 |
|
0805 50 10 |
TR |
94,2 |
ZA |
84,1 |
|
ZZ |
89,2 |
|
0808 10 80 |
AR |
123,8 |
BR |
83,4 |
|
CA |
135,2 |
|
CL |
94,8 |
|
CN |
82,4 |
|
EC |
94,2 |
|
MK |
29,3 |
|
NZ |
147,6 |
|
US |
188,4 |
|
UY |
67,9 |
|
ZA |
95,7 |
|
ZZ |
103,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
23.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/18 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Mejju 2012
fir-rigward ta’ miżuri ta’ emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3137)
(2012/270/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Minn stima mwettqa mill-Kummissjoni abbażi ta’ analiżi dwar l-organiżmi li jagħmlu ħsara mwettqa mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti jidher li l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) għandhom effetti ħżiena fuq pjanti suxxettibbli. Huma jaffettwaw, b’mod partikolari, tuberi tas-Solanum tuberosum L., inklużi dawk maħsuba għat-tħawwil, minn hawn ’il quddiem “tuberi tal-patata”, li huma prodotti fl-Unjoni kollha. Dawk l-organiżmi mhuma elenkati la fl-Anness I u lanqas fl-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(2) |
Il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni li l-Epitrix cucumeris (Harris) u l-Epitrix similaris (Gentner) huma preżenti f’dak l-Istat Membru. Notifika sottomessa minn Spanja fit-8 ta’ Settembru 2010 turi l-ewwel sejbiet ta’ Epitrix similaris (Gentner) f’reġjun wieħed ta’ dak l-Istat Membru. It-tagħrif disponibbli juri wkoll li l-Epitrix cucumeris (Harris) u l-Epitrix tuberis (Gentner) huma preżenti f’pajjiż terz li attwalment jesporta t-tuberi tal-patata lejn l-Unjoni. |
(3) |
Għandhom jiġu stipulati miżuri dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ tuberi tal-patata minn pajjiżi terzi fejn l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) jew l-Epitrix tuberis (Gentner) huwa magħruf li huma preżenti. Għandhom jiġu stipulati wkoll miżuri dwar it-trasport tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni fl-Unjoni fejn hija kkonfermata l-preżenza ta’ wieħed jew aktar minn dawk l-organiżmi. |
(4) |
Għandhom isiru sondaġġi dwar il-preżenza tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner),l- Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fuq it-tuberi tal-patata u l-għelieqi tal-patata fl-Istati Membri kollha u r-riżultati għandhom jiġu mgħarrfa. L-Istati membri jistgħu wkoll jagħżlu li jagħmlu sondaġġi fuq pjanti oħra. |
(5) |
Il-miżuri għandhom jistipulaw li l-Istati Membri jistabbilixxu żoni demarkati f’każijiet fejn il-preżenza tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) jew l-Epitrix tuberis (Gentner) hija kkonfermata sabiex l-organiżmi kkonċernati jinqerdu jew tal-anqas jiġu kkontrollati u sabiex ikun żgurat monitoraġġ intensiv għall-preżenza tagħhom. |
(6) |
Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni għandha tkun fis-seħħ sat-30 ta’ Settembru 2014 sabiex tagħti ż-żmien għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tagħha. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Projbizzjonijiet dwar l-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner)
L-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner), minn hawn ’il quddiem “l-organiżmi speċifikati”, ma għandhomx jiġu introdotti jew imxerrda fl-Unjoni.
Artikolu 2
Introduzzjoni ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni
1. Tuberi tas-Solanum tuberosum L., inklużi dawk maħsuba għat-tħawwil, minn hawn ’il quddiem “tuberi tal-patata”, li joriġinaw (2) f’pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jaqblu mar-rekwiżiti speċifiċi fuq l-importazzjoni, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness I
2. Mad-dħul tagħhom fl-Unjoni t-tuberi tal-patata għandhom jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont il-punt (5) tat-Taqsima 1 tal-Anness I.
Artikolu 3
It-trasport ta’ tuberi tal-patata fl-Unjoni
Tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni demarkati fl-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 5 jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.
Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (3) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.
Artikolu 4
Sondaġġi u notifiki tal-organiżmi speċifikati
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu sondaġġi uffiċjali annwali għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati fuq tuberi tal-patata u, fejn huwa xieraq, fuq pjanti ospitanti oħra, inklużi għelieqi fejn jitkabbru t-tuberi tal-patata, fit-territorji tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta’ dawk is-sondaġġi sat-30 ta’ April ta’ kull sena.
2. Kull preżenza jew preżenza ssuspettata ta’ organiżmu speċifikat għandhom jiġu mgħarrfa mill-ewwel lill-korp uffiċjali responsabbli.
Artikolu 5
Żoni demarkati u miżuri li għandhom jittieħdu f’dawn iż-żoni
1. Fejn abbażi tar-riżultati tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1) jew ta’ evidenza oħra, Stat Membru jikkonferma l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat f’parti mit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi żona demarkata mingħajr telf ta’ żmien li tkun tikkonsisti f’żona infestata u f’żona ta’ lqugħ, kif stipulat fit-Taqsima 1 tal-Anness II.
Huwa għandu jieħu l-miżuri, kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
2. Fejn Stat Membru jieħu l-miżuri skont il-paragrafu 1, huwa għandu jgħarraf minnufih bil-lista ta’ żoni demarkati, jagħti tagħrif dwar id-delimitazzjoni tagħhom, inklużi l-mapep li juru l-lokalità tagħhom, u deskrizzjoni tal-miżuri applikati f’dawk iż-żoni demarkati.
Artikolu 6
Konformità
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra d-dħul u t-tixrid tal-organiżmi speċifikati b’tali mod li dawn il-miżuri jkunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri minnufih.
Artikolu 7
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2014.
Artikolu 8
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Glossarju ta’ Termini Fitosanitarji — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 5 u ċertifikati Fitosanitarji —Standard ta’ Referenza ISPM Nru 12 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.
ANNESS I
TAQSIMA 1
Rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni
(1) |
Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet elenkati fid-Direttiva 2000/29/KE, tuberi tal-patata li joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE (“iċ-ċertifikat”), li jinkludi t-tagħrif stipulat fil-punti (2) u (3) taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”. |
(2) |
Iċ-ċertifikat għandu jinkludi jew l-informazzjoni fil-punt (a) jew dik fil-punt (b):
|
(3) |
Iċ-ċertifikat għandu jinkludi dan li ġej:
|
(4) |
Fejn l-informazzjoni stipulata fil-punt (2)(a) hija mogħtija, l-isem taż-żona ħielsa mill-organiżmi ta’ ħsara għandha tissemma taħt l-intestatura “Post tal-oriġini”. |
(5) |
Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont il-punti minn (1) sa (4) għandhom jiġu spezzjonati fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (1) biex ikun ikkonfermat li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti minn (1) sa (4). |
TAQSIMA 2
Kundizzjonijiet għat-trasport
(1) |
Tuberi tal-patata li joriġinaw f’żoni demarkati fl-Unjoni jistgħu jiġu ttrasportati minn dawn iż-żoni għal żoni mhux demarkati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti ippreparat u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (2) u jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2). |
(2) |
It-tuberi tal-patata għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont it-Taqsima 1 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (1). |
(1) ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16.
ANNESS II
ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 5
TAQSIMA 1
Definizzjoni ta’ żoni demarkati
(1) |
Iż-żoni demarkati għandhom jikkonsistu miż-żoni li ġejjin:
|
(2) |
F’każijiet fejn bosta żoni ta’ lqugħ jidħlu f’xulxin jew ikunu ġeografikament qrib xulxin, għandha tiġi definita żona demarkata li tinkludi ż-żona koperta miż-żoni demarkati rilevanti u ż-żoni ta’ bejniethom. |
(3) |
Fid-definizzjoni taż-żona infestata u ż-żona ta’ lqugħ, l-Istati Membri għandhom iżommu f’rashom prinċipji xjentifiċi sodi filwaqt li jagħtu każ ta’ dawn l-elementi: il-bijoloġija tal-organiżmi speċifikati, il-livell tal-infestazzjoni, id-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti, l-evidenza tal-istabbiliment tal-organiżmi speċifiċi, il-kapaċità li għandhom tal-organiżmi speċifiċi biex jixterdu b’mod naturali. |
(4) |
Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu speċifikat ’il barra miż-żona infestata, id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta’ lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq. |
(5) |
Fejn fir-rigward ta’ żona demarkata, abbażi tas-sondaġġi msemmija fl-Artikolu 4(1), ma tkunx instabet il-preżenza tal-organiżmu speċifikat ikkonċernat għal perjodu ta’ sentejn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonferma li l-organiżmu ma għadux preżenti f’dik iż-żona u li ż-żona ma għadhiex demarkata. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
TAQSIMA 2
Miżuri f’żoni demarkati, kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-artikolu 5(1)
Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’żoni demarkati għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:
(1) |
miżuri għall-qerda jew il-kontroll tal-organiżmi speċifiċi inklużi trattamenti u diżinfestazzjoni kif ukoll il-projbizzjoni tat-tħawwil ta’ pjanti ospitanti fejn huwa meħtieġ; |
(2) |
monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmi speċifikati permezz ta’ spezzjonijiet addattati; |
(3) |
sorveljanza tat-trasport tat-tuberi tal-patata ’l barra miż-żoni demarkati. |