ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.105.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
17.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 322/2012
tas-16 ta’ April 2012
li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klopiralid, id-dimetomorf, il-fenpirażammina, il-folpet u l-pendimetalina f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-folpet u l-pendimetalina, il-livelli massimi ta’ residwu (MRL) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-klopiralid u d-dimetomorf, l-MRL ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-fenpirażammina, l-ebda MRL ma ġie stabbilit qabel f'xi Anness tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għalhekk kien japplika l-valur iffissat ta’ 0,01 mg/kg. |
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura, għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva dimetomorf fil-weraq tal-ispinaċi u tal-pitravi, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-emendi tal-MRLs eżistenti. |
(3) |
Fir-rigward tal-klopiralid, din l-applikazzjoni tressqet għall-pastard, il-brokkoli, il-kaboċċa tar-ras, iż-żerriegħa tal-kittien, in-nevew, il-ġdur u l-prodotti mill-annimali, filwaqt li tqiesu l-użi fuq l-għelejjel tal-għalf li jingħalfu lil annimali domestiċi li jipproduċu l-ikel. Fir-rigward tal-fenpirażammina, din l-applikazzjoni tressqet għall-għeneb, it-tadam, il-bżar, il-brunġiel, u kukurbiti b'qoxra li tittiekel. Fir-rigward tal-folpet, din l-applikazzjoni tressqet għall-għeneb tal-inbid, it-tewm u t-tadam. Fir-rigward tal-pendimetalina, din l-applikazzjoni tressqet għall-brassika bil-weraq, il-ġidra u ħxejjex aromatiċi. |
(4) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ valutazzjoni ngħataw lill-Kummissjoni. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità", evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapport ta' valutazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u fejn rilevanti għall-annimali u tat opinjonijiet motivati fuq l-MRLs proposti (2). Għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjonijiet motivati tagħha li, fir-rigward tal-użu tal-folpet fl-għeneb tal-inbid, ma jistax jiġi eskluż riskju potenzjali għas-saħħa tal-konsumatur, jekk jiżdied l-MRL, kif inhu mitlub mill-applikant. Għalhekk, l-MRL m'għandux jiżdied. Fir-rigward tal-klopiralid fuq il-ħalib, l-Awtorità pproponiet MRL iżjed baxx sakemm il-metodu analitiku jkun validat. Peress li mhix provduta evidenza għal dan, l-MRL m'għandux jinbidel. |
(7) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ġew sodisfatti u li, abbażi tal-valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, it-tibdil fl-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għall-perjodu qasir minħabba konsum estrem tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (ARfD). |
(8) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, it-tibdil xieraq fl-MRLs jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli fuq http://www.efsa.europa.eu:
|
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Jiġu stabbiliti l-MRLs għall-fenpirażammina fl-għeneb tal-mejda, l-għeneb tal-inbid, it-tadam, il-brunġiel, il-bżar u kukurbiti b'qoxra li tittiekel. EFSA Journal 2011; 9(10):2403. [30 pp.]. |
|
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Tibdil tal-MRLs eżistenti għad-dimetomorf weraq tal-ispinaċi u tal-pitravi (chard). EFSA Journal 2011; 9(11):2437. [24 pp.]. |
|
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Tibdil tal-MRLs eżistenti għall-klopiralid f'oġġetti varji. EFSA Journal 2011; 9(10):2418. [40 pp.]. |
|
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Tibdil tal-MRLs eżistenti għall-pendimetalina f'għelejjel varji. EFSA Journal 2011; 9(10):2400. [31 pp.]. |
|
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Tibdil tal-MRLs eżistenti għall-folpet fl-għeneb tal-inbid, it-tewm u t-tadam. EFSA Journal 2011; 9(9):2391. [40 pp.]. |
ANNESS
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-folpet u l-pendimetalina jinbidlu b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|