ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.100.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
5.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 290/2012
tat-30 ta’ Marzu 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġ tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar ir-regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(6), 8(5), u 10(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistipula regoli ddettaljati għal ċerti liċenzji tal-bdoti u għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira f’liċenzji tal-bdoti, u jistipula wkoll il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-liċenzji minn pajjiżi terzi. Ir-Regolament imsemmi jistipula wkoll ir-regoli għaċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti, il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali, kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-eżaminaturi ajrumediċi. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-qagħda medika tal-ekwipaġġ tal-kabina. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ tal-bdoti u ċ-ċentri ajrumediċi għandu jkollhom ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ malli jintlaħqu ċerti rekwiżiti tekniċi u amministrattivi. Għaldaqstant, għandhom jiġu pprovduti regoli għas-sistema ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ dawn l-organizzazzjoni. |
(3) |
L-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir użat għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-ivverifikar tal-bdoti għandu jiġu ċċertifikat skont sensiela ta’ kriterji tekniċi. Għaldaqstant, dawk ir-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għandhom jiġu pprovduti. |
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun kontinwament b’saħħtu u kompetenti sabiex jeżerċita l-kompiti ta’ sikurezza li jkunu ġew assenjati lilu. Dawk involuti f’titjiriet kummerċjali għandu jkollhom attestazzjoni kif stabbilita inizjalment fl-Anness III, is-Subparti O, il-punt (d) tal-OPS 1.1005, għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (3). Għaldaqstant, għandhom jiġu pprovduti regoli dwar il-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-kabina u attestazzjonijiet relatati. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ma jipprovdix għall-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 biex jinkludi s-sistema ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-organizzazzjonijiet. Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu inklużi wkoll regoli dwar netwerk ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”. |
(6) |
Jeħtieġ li jiġi pprovdut żmien biżżejjed biex kemm l-industrija ajrunawtika kif ukoll l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid, u sabiex jirrikonoxxu, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-validità taċ-ċertifikati, inklużi l-attestazzjonijiet tat-taħriġ tas-sikurezza, maħruġa qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
(7) |
Sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel u livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-aktar għarfien riċenti, inklużi l-aqwa prattiċi, kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-ajru. Skont dan, għandhom jitqiesu r-Regolament (KEE) Nru 3922/91, kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi miftiehma mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem l-“ICAO”) u l-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2009, u l-leġiżlazzjoni eżistenti b’rabta ma’ ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. |
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(9) |
Il-miżuri speċifikati fl-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għall-attestazzjoni tat-taħriġ tas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-kabina qed jiġu revokati skont l-Artikolu 69(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Il-miżuri adottati b’dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala l-miżuri korrespondenti. |
(10) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ressqithom bħala opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(2) |
Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (11), (12) u (13) li ġejjin:
|
(3) |
Fl-Artikolu 4(1):
|
(4) |
Jiddaħħlu l-Artikoli 10a, 10b u 10c li ġejjin: “Artikolu 10a Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti 1. L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandhom ikunu ċċertifikati. 2. L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti li jkollhom ċertifikati konformi mal-JAR maħruġin jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jitqies li għandhom ċertifikat maħruġ skont dan ir-Regolament. F’każ bħal dan, il-privileġġi ta’ dawn l-organizzazzjonijet għandhom ikunu ristretti għal dawk inklużi fl-approvazzjoni maħruġa mill-Istat Membru. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti għandhom jadattaw is-sistema ta’ ġestjoni, il-programm ta’ taħriġ, il-proċeduri u l-manwali tagħhom sabiex ikunu konformi mal-Anness VII sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2014. 3. L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ konformi mal-JAR li jkunu rreġistrati fi Stat Membru qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament għandhom jitħallew jipprovdu taħriġ għal liċenzja ta’ bdot privat (PPL) konformi mal-JAR. 4. L-Istati Membri għandhom jibdlu ċ-ċertifikati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ma’ ċertifikati konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2017. Artikolu 10b Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir 1. L-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTDs - “Flight simulation training devices”) użat għat-taħriġ, għall-ittestjar u l-ivverifikar tal-bdoti, bl-eċċezzjoni tal-apparat ta’ taħriġ tal-iżvilupp użat għat-taħriġ ta’ titjir bi prova, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandu jkun ikkwalifikat. 2. Iċ-ċertifikati ta’ kwalifika tal-FSTD konformi mal-JAR li jkunu nħarġu jew ġew rikonoxxuti qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jitqies li nħarġu skont dan ir-Regolament. 3. L-Istati Membri għandhom jibdlu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 2 ma’ ċertifikati ta’ kwalifika konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2017. Artikolu 10c Ċentri ajrumediċi 1. Iċ-ċentru ajrumediċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandhom ikunu ċċertifikati. 2. L-approvazzjonijiet taċ-ċentri ajrumediċi konformi mal-JAR maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jitqies li nħarġu skont dan ir-Regolament. Iċ-ċentri ajrumediċi għandhom jadattaw is-sistema ta’ ġestjoni, il-programm ta’ taħriġ, il-proċeduri u l-manwali tagħhom sabiex ikunu konformi mal-Anness VII sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2014. 3. L-Istati Membri għandhom jibdlu l-approvazzjonijiet taċ-ċentri ajrumediċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ma’ ċertifikati konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux iktar tard mit-8 ta’ April 2017.” |
(5) |
Jiddaħħlu l-Artikoli 11a, 11b u 11c li ġejjin: “Artikolu 11a Il-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-kabina u attestazzjonijiet relatati 1. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, involuti fit-titjiriet kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, għandhom ikunu kkwalifikati, u għandu jkollhom l-attestazzjoni relatata skont ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi V u VI. 2. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li jkollhom, qabel ma jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, attestazzjoni ta’ taħriġ fis-sikurezza maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (EU-OPS):
3. L-attestazzjonijiet tat-taħriġ tas-sikurezza maħruġa skont l-UE-OPS għandhom jinbidlu ma’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina konformi mal-format stipulat fl-Anness VI sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2017. 4. Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti f’titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:
5. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, l-attestazzjonijiet tal-ewkipaġġ tal-kabina konformi mal-format stipulat fl-Anness VI għandhom jinħarġu lill-membri kollha tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fit-titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2013. Artikolu 11b Kapaċitajiet ta’ sorveljanza 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru, bis-setgħat u r-responsabbiltajiet allokati meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet, soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. 2. Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità(jiet) kompetenti jkollha/jkollhom il-kapaċità meħtieġa biex tiżgura/jiżguraw is-sorveljanza tal-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha koperti bil-programm ta’ sorveljanza tagħhom, inklużi r-riżorsi biżżejjed biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità kompetenti ma jeżerċitax attivitajiet ta’ sorveljenza meta jkun hemm evidenza li dan jista’, direttament jew indirettament, iwassal għal kunflitt ta’ interess, b’mod partikulari meta dawn ikunu relatati ma’ interessi familjari jew finanzjarji. 5. Il-persunal awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ superviżjoni għandu jkollu s-setgħa li jeżerċita mill-inqas il-kompiti li ġejjin:
6. Il-kompiti taħt il-paragrafu 5 għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru rilevanti. Artikolu 11c Miżuri tranżizzjonali F’dak li jirrigwarda l-organizzazzjonijiet li l-Aġenzija hija l-awtorità kompetenti korrispondenti tagħhom skont l-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008:
|
(6) |
Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej: “1b. B’deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta’ April 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I sa IV;” |
(7) |
Fl-Artikolu 12(7), il-kliem “il-paragrafi 2 sa 6” jinbidel bil-kliem “il-paragrafi 1b sa 6”. |
(8) |
Jiżdiedu l-Annessi ġodda V, VI u VII, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-8 ta’ April 2012.
2. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-Annessi V sa VII, sat-8 ta’ April 2013; |
(b) |
il-punt ORA.GEN.200(a)(3) tal-Anness VII, għad-detenturi taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD li ma jkunux organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata u li ma jkollhomx ċertifikat ta’ operatur tal-ajru sat-8 ta’ April 2014; |
(ċ) |
l-Annessi VI u VII, għall-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ u ċ-ċentri ajrumediċi approvati iżda mhux konformi mal-JAR, sat-8 ta’ April 2014; |
(d) |
il-punt CC.GEN.030 tal-Anness V, sat-8 ta’ April 2015; |
(e) |
l-Anness V, għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti f’operati kummerċjali bil-ħelikopters, sat-8 ta’ April 2015; |
(f) |
l-Annessi VI u VII, għall-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li jipprovdu taħriġ biss għal-liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru żgħar, għal-liċenzja ta’ bdot privat, għal-liċenzja ta’ bdot ta’ ballun tal-arja, jew għal-liċenzja ta’ bdot ta’ glider sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2015; |
(g) |
l-Annessi VI u VII għall-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li jipprovdu taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-titjir bi prova skont il-punt FCL.820 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, sat-8 ta’ April 2015; |
3. Meta Stat Membru jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Din in-notifika għandha tiddeskrivi ż-żmien u r-raġunijiet għat-tali deroga, kif ukoll il-programm ta’ implimentazzjoni li jinkludi l-azzjonijiet previsti u l-perjodu ta’ żmien relatat.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.
(3) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.
ANNESS
ANNESS V
IL-KWALIFIKI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA INVOLUT F’OPERAZZJONIJIET TAT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU
[PARTI-CC]
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
CC.GEN.001 Awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn persuna tapplika sabiex tinħarġilha attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.
CC.GEN.005 Kamp ta’ applikazzjoni
Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom mid-detenturi tagħhom.
CC.GEN.015 Applikazzjoni għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina
L-applikazzjoni għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.
CC.GEN.020 Età minima
L-applikant għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina jrid ikollu tal-inqas 18-il sena.
CC.GEN.025 Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Il-privileġġi tad-detenturi ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina huma li dawn jaġixxu bħala membri tal-ekwipaġġ tal-kabina f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bl-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(b) |
Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi speċifikati f’(a) biss jekk:
|
CC.GEN.030 Dokumenti u żamma tar-rekords
Biex juri l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kif speċifikat f’CC.GEN.025(b), kull detentur għandu jżomm, u jipprovdi meta jkun mitlub, l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-lista u r-rekords tat-taħriġ u tal-ivverifikar għat-tip ta’ inġenju tal-ajru tiegħu/tagħha jew kwalifika/i simili, sakemm l-operatur li jħaddem is-servizzi tiegħu/tagħha ma jżommx tali rekords u jkun jista’ jagħmilhom disponibbli mill-ewwel meta ssir talba għalihom minn awtorità kompetenti jew mid-detentur.
SUBPARTI CCA
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA
CC.CCA.100 Ħruġ tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina
(a) |
L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu biss lill-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami wara li jkunu temmew il-kors ta’ taħriġ tal-bidu skont din il-Parti. |
(b) |
L-attestazzjonijiet ta’ ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu:
|
CC.CCA.105 Validità tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina
L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinħareġ għal perjodu mhux limitat, u għandha tibqa’ valida, sakemm:
(a) |
ma tiġix sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti; jew |
(b) |
id-detentur tagħha jkun eżerċita l-privileġġi assoċjati matul is-60 xahar ta’ qabel fuq tal-inqas tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru. |
CC.CCA.110 Sospensjoni u revoka tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina
(a) |
Jekk id-detenturi ma jkunux konformi ma’ din il-Parti, l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom tista’ tiġi sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti. |
(b) |
F’każ ta’ sospensjoni jew revoka tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom mill-awtorità kompetenti, id-detenturi:
|
SUBPARTI TRA
REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ GĦALL-APPLIKANTI U D-DETENTURI TAL-ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA
CC.TRA.215 Provvediment ta’ taħriġ
It-taħriġ meħtieġ f’din il-Parti għandu:
(a) |
jiġi pprovdut mill-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ jew mill-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jkunu approvati biex jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti; |
(b) |
isir minn persunal ikkwalifikat u bl-esperjenza xierqa għall-elementi tat-taħriġ li jridu jkunu koperti; and |
(ċ) |
jitmexxa skont programm ta’ taħriġ u sillabu dokumentat bl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni. |
CC.TRA.220 Il-kors ta’ taħriġ tal-bidu u l-eżamijiet
(a) |
L-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom itemmu kors ta’ taħriġ tal-bidu biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ambjent tal-avjazzjoni u biex jiksbu l-għarfien ġenerali biżżejjed kif ukoll il-profiċjenza bażika meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom relatati mas-sikurezza tal-passiġġieri u t-titjira matul operazzjonijiet ta’ titjir normali, abnormali u ta’ emerġenza. |
(b) |
Il-programm tal-kors ta’ taħriġ tal-bidu għandu jkopri tal-inqas l-elementi speċifikati fl-Appendiċi 1 għal din il-Parti. Għandu jinkludi taħriġ teoriku u prattiku. |
(ċ) |
L-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu jagħmlu eżami li jkopri l-elementi kollha tal-programm ta’ taħriġ speċifikat f’(b), ħlief it-taħriġ CRM, sabiex juru li jkunu kisbu l-livell ta’ għarfien u l-profiċjenza meħtieġa f’(a). |
CC.TRA.225 Kwalifika/i għat-tip ta’ inġenju tal-ajru jew kwalifiki simili
(a) |
Id-detenturi ta’ attestazzjoni valida tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jaħdmu fuq inġenju tal-ajru biss jekk huma jkunu kkwalifikati skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORO. |
(b) |
Biex ikun ikkwalifikat għal tip ta’ inġenju tal-ajru jew simili, id-detentur:
|
Appendiċi 1 għall-Parti-CC
Il-kors ta’ taħriġ tal-bidu u l-eżamijiet
PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ
Il-programm ta’ taħriġ tal-kors tal-bidu għandu jinkludi tal-inqas dawn li ġejjin:
1. Għarfien teoriku ġenerali tal-avjazzjoni u tar-regolamenti dwar l-avjazzjoni li jkopru l-elementi kollha rilevanti għad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet meħtieġa mill-ekwipaġġ tal-kabina:
1.1. |
it-terminoloġija tal-avjazzjoni, it-teorija tat-titjir, id-distribuzzjoni tal-passiġġieri, iż-żoni ta’ titjir, il-metereoloġija u l-effetti tal-kontaminazzjoni superfiċjali tal-inġenju tal-ajru; |
1.2. |
ir-regolamenti tal-avjazzjoni rilevanti għall-ekwipaġġ tal-kabina u r-rwol tal-awtorità kompetenti; |
1.3. |
id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ tal-kabina matul l-operat, u l-ħtieġa li dawn jirreaġixxu fil-pront u b’mod effettiv għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
1.4. |
kompetenza u saħħa kontinwa biex wieħed jaħdem bħala membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, inkluż fir-rigward tal-limiti tal-ħin tat-titjira u tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ; |
1.5. |
l-importanza li jiġi żgurat li d-dokumenti u l-manwali rilevanti jinżammu aġġornati, bl-emendi jiġu fornuti mill-operatur skont kif applikabbli; |
1.6. |
l-importanza li l-ekwipaġġ tal-kabina jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont il-manwal tal-operat tal-operatur; |
1.7. |
l-importanza tal-informazzjoni minn qabel it-titjira lill-ekwipaġġ tal-kabina, u l-għoti ta’ informazzjoni ta’ sikurezza meħtieġa fir-rigward tad-dmirijiet speċifiċi tagħhom; u |
1.8. |
l-importanza li jiġi identifikat meta l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jkollhom l-awtorità u r-responsabbiltà li jibdew evakwazzjoni u proċeduri oħra ta’ emerġenza. |
2. Komunikazzjoni:
Matul it-taħriġ, għandha tingħata enfasi lill-importanza ta’ komunikazzjoni effettiva bejn l-ekwipaġġ tal-kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira, inklużi t-tekniki ta’ komunikazzjoni, u l-lingwa u t-terminoloġija komuni.
3. Kors introduttorju dwar il-fatturi umani (HF) fl-avjazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM)
Dan il-kors għandu jsir minn tal-inqas għalliem CRM wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina. L-elementi tat-taħriġ għandhom jiġu koperti fid-dettall u għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:
3.1. |
Ġenerali: fatturi umani fl-avjazzjoni, struzzjonijiet ġenerali dwar il-prinċipji u l-għanijiet tas-CRM, prestazzjoni umana u limitazzjonijiet; |
3.2. |
Rilevanti għall-membru individwali tal-ekwipaġġ tal-kabina: kuxjenza u għarfien dwar il-personalità, l-iżbalji umani u l-affidabbiltà, l-attitudnijiet u l-imġiba, l-awtovalutazzjoni; l-istress u l-ġestjoni tal-istress; l-għeja u l-viġilanza; l-assertività; kuxjenza tas-sitwazzjoni, il-ksib u l-ipproċessar ta’ informazzjoni. |
4. It-trattament tal-passiġġieri u s-sorveljanza tal-kabina:
4.1. |
l-importanza tal-allokazzjoni korretta tas-siġġijiet b’referenza għall-massa u l-bilanċ tal-ajruplan, kategoriji speċjali ta’ passiġġieri, u l-ħtieġa li l-passiġġieri mingħajr diżabbiltà jitpoġġew ħdejn il-bibien tal-ħruġ li ma jkunux sorveljati; |
4.2. |
ir-regoli li jkopru l-istivar bla periklu tal-bagalji tal-kabina u l-oġġetti ta’ servizz tal-kabina, u r-riskju li dawn isiru perikolużi għall-okkupanti tal-kompartiment tal-passiġġieri jew inkella jingumbraw jew jagħmlu ħsara lit-tagħmir jew lill-ħruġ tal-emerġenza; |
4.3. |
pariri dwar l-għarfien u l-ġestjoni tal-passiġġieri li jkunu fis-sakra jew li jiskru abbord, jew li jkunu taħt l-influwenza tad-drogi, jew li jkunu aggressivi; |
4.4. |
il-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu meta jinġarru annimali ħajjin fil-kompartiment tal-passiġġieri; |
4.5. |
il-kompiti li għandhom jitwettqu f’każ ta’ turbulenza, inkluż li tiġi garantita s-sikurezza tal-kompartiment tal-passiġġieri; u |
4.6. |
il-metodi użati għall-motivazzjoni tal-passiġġieri u l-kontroll tal-folla, meħtieġa biex titħaffef evakwazzjoni ta’ emerġenza. |
5. Aspetti ajrumediċi u tal-ewwel għajnuna:
5.1. |
struzzjoni ġenerali dwar aspetti ajrumediċi u s-sopravivenza; |
5.2. |
l-effetti fiżjoloġiċi tat-titjir, b’enfażi partikulari fuq l-ipossija, ir-rekwiżiti tal-ossiġnu, il-funzjonament tat-tromba ta’ Ewstakju u l-barotrawmi; |
5.3. |
l-ewwel għajnuna bażika, inkluża l-kura ta’:
|
5.4. |
emerġenzi mediċi matul it-titjira u l-ewwel għajnuna assoċjata, li jkopru tal-inqas:
|
5.5. |
l-użu ta’ tagħmir xieraq, inkluż l-ossiġnu tal-ewwel għajnuna, il-kitts tal-ewwel għajnuna u l-kitts mediċi ta’ emerġenza, u l-kontenuti tagħhom; |
5.6. |
taħriġ prattiku fir-risuxxitazzjoni kardjopulmonari minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, bl-użu ta’ pupu ddiżinjat apposta, u b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ambjent tal-inġenju tal-ajru; u |
5.7. |
is-saħħa u l-iġjene fl-ivvjaġġar, inklużi:
|
6. Il-merkanzjia perikoluża skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi applikabbli tal-ICAO.
7. Aspetti ta’ sikurezza ġenerali fl-avjazzjoni, inkluż l-għarfien tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 300/2008.
8. Taħriġ kontra n-nirien u d-duħħan:
8.1. |
enfażi fuq ir-responsabbiltà tal-ekwipaġġ tal-kabina li jindirizza fil-pront emerġenzi li jinvolvu nirien u duħħan u, b’mod partikulari, enfażi fuq l-importanza li jiġi identifikat is-sors reali tan-nar; |
8.2. |
l-importanza li l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi infurmat mill-ewwel, kif ukoll l-azzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall-koordinazzjoni u l-għajnuna, meta jinstab li hemm nar jew duħħan; |
8.3. |
il-ħtieġa ta’ kontrolli frekwenti f’żoni li għandhom potenzjal ta’ riskju tan-nar, inklużi t-tojlits, u d-detetturi tad-duħħan assoċjati; |
8.4. |
il-klassifikazzjoni tan-nirien u tat-tip xieraq ta’ aġenti għat-tifi tan-nar, u l-proċeduri għal sitwazzjonijiet partikulari ta’ nar; |
8.5. |
it-tekniċi ta’ applikazzjoni tal-aġenti għat-tifi tan-nar, il-konsegwenza tal-użu żbaljat tagħhom, u l-użu tagħhom fi spazju magħluq, inkluż it-taħriġ prattiku fit-tifi tan-nar, fl-ilbies u fl-użu tat-tagħmir użat fl-avjazzjoni għall-protezzjoni kontra d-duħħan; and |
8.6. |
il-proċeduri ġenerali tas-servizzi ta’ emerġenza fuq l-art, fl-ajrudromi. |
9. Taħriġ tas-sopravivenza:
9.1. |
il-prinċipji tas-sopravivenza f’ambjenti ostili (eż. polari, fid-deżert, fil-ġungla, fil-baħar); u |
9.2. |
taħriġ tas-sopravivenza fl-ilma, li għandu jinkludi kif jintlibes u jintuża t-tagħmir biex persuna tibqa’ f’wiċċ l-ilma, kif ukoll l-użu ta’ żurżieqa tas-salvataġġ jew tagħmir simili, kif ukoll il-prassi effettiva fl-ilma. |
ANNESS VI
REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ GĦALL-EKWIPAĠĠ TAL-AJRU
[PARTI-ARA]
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
TAQSIMA I
ĠENERALI
ARA.GEN.105 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Parti u tal-Parti-ORA, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija biex juru mezzi ta’ kif għandha tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament Bażiku u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; |
2. |
“Mezzi alternattivi ta’ konformità” tfisser mezzi li jipproponu alternattiva għal AMC eżistenti, jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li għaliha ma jkun ġie adottat l-ebda AMC assoċjat mill-Aġenzija; |
3. |
“Organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata (ATO)” tfisser organizzazzjoni kkwalifikata għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta’ approvazzjoni għall-provvediment ta’ taħriġ għal-liċenzji ta’ bdot, kif ukoll għall-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati; |
4. |
“Mudell ta’ apparat ta’ taħriġ fl-istrumenti bażiċi (mudell BITD)” tfisser kombinazzjoni ddefinita ta’ ħardwer u softwer, li tkun kisbet il-kwalifika ta’ BITD; |
5. |
“Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (CS)” huma standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw mezzi biex juru l-konformità mar-Regolament Bażiku u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u li jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni; |
6. |
“Għalliem tat-titjira (FI)” tfisser għalliem bil-privileġġi li jipprovdi taħriġ fuq inġenju tal-ajru, skont il-Parti-FCL; |
7. |
“Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTD)” tfisser apparat ta’ taħriġ li jkun:
|
8. |
“Kwalifika ta’ FSTD” tfisser il-livell tal-kapaċità teknika ta’ FSTD kif iddefinit fid-dokument ta’ konformità; |
9. |
“Utent ta’ FSTD” tfisser l-organizzazzjoni jew il-persuna li titlob lil ATO għal taħriġ, verifika jew prova fl-użu ta’ FSTD; |
10. |
“Żamma fuq l-art” tfisser il-projbizzjoni formali ta’ inġenju tal-ajru milli jtir, u t-teħid ta’ dawn il-passi skont kif ikun meħtieġ biex iżżommu; |
11. |
“Materjal ta’ Gwida (GM)” tfisser materjal mhux vinkolanti żviluppat mill-Aġenzija li jgħin fit-tifsira ta’ rekwiżit jew speċifikazzjoni, u li jintuża biex jgħin fl-interpretazzjoni tar-Regolament Bażiku, ir-Regola ta’ Implimentazzjoni tiegħu u l-AMC; |
12. |
“ARO.RAMP” tfisser is-Subparti RAMP tal-Anness II għar-Regolament dwar Operazzjonijiet tal-Ajru; |
13. |
“Apparat ta’ taħriġ ieħor (OTD)” tfisser apparat li jintuża għat-taħriġ tal-bdoti, għajr FSTD li jipprovdi għal taħriġ fejn ma jkunx meħtieġ ambjent sħiħ ta’ kabina tal-pilotaġġ; |
14. |
“Parti-ARA” tfisser l-Anness VI għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili; |
15. |
“Parti-ORO” tfisser l-Anness III għar-Regolament dwar l-Operazzjonijiet tal-Ajru; |
16. |
“Parti-CC” tfisser l-Anness V għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili; |
17. |
“Parti-FCL” tfisser l-Anness I għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili; |
18. |
“Parti-MED” tfisser l-Anness IV għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili; |
19. |
“Parti-ORA” tfisser l-Anness VII għar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Avjazzjoni Ċivili; |
20. |
‘Post prinċipali tan-negozju’ tfisser l-uffiċċju ewlieni jew l-uffiċċju rreġistrat tal-organizzazzjoni li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll tal-operat tal-attivitajiet msemmija f’dan ir-Regolament; |
21. |
‘Gwida għat-test tal-kwalifika (QTG)’ tfisser dokument imfassal biex juri li l-prestazzjoni u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar ta’ FSTD jirrappreżentaw dawk tal-inġenju tal-ajru, il-klassi tal-ajruplan jew it-tip ta’ ħelikopter, simulat fil-limiti preskritti u li r-rekwiżiti applikabbli kollha ġew sodisfati. Il-QTG tinkludi d-dejta tal-inġenju tal-ajru, il-klassi tal-ajruplan jew it-tip ta’ ħelikopter, kif ukoll id-dejta tal-FSTD li tintuża biex tappoġġja l-validazzjoni. |
ARA.GEN.115 Dokumentazzjoni tas-superviżjoni
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti kollha relatati lill-persunal rilevanti sabiex tippermettilhom jaqdu l-kompiti tagħhom u biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
ARA.GEN.120 Mezzi ta’ konformità
(a) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Meta jkun hemm konformità mal-AMC, ir-rekwiżiti meħtieġa tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew sodisfati. |
(b) |
Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b’mod konsistenti li l-mezzi alternattivi ta’ konformità kollha użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni taħt is-superviżjoni tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-mezzi alternattivi ta’ konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont OR.GEN.120, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni. Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi ta’ konformità alternattivi huma skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, għandha tagħmel li ġej, mingħajr dewmien żejjed:
|
(e) |
Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi ta’ konformità alternattivi biex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, għandha tagħmel li ġej:
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità, inkluża kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni ġew sodisfati. |
ARA.GEN.125 Informazzjoni lill-Aġenzija
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tavża, mingħajr dewmien żejjed, lill-Aġenzija f’każ li jinqalgħu xi problemi bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza, li tkun toriġina mir-rapporti ta’ okkorrenza li tkun irċeviet. |
ARA.GEN.135 Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza
(a) |
Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta’ sikurezza b’mod xieraq. |
(b) |
L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni ta’ sikurezza li tkun irċeviet, u tipprovdi, mingħajr dewmien żejjed, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li jkunu neċessarji għalihom biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema ta’ sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. |
(c) |
Kif tirċievi l-informazzjoni msemmija f’(a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema ta’ sikurezza. |
(d) |
Il-miżuri meħuda skont (c) għandhom jiġu nnotifikati lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. |
TAQSIMA II
Ġestjoni
ARA.GEN.200 Sistema ta’ ġestjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, inkluż bħala minimu:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività li tinkludi sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollha/hom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/i rilevanti. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, inkluż rigward is-sejbiet kollha identifikati u azzjonijiet ta’ kontinwità mwettqa bħala riżultat ta’ superviżjoni ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija. |
(d) |
Kopja tal-proċeduri relatati mas-sistema tal-ġestjoni u l-emendi tagħhom għandha tkun disponibbli għall-Aġenzija għall-finijiet ta’ standardizzazzjoni. |
ARA.GEN.205 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati
(a) |
Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-superviżjoni kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifika interna, u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza, meħtieġ skont AR.GEN.200 (a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ superviżjoni kontinwa li jsiru f’isimha. |
ARA.GEN.210 Tibdil fis-sistema tal-ġestjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha biex twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermetti li l-awtorità kompetenti tieħu azzjoni kif xieraq biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva. |
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidliet fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha biex twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha. |
ARA.GEN.220 Żamma tar-rekords
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprovdi għall-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà, u t-traċċabbiltà kredibbli ta’:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet kollha, taċ-ċertifikati tal-kwalifika ta’ FSTD u tal-liċenzji tal-impjegati tiegħu, kif ukoll taċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet maħruġa minnha. |
(c) |
Ir-rekords kollha għandhom jinżammu għall-perjodu minimu speċifikat f’dan ir-Regolament. Fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni, ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta personali. |
TAQSIMA III
Superviżjoni, ċertifikazzjoni u infurzar
ARA.GEN.300 Superviżjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:
|
(b) |
Din il-verifika għandha:
|
(c) |
Il-firxa tas-superviżjoni ddefinita f’(a) u (b) għandha tqis ir-riżultati ta’ attivitajiet ta’ superviżjoni mgħoddija, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza. |
(d) |
Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri u għall-obbligi tagħhom kif stabbilit f’AR.RAMP, l-ambitu tas-superviżjoni tal-attivitajiet eżerċitati fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuni jew organizzazzjonijiet stabbiliti jew li jinstabu fi Stat Membru ieħor għandu jiġi stabbilit abbażi tal-prijoritajiet tas-sikurezza identifikati fil-pjan tas-sikurezza, kif ukoll tal-attivitajiet ta’ superviżjoni fil-passat. |
(e) |
Fejn attività ta’ persuna jew organzzazzjoni tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed jew l-Aġenzija, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni skont (a) tista’ taqbel li l-kompiti ta’ superviżjoni jsiru mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn l-attività tkun qed isseħħ, jew mill-Aġenzija. Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni soġġetta għal tali ftehim għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-ambitu tagħha. |
(f) |
L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-superviżjoni, inkluż għal spezzjonijiet tar-rampa u oħrajn li ma jkunux avżati minn qabel. |
ARA.GEN.305 Programm ta’ superviżjoni
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta’ superviżjoni meħtieġa skont ARA.GEN.300 u ARA.RAMP. |
(b) |
Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti u d-detenturi ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, il-programm ta’ superviżjoni għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew superviżjoni fil-passat, u għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. Għandu jinkludi f’kull ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni:
|
(c) |
Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti u d-detenturi ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni li ma jaqbiżx l-24 xahar. Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jitnaqqas jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni jew tad-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FTSD tkun naqset. Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-24 xahar ta’ qabel:
Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jerġa’ jiġi estiż sa massimu ta’ 48 xahar jekk, flimkien ma’ ta’ hawn fuq, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva ta’ rappurtar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha. |
(d) |
Għal persuni li jkollhom liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni, jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ superviżjoni għandu jinkludi spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, kif ikun xieraq. |
(e) |
Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi r-rekords tad-dati ta’ meta jkunu se jsiru l-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u ta’ meta tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat ikunu saru. |
AR.GEN.310 Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali – organizzazzjonijiet
(a) |
Kif tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli. |
(b) |
Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat(i), kif stabbilit fl-Appendiċi III u l-Appendiċi V għal din il-Parti. Iċ-ċertifikat(i) għandu jinħareġ/għandhom jinħarġu għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi u l-ambitu tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat(i). |
(c) |
Biex organizzazzjoni tkun tista’ timplimenta bidliet mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont ORA.GEN.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura mressqa mill-organizzazzjoni, li tiddefinixxi l-ambitu ta’ tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati. |
ARA.GEN.315 Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet, ċertifikati jew attestazzjonijiet - persuni
(a) |
Kif tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ liċenzja personali, klassifikazzjoni, ċertifikat jew attestazzjoni u kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli. |
(b) |
Meta tkun sodisfatta li l-applikant ikun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tivvalida mill-ġdid, iġġedded jew tbiddel il-liċenzja, iċ-ċertifikat, il-klassifikazzjoni, jew l-attestazzjoni. |
ARA.GEN.330 Bidliet – organizzazzjonijiet
(a) |
Kif tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet skont liema organizzazzjoni tista’ tiffunzjona matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż. Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla. |
(b) |
Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta bidliet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti kif definit f’(a), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni. |
(c) |
Għal bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifikazzjoni mibgħuta mill-organizzazzjoni skont ORA.GEN.130, biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha:
|
ARA.GEN.350 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi - organizzazzjonijiet
(a) |
L-awtorità kompetenti għas-superviżjoni skont ARA.GEN.300 (a) għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet għas-sinifikat tagħhom għas-sikurezza. |
(b) |
Sejba tal-livell 1 għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew ċertifikat li jbaxxu s-sikurezza jew li jipperikolaw b’mod serju s-sikurezza tat-titjira. Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:
|
(c) |
Sejba tal-livell 2 għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew ċertifikat li jbaxxu s-sikurezza jew inkella li jipperikolaw b’mod serju s-sikurezza tat-titjira. |
(d) |
Meta tiġi stabbilita sejba matul is-superviżjoni jew b’mezzi oħra, l-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, għandha tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex ikun indirizzat n-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun reġistrat l-inġejnu tal-ajru.
|
(e) |
Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar oħra, meta l-awtorità ta’ Stat Membru li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ ARA.GEN.300 (d) tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu minn organizzazzjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħtiha indikazzjoni dwar il-livell tas-sejba. |
ARA.GEN.355 Sejbiet u miżuri ta’ infurzar - persuni
(a) |
Jekk, waqt superviżjoni jew b’mezzi oħra, tinstab evidenza mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni skont ARA.GEN.300(a) li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi s-sejba, tirreġistraha u tinnotifikaha bil-miktub lid-detentur tal-liċenzja, taċ-ċertifikat, tal-klassifikazzjoni jew tal-attestazzjoni. |
(b) |
Meta tinqala’ tali sejba, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni. Jekk is-sejba tiġi kkonfermata, għandha:
|
(c) |
Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-persuna jew lill-organizzazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat mediku jew l-attestazzjoni. |
(d) |
Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżuri ta’ infurzar oħrajn, meta l-awtorità ta’ Stat Membru li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ AR.GEN.300(d) issib evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti. |
(e) |
Jekk, waqt superviżjoni jew mezzi oħra, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha u ma jkollhiex liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont dak ir-Regolament u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti li tkun stabbiliet in-nuqqas ta’ konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar meħtieġa biex tkun evitata t-tkomplija ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità. |
SUBPARTI FCL
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJI GĦALL-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA
TAQSIMA I
Ġenerali
ARA.FCL.120 Żamma tar-rekords
Apparti r-rekords meħtieġa skont ARA.GEN.220 (a), l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema tagħha taż-żamma tar-rekords id-dettalji tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku u l-valutazzjonijiet tal-ħiliet tal-bdoti.
TAQSIMA II
Liċenzji, klassifikazzjoni u ċertifikati
ARA.FCL.200 Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat
(a) |
Ħruġ ta’ liċenzji u klassifikazzjonijiet. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzja ta’ bdot u klassifikazzjonijiet assoċjati, billi tuża l-formola stabbilita fl-Appendiċi I għal din il-Parti. |
(b) |
Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ għalliem u eżaminatur. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem jew eżaminatur bħala:
|
(c) |
Approvazzjoni ta’ liċenzja minn eżaminaturi. Qabel ma tawtorizza speċifikament lil ċerti eżaminaturi jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa. |
ARA.FCL.205 Superviżjoni tal-eżaminaturi
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta’ superviżjoni biex tissorvelja l-imġiba u l-prestazzjoni tal-eżaminaturi, billi tikkunsidra:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista ta’ eżaminaturi li hija stess tkun iċċertifikat, kif ukoll tal-eżaminaturi ċċertifikati minn awtoritajiet kompetenti oħra li jeżerċitaw il-privileġġi fit-territorju tagħha, u li għal dawn, l-awtorità tkun ipprovdiet struzzjonijiet skont FCL.1015 (c)(2). Il-lista għandha tiddikjara l-privileġġi tal-eżaminaturi, u għandha tiġi ppubblikata u miżmuma aġġornata mill-awtorità kompetenti. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri biex tassenja eżaminaturi għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet. |
ARA.FCL.210 Informazzjoni lill-eżaminaturi
L-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi lill-eżaminaturi li hi tkun iċċertifikat, u lil dawk iċċertifikati minn awtoritajiet kompetenti oħra li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju tagħhom, bi kriterji ta’ sikurezza li jridu jiġu osservati meta jsiru t-testijiet tal-ħiliet u l-verifiki tal-profiċjenza abbord ajruplan.
ARA.FCL.215 Perjodu tal-validità
(a) |
Meta toħroġ jew iġġedded klassifikazzjoni jew ċertifikat, l-awtorità kompetenti jew, fil-każ ta’ tiġdid, eżaminatur awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti, għandhom jestendu l-perjodu tal-validità sa tmiem ix-xahar rilevanti. |
(b) |
Meta tivvalida mill-ġdid klassifikazzjoni, ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur, l-awtorità kompetenti, jew eżaminatur awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti, għandhom jestendu l-perjodu tal-validità tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat sa tmiem ix-xahar rilevanti. |
(c) |
L-awtorità kompetenti, jew eżaminatur awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti, għandhom iniżżlu d-data ta’ meta tiskadi l-liċenzja jew iċ-ċertifikat. |
(d) |
L-awtorità kompetenti tista’ tiżviluppa proċeduri biex ikunu awtorizzati ċerti privileġġi li jridu jiġu eżerċitati mid-detentur tal-liċenzja jew ċertifikat għal perjodu massimu ta’ tmien ġimgħat wara t-twettiq b’suċċess tal-eżami(jiet) applikabbli, skont l-awtorizzazzjoni fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat. |
ARA.FCL.220 Proċedura għall-ħruġ mill-ġdid ta’ liċenzja ta’ bdot
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ mill-ġdid liċenzja kull meta jkun meħtieġ għal raġunijiet amministrattivi u:
|
(b) |
Klassifikazzjonijiet u ċertifikati validi biss għandhom jiġu trasferiti lid-dokument tal-liċenzja l-ġdida. |
ARA.FCL.250 Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u ċertifikati
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, skont kif ikun applikabbli, liċenzja ta’ bdot u l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati assoċjati skont ARA.GEN.315, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (iżda mhux fihom biss):
|
(b) |
L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tillimita, tissospendi jew tirrevoka liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat fuq talba bil-miktub tad-detentur tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat. |
(c) |
It-testijiet tal-ħila, il-verifiki tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha li jsiru waqt is-sospensjoni jew wara r-revoka ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur ma jibqgħux validi. |
TAQSIMA III
Eżamijiet tal-għarfien teoriku
ARA.FCL.300 Proċeduri tal-eżami
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha ddaħħal fis-seħħ l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa li jippermettu lill-applikanti joqogħdu għall-eżamijiet tal-għarfien teoriku skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-FCL. |
(b) |
Fil-każ ta’ ATPL, MPL, liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), u l-klassifikazzjonijiet ta’ strument, dawk il-proċeduri għandhom ikunu konformi ma’ dawn kollha li ġejjin:
|
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikanti dwar l-ilsna disponibbli għall-eżamijiet. |
(d) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa biex tiżgura l-integrità tal-eżamijiet. |
(e) |
Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-applikant ma jkunx konformi mal-proċeduri tal-eżamijiet waqt l-eżami, din għandha tiġi vvalutata bil-ħsieb li twaħħal lill-applikant, jew fl-eżami ta’ suġġett wieħed jew inkella fl-eżamijiet kollha. |
(f) |
L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi lill-applikanti li jkunu nqabdu jqarrqu milli jagħmlu aktar eżamijiet għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar mid-data tal-eżami li fiha dawn inqabdu jqarrqu. |
SUBPARTI CC
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA
TAQSIMA I
Attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina
ARA.CC.100 Proċeduri għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma tar-rekords u għas-superviżjoni tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina skont ARA.GEN.315, ARA.GEN.220 u ARA.GEN.300, rispettivament. |
(b) |
L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu billi jintuża l-format u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi II għal din il-Parti: jew
|
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:
|
ARA.CC.105 Sospensjoni jew revoka tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina
L-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri skont ARA.GEN.355, inkluża s-sospensjoni jew ir-revoka ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, tal-inqas fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
in-nuqqas ta’ konformità mal-Parti-CC jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORO u l-Parti-CAT, fejn tkun ġiet stabbilita problema ta’ sikurezza; |
(b) |
il-kisba jew iż-żamma tal-validità tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza; |
(c) |
l-eżerċizzju tal-privileġġi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina meta dan ikun ġie affettwat b’mod ħażin bl-alkoħol jew bid-drogi; and |
(d) |
evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina. |
TAQSIMA II
Organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew li joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina
ARA.CC.200 Approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet biex jipprovdu taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina
(a) |
Qabel ma toħroġ approvazzjoni lil organizzazzjoni ta’ taħriġ jew lil operatur ta’ trasport kummerċjali bl-ajru biex jipprovdu taħriġ lill-ewkipaġġ tal-kabina, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li:
|
(b) |
Jekk, fi Stat Membru, l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom l-approvazzjoni biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-awtorità kompetenti għandha tagħti tali approvazzjonijiet biss lill-organizzazzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiżiti f’(a). Qabel ma tagħti tali approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
|
SUBPARTI ATO
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI (ATOs)
TAQSIMA I
Ġenerali
ARA.ATO.105 Programm ta’ superviżjoni
Il-programm ta’ superviżjoni għall-ATOs għandu jinkludi s-sorveljanza tal-istandards tal-kors, inkluż it-teħid ta’ kampjuni fuq it-titjiriet ta’ taħriġ mal-istudenti, jekk ikun xieraq għall-inġeju tal-ajru użat.
ARA.ATO.120 Żamma tar-rekords
Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema tagħha ta’ żamma tar-rekords, dettalji dwar il-korsijiet ipprovduti mill-ATO, u jekk ikun japplika, ir-rekords li jirrigwardaw l-FSTDs użati għat-taħriġ.
SUBPARTI FSTD
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-KWALIFIKI TA’ APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR (FSTDs)
TAQSIMA I
Ġenerali
ARA.FSTD.100 Proċedura ta’ evalwazzjoni inizjali
(a) |
Meta tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat kwalifika ta’ FSTD, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha biss tapprova l-QTG wara li titlesta l-evalwazzjoni inizjali tal-FSTD u meta d-diskrepanzi kollha fil-QTG ikunu ġew indirizzati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti. Il-QTG li tirriżulta mill-proċedura ta’ evalwazzjoni inizjali għandha tkun il-QTG prinċipali (MQTG), li għandha tkun il-bażi għall-kwalifika tal-FSTD u l-evalwazzjonijiet tal-FSTD rikorrenti li jsiru wara. |
(c) |
Bażi tal-kwalifika u kundizzjonijiet speċjali.
|
ARA.FSTD.110 Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD
(a) |
Wara li tintemm evalwazzjoni tal-FSTD, u meta tkun sodisfatta li l-FSTD jilħaq il-bażi applikabbli ta’ kwalifika skont ORA.FSTD.210 u li l-organizzazzjoni li toperah tilħaq ir-rekwiżiti applikabbli biex iżżomm il-kwalifika tal-FSTD skont ORA.FSTD.100, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD b’dewmien mhux limitat, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Appendiċi IV għal din il-Parti. |
ARA.FSTD.115 Kwalifika intermedja tal-FSTD
(a) |
Fil-każ tal-introduzzjoni ta’ programmi ta’ inġejni tal-ajru ġodda, meta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-kwalifika ta’ FSTD ma tkunx possibbli, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ livell ta’ kwalifika tal-FSTD intermedja. |
(b) |
Għas-simulaturi ta’ titjira sħiħa (FFS), livell ta’ kwalifika intermedja għandu jingħata biss fil-livelli A, B jew C. |
(c) |
Dan il-livell tal-kwalifika intermedja għandu jkun validu sakemm ikun jista’ jinħareġ livell ta’ kwalifika aħħari u, fi kwalunkwe każ, m’għandux jaqbeż it-tliet snin. |
AR.FSTD.120 Tkomplija ta’ kwalifika tal-FSTD
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja kontinwament l-organizzazzjoni li topera l-FSTD, biex tivverifika li:
|
(b) |
L-awtorità kompetenti għandha twettaq l-evalwazzjonijiet rikorrenti tal-FSTD skont il-proċeduri ddettaljati f’ARA.FSTD.100. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom isiru:
|
ARA.FSTD.130 Tibdiliet
(a) |
Kif tirċievi applikazzjoni għal kwalunkwe bidla għaċ-ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-elementi applikabbli tar-rekwiżiti tal-proċedura tal-evalwazzjoni inizjali kif deskritt f’ARA.FSTD.100(a) u (b). |
(b) |
L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni speċjali wara bidliet kbar, jew meta l-FSTD ikun jidher li ma jkunx qed jagħti prestazzjoni fil-livell ta’ kwalifika inizjali tiegħu. |
(c) |
L-awtorità kompetenti għandha dejjem tagħmel evalwazzjoni speċjali qabel ma tagħti livell ogħla ta’ kwalifika lil FSTD. |
ARA.FSTD.135 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi – ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD
L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, skont kif ikun applikabbli, ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD skont ARA.GEN.350 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (iżda mhux fihom biss):
(a) |
il-kisba ta’ ċertifikat ta’ FSTD bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza; |
(b) |
l-organizzazzjoni li topera l-FSTD ma tkunx tista’ turi aktar li l-FSTD huwa konformi mal-bażi tal-kwalifika tiegħu; or |
(c) |
l-organizzazzjoni li topera l-FSTD ma tibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORA. |
ARA.FSTD.140 Żamma tar-rekords
Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna lista tal-FSTDs ikkwalifikati taħt is-superviżjoni tagħha, id-dati ta’ meta jridu jsiru l-valutazzjonijiet, u ta’ meta dawk il-valutazzjonijiet ikunu saru.
SUBPARTI AeMC
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAĊ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI (AeMCs)
TAQSIMA I
Ġenerali
AR.AeMC.110 Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali
Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għal AeMC għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’ARA.GEN.310.
AR.AeMC.150 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi - AeMC
Mingħajr ħsara għal ARA.GEN.350, sejbiet tal-livell 1 jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
(a) |
in-nuqqas li jinħatar kap tal-AeMC; |
(b) |
in-nuqqas li tkun żgurata l-kunfidenzjalità medika tar-rekords ajrumediċi; u |
(c) |
in-nuqqas li l-awtorità kompetenti tiġi pprovduta bid-dejta medika u statistika għall-finijiet tas-superviżjoni. |
SUBPARTI MED
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI AJRUMEDIKA
TAQSIMA I
Ġenerali
ARA.MED.120 Assessuri mediċi
L-awtorità kompetenti għandha taħtar assessur mediku wieħed jew aktar biex iwettqu l-kompiti deskritti f’din it-Taqsima. L-assessur mediku għandu jkun liċenzjat u kkwalifikat fil-mediċina, u għandu jkollu:
(a) |
esperjenza ta’ xogħol postgradwat fil-mediċina ta’ mill-inqas 5 snin; |
(b) |
għarfien speċifiku u esperjenza fil-mediċina tal-avjazzjoni; u |
(c) |
taħriġ speċifiku fiċ-ċertifikazzjoni medika. |
ARA.MED.125 Riferiment lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji
Meta AeMC, jew eżaminatur ajrumediku (AME), ikun irrefera d-deċiżjoni dwar l-adegwatezza medika ta’ applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji:
(a) |
l-assessur mediku jew il-persunal mediku maħturin mill-awtorità kompetenti għandhom jevalwaw id-dokumentazzjoni medika rilevanti, u jitolbu aktar dokumentazzjoni, eżamijiet u testijiet mediċi fejn ikun meħtieġ; u |
(b) |
l-assessur mediku għandu jiddetermina l-adegwatezza medika tal-applikant għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku b’limitazzjoni waħda jew aktar, skont kif ikun meħtieġ. |
ARA.MED.130 Format taċ-ċertifikat mediku
Il-format taċ-ċertifikat mediku għandu jkun skont l-Appendiċi VI għal din il-Parti.
ARA.MED.135 Formoli ajrumediċi
L-awtorità kompetenti għandha tuża l-formoli li ġejjin:
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni għal ċertifikat mediku; |
(b) |
il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti tal-klassi 1 u l-klassi 2; u |
(c) |
il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġejnu tal-ajru żgħir (LAPL). |
ARA.MED.145 Notifika tal-GMP lill-awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti, fejn applikabbli, għandha tistabbilixxi proċess ta’ notifikazzjoni għat-tobba mediċi ġenerali (GMPs) sabiex ikun żgurat li l-GMP ikun jaf ir-rekwiżiti mediċi stabbiliti f’MED.B.095.
ARA.MED.150 Żamma tar-rekords
(a) |
Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema ta’ żamma tar-rekords tagħha dettalji tal-eżamijiet ajrumediċi u l-valutazzjonijiet imressqa mill-AMEs, l-AeMCs jew il-GMPs. |
(b) |
Ir-rekords ajrumediċi kollha tad-detenturi ta’ liċenzja għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara li jkun skada l-aħħar ċertifikat mediku tagħhom. |
(c) |
Għall-finijiet tal-assessjar ajrumediku u l-istandardizzazzjoni, ir-rekords ajrumediċi għandhom isiru disponibbli, bil-permess miktub tal-applikant/tad-detentur tal-liċenzja, għal:
|
(d) |
L-awtorità kompetenti tista’ tqiegħed rekords ajrumediċi għad-dispożizzjoni għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija f’(c), skont id-Direttiva 95/46/KR, kif implimentata fil-liġi nazzjonali. |
(e) |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm listi:
Dawn il-listi għandhom jiġu żvelati lil Stati Membri oħra u lill-Aġenzija, fuq talba. |
TAQSIMA II
Eżaminaturi ajrumediċi (AMEs)
ARA.MED.200 Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ ċeritifkat ta’ AME
(a) |
Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għal AME għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’ARA.GEN.315. Qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandu jkollha evidenza li l-prattika ta’ AME hija mgħammra kompletament biex twettaq l-eżamijiet ajrumediċi fl-ambitu taċ-ċertifikat ta’ AME li għalih tkun saret l-applikazzjoni. |
(b) |
Meta tkun sodisfatta li l-AME hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tivvalida mill-ġdid, iġġedded jew tibdel iċ-ċertifikat ta’ AME għal perjodu ta’ tliet snin, bil-formola stabbilita fl-Appendiċi VII għal din il-Parti. |
ARA.MED.240 Tobba mediċi ġenerali (GMPs) li jaġixxu ta’ AMEs
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra jekk l-eżamijiet ajrumediċi għall-LAPL ikunu jistgħu jsiru fit-territorju tagħha mill-GMPs.
ARA.MED.245 Sorveljanza kontinwa tal-AMEs u l-GMPs
Meta tiżviluppa l-programm ta’ sorveljanza kontinwa msemmi f’ARA.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-għadd ta’ AMEs u GMPs li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti tkun qed teżerċita s-sorveljanza.
AR.MED.250 Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ ċertifikat tal-AME
(a) |
L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-AME f’każijiet fejn:
|
(b) |
Iċ-ċertifikat ta’ AME għandu jiġi revokat b’mod awtomatiku f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
AR.MED.255 Miżuri ta’ infurzar
Jekk, matul is-superviżjoni jew b’mezzi oħra, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità minn AeMC, AME jew GMP, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandu jkollha proċess biex tirrevedi ċ-ċertifikati mediċi maħruġa minn dak l-AeMC, l-AME jew GMP, u tista’ tħassar il-validità tagħhom fejn ikun meħtieġ biex tiżgura s-sikurezza tat-titjir.
TAQSIMA III
Ċertifikazzjoni medika
ARA.MED.315 Reviżjoni tar-rapporti tal-eżamijiet
L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandu jkollha proċess implimentat biex:
(a) |
tirrevedi r-rapporti tal-eżami u tal-valutazzjoni li tkun irċeviet mill-AeMCs, l-AMEs u l-GMPs, u tinfurmahom dwar kwalunkwe inkonsistenza jew żball li jkunu saru waqt il-proċess tal-valutazzjoni; u |
(b) |
tgħin lill-AMEs u l-AeMCs fuq talba rigward id-deċiżjoni tagħhom dwar l-adegwatezza ajrumedika f’każijiet kontroversjali. |
AR.MED.325 Proċedura ta’ reviżjoni sekondarja
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura għar-reviżjoni ta’ każijiet dubjużi u kontroversjali bl-involviment ta’ konsulenti mediċi indipendenti, li jkollhom l-esperjenza fil-prattika tal-mediċina tal-avjazzjoni, sabiex iqisu u jagħtu parir dwar l-adegwatezza ta’ applikant għal ċertifikazzjoni medika.
Appendiċi I GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA
Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira
Il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat Membru skont il-Parti-FCL għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Il-kontenut. In-numru tal-element indikat għandu jkun dejjem stampat b’rabta mal-intestatura tal-element. L-elementi I sa XI huma ‘permanenti’, u l-elementi XII sa XIV huma elementi ‘varjabbli’ li jistgħu jidhru fuq folja separata jew li tista’ tinqala’ minn mal-formola ewlenija. Kwalunkwe parti separata jew li tinqala’ għandha tkun identifikata b’mod ċar bħala parti mil-liċenzja.
|
(b) |
Il-materjal. Il-karta jew materjal ieħor użat għandhom jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandu jkun awtorizzat b’mod ċar mill-awtorità kompetenti. |
(c) |
Il-lingwa. Il-liċenzji għandhom ikunu miktubin bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u b’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti. |
Appendiċi II GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA
Format standard tal-EASA għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina
L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina maħruġa skont il-Parti-CC fi Stat Membru għandhom ikunu skont l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
Istruzzjonijiet:
(a) |
L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinkludi l-punti kollha speċifikati fil-Formola 142 tal-EASA skont il-punti 1-12 hawn taħt. |
(b) |
Id-daqs għandu jkun 1/8 ta’ A4 u l-materjal li jintuża għandu jevita jew juri biċ-ċar kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. |
(c) |
Id-dokument għandu jkun stampat bl-Ingliż u f’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti. |
(d) |
Id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni approvata biex toħroġ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina. Fil-każ tal-aħħar, għandha titniżżel ir-referenza għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. |
(e) |
L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina hija rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha u mhux meħtieġ li d-dokument jiġi skambjat meta d-detentur ikun qed jaħdem fi Stat Membru ieħor. |
Element 1 |
: |
It-titolu “ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA” u r-referenza għall-Parti-CC |
||||
Element 2 |
: |
In-numru ta’ referenza tal-attestazzjoni għandu jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat Membru segwit b’minn tal-inqas l-aħħar 2 ċifri tas-sena tal-ħruġ u referenza/numru individwali skont kodiċi stabbilit mill-awtorità kompetenti (eż., BE-08-xxxx). |
||||
Element 3 |
: |
L-Istat Membru fejn tkun inħarġet l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina. |
||||
Element 4 |
: |
L-isem sħiħ (kunjom u isem) indikat fid-dokument tal-identità uffiċjali tad-detentur. |
||||
Elementi 5 u 6 |
: |
Id-data u l-post tat-twelid kif ukoll in-nazzjonalità, kif indikati fid-dokument tal-identità uffiċjali tad-detentur. |
||||
Element 7 |
: |
Il-firma tad-detentur. |
||||
Element 8 |
: |
Hawnhekk jitniżżlu d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun inħarġet l-attestazzjoni, u għandhom jiġu pprovduti l-isem sħiħ tal-awtorità kompetenti, l-indirizz postali, is-siġill uffiċjali, u l-logo tagħha jekk applikabbli. |
||||
Element 9 |
: |
Jekk l-awtorità kompetenti tkun l-entità li toħroġ l-attestazzjoni, għandhom jiddaħħlu t-terminu “awtorità kompetenti” u s-siġill jew it-timbru uffiċjali. Fil-każ ta’ organizzazzjoni approvata, għandhom jitniżżlu d-dettalji tal-identifikazzjoni, u għandhom jiġi pprovduti tal-inqas l-isem sħiħ tal-organizzazzjoni, l-indirizz postali tagħha, u jekk applikabbli, il-logo u:
|
||||
Element 10 |
: |
Firma tal-uffiċċjal li jaġixxi f’isem l-entità li toħroġ l-attestazzjoni. |
||||
Element 11 |
: |
Għandu jintuża format standard għad-data: jiġifieri jum/xahar/sena b’mod sħiħ (pereżempju, 22/02/2008). |
||||
Element 12 |
: |
L-istess sentenza bl-Ingliż u t-traduzzjoni sħiħa u preċiża tagħha f’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti. |
Appendiċi IV GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA
ĊERTIFIKAT TAL-KWALIFIKA TA’ APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR
Introduzzjoni
Il-Formola 145 tal-EASA għandha tintuża għaċ-ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD. Dan id-dokument għandu jkun fih l-Ispeċifikazzjoni tal-FSTD, inklużi kwalunkwe limitazzjoni(jiet) u awtorizzazzjoni(jiet) jew approvazzjoni(jiet) speċjali meqjusa xierqa għall-FSTD ikkonċernat. Iċ-ċertifikat tal-kwalifika għandu jkun stampat bl-Ingliż u fi kwalunkwe lingwa/i oħra stabbilita/i mill-awtorità kompetenti.
L-FSTDs konvertibbli għandu jkollhom ċertifikat tal-kwalifika separat għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru. Konfigurazzjonijiet differenti ta’ magni u tagħmir fuq FSTD wieħed ma jkunux jeħtieġu ċertifikati tal-kwalifika separati. Iċ-ċertifikati tal-kwalifika kollha għandu jkollhom numru tas-serje preċedut b’kodiċi ta’ ittri, li għandu jkun speċifiku għal dak l-FSTD. Il-kodiċi ta’ ittri għandu jkun speċifiku għall-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.
Appendiċi VI GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA
FORMAT STANDARD TAĊ-ĊERTIFIKAT MEDIKU TAL-EASA
Iċ-ċertifikat mediku għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Il-kontenut
|
(b) |
Materjal: Għajr f’każ ta’ LAPL maħruġ minn GMP, il-karta jew materjal ieħor użat għandhom jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandhom ikunu awtorizzatat biċ-ċar mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. |
(c) |
Lingwa: Il-liċenzji għandhom jinkibtu bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u b’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. |
(d) |
Id-dati kollha fuq iċ-ċertifikat mediku għandhom jinkitbu fil-format jj/xx/ssss. |
(e) |
Din l-Appendiċi turi format standard għaċ-ċertifikat mediku. |
ANNESS VII
REKWIŻITI TA’ ORGANIZZAZZJONI GĦALL-EKWIPAĠĠ TAL-AJRU
[PARTI-ORA]
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
TAQSIMA I
Ġenerali
ORA.GEN.105 Awtorità kompetenti
(a) |
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti li teżerċita superviżjoni fuq:
|
(b) |
Jekk l-FSTD li jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri jiġi operat minn organizzazzjoni ċċertifikata minn Stat Membru, l-Aġenzija għandha tikkwalifika dan l-FSTD b’koordinazzjoni mal-Istat Membru li jkun iċċertifika l-organizzazzjoni li topera l-istess FSTD. |
ORA.GEN.115 Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni
(a) |
L-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni jew emenda għal ċertifikat eżistenti għandha ssir b’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
L-applikanti għal ċertifikat inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bid-dokumenti li juru kif dawn se jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu ġġestiti u nnotifikati lill-awtorità kompetenti. |
ORA.GEN.120 Mezzi ta’ konformità
(a) |
Mezzi ta’ konformità alternattivi għall-AMC adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma timplementah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezz alternattiv ta’ konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li jintlaħqu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. L-organizzazzjoni tista’ timplimenta dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst f’ARA.GEN.120(d). |
ORA.GEN.125 Termini tal-approvazzjoni u privileġġi ta’ organizzazzjoni
Organizzazzjoni ċċertifikata għandha tkun konformi mal-ambitu u l-privileġġi ddefiniti fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.
ORA.GEN.130 Bidliet fl-organizzazzjoni
(a) |
Kwalunkwe bidla li tolqot:
għandu jkollha l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti. |
(b) |
Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, u tiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir il-bidla, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u sabiex temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni u t-termini tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu. L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti. Il-bidla għandha tiġi implimentata biss meta l-organizzazzjoni tirċievi l-approvazzjoni formali mingħand l-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.330. L-organizzazzjoni għandha topera skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul il-bidliet, skont kif ikun applikabbli. |
(c) |
Il-bidliet kollha li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ttrattati u nnotifikati lill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.310(c). |
ORA.GEN.135 It-tkomplija tal-validità
(a) |
Iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jibqa’ validu sakemm:
|
(b) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintradd lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien. |
ORA.GEN.140 Aċċess
Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe faċilità, inġejnu tal-ajru, dokument, rekords, dejta, proċedura jew kwalunkwe materjal rilevanti ieħor għall-attività tagħha soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, kemm jekk b’kuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn:
(a) |
l-awtorità kompetenti ddefinita f’ORA.GEN.105; jew |
(b) |
l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ ARA.GEN.300(d), ARA.GEN.300(e) jew ARO.RAMP. |
ORA.GEN.150 Sejbiet
Wara li tkun irċeviet notifika ta’ sejbiet, l-organizzazzjoni għandha:
(a) |
tidentifika l-kawża oriġinali tan-nuqqas ta’ konformità; |
(b) |
tfassal pjan ta’ azzjoni korrettiva; u |
(c) |
turi l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f’perjodu miftiehem mal-awtorità kif definita f’ARA.GEN.350(d). |
OR.GEN.155 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza
L-organizzazzjoni għandha timplimenta:
(a) |
kwalunkwe miżura ta’ sikurezza ordnata mill-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.135(c); u |
(b) |
kwalunkwe informazzjoni ta’ sikurezza obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija, inklużi direttivi tal-ajrunavigabbiltà. |
ORA.GEN.160 Rappurtar ta’ okkorrenza
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti, u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-Istat tal-operatur jirrekjedi li tkun infurmata, kwalunkwe aċċident, inċident serju jew okkorrenza kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u fid-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(b) |
Mingħajr ħsara għall-paragrafu (a), l-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-diżinn tal-inġenju tal-ajru, kwalunkwe inċident, ħsara teknika, difett tekniku, qbiż tal-limiti tekniċi, jew okkorrenza li jistgħu jitfgħu dawl fuq informazzjoni skorretta, mhux kompleta jew ambigwa inkluża fid-dejta stabbiliti skont il-Parti-21, jew ċirkostanza irregolari oħra li tkun jew setgħet ipperikolat l-operat sikur tal-inġenju tal-ajru, u li ma tkunx irriżultat f’aċċident jew inċident serju. |
(c) |
Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 996/2010, għad-Direttiva 2003/42/KE, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 (4) u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (5), ir-rapporti msemmija fil-paragrafi (a) u (b) għandhom isiru f’forma u f’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni. |
(d) |
Ir-rapporti għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr, iżda dejjem fi żmien 72 siegħa minn mindu l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kundizzjoni li r-rapport ikun jittratta dwarha, sakemm ċirkostanzi straordinarji ma jkunux jipprevjenu dan. |
(e) |
Fejn rilevanti, l-organizzazzjoni għandha tipproduċi rapport ta’ segwiment biex tipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li tkun beħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dan ir-rapport għandu jsir b’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti. |
TAQSIMA II
Ġestjoni
ORA.GEN.200 Sistema ta’ ġestjoni
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni li tinkludi:
|
(b) |
Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b’kunsiderazzjoni għall-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawn l-attivitajiet. |
ORA.GEN.205 Attivitajiet kuntrattati
(a) |
L-attivitajiet kuntrattati jinkludu l-attivitajiet kollha fl-ambitu ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni li jsiru minn organizzazzjoni oħra, li jew din tkun iċċertifikata biex teżegwihom, jew, jekk ma tkunx, topera taħt l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni kontraenti. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tikkuntratta jew tixtri kwalunkwe parti tal-attività tagħha, is-servizz jew prodott kuntrattat jew mixtri jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli. |
(b) |
Fejn organizzazzjoni ċċertifikata tikkuntratta kwalunkwe parti mill-attività tagħha lil organizzazzjoni li ma tkunx iċċertifikata skont din il-Parti biex twettaq dik l-attività, l-organizzazzjoni kuntrattata għandha topera bl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni kontraenti. L-organizzazzjoni kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kuntrattata, biex tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. |
ORA.GEN.210 Rekwiżiti dwar il-persunal
(a) |
L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità biex jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti skont ir-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ sistema ta’ ġestjoni effettiva. |
(b) |
Persuna jew grupp ta’ persuni għandhom jinħatru mill-organizzazzjoni, bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-organizzazzjoni tibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli. Tali persuna/i għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar taqa’/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli. |
(c) |
L-organizzazzjoni għandu jkollha biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati li jridu jsiru skont ir-rekwiżiti applikabbli. |
(d) |
L-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords xierqa dwar l-esperjenza, il-kwalifiki u t-taħriġ, biex juru konformità mal-paragrafu (c). |
(e) |
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal kollu jkun jaf ir-regoli u l-proċeduri rilevanti biex iwettaq dmirijietu. |
ORA.GEN.215 Rekwiżiti dwar il-faċilitajiet
L-organizzazzjoni għandu jkollha faċilitajiet li jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-kompiti u l-attivitajiet kollha ppjanati skont ir-rekwiżiti applikabbli.
ORA.GEN.220 Żamma tar-rekords
(a) |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata u t-traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet żviluppati kollha, li tkun tkopri b’mod partikulari l-elementi kollha indikati f’ORA.GEN.200. |
(b) |
Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-proċeduri tal-organizzazzjoni. |
(c) |
Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, l-alterazzjoni u s-serq. |
SUBPARTI ATO
ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI
TAQSIMA I
Ġenerali
ORA.ATO.100 Ambitu
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jintlaħqu mill-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għal-liċenzji ta’ bdoti u klassifikazzjonijiet u ċertifikati relatati.
ORA.ATO.105 Applikazzjoni
(a) |
L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat bħala organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata (ATO) għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bi:
|
(b) |
Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ ta’ prova tat-titjir. Minkejja (a)(1)(iv) u (v), l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li jipprovdu taħriġ ta’ prova tat-titjir iridu jipprovdu biss:
|
(c) |
Fil-każ ta’ bidla fiċ-ċertifikat, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bil-partijiet rilevanti tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni msemmija f’(a). |
ORA.ATO.110 Rekwiżiti dwar il-persunal
(a) |
Għandu jinħatar HT. L-HT għandu jkollu esperjenza wiesgħa bħala għalliem fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovdut mill-ATO, u għandu jkollu kapaċità maniġerjali soda. |
(b) |
Ir-responsabbiltajiet tal-HT jinkludu:
|
(c) |
L-għalliema tal-għarfien teoriku għandu jkollhom:
|
(d) |
L-għalliema tat-titjir u l-għalliema tat-taħriġ bis-simulazzjoni tat-titjir għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Parti-FCL għat-tip ta’ taħriġ li jkunu qed jipprovdu. |
ORA.ATO.120 Żamma tar-rekords
Ir-rekords li ġejjin għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 3 snin wara li jkun intemm it-taħriġ:
(a) |
dettalji tat-taħriġ fuq l-art, tat-titjir, u tat-titjir simulat mogħti lil studenti individwali; |
(b) |
rapporti tal-progress iddettaljati u regolari mill-għalliema li jinkludu valutazzjonijiet, u rapporti tal-progress regolari dwar it-titjiriet bi prova u l-eżamijiet ta’ fuq l-art; u |
(c) |
tagħrif dwar il-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati tal-istudenti, inklużi d-dati ta’ skadenza taċ-ċertifikati mediċi u tal-klassifikazzjonijiet. |
ORA.ATO.125 Programm tat-taħriġ
(a) |
Għandu jiġi żviluppat programm tat-taħriġ għal kull tip ta’ kors offrut. |
(b) |
Il-programm tat-taħriġ għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Parti-FCL u, fil-każ ta’ taħriġ ta’ titjir bi prova, ir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-21. |
ORA.ATO.130 Manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat
(a) |
L-ATO għandha tistabbilixxi u żżomm manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat, li jinkludu fihom tagħrif u istruzzjonijiet li jippermettu lill-pesunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu u jkunu ta’ gwida lill-istudenti dwar kif għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kors. |
(b) |
L-ATO għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persunal u, fejn ikun xieraq, għad-dispożizzjoni tal-istudenti, it-tagħrif inkluż fil-manwal tat-taħriġ, fil-manwal tal-operatt u fid-dokumentazzjoni ta’ approvazzjoni tal-ATO. |
(c) |
Fil-każ ta’ ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, il-manwal tal-operat għandu jkun konformi mar-rekwiżiti għall-manwal tal-operat tat-titjir bi prova, kif stabbilit fil-Parti-21. |
(d) |
Il-manwal tal-operat għandu jistabbilixxi skemi ta’ limitazzjoni tal-ħin tat-titjir għall-għalliema tat-titjir, inklużi s-sigħat massimi ta’ titjir, is-sigħat massimi ta’ xift għat-titjir, u l-ħin minimu ta’ mistrieħ bejn ix-xiftijiet tat-tagħlim, skont il-Parti-ORO. |
ORA.ATO.135 Inġenji tal-ajru u FSTDs għat-taħriġ
(a) |
L-ATO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu xierqa għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti. |
(b) |
L-ATO għandha tipprovdi taħriġ fl-FSTDs biss wara li tkun uriet lill-awtorità kompetenti:
|
(c) |
Jekk inġenju tal-ajru użat għat-test tal-ħiliet ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ tat-titjir viżiv, il-kreditu massimu għandu jiġi limitat għal dak allokat għall-ħarrieġ FNPT II għall-proċeduri ta’ titjir u navigazzjoni għall-ajruplani, u FNPT II/III għall-ħelikopters fil-programm ta’ taħriġ rilevanti tat-titjir. |
(d) |
Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tat-titjir bi prova. L-inġenji tal-ajru użati għat-taħriġ tat-titjir bi prova għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat bl-istrumenti għat-titjir bi prova, skont l-għan tat-taħriġ. |
ORA.ATO.140 Ajruporti u siti tal-operat
Meta tipprovdi taħriġ tat-titjir abbord inġenju tal-ajru, l-ATO għandha tuża ajruporti jew siti tal-operat li jkollhom il-faċilitajiet u l-karatteristiċi xierqa li jippermettu t-taħriġ tal-manuvri rilevanti, filwaqt li tikkunsidra t-taħriġ ipprovdut u l-kategorija u t-tip ta’ inġenju tal-ajru użat.
ORA.ATO.145 Prerekwiżiti għat-taħriġ
(a) |
L-ATO għandha tiżgura li l-istudenti jissodisfaw il-prerekwiżiti kollha għat-taħriġ stabbiliti fil-Parti-Medika, fil-Parti-FCL, u, jekk ikun applikabbli, kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont il-Parti-21. |
(b) |
Fil-każ ta’ ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, l-istudenti għandhom jilħqu l-prerekwiżiti kollha għat-taħriġ stabbiliti fil-Parti-21. |
ORA.ATO.150 Taħriġ f’pajjiżi terzi
Fejn l-ATO tkun approvata biex tipprovdi taħriġ għall-klassifikazzjoni tal-istrument (IR) f’pajjiżi terzi:
(a) |
il-programm tat-taħriġ għandu jinkludi titjir ta’ klimatizzazzjoni f’wieħed mill-Istati Membri qabel ma jsir it-test tal-ħiliet IR; u |
(b) |
it-test tal-ħiliet IR għandu jsir f’wieħed mill-Istati Membri. |
TAQSIMA II
Rekwiżiti oħra għall-ATOs li jipprovdu taħriġ għal CPL, MPL u ATPL u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati
ORA.ATO.210 Rekwiżiti dwar il-persunal
(a) |
Kap tat-taħriġ (HT). Għajr fil-każ ta’ ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, l-HT maħtur għandu jkollu esperjenza wiesgħa fit-taħriġ bħala għalliem għal liċenzji ta’ bdot professjonali u klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati. |
(b) |
Għalliem ewlieni tat-titjir (CFI). L-ATO li tipprovdi tagħlim fit-titjir għandha taħtar CFI responsabbli għas-superviżjoni tal-għalliema tat-taħriġ tat-titjir u tas-simulazzjoni tat-titjir, kif ukoll għall-istandardizzazzjoni ta’ kull tagħlim fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir. Is-CFI għandu jkollu l-ogħla liċenzja ta’ bdot professjonali u klassifikazzjonijiet assoċjati marbutin mal-korsijiet ta’ taħriġ fit-titjir li jkunu saru, u għandu jkollu ċertifikat ta’ għalliem bil-privileġġ li jgħallem f’tal-anqas kors ta’ taħriġ wieħed minn dawk ipprovduti. |
(c) |
Għalliem ewlieni tal-għarfien teoriku (CTKI). L-ATO li tipprovdi tagħlim fl-għarfien teoriku għandha taħtar CTKI responsabbli għas-superviżjoni tal-għalliema kollha tal-għarfien teoriku, kif ukoll għall-istandardizzazzjoni ta’ kull tagħlim tal-għarfien teoriku. Is-CTKI għandu jkollu esperjenza wiesgħa bħala għalliem tal-għarfien teoriku fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovdut mill-ATO. |
ORA.ATO.225 Programm tat-taħriġ
(a) |
Il-programm tat-taħriġ għandu jinkludi skeda tat-tagħlim prattiku u teoriku tat-titjir, imqassma skont il-ġimgħa jew il-fażi, kif ukoll lista ta’ eżerċizzji standard u sommarju tas-sillabu. |
(b) |
Il-kontenut u s-sekwenza tal-programm tat-taħriġ għandhom jiġu speċifikati fil-manwal tat-taħriġ. |
ORA.ATO.230 Manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat
(a) |
Il-manwal tat-taħriġ għandu jsemmi l-istandards, l-għanijiet u l-miri tat-taħriġ għal kull fażi tat-taħriġ li l-istudenti għandhom ikunu konformi magħhom, u għandu jindirizza s-suġġetti li ġejjin:
|
(b) |
Il-manwal tal-operat għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti għal gruppi partikulari ta’ persunal, bħal għalliema tat-titjir, għalliema tat-taħriġ bis-simulazzjoni tat-titjir, għalliema tal-għarfien teoriku, persunal tal-operat u tal-manutenzjoni, u għandu jinkludi tagħrif dwar it-taħriġ ġenerali, tekniku, dwar ir-rotot u tal-persunal. |
TAQSIMA III
Rekwiżiti oħra għall-ATOs li jipprovdu tipi speċifiċi ta’ taħriġ
ORA.ATO.300 Ġenerali
L-ATO tista’ tkun approvata biex torganizza programmi ta’ korsijiet modulari li jużaw it-tagħlim mill-bogħod fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
korsijiet modulari ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku; |
(b) |
korsijiet ta’ tagħlim addizzjonali tal-għarfien teoriku għal klassifikazzjoni ta’ klassi jew tip; jew |
(c) |
korsijiet ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku ta’ qabel id-dħul li jkun approvat għall-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b’iktar minn magna waħda. |
ORA.ATO.305 Tagħlim fil-klassi
(a) |
Element ta’ tagħlim fil-klassi għandu jiġi inkluż fis-suġġetti kollha tal-korsijiet modulari b’tagħlim mill-bogħod. |
(b) |
L-ammont ta’ ħin li wieħed iqatta’ fi klassi reali m’għandux ikun inqas minn 10 % tal-perjodu totali tal-kors. |
(c) |
Għal dan il-għan, l-akkommodazzjoni fi klassi għandha tkun disponibbli jew fil-post prinċipali tan-negozju tal-ATO jew f’xi faċilità xierqa f’post ieħor. |
ORA.ATO.310 Għalliema
L-għalliema kollha għandhom ikunu familjari sew mar-rekwiżiti tal-programm tal-kors ta’ tagħlim mill-bogħod.
ORA.ATO.330 Ġenerali
(a) |
L-approvazzjoni għat-taħriġ fil-ħin ta’ titjir żero (ZFTT), kif speċifikat fil-Parti-FCL, għandu jingħata biss lil ATOs li jkollhom ukoll il-privileġġi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, jew lil ATOs li jkollhom arranġamenti speċifiċi ma’ operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru. |
(b) |
L-approvazzjoni għaż-ZFTT għandha tingħata biss jekk l-operatur ikollu mill-inqas 90 ġurnata esperjenza operattiva abbord it-tip ta’ ajruplan. |
(c) |
Fil-każ ta’ ZFTT ipprovdut minn ATO li jkollha arranġament speċifiku ma’ operatur, ir-rekwiżit tad-90 ġurnata esperjenza operattiva ma japplikax jekk l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRI(A)) involut fit-tlugħ u fl-inżul addizzjonali, kif meħtieġ fil-Parti-ORO, ikollu esperjenza operattiva abbord it-tip ta’ ajruplan. |
ORA.ATO.335 Simulatur ta’ titjira sħiħa
(a) |
L-FFS approvat għaż-ZFTT għandu jiffunzjona skont il-kriterji tas-sistema ta’ ġestjoni tal-ATO. |
(b) |
Is-sistema tal-mozzjoni u s-sistema viżiva tal-FFS għandhom ikunu jiffunzjonaw bis-sħiħ, skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-FSTD kif imsemmi f’ORA.FSTD.205. |
ORA.ATO.350 Ġenerali
Il-privileġġi li jitwettqu korsijiet integrati tal-MPL u korsijiet ta’ għalliem tal-MPL għandhom jingħataw biss lill-ATO jekk ikollha wkoll il-privileġġ li twettaq operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru jew ikollha arranġament speċifiku ma’ operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru.
ORA.ATO.355 Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tat-titjir bi prova
(a) |
L-ATO li tkun approvata biex tipprovdi taħriġ ta’ titjiriet bi prova għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni 1 jew 2 tat-titjir bi prova skont il-Parti-FCL jista’ jkollha l-privileġġi tagħha estiżi biex tipprovdi taħriġ għal kategoriji oħra ta’ titjiriet bi prova u għal kategoriji oħra ta’ persunal ta’ titjiriet bi prova, sakemm:
|
(b) |
Ir-rekords tat-taħriġ għandhom jinkludu r-rapporti bil-miktub mill-istudent, kif meħtieġ mill-programm ta’ taħriġ, inklużi, fejn ikun xieraq, l-ipproċessar tad-dejta u l-analiżi tal-parametri rreġistrati li jkunu rilevanti għat-tip ta’ titjiriet bi prova. |
SUBPARTI FSTD
REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET LI JOPERAW APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR (FSTDs) U GĦALL-KWALIFIKA TAL-FSTDs
TAQSIMA I
Rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet li joperaw FSTDs
ORA.FSTD.100 Ġenerali
(a) |
L-applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu juri lill-awtorità kompetenti li jkun stabbilixxa sistema ta’ ġestjoni skont it-Taqsima II ta’ ORA.GEN. Dan l-għoti ta’ evidenza għandu jiżgura li l-applikant ikollu, direttament jew permezz ta’ kuntratt, il-kapaċità li jżomm il-prestazzjoni, il-funzjonijiet u karatteristiċi oħra speċifikati għal-livell tal-kwalifika tal-FSTD, kif ukoll il-kapaċità li jikkontrolla l-installazzjoni tal-FSTD. |
(b) |
Jekk l-applikant ikun id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika maħruġ skont din il-Parti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-FSTD għandhom ikunu ddettaljati:
|
ORA.FSTD.105 Żamma tal-kwalifika tal-FSTD
(a) |
Sabiex tinżamm il-kwalifika tal-FSTD, id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jwettaq, b’mod progressiv matul perjodu ta’ 12-il xahar, is-sett sħiħ ta’ testijiet inkluż fil-gwida ewlenija għat-test tal-kwalifika (MQTG), kif ukoll it-testijiet tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi. |
(b) |
Ir-riżultati għandhom ikunu ddatati, immarkati bħala analizzati u evalwati, u miżmuma skont ORA.FSTD.240, sabiex juru li l-istandards tal-FSTD qed jinżammu. |
(c) |
Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll tal-konfigurazzjoni sabiex tiżgura l-integrità kontinwa tal-ħardwer u s-softwer tal-FSTD ikkwalifikat. |
ORA.FSTD.110 Modifiki
(a) |
Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jistabbilixxi u jżomm sistema biex jidentifika, jivvaluta u jinkorpora kwalunkwe modifikazzjoni importanti fl-FSTDs li jħaddem, b’mod partikulari:
|
(b) |
Il-modifiki fil-ħardwer u s-softwer ta’ FSTD li jolqtu t-trattament, il-prestazzjoni u l-operat tas-sistemi, jew kwalunkwe modifika kbira fis-sistema tal-mozzjoni jew dik viżiva, għandhom jiġu vvalutati biex jiġi ddeterminat l-impatt fuq il-kriterji tal-kwalifika oriġinali. L-organizzazzjoni għandha tħejji l-emendi għal kull test ta’ validazzjoni affettwat. L-organizzazzjoni għandha tittestja l-FSTD skont il-kriterji l-ġodda. |
(c) |
L-organizzazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bil-quddiem dwar kwalunkwe bidliet kbar biex tiddetermina jekk it-testijiet li saru humiex sodisfaċenti. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk valutazzjoni speċjali tal-FSTD hijiex meħtieġa qabel ma dan jerġa’ lura għat-taħriġ wara li tkun saret il-modifika. |
ORA.FSTD.115 Installazzjonijiet
(a) |
Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jiżgura li:
|
(b) |
Il-karatteristiċi tas-sikurezza ta’ FSTD, bħall-waqfiet ta’ emerġenza u d-dwal tal-emerġenza, għandhom jiġu vverifikati u rreġistrati tal-anqas darba fis-sena. |
ORA.FSTD.120 Tagħmir addizzjonali
Fejn tagħmir addizzjonali jkun ġie miżjud ma’ FSTD, anke jekk ma jkunx meħtieġ għall-kwalifika, għandu jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti biex jiġi żgurat li ma jolqotx ħażin il-kwalità tat-taħriġ.
TAQSIMA II
Rekwiżiti għall-kwalifika tal-FSTDs
ORA.FSTD.200 Applikazzjoni għal kwalifika ta’ FSTD
(a) |
L-applikazzjoni għal kwalifika ta’ FSTD għandha ssir b’mod u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti:
|
(b) |
L-applikanti għal kwalifika inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’dokumentazzjoni li turi kif se jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi l-proċedura stabbilita biex tkun żgurata l-konformità ma’ ORA.GEN.130 u ORA.FSTD.230. |
ORA.FSTD.205 Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-FSTDs
(a) |
L-Aġenzija għandha toħroġ, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni bħala mezz standard biex tintwera l-konformità tal-FSTDs mar-Rekwiżiti Essenzjali tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(b) |
Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għandhom ikunu ddettaljati u speċifiċi biżżejjed biex jindikaw lill-applikanti l-kundizzjonijiet li skonthom se jinħarġu l-kwalifiki. |
ORA.FSTD.210 Bażi tal-kwalifika
(a) |
Il-bażi tal-kwalifika għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandha tikkonsisti f’li ġej:
|
(b) |
Il-bażi tal-kwalifika għandha tapplika għal kwalifiki rikorrenti futuri tal-FSTD, sakemm ma tiġix ikkategorizzata mill-ġdid. |
ORA.FSTD.225 Perjodu u validità kontinwa
(a) |
Il-kwalifika tas-simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tal-apparat ta’ taħriġ fit-titjir (FTD), jew tal-ħarrieġ fil-proċeduri ta’ titjir u navigazzjoni (FNPT) għandhom jibqgħu validi, soġġett għal:
|
(b) |
Il-perjodu ta’ 12-il xahar stabbilit ARA.FSTD.120(b)(1) jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 36 xahar, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(c) |
Kwalifika ta’ BITD għandha tibqa’ valida soġġett għall-valutazzjoni regolari tal-konformità tiegħu mal-bażi ta’ kwalifika applikabbli mill-awtorità kompetenti, skont ARA.FSTD.120. |
(d) |
Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD għandu jintradd lura lill-awtorità kompetenti. |
ORA.FSTD.230 Bidliet fl-FSTD ikkwalifikat
(a) |
Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidliet proposti fl-FSTD, bħal:
|
(b) |
F’każ ta’ titjib fil-livell tal-kwalifika tal-FSTD, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal evalwazzjoni tat-titjib għand l-awtorità kompetenti. L-organizzazzjoni għandha twettaq it-testijiet ta’ validazzjoni kollha għal-livell ta’ kwalifika mitlub. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta’ qabel m’għandhomx jintużaw għall-validazzjoni tal-prestazzjoni tal-FSTD għat-titjib kurrenti. |
(c) |
Meta l-FSTD jittieħed f’post ġdid, l-organizzazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti qabel l-attività ppjanata flimkien ma’ skeda tal-avvenimenti relatati. Qabel ma l-FSTD jerġa’ jitħaddem fil-post il-ġdid, l-organizzazzjoni għandha twettaq mill-inqas terz tat-testijiet ta’ validazzjoni, kif ukoll it-testijiet tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi, biex tiżgura li l-prestazzjoni tal-FSTD tilħaq l-istandard tal-kwalifika oriġinali tagħha. Kopja tad-dokumentazzjoni tat-test għandha tinżamm flimkien mar-rekords tal-FSTD biex jiġu riveduti mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni tal-FSTD wara r-rilokazzjoni. L-evalwazzjoni għandha ssir abbażi tal-kwalifika oriġinali tal-FSTD. |
(d) |
Jekk organizzazzjoni tippjana li tneħħi FSTD minn status attiv għal perjodi fit-tul, l-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata, u għandhom jiġu stabbiliti kontrolli xierqa għall-perjodu li matulu l-FSTD ma jkunx attiv. L-organizzazzjoni għandha tiftiehem mal-awtorità kompetenti dwar pjan għad-diżattivazzjoni, kwalunkwe ħażna u attivazzjoni mill-ġdid, biex tiżgura li l-FSTD ikun jista’ jitreġġa’ għall-istatus attiv fil-livell ta’ kwalifika oriġinali tiegħu. |
ORA.FSTD.235 Trasferabbiltà ta’ kwalifika ta’ FSTD
(a) |
Fejn ikun hemm bidla fl-organizzazzjoni li topera FSTD, l-organizzazzjoni l-ġdida għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bil-quddiem sabiex tiftiehem dwar pjan ta’ trasferiment tal-FSTD. |
(b) |
L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni b’konformità mal-bażi ta’ kwalifika oriġinali tal-FSTD. |
(c) |
Meta l-FSTD ma jibqax konformi mal-bażi ta’ kwalifika oriġinali tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal ċertifikat ġdid ta’ kwalifika ta’ FSTD. |
ORA.FSTD.240 Żamma tar-rekords
Id-detentur ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jżomm ir-rekords ta’:
(a) |
id-dokumenti kollha li jiddeskrivu u li jagħtu prova tal-bażi ta’ kwalifika oriġinali u l-livell tal-FSTD għall-perjodu tal-ħajja tal-FSTD; u |
(b) |
kwalunkwe dokument u rapport rikorrenti li jkunu relatati ma’ kull FSTD u mal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin. |
SUBPARTI AeMC
ĊENTRI AJRUMEDIĊI
TAQSIMA I
Ġenerali
ORA.AeMC.105 Ambitu
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti addizzjonali li jridu jiġu sodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew għat-tkomplija ta’ approvazzjoni bħala ċentru ajrumediku (AeMC), biex joħroġ ċertifikati mediċi, inklużi ċ-ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1.
ORA.AeMC.115 Applikazzjoni
L-applikanti għal ċertifikat tal-AeMC għandhom:
(a) |
ikunu konformi ma’ MED.D.005; u |
(b) |
minbarra d-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni meħtieġa skont ORA.GEN.115, jipprovdu dettalji tad-dokumenti kliniki mehmuża, jew jikkollaboraw ma’ sptarijiet maħturin jew istituti mediċi, għall-finijiet ta’ eżamijiet mediċi speċjalisti. |
ORA.AeMC.135 Tkomplija ta’ validità
Iċ-ċertifikat tal-AeMC għandu jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Dan jibqa’ validu sakemm id-detentur u l-eżaminaturi ajrumediċi tal-organizzazzjoni:
(a) |
ikunu konformi ma’ MED.D.030; u |
(b) |
jiżguraw l-esperjenza kontinwa tagħhom billi jwettqu għadd xieraq ta’ testijiet mediċi tal-klassi 1 kull sena. |
TAQSIMA II
Ġestjoni
ORA.AeMC.200 Sistema ta’ ġestjoni
L-AeMC għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ ġestjoni li tinkludi l-elementi kollha indirizzati f’ORA.GEN.200, flimkien ma’ proċessi:
(a) |
għaċ-ċertifikazzjoni medika skont il-Parti-MED; u |
(b) |
biex dejjem tiġi żgurata l-kunfidenzjalità medika. |
ORA.AeMC.210 Rekwiżiti dwar il-persunal
(a) |
L-AeMC għandu:
|
(b) |
Il-kap tal-AeMC għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni tar-riżultati tal-eżamijiet, kif ukoll għall-iffirmar ta’ rapporti, ċertifikati, u ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1. |
ORA.AeMC.215 Rekwiżiti dwar il-faċilitajiet
L-AeMC għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet medikotekniċi adegwati biex jitwettqu l-eżamijiet ajrumediċi meħtieġa għall-eżerċizzju tal-privileġġi inklużi fl-ambitu tal-approvazzjoni.
ORA.AeMC.220 Żamma tar-rekords
Flimkien mar-rekords meħtieġa skont ORA.GEN.220, l-AeMC għandu:
(a) |
iżomm rekords bid-dettalji tal-eżamijiet u l-valutazzjonijiet mediċi li jsiru għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi u r-riżultati tagħhom, għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara d-data tal-aħħar eżami; u |
(b) |
iżomm ir-rekords mediċi kollha b’mod li jiżgura li l-kunfidenzjalità medika tiġi rispettata dejjem. |
(1) Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapport ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili, ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23-36.
(2) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.
(3) ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.