ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.092.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 92

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
30 ta' Marzu 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 281/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2012 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ( 1 )

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/181/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2012 li tawtorizza lir-Rumanija biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

26

 

 

2012/182/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi għall-2012 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 1954)

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/1


DEĊIŻJONI Nru 281/2012/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fid-dawl tat-twaqqif ta’ Programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni mmirat biex iżid l-impatt tal-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni fil-provvediment ta’ protezzjoni għal refuġjati, u fil-massimizzar tal-impatt strateġiku ta’ risistemazzjoni permezz ta’ indirizzar iktar iffokat ta’ dawk il-persuni li għandhom ħtieġa ikbar għal risistemazzjoni, għandhom jiġu fformulati prijoritajiet komuni fir-rigward tar-risistemazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi, li l-linji ta’ politika tal-Unjoni mniżżlin fil-Kapitolu dwar il-verifiki fuq il-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li, meta hu meħtieġ, l-atti tal-Unjoni skont dan il-Kapitolu iridu jinkludu l-miżuri xierqa biex jagħtu effett lil dan il-prinċipju.

(3)

Għal dan il-għan, il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall- 2013 kif elenkati fl-Anness miżjuda mad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) b’din id-Deċiżjoni huma stabbiliti abbażi ta’ żewġ kategoriji: l-ewwel waħda għandha tinkludi persuni li jappartjenu għal kategorija speċifika li taqa’ fil-kriterji ta’ risistemazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), u t-tieni waħda għandha tinkludi persuni minn pajjiż jew reġjun li jkun ġie identifikat mit-tbassir ta’ risistemazzjoni annwali tal-UNHCR u fejn azzjoni komuni tal-Unjoni jkollha impatt sinifikanti fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni.

(4)

Filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ risistemazzjoni stabbiliti fl-Anness miżjud mad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE minn din id-Deċiżjoni li jelenkaw il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni, huwa wkoll meħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni ta’ persuni fir-rigward tar-reġjuni ġeografiċi speċifiċi u nazzjonalitajiet, kif ukoll għal kategoriji speċifiċi ta’ refuġjati li għandhom jiġu risistemati, fejn ir-risistemazzjoni hija determinata li tkun is-soluzzjoni l-iktar xierqa għall-bżonnijiet speċjali tagħhom.

(5)

Minħabba l-importanza tal-użu strateġiku tar-risistemazzjoni minn pajjiżi jew reġjuni magħżula għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali, jeħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni ta’ persuni mit-Tanzanija, l-Ewropa tal-Lvant (il-Bjelorussja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina), il-Qarn tal-Afrika (iġ-Ġibuti, il-Kenja u l-Jemen) u l-Afrika ta’ Fuq (l-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija), u minn kwalunkwe pajjiż jew reġjun ieħor li jintgħażel fil-futur.

(6)

Sabiex jiġu inkoraġġiti aktar Stati Membri sabiex jimpenjaw ruħhom f’azzjonijiet ta’ risistemazzjoni, huwa ugwalment neċessarju li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali lil dawk l-Istati membri li jiddeċiedu li jirrisistemaw persuni għall-ewwel darba.

(7)

Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ nefqa għall-appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(9)

F’konformità mal-Artikoli 1, u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(10)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE hija b’din emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 inbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jirċievu ammont stabbilit skont il-paragrafu 3a għal kull persuna risistemata abbażi ta’ waħda jew aktar mill-prijoritajiet li ġejjin:

(a)

persuni minn pajjiż jew reġjun magħżul għall-implimentazzjoni ta’ Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali;

(b)

persuni minn wieħed jew aktar mill-gruppi vulnerabbli li ġejjin:

tfal u nisa f’riskju,

minorenni mhux akkumpanjati,

superstiti ta’ vjolenza u/jew tortura,

persuni bi ħtiġijiet mediċi serji li jistgħu jiġu indirizzati biss jekk jiġu risistemati,

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali u/jew fiżika.

(c)

il-prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall-2013 elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.”;

(b)

iddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Istati Membri għandhom jirċievu ammont stabbilit ta’ EUR 4 000 għal kull persuna risistemata abbażi tail-prijoritajiet elenkati fil-paragrafu 3.

Fil-każijiet indikati hawn taħt l-ammont stabbilit għandu jiżdied kif ġej:

EUR 6 000 għal kull persuna risistemata għal dawk l-Istati Membri li ser jirċievu mill-Fond l-ammont stabbilit dwar ir-risistemazzjoni għall-ewwel darba,

EUR 5 000 għal kull persuna risistemata għal dawk l-Istati Membri li diġà rċevew l-ammont stabbilit għar-risistemazzjoni mill-Fond darba matul is-snin preċedenti tal-operat tal-Fond.”;

(c)

il-paragrafu 4 inbidel b’dan li ġej:

“4.   Fejn Stat Membru jirrisistema persuna skont aktar minn waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni elenkati fil-paragrafu 3, huwa għandu jirċievi ammont stabbilit għal din il-persuna darba biss.”;

(d)

il-paragrafu 6 inbidel b’dan li ġej:

“6.   Sal-1 ta’ Mejju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni stima tan-numru ta’ persuni li ser jirrisistemaw, abbażi tal-prijoritajiet elenkati fil-paragrafu 3, matul is-sena kalendarja sussegwenti, li tinkludi t-tqassim skont il-kategoriji differenti li jsir riferiment għalihom f’dak il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52.”;

(e)

żdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Ir-riżultati u l-impatt tal-inċentiv finanzjarju għall-azzjonijiet ta’ risistemazzjoni abbażi tal-prijoritajiet elenkati fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rrappurtati mill-Istati Membri fir-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 50(2) u mill-Kummissjoni fir-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 50(3).”.

(2)

Fl-Artikolu 35, iddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5.   L-ammont stabbilit għal kull persuna risistemata allokat għall-Istati Membri għandu jingħata bħala somma sħiħa għal kull persuna effettivament risistemata.”.

(3)

It-test imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala Anness għad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 (ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 161) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-8 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ prijoritajiet speċifiċi komuni tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni għall-2013

(1)

Refuġjati Kongoliżi fir-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar (Burundi, Malawi, Rwanda, Żambja);

(2)

Refuġjati mill-Iraq fit-Turkija, is-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan;

(3)

Refuġjati Afgani fit-Turkija, il-Pakistan u l-Iran;

(4)

Refuġjati Somali fl-Etjopja;

(5)

Refuġjati minn Burma fil-Bangladexx, il-Malażja u t-Tajlandja;

(6)

Refuġjati Eritrej fil-Lvant tas-Sudan.”.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 282/2012

tat-28 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment l-Artikolu 43(a), (d), (f) u (j), l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 134, l-Artikolu 143(b), l-Artikolu 148, l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 171 u l-Artikolu 172(2),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura (2), u partikolarment Artikolu 37 u 38 tiegħu,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (3), u partikolarment l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(3), u l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jitabilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (4) u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (7) ġie emendat kemm-il darba (8) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Id-disposizzjonijiet numerużi fir-Regolamenti agrikoli tal-Unjoni jinħtieġu li jingħataw garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas tas-somma li jkollha tingħata jekk ma jkunx inżamm obbligu. Madankollu, l-esperjenza uriet illi din il-ħtieġa fil-prattika ġiet interpretata b’ħafna modi differenti. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati kondizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali, ħtieġa għandha tkun definita.

(3)

B’mod partikolari, għandha tiġi ddefinita l-għamla tal-garanzija.

(4)

Ħafna disposizzjonijiet fir-Regolamenti agrikoli tal-Unjoni jipprovdu li l-garanzija mogħtija tintilef bi dritt jekk jiġi miksur obbligu tal-garanzija, bla ma ssir ebda distinzjoni bejn il-ksur tal-obbligi fondamentali, dawk sekondarji jew dawk ta’ importanza subordinata. Fl-interess tal-ekwità għandha ssir distinzjoni bejn il-konsegwenzi tal-ksur ta’ obbligu fondamentali u l-konsegwenzi tal-ksur ta’ wieħed sekondarju jew subordinat. B’mod partikolari għandha ssir disposizzjoni, fejn hu possibbli, sabiex jintilef id-dritt fuq parti biss mill-garanzija fejn l-obbligu l-aktar importanti huwa fil-fatt milħuq imma jkun inqabeż bi ftit iż-żmien tat-temma stabbilit sabiex jintlaħaq, jew meta ma jintlaħqux obbligu sekondarju jew subordinat.

(5)

L-ebda distinzjoni bejn il-konsegwenzi ta’ nuqqas fiż-żamma ta’ obbligu ma għandha tkun imsejsa fuq jekk ikunx ġie rċevut ħlas bil-quddiem jew le. Għaldaqstant, il-garanziji mogħtija sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħlas bil-quddiem għandhom ikunu koperti b’regoli separati.

(6)

L-ispejjeż sabiex wieħed jiddepożita garanzija miġbura kemm mill-parti li tagħti l-garanzija u kemm mill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu ma jkunux ipproporzjonati mas-somma li l-ħlas tagħha tiggarantixxi l-garanziji jekk din is-somma tkun taħt ċertu limiti. Għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta’ garanzija għall-ħlas tas-somma taħt dan il-limitu. Barra minn hekk, awtorità kompetenti għandha tingħata l-poter li tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn in-natura tal-persuna teħtieġ li tilħaq l-obbligi tagħmel din il-ħtieġa mhux neċessarja.

(7)

Awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta garanzija offruta meta tqis li din mhix sodisfaċenti.

(8)

Għandu jiġi stabbilit limitu taż-żmien sabiex tingħata x-xhieda meħtieġa għar-rilaxx ta’ somma assikurata fejn ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda limitu taż-żmien bħal dan x’imkien ieħor.

(9)

Rigward ir-rata rappreżentattiva li trid tintuża għall-konverżjoni ta’ somma assigurata espressa fl-euro għall-munita korrenti nazzjonali, għandu jiġi miżmum l-avveniment operattiv imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, għandu jiġi definitskont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (9).

(10)

Għandha tiġi stabbilita l-proċedura li trid tiġi segwita ġaladarba l-garanzija tintilef bi dritt.

(11)

Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter illi ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar il-garanziji.

(12)

Dan ir-Regolament jistabilixxi r-regoli li jridu japplikaw b’mod ġenerali għas-setturi kollha u għall-prodotti kollha, għajr jekk il-leġislazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur tistabilixxi regoli differenti. Ir-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull settur iridu jibqgħu japplikaw sakemm jiġu mħassra jew emendati.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjini tal-Kumitat Amministrattiv għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-Agrikultura u ġew ippreżentati għal finijiet ta’ informazzjoni lill-Kumitati l-oħra kompetenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

L-ISKOP U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddisponi regoli li jirregolaw il-garanziji li għandhom jingħataw, jew taħt dawn ir-Regolamenti jew taħt kwalunkwe regolamenti adottati skont dawk ir-Regolamenti, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm regoli oħrajn stabbiliti b’dawn l-istess Regolamenti:

(a)

Ir-Regolamenti li jiddisponu dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ ċerti prodotti agrikoli:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (sajd u prodotti tal-akkwakultura),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS);

(b)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 (skemi ta’ appoġġ dirett);

(ċ)

Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009 (arranġamenti għas-snajja applikabbli għal ċerti prodotti riżultanti mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-każi kollha fejn ir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 jipprovdu garanzija kif imfisser fl-Artikolu 3, sewwa jekk tintuża l-kelma partikolari “garanzija” u sewwa jekk le.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-garanziji mogħtija sabiex jassiguraw il-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni li hemm referenza dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (10).

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“garanzija” tfisser assigurazzjoni illi somma flus titħallas jew titlef id-dritt lil awtorità kompetenti jekk ma jitwettaqx obbligu partikolari;

(b)

“garanzija fi blokk wieħed” hija garanzija disponibbli għall-awtorità kompetenti bl-iskop li tiżgura illi jintlaħaq aktar minn obbligu wieħed;

(ċ)

“obbligu” huwa ħtieġa jew sett ta’ ħtiġiet, imposti minn Regolament, sabiex jitwettaq/jitwettqu jew iżomm/u lura milli jwettaq att;

(d)

“awtorità kompetenti” hija jew parti awtorizzata li taċċetta l-garanzija jew parti awtorizzata li tiddeċiedi skond ir-Regolament rilevanti jekk garanzija għandhiex tiġi rrilaxxjata jew tintilef bi dritt.

KAPITOLU II

IL-ĦTIEĠA TA’ GARANZIJA

Artikolu 4

Garanzija għandha tingħata minn jew f’isem il-parti responsabbli sabiex tħallas is-somma ta’ flus li għandha tingħata jekk obbligu ma jiġix onorat.

Artikolu 5

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija meta l-valur tas-somma assigurata hija ta’ anqas minn 500 EUR.

2.   Meta tintuża l-faċilità fil-paragrafu 1, il-parti interessata għandha tindaħal għal garanzija bil-miktub li tħallas is-somma daqs dik li kien ikun meħtieġ li tħallas li kieku tat garanzija u li din il-garanzija tkun wara intilfet bi dritt f’parti jew fl-intier tagħha.

Artikolu 6

L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn il-parti responsabbli milli tonora obbligu tkun jew:

(a)

korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta’ awtorità pubblika, jew

(b)

korp privat illi jwettaq id-dmirijiet imsemmija fil-punt (a) taħt is-sorveljanza tal-Istat.

KAPITOLU III

IL-GĦAMLA TAL-GARANZIJI

Artikolu 7

1.   Garanziji tista’ tingħata billi:

(a)

jsir depożitu ta’ flus kif riferit fl-Artikoli 12 u 13 u/jew

(b)

jiġi pprovdut garanti kif iddefinit fl-Artikolu 15(1).

2.   Fid-deskrizzjoni tal-awtorita kompetenti, garanzija tista’ tingħata billi:

(a)

issir ipoteka, u/jew

(b)

issir kapparra fi flus kontanti ddepożitati f’bank, u/jew

(ċ)

isir pleġġ ta’ pretensjonijiet ikkonoxxuti kontra korp pubbliku jew fondi pubbliċi, li jkunu għalqu u li jridu jitħallsu u li fuqhom l-ebda pretensjoni oħra ma jkollha preċedenza, u/jew

(d)

isir pleġġ ta’ garanziji negozzjabbli fl-Istati Membri interessati sakemm ikunu maħruġa u ggarantiti minn dan l-Istat Membru, u/jew

(e)

isir pleġġ ta’ bonds, maħruġa minn assoċjazzjonijiet ta’ kreditu tal-ipoteki, ikkwotati f’Borża pubblika u għall-bejgħ fis-suq miftuħ, sakemm l-istima tal-kredtu tagħhom tidħol fil-faxxa tal-egwaljanza tal-bonds tal-gvern.

3.   L-awtorità kompetenti jistgħu jimponu kondizzjonijiet addizzjonali sabiex jaċċettaw il-garanziji tat-tip msemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 8

L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li taċċetta jew għandha teħtieġ il-bdil ta’ kull garanzija li tqis mhux adegwata jew mhux sodisfaċenti jew li ma tkoprix perjodu suffiċjenti taż-żmien.

Artikolu 9

1.   Il-beni ipotekati skond l-Artikolu 7(2)(a) jew il-garanziji jew il-bonds offruti bi pleġġ skond l-Artikolu 7(2)(d) u (e) għandhom, meta tingħata l-garanzija, ikollhom il-valur disponibbli ta’ mill-inqas 115 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa.

Awtorità kompetenti tista’ taċċetta garanzija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 7(2)(a), (d) jew (e) biss jekk il-parti li toffriha timpenja ruħha, bil-miktub, jew li tagħti garanzija addizzjonali jew li tibdel il-garanzija oriġinali jekk il-valur disponibbli tal-beni, tal-garanziji jew tal-bonds fil-kwistjoni jkunu għal perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur taħt il-105 % tal-valur tas-garanzija meħtieġa. Dan l-impenn bil-miktub ma għandux jinħtieġ fejn il-liġijiet nazzjonali jipprovdu għal dan. L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi regolarment il-valur ta’ dawn il-beni, garanziji jew bonds.

2.   Il-valur disponibbli tal-garanzija kif riferit fl-Artikolu 7(2)(a), (d) u (e) għandu jiġi stmat mill-awtorità kompetenti, billi tqis l-ispejjeż tad-disponiment minnhom.

Il-valur disponibbli tal-garanziji jew tal-bonds għandu jiġi stmat fuq l-aħħar kwotazzjoni disponibbli.

Il-parti li tagħmel il-garanzija għandha, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, tipprovdi prova tal-valur disponibbli tagħha.

Artikolu 10

1.   Kull garanzija tista’ tiġi mibdula b’oħra.

Madankollu, għandu jkun meħieġ il-qbil tal-awtorità kompetenti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-garanzija oriġinali tkun intilfet bi dritt iżda tkun għadha mhux realizzata, jew

(b)

fejn il-garanzija mibdula hija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 7(2).

2.   Garanzija fi blokk wieħed tista’ tiġi mibdula b’garanzija oħra fi blokk wieħed bil-kondizzjoni illi l-garanzija fi blokk wieħed ġdida tkopri mill-anqas dik il-parti tal-garanzija fi blokk wieħed oriġinali assenjata fiż-żmien tal-bdil sabiex tiżgura t-twettiq ta’ obbligu wieħed jew iżjed li jkunu għadhom mhux imwettqa.

Artikolu 11

1.   Garanziji kif imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu denominati f’Euro.

2.   Minkejja dak li jingħad fil-paragrafu 1, fejn il-garanzija tiġui aċċettata fi Stat Membru barra miż-żona Euro, fil-munita nazzjonali, l-ammont tal-garanzija f’Euro għandu jiġi konvertit f’dik il-munita skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006. L-impenn li jikkorispondi għall-garanzija u kwalunkwe ammont miżmum fil-każ ta’ irregolaritajiet jew ksur għandu jibqa’ ffissat f’Euro.

Artikolu 12

Fejn il-flus kontanti jiġu ddepożitati bi trasferiment ma għandhomx jitqiesu bħala li tkun ġiet stabbilita l-garanzija sakemm l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.

Artikolu 13

1.   Ċekk għal somma li l-ħlas tagħha jkun garantit minn istituzzjoni finanzjarja rrikonoxxuta għall-iskop mill-Istat Membru tal-awtorità kompetenti interessata għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta’ flus kontanti. L-awtorità kompetenti ma teħtieġx li tippreżenta ċekk bħal dan għall-ħlas sakemm il-perjodu taż-żmien li għalih huwa garantit ikun sejjer jiskadi.

2.   Ċekk, barra minn dak riferit fil-paragrafu 1, jikkostitwixxi garanzija biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.

3.   Kull impost magħmul minn istituzzjoni finanzjarja għandhu jitħallas mill-parti li tagħti l-garanzija.

Artikolu 14

Ma għandu jitħallas l-ebda mgħax lill-parti li tagħmel il-garanzija fil-għamla ta’ depożitu ta’ flus kontanti.

Artikolu 15

1.   Il-garanti għandu jkollu r-residenza normali tiegħu jew stabiliment fl-Unjoni u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ikun approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tingħata l-garanzija. Il-garanti għandu jkun marbut b’garanzija bil-miktub.

2.   Il-garanzija bil-miktub trid mill-inqas tiddikjara:

(a)

l-obbligu jew, fil-każ ta’ garanzija fi blokk wieħed, it-tip/i ta’ obbligu li, li kontra twettiq tiegħu/tagħhom, tiggarantixxi l-ħlas ta’ somma flus;

(b)

l-ogħla lijabilità għall-ħlas li l-garanti jaċċetta;

(ċ)

li l-garanti jimpenja ruħu konġuntement jew separatament mal-parti responsabbli li jħallas/iħallsu, fi żmien 30 jum mid-domanda tal-awtoritajiet kompetenti, kull somma, fil-limiti tal-garanzija, li għandha titħallas ġaladarba garanzija tiġi ddikjarata mitlufa bi dritt.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ taċċetta telekomunikazzjoni bil-miktub mibgħuta mill-garanti bħala li tikkostitwixxi garanzija bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti taċċetta dan, hija għandha tieħu kull pass li tqis meħtieġ sabiex tissodisfa ruħha illi t-telekomunikazzjoni hija ġenwina.

4.   Fejn garanzija fi blokk wieħed bil-miktub tkun diġà ngħatat, l-awtorità kompetenti għandha tistabilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex biha tiġi allokata l-garanzija fi blokk wieħed kollha jew parti minnha għal obbligu partikolari.

Artikolu 16

Malli parti minn garanzija fi blokk wieħed tiġi assenjata għal xi obbligu partikolari, il-bilanċ tal-garanzija fi blokk wieħed li jifidal għandu jiġi nnotat.

KAPITOLU IV

IL-ĦLAS BIL-QUDDIEM

Artikolu 17

Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal kull każ fejn regoli speċifiċi tal-Unjoni jipprovdu illi somma tista’ titħallas bil-quddiem qabel jitwettaq l-obbligu.

Artikolu 18

1.   Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata meta:

(a)

jkun ġie stabbilit l-intitolament finali għas-somma mogħtija bħala ħlas bil-quddiem, jew

(b)

tkun reġgħet tħallset is-somma mogħtija, biż-żieda ta’ kull addizzjoni oħra mitluba skond ir-Regolament speċifiku.

2.   La darba d-data tal-għeluq biex ikun muri l-intitolament finali għas-somma mogħtija jkun skada mingħajr il-produzzjoni ta’ evidenza tal-intitolament, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament issegwi mal-proċedura fl-Artikolu 28.

Id-data tal-għeluq tista’ tkun posposta f’każ ta’ force majeure.

B’dana kollu, meta l-leġislazzjoni tal-Unjoni hekk tipprovdi, evidenza tista’ xorta tkun ipproduċuta wara dik id-data permezz ta’ pagament parzjali mill-ġdid tal-garanzija.

3.   Jekk id-disposizzjonijiet ta’ forza maġġuri fil-leġislazzjoni tal-Unjoni jippermettu l-ħlas lura tas-somma mħallsa bil-quddiem biss, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

iċ-ċirkostanzi miġjuba bħala pretensjonijiet ta’ forza maġġuri għandhom jiġu innotifikati lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn 30 jum minn li fih ikun wasal it-tagħrif għand il-parti interessata li jindikaw li kien każ possibbli ta’ forza maġġuri, u

(b)

il-parti interessata għandha tagħti lura s-somma mħallsa bil-quddiem jew il-parti rilevanti minnha fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-awtorità komptenti toħroġ it-talba għall-ħlas lura.

Jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma jiġux irrispettati, il-mod tal-ħlas lura għandu jkun l-istess daqs li kieku ma ġrawx iċ-ċirkostanzi ta’ forza maġġuri.

KAPITOLU V

IR-RILAXX JEW IT-TELF TAD-DRITT TA’ GARANZIJI OĦRA GĦAJR BARRA DAWK RIFERITI FIL-KAPITOLU IV

Artikolu 19

1.   Obbligu jista’ jinkludi ħtiġiet primarji, sekondarji jew subordinati.

2.   Ħtieġa primarja hija ħtieġa, bażika għall-iskopijiet tar-regoli tal-Unjoni li jimponiha, li jitwetaq jew jibqa’ lura milli jintgħamel att.

3.   Ħtieġa sekondarja hija ħtieġa li jiġi rrispettat il-limitu taż-żmien biex titwettaq ħtieġa primarja.

4.   Ħtieġa subordinata żgħira hija kull ħtieġa oħra imposta minn Regolament.

5.   Dan il-Kapitolu ma japplikax fejn ir-Regolament speċifiku rilevanti ma jiddefinixxix il-ħtiġiet primarji.

6.   Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu “il-parti relevanti tas-somma ggarantita” tfisser li parti tas-somma garantita li tikkorrispondi għall-kwantità li dwarha il-ħtieġa tkun tkun ġiet miksura.

Artikolu 20

Ġaladarba tkun ġiet mogħtija x-xhieda stabbilita bir-regoli speċifiċi tal-Unjoni li twettqu l-ħtiġiet kollha primarji, sekondarji u subordinarji, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata.

Artikolu 21

1.   Il-Garanzija għandha tintilef kollha kemm hi għall-kwantità li dwarha l-ħtieġa primarja ma tkunx twettqet, sa kemm dan in-nuqqas ta’ twettiq ma jkunx minħabba forza maġġuri.

2.   Ħtieġa primarja għandha titqies li ma tkunx inkisret jekk l-evidenza relevanti ma tkunx prodotta fiż-żmien stipulat għall-produzzjoni ta’ dik l-evidenza apparti milli fil-każ ta’ forza maġġuri ma tkunx ħalliet il-produzzjoni ta’ dik l-evidenza li ssir fiż-żmien stipulat. Il-proċedura fl-Artikolu 28 għall-irkupru tas-somma mitlufa għandha tkun segwita minnufih.

3.   Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji kollha jkunu ntlaħqu fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandha titħallas lura 85 % tas-somma mitlufa bi dritt.

Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji jkunu ntlaħqu kollha fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien f’ċirkostanzi fejn ma jkunux ġew imwettqa l-ħtiġiet sekondarji rilevanti, is-somma li trid titħallas lura għandha tkun is-somma li kienet trid titħallas lura skond l-Artikolu 22(2), nieqsa 15 % tal-parti rilevanti tas-somma garantita.

4.   Ma għandu jerġa’ jsir l-ebda ħlas fejn tiġi prodotta x-xhieda turi illi ma ġewx imwettqa l-ħtiġiet primarji kollha wara li jkun skada l-perjodu taż-żmien ta’ 18-il xahar riferit fil-paragrafu 3, apparti milli fil-każ ta’ force majeure li ma jkunx ħalla li sseħħ il-preżentazzjoni ta’ din l-evidenza f’dak il-perjodu.

Artikolu 22

1.   Jekk matul il-perjodu speċifikat tiġi prodotta l-prova stabbilita bir-regoli tal-Unjoni speċifiku illi l-ħtiġiet primarji kollha ġew imwettqa, f’ċirkostanzi fejn ħtieġa sekondarja ma tkunx twettqet, isir ir-rilaxx parzjali tal-garanzija u l-bqija tas-somma garantita tintilef bi dritt. Għandha tiġi segwita l-proċedura fl-Artikolu 28 sabiex tiġi rkuprata s-somma mitlufa bi dritt.

2.   Il-proporzjon tal-garanzija rrilaxxjata għandu jkun: il-garanzija li tkopri l-parti relevanti tas-somma garantita bit-tnaqqis ta’ 15 %, u

(a)

10 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:

(i)

ikun ġie maqbuż il-perjodu massimu taż-żmien ta’ 40 jum jew anqas,

(ii)

ma jiġix irrispettat perjodu minimu taż-żmien ta’ 40 ġurnata jew anqas;

(b)

5 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:

(i)

ikun ġie maqbuż perjodu massimu taż-żmien ta’ bejn 41 u 80 jum,

(ii)

ma jiġix irrispettat perjodu minimu taż-żmien ta’ bejn 41 u 80 jum;

(ċ)

2 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:

(i)

ikun ġie maqbuż perjodu massimu ta żmien ta’ 81 jum jew iżjed,

(ii)

ma jkunx ġie rrispettat perjodu minimu ta żmien ta’ 81 jum jew iżjed.

3.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-perjodi taż-żmien sabiex wieħed japplika għal, jew juża, l-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u l-attestati li jiffisaw l-avvanzi, jew għall-perjodi taż-żmien li għandhom x’jaqsmu mal-iffissar tal-imposti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u r-rifondi bl-offerti għall-esportazzjoni.

Artikolu 23

1.   Nuqqas li jitwettqu wieħed jew aktar ħtiġiet subordinati għandu jwassal għas-sekwestru ta’ 15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita sa kemm it-twettiq ma jkunx seħħ kawża ta’ force majeure.

2.   Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28 għall-irkupru tas-somma mitlufa bi dritt għandha tidħol minnufih fis-seħħ.

3.   Dan l-Artikolu ma japplikax f’ċirkostanzi fejn japplika l-Artikolu 21(3).

Artikolu 24

Jekk tkun prodotta evidenza li l-ħtiġiet primarji kollha kienu osservati imma li ż-żewġ ħtiġiet sekondarji u wkoll subordinati ikunu nkisru, l-Artikoli 22 u 23 għandhom japplikaw u s-somma totali li tkun issekwestrata għandha tkun is-somma isekwestrata bi qbil mal-Artikolu 22 flimkien mal-15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita.

Artikolu 25

Is-somma totali li tintilef bi dritt ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-parti rilevanti tas-somma ggarantita.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 26

1.   Għandha tiġi rrilaxxjata parti mill-garanzija fuq talba fejn tkun ingħatat ix-xhieda rilevanti li għandha x’taqsam ma’ parti minn kwantità tal-prodott, sakemm din il-parti ma tkunx inqas mill-kwantità minima speċifikata fir-Regolament li teħtieġ din il-garanzija.

Fejn ir-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jispeċifikawx kwantità minima, l-awtorità kompetenti tista’ hija stess tirrestrinġi n-numru tar-rilaxxamenti parzjali ta’ kull waħda mill-garanziji, u tista’ tispeċifika somma minima għal kull rilaxx minn dan.

2.   Qabel ma tirrilaxxja l-garanzija kollha jew parti minnha l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ illi tingħata talba bil-miktub għar-rilaxx.

3.   Fil-każ tal-garanziji li jkopru, skond l-Artikolu 9(1), aktar minn 100 % tas-somma meħtieġa li tkun iggarantita, dik il-parti tal-garanzija li taqbeż il-100 % għandha tiġi rrilaxxjata meta l-bqija tas-somma garantita tkun fl-aħħarnett irrilaxxjata jew mitlufa bi dritt.

Artikolu 27

1.   Fejn ma hu stabbilit l-ebda perjodu taż-żmien sabiex tinġieb ix-xhieda meħtieġa sabiex tiġi rrilaxxjata somma garantita, dan il-perjodu taż-żmien għandu jkun ta’:

(a)

12-il xahar mil-limitu taż-żmien speċifikat sabiex jiġu rrispettati l-ħtiġiet primarji kollha, jew

(b)

fejn ma jkun speċifikat l-ebda limitu ta’ dan iż-żmien kif imsemmi fil-punt (a), 12-il xahar mid-data li fiha l-ħtiġiet primarji kollha jkunu twettqu.

2.   Il-perjodu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż it-tliet snin minn meta l-garanzija kienet assenjata għal xi obbligu partikolari, barra minn f’każi ta’ forza maġġuri.

Artikolu 28

1.   Ladarba l-awtorità kompetenti tkun konxja miċ-ċirkustanzi li qed iwasslu għas-sekwestru tal-garanzija, kollha kemm hi jew parti minnha, għandha mingħajr dewmien tinsisti mal-parti li tkun meħtieġa li jilħaq l-obbligazzjoni li tħallas is-somma ssekwestrata, bi tħollija ta’ 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas.

Meta l-ħlas ma jkunx sar fl-aħħar ta’ dan il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) għall-kont xieraq;

(b)

mingħajr dewmien teħtieġ li min jagħmel il-garanzija kif deskritt fl-Artikolu 7(1)(b) li jħallas, billi jitħallew 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas;

(ċ)

mingħajr dewmien tieħu l-passi biex:

(i)

tikkonverti l-garanziji deskritti fl-Artikolu 7(2)(a), (ċ), (d) u (e) fi flus suffiċjenti għall-irkuprar tas-somma dovuta;

(ii)

twarrab id-depositi ta’ flus imsemmija fl-Artikolu 7(2)(b) bi pleġġ lejn il-kont tagħha.

L-awtorità kompetenti tista’ mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) lejn il-kont xieraq mingħajr mal-ewwel tkun teħtieġ li l-persuna kkonċernata li teffettwa l-ħlas.

2.   L-awtorità kompetenti tista twarrab is-sekwestru ta’ ammont anqas minn 60 EUR, basta li disposizzjonijiet nazzjonali simili għal każijiet kumparabbli jkunu stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta d-deċiżjoni għal sekwestru ta’ garanzija tkun meħuda imma wara, fuq appell, tkun ipposponuta bi qbil mal-liġi nazzjonali, il-parti kkonċernata għandha tħallas l-imgħax fuq is-somma attwalment issekwestrata matul il-perjodu li jibda 30 ġurnata mill-jum tal-wasla tat-talba għall-ħlas kif hemm referenza dwar dan fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u li jispiċċa fil-jum ta’ qabel il-ħlas tas-somma attwalment issekwestrata.

Meta b’segwiment tar-riżultat tal-proċedura tal-appell il-parti kkonċernata tkun mitluba li tħallas fi żmien 30 ġurnata s-somma ssekwestrata, għall-iskopijiet biex ikun ikkalkolat l-imgħax, l-Istat Membru jista jikkonsidra li jagħmel ħlas nhar l-għoxrin ġurnata wara d-data ta’ dik it-talba.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli hija kkalkulata bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, imma m’għandha fl-ebda każ tkun anqas mir-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ rkupru tal-ammonti nazzjonali.

L-aġenziji ta’ ħlas għandhom inaqqsu l-imgħax imħallas mill-ispiża tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEIR), bi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 (11).

L-Istati Membri jistgħu perjodikalment jitolbu supplimentazzjoni tal-garanzija fir-rigward tal-imgħax involut.

Meta l-garanzija tkun ġiet issekwestrata u l-ammont diġa kkreditat lill-FAEIR u, b’segwiment tar-riżultat tal-proċedura tal-appell, is-somma ssekwestrata kollha kemm hi jew parti minha, inklużi l-imgħax fir-rata bi qbil mal-liġi nazzjonali, għandha tiġi mħallsa lura, is-somma li għandha titħallas lura għandha tkun merfuha mill-FAEIRsakemm il-ħlas mill-ġdid tal-garanzija ma jkunx attribwit għan-negliġenza jew żball serju tal-awtoritajiet amministrattivi jew ta’ korpi oħra tal-Istat Membru.

Artikolu 29

Il-Kummissjoni tista’ skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra rilevanti, tipprovdi għal deroga mid-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq.

KAPITOLU VII

INFORMAZZJONI

Artikolu 30

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma ta’ garanziji ssekwestrati, tkun xi tkun il-fażi li tkun intlaħqet tal-proċedura fl-Artikolu 28, issir distinzjoni fiż-żewġ każijiet bejn dawk ikkreditati fuq il-budgets nazzjonali u dawk ikkreditati fuq il-budget tal-Unjoni.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm għal dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji kollha ssekwestrati għal ammont ta’ aktar minn EUR 1 000 u għal kull disposizzjoni tal-Unjoni li teħtieġ li garanzija tkun ippreżentata.

3.   L-informazzjoni għandha tkopri kemm somom imħallsa direttament mill-parti interessata u somom irkuprati bir-rilaxx tal-garanzija.

Artikolu 31

L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni segwenti disponibbli għall-Kummissjoni:

(a)

it-tipi tal-istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala dawk li jagħmlu pleġġ u l-kondizzjonijiet stabbiliti;

(b)

it-tipi tal-garanziji aċċettati permezz tal-Artikolu 7(2) u tal-kondizzjonijiet stabbiliti.

Artikolu 32

Ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 33

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttamenti fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(3)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.

(4)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(6)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(7)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

(8)  Ara l-Anness I.

(9)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.

(10)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(11)  ĠU L 50, 22.2.1978, p. 1.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85

(ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1181/87

(ĠU L 113, 30.4.1987, p. 31)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3745/89

(ĠU L 364, 14.12.1989, p. 54)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3403/93

(ĠU L 310, 14.12.1993, p. 4)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1932/1999

(ĠU L 240, 10.9.1999, p. 11)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 673/2004

(ĠU L 105, 14.4.2004, p. 17)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006

(ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11)

l-Artikolu 3 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006

(ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52)

l-Artikolu 12 biss


ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2220/85

Dan ir-Regolament

Titolu I

Kapitolu I

Artikolu 1, parti introduttiva

Artikolu 1, parti introduttiva

Artikolu 1(a)

Artikolu 1(a)

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(ċ)

Artikolu 1(d)

Artikolu 1(e)

Artikolu 1(f)

Artikolu 1(c)

Artikolu 2

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikolu 3, kliem tal-bidu

Artikolu 3, kliem tal-bidu

Artikolu 3(a) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(a) it-tieni subparagrafu

Artikolu 2 l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(b), (ċ) u (d)

Artikolu 3(b), (ċ) u (d)

Titolu II

Kapitolu II

Artikoli 4, 5 u 6

Artikoli 4, 5 u 6

Titolu III

Kapitolu III

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10(1)(a)

Artikolu 9(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(1)(b)

Artikolu 9(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(1)(ċ)

Artikolu 9(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(2)(a)

Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2)(b)

Artikolu 9(2) it-tielet subparagrafu

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Titolu IV

Kapitolu IV

Artikolu 18, kliem tal-bidu u inċiż

Artikolu 17

Artikolu 19

Artikolu 18

Titolu V

Kapitolu V

Artikoli 20

Artikolu 19

Artikolu 21

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 21

Artikolu 23(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 23(2), kliem tal-bidu

Artikolu 22(2), kliem tal-bidu

Artikolu 23(2)(a)

Artikolu 22(2), kliem tal-bidu

Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, kliem tal-bidu

Artikolu 22(2)(a), kliem tal-bidu

Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, l-ewwel subinċiż

Artikolu 22(2)(a)(i)

Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, it-tieni subinċiż

Artikolu 22(2)(a)(ii)

Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, kliem tal-bidu

Artikolu 22(2)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, l-ewwel subinċiż

Artikolu 22(2)(b)(i)

Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, it-tieni subinċiż

Artikolu 22(2)(b)(ii)

Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, kliem tal-bidu

Artikolu 22(2)(c), kliem tal-bidu

Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, l-ewwel subinċiż

Artikolu 22(2)(c)(i)

Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, it-tieni subinċiż

Artikolu 22(2)(c)(ii)

Artikolu 23(3)

Artikolu 22(3)

Artikolu 24

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 25

Titolu VI

Kapitolu VI

Artikolu 27

Artikolu 26

Artikolu 28

Artikolu 27

Artikolu 29

Artikolu 28

Artikolu 30

Artikolu 29

Titolu VII

Kapitolu VII

Artikolu 31

Artikolu 30

Artikolu 32

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 33

Anness I

Anness II


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 283/2012

tad-29 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2012 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta' Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ azjendi agrikoli (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi illi għandu jitħallas ħlas fiss mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal kull prospett tal-biedja debitament mimli u li jkun mibgħut lilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 224/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2011 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola (3), iffissa l-ammont tal-ħlas standard għas-sena ta’ kontabilità 2011 għal EUR 157 għal kull prospett tal-biedja. Ix-xejra fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm iqum biex jitlesta l-prospett tal-biedja jiġġustifikaw reviżjoni tal-ħlas.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ħlas standard provdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu jkun iffissat għal EUR 160.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25.

(3)  ĠU L 61, 8.3.2011, p. 1.


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 284/2012

tad-29 ta’ Marzu 2012

li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Tali kontaminazzjoni tista’ tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). Dan ir-Regolament aktar tard ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3).

(3)

L-awtoritajiet Ġappuniżi pprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni li fil-bosta kampjuni li ttieħdu tas-sake u xorb alkoħoliku ieħor (whiskey u shochu) ma nstabet l-ebda radjoattività fil-kampjuni kollha. Il-proċess tal-illustrar, il-fermentazzjoni u d-distillazzjoni jneħħi kważi kompletament ir-radjoattività mix-xorb alkoħoliku nnifsu. Il-kwistjoni se tiġi segwita mill-awtoritajiet Ġappuniżi fuq il-bażi tal-monitoraġġ kontinwu tas-sake, il-whiskey u x-shochu. Għalhekk huwa xieraq li jiġu esklużi s-sake, il-whiskey u x-shochu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet Ġappuniżi u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li qed jimpurtaw.

(4)

Fl-24 ta’ Frar 2012, l-awtoritajiet Ġappuniżi adottaw livelli massimi ġodda għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137, biex jiġu applikati mill-1 ta’ April 2012, b’miżuri tranżitorji previsti għar-ross, iċ-ċanga u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom, li huma aktar baxxi mil-livelli massimi stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (4). Il-miżuri tranżitorji għaċ-ċanga ma għandhom l-ebda rilevanza għall-importazzjoni fl-Unjoni billi l-importazzjoni taċ-ċanga mill-Ġappun fl-Unjoni mhijiex permessa għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika għajr ir-radjoattività. L-awtoritajiet Ġappuniżi għarrfu wkoll lill-Kummissjoni li l-prodotti li ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq Ġappuniż lanqas ma jitħallew li jiġu esportati. Għalhekk, għalkemm mhux meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurezza, sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-kontrolli ta’ qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet Ġappuniżi u l-kontrolli fuq il-livell tar-radjonuklidi mwettqa fuq l-għalf u l-ikel li joriġinaw jew ġejjin mill-Ġappun fid-dħul tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu applikati l-istess livelli massimi fl-Unjoni għar-radjonuklidi fl-għalf u fl-ikel mill-Ġappun bħal-livelli massimi applikabbli fil-Ġappun sakemm dawn ikunu aktar baxxi mill-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87.

(5)

Ftit wara l-aċċident nukleari, kienu meħtieġa kontrolli għall-preżenza tal-jodju-131 u t-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 fl-għalf u l-ikel li joriġina mill-Ġappun, billi kien hemm evidenza li r-rilaxx tar-radjoattività fl-ambjent kien relatat l-aktar mal-jodju-131, iċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137, u kien hemm emissjoni limitata ħafna jew l-ebda emissjoni tar-radjonuklidi stronzju (Sr-90), plutonju (Pu-239) u ameriċju (Am-241). Il-jodju-131 għandu half-life qasira ta’ tmint ijiem u minħabba li ma kien hemm l-ebda rilaxx ta’ radjoattività fl-ambjent mill-impjant nukleari affettwat fix-xhur reċenti u r-reattur nukleari affettwat issa qiegħed f’sitwazzjoni stabbli u mhumiex mistennija aktar rilaxxi fl-ambjent, il-jodju-131 ma għadux preżenti fl-ambjent u għalhekk lanqas fl-għalf u l-ikel mill-Ġappun. Għalhekk il-kontroll tal-preżenza tal-jodju-131 ma kienx għadu meħtieġ mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1371/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (5). Għalhekk ma hemmx bżonn li jinżammu l-livelli massimi għall-jodju-131 f’dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ippreveda wkoll livelli massimi għall-istronzju, il-plutonju u l-ameriċju fil-każ li kien ikun hemm rilaxxi ġodda fl-ambjent ta’ radjoattività li tinkludi dawn ir-radjonuklidi. Minħabba li r-reattur nukleari affettwat issa qiegħed f’sitwazzjoni stabbli, il-possibbiltà ta’ rilaxxi ġodda ta’ radjoattività fl-ambjent hija eskluża jew hija minima ħafna u ma kien hemm l-ebda rilaxx sinifikanti fl-ambjent ta’ stronzju, plutonju u ameriċju wara l-aċċident tal-impjant nukleari, huwa evidenti li l-kontroll għall-preżenza ta’ dawn ir-radjonuklidi fl-ikel jew fl-għalf mill-Ġappun mhuwiex meħtieġ. Għalhekk ma hemmx bżonn li jinżammu l-livelli massimi għal dawn ir-radjonuklidi f’dan ir-Regolament.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 ġie emendat darbtejn sabiex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Minħabba li dan ir-Regolament jipprevedi għal aktar emendi li jeħtieġu bidliet f’ħafna dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 li joriġina jew li ġej mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta’:

(a)

il-prodotti li ħarġu mill-Ġappun qabel it-28 ta’ Marzu 2011;

(b)

il-prodotti li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011;

(c)

is-sake li jaqa’ fil-kodiċijiet NM ex 2206 00 39 (bil-gass), ex 2206 00 59 (bla gass, f’kontenituri li jesgħu żewġ litri jew inqas) jew ex 2206 00 89 (bla gass, f’kontenituri li jesgħu aktar minn żewġ litri);

(d)

il-whiskey li jaqa’ fil-kodiċi NM 2208 30;

(e)

ix-shochu li jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2208 90 56, ex 2208 90 69, ex 2208 90 77 jew ex 2208 90 78.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża” tfisser il-miżuri tranżitorji adottati mill-awtoritajiet Ġappuniżi fl-24 ta’ Frar 2012 fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulati fl-Anness III.

Artikolu 3

Importazzjoni fl-Unjoni

L-għalf u l-ikel (minn hawn ’il quddiem: “il-prodotti”) imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu biss jiġu impurtati fl-Unjoni Ewropea jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Livelli massimi taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

1.   Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, għajr ir-ross, il-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom, għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness II.

2.   Ir-ross u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom għandhom jikkonformaw mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stipulat fl-Anness III.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni

1.   Kull kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun u

(b)

tispeċifika jekk il-prodotti jaqawx jew le fil-miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża.

3.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:

(a)

il-prodotti nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew

(b)

il-prodotti joriġinaw u ġejjin minn prefettura għajr dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka; jew

(c)

il-prodotti ġejjin mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, iżda ma joriġinax minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma ġiex espost għar-radjoattività matul it-tranżitu; jew

(d)

meta l-prodotti joriġinaw mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, il-prodotti huma akkumpanjat minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.

4.   Il-punt (d) tal-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għall-prodotti li nqabdu jew inħasdu mill-ibħra tal-kosta tal-prefetturi msemmija hemmhekk, irrispettivament minn fejn jaslu dawn il-prodotti.

Artikolu 6

Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni

1.   Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness I.

2.   Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità Ġappuniża kompetenti jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ entità awtorizzata mill-awtorità Ġappuniża kompetenti taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.

3.   Għall-prodotti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.

Artikolu 7

Identifikazzjoni

Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 6(3), fuq iċ-ċertifikat sanitarju u fuq kwalunkwe dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinna.

Artikolu 8

Postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u punt tad-dħul magħżul

Il-kunsinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, għajr dawk li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (6), għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni permezz ta’ punt tad-dħul magħżul skont it-tifsira tal-Artikolu 3(b) tar-Regoalament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (7) (minn hawn ’il quddiem “il-punt tad-dħul magħżul”).

Artikolu 9

Notifika minn qabel

L-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta’ kull kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1, minn tal-inqas jumejn ta’ xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fuq il-punt tad-dħul magħżul.

Artikolu 10

Kontrolli uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew tal-punt tad-dħul magħżul għandhom iwettqu:

(a)

kontrolli tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1;

(b)

kontrolli fiżiċi u tal-identità, inkluża analiżi tal-laboratorju għall-preżenza ta’ ċesju-134 u ċesju-137, fuq minn tal-anqas:

(i)

5 % tal-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(3)(d); and

(ii)

10 % tal-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(3)(b) u (c).

2.   Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali, għal massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol, sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.

3.   Jekk ir-riżultat tal-analiżi tal-laboratorju jipprovdi evidenza li l-garanziji pprovduti fid-dikjarazzjoni huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies bħala mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Spejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u kwalunkwe miżura li tittieħed wara li jkun hemm nuqqas ta’ konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel.

Artikolu 12

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Il-kunsinni jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew ir-rappreżentant tagħhom iressqu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), li:

(a)

tkun ġiet approvata kif dovut mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fil-punt tad-dħul magħżul; u

(b)

tagħti evidenza li l-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 ikunu twettqu u li r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli kienu favorevoli.

Artikolu 13

Prodotti li mhumiex konformi

Il-prodotti li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Tali prodotti għandhom jintremew b’mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini.

Artikolu 14

Rapporti

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull xahar permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) bir-riżultati analitiċi kollha miksuba.

Artikolu 15

Revoka

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 huwa revokat.

Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Miżura tranżitorja

B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011, fejn:

(a)

il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jew

(b)

il-prodotti jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni b’mod konformi ma’ dak ir-Regolament li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ April 2012 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel il-15 ta’ April 2012

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ sal-31 ta’ Ottubru 2012. Ir-Regolament se jiġi rivedut b’mod regolari sabiex iqis l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ta’ kontaminazzjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5.

(3)  ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.

(4)  ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11.

(5)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 41.

(6)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(7)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Livelli massimi għall-ikel  (1) (Bq/kg) kif previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Ikel għat-trabi u t-tfal żgħar

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Ikel ieħor, għajr

l-ilma minerali u xorb simili

it-te magħmul minn weraq mhux fermentati

il-fażola tas-sojja u l-prodotti tal-fażola tas-sojja (4)

Ilma minerali u xorb simili u t-te magħmul minn weraq mhux fermentati

Total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

50  (2)

50  (2)

100  (2), (3)

10  (2)


Livelli massimi għall-għalf  (5) (Bq/kg) kif previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Għalf maħsub għall-baqar u ż-żwiemel

Għalf maħsub għall-ħnieżer

Għalf maħsub għat-tjur

Għalf għall-ħut (7)

Total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

100  (6)

80  (6)

160  (6)

40  (6)


(1)  Għall-prodotti mnixxfa li huma maħsuba għall-konsum fi stat rikostitwit, japplika l-livell massimu għall-prodott rikostitwit bħala prodott lest għall-konsum.

Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta’ rikostituzzjoni ta’ ħamsa.

Għat-te, il-livell massimu japplika għall-infużjoni magħmula mill-weraq tat-te. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te imnixxef huwa 50, u għalhekk livell massimu ta’ 500 Bq/kg għall-weraq tat-te jiżgura li l-livell fit-te lest għax-xorb ma jaqbiżx il-livell massimu ta’ 10 Bq/kg.

(2)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu fuq bażi provviżorja, il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 3954/87.

(3)  Għar-ross u l-prodotti tar-ross, il-livell massimu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2012. Qabel din id-data japplika l-livell massimu ta’ 500 Bq/kg.

(4)  Għall-fażola tas-sojja u l-prodotti tal-fażola tas-sojja japplika l-livell massimu ta’ 500 Bq/kg.

(5)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf li għandu kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.

(6)  Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-livelli massimi li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).

(7)  Bl-eżenzjoni tal-għalf għall-ħut tat-tiżjin.


ANNESS III

Miżuri tranżitorji previsti fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża u ta’ applikazzjoni għal dan ir-Regolament

(a)

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-ilma minerali u xorb simili li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 200 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv. Ikel ieħor, għajr ir-ross, il-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati minnhom li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel il-31 ta’ Marzu 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.

(b)

Ir-ross maħsud qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandux ikun fih aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.

(c)

Il-prodotti magħmula mir-ross li huma manifatturati u/jew ipproċessati qabel it-30 ta’ Settembru 2012 ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.

(d)

Il-fażola tas-sojja ma għandux ikun fiha aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.

(e)

Il-prodotti magħmula mill-fażola tas-sojja ma għandux ikun fihom aktar minn 500 Bq/kg ta’ ċesju radjoattiv.


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 285/2012

tad-29 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

CR

48,1

IL

73,5

MA

53,4

TN

56,0

TR

90,6

ZZ

64,3

0707 00 05

JO

225,1

TR

149,1

ZZ

187,1

0709 91 00

EG

76,0

ZZ

76,0

0709 93 10

JO

225,1

MA

49,6

TR

127,5

ZZ

134,1

0805 10 20

EG

53,1

IL

85,4

MA

51,0

TN

56,9

TR

64,8

ZA

45,1

ZZ

59,4

0805 50 10

EG

69,3

MX

39,8

TR

54,9

ZZ

54,7

0808 10 80

AR

87,2

BR

86,6

CA

121,1

CL

102,1

CN

87,8

MK

31,8

US

171,1

UY

71,6

ZA

74,7

ZZ

92,7

0808 30 90

AR

88,7

CL

116,8

CN

54,7

ZA

93,9

ZZ

88,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Marzu 2012

li tawtorizza lir-Rumanija biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2012/181/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Peremezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni tat-30 ta' Awwissu 2011, ir-Rumanija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura speċjali ta' deroga minn punt (18) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex teżenta persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta' EUR 65 000 bir-rata ta' konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea. Il-miżura se teħles lil dawk il-persuni taxxabbli minn ċerti obbligazzjonijiet jew minn kollha kemm huma relatati mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

(2)

B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata t-8 ta’ Novembru 2011 bit-talba tar-Rumanija. Permezz ta' ittra datata d-9 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

Diġà hemm skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar bħala għażla disponibbli għall-Istati Membri taħt it-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Din il-miżura tidderoga mit-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE sakemm il-limitu għall-iskema tal-fatturat annwali tal-persuna taxxabbli huwa ogħla minn dak permess għar-Rumanija taħt il-punt 18 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, li huwa EUR 35 000.

(4)

Limitu ogħla għall-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar hu miżura ta’ simplifikazzjoni peress li dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT tal-iżgħar negozji, filwaqt li dik l-iskema speċjali mhix obbligatorja għall-persuni taxxabbli u tippermetti lin-negozji li jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT. B'mod ġenerali, hu mistenni li l-miżura ta' simplifikazzjoni se ttejjeb il-livell ġenerali tal-konformità mal-VAT.

(5)

Fil-proposta tagħha tad-29 ta' Ottubru 2004 għal-Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE biex tissimplifika l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limitu tal-fatturat annwali għall-iskema ta' eżenzjoni mill-VAT sa ammont massimu ta' EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li dan l-ammont ikun aġġornat kull sena. It-talba magħmula mir-Rumanija hi konformi ma' dik il-proposta.

(6)

Il-miżura m'għandhiex impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT u se jkollha biss effett żgħir fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa tar-Rumanija miġbur fl-istadju tal-konsum finali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-punt 18 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hi awtorizzata li teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom m’huwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali ta’ EUR 65 000 bir-rata ta’ konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Direttiva li temenda l-ammonti tal-limiti massimi ta’ fatturat annwali li taħthom il-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT jew sal-31 ta’ Diċembru 2014, skont liema data sseħħ l-ewwel.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Marzu 2012

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi għall-2012

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 1954)

(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)

(2012/182/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni (1) u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 17(3),

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Novembru 2011, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw programm lill-Kummissjoni għall-2012 li jistipula l-miżuri tas-saħħa tal-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi. Dan il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jittieħdu, kemm idumu u l-ispiża fuqhom bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(2)

Il-miżuri stipulati f’dak il-programm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE tal-10 ta’ Settembru 2007 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi, fl-Azores u f’Madeira (2).

(3)

Il-miżuri stabbiliti fil-programm kienu vvalutati mill-Kummissjoni u diskussi fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti tal-24 u l-25 ta’ Novembru 2011. Bħala riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-programm jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006.

(4)

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, għandu jiġi stabbilit massimu adegwat għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u l-ħlas ghandu jsir abbażi tad-dokumenti ppreżentati minn Franza.

(5)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (3), il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għall-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta’ dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

(6)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jsegwi deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ngħataw il-poteri, filwaqt li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa.

(7)

Il-programm ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi fit-8 ta’ Novembru 2011 u l-miżuri stipulati jirrigwardaw is-sena kalendarja 2012. L-Artikolu 112 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jistipula li l-għotja għal azzjoni diġà mibdija tista’ tingħata biss meta l-applikant jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel ma tingħata l-għotja. Franza wriet il-ħtieġa li tibda dan il-programm mill-bidu tas-sena 2012 biex tippermetti finanzjar xieraq u bidu tal-eżekuzzjoni ta’ dawn il-miżuri qabel ma tingħata l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fid-Deċiżjoni attwali.

(8)

Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju għall-ammonti massimi awtorizzati ta’ nfiq, provduta fit-talba għal kofinanzjament, kif inhu stabbilit fil-programm imressaq minn Franza.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Qed tingħata kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil Franza għall-implimentazzjoni tal-programm uffiċjali għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi għall-2012, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness.

Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għall-massimu ta’ 60 % tan-nefqa eliġibbli totali, kif speċifikat fil-Parti B tal-Anness, b’massimu ta’ EUR 180 000 (mingħajr VAT).

Artikolu 2

1.   Għandhom jitħallsu EUR 100 000 bil-quddiem fi żmien 60 jum mill-wasla ta’ talba għal ħlas minn Franza.

2.   Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jitħallas sakemm ikun intbagħat rapport finali ta’ implimentazzjoni dwar il-programm lill-Kummissjoni f’forma elettronika sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2013, wara li dak ir-rapport ikun approvat mill-Kummissjoni.

Dak ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas:

(a)

valutazzjoni teknika konċiża tal-programm kollu, inkluż il-grad tal-kisba tal-għanijiet fiżiċi u kwalitattivi. Dik il-valutazzjoni għandha tgħaqqad l-għanijiet stabbiliti fil-programm inizjali ppreżentati minn Franza mar-riżultati miksuba, espressi f’termini tal-kisbiet mistennija u l-passi tat-tlestija tax-xogħol. Din għandha tispjega l-progress li sar, u tevalwa l-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku tal-miżuri miksuba; kif ukoll

(b)

dikjarazzjoni tal-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa ppjanata u proprja mqassma skont is-sottoprogramm u l-miżura. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi prova jew evidenza ta’ ħlas tan-nefqa permezz ta’ dokumentazzjoni xierqa bħalma huma fatturi jew irċevuti.

3.   Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B tal-Anness, Franza tista’ taġġusta l-finanzjament bejn il-miżuri differenti fl-istess sottoprogramm f’limitu ta’ 15 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal dan is-sottoprogramm, sakemm l-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabiżx u l-għanijiet ewlenin tal-programm ma jiġux kompromessi b’dan.

Hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe aġġustament li jsir.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 20.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


ANNESS

PROGRAMM U TQASSIM INDIKATTIV TAL-BAĠIT GĦALL-2012

PARTI A

Programm

Il-programm għandu jikkonsisti minn tliet sottoprogrammi:

(1)

sottoprogramm interdipartimentali:

—   Miżura 1.1: għodda li tiddefinixxi l-prijorità tal-parassiti u l-mard soġġetti għall-kwarantina għad-Dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi (DOM)

—   Miżura 1.2: metodi innovattivi ta’ detezzjoni tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

(2)

sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Martinique:

—   Miżura 2: netwerks ta’ sorveljanza ta’ parassiti u mard

(3)

sottoprogramm għad-dipartiment tal-Gwadelup:

—   Miżura 3.1: netwerks ta’ stħarriġ għall-ferminelli

—   Miżura 3.2: ġestjoni tar-riskju tal-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika

PARTI B

Tqassim indikattiv tal-baġit, b’indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija

(f’Euro)

Sottoprogrammi

Riżultati

(S: forniment ta’ servizzi, R: riċerka jew xogħol ta’ studju)

Nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni finanzjarja nazzjonali

Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni

Is-sottoprogramm inter-DOM

Miżura 1.1

Għodda li tiddefinixxi l-prijorità tal-parassiti u l-mard soġġetti għall-kwarantina għad-Dipartimenti lil hinn mix-xtut Franċiżi (DOM) (R)

63 000

25 200

37 800

Miżura 1.2

Metodi innovattivi ta’ detezzjoni tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara (R)

120 000

48 000

72 000

Sub-total

 

183 000

73 200

109 800

Martinique

Miżura 2

Netwerks ta’ sorveljanza ta’ parassiti u mard (S)

93 500

37 400

56 100

Sub-total

 

93 500

37 400

56 100

Il-Gwadelup

Miżura 3.1

Netwerks ta’ stħarriġ għall-ferminelli

13 500

5 400

8 100

Miżura 3.2

Tmexxija tar-riskju tal-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika (S)

10 000

4 000

6 000

Sub-total

 

23 500

9 400

14 100

Ammont totali

 

300 000

120 000

180 000