ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.084.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 84

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
23 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) 1883/2006 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012 li jemenda għall-167 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

23

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

28

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 256/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

30

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/163/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2012 li ttemm il-proċediment antidumping rigward l-importazzjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 252/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) 1883/2006

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2), jistipula livelli massimi għall-PCB mhux simili għad-diossini, id-diossini u l-furani u għas-somma tad-diossini, il-furani u l-PCB simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/516/UE tat-23 ta’ Awwissu 2011 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCB fl-għalf u fl-ikel (3) tistabbilixxi livelli ta’ azzjoni sabiex tħeġġeġ approċċ proattiv biex titnaqqas il-preżenza ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati u dibenżofurani poliklorinati (PCDD/F) u PCB simili għad-diossini fl-ikel. Dawn il-livelli ta’ azzjoni huma għodda għall-awtoritajiet u l-operaturi kompetenti biex jenfasizzaw dawk il-każijiet fejn jixraq li jidentifikaw is-sors ta’ kontaminazzjoni u jieħdu miżuri biex inaqqsuh jew jeliminawh.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistipola metodi ta’ ksib tal-kampjuni u l-analiżi għal-livelli uffiċjali ta’ kontroll tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini f’ċerti oġġetti tal-ikel (4), jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi li għandhom jiġu applikati għall-kontroll uffiċjali.

(4)

L-applikazzjoni ta’ livelli massimi ġodda għall-PCB mhux simili għad-diossini, stabbiliti wara li tqieset l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-PCB mhux simili għad-diossini u wkoll biex tinkiseb armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u l-aġġornament tal-kriterji għall-metodi ta’ skrining jeħtieġu emendi konsiderevoli. Għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ ċarezza, ikun xieraq li r-Regolament (KE) 1883/2006 jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

(5)

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonċernaw biss it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1883/2006 Dawn ma jaffettwawx l-istrateġija tat-teħid ta’ kampjuni, il-livelli u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni kif speċifikat fl-Annessi III u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 83/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (5). Dawn ma jaffettwawx il-kriterji mmirati għat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE tat-23 ta’ Frar 1998 li tistabilixxi regoli dettaljati dwar it-teħid uffiċjali ta’ kampjuni għas-sorveljanza ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (6).

(6)

Il-metodu analitiku ta’ skrining li l-validità tiegħu hija aċċettata b’mod estensiv u li huwa ta’ volum kbir, jista’ jintuża biex jiġu identifikati l-kampjuni b’livelli konsiderevoli ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini (preferibbilment billi jintgħażlu kampjuni li jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni u tkun assigurata l-għażla ta’ kampjuni li jaqbżu l-livelli massimi). Il-livelli ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini f’dawn il-kampjuni jeħtieġ li jkunu determinati b’metodu konfermatorju ta’ analiżi. Għaldaqstant, ikun xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti adattati għall-metodu ta’ skrining filwaqt li jiġi assigurat li r-rata ta’ konformità falza fir-rigward tal-livelli massimi hija inqas minn 5 %, kif ukoll rekwiżiti stretti għall-metodi ta’ analiżi konfermatorji. Barra minn hekk, permezz tal-metodi konfermatorji jiġu determinati l-livelli fil-medda ta’ sfond inferjuri wkoll. Dan huwa importanti biex jiġu segwiti x-xejriet matul iż-żminijiet, l-istima tal-espożizzjoni u għar-rivalutazzjoni tal-livelli massimi u ta’ azzjoni.

(7)

Għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ħut kbir ħafna, jeħtieġ li t-teħid ta’ kampjuni jkun speċifikat sabiex ikun assigurat approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha.

(8)

Fil-ħut tal-istess speċi li joriġina mill-istess reġjun, il-livell tad-diossini, tal-PCB simili għad-diossini u tal-PCB mhux simili għad-diossini, jista’ jkun differenti skont id-daqs u/jew l-età tal-ħuta. Barra minn hekk, il-livell tad-diossini, tal-PCB simili għad-diossini u tal-PCB mhux simili għad-diossini mhuwiex neċessarjament l-istess fil-partijiet kollha tal-ħuta. Għaldaqstant, jinħtieġ li t-teħid ta’ kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni jkunu speċifikati biex ikun assigurat approċċ armonizzat fl-Unjoni kollha.

(9)

Hu importanti li r-riżultati analitiċi jkunu rrapportati u interpretati b’mod uniformi sabiex ikun assigurat approċċ ta’ nfurzar armonizzat fl-Unjoni kollha.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet u l-abbrevjazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

It-teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, furani, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel elenkati fit-Taqsima 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jsir skont il-metodi stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni u l-analiżi tal-kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, furani u PCB simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel elenkati fit-Taqsima 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru skont il-metodi stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

L-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ PCB mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel elenkati fit-Taqsima 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru skont ir-rekwiżiti għall-proċeduri analitiċi stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 huwa b’dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)  ĠU L 218, 24.8.2011, p. 23.

(4)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 32.

(5)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(6)  ĠU L 65, 5.3.1998, p. 31.


ANNESS I

Definizzjonijiet u abbrevjazzjonijiet

I.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tal-14 ta’ Awwissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (1).

Flimkien ma’ dawn id-definizzjonijiet, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.1.

“Livell ta’ azzjoni” tfisser il-livell ta’ sustanza partikolari, kif stabbilit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2011/516/UE, li teżiġi investigazzjonijiet biex jiġi identifikat is-sors ta’ dik is-sustanza f’każijiet fejn jiġu individwati livelli miżjuda tas-sustanza.

1.2.

“Metodi bijoanalitiċi” tfisser metodi msejsa fuq l-użu ta’ prinċipji bijoloġiċi bħal testijiet ibbażati fuq iċ-ċelloli, testijiet fuq ir-riċevituri jew immunoanaliżi. Dawn ma jagħtux riżultati fil-livell tal-konġeneri iżda sempliċiment indikazzjoni (2) tal-livell TEQ, espress f’Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ) biex jitqies il-fatt li l-komposti preżenti f’estratt tal-kampjun li jipproduċu reazzjoni fit-test, mhux kollha jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-prinċipju TEQ.

1.3.

“Irkupru apparenti tat-test bijoloġiku” tfisser il-livell BEQ ikkalkolat mit-TCDD jew mill-kurva ta’ kalibrazzjoni tal-PCB 126 ikkoreġuta in bjank u mbagħad maqsuma bil-livell TEQ determinat mill-GC/HRMS. Dan jipprova jikkoreġi fatturi bħat-telf tal-PCDD/PCDF u komposti simili għad-diossini matul il-fażijiet ta’ estrazzjoni u ta’ tindif, il-komposti koestratti li jżidu jew inaqqsu r-reazzjoni (l-effetti agonistiċi u antagonistiċi), il-kwalità tal-aġġustament tal-kurva, jew id-differenzi bejn il-valuri TEF u REP. L-irkupru apparenti tat-test bijoloġiku hu kkalkolat minn kampjuni ta’ referenza xierqa bi profili ta’ konġeneri rappreżentattivi qrib il-livell ta’ interess.

1.4.

“Metodi semikwantitattivi” tfisser il-metodi li jagħtu indikazzjoni approssimattiva tal-konċentrazzjoni tal-analit putattiv, filwaqt li r-riżultat numeriku ma jissodisfax ir-rekwiżiti għall-metodi kwantitattivi.

1.5.

“Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni speċifiku aċċettat ta’ konġeneru individwali” jfisser il-konċentrazzjoni ta’ analit fl-estratt ta’ kampjun li jipproduċi reazzjoni kruċjali f’żewġ joni differenti li jridu jiġu mmonitorjati bi proporzjon S/Ħ (sinjal/ħoss) ta’ 3:1 għas-sinjal inqas intensiv u jissodisfa l-kriterji kif deskritt, pereżempju, fl-istandard prEN 16215 (L-għalf tal-annimali – Id-determinazzjoni ta’ diossini u PCB simili għad-diossini b’GC/HRMS u ta’ PCB indikaturi b’GC/HRMS) u/jew fil-metodu EPA 1613 reviżjoni B.

1.6.

“Livell superjuri” tfisser il-kunċett li jeħtieġ l-użu tal-limitu ta’ kwantifikazzjoni għall-kontribuzzjoni ta’ kull konġeneru mhux kwantifikat.

1.7.

“Livell inferjuri” tfisser il-kunċett li jeħtieġ l-użu ta’ żero għall-kontribuzzjoni ta’ kull konġeneru mhux kwantifikat.

1.8.

“Livell medju” tfisser il-kunċett li jeħtieġ l-użu tal-limitu ta’ kwantifikazzjoni abbażi tal-kontribuzzjoni ta’ kull konġeneru mhux kwantifikat.

1.9.

“Lott” tfisser kwantità identifikabbli ta’ ikel ikkunsinnat f’darba u ddeterminat mill-uffiċjal li għandu karatteristiċi komuni, bħall-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ imballaġġ, min jippakkja, l-ispeditur jew l-immarkar. Fil-każ ta’ ħut u prodotti tas-sajd, id-daqs tal-ħut ukoll għandu jkun komparabbli. F’każ li d-daqs u/jew il-piż tal-ħut ma jkunx komparabbli f’kunsinna, il-kunsinna tista’ titqies bħala lott iżda għandha tiġi applikata proċedura speċifka ta’ teħid ta’ kampjuni.

1.10.

“Sublott” tfisser parti deżinjata ta’ lott kbir sabiex jiġi applikat il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq dik il-parti deżinjata. Kull sublott għandu jkun separat fiżikament u jista’ jiġi identifikat.

1.11.

“Kampjun inkrementali” tfisser kwantità ta’materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott.

1.12.

“Kampjun aggregat” tfisser it-total sħiħ tal-kampjuni inkrementali kollha meħuda mil-lott jew mis-sublott.

1.13.

“Kampjun tal-laboratorju” tfisser parti/kwantità rappreżentattiva tal-kampjun aggregat maħsub għal-laboratorju.

II.   ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI

BEQ

Ekwivalenti Bijoanalitiċi

GC

Kromatografija tal-gass

HRMS

Spettrometrija ta’ massa b’riżoluzzjoni għolja

LRMS

Spettrometrija ta’ massa b’riżoluzzjoni baxxa

PCB

Poliklorobifenili

PCDD

Dibenżo-p-diossini poliklorinati

PCDF

Dibenżofurani poliklorinati

QC

Kontroll tal-kwalità

REP

Potenza relattiva

TEF

Fatturi ta’ Tossiċità Ekwivalenti

TEQ

Ekwivalenti ta’ Tossiċità

TCDD

Tetraklorodibenżodiossina

U

Inċertezza tal-kejl estiża


(1)  ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8.

(2)  Il-metodi bijoanalitiċi mhumiex speċifiċi għal dawk il-konġeneri inklużi fl-iskema TEF. Komposti oħra strutturalment relatati li jattivaw l-AhR jistgħu jkunu preżenti fl-estratt tal-kampjun u jikkontribwixxu għar-reazzjoni ġenerali. Għaldaqstant, ir-riżultati bijoanalitiċi ma jistgħux ikunu stima iżda pjuttost indikazzjoni tal-livell TEQ fil-kampjun.


ANNESS II

Metodi ta’ teħid tal-kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini (PCDD/PCDF), pcb simili għad-diossini u pcb mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel

I.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Il-kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini (PCDD/PCDF), PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini, minn issa ‘l quddiem imsejħa diossini u PCB, f’oġġetti tal-ikel għandhom jittieħdu skont il-metodi deskritti f’dan l-Anness. Il-kampjuni aggregati miksuba b’dan il-mod għandhom jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-lottijiet jew sublottijiet li minnhom huma jittieħdu. Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel għandha tkun stabbilita abbażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Il-persunal

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif nominata mill-Istat Membru.

2.   Il-materjal li minnu għandu jittieħed kampjun

Kull lott jew sublott, li għandu jiġi eżaminat, għandu jittieħed kampjun minnu separatament.

3.   Prekawzjonijiet li jridu jittieħdu

Matul it-teħid tal-kampjun u l-preparazzjoni tal-kampjuni, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet sabiex ikun evitat kull tibdil, li jaffettwa l-kontenut ta’ diossini u PCB, li jaffettwa b’mod negattiv id-determinazzjoni analitika jew li jwassal biex il-kampjuni aggregati ma jkunux rappreżentattivi.

4.   Kampjuni inkrementali

Safejn huwa possibbli għandhom jittieħdu kampjuni inkrementali minn postijiet differenti mqassma mal-lott jew mas-sublott kollu. Kull devjazzjoni minn din il-proċedura għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru previst skont il-punt II.8 ta’ dan l-Anness.

5.   Il-preparazzjoni tal-kampjun aggregat

Il-kampjun aggregat għandu jkun magħmul billi jingħaqdu flimkien il-kampjuni inkrementali. Dan għandu jkun jiżen mill-inqas 1 kg sakemm dan ma jkunx prattiku, eż. meta jittieħed kampjun minn pakkett wieħed biss jew meta l-prodott ikollu valur kummerċjali għoli ħafna.

6.   Il-kampjuni replikati

Il-kampjuni replikati għal raġunijiet ta’ infurzar, difiża u referenza, għandhom jittieħdu mill-kampjun aggregat omoġenizzat, sakemm tali proċedura ma tmurx kontra r-regoli tal-Istati Membru fir-rigward tad-drittijiet tal-operatur tan-negozju alimentari. Id-daqs tal-kampjuni tal-laboratorju għall-infurzar għandu jkun biżżejjed biex jippermetti li ssir mill-inqas analiżi doppja.

7.   L-imballaġġ u t-trażmissjoni tal-kampjuni

Kull kampjun għandu jitpoġġa f’kontenitur nadif u inert li joffri protezzjoni xierqa mill-kontaminazzjoni, minn telf ta’ analiti minħabba adsorbiment mal-ħitan interni tal-kontenitur u kontra l-ħsara li tista’ tirriżulta waqt it-trasport. Għandhom jittieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ikun evitat kwalunkwe tibdil fil-kompożizzjoni tal-kampjun, li jista’ jseħħ waqt il-ġarr jew il-ħżin.

8.   L-issiġillar u t-tikkettar tal-kampjuni

Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid ta’ kampjuni u identifikat skont ir-regoli tal-Istati Membri.

Għandu jinżamm rekord ta’ kull darba li jittieħed kampjun, sabiex kull lott ikun jista’ jiġi identifikat mingħajr ambigwità u għandhom jingħataw id-data u l-post fejn ittieħdu l-kampjuni flimkien ma’ kull tagħrif addizzjonali li jista’ jkun ta’ għajnuna għall-analista.

III.   PJAN TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

Il-metodu applikat ta’ teħid ta’ kampjuni għandu jiżgura li l-kampjun aggregat ikun rappreżentattiv għal-lott(sublott) li għandu jiġi kkontrollat.

1.   Tqassim ta’ lottijiet f’sublottijiet

Il-lottijiet kbar għandhom jitqassmu f’sublottijiet bil-kundizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. Għal prodotti nnegozjati f’kunsinni bl-ingrossa kbar (eż. żjut veġetali), għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-prodotti oħrajn għandha tapplika t-Tabella 2. Meta jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem multiplu eżatt tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.

Tabella 1

Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti nnegozjati f’kunsinni bl-ingrossa

Piż tal-lott (f’tunnellati)

Piż jew numru ta’ sublottijiet

≥ 1 500

500 tunnellata

> 300 u < 1 500

3 sublottijiet

≥ 50 u ≤ 300

100 tunnellata

< 50


Tabella 2

Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti oħrajn

Piż tal-lott (f’tunnellati)

Piż jew numru ta’ sublottijiet

≥ 15

15–30 tunnellata

< 15

2.   Numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-kampjun aggregat li jgħaqqad il-kampjuni inkrementali kollha għandu jkun jiżen mill-inqas 1 kg (ara l-punt II.5 ta’ dan l-Anness).

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott għandu jkun indikat fit-Tabelli 3 u 4.

Fil-każ ta’ prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm huwa possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, permezz ta’ mezzi manwali jew mekkaniċi eżatt qabel it-teħid tal-kampjuni. F’dan il-każ, wieħed jassumi li t-tqassim tal-kontaminanti f’lott jew sublott partikolari huwa omoġenju. Għaldaqstant, huwa biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott jew sublott sabiex jifformaw il-kampjun aggregat.

Il-kampjuni inkrementali għandhom ikunu simili fil-piż. Il-piż ta’ kampjun inkrementali għandu jkun mill-inqas 100 gramma.

Kull devjazzjoni minn din il-proċedura għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru previst skont il-punt II.8 ta’ dan l-Anness. Skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta’ Ottubru 1997 li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali (1), id-daqs tal-kampjun aggregat tal-bajd tat-tiġieġ huwa mill-inqas 12-il bajda (għal-lottijiet bl-ingrossa kif ukoll għal-lottijiet li jikkonsistu f’pakketti individwali, għandhom japplikaw it-Tabelli 3 u 4).

Tabella 3

Numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott

Piż jew volum tal-lott/sublott (f’kilogrammi jew litri)

Numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed

< 50

3

minn 50 sa 500

5

> 500

10

Jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, in-numru ta’ pakketti jew unitajiet li jrid jittieħed biex jifforma l-kampjun aggregat, huwa mogħti fit-Tabella 4.

Tabella 4

In-numru ta’ pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun aggregat jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali

Numru ta’ pakketti jew unitajiet fil-lott/fis-sublott

Numru ta’ pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed

minn 1 sa 25

mill-inqas pakkett wieħed jew unità waħda

minn 26 sa 100

madwar 5 %, mill-inqas żewġ pakketti jew unitajiet

> 100

madwar 5 %, massimu ta’ 10 pakketti jew unitajiet

3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta’ kampjuni tal-lottijiet li fihom ħut sħiħ ta’ daqs u piż komparabbli

Il-ħut jitqies li jkun ta’ daqs u piż komparabbli f’każ li d-differenza fid-daqs u fil-piż ma tkunx taqbeż madwar 50 %.

In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott huma definiti fit-Tabella 3. Il-kampjun aggregat li jgħaqqad il-kampjuni inkrementali kollha għandu jkun jiżen mill-inqas 1 kg (ara l-punt II.5).

F’każ li l-lott li minnu għandu jittieħed il-kampjun ikollu fih ħut żgħir (ħut individwali li jiżen inqas minn madwar 1 kg), il-ħuta sħiħa tittieħed bħala kampjun inkrementali biex tifforma l-kampjun aggregat. F’każ li l-kampjun aggregat li jirriżulta jiżen aktar minn 3 kg, il-kampjuni inkrementali jistgħu jikkonsistu mill-parti tan-nofs, li kull waħda tiżen mill-inqas 100 gramma, tal-ħut li jifforma l-kampjun aggregat. Il-parti sħiħa li għaliha japplika l-livell massimu, tintuża għall-omoġenizzazzjoni tal-kampjun.

Il-parti tan-nofs tal-ħuta hija fejn jinsab iċ-ċentru ta’ gravità. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan jinsab fix-xewka tad-dahar (f’każ li l-ħuta jkollha xewka tad-dahar) jew fin-nofs bejn il-fetħa tal-garġi u l-anus.

F’każ li l-lott li minnu għandu jittieħed il-kampjun ikollu fih ħut ikbar (ħut inidividwali li jiżen aktar minn madwar 1 kg), il-kampjun inkrementali jikkonsisti mill-parti tan-nofs tal-ħuta. Kull kampjun inkrementali jiżen mill-inqas 100 gramma.

Għall-ħut ta’ daqs intermedju (madwar 1–6 kg) il-kampjun inkrementali jittieħed bħala biċċa ħuta maqtugħa mis-sinsla saż-żaqq fil-parti tan-nofs tal-ħuta.

Għal ħut kbir ħafna (eż. > madwar 6 kg), il-parti inkrementali tittieħed mil-laħam mill-muskolu dorsolaterali tal-lemin (id-dehra minn quddiem). Meta t-teħid ta’ din il-biċċa mill-parti tan-nofs tal-ħuta jirriżulta fi ħsara ekonomika konsiderevoli, it-teħid ta’ tliet kampjuni inkrementali ta’ mill-inqas 350 gramma kull wieħed, jista’ jitiqies bħala suffiċjenti, indipendentement mid-daqs tal-lott jew alternattivament tista’ tittieħed parti ugwali tal-laħam tal-muskoli li tinsab qrib il-parti tad-denb u tal-laħam bil-muskoli qrib il-parti tar-ras ta’ ħuta waħda biex tifforma l-kampjun inkrementali li jkun rappreżentattiv għal-livell ta’ diossini fil-ħuta kollha.

4.   Teħid ta’ kampjuni tal-lottijiet ta’ ħut li fihom ħut sħiħ ta’ daqs u/jew piż differenti

Fir-rigward tal-kostituzzjoni tal-kampjun għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt III.3.

F’każ li klassi/kategorija tad-daqs jew tal-piż tkun predominanti (madwar 80 % jew aktar tal-lott), il-kampjun jittieħed minn ħut li għandu daqs jew piż predominanti. Dan il-kampjun għandu jitqies bħala rappreżentattiv għal-lott kollu.

F’każ li l-ebda klassi/kategorija partikolari tad-daqs jew tal-piż ma tkun predominanti, għandu jiġi żgurat li l-ħut magħżul għall-kampjun ikun rappreżentattiv għall-lott. Għal każijiet bħal dawn hi pprovduta gwida speċifika fil-“Guidance on sampling of whole fishes of different size and/or weight (2).”

5.   Teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

It-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir, meta jkun possibbli, skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt III.2 ta’ dan l-Anness.

Meta dan ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, bil-kundizzjoni li dan jiżgura rappreżentanza suffiċjenti għal-lott jew is-sublott li minnu ttieħed il-kampjun.

IV.   KONFORMITÀ TAL-LOTT JEW TAS-SUBLOTT MAL-ISPEĊIFIKAZZJONI

1.   Fir-rigward ta’ PCB mhux simili għad-diossini

Il-lott hu aċċettat jekk ir-riżultat analitiku ma jaqbiżx il-livell massimu ta’ PCB mhux simili għad-diossini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl.

Il-lott jitqies mhux konformi mal-livell massimu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jekk ir-riżultat analitiku tal-livell superjuri kkonfermat mill-analiżi doppja (3), ikun jaqbeż mingħajr ebda dubju l-livell massimu, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl.

L-inċertezza tal-kejl tista’ titqies skont wieħed mill-approċċi li ġejjin:

billi tiġi kkalkolata l-inċertezza estiża, bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %. Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel nieqes U jkun ogħla mil-livell permess stabbilit.

billi jiġi stabbilit il-limitu tad-deċiżjoni (CCα) skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tal-14 ta’ Awwissu 2002 (il-punt 3.1.2.5 tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni — il-każ tas-sustanzi b’livell permess stabbilit). Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel ikun ugwali għal CCα jew ogħla.

Ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom japplikaw għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta’ analiżi għal finijiet ta’ difiża jew ta’ referenza, japplikaw ir-regoli nazzjonali.

2.   Fir-rigward ta’ diossini (PCDD/PCDF) u PCB simili għad-diossini

Il-lott hu aċċettat, jekk ir-riżultat ta’ analiżi waħda

li saret permezz ta’ metodu ta’ skrining b’rata ta’ konformità falza inqas minn 5 %, jindika li l-livell ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv ta’ PCDD/F u s-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006;

li saret permezz ta’ metodu konfermatorju, ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv ta’ PCDD/F u s-somma ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl.

Għal testijiet ta’ skrining għandu jiġi stabbilit valur ta’ limitu għad-deċiżjoni dwar il-konformità mal-livelli rispettivi ta’ interess stabbiliti għall-PCDD/F jew għas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini.

Il-lott jitqies mhux konformi mal-livell massimu kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jekk ir-riżultat analitiku tal-livell superjuri miksub permezz ta’ metodu konfermatorju u kkonfermat b’analiżi doppja (3), ikun jaqbeż mingħajr ebda dubju l-livell massimu, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl.

L-inċertezza tal-kejl tista’ titqies skont wieħed mill-approċċi li ġejjin:

billi tiġi kkalkolata l-inċertezza estiża, bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %. Lot jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel nieqes U jkun ogħla mil-livell permess stabbilit. Fil-każ ta’ determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini, is-somma tal-istima tal-inċertezza estiża tar-riżultati analitiċi separati tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini għandha tintuża għall-istima tal-inċertezza estiża għas-somma tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini,

billi jiġi stabbilit il-limitu tad-deċiżjoni (CCα) skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/657/KE (il-punt 3.1.2.5 tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni — il-każ tas-sustanzi b’livell permess stabbilit) lott jew sublott mhuwiex konformi jekk il-valur imkejjel ikun ugwali għal CCα jew ogħla.

Ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom japplikaw għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta’ analiżi għal finijiet ta’ difiża jew ta’ referenza, japplikaw ir-regoli nazzjonali.

V.   EĊĊESS TAL-LIVELLI TA’ AZZJONI

Il-livelli ta’ azzjoni jservu ta’ għodda biex jintgħażlu l-kampjuni f’dawk il-każijiet fejn hu xieraq li jiġi identifikat is-sors ta’ kontaminazzjoni u li jittieħdu miżuri biex din titnaqqas jew titneħħa. Il-metodi ta’ skrining għandhom jistabbilixxu valuri ta’ limitu xierqa għall-għażla ta’ dawn il-kampjuni. L-isforzi meħtieġa biex jiġi identifikat is-sors u biex titnaqqas u titneħħa l-kontaminazzjoni għandhom jitwettqu biss jekk l-eċċess tal-livell ta’ azzjoni jiġi kkonfermat b’analiżi doppja bl-użu ta’ metodu konfermatorju u billi titqies l-inċertezza tal-kejl (4).


(1)  ĠU L 303, 6.11.1997, p. 12.

(2)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/dioxins_en.htm

(3)  L-analiżi doppja hija neċessarja biex tiġi eskluża l-possibbiltà ta' kontaminazzjoni inkroċata interna jew ta' taħlit aċċidentali tal-kampjuni. L-ewwel analiżi, meta titqies l-inċertezza tal-kejl, tintuża għall-verifika tal-konformità. Fil-każ li l-analiżi ssir fil-qafas ta’ inċident ta’ kontaminazzjoni, il-konferma b’analiżi doppja tista’ tiġi eliminata f'każ li l-kampjuni magħżulin għall-analiżi huma konnessi, permezz tat-traċċabbiltà, mal-inċident ta’ kontaminazzjoni.

(4)  L-ispjegazzjoni u r-rekwiżiti rigward l-analiżi doppja huma identiċi għall-kontroll tal-livelli ta' azzjoni kif imsemmi fin-nota 3 f'qiegħ il-paġna.


ANNESS III

Preparazzjoni tal-kampjuni u rekwiżiti għall-metodi tal-analiżi użati fil-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini (PCDD/PCDF) u PCBS simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għandhom jiġu applikati meta l-oġġetti tal-ikel jiġu analizzati għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ dibenżo-p-diossini poliklorinati u dibenżofurani poliklorinati (PCDD/F) sostitwiti għal 2,3,7,8 u ta’ poliklorobifenili simili għad-diossini (PCB simili għad-diossini) u għal finijiet regolatorji oħra.

Il-monitoraġġ għall-preżenza ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel jista’ jsir b’żewġ għanijiet differenti:

(a)

l-għażla ta’ dawk il-kampjuni bil-livelli ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini li jaqbżu l-livelli massimi, jew il-livelli ta’ azzjoni. Dan l-approċċ jista’ jinvolvi metodu ta’ skrining li jippermetti volum kbir ta’ kampjuni kosteffikaċi, u b’hekk iżid il-possibbiltà li jiġu skoperti każijiet ġodda ta’ espożizzjoni għolja tal-konsumaturi u ta’ riskji għal saħħithom. Il-metodi ta’ skrining jistgħu jinkludu metodi bijoanalitiċi u metodi GC/MS. L-applikazzjoni tagħhom għandha timmira li tevita riżultati ta’ konformità falza. Il-konċentrazzjoni ta’ PCDD/F u s-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini f’dawk il-kampjuni b’livelli sinifikanti jeħtieġ li tiġi ddeterminata/ikkonfermata b’metodu konfermatorju.

(b)

id-determinazzjoni tal-livelli ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini fil-kampjuni tal-ikel fil-medda ta’ livelli ta’ sfond inferjuri. Dan huwa importanti għas-segwitu tax-xejriet matul iż-żminijiet, l-istima tal-espożizzjoni tal-popolazzjoni u biex tinħoloq bażi ta’ dejta għar-rivalutazzjoni tal-livelli massimi u ta’ azzjoni. Dan l-għan jintlaħaq permezz ta’ metodi konfermatorji li jippermettu l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini bl-aktar mod ċar fil-livell ta’ interess. Dawn il-metodi jistgħu jintużaw biex jiġu kkonfermati r-riżultati miksuba permezz tal-metodi ta’ skrining u biex jiġu determinati l-livelli ta’ sfond inferjuri fil-monitoraġġ tal-ikel. Dawn huma importanti wkoll biex jiġu stabbiliti profili ta’ konġeneri sabiex jiġi identifikat is-sors ta’ kontaminazzjoni potenzjali. Bħalissa dawn il-metodi jużaw kromatografija tal-gass ta’ riżoluzzjoni għolja/spettrometrija ta’ massa ta’ riżoluzzjoni għolja (HRGC/HRMS).

2.   KLASSIFIKAZZJONI TAL-METODI SKONT IL-GRAD TA’ KWANTIFIKAZZJONI TAGĦHOM (1)

Il-metodi kwalitattivi jiddeterminaw jekk hemmx preżenza jew le ta’ analiti ta’ interess, mingħajr ebda indikazzjoni kwantifikata tal-konċentrazzjoni tal-analit putattiv. Dawn il-metodi jista’ jkollhom il-potenzjal li jipprovdu riżultati semikwantitattivi iżda jintużaw biss biex jirrapportaw il-preżenza jew in-nuqqas ta’ analiti u jindikaw il-possibbiltà ta’ livelli ogħla jew aktar baxxi minn ċerti meded, eż. il-limitu ta’ detezzjoni, il-limitu ta’ kwantifikazzjoni jew il-valuri ta’ limitu.

Għall-kontroll tal-livelli massimi u ta’ azzjoni għal PCDD/F u komposti simili għad-diossini fl-ikel, jistgħu jiġu applikati metodi ta’ skrining li huma msejsa fuq it-tqabbil tar-riżultat analitiku mal-valur ta’ limitu u jiddeterminaw jekk hemmx preżenza jew le ta’ analiti u jindikaw il-possibbiltà ta’ eċċess tal-livell ta’ interess. Għal dan il-għan, ġew introdotti metodi bijoanalitiċi. Ġeneralment, jistgħu jiġu żviluppati wkoll metodi fiżikokimiċi; Madankollu, fir-rigward tal-livelli massimi u ta’ azzjoni abbażi tat-TEQ u tal-analiżi kumplessa bid-determinazzjoni meħtieġa tal-konġeneri individwali rilevanti, ma hemmx eżempji prattiċi.

Il-metodi semikwantitattivi” jagħtu indikazzjoni approssimattiva tal-konċentrazzjoni li tista’ tkun utli bħala tagħrif dwar il-medda tal-konċentrazzjoni tal-analit u ta’ għajnuna għall-analista biex jiddeċiedi dwar il-medda ta’ kalibrazzjoni għat-test konfermatorju li jrid jitwettaq sussegwentement u għal finijiet ta’ kontroll tal-kwalità. Eżempji jinkludu:

il-metodi bijoanalitiċi li jistgħu jindividwaw l-analiti ta’ interess, jinkludu kurva ta’ kalibrazzjoni, jiddeterminaw jekk hemmx preżenza jew le ta’ analiti u jindikaw il-possibbiltà ta’ eċċess tal-livell ta’ interess u jippermettu li jiġi rrapportat ir-riżultat bħala Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ), li jagħtu indikazzjoni tal-valur TEQ fil-kampjun,

it-test fiżikokimiku (eż. il-GC-MS/MS jew il-GC/LRMS) fejn il-karatteristiċi tal-metodu ta’ preċiżjoni mkejla ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għat-testijiet kwantitattivi.

Il-metodi kwantitattivi” jissodisfaw l-istess rekwiżiti għall-akkuratezza, il-medda dinamika u l-preċiżjoni bħala testijiet konfermatorji. Meta tkun meħtieġa l-kwantifikazzjoni, dawn il-metodi għandhom jiġu vvalidati bħala metodi konfermatorji, kif imfisser f’dan id-dokument għall-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini.

3.   SFOND

Sabiex jiġu kkalkolati l-konċentrazzjonijiet tal-Ekwivalenti ta’ Tossiċità (TEQ), il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi individwali f’kampjun partikolari għandhom jiġu multiplikati mal-Fattur ta’ Tossiċità Ekwivalenti (TEF) rispettiv tagħhom, kif ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u elenkati fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness, u sussegwentement magħduda biex jinkiseb it-total ta’ konċentrazzjoni tal-komposti simili għad-diossini espressi bħala TEQs.

Il-metodi konfermatorji u ta’ skrining jistgħu jiġu applikati biss għall-kontroll ta’ ċerta matriċi jekk il-metodi jkunu sensittivi biżżejjed li jindividwaw il-livelli b’mod affidabbli fil-livell ta’ interess (livell massimu jew ta’ azzjoni).

4.   REKWIŻITI TA’ GARANZIJA TAL-KWALITÀ

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun evitata l-kontaminazzjoni inkroċata f’kull stadju tal-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżi.

Il-kampjuni għandhom jinħażnu u jinġarru f’kontenituri tal-ħġieġ, aluminju, polipropilen jew polietilen adattati għall-ħżin mingħajr ma jaffettwaw il-livelli ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini fil-kampjuni. Għandhom jitneħħew it-traċċi ta’ trab tal-karti mill-kontenitur tal-kampjuni.

Il-ħażna u l-ġarr tal-kampjuni għandhom jitwettqu b’mod li jżomm l-integrità tal-kampjun tal-oġġett tal-ikel.

Sa fejn huwa rilevanti, kull kampjun tal-laboratorju għandu jkun mitħun fin u mħallat bl-użu ta’ proċess li ntwera biex tinkiseb omoġenizzazzjoni kompluta (eż. tħin sabiex jgħaddi minn ġo għarbiel ta’ 1 mm); il-kampjuni għandhom jitnixxfu qabel it-tħin jekk il-kontenut ta’ umdu jkun għoli wisq.

Il-kontroll tar-reaġenti, tal-oġġetti tal-ħġieġ u tat-tagħmir għall-influwenza possibbli tar-riżultati msejsa fuq TEQ jew BEQ, huwa ta’ importanza ġenerali.

għandha ssir analiżi in bjank billi titwettaq il-proċedura analitika kollha filwaqt li jitħalla barra l-kampjun biss.

Għall-metodi bijoanalitiċi, huwa ferm importanti li l-oġġetti tal-ħġieġ u s-solventi kollha użati fl-analiżi jiġu ttestjati biex ikunu ħielsa minn komposti li jinterferixxu mad-detezzjoni tal-komposti fil-mira fil-medda ta’ ħidma. L-oġġetti tal-ħġieġ għandhom jitlaħalħu bis-solventi jew/u jissaħħnu f’temperaturi adattati għat-tneħħija mis-superfiċje tagħhom tat-traċċi ta’ PCDD/F, komposti simili għad-diossini u komposti li jinterferixxu.

Il-kwantità tal-kampjun użata għall-estrazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward tal-medda ta’ ħidma baxxa biżżejjed inklużi l-konċentrazzjonijiet ta’ interess.

Il-proċeduri speċifiċi ta’ preparazzjoni tal-kampjun użati għall-prodotti meqjusa għandhom isegwu l-linji gwida aċċettati internazzjonalment.

Fil-każ tal-ħut, il-ġilda għandha titneħħa billi l-livell massimu japplika għal-laħam tal-muskoli mingħajr ġilda. Madankollu, jinħtieġ li l-fdalijiet kollha tal-laħam tal-muskoli u tat-tessut tax-xaħam li jinsabu fuq il-parti ta’ ġewwa tal-ġilda jitneħħew bil-galbu u kompletament mill-ġilda u miżjuda mal-kampjun li jrid jiġi analizzat.

5.   REKWIŻITI GĦAL-LABORATORJI

B’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati minn korp rikonoxxut li jopera skont il-Gwida ISO 58 biex jiżgura li dawn qegħdin japplikaw assigurazzjoni ta’ kwalità analitika. Il-laboratorji għandhom jiġu akkreditati billi jiġi segwit l-istandard EN ISO/IEC 17025.

Il-profiċjenza tal-laboratorju għandha tiġi ppruvata permezz tal-parteċipazzjoni kontinwa b’suċċess fi studji interlaboratorji għad-determinazzjoni tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad-diossini fil-matriċijiet tal-ikel u l-meded ta’ konċentrazzjoni rilevanti.

Il-laboratorji li japplikaw il-metodi ta’ skrining għall-kontroll ta’ rutina tal-kampjuni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-laboratorji li japplikaw il-metodu konfermatorju, kemm għall-kontrol tal-kwalità kif ukoll għall-konferma tar-riżultat analitiku tal-kampjuni suspettati.

6.   REKWIŻITI BAŻIĊI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-PROĊEDURA ANALITIKA GĦAD-DIOSSINI (PCDD/F) U PCB SIMILI GĦAD-DIOSSINI

6.1.   Medda ta’ ħidma baxxa u limiti ta’ kwantifikazzjoni

Fir-rigward tal-PCDD/F, il-kwanitiajiet li jistgħu jiġu individwati għandhom ikunu fil-medda tal-femtogramm superjuri (10–15 g) minħabba t-tossiċità estrema ta’ wħud minn dawn il-komposti. Għall-biċċa l-kbira tal-konġeneri tal-PCB, il-limitu ta’ kwantifikazzjoni fil-medda tan-nanogramm (10–9 g) diġà huwa biżżejjed. Madankollu, għall-kejl tal-konġeneri tal-PCB simili għad-diossini l-aktar tossiċi, (b’mod partikolari l-konġeneri sostitwiti mhux orto), il-limitu inferjuri tal-medda ta’ ħidma jrid jilħaq il-livelli tal-pikogramm inferjuri (10–12 g).

6.2.   Selettività għolja (speċifiċità)

Jinħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini u għadd kbir ta’ komposti oħra koestratti, li possibbilment jinterferixxu u li huma preżenti f’konċentrazzjonijiet ta’ daqs ferm akbar minn dawk tal-analiti ta’ interess. Għall-metodi ta’ kromatografija tal-gass/spettrometrija ta’ massa (GC/MS), jinħtieġ li ssir differenzjazzjoni fost diversi konġeneri, pereżempju bejn il-konġeneri tossiċi (eż. is-sbatax PCDD/F sostitwiti għal 2,3,7,8 u t-tnax PCB simili għad-diossini) u konġeneri oħra.

Il-metodi bijoanalitiċi għandhom jindividwaw il-komposti fil-mira bħalma hi s-somma ta’ PCDD/F u/jew PCB simili għad-diossini. It-tindif tal-kampjun għandu jimmira li jneħħi l-komposti li jikkawżaw riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza jew il-komposti li jistgħu jnaqqsu r-rispons u jikkawżaw riżultati ta’ konformità falza.

6.3.   L-akkuratezza kbira (eżattezza u preċiżjoni, irkupru apparenti tat-test bijoloġiku)

Għall-metodi GC/MS, id-determinazzjoni għandha tipprovdi stima valida tal-konċentrazzjoni effettiva f’kampjun. Akkuratezza kbira (akkuratezza tal-kejl: il-grad ta’ konkordanza bejn ir-riżultat tal-kejl mal-valur reali jew assenjat tal-kwantità li trid titkejjel) hi meħtieġa biex jiġi evitat li r-riżultat ta’ analiżi tal-kampjun jiġi rifjutat abbażi ta’ dipendenza mhux rakkomandabbli tal-livell TEQ determinat. L-akkuratezza hija mfissra bħala “eżattezza” (id-differenza bejn il-valur medju mkejjel għal analit f’materjal iċċertifikat u l-valur iċċertifikat tiegħu, li huwa espress bħala perċentwal ta’ dan il-valur) u “preċiżjoni” (id-devjazzjoni standard relattiva RSDR ikkalkolata mir-riżultati ġġenerati f’kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità).

Għall-metodi bijoanalitiċi, għandu jiġi ddeterminat l-irkupru apparenti tat-test bijoloġiku.

6.4.   Il-validazzjoni fil-medda tal-livell ta’ interess u l-miżuri ġenerali tal-kontroll tal-kwalità

Il-laboratorji għandhom juru r-rendiment ta’ metodu fil-medda tal-livell ta’ interess, eż. 0,5 ×, 1 × u 2 × il-livell ta’ interess b’koeffiċjenti aċċettabbli ta’ varjazzjoni għall-analiżi ripetuta, matul il-proċedura ta’ validazzjoni u/jew matul l-analiżi ta’ rutina.

Għandhom jitwettqu regolarment kontrolli in bjank u esperimenti miżjuda jew analiżi tal-kampjuni ta’ kontroll (preferibbilment, jekk ikun possibbli, materjal ta’ referenza ċċertifikat) bħala miżuri interni ta’ kontroll tal-kwalità. It-tabelli tal-kontroll tal-kwalità (QC) għal kontrolli in bjank, esperimenti miżjuda jew analiżi tal-kampjuni ta’ kontroll għandhom jiġu rreġistrati u ċċekkjati biex ikun żgurat li r-rendiment analitiku huwa konformi mar-rekwiżiti.

6.5.   Limitu ta’ kwantifikazzjoni

Għall-metodu ta’ skrining bijoanalitiku, mhuwiex indispensabbli li jiġi stabbilit LOQ iżda l-metodu għandu juri li jista’ jiddifferenzja bejn il-valur in bjank u dak ta’ limitu. Meta jiġi pprovdut livell BEQ, għandu jiġi stabbilit livell ta’ rappurtar biex jiġu trattati l-kampjuni li juru rispons taħt dan il-livell. Il-livell ta’ rappurtar għandu jintwera li hu differenti mill-kampjuni in bjank tal-proċedura mill-inqas b’fattur ta’ tlieta, b’rispons taħt il-medda ta’ ħidma. Għaldaqstant, dan għandu jiġi kkalkolat minn kampjuni li fihom il-komposti fil-mira madwar il-livell minimu meħtieġ, u mhux minn proporzjon S/N jew test in bjank.

Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) għall-metodu konfermatorju għandu jkun ta’ madwar għoxrin fil-mija tal-livell ta’ interess.

6.6.   Kriterji analitici

Għal riżultati ta’ min jorbot fuqhom minn metodi konfermatorji jew ta’ skrining, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti rispettivament għall-valur TEQ u l-valur BEQ, kemm jekk determinat bħala TEQ totali (bħala somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini) jew separatament għal PCDD/F u PCB simili għad-diossini.

 

Skrining permezz ta’ metodi bijoanalitiċi jew fiżikokimiċi

Metodi konfermatorji

Rata ta’ konformità falza (*)

< 5%

 

Eżattezza

 

– 20 % sa + 20 %

Ripetibilità (RSDr)

< 20%

 

Riproduċibilità fil-laboratorju (RSDR)

< 25%

< 15%

6.7.   Rekwiżiti speċifiċi għal metodi ta’ skrining

Għall-iskrining jistgħu jintużaw kemm il-metodi GC/MS kif ukoll dawk bijoanalitiċi. Għall-metodi GC/MS, għandhom jintużaw ir-rekwiżiti kif stabbiliti fil-punt 7 ta’ dan l-Anness. Għall-metodi bijoanalitiċi bbażati fuq iċ-ċelloli, hemm rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-punt 8 ta’ dan l-Anness.

Il-laboratorji li japplikaw metodi ta’ skrining għall-kontroll ta’ rutina tal-kampjuni, għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-laboratorji li japplikaw il-metodu konfermatorju.

Ir-rendiment tal-metodu ta’ skrining irid jiġi vverifikat matul l-analiżi ta’ rutina, mill-kontroll tal-kwalità tal-analiżi u mill-validazzjoni kontinwa tal-metodu. Għandu jkun hemm programm kontinwu għall-kontroll ta’ riżultati konformi.

Kontroll tas-soppressjoni potenzjali tar-rispons ċellulari u ċ-ċitossiċità

Għoxrin fil-mija tal-estratti tal-kampjun għandhom jitkejlu fi skrining ta’ rutina biż-żieda ta’ 2,3,7,8-TCDD jew mingħajrha, b’konformità mal-livell ta’ interess, biex jiġi ċċekkjat jekk ir-rispons huwiex imħassar minn sustanzi li jinterferixxu, li jinsabu fl-estratt tal-kampjun. Il-konċentrazzjoni mkejla tal-kampjun miżjud titqabbel mas-somma tal-konċentrazzjoni tal-estratt mhux miżjud flimkien mal-konċentrazzjoni miżjuda. Jekk din il-konċentrazzjoni mkejla tkun aktar minn 25 % aktar baxxa tal-konċentrazzjoni (is-somma) kkalkolata, dan jindika li s-sinjal seta’ tħassar u l-kampjun rispettiv għandu jintbagħat għall-analiżi konfermatorja GC/HRMS. Ir-riżultati għandhom jiġu mmonitorjati f’tabelli ta’ kontroll tal-kwalità.

Il-kontroll tal-kwalità fuq kampjuni konformi

Madwar 2 sa 10 % tal-kampjuni konformi, skont il-matriċi tal-kampjun u l-esperjenza tal-laboratorju, għandhom jiġu kkonfermati permezz tal-GC/HRMS.

Determinazzjoni tar-rati ta’ konformità falza mid-dejta tal-QC

Ir-rata tar-riżultati ta’ konformità falza mill-iskrining tal-kampjuni inqas u ogħla mil-livell massimu jew mil-livell ta’ azzjoni, għandha tiġi determinata. Ir-rati attwali ta’ konformità falza għandhom ikunu inqas minn 5 %.

Wara li l-kontroll tal-kwalità tal-kampjuni konformi juri minimu ta’ 20 riżultat ikkonfermat għal kull matriċi jew grupp ta’ matriċi, jistgħu jitfasslu minn din il-bażi ta’ dejta l-konklużjonijiet dwar ir-rata ta’ konformità falza. Ir-riżultati mill-kampjuni analizzati fir-ringtests jew waqt inċidenti ta’ kontaminazzjoni li jkopru sa medda ta’ konċentrazzjoni ta’ eż. 2 × il-livell massimu (ML), jistgħu wkoll jiġu inklużi fil-minimu ta’ 20 riżultat għall-evalwazzjoni tar-rata ta’ konformità falza. Il-kampjuni għandhom ikopru l-profili ta’ konġeneri l-aktar frekwenti, li jirrappreżentaw diversi sorsi.

Għalkemm it-testijiet ta’ skrining huma maħsuba biex qabel kollox jindividwaw il-kampjuni li jaqbżu l-livell ta’ azzjoni, il-kriterju għad-determinazzjoni tar-rati ta’ konformità falza huwa l-livell massimu, meta titqies l-inċertezza tal-kejl tal-metodu konfermatorju.

Ir-riżultati tal-iskrining potenzjalment mhux konformi għandhom dejjem jiġu vverifikati permezz ta’ metodu konfermatorju ta’ analiżi (GC/HRMS). Dawn il-kampjuni jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi evalwata r-rata ta’ riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza. Għal metodi ta’ skrining, ir-rata ta’ “riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza” hija l-frazzjoni ta’ riżultati li l-konformità tagħhom ġiet ikkonfermata permezz tal-ananliżi konfermatorja GC/HRMS filwaqt li fi skrining preċedenti l-kampjun kien ġie ddikjarat li hu suspettat li ma jikkonformax. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-utilità tal-metodu ta’ skrining għandha tkun imsejsa fuq it-tqabbil tal-kampjuni ta’ nuqqas ta’ konformità falza man-numru totali ta’ kampjuni ċċekkjati. Din ir-rata għandha tkun baxxa biżżejjed sabiex l-użu ta’ għodda ta’ skrining jibqa’ wieħed vantaġġjuż.

Il-metodi bijoanalitiċi għandhom jipprovdu, għall-inqas f’kundizzjonijiet ta’ validazzjoni, indikazzjoni valida tal-livell TEQ, ikkalkolat u espress bħala BEQ.

Għall-metodi bijoanalitiċi mwettqa f’kundizzjonijiet ta’ ripetibilità wkoll, l-RSDr bejn laboratorju u ieħor tkun tipikament iżgħar mir-riproduċibilità RSDR.

7.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAL METODI GC/HRMS LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI GĦAL RAĠUNIJIET KONFERMATORJI JEW TA’ SKRINING

7.1.   Rekwiżiti ġenerali

Id-differenza bejn il-livell superjuri u l-livell inferjuri ma għandhiex taqbeż l-20 % għall-oġġetti tal-ikel b’kontaminazzjoni ta’ madwar 1 pg WHO-TEQ/g ta’ xaħam (abbażi tas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini). Għall-oġġetti tal-ikel b’kontenut baxx ta’ xaħam, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti għal-livelli ta’ kontaminazzjoni ta’ madwar 1 pg WHO-TEQ/g tal-prodott. Għal livelli aktar baxxi ta’ kontaminazzjoni, pereżempju 0,5 pg WHO-TEQ/g tal-prodott, id-differenza bejn livell superjuri u dak inferjuri tista’ tkun fil-medda ta’ minn 25 % sa 40 %.

7.2.   Kontroll tal-irkupri

L-istandards interni ta’ PCDD/F sostitwiti għal 2,3,7,8-koru ttikkettati bi 13C u l-istandards interni ta’ PCB simili għad-diossini ttikkettati bi 13C għandhom jiżdiedu fil-bidu nett tal-metodu analitiku eż. qabel l-estrazzjoni sabiex tkun ivvalidata l-proċedura analitika. Għall-inqas konġeneru wieħed għal kull wieħed mill-gruppi omologi tetra jew oktaklorinati għall-PCDD/F u għall-inqas konġeneru wieħed għal kull wieħed mill-gruppi omologi għall-PCB simili għad-diossini għandhom jiġu miżjuda (alternattivament, għall-inqas konġeneru wieħed għal kull funzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ jonu magħżula għal kull spettrometrija ta’ massa użata għall-monitoraġġ ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini). Fil-każ ta’ metodi konfermatorji, għandhom jintużaw is-17-il standard intern kollha ta’ PCDD/F sostitwiti għal 2,3,7,8 ttikkettati bi 13C u t-12-il standard intern kollha ta’ PCB simili għad-diossini ttikkettati bi 13C.

Għandhom jiġu determinati wkoll fatturi ta’ rispons relattivi għal dawk il-konġeneri li għalihom mhu miżjud l-ebda analogu ttikkettat bi 13C, bl-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ kalibrazzjoni xierqa.

Għall-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti u għall-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali li jkun fihom inqas minn 10 % ta’ xaħam, iż-żieda ta’ standards interni hija obbligatorja qabel l-estrazzjoni. Għall-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali li jkun fihom aktar minn 10 % ta’ xaħam, l-istandards interni jistgħu jiżdiedu qabel jew wara l-estrazzjoni tax-xaħam. Għandha titwettaq validazzjoni xierqa tal-effiċjenza tal-estrazzjoni, skont l-istadju li fih huma introdotti l-istandards interni u skont jekk ir-riżultati humiex irrapportati abbażi tal-prodott jew tax-xaħam.

Qabel l-analiżi GC/MS, għandhom jiżdiedu wieħed jew żewġ standards ta’ rkupru (sostituzzjoni).

Il-kontroll tal-irkupru huwa neċessarju. Għal metodi konfermatorji, l-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu fil-medda ta’ minn 60 % sa 120 %. L-irkupri ogħla jew aktar baxxi għal konġeneri individwali, b’mod partikolari għal ċerti dibenżo-p-diossini u dibenżofurani etta u ottaklorinati huma aċċettabbli b’kundizzjoni li l-kontribuzzjoni tagħhom lill-valur TEQ ma taqbiżx l-10 % tal-valur TEQ totali (ibbażat fuq is-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini). Għal metodi ta’ skrining GC/MS, l-irkupri għandhom ikunu fil-medda ta’ minn 30 sa 140 %.

7.3.   Tneħħija ta’ sustanzi li jinterferixxu

Is-separazzjoni ta’ PCDD/F minn komposti klorinati li jinterferixxu bħal PCB mhux simili għad-diossini u eteri tad-difenil klorinati għandha ssir permezz ta’ tekniki kromatografiċi adattati (preferebbilment b’kolonna ta’ florisil, alumina u/jew karbonju).

Is-separazzjoni permezz ta’ kromatografija b’fażi gassuża ta’ isomeri għandha tkun biżżejjed (< 25 % quċċata ma’ quċċata bejn 1,2,3,4,7,8-HxCDF u 1,2,3,6,7,8-HxCDF).

7.4.   Kalibrazzjoni b’kurva standard

Il-medda tal-kurva ta’ kalibrazzjoni għandha tkopri l-medda rilevanti tal-livelli ta’ interess.

8.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-METODI BIJOANALITIĊI

Il-metodi bijoanalitiċi huma metodi msejsa fuq l-użu ta’ prinċipji bijoloġiċi bħal testijiet ibbażati fuq iċ-ċelloli, testijiet fuq ir-riċevituri jew immunoanaliżi. Il-punt 8 preżenti jistabbilixxi rekwiżiti għall-metodi bijoanalitiċi b’mod ġenerali.

Il-metodu ta’ skrining bħala prinċipju jikklassifika kampjun bħala konformi jew suspettat li ma jikkonformax. Għal dan il-għan, il-livell BEQ ikkalkolat jitqabbel mal-valur ta’ limitu (ara l-punt 8.3.). Il-kampjuni taħt il-valur ta’ limitu huma ddikjarati konformi, filwaqt li l-kampjuni ugwali jew ogħla mill-valur ta’ limitu huma ddikjarati li ma jikkonformawx, u jirrikjedu analiżi permezz ta’ metodu konfermatorju. Fil-prattika, il-livell BEQ li jikkorrispondi għal żewġ terzi tal-livell massimu jista’ jservi bħala l-aktar valur ta’ limitu adattat, u jiżgura rata ta’ konformità falza taħt il-5 % u rata aċċettabbli għal riżultati ta’ nuqqas ta’ konformità falza. B’livelli massimi separati għal PCDD/F u għas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini, l-iċċekkjar tal-konformità tal-kampjuni mingħajr frazzjonament jirrikjedi valuri ta’ limitu ta’ testijiet bijoloġiċi adattati għall-PCDD/F. Għall-iċċekkjar tal-kampjuni li jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni, il-valur ta’ limitu jista’ jkun perċentwal adattat tal-livell ta’ interess rispettiv.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ ċerti metodi bijoanalitiċi, jista’ jingħata livell indikattiv espress f’BEQ għal kampjuni fil-medda ta’ ħidma u li jaqbeż il-limitu ta’ rappurtar (ara l-punti 8.1.1. u 8.1.6.).

8.1.   Evalwazzjoni tar-rispons għat-test

8.1.1.   Rekwiżiti ġenerali

Meta jiġu kkalkolati l-konċentrazzjonijiet minn kurva ta’ kalibrazzjoni TCDD, il-valuri fil-limitu inferjuri u superjuri tal-kurva juru varjazzjoni kbira (koeffiċjent għoli ta’ varjazzjoni (CV)). Il-medda ta’ ħidma hija l-erja fejn din is-CV tkun iżgħar minn 15 %. Il-limitu inferjuri tal-medda ta’ ħidma (limitu ta’ rappurtar) għandu wkoll jiġi stabbilit f’livell konsiderevolment ogħla (mill-inqas b’fattur ta’ tlieta) mill-bjanki tal-proċedura. Il-limitu superjuri tal-medda ta’ ħidma normalment huwa rrappreżentat bil-valur EC70 (70 % tal-konċentrazzjoni effettiva massima), iżda huwa inferjuri jekk is-CV tkun ogħla minn 15 % f’din il-medda. Il-medda ta’ ħidma għandha tiġi stabbilita waqt il-validazzjoni. Il-valuri ta’ limitu (il-punt 8.3) għandhom ikunu sew fil-medda ta’ ħidma.

Is-soluzzjonijiet standard u l-estratti tal-kampjun għandhom jiġu ttestjati għall-inqas b’mod duplikat. Meta jintużaw id-duplikati, soluzzjoni standard jew estratt ta’ kontroll ittestjat f’minn erba’ sa sitt kontenituri mqassma fuq il-platt għandu jipproduċi rispons jew konċentrazzjoni (possibbli biss fil-medda ta’ ħidma) msejsa fuq CV < 15 %.

8.1.2.   Kalibrazzjoni

8.1.2.1.   Kalibrazzjoni b’kurva standard

Il-livelli fil-kampjuni jistgħu jiġu stmati billi jitqabbel ir-rispons tat-test mal-kurva ta’ kalibrazzjoni ta’ TCDD (jew PCB 126 jew taħlita standard ta’ PCDD/F/PCB simili għad-diossini) biex jiġi kkalkolat il-livell BEQ fl-estratt u sussegwentement fil-kampjun.

Il-kurvi ta’ kalibrazzjoni għandhom jinkludu minn 8 sa 12-il konċentrazzjoni (għall-inqas f’duplikati), b’konċentrazzjonijiet biżżejjed fil-parti t’isfel tal-kurva (il-medda ta’ ħidma). Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kwalità tal-aġġustament tal-kurva fil-medda ta’ ħidma. Bħala tali, il-valur R2 għandu ftit jew l-ebda valur fl-istima tal-adegwatezza tal-aġġustament fir-rigressjoni nonlineari. It-tnaqqis tad-differenza bejn il-livelli kkalkolati u dawk osservati fil-medda ta’ ħidma tal-kurva se jtejjeb l-aġġustament (eż. billi tiġi mminimizzata s-somma ta’ residwi kwadrati).

Il-livell stmat fl-estratt tal-kampjun huwa sussegwentement ikkorreġut għal-livell BEQ ikkalkolat għall-kampjun in bjank ta’ matriċi/solvent (sabiex ikopri l-impuritajiet minn solventi u kimiċi użati), u l-irkupru apparenti (ikkalkolat mil-livell BEQ ta’ kampjuni ta’ referenza adattati bi profili ta’ konġeneri rappreżentattivi qrib il-livell ta’ interess). Sabiex jiġi kkoreġut l-irkupru, l-irkupru apparenti għandu dejjem ikun fil-medda meħtieġa (ara l-punt 8.1.4.). Il-kampjuni ta’ referenza użati għall-korrezzjoni tal-irkupru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 8.2.

8.1.2.2.   Kalibrazzjoni bil-kampjuni ta’ referenza

Alternattivament, kurva ta’ kalibrazzjoni ppreparata minn mill-inqas erba’ kampjuni ta’ referenza (ara l-punt 8.2: jistgħu jintużaw bjank tal-matriċi wieħed, flimkien ma’ tliet kampjuni ta’ referenza b’0,5 ×, 1,0 × u 2,0 × il-livell ta’ interess) qrib il-livell ta’ interess, filwaqt li titneħħa l-ħtieġa ta’ korrezzjoni tal-bjank u tal-irkupru. F’dan il-każ, ir-rispons tat-test li jikkorrispondi għal żewġ terzi tal-livell massimu (ara l-punt 8.3) jista’ jiġi kkalkolat direttament minn dawn il-kampjuni u użat bħala valur ta’ limitu. Għall-iċċekkjar tal-kampjuni li jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni, il-valur ta’ limitu jista’ jkun perċentwal adattat ta’ dawn il-livelli ta’ azzjoni.

8.1.3.   Determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini

L-estratti jistgħu jinqasmu fi frazzjonijiet li jkun fihom PCDD/F u PCB simili għad-diossini, u jippermettu indikazzjoni separata tal-livelli TEQ tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad-diossini (f’BEQ). Għandha tintuża preferibbilment kurva ta’ kalibrazzjoni standard tal-PCB 126 biex jiġu evalwati r-riżultati għall-frazzjoni li fiha l-PCB simili għad-diossini.

8.1.4.   Irkupri apparenti tat-test bijoloġiku

L-“irkupru apparenti tat-test bijoloġiku” għandu jiġi kkalkolat minn kampjuni ta’ referenza adattati bi profili ta’ konġeneri rappreżentattivi qrib il-livell ta’ interess u espress bħala perċentwal tal-livell BEQ meta mqabbel mal-livell TEQ. Skont it-tip ta’ test u TEFs (2) użati, id-differenzi bejn il-fatturi TEF u REP għal PCB simili għad-diossini jistgħu jwasslu biex il-PCB simili għad-diossini jkollhom irkupri apparenti baxxi meta mqabbla mal-PCDD/F. Għaldaqstant, jekk titwettaq determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini, l-irkupri apparenti tat-test bijoloġiku għandhom ikunu: minn 25 % sa 60 % għall-PCB simili għad-diossini, minn 50 % sa 130 % għall-PCDD/F (il-meded japplikaw għall-kurva ta’ kalibrazzjoni TCDD). Billi l-kontribuzzjoni ta’ PCB simili għad-diossini għas-somma tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad diossini tista’ tvarja bejn il-matriċijiet u l-kampjuni differenti, l-irkupri apparenti tat-test bijoloġiku għall-parametru tas-somma jirriflettu dawk il-meded u għandhom ikunu bejn 30 % sa 130 %.

8.1.5.   Kontroll tal-irkupri għat-tindif

It-telf ta’ komposti waqt it-tindif għandu jiġi ċċekkjat matul il-validazzjoni. Il-kampjun in bjank miżjud b’taħlita ta’ konġeneri differenti għandu jiġi ppreżentat għat-tindif (mill-inqas n = 3) u l-irkupru u l-varjabbiltà għandhom jiġu ċċekkjati permezz ta’ analiżi GC/HRMS. L-irkupru għandu jkun bejn 60 % u 120 % speċjalment għall-konġeneri li jikkontribwixxu aktar minn 10 % għal-livell TEQ f’taħlitiet varji.

8.1.6.   Limitu ta’ Rappurtar

Meta jiġu rrappurtati l-livelli BEQ, għandu jiġi ddeterminat il-limitu ta’ rappurtar minn kampjuni ta’ matriċi rilevanti li jinvolvu profili ta’ konġeneri tipiċi iżda mhux mill-kurva ta’ kalibrazzjoni tal-istandards minħabba l-preċiżjoni baxxa fil-medda inferjuri tal-kurva. Għandhom jitqiesu l-effetti mill-estrazzjoni u t-tindif. Il-limitu ta’ rappurtar għandu jiġi stabbilit f’livell konsiderevolment ogħla (mill-inqas b’fattur ta’ tlieta) mill-bjanki tal-proċedura.

8.2.   Użu ta’ kampjuni ta’ referenza

Il-kampjuni ta’ referenza għandhom jirrappreżentaw il-matriċi tal-kampjuni, il-profili tal-konġeneri u l-meded ta’ konċentrazzjoni għall-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini qrib il-livell ta’ interess (livelli massimi jew ta’ azzjoni).

F’kull serje ta’ testijiet għandhom jiġu inklużi bjank tal-proċedura jew preferibbilment bjank tal-matriċi, u kampjun ta’ referenza fil-livell ta’ interess. Dawn il-kampjuni għandhom jiġu estratti u ttestjati fl-istess waqt f’kundizzjonijiet identiċi. Il-kampjun ta’ referenza għandu juri biċ-ċar rispons elevat meta mqabbel mal-kampjun in bjank, u b’hekk jiżgura l-adegwatezza tat-test. Dawn il-kampjuni għandhom jintużaw għall-korrezzjonijiet tal-bjank u tal-irkupru.

Il-kampjuni ta’ referenza magħżula biex titwettaq il-korrezzjoni tal-irkupru għandhom ikunu rappreżentattivi għall-kampjuni tat-test, u dan ifisser li l-profili tal-konġeneri ma għandhomx iwasslu biex il-livelli jiġu ssottovalutati.

Il-kampjuni żejda ta’ referenza, eż. b’0,5 × u 2 × il-livell ta’ interess għandhom jiġu inklużi sabiex juru r-rendiment korrett tat-test fil-medda ta’ interess għall-kontroll tal-livell ta’ interess. Meta jingħaqdu flimkien, dawn il-kampjuni jistgħu jintużaw biex jiġu kkalkolati l-livelli BEQ fil-kampjuni tat-test (il-punt 8.1.2.2).

8.3.   Determinazzjoni tal-valuri ta’ limitu

Ir-relazzjoni bejn ir-riżultati bijoanalitiċi fir-riżultati BEQ u GC/HRMS fit-TEQ għandha tiġi stabbilita (eż. permezz ta’ esperimenti ta’ kalibrazzjoni adattata għall-matriċi, li jinvolvu kampjuni ta’ referenza miżjuda b’0, 0,5 ×, 1 × u 2 × il-livell massimu (ML), b’sitt ripetizzjonijiet fuq kull livell (n = 24)). Il-fatturi ta’ korrezzjoni (tal-bjank u tal-irkupru) jistgħu jiġu stmati permezz ta’ din ir-relazzjoni iżda għandhom jiġu ċċekkjati f’kull serje ta’ testijiet billi jiġu inklużi bjanki tal-proċedura jew tal-matriċi u kampjuni tal-irkupru (il-punt 8.2).

Il-valuri ta’ limitu għandhom jiġu stabbiliti għad-deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun mal-livelli massimi jew għall-kontroll tal-livelli ta’ azzjoni, jekk ikun ta’ interess, mal-livelli ta’ interess rispettivi stabbiliti jew għall-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini waħidhom, jew għas-somma ta’ PCDD/F u PCB simili għad-diossini. Dawn huma rrappreżentati mill-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tar-riżultati bijoanalitiċi (ikkoreġuti għall-irkupru u in bjank) li jikkorrispondu għal-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS imsejjes fuq livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, li jimplika rata ta’ konformità falza ta’ < 5 %, u fuq RSDR ta’ < 25 %. Il-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS huwa l-livell massimu, meta titqies l-inċertezza tal-kejl.

Fil-prattika, il-valur ta’ limitu (f’BEQ) jista’ jiġi kkalkolat permezz tal-approċċi li ġejjin (ara l-Figura 1):

8.3.1.   L-użu tal-marġini inferjuri tal-intervall ta’ previżjoni ta’ 95 % fil-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS

Formula

ma’:

BEQDL

BEQ li jikkorrispondu għal-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS, li huwa l-ML inkluża l-inċertezza tal-kejl

sy,x

devjazzjoni standard residwa

t α,f=m-2

Fattur student (α = 5 %, f = gradi ta’ libertà, b’naħa waħda)

m

numru totali ta’ punti ta’ kalibrazzjoni (indiċi j)

n

numru ta’ ripetizzjonijiet f’kull livell

xi

konċentrazzjoni fil-kampjun tal-GC/HRMS (f’TEQ) tal-punt ta’ kalibrazzjoni i

Formula

medja tal-konċentrazzjonijiet (f’TEQ) tal-kampjuni kollha ta’ kalibrazzjoni

Formula parametru globali kwadrat, i = indiċi għall-punt ta’ kalibrazzjoni i

8.3.2.   Il-kalkolu mir-riżultati bijoanalitiċi (kkoreġuti għall-irkupru u in bjank) ta’ analiżi multipla tal-kampjuni (n ≥ 6) ikkontaminati fil-limitu ta’ deċiżjoni GC/HRMS, bħala l-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tad-dejta fil-valur BEQ medju korrispondenti:

Valur ta’ limitu = BEQDL – 1,64 × SDR

fejn:

SDR

devjazzjoni standard tar-riżultati tat-test bijoloġiku f’BEQDL, imkejla f’kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità fil-laboratorju

8.3.3.   Il-kalkolu bħala l-valur medju tar-riżultati bijoanalitiċi (f’BEQ, ikkoreġuti għall-irkupru u in bjank) mill-analiżi multipla tal-kampjuni (n > 6) ikkontaminati f’żewġ terzi tal-livell ta’ interess. Dan hu msejjes fuq l-osservazzjoni li dan il-livell se jkun qrib il-valur ta’ limitu ddeterminat fil-punti 8.3.1 jew 8.3.2.

Figura 1

Image

Il-kalkolu tal-valuri ta’ limitu msejjes fuq livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li jimplika rata ta’ konformità falza < 5 %, u RSDR< 25 %: 1. mill-marġini inferjuri tal-intervall ta’ previżjoni ta’ 95 % fil-limitu ta’ deċiżjoni HRGC/HRMS, 2. mill-analiżi multipla tal-kampjuni (n > 6) ikkontaminati fil-limitu ta’ deċiżjoni HRGC/HRMS bħala l-punt tat-tmiem inferjuri tad-distribuzzjoni tad-dejta (irrappreżentat fil-grafika b’kurva b’forma ta’ qanpiena) fil-valur BEQ medju korrispondenti.

8.3.4.   Restrizzjonijiet għall-valuri ta’ limitu:

Il-valuri ta’ limitu msejsa fuq il-BEQ ikkalkolati minn RSDR miksuba waqt il-validazzjoni bl-użu ta’ numru limitat ta’ kampjuni bi profili ta’ konġeneri/matriċi differenti jistgħu jkunu ogħla mil-livelli ta’ interess imsejsa fuq it-TEQ minħabba preċiżjoni aħjar minn dik miksuba f’analiżi ta’ rutina fejn irid jiġi kkontrollat spettru mhux magħruf ta’ profili ta’ konġeneri potenzjali. F’dawn il-każijiet, il-valuri ta’ limitu għandhom jiġu kkalkolati b’RSDR = 25 %, jew preferibbilment, b’żewġ terzi tal-livell ta’ interess.

8.4.   Karatteristiċi tar-rendiment

Billi ma jista’ jintuża l-ebda standard intern fil-metodi bijoanalitiċi, għandhom isiru testijiet fuq ir-ripetibilità sabiex tinkiseb informazzjoni dwar id-devjazzjoni standard f’serje ta’ testijiet u bejniethom. Ir-ripetibilità għandha tkun inqas minn 20 %, u r-riproduċibilità bejn laboratorju u ieħor għandha tkun inqas minn 25 %. Dan il-kalkolu għandu jkun imsejjes fuq il-livelli kkalkolati f’BEQ wara l-korrezzjoni tal-bjank u tal-irkupru.

Bħala parti mill-proċess ta’ validazzjoni, it-test għandu juri distinzjoni bejn kampjun in bjank u livell fil-valur ta’ limitu, kif ukoll jippermetti l-identifikazzjoni ta’ kampjuni ogħla mill-valur ta’ limitu korrispondenti (ara l-punt 8.1.2).

Għandhom jiġu definiti l-komposti fil-mira, l-interferenzi potenzjali u l-livelli massimi tollerabbli in bjank.

Il-perċentwal tad-devjazzjoni standard fir-rispons jew fil-konċentrazzjoni kkalkolata mir-rispons (possibbli biss fil-medda ta’ ħidma) ta’ determinazzjoni tripla ta’ estratt tal-kampjun, ma għandux ikun ogħla minn 15 %.

Ir-riżultati mhux ikkoreġuti tal-kampjun(i) ta’ referenza espressi f’BEQs (bjank u livell ta’ interess) għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni tar-rendiment tal-metodu bijoanalitiku tul perjodu ta’ żmien kostanti.

It-tabelli tal-kontroll tal-kwalità (QC) għal proċeduri in bjank, u kull tip ta’ kampjun ta’ referenza għandhom jiġu rreġistrati u ċċekkjati biex ikun żgurat li r-rendiment analitiku huwa konformi mar-rekwiżiti, b’mod partikolari għall-bjanki tal-proċedura fir-rigward tad-differenza minima mitluba għal-limitu inferjuri tal-medda ta’ ħidma u għall-kampjuni ta’ referenza fir-rigward tar-ripoduċibilità fil-laboratorju. Il-bjanki tal-proċedura għandhom jiġu kkontrollati sew biex meta jitnaqqsu jiġu evitati riżultati ta’ konformità falza.

- Ir-riżultati mill-analiżi GC/HRMS tal-kampjuni ssuspettati u minn 2 sa 10 % tal-kampjuni negattivi (minimu ta’ 20 kampjun għal kull matriċi) għandhom jinġabru u jintużaw biex jiġi evalwat ir-rendiment tal-metodu ta’ skrining u r-relazzjoni bejn il-BEQ u t-TEQ. Din il-bażi ta’ dejta tista’ tintuża għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valuri ta’ limitu applikabbli għall-kampjuni ta’ rutina għall-matriċijiet ivvalidati.

Ir-rendiment b’suċċess tal-metodu jista’ jintwera wkoll permezz ta’ parteċipazzjoni fir-ringtests. Ir-riżultati mill-kampjuni analizzati fir-ringtests, li jkopru sa medda ta’ konċentrazzjoni ta’ eż. 2 × ML, jistgħu jiġu inklużi wkoll fl-evalwazzjoni tar-rata ta’ konformità falza, jekk laboratorju jkun jista’ juri r-rendiment b’suċċess tiegħu. Il-kampjuni għandhom ikopru l-profili ta’ konġeneri l-aktar frekwenti, li jirrappreżentaw diversi sorsi.

Matul inċidenti ta’ kontaminazzjoni, il-valuri ta’ limitu jistgħu jiġu evalwati mill-ġdid, filwaqt li jirriflettu l-matriċi u l-profili ta’ konġeneri ta’ dan l-inċident uniku.

9.   RAPPURTAR TAR-RIŻULTAT

Metodi konfermatorji

Safejn tippermetti l-proċedura analitika użata, ir-riżultati analitiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-konġeneri individwali tal-PCDD/F u tal-PCB simili għad-diossini u jiġu rrapportati bħala livell inferjuri, livell superjuri u livell medju sabiex ikun inkluż il-massimu tal-informazzjoni fir-rappurtar tar-riżultati u tkun tista’ ssir l-interpretazzjoni tar-riżultati skont rekwiżiti speċifiċi.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCDD/F, tal-PCB simili għad-diossini u tal-lipidi. Il-kontenut ta’ lipidi tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat u rrapportat għall-kampjuni tal-ikel b’livelli massimi jew ta’ azzjoni espressi abbażi ta’ xaħam u konċentrazzjoni ta’ xaħam mistennija fil-medda ta’ 0–2 % (skont il-leġiżlazzjoni eżistenti), filwaqt li għal kampjuni oħra d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ lipidi hija fakultattiva.

L-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu disponibbli f’każ li l-irkupri jinsabu barra mill-medda msemmija fil-punt 7.2, f’każ li l-livell massimu jinqabeż u f’każijiet oħra fuq talba.

Billi għandha titqies l-inċertezza tal-kejl meta tittieħed deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun, dan il-parametru għandu jkun disponibbli wkoll. Għaldaqstant, ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu rrapportati bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %. Fil-każ ta’ determinazzjoni separata ta’ PCDD/F u ta’ PCB simili għad-diossini, is-somma tal-istima tal-inċertezza estiża tar-riżultati analitiċi separati tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini għandha tintuża għas-somma tal-PCDD/F u l-PCB simili għad-diossini.

Jekk titqies l-inċertezza tal-kejl billi jiġi applikat CCα (kif deskritt fl-Anness II, il-punt IV. 2), dan il-parametru għandu jiġi rrapportat.

Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet u (għall-inqas) bl-istess għadd ta’ ċifri sinifikanti bħalma huma l-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Metodi ta’ skrining bijoanalitiċi

Ir-riżultat tal-iskrining għandu jiġi espress bħala konformi jew suspettat li ma jikkonformax (“suspettat”).

Barra minn hekk, jista’ jingħata riżultat għal PCDD/F u/jew PCB simili għad-diossini f’Ekwivalenti Bijoanalitiċi (BEQ) (mhux TEQ) (ara l-Anness III, il-punt 2).

Jekk tingħata l-inċertezza tal-kejl fuq il-livell BEQ ikkalkolat, eż. bħal devjazzjoni standard, din għandha tkun imsejsa fuq mill-inqas analiżi tripla (inklużi l-estrazzjoni, it-tindif u d-determinazzjoni tar-rispons tat-test) tal-kampjun.

Il-kampjuni b’rispons taħt il-limitu ta’ rappurtar għandhom jiġu indikati bħala taħt il-limitu ta’ rappurtar.

Għal kull tip ta’ matriċi tal-kampjun, ir-rapport għandu jsemmi l-livell ta’ interess (il-livell massimu, il-livell ta’ azzjoni) li fuqu hija msejsa l-evalwazzjoni.

Ir-rapport għandu jsemmi t-tip ta’ test applikat, il-prinċipju tat-test bażiku u t-tip ta’ kalibrazzjoni.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCDD/F, tal-PCB simili għad-diossini u tal-lipidi. Il-kontenut ta’ lipidi tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat u rrapportat għall-kampjuni tal-ikel b’livelli massimi jew ta’ azzjoni espressi abbażi ta’ xaħam u konċentrazzjoni ta’ xaħam mistennija fil-medda ta’ 0–2 % (skont il-leġiżlazzjoni eżistenti), filwaqt li għal kampjuni oħra d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ lipidi hija fakultattiva.


(1)  Adattat għal PCDD/F u komposti simili għad-diossini mill-“Guidelines for the validation of screening methods for residues of veterinary medicines”, Laboratorji Komunitarji ta' Referenza tal-UE (EURLs) għal residwi ta' mediċini veterinarji u kontaminanti fl-ikel li ġej mill-annimali f'Fougeres, Berlin u Bilthoven, 20/1/2010, http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/residues/lab_analysis_en.htm

(*)  fir-rigward tal-livelli massimi

(2)  Ir-rekwiżiti attwali huma msejsa fuq it-TEFs ippubblikati fi: M. Van den Berg et al, Toxicol. Sci 93. (2), 223–241 (2006).

Appendiċi għall-ANNESS III

It-TEFs tad-WHO għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bnedmin imsejsa fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa ta’ esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi (IPCS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006))

Konġeneru

Valur TEF

Dibenżo-p-diossini(“PCDD”)

2,3,7,8-TCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

Dibenżofurani ("PCDFs")

2,3,7,8-TCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

PCB "simili għad-diossini", PCB Mhux orto u PCB Mono orto

PCB Mhux orto

PCB 77

0,0001

PCB 81

0,0003

PCB 126

0,1

PCB 169

0,03

PCB Mono orto

PCB 105

0,00003

PCB 114

0,00003

PCB 118

0,00003

PCB 123

0,00003

PCB 156

0,00003

PCB 157

0,00003

PCB 167

0,00003

PCB 189

0,00003

Abbrevjazzjonijiet użati: “T” = tetra; “Pe” = penta; “Hx” = eża; “Hp” = etta; “O” = otta; “CDD” = klorodibenżodiossina; “CDF” = klorodibenżofuran; “CB” = klorobifenil.


ANNESS IV

Preparazzjoni tal-kampjun u rekwiżiti għall-metodi ta’ analiżi użati fil-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ PCB mhux simili għad-diossini (PCB # 28, 52, 101, 138, 153, 180) f’ċerti oġġetti tal-ikel

1.   Metodi ta’ detezzjoni applikabbli

Kromatografija b’fażi gassuża / Detezzjoni tal-Qabda tal-Elettron (GC/ECD), GC/LRMS, GC/MS-MS, GC/HRMS jew metodi ekwivalenti.

2.   Identifikazzjoni u konferma tal-analiti ta’ interess

Ħin ta’ żamma relattiv b’rabta mal-istandards interni jew standards ta’ referenza (devjazzjoni aċċettabbli ta’ +/- 0,25 %).

Għandha tkun ikkonfermata s-separazzjoni permezz ta’ kromatografija b’fażi gassuża tas-sitt PCB indikaturi kollha (PCB 28, PCB 52, PCB 101, PCB 138, PCB 153 u PCB 180) minn sustanzi li jinterferixxu, speċjalment PCB ta’ koelużjoni, b’mod partikolari jekk il-livelli tal-kampjuni jkunu fil-medda tal-limiti legali u n-nonkonformità trid tiġi kkonfermata.

[Il-konġeneri li ħafna drabi jkunu f’koelużjoni huma eż. PCB 28/31, PCB 52/69 u PCB 138/163/164. Fir-rigward tal-GC/MS għandhom jitqiesu wkoll interferenzi potenzjali minn frammenti ta’ konġeneri aktar klorinati.]

Għal tekniki GC/MS

Monitoraġġ ta’ mill-inqas:

żewġ joni speċifiċi għall-HRMS,

żewġ joni speċifiċi ta’ m/z > 200 jew tliet joni speċifiċi ta’ m/z > 100 għal-LRMS,

prekursur wieħed u żewġ joni tal-prodotti għall-MS-MS.

Il-massimu tat-tolleranzi permessi għall-proporzjonijiet ta’ abbundanza għall-mases tal-frammenti magħżula:

Id-devjazzjoni relattiva tal-proporzjon ta’ abbundanza tal-frammenti ta’ massa magħżula minn abbundanza teoretika jew standard ta’ kalibrazzjoni għall-jonu fil-mira (il-jonu mmonitorjat l-aktar abbundanti) tal-jonu jew joni kwalifikaturi:

Intensità relattiva tal-jonu jew joni kwalifikaturi meta mqabbla mal-jonu fil-mira

GC-EI-MS

(devjazzjoni relattiva)

GC-CI-MS, GC-MSn

(devjazzjoni relattiva)

> 50 %

± 10 %

± 20 %

> 20 % sa 50 %

± 15 %

± 25 %

> 10 % sa 20 %

± 20 %

± 30 %

≤ 10 %

± 50 % (*)

± 50 % (*)

Għal GC/ECD:

Konferma tar-riżultati li jaqbżu t-tolleranza b’żewġ kolonni GC b’fażijiet stazzjonarji ta’ polarità differenti.

3.   Dimostrazzjoni tar-rendiment tal-metodu

Il-validazzjoni fil-medda tal-livell ta’ interess (0,5 sa darbtejn il-livell ta’ interess) b’koeffiċjent ta’ varjazzjoni aċċettabbli għal analiżi ripetuta (ara r-rekwiżiti għall-preċiżjoni intermedja fil-punt 8).

4.   Limitu ta’ kwantifikazzjoni

Il-valuri in bjank ma għandhomx ikunu ogħla minn 30 % tal-livell ta’ kontaminazzjoni li jikkorrispondu għal-livell massimu (1).

5.   Kontroll tal-kwalità

Il-kontrolli in bjank regolari, l-analiżi ta’ kampjuni miżjuda, il-kampjuni ta’ kontroll tal-kwalità, il-parteċipazzjoni fi studji interlaboratorji dwar matriċijiet rilevanti.

6.   Kontroll tal-irkupri

L-użu ta’ standards interni xierqa bi proprjetajiet fiżikokimiċi komparabbli mal-analiti ta’ interess.

Iż-żieda ta’ standards interni:

Iż-żieda mal-prodotti (qabel il-proċess ta’ estrazzjoni u tindif);

Hi possibbli wkoll iż-żieda max-xaħam estratt (qabel il-proċess ta’ tindif), jekk il-livell massimu jkun espress abbażi ta’ xaħam.

Ir-rekwiżiti għall-metodi bl-użu tal-konġeneri tas-sitt PCB indikaturi kollha ttikkettati b’isotopu:

Il-korrezzjoni tar-riżultati għall-irkupri tal-istandards interni,

L-irkupri ġeneralment aċċettabbli tal-istandards interni ttikkettati b’isotopu huma bejn 50 u 120 %;

Irkupri aktar baxxi jew ogħla għal konġeneri individwali b’kontribuzzjoni għas-somma tas-sitt PCB indikaturi taħt l-10 % huma aċċettabbli.

Ir-rekwiżiti għall-metodi fejn ma jintużawx is-sitt standards interni kollha ttikkettati b’isotopu jew standards interni oħra:

Il-kontroll tal-irkupru tal-istandard(s) intern(i) għal kull kampjun,

L-irkupri aċċettabbli tal-istandard(s) intern(i) bejn 60 u 120 %,

Il-korrezzjoni tar-riżultati għall-irkupri tal-istandards interni.

L-irkupri tal-konġeneri mhux ittikkettati għandhom jiġu ċċekkjati permezz ta’ kampjuni miżjuda jew kampjuni ta’ kontroll tal-kwalità b’konċentrazzjonijiet fil-medda tal-livell ta’ interess. L-irkupri aċċettabbli għal dawn il-konġeneri huma bejn 70 u 120 %.

7.   Rekwiżiti għal-laboratorji

B’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati minn korp rikonoxxut li jopera skont il-Gwida ISO 58 biex jiżgura li dawn qegħdin japplikaw assigurazzjoni ta’ kwalità analitika. Il-laboratorji għandhom jiġu akkreditati billi jiġi segwit l-istandard EN ISO/IEC 17025.

8.   Karatteristiċi tar-rendiment: Kriterji għas-somma tas-sitt PCB indikaturi fil-livell ta’ interess

Eżattezza

– 30 sa + 30 %

Preċiżjoni intermedja (RSD %)

≤ 20 %

Differenza bejn il-kalkolu tal-livell superjuri u dak tal-livell inferjuri

≤ 20 %

9.   Rapportar tar-riżultati

Safejn tippermetti l-proċedura analitika użata, ir-riżultati analitiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-konġeneri individwali tal-PCB u jiġu rrapportati bħala livell inferjuri, livell superjuri u livell medju sabiex ikun inkluż il-massimu tal-informazzjoni fir-rappurtar tar-riżultati u tkun tista’ ssir l-interpretazzjoni tar-riżultati skont rekwiżiti speċifiċi.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-metodu użat għall-estrazzjoni tal-PCB u tal-lipidi. Il-kontenut ta’ lipidi tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat u rrapportat għall-kampjuni tal-ikel b’livelli massimi espressi abbażi ta’ xaħam u konċentrazzjoni ta’ xaħam mistennija fil-medda ta’ 0–2 % (skont il-leġiżlazzjoni eżistenti), filwaqt li għal kampjuni oħra d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ lipidi hija fakultattiva.

L-irkupri tal-istandards interni individwali għandhom ikunu disponibbli f’każ li l-irkupri jinsabu barra mill-medda msemmija fil-punt 6, f’każ li l-livell massimu jinqabeż u f’każijiet oħra fuq talba.

Billi għandha titqies l-inċertezza tal-kejl meta tittieħed deċiżjoni dwar il-konformità tal-kampjun, dan il-parametru għandu jkun disponibbli wkoll. Għaldaqstant, ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu rrapportati bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl estiża bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %.

Jekk titqies l-inċertezza tal-kejl billi jiġi applikat CCα (kif deskritt fl-Anness II, il-punt IV.1), dan il-parametru għandu jiġi rrapportat.

Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet u (għall-inqas) bl-istess għadd ta’ ċifri sinifikanti bħalma huma l-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.


(*)  Numru suffiċjenti ta’ frammenti ta’ massa b’intensità relattiva > 10 % disponibbli, u għalhekk mhuwiex rakkomandat l-użu ta’ jonu jew joni kwalifikaturi b’intensità relattiva ta’ inqas minn 19 % meta mqabbla mal-jonu fil-mira.

(1)  Hu rakkomandat ferm li jkun hemm kontribuzzjoni aktar baxxa tal-livell in bjank tar-reaġent għal-livell ta' kontaminant f'kampjun. Hija r-responsabbiltà tal-laboratorju li jikkontrolla l-varjazzjoni tal-livelli in bjank, b'mod partikolari, jekk il-livelli in bjank jitnaqqsu.


23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2012

tat-22 ta’ Marzu 2012

li jemenda għall-167 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi u entità waħda mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fl-14 ta’ Marzu 2012 ddeċieda li jżid erba’ persuni naturali oħra mal-lista u li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

“Jemmah Anshorut Tauhid (JAT) (alias (a) Jemaah Anshorut Tauhid, (b) Jemmah Ansharut Tauhid, (c) Jem’mah Ansharut Tauhid, (d) Jamaah Ansharut Tauhid, (e) Jama’ah Ansharut Tauhid, (f) Laskar 99). Indirizz: Jl. Semenromo number 58, 04/XV Ngruki, Cemani, Grogol, Sukoharjo, Jawa Tengah, L-Indonesja, Telefown: 0271-2167285, Posta elettronika: info@ansharuttauhid.com. Tagħrif ieħor: (a) Imwaqqfa u mmexxija minn Abu Bakar Ba'asyir; (b) Stabbilita fis-27 ta’ Lulju. 2008 f’Solo, l-Indonesja; (a) Assoċjata ma' Jemaah Islamiyah (JI); (d) Websajt: http:/ansharuttauhid.com/. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.3.2012.”

(2)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Mochammad Achwan (alias (a) Muhammad Achwan, (b) Muhammad Akhwan, (c) Mochtar Achwan, (d) Mochtar Akhwan, (e) Mochtar Akwan). Indirizz: Jalan Ir. H. Juanda 8/10, RT/RW 002/001, Jodipan, Blimbing, Malang, l-Indonesja. Data tat-twelid: (a) 4.5.1948 (b) 4.5.1946. Post tat-twelid: Tulungagung, l-Indonesja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 3573010405480001 (Il-karta tal-Identità Indoneżjana taħt l-isem Mochammad Achwan). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.3.2012.”

(b)

“Abdul Rosyid Ridho Ba’asyir (alias (a) Abdul Rosyid Ridho Bashir, (b) Rashid Rida Ba’aysir, (c) Rashid Rida Bashir). Indirizz: Podok Pesantren AL Wayain Ngrandu, Sumber Agung Magetan, East Java, l-Indonesja. Data tat-twelid: 31.1.1974. Post tat-twelid: Sukoharjo, Indonesja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 1127083101740003 (Il-karta tal-Identità Indoneżjana taħt l-isem Abdul Rosyid Ridho Ba’asyir). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.3.2012.”

(c)

“Mustafa Hajji Muhammad Khan (alias (a) Hassan Ghul, (b) Hassan Gul, (c) Hasan Gul, (d) Khalid Mahmud, (e) Ahmad Shahji, (f) Mustafa Muhammad, (g) Abu Gharib al-Madani, (h) Abu-Shaima, (i) Abu- Shayma). Data tat-twelid: (a) bejn Awwissu 1977 u Settembru 1977, (b) 1976. Post tat-twelid: (a) Al-Madinah, l-Arabja Sawdija, (b) Sangrar, Sindh Province, il-Pakistan. Nazzjonalità: (a) Pakistana, (b) Arabja Sawdija. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.3.2012.”

(d)

“Hafiz Abdul Salam Bhuttavi (alias (a) Hafiz Abdul Salam Bhattvi, (b) Hafiz Abdusalam Budvi, (c) Hafiz Abdussalaam Bhutvi, (d) Abdul Salam Budvi, (e) Abdul Salam Bhattwi, (f) Abdul Salam Bhutvi, (g) Mullah Abdul Salaam Bhattvi, (h) Molvi Abdursalam Bhattvi). Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Data tat-twelid: 1940. Post tat-twelid: Lahore, Punjab Province, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.3.2012.”

(e)

“Zafar Iqbal (alias (a) Zaffer Iqbal, (b) Malik Zafar Iqbal Shehbaz, (c) Malik Zafar Iqbal Shahbaz, (d) Malik Zafar Iqbal, (e) Zafar Iqbal Chaudhry, (f) Muhammad Zafar Iqbal). Data tat-twelid: 4.10.1953. Post tat-twelid: Masjid al-Qadesia, 4 Lake Road, Lahore, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Numru tal-passaport: DG5149481 (passaport maħruġ fit-22.8.2006, skada fil-21.8.2011, numru tal-ktejjeb tal-passaport A2815665). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) 35202-4135948-7 b) 29553654234. Tagħrif ieħor: Titoli oħra – Professur. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.3.2012.”

(f)

“Abdur Rehman (alias (a) Abdul Rehman, (b) Abd Ur-Rehman, (c) Abdur Rahman, (d) Abdul Rehman Sindhi, (e) Abdul Rehman al-Sindhi, (f) Abdur Rahman al-Sindhi, (g) Abdur Rehman Sindhi, (h) Abdurahman Sindhi, (i) Abdullah Sindhi, (j) Abdur Rehman Muhammad Yamin. Indirizz: Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 3.10.1965. Post tat-twelid: Mirpur Khas, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Numru tal-passaport: CV9157521 (Passaport Pakistani maħruġ fit-8.9.2008, jiskadi fis-7.9.2013). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 44103-5251752-5. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.3.2012.”

(3)

L-annotazzjoni “Lashkar e-Tayyiba (alias (a) Lashkar-e-Toiba, (b) Lashkar-i-Taiba, (c) al Mansoorian, (d) al Mansooreen, (e) Army of the Pure, (f) Army of the Righteous, (g) Army of the Pure and Righteous, (h) Paasban-e-Kashmir (i) Paasban-i-Ahle- Hadith, (j) Pasban-e-Kashmir, (k) Pasban-e-Ahle-Hadith, (l) Paasban-e-Ahle-Hadis, (m) Pashan-e-ahle Hadis, (n) Lashkar e Tayyaba, (o) LET, (p) Jamaat-ud-Dawa, (q) JUD (r) Jama'at al-Dawa, (s) Jamaat ud-Daawa, (t) Jamaat ul-Dawah, (u) Jamaat-ul-Dawa, (v) Jama'at-i-Dawat, (w) Jamaiat-ud-Dawa, (x) Jama'at-ud-Da'awah, (y) Jama'at-ud- Da'awa, (z) Jamaati-ud-Dawa. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.5.2005.” taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Lashkar e-Tayyiba (alias (a) Lashkar-e-Toiba, (b) Lashkar-i-Taiba, (c) al Mansoorian, (d) al Mansooreen, (e) Army of the Pure, (f) Army of the Righteous, (g) Army of the Pure and Righteous, (h) Paasban-e-Kashmir (i) Paasban-i-Ahle- Hadith, (j) Pasban-e-Kashmir, (k) Pasban-e-Ahle-Hadith, (l) Paasban-e-Ahle-Hadis, (m) Pashan-e-ahle Hadis, (n) Lashkar e Tayyaba, (o) LET, (p) Jamaat-ud-Dawa, (q) JUD (r) Jama'at al-Dawa, (s) Jamaat ud-Daawa, (t) Jamaat ul-Dawah, (u) Jamaat-ul-Dawa, (v) Jama'at-i-Dawat, (w) Jamaiat-ud-Dawa, (x) Jama'at-ud-Da'awah, (y) Jama'at-ud- Da'awa, (z) Jamaati-ud-Dawa, (aa) Falah-i-Insaniat Foundation (FIF). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.5.2005.”


23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2012

tat-22 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

CR

52,7

IL

188,6

JO

64,0

MA

45,8

TN

68,9

TR

90,6

ZZ

85,1

0707 00 05

JO

107,2

TR

206,0

ZZ

156,6

0709 91 00

EG

79,1

ZZ

79,1

0709 93 10

JO

225,1

MA

59,1

TR

128,8

ZZ

137,7

0805 10 20

BR

35,0

EG

47,2

IL

80,8

MA

51,2

TN

58,4

TR

67,2

ZZ

56,6

0805 50 10

EG

43,8

TR

46,7

ZZ

45,3

0808 10 80

AR

89,5

BR

86,3

CA

125,0

CL

90,8

CN

112,4

MK

31,8

US

159,9

UY

74,9

ZA

119,9

ZZ

98,9

0808 30 90

AR

92,2

CL

112,3

CN

63,0

ZA

92,7

ZZ

90,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 255/2012

tat-22 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 235/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2012, p. 16.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-23 ta’ Marzu 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

44,97

0,00

1701 12 90  (1)

44,97

1,12

1701 13 10  (1)

44,97

0,00

1701 13 90  (1)

44,97

1,41

1701 14 10  (1)

44,97

0,00

1701 14 90  (1)

44,97

1,41

1701 91 00  (2)

49,59

2,59

1701 99 10  (2)

49,59

0,00

1701 99 90  (2)

49,59

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 256/2012

tat-22 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

131,3

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

137,8

0

AR

129,0

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

288,1

4

AR

228,1

22

BR

325,0

0

CL

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

325,1

0

BR

415,6

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd imnixxfin

335,6

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

345,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

291,6

0

BR

353,2

0

CL

3502 11 90

Albumini tal-bajd imnixxfin

522,3

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2012

tat-22 ta’ Marzu 2012

li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti elenkati fit-Taqsima XV tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, tista’ tkun koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-ammont tar-rifużjoni jista’ jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju hekk kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5) jipprovdi għal tnaqqis fir-rifużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f’piż tal-qatgħat li ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità.

(6)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2011 (6). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar.

(7)

Sabiex ma jkunx hemm diverġenza mal-qagħda kurrenti tas-suq, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni fis-swieq u sabiex tiġi ggarantita ġestjoni effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta’ rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 għandha titnaqqas b’EUR 3,5/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 1318/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)  ĠU L 334, 16.12.2011, p. 21.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq il-laħam taċ-ċanga applikabbli mit-23 ta’ Marzu 2012

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta’ kejl

Rifużjonijiet

0102 21 10 9140

B00

EUR/100 kg piż ħaj

12,9

0102 21 30 9140

B00

EUR/100 kg piż ħaj

12,9

0102 31 00 9100

B00

EUR/100 kg piż ħaj

12,9

0102 31 00 9200

B00

EUR/100 kg piż ħaj

12,9

0102 90 20 9100

B00

EUR/100 kg piż ħaj

12,9

0102 90 20 9200

B00

EUR/100 kg piż ħaj

12,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg piż nett

10,8

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg piż nett

14,4

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg piż nett

14,4

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg piż nett

10,8

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg piż nett

30,5

B03

EUR/100 kg piż nett

17,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg piż nett

10,8

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg piż nett

3,3

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg piż nett

3,8

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg piż nett

42,4

B03

EUR/100 kg piż nett

24,9

EG

EUR/100 kg piż nett

51,7

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg piż nett

25,4

B03

EUR/100 kg piż nett

15,0

EG

EUR/100 kg piż nett

31,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg piż nett

2,7

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg piż nett

2,7

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg piż nett

2,7

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg piż nett

2,7

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg piż nett

3,3

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg piż nett

3,8

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg piż nett

11,6

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg piż nett

10,3

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg piż nett

11,6

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg piż nett

10,3

N.B.:

Il-kodiċi tal-prodott u l-kodiċi ta’ destinazzjoni tas-serje ‘A ’ huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodiċi ta’ destinazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006. p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħra, provvediment ta’ ikel u destinazzjonijiet huma trattati bħala esportazzjonijiet mill-Unjoni).

B02

:

B04 u d-destinazzjoni EG .

B03

:

l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), Montenegro, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, imħażen u provvedimenti (destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u jekk xieraq fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).

B04

:

it-Turkija, l-Ukraina, il-Bjelorussja, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Kazakistan, it-Turkmenistan, l-Uzbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgiżistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Israel, ix-Xatt tal-Punent/il-Medda ta’ Gaza, il-Ġordan, l-Arabja Sawdija, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, is-Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indonesja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea Bissaw, il-Ginea, Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Ginea Ekwatorjali, il-Prinċipalità ta’ Sao Tome, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Sant’Elena u Dipendenzi, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanija, is-Seychelles u Dipendenzi, it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawritanja, il-Komoros, il-Majott, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika ta’ Isfel, il-Lesoto.


(*)  Hekk kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(1)  L-entrata taħt dan is-sottotitolu hija suġġetta għas-sottomissjoni taċ-ċertifikat li jidher fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  Ir-refużjoni hija garantita, bir-riserva tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21), u jekk applikabbli, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7).

(3)  Imwettqa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006. p. 7).

(4)  Imwettqa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008. p. 3).

(5)  Ir-refużjoni hija garantita bir-riserva tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  L-ammont ta’ laħam dgħif taċ-ċanga mingħajr xaħam huwa determinat skont il-proċedura deskritta fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun hekk kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun għandu jittieħed minn dik il-biċċa tal-kunsinna li tippreżenta l-akbar riskju.


DEĊIŻJONIJIET

23.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Marzu 2012

li ttemm il-proċediment antidumping rigward l-importazzjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja

(2012/163/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   L-Inizjazzjoni

(1)

Fit-13 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") ħabbret, b'notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) ("notifika tal-inizjazzjoni"), li l-inizjazzjoni ta' proċediment antidumpling fir-rigward tal-importazzjoni fl-Unjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja ("il-prodott ikkonċernat").

(2)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni ħabbret, b'notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), l-inizjazzjoni ta' proċediment kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u bdiet investigazzjoni separata.

(3)

Il-proċediment antidumping inbeda wara lment li tressaq fil-31 ta' Marzu 2011 mill-European Industrial Fasteners Institute (EiFi) ("il-kwerelant") f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw iżjed minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom. L-ilment inkluda evidenza prima facie ta' dumping tal-imsemmi prodott u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex jiġġustifika l-inizjazzjoni ta' investigazzjoni.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti magħrufa li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet Indjani dwar l-inizjazzjoni tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni.

(5)

Il-partijiet kollha interessati, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta' smigħ.

1.2.1.   It-teħid tal-kampjuni għall-produtturi esportaturi fl-Indja

(6)

Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta' produtturi esportaturi fl-Indja, it-teħid tal-kampjuni kien stipulat fin-notifika tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(7)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni jkunx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fl-Indja ntalbu jippreżentaw ruħhom sa 15-il ġurnata mid-data tal-inizjazzjoni tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' April 2010 sal-31 ta' Marzu 2011 ("il-perjodu tal-investigazzjoni" jew il-"PI").

(8)

B'kollox, ħames produtturi esportaturi, inkluż grupp ta' kumpaniji relatati fl-Indja, taw l-informazzjoni mitluba lilhom u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun sat-terminu ta' skadenza stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. Dawn il-kumpaniji li kkoperaw irraportaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. It-tqabbil bejn id-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjoni u l-volum tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrappurtat għall-perjodu tal-investigazzjoni mill-ħames kumpaniji li kkoperaw, juri li l-koperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani kienet qrib il-100 %. Għalhekk, il-kampjun intgħażel abbażi tal-informazzjoni li taw dawn il-ħames produtturi esportaturi.

(9)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni li jista' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Abbażi tal-informazzjoni li taw il-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi li għandhom l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Abbażi tal-informazzjoni mit-teħid tal-kampjuni, il-kumpaniji jew il-gruppi magħżula ammontaw għal 99 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkoperaw. Għalhekk tqies li kampjun bħal dan jippermetti limitazzjoni tal-investigazzjoni għal numru raġonevoli ta' produtturi esportaturi li jistgħu jkunu investigati fiż-żmien disponibbli filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta' rappreżentanza.

1.2.2.   L-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi fl-Indja li kkoperaw

(10)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Indjani ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Iż-żewġ produtturi esportaturi li ma ntgħażlux fil-kampjun insistew biex inkunu inklużi wkoll fil-kampjun. Madanakollu, fid-dawl ta' kemm huwa rappreżentattiv il-kampjun propost, kif inhu msemmi fil-premessa (8) hawn fuq, ġie konkluż li ma kienx meħtieġ li l-kampjun jiġi emendat jew imkabbar.

1.2.3.   Eżami individwali tal-kumpaniji li ma ntgħażlux fil-kampjun

(11)

Żewġ produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun, talbu eżami individwali u wieġbu għall-kwestjonarju tal-antidumping fil-limitu taż-żmien.

(12)

Minħabba l-konklużjonijiet li l-proċediment antidumping attwali għandu jintemm għar-raġunijiet imsemmija iżjed 'l isfel, it-talbiet għal eżami individwali ma ġewx ikkunsidrati iżjed.

1.2.4.   It-teħid tal-kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta' produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjun kien stabbilit fin-Notifika tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(14)

Fin-Notifika tal-inizjazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun ikkonsista minn ħames kumpaniji, minn 15-il produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa minn qabel l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, magħżula abbażi tal-volum tal-bejgħ tagħhom, il-qies u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Huma rrappreżentaw 37 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl u biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-inizjazzjoni. L-ebda parti interessata ma opponiet il-kampjun propost li fih ħames kumpaniji.

(15)

Sussegwentement wieħed mill-ħames produtturi tal-Unjoni li ntgħażel fil-kampjun irtira l-koperazzjoni tiegħu. L-erba' kumpaniji li baqa' fil-kampjun irrappreżentaw 31 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Għaldaqstant il-kampjun tqies li jirrappreżenta l-industrija tal-Unjoni.

1.2.5.   It-teħid tal-kampjuni tal-importaturi mhux relatati

(16)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi involuti fil-proċediment, it-teħid tal-kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-notifika tal-inizjazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Żewġ importaturi taw l-informazzjoni mitluba lilhom u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun sat-terminu ta' skadenza stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. Minħabba li kienu ftit l-importaturi li ppreżentaw ruħhom, ġie deċiż li ma jittiħdux kampjuni.

1.3.   It-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-verifiki

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-partijiet l-oħra kollha li ppreżentaw ruħhom sat-terminu ta' skadenza stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni. Għaldaqstant il-kwestjonarji ntbagħtu lill-produtturi esportaturi fl-Indja li ntgħażlu fil-kampjun, lill-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, lill-importaturi fl-Unjoni li kkoperaw u lill-utenti kollha magħrufa li huma kkonċernati mill-investigazzjoni.

(18)

It-tweġibiet waslu mingħand il-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun u mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun. L-ebda importatur u l-ebda utent ma wieġeb il-kwestjonarju.

(19)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li taw il-partijiet interessati u li qisitha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-antidumping, id-dannu li rriżulta u l-interess tal-Unjoni.

(20)

Waħda mill-partijiet indikat li wieħed mill-produtturi esportaturi ressaq wisq indikazzjonijiet għall-kunfidenzjalità u ma tax verżjoni pubblika sinifikanti biżżejjed tat-tweġibiet tal-kwestjonarju tiegħu. Għaldaqstant l-informazzjoni mressqa minn din il-kumpanija m'għandhiex tiġi kkunsidrata u hija għandha titqies bħala parti li ma kkoperatx fl-investigazzjoni.

(21)

Madanakollu l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġiba ta' dan il-produttur esportatur, li tikkonsisti fi tweġiba inizjali u f'verżjoni sħiħa msejsa fuq ittra ta' defiċjenza, ġiet ivvalutata mill-ġdid u nstab li hija sħiħa biżżejjed sabiex tikkwalifika bħala tweġiba pubblika sinifikanti. Għalhekk din l-indikazzjoni ma ntlaqgħetx.

(22)

Saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:

 

Produtturi fl-Unjoni:

Inox Viti di Cattinori Bruno & C.s.n.c., Grumello del Monte, l-Italja;

Bontempi Vibo S.p.A., Rodengo Saiano, l-Italja;

Ugivis S.A., Belley, Franza.

 

Produtturi esportaturi fl-Indja:

Viraj Profiles Limited, Boisar, Dist. Thane, Maharashtra;

Agarwal Fastners Pvt. Ltd., Vasai (East), Dist. Thane, Maharashtra;

Raajratna Ventures Ltd., Ahmedabad, Gujarat.

1.4.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(23)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2010 sal-31 ta' Marzu 2011. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sal-aħħar tal-PI ("il-perjodu kkunsidrat").

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodott ikkonċernat huwa qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom ("SSF") li joriġinaw mill-Indja, u li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċijiet CN 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70.

2.2.   Il-prodott simili

(25)

Instab li l-prodott ikkonċernat u l-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja, kif ukoll il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għalhekk dawn tqiesu li huma simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Il-valur normali

(26)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi Indjani li ntgħażlu fil-kampjun lil klijenti indipendenti sarx f'volumi rappreżentattivi, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta' bejgħ mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI.

(27)

Fil-każ ta' produttur esportatur wieħed li ntgħażel fil-kampjun instab li ma kellu l-ebda bejgħ rappreżentattiv tal-prodott simili fis-suq domestiku. Għal dan il-produttur esportatur, il-valur normali kellu jinbena abbażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

3.1.1.   Il-produtturi esportaturi li kkoperaw fil-kampjun li għandhom volum ta' bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali

(28)

Għall-produtturi esportaturi li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali, il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta' prodotti li jinbiegħu fis-suq domestiku mill-produttur esportatur, li kienu identiċi jew direttament kumparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(29)

Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta' dak it-tip ta' prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta 5 % jew iżjed tal-volum totali tat-tip ta' prodott kumparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(30)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-kumpaniji kkonċernati jistax ikun kkunsidrat li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta' prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(31)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta' tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iżjed mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dak it-tip, u fejn il-prezz medju differenzjat ta' dak it-tip kien daqs jew iżjed mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip li sar matul il-perjodi tal-investigazzjoni, irrispettivament jekk dan il-bejgħ għamilx qligħ jew le.

(32)

Fejn il-volum tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta' tip ta' prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta' dak it-tip, jew fejn il-prezz medju differenzjat ta' dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-bejgħ li jagħmel qligħ ta' dak it-tip biss.

(33)

Għal tipi ta' prodotti li ma jinbigħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-valur normali kellu jinbena abbażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, in-nefqiet ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ ("SG&A") u l-marġinu raġonevoli tal-qligħ żdiedu mal-ispiża medja tal-esportatur stess għall-manifattura ta' kull tip ta' prodott matul il-PI. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-persentaġġ għall-SG&A u l-marġinu tal-qligħ kienu bbażati fuq il-medja differenzjata tal-SG&A u l-marġinu tal-qligħ mill-bejgħ ta' kull tip ta' prodott fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-produttur esportatur rispettiv.

3.1.2.   Il-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun, li m'għandhomx volum ta' bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali

(34)

Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma għandhomx bejgħ domestiku rappreżentattiv, il-valur normali nbena skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku billi mal-ispejjeż tal-kumpanija stess għall-manifattura tal-prodott simili żdiedu n-nefqiet tal-SG&A u marġinu raġonevoli tal-qligħ għal kull tip ta' prodott matul il-PI. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-persentaġġ għall-SG&A u l-marġinu tal-qligħ kienu bbażati fuq il-medja differenzjata tal-SG&A u l-marġinu tal-qligħ mill-bejgħ ta' kull tip ta' prodott fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-produttur esportatur.

3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(35)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.3.   It-tqabbil

(36)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar skont kif joħroġ mill-fabbrika.

(37)

Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(38)

Fuq din il-bażi, fejn applikabbli u ġustifikat, saru provvedimenti għal spejjeż tat-trasport, spejjeż tal-merkanzija fuq il-baħar u tal-assigurazzjoni, spejjeż tat-tqandil u t-tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, skontijiet li ma jissemmewx fil-fattura u kummissjonijiet.

3.4.   Il-marġini tad-dumping

3.4.1.   Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun

(39)

Gћall-kumpaniji li ntgħażlu fil-kampjun, il-valur normali medju differenzjat ta' kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni tqabbel mal-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(40)

Abbażi tal-metodoloġija ta' hawn fuq, il-marġini tad-dumping, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġinu tad-dumping

Viraj Profiles Ltd.

0  %

Agarwal Fasteners Pvt. Ltd.

37,6  %

Raajratna Ventures Ltd.

12,0  %

(41)

Madanakollu għandu jiġu nnutat li l-produttur esportatur Indjan, li għalih ma nstab l-ebda dumping, irrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni.

(42)

Abbażi tal-analiżi tiegħu tad-dokument ta' informazzjoni tal-Kummissjoni, il-kwerelant ikkalkula differenza ta' 25 % bejn il-valur normali stabbilit għall-produtturi esportaturi li fil-kampjun instab li qed jagħmlu dumping u dak tal-kumpanija li ma nstabitx li kienet qed tagħmel dumping. Il-kwerelant argumenta li differenza bħal din ma għandhiex teżisti f'suq kompetittiv u li din mhix realistika għall-industrija ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx. Barra minn hekk, il-kwerelant allega li l-produttur esportatur li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping, akkwista skart tal-azzar li ma jissaddadx mingħand kumpaniji relatati fl-Unjoni u li konsegwenza ta' dan, wieħed ma setax jistrieħ fuq il-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima biex jikkalkula l-ispiża tal-produzzjoni.

(43)

Il-valur normali tal-esportatur li kkopera u li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping issejjes fuq l-ispiża tal-produzzjoni tiegħu għal kull tip ta' prodott li hija irħas minn tal-produtturi esportaturi l-oħra li ttieħdu fil-kampjum. Dan ġara primarjament minħabba l-fatt li l-kumpanija li kkoperat u li ma nstabitx li kienet qed tagħmel dumping, tipproduċi hija stess azzar li ma jissaddadx minn skart tal-azzar li ma jissaddadx, u għalhekk hija integrata kollha kemm hi u tibbenefika mill-ekonomiji ta' skala, filwaqt li l-kumpaniji l-oħrajn jixtru vireg tal-wajer tal-azzar li ma jissaddadx bħala l-materja prima tagħhom għall-produzzjoni tal-qfieli tal-azzar li ma jissaddadx, fis-suq ħieles, inkluż mingħand l-esportatur li kkopera u li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping.

(44)

Il-valur normali tal-produtturi esportaturi li kkoperaw u li nstab li kienu qed jagħmlu dumping ġie ddeterminat l-iżjed abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku għal kull tip ta' prodott. Hemm kompetizzjoni limitata biss fis-suq domestiku tal-Indja u l-esportatur li kkopera u li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping biegħ biss kwantitajiet mhux rappreżentattivi matul il-PI b'mod domestiku.

(45)

Fejn jidħol l-akkwist tal-iskart tal-azzar li ma jissaddadx mill-produttur esportatur li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping, l-investigazzjoni wriet li din il-kumpanija kisbet skart kemm mingħand fornituri relatati u mhumiex relatati, dawn tal-aħħar jirrappreżentaw iżjed minn 70 % tal-kwantitajiet li nkisbu. Il-livelli tal-prezz tax-xiri għaż-żewġ tipi ta' akkwisti kienu komparabbli, anke meta jitqies it-tip ta' grad ta' skart.

(46)

Minħabba f'hekk, id-determinazzjoni tal-valur normali tal-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun hija kkonfermata u l-indikazzjonijiet li tressqu mill-kwerelant ma ntlaqgħux.

3.4.2.   Għall-produtturi esportaturi l-oħra li kkoperaw

(47)

Il-marġni medju differenzjat tad-dumping tal-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma ntgħażlux fil-kampjun ġie kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-marġini stabbiliti għall-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun u li nstab li kienu qed jagħmlu dumping. Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping ikkalkulat għall-kumpaniji li kkoperaw u li ma ntgħażlux fil-kampjun kien stabbilit għal 24,6 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(48)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Indjan li kkopera, wara l-iżvelar li l-Kummissjoni biħsiebha ttemm il-proċediment, insista li t-talba tiegħu għal eżami individwali għandha tiġi aċċettata, billi argumenta li l-marġinu tad-dumping żvelat għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ma ntgħażlux fil-kampjun ma jirriflettix is-sitwazzjoni tiegħu.

(49)

It-talba għal eżami individwali ma ġietx ivvalutata mill-Kummissjoni minħabba li f'każ ta' terminazzjoni, id-determinazzjoni tal-marġinu ma jibqax kwistjoni.

3.4.3.   Għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx

(50)

Fir-rigward tal-esportaturi l-oħra kollha fl-Indja, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta' koperazzjoni. Tqabblu l-kwantitajiet ta' esportazzjoni totali indikati fit-tweġibiet tat-teħid tal-kampjuni li waslu mingħand il-produtturi esportaturi kollha li kkoperaw, mal-importazzjonijiet totali mill-Indja kif jirriżulta mill-istatistiki tal-Eurostat. Instab li l-persentaġġ tal-koperazzjoni kien ta' 97 %. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ koperazzjoni tqies li huwa gћoli. Għalhekk kien ikkunsidrat xieraq li jiġi stabbilit marġinu tad-dumping għal produtturi esportaturi li ma kkoperawx fuq il-livell li jikkorrispondi mal-marġinu medju tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun. Infatti, it-tagħrif disponibbli jissuġġerixxi li l-prezzijiet medja tal-esportazzjoni tal-esportaturi Indjani li ma kkoperawx, matul il-PI kienu jaqblu ma' dawk li nstabu għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni disponibbli li turi valuri normali differenti għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx.

(51)

Fuq din il-bażi, il-livell tad-dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit gћal 24,6 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

4.   INDUSTRIJA TAL-UNJONI

4.1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni

(52)

L-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni li ngħatat fl-ilment, id-dejta li nġabret mingħand il-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(53)

Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata li hija madwar it-52 000 tunnellata matul il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom u l-volum stmat tal-produzzjoni tal-produtturi li ma ppreżentawx ruħhom fil-proċediment.

(54)

Kif indikat fil-premessa (13) ta' hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni ġie applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Mill-15-il produttur tal-Unjoni li taw id-dejta qabel l-inizjazzjoni tal-proċediment, intgħażel kampjun ta' ħames kumpaniji. Sussegwentement, kif spjegat fil-premessa (15) ta' hawn fuq, kumpanija waħda ddeċidiet li ma tikkoperax fl-investigazzjoni. Il-bqija tal-kumpaniji li kkoperaw u li ntgħażlu fil-kampjun irrappreżentaw madwar 32 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI u tqiesu li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni.

4.2.   L-industrija tal-Unjoni

(55)

Il-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni, imsemmija fil-premessa (52) ta' hawn fuq jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu "l-industrija tal-Unjoni".

5.   ID-DANNU

5.1.   Kummenti preliminari

(56)

L-istatistiki rilevanti tal-Eurostat dwar l-importazzjoni, flimkien mad-dejta li ngħatat fl-ilment u d-dejta li nġabret mingħand il-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, inklużi t-tweġibijiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, intużaw fl-evalwazzjoni tal-fatturi rilevanti tad-dannu.

(57)

L-analiżi tad-dannu fir-rigward tad-dejta makroekonomika, bħall-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, u l-impjiegi u l-produttività, hija bbażata fuq id-dejta tal-industrija tal-Unjoni b'mod sħiħ.

(58)

L-analiżi tad-dannu fir-rigward tad-dejta mikroekonomika, bħall-prezzijiet tat-tranżazzjoni, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment, il-ħila li jiżdied il-kapital, il-ħażniet, u l-pagi, hija bbażata fuq id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun.

(59)

L-erba' produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, intgħażlu wkoll fir-reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri antidumping li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-SSF li joriġinaw miċ-Ċina u t-Tajwan, konkluża fis-7 ta' Jannar 2012 (4). F'dik ir-reviżjoni, kumpanija waħda oħra, li ma ntgħażlitx fil-kampjun tal-investigazzjoni preżenti, ġiet inkluża fil-kampjun. Minħabba li l-perjodu kkunsidrat għall-analiżi tad-dannu jaħbat ma' dak tar-reviżjoni tal-iskadenza, id-dejta għall-2008 u l-2009 huma identiċi ħlief għal dik il-kumpanija waħda. Billi jiġu żvelati ċ-ċifri tal-2008 u l-2009, ikun possibbli li jitnaqqsu ċ-ċifri tal-kumpanija li ma ġietx inkluża fil-kampjun tal-każ preżenti. Għaldaqstant, il-mikroindikaturi bħall-ħażniet, il-pagi, l-investimenti, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investimenti u l-profitabbiltà, ġew indiċjati.

5.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(60)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni stess kif intqal fl-ilment u kontrovverifikat bit-tweġibiet tal-kwestjonarji tal-kampjun u d-dejta vverifikata li nġabret mingħand il-produtturi li ntgħażlu fil-kampjun. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat ukoll il-volum tal-importazzjonijiet ibbażat fuq id-dejta tal-Eurostat għall-perjodu kkunsidrat.

(61)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

 

2008

2009

2010

PI

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

120 598

101 143

122 345

131 457

Indiċi (2008 = 100)

100

84

101

109

Sors: il-Eurostat, id-dejta fl-ilment u t-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(62)

Il-konsum totali fis-suq tal-UE żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis drastiku ta' 16 %, allegatament minħabba l-effetti negattivi globali tal-kriżi ekonomika fuq is-suq, u li wara dan il-konsum reġa' rkupra b'21 % bejn l-2009 u l-2010 u b'7 % oħra bejn l-2010 u l-PI.

5.3.   Importazzjonijiet mill-Indja

(63)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 2

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati)

14 546

18 883

21 914

24 072

Indiċi (2008 = 100)

100

130

151

165

Is-sehem mis-suq

12,1  %

18,7  %

17,9  %

18,3  %

Indiċi (2008 = 100)

100

155

149

152

Sors: il-Eurostat u t-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi esportaturi.

(64)

L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet l-iżjed b'saħħitha bejn l-2008 u l-2009 meta l-importazzjonijiet żdiedu bi 30 % u meta l-konsum naqas b'16 %. Minn sena għal sena, l-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu jiżdiedu matul l-2010 (+16 %) u matul il-PI (+10 %).

5.4.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz

Tabella 3

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet f’EUR/tunnellata

3 531

2 774

2 994

3 216

Indiċi (2008 = 100)

100

79

85

91

Sors: il-Eurostat u t-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun.

(65)

Il-prezzijiet medja tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b'mod ġenerali b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jispjega ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-Indja minn 12,1 % sa 18,3 % matul l-istess perjodu. L-ogħla żieda seħħet bejn l-2008 u l-2009, meta l-esportaturi Indjani kisbu iżjed minn sitt punti perċentwali tas-sehem mis-suq.

(66)

Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet medja differenzjata tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun imposti fuq il-klijenti mhux relatati mas-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell kif joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji differenzjati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Indja lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(67)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala persentaġġ tad-dħul tal-produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun matul il-PI, wera twaqqigħ tal-prezz li jvarja bejn it-3 % u t-13 %. Dwar dan, għandu jiġi nnutat li l-produttur esportatur Indjan li ma nstabx li kien qed jagħmel id-dumping, kellu l-ogħla marġinu ta' twaqqigħ.

5.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(68)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni inkluda valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu analizzat.

5.5.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

Tabella 4

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

69 514

56 396

62 213

51 800

Indiċi (2008 = 100)

100

81

89

75

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

140 743

127 200

128 796

111 455

Indiċi (2008 = 100)

100

90

92

79

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

49  %

44  %

48  %

46  %

Indiċi (2008 = 100)

100

90

98

94

Sors: It-total tal-industrija tal-Unjoni.

(69)

It-tabella ta' hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset b'mod sinifikanti b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'rabta mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset mod drastiku b'19 % fl-2009, u wara rkuprat b'madwar 10 % fl-2010. Matul il-PI, għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied b'7 % il-produzzjoni tal-Unjoni reġgħet naqset b'madwar 17 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel.

(70)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’madwar 21 % matul il-perjodu kkunsidrat. Anke l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset matul il-perjodu kkunsidrat, u b'mod konsistenti baqgħet taħt il-50 %.

5.5.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 5

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-bejgħ (tunnellati)

56 042

44 627

45 976

48 129

Indiċi (2008 = 100)

100

80

82

86

Is-sehem mis-suq

4,65 %

4,41 %

3,76 %

3,66 %

Indiċi (2008 = 100)

100

95

81

79

Sors: It-total tal-industrija tal-Unjoni.

(71)

Fil-kuntest ta' żieda fil-konsum (+9 %), il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili meta jinbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni naqas b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba f'hekk, is-sehem mis-suq naqas minn 46,5 % fl-2008 għal 36,6 % matul il-PI. Wara tnaqqis qawwi fl-2009 (-20 %), il-volum tal-bejgħ irkupra daqsxejn fl-2010 u matul il-PI.

5.5.3.   It-tkabbir

(72)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % bejn l-2008 u l-PI. Madanakollu il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu fl-istess perjodu b'14 % u 21 % rispettivament. Fl-istess waqt l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 %.

5.5.4.   L-impjiegi

Tabella 6

 

2008

2009

2010

PI

In-numru ta’ impjegati

1 007

863

821

761

Indiċi (2008 = 100)

100

86

82

76

Il-produttività (unità/impjegat)

Indiċi (2008 = 100)

100

95

110

99

Sors: It-total tal-industrija tal-Unjoni.

(73)

Minħabba t-tnaqqis fl-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni, in-numru tal-impjegati tnaqqas bl-istess mod b'24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-PI, l-ispiża għal kull impjegat żdiedet b'6 %.

(74)

Il-produttività tal-ħaddiema fl-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata għal kull sena, naqset xi ftit b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din laħqet l-iktar livell baxx fl-2009, u wara bdiet tirkupra lejn il-PI.

5.5.5.   Il-prezzijiet tal-unità medji fl-Unjoni

Tabella 7

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati (EUR għal kull tunnellata)

4 336

2 792

3 914

4 244

Indiċi (2008 = 100)

100

64

90

98

Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi li ntgħażlu fil-kampjun.

(75)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009, l-industrija tal-Unjoni kien sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ b'36 % fil-kuntest tar-riċessjoni ekonomika u tat-tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja (-21 %). Matul l-2010 u l-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġgħu rkupraw.

(76)

L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-2009 irrifletta t-tnaqqis fl-ispejjeż li waqgħu bi 18 % meta mqabblin mal-livelli fl-2008. Primarjament it-tnaqqis fl-ispejjeż kien minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, speċjalment tan-nikil, li għandu dinamika instabbli tal-prezz. Madanakollu, l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ iżjed mit-tnaqqis fl-ispejjeż, fid-dawl tat-tkabbir fl-importazzjonijiet Indjani bi prezz baxx fl-2009.

5.5.6.   Il-profitabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital.

Tabella 8

 

2008

2009

2010

PI

Il-profitabilità tal-bejgħ fl-UE (% tal-bejgħ nett)

Indiċi (2008 = 100)

– 100

– 442

–74

–24

Il-fluss tal-flus

Indiċi (2008 = 100)

– 100

–1 827

–40

171

L-investimenti (EUR)

Indiċi (2008 = 100)

100

29

59

6

Ir-redditu fuq l-investimenti

Indiċi (2008 = 100)

– 100

– 284

–59

–28

Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun.

(77)

L-investigazzjoni wriet li, anke meta t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ irrifletta parzjalment it-tnaqqis fl-ispejjeż, il-prezz tal-industrija tal-Unjoni kien taħt pressjoni bl-importazzjonijiet tal-SSF mill-Indja. Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva sa mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Speċjalment fl-2009, l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ iżjed mit-tnaqqis fl-ispejjeż, fid-dawl tat-tkabbir fl-importazzjonijiet Indjani bi prezz baxx. Dan wassal biex matul dik is-sena tiddeterjora b'mod sinifikanti l-profitabbiltà. Madanakollu, fl-2010 u matul il-PI, il-profitabbiltà marret għall-aħjar, iżda xorta baqgħet negattiva.

(78)

Il-fluss tal-flus, li huwa l-ħila tal-industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess, segwa xejra simili għal dik tal-profitabbiltà. Dan laħaq l-iktar livell baxx tiegħu fl-2009, u wara wera xejra ta' żieda u nbidel f'wieħed pożittiv matul il-PI.

(79)

Wara li fl-2008 saru investimenti fil-produzzjoni tal-SSF, l-investimenti naqsu b'94 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-redditu fuq l-investiment wera żvilupp negattiv simili li jaqbel mar-riżultati negattivi li kisbet l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u baqa' dejjem negattiv.

(80)

L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà, il-fluss tal-flus u l-livell baxx tal-investimenti huma minħabba l-fatt li l-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun jista' jkun li sabu diffikultajiet biex iżidu l-kapital.

5.5.7.   Il-ħażniet

Tabella 9

 

2008

2009

2010

PI

Il-ħażna tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni

Indiċi (2008 = 100)

100

92

100

103

Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun.

(81)

Il-livell tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun żdied bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009 il-livell tal-ħażna tal-għeluq naqas bi 8 %; u wara, fl-2010 u matul il-PI, dan żdied bi 8 % u 3 % rispettivament.

5.5.8.   Il-kobor tal-marġinu attwali tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(82)

Huwa mfakkar li l-ikbar produttur esportatur Indjan li jirrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-PI, instab li ma kienx qed jagħmel dumping. Għaldaqstant l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ammontaw għal 13 % tal-volum totali tal-SSF esportati mill-Indja lejn l-Unjoni. Meta wieħed iqis il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta' dumping, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini attwali tad-dumping jista' jitqies bħala negliġibbli.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(83)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni (– 25 %), l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (– 6 %), il-volum tal-bejgħ (– 14 %), is-sehem mis-suq (– 21 %), u l-impjiegi (– 24 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-kuntest ta' żieda fil-konsum, kemm il-volum tal-bejgħ kif ukoll is-sehem mis-suq waqgħu. Il-volum tal-bejgħ irkupra daqsxejn fl-2010 u matul il-PI meta mqabbel mal-2009; madanakollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx terġa' tikseb is-sehem tagħha li tilfet mis-suq fid-dawl tat-tkabbir fl-importazzjonijiet Indjani li żdiedu b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bi prezzijiet li konsistentement naqqsu lil dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(84)

Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħall-fluss tal-flus u l-profitabbiltà kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-ħila tal-industrija Komunitarja biex iżżid il-kapital naqset ukoll.

(85)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

6.   IL-KAWŻALITÀ

6.1.   Introduzzjoni

(86)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u li huma l-oġġett ta' dumping, ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali punt li jitħalla jiġi kklassifikat bħala materjali. Il-fatturi magħrufa ħlief l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li fl-istess waqt jista' jkun li qed jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi oħrajn ma ġiex attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(87)

Huwa mfakkar li l-ikbar produttur esportatur Indjan, imsemmi fil-premessi (40) u (41), li jirrappreżenta 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-PI, instab li ma kienx qed jagħmel dumping. Għaldaqstant, 13 % biss tal-esportazzjonijiet Indjani tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dawn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping kellhom sehem mis-suq ta' 2 % matul il-PI.

6.2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(88)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'14 % u s-sehem mis-suq waqa' b'21 %.

(89)

Fir-rigward tal-prezzijiet, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni, tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, instab li naqqsu l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Madanakollu, dawn kienu madwar 12 % ogħla mill-prezzijiet tal-kumpanija Indjana li ma nstabitx li kienet qed tagħmel dumping.

(90)

Abbazi ta' dan kollu, huwa kkunsidrat li l-volum limitat tal-importazzjoni fuq l-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta' dumping, li kellu prezzijiet ogħla mill-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping, seta' kellhom biss rwol limitat ħafna, jekk kellhom, fid-deterjorazzjoni s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

6.3.1.   L-importazzjonijiet mill-Indja li mhumiex l-oġġett ta' dumping

(91)

Il-volum totali tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied drammatikament b'65 % matul il-perjodu kkunsidat, u żdied is-sehem tagħhom mis-suq minn 12,1 % sa 18,3. Madanakollu, kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping irrappreżentaw 87 % tal-volum totali tal-esportazzjoni Indjana matul il-PI, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta' 15 % matul il-PI, b'kuntrast mas-sehem mis-suq ta' 2 % tal-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta' dumping fl-istess perjodu.

(92)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b'mod ġenerali b'9 % fil-perjodu kkunsidrat, u baqgħu dejjem inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-bqija tad-dinja u mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Madanakollu huwa xieraq li jkun innutat li kif spjegat fil-premessa (89), instab li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni li mhumiex l-oġġett ta' dumping naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni iżjed minn dawk tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

6.3.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

Tabella 10

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'tunnellati

50 010

37 633

54 454

59 255

Indiċi (2008 = 100)

100

75

109

118

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

41,5  %

37,2  %

44,5  %

45,1  %

Indiċi (2008 = 100)

100

90

107

109

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'EUR/tunnellata

5 380

5 236

5 094

5 234

Indiċi (2008 = 100)

100

97

95

97

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Malasja (tunnellati)

13 712

9 810

9 611

9 966

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Malasja

11,4  %

9,7  %

7,9  %

7,6  %

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja f'EUR/tunnellata

4 203

2 963

3 324

3 633

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Filippini (tunnellati)

7 046

5 406

15 576

18 149

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Filippini

5,8  %

5,3  %

12,7  %

13,8  %

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Filippini f'EUR/tunnellata

4 645

3 474

3 714

3 912

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (tunnellati)

2 332

2 452

3 217

3 288

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1,9  %

2,4  %

2,6  %

2,5  %

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina f'EUR/tunnellata

4 004

4 561

5 272

5 648

Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Tajwan (tunnellati)

4 304

3 703

6 451

6 640

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan

3,6  %

3,7  %

5,3  %

5,1  %

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Tajwan f'EUR/tunnellata

5 092

4 719

4 755

4 943

Sors: il-Eurostat.

(93)

Abbażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-SSF li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra żdied bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess waqt, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'madwar 3 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem tagħhom mis-suq żdied b'madwar 9 %.

(94)

Kien hemm miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-SSF mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan fis-seħħ sa mid-19 ta' Marzu 2005. Minkejja li kien hemm il-miżuri, l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm is-sehem mis-suq baqa' pjuttost modest, bi 2,5 % u 5,1 % rispettivament matul il-PI. Sorsi ewlenin oħra tal-importazzjonijiet huma l-Filippini u Malasja. L-importazzjonijiet, speċjalment dawk mill-Filippini żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, u żdied is-sehem tagħhom mis-suq minn 5,8 % fl-2008 għal 13,8 % matul il-PI.

(95)

Fir-rigward tal-Malasja, kien hemm xejra ta' tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, iżda l-importazzjonijiet xorta kellhom sehem mis-suq ta' 7,6 % matul il-PI. Il-volum tal-importazzjoni mill-Filippini żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Madanakollu, kif ħareġ mill-investigazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Filippini kien ferm ogħla, notevolment madwar 20 %, mill-prezz medju tal-SSF Indjani.

(96)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, il-prezzijiet medji ġenerali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u kienu dejjem ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Indja.

(97)

Abbażi ta’ dan kollu, ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkawżawx id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

6.3.3.   Il-kriżi ekonomika

(98)

Il-kriżi ekonomika tispjega parzjalment il-kontrazzjoni tal-konsum tal-Unjoni fl-2009. Madanakollu, huwa xieraq li jiġi nnutat li minkejja li l-konsum naqas b'16 % fl-2009, il-volum tal-importazzjonijiet Indjani żdied bi 30 %.

(99)

Fl-2010 u matul il-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied meta mqabbel mal-irkupru ekonomiku ġenerali. Madanakollu, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'ammont żgħir, bi 3 % fl-2010 u b'4,7 % matul il-PI. Dan jaqbel maż-żieda annwali fl-importazzjonijiet Indjani b'16 % u 10 % rispettivament.

(100)

F’kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet u livelli ogħla ta’ importazzjoni mill-Indja, l-industrija tal-Unjoni seta’ kellha daqsxejn tad-diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-ispejjeż fissi ta’ unità minħabba t-tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità li ġarrbet. Madanakollu, l-importazzjonijiet Indjani bi prezz baxx, li l-maġġoranza tagħhom instab li mhumiex l-oġġett ta' dumping, intensifikaw l-effett tar-riċessjoni ekonomika u anke matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni setgħetx tirkupra u lanqas tikseb mill-ġdid is-sehem mis-suq li ntilef għall-importazzjonijiet Indjani.

(101)

Għaldaqstant, minkejja li l-kriżi ekonomika tal-2008-2009 setgħet ikkontribwiet għall-prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni, din ma tistax tiġi kkunsidrata li tħalli impatt materjali fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun

Tabella 12

 

2008

2009

2010

PI

Il-bejgħ esportat f'tunnellati

967

689

933

884

Indiċi (2008 = 100)

100

71

97

91

Il-prezz tal-bejgħ ta’ unità f’EUR

4 770

3 060

4 020

4 313

Indiċi (2008 = 100)

100

64

84

90

Sors: it-tweġibiet tal-kwestjonarju li taw il-produtturi tal-UE li ntgħażlu fil-kampjun.

(102)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun naqas b'9 % filwaqt li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni waqgħu b'10 %. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li x-xejra negattiva tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tista' tħalli iżjed impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li minħabba l-volum baxx tal-esportazzjonijiet meta mqabbel mal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, dan l-impatt mhuwiex materjali fir-rigward tad-dannu li nstab.

6.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(103)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li matul il-perjodu kkunsidrat kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mill-Indja. Instab ukoll li dawn l-importazzjonijiet naqqsu b'mod kostanti l-prezzijiet li titlob l-industija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(104)

Madanakollu, fid-dawl tas-sejba li l-ikbar produttur esportatur Indjan, li rrappreżenta 87 % tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni fil-PI, ma esportax SSF lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, huwa kkunsidrat li l-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li jammontaw għal 13 % biss tal-kwantità totali esportata mill-Indja, u d-dannu li ġarrbu l-industrija tal-Unjoni ma tistax tiġi stabbilita biżżejjed. Filfatt, ma jistax jiġi argumentat li l-esportazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta' dumping, fid-dawl tal-volum limitat tagħhom u tas-sehem limitat ħafna tagħhom mis-suq (2 %) u l-fatt li prezzijiet tagħhom kienu fil-medja 12 % ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping, qed jikkawżaw id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(105)

L-analiżi tal-futturi magħrufa l-oħra, li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, inklużi l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-kriżi ekonomika u l-prestazzjoni fl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li ntgħażlet fil-kampjun, turi li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni qed jidher li ġej mill-impatt tal-importazzjonijiet mill-Indja li mhumiex l-oġġett ta' dumping u li jirrappreżentaw 87 % tal-esportazzjonijiet Indjani kollha lejn l-Unjoni matul il-PI u li saru bi prezzijiet sinifikament iktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

7.   TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT ANTIDUMPING

(106)

Fin-nuqqas ta' konnessjoni kawżali materjali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li l-miżuri antidumping mhumiex meħtieġa u għalhekk il-proċediment antidumping preżenti għandu jiġi terminat skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku.

(107)

Il-kwerelant u l-partijiet interessati l-oħra kollha ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma biddlux il-konklużjoni li l-proċediment antidumping preżenti għandu jiġi terminat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment antidumping rigward l-importazzjoni ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċijiet CN 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70, u li joriġinaw mill-Indja, huwa b'dan itterminat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 142, 13.5.2011, p. 30.

(3)  ĠU C 142, 13.5.2011, p. 36.

(4)  ĠU L 5, 7.1.2012, p. 1.