ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.075.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 75

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
15 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2012 tat-13 ta’ Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cinta Senese (DPO)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 218/2012 tat-13 ta’ Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Béa du Roussillon (DPO)]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 219/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jikkoreġi l-verżjoni Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 967/2006 rigward l-iskadenzi għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor trasferiti ’l quddiem mis-sena tas-suq 2011/2012

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza closantel ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza triklabendażol ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 223/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I u IV għall-progress tekniku ( 1 )

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 224/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

24

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 533/09/COL tas-16 ta’ Diċembru 2009 li temenda, għas-sebgħa u sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar it-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 217/2012

tat-13 ta’ Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cinta Senese (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Cinta Senese” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 200, 8.7.2011, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

L-ITALJA

Cinta Senese (DPO)


15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 218/2012

tat-13 ta’ Marzu 2012

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Béa du Roussillon (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tiegħu, it-talba ta' Franza biex id-denominazzjoni "Béa du Roussillon" tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-ebda oġġezzjoni ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 193, 2.7.2011, p. 22.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Béa du Roussillon (DPO)


15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 219/2012

tal-14 ta’ Marzu 2012

li jikkoreġi l-verżjoni Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) fiha tliet żbalji li għandhom jiġu kkoreġuti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Rumena.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.


15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 220/2012

tal-14 ta’ Marzu 2012

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 967/2006 rigward l-iskadenzi għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor trasferiti ’l quddiem mis-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 85, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward tal-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (2), jistabbilixxi skadenzi li fihom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet taz-zokkor li se jittrasferixxu għas-sena tas-suq li jmiss.

(2)

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 214/2012 (3) estiża, għas-sena tas-suq 2011/2012, il-limiti taż-żmien li fihom l-Istati Membri jiddeterminaw l-iskadenza li fiha l-operaturi għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Istati Membri sabiex jittrasferixxu ‘l quddiem il-produzzjoni taz-zokkor żejjed.

(3)

Konsegwentament, l-iskadenzi li fihom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li jkunu sejrin jittrasferixxu għas-sena ta’ wara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, għandhom jiġu trasferiti kif xieraq.

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li ssir deroga, għas-sena tas-suq 2011/2012, mill-iskadenzi ffissati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2012, il-kwantitajiet ta’ zokkor tal-pitravi u tal-kannamieli mis-sena tas-suq 2011/2012 li għandhom jiġu trasferiti għas-sena tas-suq li jmiss.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 74, 14.3.2012, p. 3.


15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 221/2012

tal-14 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza closantel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi ("MRL") għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Il-closantel bħalissa hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata għall-ispeċi bovini u ovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(4)

L-Irlanda ressqet rikjesta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal opinjoni għall-estrapolazzjoni tal-entrata eżistenti għall-closantel applikabbli għall-ħalib tal-bovini u l-ovini.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġi stabbilit livell massimu ta’ residwi (“MRL”) għall-closantel għall-ħalib mill-bovini u l-ovini biex titneħħa d-dispożizzjoni “Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem”.

(6)

L-entrata eżistenti għall-closantel fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għaldaqstant għandha tiġi emendata biex tinkludi l-MRL rrakkomandat għall-ħalib mill-bovini u l-ovini u biex titneħħa d-dispożizzjoni eżistenti “Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem”. L-MRL provviżorju stabbilit f’dik it-Tabella għall-closantel għandu jibqa’ validu sal-1 ta’ Jannar 2014. Is-CVMP rrakkomanda perjodu ta' sentejn għat-tkomplija tal-istudji xjentifiċi meħtieġa biex iwieġbu għal-lista tal-mistoqsijiet indirizzati mis-CVMP lill-Irlanda.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL ġodda stabbiliti.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p.1.


ANNESS

L-entrata għall-closantal fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn

(skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

"Closantel

Closantel

Bovini

1 000  μg/kg

Il-muskoli

 

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti"

3 000  μg/kg

Ix-xaħam

1 000  μg/kg

Il-fwied

3 000  μg/kg

Il-kliewi

Ovini

1 500  μg/kg

Il-muskoli

2 000  μg/kg

Ix-xaħam

1 500  μg/kg

Il-fwied

5 000  μg/kg

Il-kliewi

Bovini, Ovini

45  μg/kg

Il-ħalib

L-MRL provviżorju għandu jibqa’ validu sal-1 ta’ Jannar 2014.


15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 222/2012

tal-14 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza triklabendażol

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi ("MRL") għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Fil-preżent, is-sustanza triklabendażol hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzatagħall-bhejjem kollha li jixtarru, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(4)

L-Irlanda ppreżentat lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini talba għal opinjoni għall-estrapolazzjoni tal-entrata eżistenti għat-triklabendażol applikabbli għall-bhejjem kollha tal-ħalib li jixtarru.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġi stabbilit livell massimu ta’ residwi provviżorju għat-triklabendażol għall-ħalib tal-bhejjem kollha li jixtarru u biex titneħħa d-dispożizzjoni “Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem”.

(6)

L-entrata eżistenti għat-triklabendażol fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (EU) Nru 37/2010 għaldaqstant għandha tiġi emendata biex tinkludi l-MRL provviżorju għall-ħalib tal-bhejjem kollha li jixtarru u biex titneħħa d-dispożizzjoni "Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem”. L-MRL provviżorju stabbilit f’dik it-Tabella għat-triklabendażol għandu jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2014. Is-CVMP irrakkomanda perjodu ta’ sentejn biex jippermetti t-tlestija tal-istudji xjentifiċi meħtieġa biex iwieġbu għal-lista ta' mistoqsijiet indirizzati lill-Irlanda mis-CVMP.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL ġdid stabbilit.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għat-triklabendażol fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva farmakoloġikament

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn

(skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Triklabendażol

Total tar-residwi estrattabbli li jistgħu jiġu ossidizzati għal ketotriklabendażol

Iil-bhejjem kollha li jixtarru

225  μg/kg

Il-muskoli

 

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti”

100  μg/kg

Ix-xaħam

250  μg/kg

Il-fwied

150  μg/kg

Il-kliewi

10  μg/kg

Il-ħalib

L-MRL provviżorju għandu jibqa’ validu sal-1 ta’ Jannar 2014.


15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 223/2012

tal-14 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I u IV għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 31(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jagħmel parti minn tip ta' fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament jista' jissejjaħ fertilizzant tal-KE.

(2)

It-tipi ta' fertilizzanti mniżżla fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jinkludu xi tipi li jistgħu jinbiegħu biss fil-forma ta trab fin, u tipi oħra li jistgħu wkoll jinbiegħu fil-forma ta' sospensjonijiet. Il-fertilizzanti fil-forma ta' sospensjonijiet jippreżentaw inqas riskju għas-saħħa tal-bdiewa meta jintużaw f'kundizzjonijiet li taħthom l-użu ta' trab fin ikun jirriżulta fit-teħid 'il ġewwa man-nifs ta' trabijiet. Biex jitnaqqas l-esponiment tal-bdiewa għat-trabijiet, l-alternattiva li jintużaw is-sospensjonijiet għandha tiġi estiża biex tinkludi t-tipi ta' fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi tal-managaniż, waqt li l-medda ta' ingredjenti permessi fis-sospensjonijiet ta' fertilizzanti eżistenti ta' boron u ta' ram għandha wkoll tiġi estiża.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprevedi l-użu ta' aġenti kumplessanti bħala ingredjenti fil-fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi. Madankollu, l-ebda fertilizzant mhu qed jiġi kklassifikat bħala fertilizzant tal-KE billi l-ebda lista ta' aġenti kumplessanti awtorizzati għadha ma ġiet stabbilita fl-Anness I ma' dak ir-Regolament u minħabba li ma hemm l-ebda deżinjazzjoni tat-tip għall-fertilizzanti li fihom l-aġenti komplessanti. Billi aġenti kumplessanti xierqa (imluħa tal-aċidu linjusulfoniku - minn issa ’l quddiem "LS") huma issa disponibbli, għandhom jiżdiedu mal-lista tal-aġenti kumplessanti awtorizzati u għandhom jinħolqu deżinjazzjonijiet ta' tip korrispondenti. Id-deżinjazzjonijiet attwali tat-tip għat-taħlitiet tal-fertilizzanti għandhom ukoll ikunu adattati biex jippermettu l-użu ta' aġenti kumplessanti, iżda kull taħlita ma għandux ikollha aktar minn aġent kumplessant wieħed biex ikunu ffaċilitati l-kontrolli uffiċjali.

(4)

Ir-regoli l-ġodda għat-taħlitiet u sospensjonijiet ta' mikronutrittivi jeħtieġu t-tikkettjar ta' dawn it-tipi ta' fertilizzanti. Madankollu, il-ħażniet ta' fertilizzanti ttikkettjati skont ir-regoli l-qodma għandhom jibqgħu jeżistu għal xi żmien. Il-manifatturi għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju tikketti ġodda u biex ibigħu l-istokkijiet eżistenti kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprovdi sensiela ta' regoli għall-ittikkettjar ta' fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi mħallta iżda ma jipprovdix għad-deżinjazzjonijiet korrispondenti tat-tip fl-Anness I tiegħu. Ir-Regolament (UE) Nru 137/2011 introduċa t-Tabella E.2.4 fit-Taqsima E.2 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 li fiha d-dominazzjonijiet korrispondenti tat-tip u regoli aktar ċari għat-taħlitiet ta' fertilizzanti abbażi ta' mikronutrittivi. Madankollu, it-Tabella E.2.4 teħtieġ xi tagħrif dwar l-ittikkettjar, li f'ċerti każijiet ma jkunx konformi ma' dak mitlub mill-Artikoli 6(6) u 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. It-Tabella E.2.4 għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. Għandu jingħata perjodu tranżitorju biex jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jadattaw għar-regoli l-ġodda u jbigħu l-ħażniet tagħhom ta' fertilizzati abbażi ta' mikronutrittivi.

(6)

L-aċidu-N,N'-di(2-idrossibenżil)etilendiammina-N,N' diaċetiku (minn issa ’l quddiem "HBED") huwa aġent organiku kelant (chelating) għall-mikronutrittivi. B'mod partikolari, il-ħadid kelati bl-HBED jintuża biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet ta' ħadid u biex jirrimedja l-klorożi ferriku għal varjetà kbira ta' siġar tal-frott. L-eliminazzjoni ta' klorożi ferriku u s-sintomi tiegħu jiżgura weraq aħdar, u tkabbir u żvilupp tajjeb tal-frott. Il-forma ta' ħadid kelat ta' HBED ġiet awtorizzata fil-Polonja bla ma tikkawża l-ebda ħsara għall-ambjent. L-HBED għalhekk għandu jiżdied mal-lista ta' aġenti organiċi kelanti għall-mikronutrittivi fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Madankollu, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex l-HBED jiġi awtorizzat wara l-pubblikazzjoni tan-norma EN korrispondenti.

(7)

Id-diċiandiammid/1,2,4 triażol (minn issa ’l quddiem “DCD/TZ”) u l-1,2,4 triażol/3-metilpirażol (minn issa ’l quddiem “TZ/MP”) huma inibituri ta' nitrifikazzjoni li jintużaw flimkien ma' fertilizzanti li fihom in-nitroġenu nutrijenti fil-forma ta' urea u/jew l-imluħa tal-ammonju. Dawn l-inibituri jtawwlu d-disponibbiltà ta' nitroġenu għall-uċuħ tar-raba, inaqqsu l-lissija tan-nitrati, u jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu fl-atmosfera.

(8)

It-triammid N-(2-nitrofenil)fosforiku (minn issa ’l quddiem "2-NPT") huwa inibitur tal-ureżi magħmul għall-fertilizzanti tan-nitroġenu li fihom l-urea biex iżid id-disponibbiltà tan-nitroġenu għall-pjanti waqt li jnaqqas l-emissjonijiet tal-ammonja fl-atmosfera.

(9)

Id-DCD/TZ, it-TZ/MP u t-2-NPT intużaw fil-Ġermanja waqt li d-DCD/TZ u t-TZ/MP intużaw fir-Repubblika Ċeka għal ħafna snin fejn urew li kienu effiċjenti u li ma jagħmlu l-ebda ħsara għall-ambjent. Id-DCD/TZ, it-TZ/MP u t-2-NPT għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista tal-inibituri ta' nitrifikazzjoni u ta' ureżi awtorizzati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 biex ikunu disponibbli fuq medda usa' għall-bdiewa madwar l-Unjoni kollha.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitlob il-kontroll tal-fertilizzanti tal-KE b'konformità mal-metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi li huma deskritti fl-Anness IV tiegħu. Madankollu, xi wħud minn dawn il-metodi mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment u għandhom jiġu sostitwiti minn standards EN żviluppati dan l-aħħar mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

(11)

In-normi EN huma normalment ivvalidati permezz ta' tqabbil interlaboratorju biex jiġu kkwantifikati r-riproduttività u r-repetizzjoni tal-metodi analitiċi. Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn Standards EN ivvalidati u metodi mhux validati biex jiġu identifikati dawk l-Istandards EN li taw prova tal-affidabbiltà tal-istatistika.

(12)

Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u tiġi ffaċilitata reviżjoni fil-ġejjieni, huwa xieraq li t-test sħiħ tal-metodi analitiċi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jiġi sostitwit b’referenzi għall-istandards EN li se jiġu ppubblikati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

1.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1)(a), (b)(i), (c)(i), (c)(ii), (d)(i), (e)(i), (f)(i) u l-punt (2) tal-Anness I għandhom japplikaw sal-4 ta' April 2013.

L-annotazzjoni 11 tal-punt (3) tal-Anness I għandha tapplika mill-4 ta' Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima E.1 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima E.1.1, l-annotazzjoni 1f tinbidel b’dan li ġej:

"1f

Fertilizzant li fih il-borat f'sospensjoni

Prodott miksub permezz tas-sospensjoni tat-tipi 1a u/jew 1b u/jew 1c u/jew 1d fl-ilma

2 % tat-total ta' B

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi l-isem tal-kostitwenti preżenti

total ta' boron (B)

Boron li jinħall fl-ilma (B) jekk preżenti"

(b)

It-Taqsima E.1.2 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni 2c tinbidel b'dan li ġej:

"2c

Taħlita fertilizzanti tal-kobalt

Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 2a u/jew tipi 2b jew 2d

2 % ta’ Co li jinħall fl-ilma

Meta t-tipi 2a u 2d jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tas-CO li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti

(2)

l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

jew

l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew, jekk preżenti

Kobalt li jinħall fl-ilma (Co)

Kobalt (Co) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Kobalt (Co) kumplessat bl-aġent kumplessanti awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

Fakultattiv: total ta' kobalt (Co) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

(ii)

tiżdied l-annotazzjoni 2d li ġejja:

"2d

Kumpless tal-Kobalt

Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-kobalt imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

5 % tas-Co li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Kobalt (Co) li jinħall fl-ilma

Total ta' kobalt (Co) kumplessat"

(c)

It-Taqsima E.1.3 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni 3f tinbidel b'dan li ġej:

"3f

Taħlita fertilizzanti tar-ram

Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 3a u/jew tipi 3d jew 3i

2 % ta’ Cu li jinħall fl-ilma

Meta t-tipi 3a u 3i jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tas-Cu li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti

(2)

l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

jew

l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Kobalt (Cu) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

Fakultattiv: Total ta' ram (Cu) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

(ii)

l-annotazzjoni 3h tinbidel b'dan li ġej:

"3h

Fertilizzant tar-ram f'sospensjoni

Prodott miksub permezz tas-sospensjoni tat-tipi 3a u/jew 3b u/jew 3c u/jew 3d u/jew 3g fl-ilma

17 % tat-total ta' Cu

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

1)

l-isem/ismijiet tal-anjoni, jekk preżenti

2)

l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1% tar-ram li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Total ta' ram (Cu)

Ram li jinħall fl-ilma (Cu) jekk preżenti

Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew"

(iii)

tiżdied l-annotazzjoni 3i li ġejja:

"3i

Kumpless tar-ram

Prodott li jinħall fl-ilma li fih ir-ram imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

5 % tas-Cu li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tar-ram li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

Total ta' ram (Cu) kumplessat"

(d)

It-Taqsima E.1.4 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni 4c tinbidel b'dan li ġej:

"4c

Taħlita fertilizzanti tal-ħadid

Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 4a u/jew tipi 4b jew 4d

2 % ta' Fe li jinħall fl-ilma

Meta t-tipi 4a u 4d jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tal-Fe li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti;

(2)

l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma, jekk preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew;

jew

l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Ħadid (Fe) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ħadid (Fe) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

Fakultattiv: total ta' ħadid (Fe) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

(ii)

tiżdied l-annotazzjoni 4d li ġejja:

"4d

Kumpless tal-ħadid

Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-ħadid imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

5 % tal-Fe li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessa għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Total ta' ħadid (Fe) kumplessat"

(e)

It-Taqsima E.1.5 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni 5e tinbidel b'dan li ġej:

"5e

Taħlita fertilizzanti tal-manganiż

Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 5a u/jew tipi 5b jew 5g

2% ta’ Mn li jinħall fl-ilma

Meta t-tipi 5a u 5g jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % tal-Mn li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti;

(2)

l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma, jekk preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew;

jew

l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Manganiż (Mn) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

Fakultattiv: totali ta' manganiż (Mn) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

(ii)

jiżdiedu l-annotazzjonijiet 5f u 5g li ġejjin:

"5f

Fertilizzant tal-manganiż f'sospensjoni

Prodott miksub permezz tas-sospensjoni tat-tipi 5a u/jew 5b u/jew 5c fl-ilma

17 % tat-total ta' Mn

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem/ismijiet tal-anjoni, jekk preżenti;

(2)

l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma, jekk preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Total ta' manganiż (Mn)

Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn) jekk preżenti

Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

5g

Kumpless tal-manganiż

Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-manganiż imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

5 % tal-Mn li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

Total ta' manganiż (Mn) kumplessat"

(f)

It-Taqsima E.1.7 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni 7 tinbidel b'dan li ġej:

"7e

Taħlita fertilizzanti taż-żingu

Soluzzjoni tal-ilma ta' tipi 7a u/jew tipi 7b jew 7g

2% ta’ Zn li jinħall fl-ilma

Meta t-tipi 7a u 7g jitħalltu, il-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 40 % taz-Zn li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem/ismijiet tal-anjonu/i minerali, jekk preżenti;

(2)

l-isem ta' kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista' jiġi identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew;

jew

l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista' jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Żingu (Zn) kumplessat bl-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn Standard Ewropew

Fakultattiv: totali ta' żingu (Zn) kelat minn aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)"

(ii)

tiżdied l-annotazzjoni 7g li ġejja:

“7g

Kumpless taż-żingu

Prodott li jinħall fl-ilma li fih iż-żingu imħallat kimikament ma' aġent kumplessant awtorizzat

5 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u l-frazzjoni kumplessata għandha tkun ta' mill-inqas 80 % taż-żingu li jinħall fl-ilma

Id-deżinjazzjoni trid tinkludi l-isem tal-aġent kumplessant awtorizzat li jista' jiġi identifikat minn standard Ewropew

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

Total ta' żingu (Zn)”

(2)

Fit-Taqsima E.2, it-Tabella E.2.4 tinbidel b’dan li ġej:

“Nru

Deżinjazzjoni tat-tip

Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u r-rekwiżiti essenzjali

Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż)

Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrittivi

Rekwiżiti oħra

Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip

Kontenut tan-nurittivi li għandu jiġi ddikjarat

Forom u solubilitajiet tal-mikronutrittivi

Kriterji oħra

1

2

3

4

5

6

1

Taħlita ta' mikronutrittivi

Prodott miksub permezz ta' taħlita ta' żewġ tipi E.1 jew aktar ta' fertilizzanti jew miksub billi jinħallu jew permezz ta' sospensjoni ta' żewġ tipi E.1 jew aktar ta' fertilizzanti fl-ilma

(1)

5 % ta' kontenut total għal taħlita solida

jew

(2)

2 % ta' kontenut total għal taħlita solida

Mikronutrittivi individwali skont it-Taqsima E.2.1

Isem ta' kull mikronutrittiv u s-simbolu kimiku tiegħu elenkat f'ordni alfabetika tas-simboli kimiċi tagħhom segwit mill-isem/ismijiet tal-kontrajonju/i) tiegħu eżatt wara d-deżinjazzjoni tat-tip.

Kontenut totali ta' kull mikronutrittiv espress bħala perċentwal tal-fertilizzant bil-massa, għajr meta mikronutrittiv jinħall totalment fl-ilma.

Il-kontenut li jinħall fl-ilma ta' kull mikronutrittiv, espress bħala perċentwali tal-fertilizzant bil-massa, meta l-kontenut li jinħall ikun għall-inqas nofs il-kontenut totali. Meta l-mikronutrittiv jinħall kompletament fl-ilma, għandu jiġi ddikjarat il-kontenut li jinħall fl-ilma biss.

Meta mikronutrittiv ikun mgħaqqad kimikament ma' molekola organika, il-mikronutrittiv għandu jiġi ddikjarat minnufih wara l-kontenut li jinħall fl-ilma bħala perċentwali tal-fertilizzant bil-massa, segwit minn wieħed mit-termini "kelat bi", jew "kumplessat bi", bl-isem ta' kull aġent kelant jew kumplessant awtorizzat kif imfisser fit-taqsima E.3. L-isem tal-molekola organika jista' jinbidel bl-inizjali tagħha.

L-istqarrija li ġejja hija indikata taħt id-dikjarazzjonijiet obbligatorji jew fakultattivi: "Jintuża biss meta jkun hemm ħtieġa rikonuxxuta. Teċċedix ir-rati ta' doża xierqa." ”

(3)

It-Taqsima E.3.1tinbidel b' dan li ġej:

"E.3.1.   Aġenti kelanti (1)

Aċidi, jew imluħ tas-sodju, tal-potassju jew tal-ammonju ta':

Nru

Deżinjazzjoni

Deżinjazzjoni alternattiva

Formula kimika

In-numru CAS tal-aċidu (2)

1

Aċidu etilendjamminatetraaċetiku

EDTA

C10H16O8N2

60-00-4

2

aċidu 2-idrossietilethilenedjamminatriaċetiku

HEEDTA

C10H18O7N2

150-39-0

3

aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku

DTPA

C14H23O10N3

67-43-6

4

aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(orto-idrossifenil)aċetiku]

[o,o] EDDHA

C18H20O6N2

1170-02-1

5

aċidu etilenedjammina-N-[(orto-idrossiyfenil)aċetiku]- aċidu N’-[(para-idrossifenil)aċetiku]

[o,p] EDDHA

C18H20O6N2

475475-49-1

6

aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(orto-idrossi-metilfenil)aċetiku]

[o,o] EDDHMA

C20H24O6N2

641632-90-8

7

aċidu etilenedjammina-N-[(orto-idrossi-metilfenil)aċetiku]- aċidu N’-[(para-idrossi-metilfenil)aċetiku]

[o,p] EDDHMA

C20H24O6N2

641633-41-2

8

aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(5-karbossi-2-idrossifenil)aċetiku]

EDDCHA

C20H20O10N2

85120-53-2

9

aċidu etilenedjammina-N,N’-di[(2-idrossi-5-sulfofenil)aċetiku] u l-prodotti ta’ kondensazzjoni tiegħu

EDDHSA

C18H20O12N2S2 + n*(C12H14O8N2S)

57368-07-7 u 642045-40-7

10

Aċidu iminodisuċċiniku

IDHA

C8H11O8N

131669-35-7

11

aċidu N,N'-di(2-idrossibenżil)etilenedjammina-N,N'-djaċetiku

HBED

C20H24N2O6

35998-29-9

(1)  L-aġenti kelanti għandhom jiġu identifikati u kwantifikati mill-Istandards Ewropej li jkopru l-aġenti kelanti msemmija.”"

(4)

It-Taqsima E.3.2 tinbidel b'dan li ġej:

"E.3.2.   Aġenti kumplessanti (3)

L-aġenti kumplessanti li ġejjin huma biss permessi fi prodotti għall-fertigazzjoni u/jew għall-applikazzjoni fuq il-weraq, għajr għaz-Zn linjusulfonat, l-Fe linjusulfonat, is-Cu linjusulfonat u l-Mn linjusulfonat li jistgħu jiġu applikati direttament lill-ħamrija.

Aċidi, jew imluħa tas-sodju, tal-potassju jew tal-ammonju ta':

Nru

Deżinjazzjoni

Deżinjazzjoni alternattiva

Formula kimika

In-numru CAS tal-aċidu (4)

1

Aċidu linjusulfoniku

LS

L-ebda formula kimika disponibbli

8062-15-5

(3)  L-aġenti kumplessanti għandhom jiġu identifikati mill-Istandards Ewropej li jkopru l-aġenti kumplessanti msemmija.”"

(5)

Fit-Taqsima F.1, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

"2

Prodott li fih id-dicyandiamide (DCD) u l-1,2,4-triażol (TZ)

EC# EINECS No 207-312-8

EC# EINECS No 206-022-9

Minimu 2,0

Massimu 4,0

 

Il-proporzjon tat-taħlita 10:1

(DCD:TZ)

3

Prodott li fih il-1,2,4-triażol (TZ) u t-3-metilpirażol (MP)

EC# EINECS No 206-022-9

EC# EINECS No 215-925-7

Minimu 0,2

Massimu 1,0

 

Il-proporzjon tat-taħlita 2:1

(TZ:MP)"

(6)

Fit-Taqsima F.2, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“2

triammid N-(2-nitrofenil)fosforiku (2-NPT)

EC# EINECS No 477-690-9

Minimu 0,04

Massimu 0,15”

 

 


(2)  Għat-tagħrif biss.

(4)  Għat-tagħrif biss.


ANNESS II

It-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-metodi 3.1.1 sa 3.1.4 jinbidlu b'dan li ġej:

"Metodu 3.1.1

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall f’aċidi minerali

EN 15956: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall f’aċidi minerali

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.

Metodu 3.1.2

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu formiku

EN 15919: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu formiku

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 3.1.3

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu ċitriku

EN 15920: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fi 2 % ta' aċidu ċitriku

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 3.1.4

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

EN 15957: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

(2)

Il-metodi 3.1.5.1 sa 3.1.5.3 jinbidlu b'dan li ġej:

"Metodu 3.1.5.1

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall skont Petermann f'65 °C

EN 15921: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru skont Petermann f'65 °C

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 3.1.5.2

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall f'temperatura ambjentali skont Petermann

EN 15922: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru f'temperatura ambjentali skont Petermann

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 3.1.5.3

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju alkalin Joulie

EN 15923: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru fiċ-ċitrat tal-ammonju alkalin Joulie

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.”

(3)

Il-Metodu 3.1.6 jinbidel b’dan li ġej:

"Metodu 3.1.6

Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fl-ilma

EN 15958: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-fosfru li jinħall fl-ilma

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

(4)

Il-Metodu 3.2 jinbidel b'dan li ġej:

“Metodu 3.2

Kalkolu tal-fosfru estratt

EN 15959: Fertilizzanti — Kalkolu tal-fosfru estratt

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

(5)

Il-metodi 7.1 u 7.2 jinbidlu b’dan li ġej:

“Metodu 7.1

Kalkolu ta’ kemm tkun fina t-taħna (proċedura xotta)

EN 15928: Fertilizzanti — Kalkolu ta’ kemm tkun fina t-taħna (proċedura xotta)

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 7.2

Kalkolu tal-finezza għat-taħna ta’ fosfati naturali rotob

EN 15924: Fertilizzanti — Kalkolu tal-finezza għat-taħna ta’ fosfati naturali rotob

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku. ”

(6)

Il-punti 8.1 sa 8.5 jinbidlu b'dan li ġej:

“Metodu 8.1

Estrazzjoni tat-total ta' kalċju, total ta' manjeżju, total ta' sodju u t-total ta' kubrit fl-għamliet ta' sulfati

EN 15960: Fertilizzanti — Estrazzjoni tat-total ta' kalċju, total ta' magneżju, total ta' sodju u t-total ta' kubrit fl-għamliet ta’ sulfati

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 8.2

Estrazzjoni tat-total ta' kubrit preżenti f’diversi għamliet

EN 15925: Fertilizzanti — Estrazzjoni tat-total ta' kubrit preżenti f’diversi għamliet

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 8.3

Estrazzjoni tal-kalċju, il-manjeżju, is-sodju u l-kubrit li jinħallu fl-ilma (fil-għamla ta’ sulfati)

EN 15961: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-kalċju, il-manjeżju, is-sodju u l-kubrit li jinħallu fl-ilma (fl-għamla ta' sulfati)

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 8.4

Estrazzjoni tal-kubrit li jinħall fl-ilma meta l-kubrit ikun f’diversi għamliet

EN 15926: Fertilizzanti — Estrazzjoni tal-kubrit li jinħall fl-ilma meta l-kubrit ikun f’diversi għamliet

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux it-test taċ-ċirku.

Metodu 8.5

Estrazzjoni u kalkolu tal-kubrit elementali

EN 16032: Fertilizzanti — Estrazzjoni u kalkolu tal-kubrit elementali

Lil dan il-metodu ta’ analiżi ma sarlux t-test taċ-ċirku.”

(7)

Jiddaħħal il-metodu 8.11 li ġej:

“Metodu 8.11

Kalkolu ta' kalċju u ta' format fil-format tal-kalċju

EN 15909: Fertilizzanti — Kalkolu ta' kalċju u ta' format fil-fertilizzanti tal-kalċju għall-weraq

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

(8)

Il-Metodu 11.3 qed jinbidel b'dan li ġej:

“Metodu 11.3

Kalkolu ta’ ħadid ikkelat minn o,o-EDDHA, o,o-EDDHMA u HBED

EN 13368-2: Fertilizzanti — Kalkolu ta’ aġenti kelanti fil-fertilizzanti mill-kromatografija. Parti 2: Kalkolu ta’ Fe li jikkela minn o,o-EDDHA, o,o-EDDHMA u HBED permezz ta' kromatografija li topera b’par jonji (ion pair-chromatography).

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

(9)

Jiddaħħlu l-metodi 11.6, 11.7 u 11.8 li ġejjin:

“Metodu 11.6

Kalkolu ta' IDHA

EN 15950: Fertilizzanti — Kalkolu ta' aċidu N-(1,2-dikarbossietil)-D,L-aspartiku (aċidu iminodisuċċiniku, IDHA) permezz ta' kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

Metodu 11.7

Kalkolu ta' linjusulfonati

EN 16109: Fertilizzanti — Kalkolu ta' joni mikronutrittivi kumplessati fil-fertilizzanti — Identifikazzjoni ta' linjusulfonati

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

Metodu 11.8

Kalkolu tal-kontenut mikronutrittiv kumplessat u tal-frazzjoni kumnplessata tal-mikronutrittivi

EN 15962: Fertilizzanti — Kalkolu tal-kontenut mikronutrittiv kumplessat u tal-frazzjoni kumplessata ta' mikronutrittivi

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

(10)

Jiddaħħlu l-metodi 12.3, 12.4 u 12.5 li ġejjin:

“Metodu 12.3

Kalkolu ta' 3-metilpirażol

EN 15905: Fertilizzanti — Kalkolu ta' 3-metilpirażol (MP) permezz ta' kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

Metodu 12.4

Kalkolu ta' TZ

EN 16024: Fertilizzanti — Kalkolu ta' 1H,1,2,4-triażol fl-urea u fil-fertilizzanti li fihom l-urea — Metodu li jagħmel użu minn kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

Metodu 12.5

Kalkolu ta' 2-NPT

EN 16075: Fertilizzanti — Kalkolu ta' triammid N-(2-nitrofenil)fosforiku (2-NPT) fl-urea u l-fertilizzanti li fihom l-urea — Metodu li jagħmel użu minn kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC)

Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”


15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 224/2012

tal-14 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

51,1

JO

68,6

MA

63,8

TN

88,2

TR

117,1

ZZ

77,8

0707 00 05

JO

183,3

TR

170,7

ZZ

177,0

0709 91 00

EG

158,2

ZZ

158,2

0709 93 10

MA

52,1

TR

134,9

ZZ

93,5

0805 10 20

EG

51,3

IL

72,0

MA

59,2

TN

55,2

TR

65,7

ZZ

60,7

0805 50 10

EG

69,0

MA

69,1

TR

55,4

ZZ

64,5

0808 10 80

AR

89,5

BR

84,7

CA

121,2

CL

103,2

CN

91,7

MK

36,4

US

159,7

ZZ

98,1

0808 30 90

AR

95,7

CL

108,4

CN

52,9

ZA

102,9

ZZ

90,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/26


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 533/09/COL

tas-16 ta’ Diċembru 2009

li temenda, għas-sebgħa u sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar it-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

Billi:

Taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat.

Billi taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi hekk espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,

L-Awtorità adottat ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat (4), fid-19 ta’ Jannar 1994.

L-Awtorità Ewropea adottat Avviż dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat (5) fis-16 ta’ Ġunju 2009.

Dan l-Avviż huwa ta’ rilevanza wkoll għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat lill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Diċembru 2009 u l-Istati tal-EFTA dwar is-suġġett b’ittri ddatati l-20 ta’ Novembru 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom ikunu modifikati bl-introduzzjoni ta’ kapitlu ġdid dwar il-proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta' l-EFTA

Per SANDERUD

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”.

(3)  Minn hawnhekk ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim dwar is-Sorveljaza u l-Qorti”.

(4)  Il-Linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġin mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231 3.9.1994, p. 1 u fis-Supplimenti taż-ŻEE Nru 32 tat-3.9.1994 p. 1. Minn hawn ’il quddiem imsejħa “Il-Linji gwida għall-Għajnuna mill-Istat”. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(5)  ĠU C 136, 16.6.2009, p. 3.


ANNESS I

LINJI GWIDA DWAR PROĊEDURA SSIMPLIFIKATA GĦAT-TRATTAMENT TA’ ĊERTI TIPI TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT  (1)

1   Introduzzjoni

(1)

Dawn il-Linji gwida jistabbilixxu proċedura ssimplifikata li permezz tagħha l-Awtorità bi ħsiebha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati tal-EFTA kkonċernati, teżamina, f’perjodu qasir ta’ żmien, ċerti tipi ta’ miżuri ta’ appoġġ mill-Istat li jeħtieġu biss li l-Awtorità tivverifika li l-miżura hi skont ir-regoli u l-prattiċi eżistenti mingħajr ma teżerċita l-ebda setgħa ta’ diskrezzjoni. L-esperjenza li kisbet l-Awtorità mill-applikazzjoni tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u tar-regolamenti, oqfsa, linji gwida u avviżi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE (2), uriet li ċerti kategoriji ta’ għajnuna nnotifikata huma normalment approvati mingħajr ma jitqanqlu dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mal-Ftehim taż-ŻEE, dejjem jekk ma jkunx hemm xi ċirkostanzi speċjali. Dawn il-kategoriji ta’ għajnuna huma deskritti fit-Taqsima 2. Miżuri oħra ta’ għajnuna nnotifikati lill-Awtorità ser ikunu soġġetti għall-proċeduri approprjati (3) u normalment għall-Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

(2)

L-għan ta’ dawn il-Linji gwida hu li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom l-Awtorità normalment se tadotta deċiżjoni f’forma qasira li tiddikjara ċerti tipi ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE skont il-proċedura ssimplifikata u li jipprovdu gwida dwar il-proċedura nnifisha. Meta l-kundizzjonijiet kollha indikati f’dawn il-Linji gwida jkunu sodisfatti, l-Awtorità se tagħmel l-almu tagħha biex tieħu deċiżjoni f’forma qasira li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna jew li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika, skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 4(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorvejalza u Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Madankollu, jekk xi waħda mis-salvagwardji jew esklużjonijiet indikati fil-punti 6 sa 12 tal-Linji gwida tkun applikabbli, l-Awtorità se tirrikorri għall-proċedura normali dwar għajnuna nnotifikata deskritta fil-Kapitolu II tal-Protokoll 3 u wara se tadotta deċiżjoni f’forma sħiħa skont l-Artikolu 4 u/jew l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, l-uniċi termini infurzabbli legalment huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(5) u fl-Artikolu 7(6) tal-Protokoll 3.

(4)

Billi timxi mal-proċedura deskritti f’dawn il-Linji gwida, l-Awtorità għandha l-mira li tagħmel il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fiż-ŻEE iktar prevedibbli u effiċjenti. L-ebda parti minn dawn il-Linji gwida ma għandha tiġi interpretata li timplika li miżura ta’ għajnuna li ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità, għalkemm l-Istati tal-EFTA jibqgħu liberi li jinnotifikaw tali miżuri ta’ għajnuna għal raġunijiet ta’ ċertezza legali.

2   Kategoriji ta’ Għajnuna mill-Istat adatti għal Trattament taħt il-Proċedura Ssimplifikata

Kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat eliġibbli

(5)

Il-kategoriji ta’ miżuri li ġejjin huma, fil-prinċipju, addattati biex jiġu ttrattati skont il-proċedura ssimplifikata:

(a)

Kategorija 1: Miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu fi ħdan it-taqsimiet tal-“valutazzjoni standard” tal-linji gwida eżistenti

Il-miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu taħt il-“valutazzjoni standard” (l-hekk imsejħa taqsimiet “żona ta’ sigurtà”) (4), jew taħt tipi ekwivalenti ta’ valutazzjoni (5) f’linji gwida orizzontali, li mhumiex koperti mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, huma fil-prinċipju adattati biex jiġu ttrattati skont il-proċedura ssimplifikata.

Il-proċedura ssimplifikata se tiġi applikata biss fil-każijiet fejn l-Awtorità tkun sodisfatta, wara l-fażi ta’ qabel in-notifika (ara l-punti 13 sa 16), li r-rekwiżiti sostantivi u proċedurali kollha stipulati fit-taqsimiet applikabbli tal-linji gwida rispettivi jkunu sodisfatti. Dan jimplika li l-fażi ta’ qabel in-notifika tikkonferma li l-miżura ta’ għajnuna nnotifikata tissodisfa prima facie l-kundizzjonijiet rilevanti, kif spjegati f’aktar dettall f’kull wieħed mill-istrumenti orizzontali applikabbli, li jikkonċernaw:

it-tip ta’ benefiċjarji,

l-ispejjeż eliġibbli,

l-intensità tal-għajnuna u bonusijiet,

il-limitu massimu ta’ notifika individwali jew l-ammont massimu tal-għajnuna,

it-tip ta’ strument tal-għajnuna użat,

il-kumulazzjoni,

l-effett ta’ inċentiv,

it-trasparenza,

l-esklużjoni tal-benefiċjarji li huma soġġetti għal ordni ta’ rkupru pendenti (6).

It-tipi ta’ miżuri li għalihom l-Awtorità lesta li tikkunsidra li tapplikalhom il-proċedura ssimplifikata fi ħdan din il-kategorija, b’mod partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

(i)

miżuri ta’ kapital ta’ riskju li jieħdu forma oħra ħlief għall-parteċipazzjoni ġo fond ta’ investiment ta’ ekwità privata u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha tat-Taqsima 4 tal-Linji Gwida dwar il-Kapital ta’ Riskju;

(ii)

għajnuna għall-investiment ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet tat-Taqsima 3 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali:

li l-bażi tal-ispejjeż eliġibbli tagħha tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż kollha skont il-punt 82 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali (7); jew

li tinkludi bonus ta’ ekoinnovazzjoni skont il-punt 78 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali (8);

(iii)

għajnuna għall-impriżi innovattivi ġodda mogħtija skont il-punt 5.4 tal-Linji gwida għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni u li n-natura innovattiva tagħhom tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-punt 5.4(b)(i) tal-Linji gwida (9);

(iv)

għajnuna għar-raggruppamenti ta’ innovazzjoni mogħtija skont it-Taqsimiet 5.8 u 7.1 tal-Linji gwida għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni;

(v)

għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċessi u fl-organizzazzjoni fis-servizzi mogħtija skont it-Taqsima 5.5 tal-Linji gwida għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni;

(vi)

Għajnuna reġjonali ad hoc li tkun taħt il-limiti tan-notifika individwali stipulati fil-punt 53 tal-Linji Gwida tal-Għajnuna Reġjonali (10);

(vii)

għajnuna għas-salvataġġ fis-setturi tal-manifattura u s-servizzi (ħlief fis-settur finanzjarju) li tissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi kollha tat-Taqsimiet 3.1.1 u 3.1.2 tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (11);

(viii)

skemi ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni għall-impriżi ż-żgħar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-Taqsima 4 tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (12);

(ix)

għajnuna ad hoc għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, sakemm din tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fit-Taqsima 3 tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni (13);

(x)

krediti għall-esportazzjoni fil-qasam tal-bini tal-vapuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-Taqsima 3.3.4 tal-Linji gwida dwar il-Bini tal-Vapuri (14);

(xi)

skemi ta’ għajnuna għas-settur awdjoviżiv li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stipulati fit-Taqsima 2.3 tal-Linji gwida dwar iċ-Ċinema rigward l-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi (15).

Il-lista ta’ hawn fuq hija illustrattiva u tista’ tiżviluppa fuq il-bażi ta’ reviżjonijiet futuri tal-istrumenti li bħalissa huma applikabbli jew tal-adozzjoni ta’ strumenti ġodda. L-Awtorità tista’ tirrevedi din il-lista illustrattiva minn żmien għal żmien biex iżżommha f’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(b)

Kategorija 2: Miżuri li jikkorrispondu għall-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Awtorità

Il-miżuri ta’ għajnuna li l-karatteristiċi tagħhom jikkorrispondu għal dawk tal-miżuri ta’ għajnuna approvati f’minn tal-inqas tliet deċiżjonijiet preċedenti tal-Awtorità (minn issa ‘lquddiem id-“deċiżjonijiet preċedenti”) (16), li l-valutazzjoni tagħhom tista’, għalhekk, titwettaq immedjatament fuq il-bażi ta’ din il-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Awtorità, huma fil-prinċipju adattati biex ikunu ttrattati skont il-proċedura ssimplifikata. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità biss li ġew adottati fl-aħħar għaxar snin qabel id-data ta’ qabel in-notifika (ara l-punt 14) jistgħu jikkwalifikaw bħala “deċiżjonijiet li joħolqu preċedent”.

Il-proċedura ssimplifikata se tiġi applikata biss fil-każijiet fejn l-Awtorità tkun sodisfatta, wara l-fażi ta’ prenotifika (ara l-punti 13-16), li l-kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali li rregolaw id-deċiżjonijiet preċedenti jkunu ġew osservati, partikolarment rigward l-għanijiet u l-istruttura ġenerali tal-miżura, it-tipi ta’ benefiċjarji, l-ispejjeż eliġibbli, il-limiti ta’ notifika individwali, il-livelli ta’ intensità tal-għajnuna u (fejn applikabbli) il-bonusijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ kumulazzjoni, l-effett ta’ inċentiv, u r-rekwiżiti tat-trasparenza. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-punt 11, l-Awtorità se tirrikorri għall-proċedura normali meta l-miżura ta’ għajnuna nnotifikata tista’ tibbenefika lil impriża li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Awtorità li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE (l-hekk imsemmija kwistjoni Deggendorf).

It-tipi ta’ miżuri li għalihom l-Awtorità lesta li tikkunsidra li tapplikalhom il-proċedura ssimplifikata fi ħdan din il-kategorija, b’mod partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

(i)

miżuri ta’ għajnuna għall-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali nazzjonali relatati ma’ attivitajiet konnessi ma’ siti storiċi u antiki jew monumenti nazzjonali, sakemm l-għajnuna tkun limitata għall-“preservazzjoni tal-patrimonju” fis-sens tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE li jinqara mal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (17);

(ii)

skemi ta’ għajnuna għal attivitajiet teatrali, ta’ żfin u mużikali (18);

(iii)

skemi ta’ għajnuna għall-promozzjoni ta’ lingwi ta’ minoranzi (19);

(iv)

miżuri ta’ għajnuna għall-industrija tal-istampar (20);

(v)

miżuri ta’ għajnuna għall-konnessjoni broadband f’żoni rurali (21);

(vi)

skemi ta’ garanzija għall-finanzjament tal-bini tal-vapuri (22);

(vii)

miżuri ta’ għajnuna li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet applikabbli l-oħra kollha tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, iżda li huma esklużi mill-applikazzjoni tiegħu sempliċement għaliex:

il-miżuri jikkostitwixxu ‘għajnuna ad hoc’ (23);

il-miżuri jingħataw f’forma mhux trasparenti (l-Artikolu 5 tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), iżda l-ekwivalenti tal-għotja gross tagħhom hija kkalkolata fuq il-bażi ta’ metodoloġija approvata mill-Awtorità fi tliet deċiżjonijiet individwali adottati wara l-1 ta’ Jannar 2007;

(viii)

miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura lokali li ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba l-fatt li, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-każ, il-miżura inkwistjoni mhu ser ikollha l-ebda effett fuq il-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE (24);

(ix)

it-tiġdid u/jew it-tibdil ta’ skemi eżistenti barra mill-ambitu tal-proċedura ssimplifikata prevista fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (ara l-kategorija 3 hawn taħt), pereżempju fir-rigward tal-adattament tal-iskemi eżistenti għall-linji gwida orizzontali ġodda (25).

Din il-lista hija illustrattiva, peress li l-ambitu eżatt ta’ din il-kategorija jista’ jiżviluppa skont il-prassi deċiżjonali tal-Awtorità. L-Awtorità tista’ tirrevedi din il-lista illustrattiva minn żmien għal żmien biex iżżommha f’konformità mal-iżviluppi fil-prassi tagħha.

(c)

Kategorija 3: Proroga jew estensjoni ta’ skemi eżistenti

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Awtorità Nru 195/04/COL jipprevedi proċedura ta’ notifika ssimplifikata għal ċerti alterazzjonijiet għal għajnuna eżistenti. Skont dan l-Artikolu, “[l]-alterazzjonijiet li ġejjin għall-għajnuna eżistenti għandhom jiġu nnotifikati fuq il-formola ssimplifikata ta’ notifikazzjoni preskritta fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

żieda fl-estimi ta’ skema awtorizzata għall-għajnuna li teċċedi l-20 %;

(b)

it-tiġdid ta’ skema eżistenti awtorizzata għall-għajnuna sa massimu ta’ sitt snin, b’żieda fl-estimi jew mingħajrha;

(c)

l-issikkar ta’ ċerti kriterji għall-applikazzjoni ta’ skema awtorizzata ta’ għajnuna, tnaqqis fl-intensità tal-għajnuna jew tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli”.

Il-possibilltà li jkun applikat l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tibqa’ mhix effettwata minn dawn il-Linji gwida. Madanakollu, l-Awtorità tistieden lill-Istat tal-EFTA li qed jinnotifika biex jipproċedi skont dawn il-Linji gwida, inkluż in-notifika minn qabel tal-miżuri ta’ għajnuna kkonċernati, waqt li jużaw il-formula ta’ notifika ssimplifikata annessa mad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL. L-Awtorità, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, se tistieden ukoll lill-Istat tal-EFTA kkonċernat biex jaqblu mal-pubblikazzjoni tat-taqsira tan-notifika tagħhom fuq il-websajt tal-Awtorità.

Salvagwardji u esklużjonijiet

(6)

Billi l-proċedura ssimplifikata tapplika biss għall-għajnuna nnotifikata fuq il-bażi tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, għajnuna illegali hija eskluża. Barra minn hekk, safejn il-Ftehim taż-ŻEE japplika għas-setturi li ġejjin, il-proċedura ssimplifikata mhijiex se tapplika għal għajnuna għal attivitajiet fis-setturi tas-sajd u tal-akwakultura, attivitajiet fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti jew attivitajiet agrikoli fl-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Barra minn hekk, il-proċedura ssimplifikata mhux se tkun applikata b’mod retroattiv lil miżuri prenotifikati qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

(7)

Meta tivvaluta jekk miżura ta’ għajnuna nnotifikata taqax f’waħda mill-kategoriji eliġibbli stabbiliti mill-punt 5, l-Awtorità se tiżgura li l-linji gwida applikabbli u/jew il-prassi deċiżjonali stabbilita tal-Awtorità li fuq il-bażi tagħhom għandha tkun ivvalutata l-miżura tal-għajnuna nnotifikata, kif ukoll iċ-ċirkostanzi fattwali rilevanti kollha, jiġu stabbiliti b’ċarezza biżżejjed. Minħabba li l-kompletezza tan-notifika tikkostitwixxi element ewlieni biex jiġi ddeterminat jekk il-proċedura ssimplifikata għandhiex tiġi applikata, l-Istat tal-EFTA li jinnotifika huwa mistieden jagħti l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi, jekk ikun il-każ, id-deċiżjonijiet preċedenti invokati fil-bidu tal-fażi ta’ qabel in-notifika (ara l-punt 14).

(8)

Fejn il-formula tan-notifika ma tkunx kompluta jew tinkludi informazzjoni mhux korretta jew li tinganna, l-Awtorità mhijiex se tapplika l-proċedura ssimplifikata. Barra minn hekk, meta n-notifika tinvolvi kwistjonijiet legali ġodda ta’ interess ġenerali, l-Awtorità normalment mhijiex se tapplika l-proċedura ssimplifikata.

(9)

Filwaqt li normalment huwa preżunt li l-miżuri ta’ għajnuna li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti mill-punt 5 mhumiex se jqajmu dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mal-Ftehim taż-ŻEE, xorta waħda jista’ jkun hemm ċirkostanzi speċjali li jkunu jeħtieġu investigazzjoni aktar mill-qrib. F’dawn il-każijiet, l-Awtorità tista’ tirrikorri lura għall-proċedura normali fi kwalunkwe ħin.

(10)

Dawn iċ-ċirkostanzi speċjali jistgħu jinkludu b’mod partikolari: ċerti tipi ta’ għajnuna li jkunu għadhom ma ġewx ivvalutati fil-prassi deċiżjonali tal-Awtorità, deċiżjonijiet preċedenti li l-Awtorità tista’ tkun fil-kors li tivvaluta mill-ġdid fid-dawl ta’ ġurisprudenza reċenti jew żviluppi reċenti taż-ŻEE, kwistjonijiet tekniċi ġodda, jew dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim taż-ŻEE (pereżempju, in-non-diskriminazzjoni; l-erba’ libertajiet, eċċ.).

(11)

L-Awtorità se tirrikorri għall-proċedura normali fejn il-miżura tal-għajnuna nnotifikata tista’ tibbenefika impriża li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni li joħolqu preċedent tal-Awtorità li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE (l-hekk imsemmija kwistjoni Deggendorf).

(12)

Fl-aħħar nett, jekk fil-limitu ta’ żmien preskritt fil-punt 21 ta’ dawn il-Linji gwida terza persuna tesprimi dubji sostanzjati dwar il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata, l-Awtorità se tirrikorri għall-proċedura normali (26) u tinforma b’dan lill-Istat tal-EFTA.

3   Dipożizzjonijiet ta’ proċedura

Il-kuntatti ta’ qabel in-notifika

(13)

L-Awtorità sabet li anki f’każijiet apparentement mhux problematiċi, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika mal-Istat tal-EFTA li jinnotifika kienu ta’ ġid. Dawn il-kuntatti jippermettu lill-Awtorità u lill-Istati tal-EFTA, b’mod partikolari, biex jiddeterminaw, fi stadju bikri, l-istrumenti rilevanti jew id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Awtorità, il-grad ta’ komplessità li l-valutazzjoni tal-Awtorità x’aktarx se tinvolvi, kif ukoll l-ambitu u l-volum ta’ informazzjoni li l-Awtoritià teħtieġ biex twettaq valutazzjoni sħiħa tal-każ.

(14)

Minħabba l-perjodu limitat tal-proċedura ssimplifikata, il-valutazzjoni tal-miżura ta’ appoġġ tal-Istat taħt il-proċedura ssimplifikata tiddependi fuq kuntatti ta’ qabel in-notifika mill-Istat tal-EFTA mal-Awtorità. F’dan il-kuntest, l-Istat tal-EFTA huwa mistieden jissottometti abbozz tal-formola tan-notifika flimkien mad-dokumenti ta’ informazzjoni supplimentari previsti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL, kif ukoll id-deċiżjonijiet preċedenti rilevanti jekk ikun xieraq, permezz tal-applikazzjoni informatika stabbilita tal-Awtorità. F’dan l-istadju l-Istat tal-EFTA jista’ jitlob ukoll li l-Awtorità teżentah mit-tkomplija ta’ ċerti partijiet tal-formola tan-notifika. Fil-kuntest tal-kuntatt ta’ qabel in-notifika, l-Istat tal-EFTA u l-Awtorità jistgħu jiftiehmu wkoll li l-Istat tal-EFTA ma jkollux bżonn jipprovdi l-abbozz tal-formola ta’ notifika u informazzjoni relatata fil-fażi ta’ qabel in-notifika. Ftehim bħal dan jista’ jkun approprjat, pereżempju, minħabba n-natura ripetittiva ta’ ċerti miżuri ta’ għajnuna (pereżempju l-kategorija ta’ għajnuna stabbiliti fil-punt 5(c) ta’ dawn il-Linji gwida). F’dan il-kuntest, l-Istat tal-EFTA jista’ jkun mistieden biex jipproċedi direttament bin-notifika fejn l-Awtorità ma tikkunsidrax neċessarja diskussjoni dettaljata dwar il-miżuri ta’ għajnuna maħsuba.

(15)

L-Awtorità għandha torganizza l-ewwel kuntatt ta’ qabel in-notifika fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-abbozz tal-formola tan-notifika. L-Awtorità se tippromwovi ż-żamma ta’ kuntatti permezz tal-posta elettronika jew conference calls, jew torganizza laqgħat fuq talba speċifika tal-Istat tal-EFTA kkonċernat. Fi żmien 5 ġranet tax-xogħol wara l-aħħar kuntatt ta’ qabel in-notifika, l-Awtorità se tinforma lill-Istat tal-EFTA kkonċernat jekk hija tqisx li l-każ jikkwalifika prima facie biex jiġi ttrattat skont il-proċedura ssimplifikata, liema informazzjoni xorta jeħtieġ li tingħata biex il-miżura tikkwalifika biex tiġi ttrattata skont din il-proċedura, jew jekk il-każ huwiex se jibqa’ soġġett għall-proċedura normali.

(16)

L-indikazzjoni tal-Awtorità li l-każ ikkonċernat jista’ jiġi ttrattat skont il-proċedura ssimplifikata timplika li l-Istat tal-EFTA u l-Awtorità taqbel prima facie li l-informazzjoni provduta fil-kuntest tan-notifika minn qabel għandha, jekk sottomessa bħala notifika formali, tikkostitwixxi notifika kompleta. B’hekk, l-Awtorità fil-prinċipju tkun f’pożizzjoni li tapprova l-miżura, ladarba din tkun ġiet innotifikata formalment fuq il-bażi tal-formola tan-notifika li tinkorpora r-riżultat tal-kuntatti ta’ qabel in-notifika, mingħajr talba ulterjuri għal informazzjoni.

In-Notifika

(17)

L-Istat tal-EFTA għandu jinnotifika l-miżura(i) ta’ għajnuna kkonċernata(i) mhux aktar tard minn xahrejn wara li jiġi informat mill-Awtorità li l-miżura tikkwalifika prima facie biex tiġi ttrattata skont il-proċedura ssimplifikata. Jekk in-notifika tinkludi xi bidliet meta mqabbla mal-informazzjoni preżentata fid-dokumenti ta’ qabel in-notifika, dawn il-bidliet għandhom ikunu enfasizzati b’mod prominenti fil-kuntest tal-formola tan-notifika.

(18)

Is-sottomissjoni tan-notifika mill-Istat tal-EFTA kkonċernat jagħti bidu għall-perjodu msemmi fil-punt 2 ta’ hawn fuq.

(19)

Il-proċedura ssimplifikata ma tipprovdix għal formola speċifika ta’ notifika ssimplifikata. Ħlief għal każijiet li jaqgħu fil-kategorija ta’ għajnuna indikata fil-punt 5(c) ta’ dawn il-Linji gwida, in-notifika għandha ssir fuq il-bażi tal-formoli standard tan-notifika inklużi fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL.

Pubblikazzjoni ta’ sommarju tan-notifika

(20)

L-Awtorità se tippubblika fuq il-websajt tagħha sommarju tan-notifika, ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istat tal-EFTA, fil-formola standard prevista fl-Anness ta’ dawn il-Linji gwida. Il-formola standard tinkludi indikazzjoni li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat tal-EFTA, il-miżura ta’ għajnuna tista’ tikkwalifika għall-applikazzjoni ta’ proċedura ssimplifikata. Billi jitlob lill-Awtorità biex tittratta miżura nnotifikata taħt dawn il-Linji gwida, l-Istat tal-EFTA kkonċernat jiġi kkunsidrat li jaqbel mal-fatt li l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tiegħu, li għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt fil-formola prevista fl-Anness ta’ dawn il-Linji gwida, hi ta’ natura mhux konfidenzjali. Barra minn hekk, l-Istati tal-EFTA huma mistiedna biex jindikaw b’mod ċar jekk in-notifika tinkludix xi sigrieti tan-negozju jew le.

(21)

Imbagħad, il-partijiet interessati jkollhom 10 ġranet tax-xogħol biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom (inkluża l-verżjoni mhux konfidenzjali), b’mod partikolari dwar iċ-ċirkostanzi li jistgħu jeħtieġu investigazzjoni aktar dettaljata. F’każijiet fejn il-partijiet interessati jqajmu dubji sostanzjati mill-aspett tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-miżura nnotifikata, l-Awtorità tirrikorri għall-proċedura normali u tinforma lill-Istat tal-EFTA u lill-parti(jiet) interessata(i) kkonċernata(i) dwar dan. L-Istat tal-EFTA kkonċernat jiġi wkoll informat dwar kwalunkwe dubju sostanzjat u jingħata l-opportunità li jikkummenta dwar tali dubju.

Deċiżjoni f’forma qasira

(22)

Jekk l-Awtorità tkun sodisfatta li l-miżura nnotifikata tissodisfa l-kriterji għall-proċedura ssimplifikata (ara, b’mod partikolari, il-punt 5), hija normalment toħrog deċiżjoni f’forma qasira. L-Awtorità għalhekk se tagħmel l-almu tagħha biex tadotta deċiżjoni li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwix għajnuna jew deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 4(2) jew 4(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika sakemm ma tkunx applikabbli xi salvagwardja jew esklużjoni msemmija fil-punti 6 sa 12 ta’ dawn il-Linji gwida.

Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’forma qasira

(23)

Skont l-Artikolu 26(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3, l-Awtorità se tippubblika sommarju tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-suppliment taż-ŻEE tieghu. Id-deċiżjoni f’forma qasira se tkun disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità. Se tinkludi referenza għall-informazzjoni fil-qosor dwar in-notifika kif ippubblikata fuq il-websajt tal-Awtorità fiż-żmien tan-notifika, valutazzjoni standard tal-miżura skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE u, fejn applikabbli, dikjarazzjoni li l-miżura ta’ għajnuna hija ddikjarata kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE peress li din taqa’ f’waħda jew aktar mill-kategoriji indikati fil-punt 5 ta’ dawn il-Linji gwida, bil-kategorija(i) applikabbli identifikata(i) b’mod espliċitu u b’referenza għall-istrumenti orizzontali applikabbli u/jew deċiżjonijiet preċedenti inkluża.

4   Dispożizzjonijiet Finali

(24)

Fuq talba tal-Istat tal-EFTA kkonċernat, l-Awtorità se tapplika l-prinċipji indikati f’dawn il-Linji gwida għal miżuri nnotifikati skont il-punt 17 mill-1 ta’ Jannar 2010.

(25)

L-Awtorità tista’ tirrevedi dawn il-Linji gwida fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet importanti li jirrigwardaw il-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-liġi u tal-prassi deċiżjonali dwar l-għajnuna mill-Istat. L-Awtorità biħsiebha tagħmel l-ewwel reviżjoni ta’ dawn il-Linji gwida l-aktar tard erba’ snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, l-Awtorità se teżamina sa fejn huwa opportun li jitħejjew formoli speċifiċi ta’ notifika ssimplifikata biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji gwida.


(1)  Dan il-Kapitlu jikkorispondi mal-Avviż mill-Kummisjsoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat, ĠU C 136, 16.6.2009, p. 3.

(2)  Ara, b’mod partikolari, il-Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, (ĠU L 305, 19.11.2009, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 60, 19.11.2009, p. 1) minn issa ’l quddiem il-“Linji gwida għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni”; il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ĠU L 184, 16.7.2009, p. 18, minn issa ’l quddiem il-“Linji Gwida dwar il-Kapital ta’ Riskju”; Il-linji gwida dwar l-għajuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali, (ĠU L 144, 10.6.2010, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 10.6.2010, p. 1), minn issa ’l quddiem il-“Linji gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali”; il-Linji gwida dwar l-għajnuna rerġnojali nazzjonali għall-2007-2013, ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1, minn issa ’l quddiem il-“Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali”; id-Deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri, ĠU L 148, 11.6.2009, p. 55, minn issa ’l quddiem il-“Linji gwida dwar il-Bini tal-Vapuri”; il-linji gwida dwar l-għajuna mill-Istat għal xogħolijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi, (ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1), minn issa ’l quddiem il-“Linji gwida dwar iċ-Ċinema”; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6.8.2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3), inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 120/2008 (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 111, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 79, 18.12.2008, p. 20).

(3)  Il-miżuri nnotifikata lill-Awtorità fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali skont il-linji gwida tal-Awtorità “L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti” (ĠU L 17, 20.1.2011, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 20.1.2011, p. 1) u “Qafas temportanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali” (ĠU L 15, 20.1.2011, p. 26 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 20.1.2011, p. 31) mhux se jkunu suġġetti għall-proċedura ssimplifikata stabbilita minn dawn il-Linji gwida. Arranġamenti ad hoc speċifiċi ġew stabbiliti biex jittrattaw malajr dawn il-każijiet.

(4)  Bħat-Taqsima 5 tal-Linji gwida għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni jew bħat-Taqsima 3 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali, u; bħat-Taqsima 4 tal-Linji Gwidi dwar il-Kapital ta’ Riskju.

(5)  Il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali; it-Taqsima 3.1.2 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà, ĠU L 107, 28.4.2005, p. 28, minn issa ’l quddiem il-“Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni”.

(6)  L-Awtorità se tirrikorri għall-proċedura normali fejn il-miżura tal-għajnuna nnotifikata tista’ tibbenefika impriża li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni li joħolqu preċedent tal-Awtorità li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE (l-hekk imsemmija kwistjoni Deggendorf). Ara l-Kawża C-188/92, TWD Textilwerke Deggendorf, Ġabra 1994, p. I-833.

(7)  L-Artikolu 18(5) tar-Regolament għal eżenzjoni ġenerali Sħiħa jipprevedi metodoloġija ssimplifikata għall-kalkolu tal-ispejjeż.

(8)  Ir-Regolament għal eżenzjoni ġenerali Sħiħa ma jeżentax il-bonuses għall-ekoinnovazzjoni.

(9)  L-għajnuna lil impriżi innovattivi ġodda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.4(b)(ii) tal-Linji gwida għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni biss hija soġġetta għar-Regolament għal eżenzjoni ġenerali Sħiħa.

(10)  F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni li trid tingħata mill-Istat tal-EFTA trid turi minn qabel li: (i) l-ammont ta’ għajnuna jibqa’ taħt il-limitu tan-notifika (mingħajr kalkoli sofistikati tal-valur nett preżenti); (ii) l-għajnuna tikkonċerna investiment ġdid (mhux investiment ta’ sostituzzjoni); u (iii) l-effetti vantaġġużi tal-għajnuna dwar l-iżvilupp reġjonali jegħlbu b’mod ċar id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li din toħloq). Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 721/2007 (il-Polonja, “Reuters Europe SA”).

(11)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każijiet N 28/2006 (Il-Polonja, Techmatrans), N 258/2007 (Il-Ġermanja, Rettungsbeihilfe zugunsten der Erich Rohde KG) u N 802/2006 (L-Italja, għajnuna għas-salvataġġ lil Sandretto Industrie).

(12)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 85/2008 (L-Awstrija, Skema ta’ garanzija għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju fir-reġjun ta’ Salzburg), N 386/2007 (Franza, Skema ta’ salvataġġ u ristrutturazzjoni għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju), N 832/2006 (l-Italja, skema ta’ salvataġġ u ristrutturazzjoni Valle d’Aosta). Dan il-metodu huwa skont l-Artikolu 1(7) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

(13)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 92/2008 (L-Awstrija, Għajnuna għar-ristrutturazzjoni għal Der Bäcker Legat) u N 289/2007 (L-Italja, Għajnuna għar-ristrutturazzjoni għal Fiem SRL).

(14)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 76/2008 (Il-Ġermanja, Proroga tal-iskema ta’ finanzjament CIRR għall-esportazzjoni ta’ vapuri), N 26/2008 (Id-Danimarka, Bidliet fl-iskema ta’ finanzjament għall-esportazzjoni ta’ vapuri) u N 760/2006 (Spanja, Estensjoni tal-iskema ta’ finanzjament għall-esportazzjoni – il-bini ta’ vapuri fi Spanja).

(15)  Għalkemm il-kriterji tal-Linji gwida japplikaw direttament biss għall-attività tal-produzzjoni, fil-prattika dawn jiġu applikati wkoll b’analoġija biex jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-attivitajiet ta’ qabel u wara l-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, kif ukoll il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità skont l-Artikoli 61(3)(c) tat-Ftehim taż-ŻEE. Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 233/2008 (Skema ta’ għajnuna għall-films Latvjani), N 72/2008 (Spanja, Skema għall-promozzjoni ta’ films f’Madrid), N 60/2008 (L-Italja, Skema ta’ għajnuna għall-films fir-reġjun ta’ Sardinja) u N 291/2007 (Il-Fond għall-Films Olandiżi).

(16)  L-Awtorità tista’ wkoll toqgħod fuq id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni meta jkun valutat jekk hemmx prassi ta’ teħid ta’ deciżjoni stabbilita sew.

(17)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 393/2007 (L-Olanda, Sussidju lil NV Bergkwartier), N 106/2005 (Il-Polonja, Hala Ludowa fi Wroclaw) u N 123/2005 (L-Ungerija, Skema intiża għat-turiżmu u l-kultura fl-Ungerija).

(18)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 340/2007 (Spanja, Għajnuna għal attivitajiet teatrali, ta’ żfin, mużikali u awdjoviżivi fil-pajjiż Bask); N 257/2007 (Spanja, Il-promozzjoni ta’ produzzjonijiet teatrali fil-pajjiż Bask) u N 818/99 (Franza; Taxxa parafiskali għall-ispettakli u l-kunċerti).

(19)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 776/2006 (Spanja, Għajnuna għall-promozzjoni tal-Lingwa Baska), N 49/2007 (Spanja, Għajnuna għall-promozzjoni tal-Lingwa Baska) u N 161/2008 (Spanja, Għajnuna għal-Lingwa Baska).

(20)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoniijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 687/2006 (Ir-Repubblika Slovakka, Għajnuna lil Kalligram s.r.o. għal rivista), N 1/2006 (is-Slovenja, Il-promozzjoni tal-industrija tal-pubblikazzjoni fis-Slovenja) u N 268/2002 (L-Italja, Għajnuna għall-industrija tal-istampar fi Sqallija).

(21)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 264/2006 (L-Italja, broadband għat-Toskana rurali), N 473/2007 (L-Italja, Konnessjonijiet broadband għall-Alto Adige) u N 115/2008 (broadband fiż-żoni rurali tal-Ġermanja).

(22)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 325/2006 (Il-Ġermanja, proroga tal-iskemi ta’ garanzija għall-finanzjament tal-bini tal-vapuri), N 35/2006 (Franza, Skema ta’ garanzija għall-finanzjament u għall-garanzija tal-vapuri) u N 253/2005 (L-Olanda, Skema ta’ garanzija għall-finanzjament tal-vapuri).

(23)  L-għajnuna ad hoc ħafna drabi tiġi eskluża mill-ambitu tar-Regolament għal eżenzjoni ġenerali Sħiħa. Din l-esklużjoni tapplika għall-impriżi kbar kollha (Artikolu 1(5) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), kif ukoll, f’ċerti każijiet, għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ara l-Artikoli 13 u 14 rigward l-għajnuna reġjonali, l-Artikolu 16 dwar l-intraprenditorija min-nisa, l-Artikolu 29 dwar l-għajnuna fil-forma ta’ kapital ta’ riskju u l-Artikolu 40 dwar l-għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati). Rigward il-kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-għajnuna għall-investiment reġjonali ad hoc, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 10 aktar ‘il fuq. Barra minn hekk, dawn il-Linji gwida huma bla ħsara għal kwalunkwe komunikazzjoni jew dokument ta’ gwida tal-Kummissjoni li jistabbilixxi kriterji dettaljati ta’ valutazzjoni ekonomika għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-każijiet soġġetti għal notifika individwali.

(24)  Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 258/2000 (Il-Ġermanja, il-pixxina rikreattiva Dorsten), N 486/2002 (L-Isvezja, Għajnuna għal sala tal-kungressi f’Visby), N 610/2001 (Il-Ġermanja, Il-Programm dwar l-infrastruttura tat-turiżmu ta’ Baden-Württemberg), N 337/2007 (L-Olanda, Sostenn għal Bataviawerf – Rikostruzzjoni ta’ bastiment tas-seklu 17). Biex il-miżura kkonċernata tiġi kkunsidrata li m’għandha l-ebda effett fuq il-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE, dawn l-erba’ deċiżjonijiet li joħolqu preċedent jeħtieġu, l-aktar prominentement, li l-Istat tal-EFTA juri l-karatteristiċi li ġejjin: 1. l-għajnuna ma twassalx biex l-investimenti jiġu attratti fir-reġjun ikkonċernat; u 2. li l-prodotti/servizzi prodotti mill-benefiċjarju huma purament lokali u/jew għandhom żona ta’ attrazzjoni li hi limitata b’mod ġeografiku; u 3. li ma jkunx hemm ħlief effett marġinali fuq il-konsumaturi mill-Istati tal-EFTA ġirien; u 4. li s-sehem tas-suq tal-benefiċjarju hu minimu skont kwalunkwe definizzjoni tas-suq rilevanti użata u li l-benefiċjarju ma jagħmilx parti minn grupp ta’ impriżi iktar wiesa’. Dawn il-karatteristiċi għandhom ikunu enfasizzati fl-abbozz tal-formula ta’ notifika msemmi fil-punt 14 ta’ dawn il-linji gwida.

(25)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1. Emendat bid-Deċiżjoni 319/05/COL tal-14.12.2005 (ĠU L 113, 27.4.2006, p. 24, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 27.4.2006, p. 46) u d-Deċiżjoni 789/08/COL tas-17.12.2008 (ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 72, 22.12.2010, p. 1). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 794/2004 tal-21.4.2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(26)  Din ma timplikax xi żieda fid-drittijjiet ta’ partijiet terzi minħabba l-każistika tal-Qorti tal-EFTA u tal-Qrati Komunitarji. Ara l-Kawża T-95/03, Asociación de Empresarios de Estaciones de Servicio de la Comunidad Autónoma de Madrid u Federación Catalana de Estaciones de Servicio vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2006, p. II-4739, punt 139, u l-Kawża T-73/98, Prayon-Rupel vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2001, p. II-867, punt 45.


ANNESS II

SOMMARJU TAN-NOTIFIKA: STEDINA LIL TERZI PERSUNI BIEX JISSOTTOMETTU L-KUMMENTI TAGĦHOM

NOTIFIKA TA’ MIŻURA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

F’… l-Awtorità rċeviet notifika ta’ miżura ta’ għajnuna skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja. Wara eżami preliminari, l-Awtorità sabet li l-miżura nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tal-Linji gwida tal-Awtorità dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti każijiet ta’ għajnuna mill-Istat (ĠU C …, p. ….).

L-Awtorità tistieden lil terzi persuni interessati biex jissottomettu lill-Awtorità l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-miżura proposta.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-miżura ta’ għajnuna huma dawn li ġejjin:

 

Numru ta’ referenza tal-għajnuna: N …

 

Stat tal-EFTA:

 

Numru ta’ referenza tal-Istat tal-EFTA:

 

Reġjun:

 

Awtorità li qed tagħmel l-għotja:

 

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna:

 

Bażi legali nazzjonali:

 

Bażi taż-ŻEE Proposta għall-valutazzjoni: … linji gwida jew prassi stabbilita tal-Awtorità kif indikati fid-Deċiżjoni tal-Awtorità (1, 2 u 3).

 

Tip ta’ miżura: Skema ta’ għajnuna/Għajnuna ad hoc

 

Emenda ta’ miżura ta’ għajnuna eżistenti:

 

Tul ta’ żmien (skema):

 

Data tal-għotja:

 

Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i):

 

Tip ta’ benefiċjarju (SMEs/impriżi kbar):

 

Baġit:

 

Strument tal-għajnuna (għotja, sussidju fuq ir-rata tal-imgħax, …):

Il-kummenti dwar kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni relatati mal-miżura nnotifikata għandhom jaslu għand l-Awtorità mhux aktar tard minn 10 ġranet tax-xogħol wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni u għandhom jinkludu verżjoni mhux konfidenzjali ta’ dawn il-kummenti biex ikunu pprovduti lill-Istat tal-EFTA kkonċernat u/jew partijiet interessati oħra. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Awtorità bil-faks, bil-posta jew bil-posta elettronika taħt n-numru tar-riferenza N … fl-indirizz li ġej:

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Rue Belliard 35

B-1040 Brussell

BELGIUM

Faks (+ 32 0) 2 286 18 00

Indirizz elettroniku: registry@eftasurv.int