ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.071.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 71

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
9 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/142/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Frar 2012 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali ( 1 )

1

 

 

2012/143/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED)

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 193/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 194/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 195/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2012

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 196/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 197/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 198/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2012

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 199/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2012

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2012 tat-8 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f’qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

31

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza nitroxinil ( 1 )

37

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 202/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness mar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza fattur stimolanti tal-kolonja tal-granuloċiti bovini pegilati ( 1 )

40

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x'jaqsam ma' regoli dettaljati dwar l-inbid organiku

42

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 204/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK tat-8 ta’ Marzu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Frar 2012

dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/142/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu iffitjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawk il-preskrizzjonijiet (“Il-Ftehim Rivedut tal-1958”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Il-ħtiġijiet standardizzati tar-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali (3) (“Regolament UNECE Nru 29”) huma intiżi biex ineħħu l-barrieri tekniċi għan-negozju tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien għall-okkupanti tal-vettura.

(2)

Fid-data tal-adeżjoni tagħha għall-Ftehim Rivedut tal-1958, l-Unjoni aderiet għal numru limitat tar-Regolamenti tal-Unece elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 97/836/KE; Ir-Regolament tal-UNECE Nru 29 ma kienx inkluż f’dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-emendi sussegwenti tar-Regolament tal-UNECE Nru 29 u tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (4), li skont din l-Unjoni għandha tqies ir-Regolament tal-UNECE Nru 29, lir-Regolament tal-UNECE għandu jsir parti mis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi bil-mutur,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali huwa b’dan approvat.

Artikolu 2

Ir-Regolament Nru 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-kabina ta’ vettura kummerċjali għandu jiġi parti mis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi bil-mutur.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun notifikata mill-Kummissjoni lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LIDEGAARD


(1)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(2)  Il-kunsens tad-19 ta' Jannar 2012 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 21.

(4)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Frar 2012

dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED)

(2012/143/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut tal-1958) (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Ir-rekwiżiti standard tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ezekuzzjoni tagħhom lejn is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq (3) u l-abbozz tar-Regolament tal-UNECE dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tas-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) għall-użu f’tagħmir ta’ lampi tas-sinjal approvati, imqedgħa fuq vetturi misjuqa bis-saħħa u t-trejlijiet tagħhom (4) maħsuba li jneħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u jiżguraw li tali vetturi jkunu joffru livell għoli ta’ sikurezza u protezzzjoni.

(2)

Jixraq li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward dawk l-abbozzi tar-Regolamenti msemmija tiġi ddefinita, u b’konsegwenza ta’ dan issir proviżjoni għall-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, biex tivvota favurihom.

(3)

L-abbozzi tar-Regolamenti dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) għandhom jiġu inkorporati fis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UEgħall-vetturi bil-mutur,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-abbozz tar-Regolament tal-UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ezekuzzjoni tagħhom lejn is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, kif miġbura fid-dokument ECE TRANS/WP.29/2010/127 huwa b’dan approvat.

Artikolu 2

L-abbozz tar-Regolament tal-UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-użu ta’ sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) f’tagħmir ta’ lampi tas-sinjal approvati, imqedgħa fuq vetturi misjuqa bis-saħħa u t-trejlijiet tagħhom, kif jidher fid-dokument ECE TRANS/WP.29/2010/44 flimkien mal-korrezzjoni tiegħu, huwa b’dan approvat.

Artikolu 3

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, se tivvota favur l-abbozzi tar-Regolamenti tal-UNECE msemmija fl-Artikoli 1 u 2 f’laqgħa fil-ġejjieni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Forum Dinji tal-UNECE għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi.

Artikolu 4

B’konformità mal-Artikoli 35 u 36 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u t-tejlijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (5), l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-abbozz tar-Regolament tal-UNECE fuq dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ezekuzzjoni tagħhom lejn is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u dawk stipulati fil-paragrafi 3.1, 3.3, 3.4 u 3.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mixjin fit-triq u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq (6), għandha tiġi rikonoxxuta.

Artikolu 5

L-abbozzi tar-Regolamenti tal-UNECE imsemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandhom isiru parti mis-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi bil-mutur.

Artikolu 6

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LIDEGAARD


(1)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(2)  Kunsens tad-19 ta’ Jannar 2012 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Dokument tal-UNECE ECE TRANS/WP.29/2010/127.

(4)  Dokument tal-UNECE ECE TRANS/WP.29/2010/44.

(5)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1

(6)  ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.


REGOLAMENTI

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 193/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament (KE) Nru 560/2005, il-Kunsill iqis li ma għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq dik il-lista.

(3)

Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma’ persuna fil-lista fl-Anness I u mal-persuni fil-lista fl-Anness IA ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi aġġornata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005, l-entrata għall-persuna li ġejja:

Désiré Tagro

għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.


ANNESS I

Entrata msemmija fl-Artikolu 1

“Désiré TAGRO. Numru tal-passaport: PD – AE 065FH08. Data tat-twelid: 27 ta’ Jannar 1959. Post tat-twelid: Issia, Côte d’Ivoire. Miet fit-12 ta’ April 2011 f’Abidjan.

Segretarju-Ġenerali fl-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolu għall-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, rifjut tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f’ripressjonijiet vjolenti ta’ movimenti popolari. Data tal-indikazzjoni min-NU: 30.3.2011 (Indikazzjoni mill-Unjoni Ewropea: 22.12.2010).”


ANNESS II

“ANNESS IA

Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi mhux indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, imsemmija fl-Artikoli 2, 4 u 7

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Kadet Bertin

Mwieled fl-1957 f’Mama

Konsulent Speċjali dwar is-sigurtà, id-difiża u t-tagħmir militari ta’ Laurent Gbagbo, ex Ministru tad-Difiża ta’ Laurent Gbagbo.

Neputi ta’ Laurent Gbagbo.

Eżiljat fil-Gana. Soġġett għal mandat ta’ arrest internazzjonali.

Involut attivament f’inċidenti ta’ abbuż u ta’ għejbien forzat, u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji u tal-‘Patrijotti Żgħażagħ (COJEP).’

Involut fil-finanzjament u t-traffikar ta’ armi u fl-evitar tal-embargo.

Kellu rapporti mill-qrib mal-milizzji tal-punent u kien il-punt ta’ kuntatt f’isem Gbagbo ma’ dawn il-gruppi. Involut fil-ħolqien tal-iskwadri tal-mewt imsejħin ‘Forza Lima’.

Matul l-eżilju tiegħu fil-Gana baqa’ jagħmel pjanijiet għall-kisba mill-ġdid tal-poter bil-forza. Qed isejjaħ ukoll għall-ħelsien immedjat ta’ Gbagbo.

Minħabba r-riżorsi finanzjarji tiegħu, il-familjarità tiegħu mat-traffikanti illegali tal-armi u l-kuntatti kontinwi tiegħu mal-gruppi tal-milizzji li għadhom attivi partikolarment fil-Liberja, Kadet Bertin għadu ta’ theddida reali ferm għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Côte d’Ivoire.

2.

Oulaï Delafosse

Mwieled fit-28 ta’ Ottubru 1968

Ex sotto prefett ta’ Toulepleu. Kap tal-Unjoni Patrijottika ta’ Reżistenza tal-Grand Ouest.

Bħala Kap tal-milizzja, huwa responsabbli minn vjolenzi u reati, partikolarment fiż-żona ta’ Toulepleu.

Filwaqt li ħa l-ordnijiet tiegħu direttament minn Kadet Bertin, huwa kien attiv ferm fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Liberjani, kif ukoll fit-traffikar illegali ta’ armi ġejjin mil-Liberja matul il-kriżi postelettorali. It-truppi tiegħu firxu t-terrur matul il-kriżi postelettorali, fejn eliminaw mijiet ta’ nies oriġinarji mit-Tramuntana tal-Côte d’Ivoire

Minħabba l-estremiżmu politiku tiegħu, ir-relazzjonijiet mill-qrib ma’ Kadet Bertin u l-kollegamenti mill-qrib li kellu mal-milizzji tal-merċenarji Liberjani, huwa għadu theddida għall-istabbiltà tal-pajjiż.

3.

Pasteur Gammi

 

Kap tal-milizzja ‘Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent’ (MILOCI), stabbilita fl-2004. Bħala kap tal-MILOCI, milizzja favur Gbagbo, huwa kien involut f’ħafna massakri u atti ta’ brutalità.

Ħarab lejn il-Gana (probabbilment qiegħed Takoradi). Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Mill-eżilju tiegħu ‘l hawn, huwa ngħaqad mal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal- Côte d’Ivoire (CILCI) li tħeġġeġ l-użu tar-reżistenza armata biex Gbagbo jerġa’ jkun fil-poter.

4.

Marcel Gossio

Mwieled fit-18 ta’ Frar 1951 f’Adjamé

Numru tal-passaport: 08AA14345 (li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2013)

Maħrub ’il barra mill-Côte d’Ivoire. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Involut fil-frodi tal-fondi pubbliċi u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji.

Persuna li serviet għall-finanzjament tal-klann Gbagbo u tal-milizzji. Huwa anke persunaġġ ċentrali fil-qafas tat-traffikar illegali ta’ armi.

Minħabba l-fondi sostanzjali li kiseb illegalment, u l-familjarità tiegħu man-netwerks illegali ta’ armamenti, huwa baqa’ theddida kontinwa għas-sigurtà u stabbiltà tal-Côte d’Ivoire.

5.

Justin Koné Katina

 

Maħrub fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Involut fis-serqa armata tal-Bank Ċentrali tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (BCEAO).

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, għadu jqis lilu nnifsu bħala l-kelliem ta’ Gbagbo. Fi stqarrija għall-istampa tat-12.12.2011, huwa saħaq li Ouattara qatt ma rebaħ l-elezzjonijiet u jqis ir-reġim ġdid bħala illeġittimu. Jappella għar-reżistenza, filwaqt li jqis li Gbagbo ser jieħu lura l-poter.

6.

Ahoua Don Mello

Mwieled fit-23 ta’ Ġunju 1958 f’Bongouanou

Numru tal-passaport: PD-AE/044GN02 (li jiskadi fit-23 ta’ Frar 2013)

Kelliem ta’ Laurent Gbagbo. Ex Ministru tal-Infrastruttura u Sanità fil-gvern illeġittimu.

Eżiljat fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa baqa’ jiddikjara li l-elezzjoni tal-President Ouattara hija frawdolenti u ma jirrikonoxxix l-awtorità tiegħu. Huwa rrifjuta li jwieġeb għall-appell tal-Gvern Ivorjan għar-rikonċiljazzjoni u jappella regolarment għall-insurrezzjoni fl-istampa, idur il-kampjijiet tar-refuġjati fil-Gana biex iħeġġeġ il-‘mobilizzazzjoni’.

F’Diċembru 2011, huwa ddikjara li l-Côte d’Ivoire huwa ‘stat tribali taħt assedju’ u li ‘r-reġim ta’ Ouattara’ ser ‘jintemm’.

7.

Moussa Touré Zéguen

Mwieled fid-9 ta’ Settembru 1944

Passaport qadim: AE/46CR05

Kap tar-Raggruppament tal-Patrijotti għall-Paċi (GPP)

Fundatur tal-‘Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire’ (CILCI)

Sar kap ta’ milizzja fl-2002 u ilu jmexxi l-GPP mill-2003. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-GPP sar l-id armata ta’ Gbagbo f’Abidjan u fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Mal-GPP huwa sar responsabbli ta’ bosta atti ta’ vjolenza, immirati prinċipalment lejn il-popli oriġinarji mit-tramuntana u dawk li jopponu r-reġim.

Involut personalment fi vjolenza postelettorali (partikolarment fil-kwartieri ta’ Abobo u Adjamé).

Waqt li kien eżiljat f’Accra, Touré Zéguen ħoloq il-‘Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire’, bil-għan li Gbagbo jerġa’ jikseb il-poter.

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet provokatorji (pereżempju, il-konferenza stampa tad-9 ta’ Diċembru 2011), filwaqt li baqa’ jżomm pożizzjoni ta’ kunflitt u ta’ vendetta bl-armi. Huwa jqis li l-Côte d’Ivoire taħt Ouattara hija illeġittima u li ġiet ‘ikkolonizzata mill-ġdid’ u għamel sejħa li ‘tistieden lill-Ivorjani biex ikeċċu lill-imposturi’ (Jeune Afrique, Lulju 2011).

Iżomm blogg li jsejjaħ għall-insurrezzjoni vjolenti tal-poplu Ivorjan kontra Ouattara.”


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 194/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata [ħżin privat] ta’ xi prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ħżin privat ma għandhiex taqbeż is-somma tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fl-Unjoni matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena inkwistjoni.

(2)

Sabiex ma jkunx inkuraġġut il-ħżin fit-tul, biex jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f’pagament wieħed.

(3)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2012, l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jkun kif ġej:

:

fl-ewwel xahar

:

EUR 219/tunnellata

:

fit-tieni xahar

:

EUR 0/tunnellata

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 30.


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 195/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ekwivalenti għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2011 (2) jiffissa l-gwida tal-prezzijiet għas-sena tas-sajd 2012 għall-prodotti kollha kkonċernati.

(3)

Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u skont kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.

(4)

Il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeċijiet differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jinħattu l-art fl-Unjoni sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent prevista fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(5)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2012 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 346, 30.12.2011, p. 1.


ANNESS

IL-PREZZIJIET TAL-BEJGĦ U L-FATTURI TA’ KONVERŻJONI

Speċi

Preżentazzjoni

Fattur ta’ konverżjoni

Livell tal-intervent

Prezz tal-bejgħ

(f’EUR għal kull tunnellata metrika)

Ħalibatt tal-Groenlandja

(Reinhardtius hippoglossoides)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 661

Marlozz

(Merluccius spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 068

Fi fletti individwali

 

 

 

bil-ġilda

1,0

0,85

1 299

bla ġilda

1,1

0,85

1 429

Sparidae

(Dentex dentex u Pagellus spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 242

Pixxispad

(Xiphias gladius)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

3 518

Gambli u gambli kbar

Penaeidae

Iffriżati

 

 

 

(a)

Parapenaeus Longirostris

 

1,0

0,85

3 530

(b)

Penaeidae oħrajn

 

1,0

0,85

6 641

Siċċ

(Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

Iffriżat

1,0

0,85

1 669

Klamari (Loligo spp.)

(a)

Loligo patagonica

sħiħ, mhux imnaddaf

1,00

0,85

1 012

imnaddaf

1,20

0,85

1 215

(b)

Loligo vulgaris

sħiħ, mhux imnaddaf

2,50

0,85

2 531

imnaddaf

2,90

0,85

2 936

Qarnit

(Octopus spp.)

Iffriżat

1,00

0,85

1 892

Illex argentinus

sħiħ, mhux imnaddaf

1,00

0,80

719

tubu

1,70

0,80

1 223

Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali:

sħiħ, mhux imnaddaf

:

prodott li ma jkun sarlu ebda trattament

imnaddaf

:

prodott li tal-anqas ikun tnaddaf

f’tubu

:

ġisem tal-klamar li tal-anqas ikun tnaddaf u tkun tneħħietlu r-ras


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 196/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta’ għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li tista’ tingħata għajnuna għal kwantitajiet ta’ ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew ikunu ġew ipproċessati biex ikunu stabbilizzati u maħżuna jew ikunu ġew ippriservati.

(2)

L-iskop ta’ dik l-għajnuna huwa li jingħata inkoraġġiment xieraq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jipproċessaw jew jippriservaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex tkun evitata l-qerda tagħhom.

(3)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux ikun tali li jfixkel il-bilanċ tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew li joħloq tagħwiġ fil-kompetizzjoni.

(4)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux jaqbeż l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji marbuta mal-operazzjonijiet essenzjali għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin irreġistrati fl-Unjoni matul is-sena ta’ sajd li tkun ġiet qabel is-sena msemmija.

(5)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2012, l-ammonti tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem li jirreferi għalihom l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u l-ammonti tal-għajnuna b’rata fissa li jirreferi għalihom l-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament huma mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

(3)  ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.


ANNESS

1.

L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, u għall-lingwata (Solea spp.) elenkata fil-Parti C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

1

2

I.   

L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

359

Speċijiet oħrajn

291

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

410

III.

It-tmelliħ u/jew it-tnixxif u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin jew fi fletti

277

IV.

L-immarinar u l-ħżin

260

2.

L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem għall-prodotti l-oħra elenkati fil-Parti C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar u/jew ta’ preservazzjoni elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Il-prodotti

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

1

2

3

I.

L-iffriżar u l-ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

327

Dnieb tal-ksampu

(Nephrops norvegicus)

248

II.

It-tneħħija tar-ras, l-iffriżar u l-ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

293

III.

It-tisjir, l-iffriżar u l-ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

327

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

248

IV.

Il-pasturizzazzjoni u l-ħżin

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

392

V.

Il-ħżin ħaj f’tankijiet jew gaġeġ fissi

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

210

3.

L-ammont tal-għajnuna b’rata fissa għall-prodotti elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

I.

L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

291

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

410


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta’ referenza validi għall-Unjoni jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija tal-prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta’ sospensjoni tariffarja skont l-Artikolu 28(1). L-istess jgħodd għal prodotti li, billi jkunu jew suġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot skont id-WTO jew suġġetti għal xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta’ referenza.

(2)

Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I għal dak ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-prezz tal-irtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati huma ffissati għas-sena tas-sajd 2012 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 198/2012 (2).

(4)

Skont l-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti, minbarra għal dawk elenkati fl-Annessi I u II għal dak ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin li jkunu eżatt qabel id-data li fiha jiġi ffissat il-prezz ta’ referenza.

(5)

M’hemm ebda bżonn li jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti.

(6)

Sabiex tkun possibbli applikazzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet ta’ referenza fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet ta’ referenza għas-sena tas-sajd 2012 għall-prodotti tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

1.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

L-ispeċi

Id-daqs (1)

Il-prezz ta’ referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

Ħut imnaddaf bir-ras (1)

Ħut sħiħ (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

ex 0302 41 00

1

 

F011

133

2

F012

203

3

F013

192

4a

F016

121

4b

F017

121

4c

F018

254

5

F015

226

6

F019

113

7a

F025

113

7b

F026

102

8

F027

85

Redfish

(Sebastes spp.)

ex 0302 89 31

u ex 0302 89 39

1

 

F067

996

2

F068

996

3

F069

836

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

ex 0302 51 10

1

F073

1 161

F083

839

2

F074

1 161

F084

839

3

F075

1 097

F085

645

4

F076

871

F086

484

5

F077

613

F087

355

 

 

Ħut mgħolli fl-ilma

Ħut frisk jew imkessaħ

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Gambli kbar tal-ilma fond

(Pandalus borealis)

ex 0306 26 90

1

F317

5 288

F321

1 114

2

F318

1 854


2.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Il-prodott

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Il-preżentazzjoni

Il-prezz ta’ referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

1.   

Redfish

 

 

Sħiħ:

 

ex 0303 89 31

ex 0303 89 39

F411

bir-ras jew mingħajrha

998

ex 0304 89 21

ex 0304 89 29

 

Fi fletti:

 

F412

bix-xewk (“standard”)

2 011

F413

bla xewk

2 136

F414

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 239

2.   

Merluzz

ex 0303 63 10 , ex 0303 63 30 , ex 0303 63 90 , ex 0303 69 10

F416

Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha

1 095

ex 0304 71 90

ex 0304 79 10

 

Fi fletti:

 

F417

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 451

F418

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 716

F419

fi fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

2 574

F420

fi fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

2 972

F421

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 990

ex 0304 95 25

F422

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

1 448

3.   

Pollakkju (Pollachius virens),

ex 0304 73 00

 

Fi fletti:

 

F424

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 611

F425

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 688

F426

fi fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

1 476

F427

fi fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

1 713

F428

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

1 895

ex 0304 95 40

F429

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

976

4.   

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

ex 0304 72 00

 

Fi fletti:

 

F431

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 241

F432

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 606

F433

fi fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

2 537

F434

fi fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

2 682

F435

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 988

5.   

Pollakkju tal-Alaska

 

 

Fi fletti:

 

ex 0304 75 00

F441

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 170

F442

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 298

6.   

Aringa

 

 

Ġnub tal-aringi

 

ex 0304 59 50

ex 0304 99 23

F450

ta’ aktar minn 80 g l-biċċa

510

F450

ta’ aktar minn 80 g l-biċċa

464


(1)  Il-kategoriji tal-freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar- Regolament (KE) Nru 104/2000.


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 198/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) u l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ tal-Unjoni ta’ kull prodott elenkat fl-Anness I għal dak ir-Regolament, għandhom ikunu ffissati abbażi ta’ kemm ikun frisk il-prodott, id-daqs jew il-piż u l-preżentazzjoni tal-prodott, billi jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni għall-kategorija tal-prodott ikkonċernat għal ammont ta’ mhux aktar minn 90 % tal-prezz ta’ gwida rilevanti.

(2)

Il-prezzijiet tal-irtirar jistgħu jiġu mmultiplikati b’fatturi ta’ aġġustament f’żoni tal-ħatt l-art li jkunu ’l bogħod ħafna miċ-ċentri ewlenin tal-konsum fl-Unjoni. Il-prezzijiet ta’ gwida għas-sena tas-sajd 2012 ġew iffissati għall-prodotti kollha kkonċernati bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2011 (2).

(3)

Sabiex l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012 ma tkunx imxekkla, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-fatturi ta’ konverżjoni użati biex jiġu kkalkulati l-prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 20 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għas-sena tas-sajd 2012 għall-prodotti elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament, huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ tal-Unjoni applikabbli għas-sena tas-sajd 2012 u l-prodotti li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness II.

Artikolu 3

Il-prezzijiet tal-irtirar applikabbli għas-sena tas-sajd 2012 f’żoni tal-ħatt l-art li huma ’l bogħod ħafna miċ-ċentri ewlenin tal-konsum fl-Unjoni, il-fatturi ta’ aġġustament użati għall-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet u l-prodotti relatati ma’ dawk il-prezzijiet huma stipulati fl-Anness III.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 346, 30.12.2011, p. 1.


ANNESS I

Fatturi ta’ konverżjoni għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (*)

Fatturi ta’ konverżjoni

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0,00

0,47

2

0,00

0,72

3

0,00

0,68

4a

0,00

0,43

4b

0,00

0,43

4c

0,00

0,90

5

0,00

0,80

6

0,00

0,40

7a

0,00

0,40

7b

0,00

0,36

8

0,00

0,30

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0,00

0,51

2

0,00

0,64

3

0,00

0,72

4

0,00

0,47

Mazzola griża

Squalus acanthias

1

0,60

0,60

2

0,51

0,51

3

0,28

0,28

Gattarell

Scyliorhinus spp.

1

0,64

0,60

2

0,64

0,56

3

0,44

0,36

Redfish

Sebastes spp.

1

0,00

0,81

2

0,00

0,81

3

0,00

0,68

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

0,72

0,52

2

0,72

0,52

3

0,68

0,40

4

0,54

0,30

5

0,38

0,22

Pollakkju (saithe)

Pollachius virens

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,71

0,55

4

0,61

0,30

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,62

0,43

4

0,52

0,36

Merlangu

Merlangius merlangus

1

0,66

0,50

2

0,64

0,48

3

0,60

0,44

4

0,41

0,30

Ling

Molva spp.

1

0,68

0,56

2

0,66

0,54

3

0,60

0,48

Kavall tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0,00

0,72

2

0,00

0,71

3

0,00

0,69

Kavall ta’ Spanja tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0,00

0,77

2

0,00

0,77

3

0,00

0,63

4

0,00

0,47

Inċovi

Engraulis spp.

1

0,00

0,68

2

0,00

0,72

3

0,00

0,60

4

0,00

0,25

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

1

0,75

0,41

2

0,75

0,41

3

0,72

0,41

4

0,52

0,34

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

0,90

0,71

2

0,68

0,53

3

0,68

0,52

4

0,56

0,43

5

0,52

0,41

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

0,68

0,64

2

0,60

0,56

3

0,54

0,49

4

0,34

0,29

Dab

Limanda limanda

1

0,71

0,58

2

0,54

0,42

Barbun

Platichthys flesus

1

0,66

0,58

2

0,50

0,42

Albacore jew tonn alonga

Thunnus alalunga

1

0,90

0,81

2

0,90

0,77

Siċċ

Sepia officinalis u

Rossia macrosoma

1

0,00

0,64

2

0,00

0,64

3

0,00

0,40


Speċi

Daqs (**)

Fattur ta’ konverżjoni

 

Ħut sħiħ

Ħut bla ras (**)

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Xkatlu komuni

Lophius spp.

1

0,61

0,77

 

2

0,78

0,72

3

0,78

0,68

4

0,65

0,60

5

0,36

0,43

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

 

Extra, A (**)

 

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

0,59

 

 

2

0,27

 

 

Imsajjar fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Gambli kbar tal-fond

Pandalus borealis

1

0,77

0,68

 

2

0,27

 

 

Sħiħ (**)

 

 

Granċi li jittieklu

Cancer pagurus

1

0,72

 

 

2

0,54

 

 

Sħiħ (**)

 

Dnieb (**)

E’ (**)

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Ksampu

Nephrops norvegicus

1

0,86

0,86

0,81

2

0,86

0,59

0,68

3

0,77

0,59

0,50

4

0,50

0,41

0,41

 

 

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

Ħut sħiħ (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Lingwata

Solea spp.

1

0,75

0,58

 

2

0,75

0,58

3

0,71

0,54

4

0,58

0,42

5

0,50

0,33


(*)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk iddefiniti skont l-Artikolu 2 tar- Regolament (KE) Nru 104/2000.

(**)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk iddefiniti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS II

Prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodotti elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (*)

Prezz tal-irtirar (EUR/tunnellata)

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0

133

2

0

203

3

0

192

4a

0

121

4b

0

121

4c

0

254

5

0

226

6

0

113

7a

0

113

7b

0

102

8

0

85

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0

293

2

0

367

3

0

413

4

0

270

Mazzola griża

Squalus acanthias

1

674

674

2

573

573

3

314

314

Gattarell

Scyliorhinus spp.

1

455

427

2

455

398

3

313

256

Redfish

Sebastes spp.

1

0

996

2

0

996

3

0

836

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

1 161

839

2

1 161

839

3

1 097

645

4

871

484

5

613

355

Pollakkju (saithe)

Pollachius virens

1

593

461

2

593

461

3

584

453

4

502

247

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

702

546

2

702

546

3

605

419

4

507

351

Merlangu

Merlangius merlangus

1

595

451

2

577

433

3

541

397

4

370

271

Ling

Molva spp.

1

800

659

2

776

635

3

706

564

Kavall tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0

236

2

0

233

3

0

226

Kavall ta’ Spanja tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0

226

2

0

226

3

0

185

4

0

138

Inċovi

Engraulis spp.

1

0

862

2

0

913

3

0

761

4

0

317

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 2012

1

758

415

2

758

415

3

728

415

4

526

344

mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Diċembru 2012

1

1 048

573

2

1 048

573

3

1 006

573

4

726

475

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

2 912

2 297

2

2 200

1 715

3

2 200

1 682

4

1 812

1 391

5

1 682

1 326

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

1 608

1 514

2

1 419

1 324

3

1 277

1 159

4

804

686

Dab

Limanda limanda

1

562

459

2

427

332

Barbun

Platichthys flesus

1

325

286

2

247

207

Albacore jew tonn alonga

Thunnus alalunga

1

2 149

1 898

2

2 149

1 804

Siċċ

Sepia officinalis u Rossia macrosoma

1

0

1 163

2

0

1 163

3

0

727

 

 

Ħut sħiħ

Ħut bla ras (*)

Ħut imnaddaf, bir-ras (*)

 

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Xkatlu komuni

Lophius spp.

1

1 756

4 585

2

2 246

4 288

3

2 246

4 049

4

1 871

3 573

5

1 036

2 561

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

Extra, A (*)

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

1 401

2

641

 

 

Imsajjar fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Gambli kbar tal-fond

Pandalus borealis

1

5 288

1 114

2

1 854


Speċi

Daqs (**)

Prezzijiet tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

 

Sħiħ (**)

 

Granċi li jittieklu

Cancer pagurus

1

1 219

 

 

2

914

 

 

 

 

Sħiħ (**)

Dnieb (**)

E’ (**)

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Ksampu

Nephrops norvegicus

1

4 469

4 469

3 272

2

4 469

3 066

2 747

3

4 001

3 066

2 020

4

2 598

2 130

1 656

 

 

Ħut imnaddaf, bir-ras (**)

Ħut sħiħ (**)

 

Extra, A (**)

Extra, A (**)

Lingwata

Solea spp.

1

5 183

4 008

 

2

5 183

4 008

 

3

4 907

3 732

 

4

4 008

2 903

 

5

3 456

2 281

 


(*)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk iddefiniti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(**)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk iddefiniti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS III

Prezzijiet tal-irtirar f’żoni tal-ħatt l-art li huma ’l bogħod ħafna miċ-ċentri ewlenin tal-konsum

Speċi

Żona tal-ħatt

Fattur ta’ aġġustament

Daqs (*)

Prezz tal-irtirar (EUR/tunnellata)

Ħut imnaddaf bir-ras (*)

Ħut sħiħ (*)

Extra, A (*)

Extra, A (*)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer tal-Irlanda

0,90

1

0

119

2

0

183

3

0

173

4a

0

109

Ir-reġjuni kostali fil-Lvant tal-Ingilterra minn Berwick sa Dover

Ir-reġjuni kostali tal-Iskozja minn Portpatrick sa Eyemouth u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u fit-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni

Ir-reġjuni kostali ta’ County Down (L-Irlanda ta’ Fuq)

0,90

1

0

119

2

0

183

3

0

173

4a

0

109

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer tal-Irlanda

0,96

1

0

227

2

0

224

3

0

217

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,95

1

0

224

2

0

221

3

0

215

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

Ir-reġjuni kostali minn Troon (fil-Lbiċ tal-Iskozja) sa Wick (fil-Grigal tal-Iskozja) u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u fit-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni

0,75

1

2 184

1 723

2

1 650

1 286

3

1 650

1 262

4

1 359

1 043

5

1 262

995

Albacore jew tonn alonga

Thunnus alalunga

Il-gżejjer tal-Azores u Madeira

0,48

1

1 032

911

2

1 032

866

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

Il-Gżejjer Kanarji

0,48

1

0

141

2

0

176

3

0

198

4

0

129

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,74

1

0

217

2

0

272

3

0

306

4

0

200

Ir-reġjuni kostali Atlantiċi tal-Portugall

0,93

2

0

342

0,81

3

0

335


(*)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk iddefiniti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 199/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi biex jitħallas kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prodotti elenkati fil-partijiet A u B tal-Anness I għal dak ir-Regolament. L-ammont ta’ kumpens finanzjarju bħal dan għandu jkun imnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni [ir-rimi] ta’ ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta’ kif wieħed jista’ jarmi l-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat fuq livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ rimi, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn dan ir-rimi fl-Istati Membri varji.

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ kumpens finanzjarju għall-irtirar ta’ ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni tal-produtturi jew wieħed mill-membri tagħha jqiegħed il-prodotti tiegħu għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih ikun irrikonoxxut, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa dak fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun rikonoxxuta. Il-valur standard li għandu jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f’dak l-Istat Membru.

(4)

L-istess metodu ta’ kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq kumpens finanzjarju kif ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000.

(5)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2012, il-valuri standard li jridu jintużaw biex jiġi kkalkulat il-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu fuq il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-valur standard li jrid jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun rikonoxxuta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

(3)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.


ANNESS

Valuri standard

L-użu ta’ prodotti rtirati mis-suq

EUR/tunnellata

1.

Użu wara l-ipproċessar f’ikel (għalf għall-annimali):

 

(a)

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus:

 

id-Danimarka u l-Isvezja

50

ir-Renju Unit

50

Stati Membri oħra

15

Franza

2

(b)

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli kbar tal-fond (Pandalus borealis)

 

id-Danimarka u l-Isvezja

0

Stati Membri oħra

10

(c)

Prodotti oħrajn:

 

id-Danimarka:

40

l-Isvezja, il-Portugall u l-Irlanda

20

ir-Renju Unit

20

Stati Membri oħra

1

2.

Użu frisk jew ippriservat (għalf għall-annimali)

 

(a)

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus u inċovi (Engraulis spp.):

 

l-Istati Membri kollha

8

(b)

Prodotti oħra:

 

l-Isvezja

0

Franza

25

Stati Membri oħra

30

3.

Użu bħala lixka

 

Franza

55

Stati Membri oħra

20

4.

Użu għal skopijiet oħra għajr għall-għalf għall-annimali

0


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 200/2012

tat-8 ta' Marzu 2012

li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f’qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (1) u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għandu l-għan li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi sabiex jikxfu u jikkontrollaw, fost l-oħrajn, is-salmonella fl-istadji kollha rilevanti u partikolarment fil-livell tal-produzzjoni primarja, jiġifieri f’qatgħat, sabiex titnaqqas il-prevalenza ta' patoġeni żoonotiċi fl-ikel u għalhekk ir-riskju li jippreżentaw għas-saħħa pubblika.

(2)

L-Artikolu 4 (5) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jipprevedi l-miri tal-Unjoni li għandhom jiġu stabbiliti għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi tas-Salmonella kollha b’sinifikat għas-saħħa pubblika fil-brojlers. Dak it-tnaqqis huwa l-qofol biex jiżgura li l-kriterji għal Salmonella fil-laħam frisk tal-brojlers stipulat fil-Parti E tal-Anness II ta' dak ir-Regolament u fil-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 fuq il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti alimentari (2) jistgħu jintlaħqu.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jipprevedi li l-mira tal-Unjoni tinkludi espressjoni numerika tal-persentaġġ massimu ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li jibqgħu pożittivi u/jew il-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis fil-għadd ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li jibqgħu pożittivi, il-limitu massimu ta’ żmien li fih għandha tintlaħaq il-mira, kif ukoll id-definizzjoni tal-iskemi ta’ ttestjar meħtieġa biex ikun verifikat li l-mira ntlaħqet. Għandha tinkludi wkoll definizzjoni, fejn xieraq, tas-serotipi b’sinifikat għas-saħħa pubblika.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula li meta tkun se tiġi stabbilita l-mira tal-Unjoni għandha titqies l-esperjenza miksuba mill-miżuri nazzjonali eżistenti u mit-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni jew lill-Awtorità dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) skont ir-rekwiżiti attwali tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qafas tat-tagħrif stipulat fid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha.

(5)

L-Artikolu 1 paragrafu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda mira Komunitarja biex titnaqqas il-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium fil-brojlers u jitneħħa r-Regolament (KE) Nru 1091/2005 (4), jiffissa l-mira għat-tnaqqis tal-ogħla perċentwal ta' qatgħat ta' brojlers li jibqgħu pożittivi għal dawk iż-żewġ serotipi tas-Salmonella ta 1 % jew anqas sal-31 ta' Diċembru 2011.

(6)

Ir-Rapport Sommarju tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tendenzi u s-Sorsi taż-Żoonożi, l-Aġenti Żoonetiċi u t-Tifqigħat li Jinġarru fl-Ikel fl-2009 (5) wera li s-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium huma s-serovars assoċjati l-aktar spiss mal-mard uman. Fl-2009 kien hemm tnaqqis importanti fil-każijiet ta' infezzjonijiet fil-bniedem ikkawżati mis-Salmonella enteritidis, filwaqt li ġiet osservata żieda fil-każijiet tas-Salmonella typhimurium.

(7)

F’Lulju 2011, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar stima kwantitattiva tal-impatt fuq is-saħħa pubblika ta' twaqqif ta' mira ġdida għat-tnaqqis tas-Salmonella fil-brojlers (6). Ikkonkludiet li s-Salmonella enteritidis hija trażmessa bl-aktar suċċess minn serotip tas-Salmonella żoonotika mill-ġenitur lill-wild fit-tjur. L-EFSA osservat ukoll li l-miżuri tal-kontroll mill-Unjoni għall-brojlers kkontribwew għal tnaqqis konsiderevoli fin-numru ta' każijiet tas-salmonellożi umana assoċjati mal-brojlers meta wieħed iqabbel mas-sitwazzjoni fl-2006. Il-mira għandha għalhekk tiġi kkonfermata.

(8)

Il-varjanti monofażiċi tas-Salmonella typhimurium żviluppaw biex ikunu fost l-aktar serotipi tas-Salmonella frekwentement misjuba f’bosta speċi ta’ annimali u iżolati kliniċi minn bnedmin fis-snin riċenti. L-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA 2010 dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' riskju għas-saħħa pubblika ta' "Varjanti li jixbhu lis-Salmonella typhimurium" adottata fit-22 ta' Settembru 2010 (7) iddikjarat ukoll li l-varjanti monofażiċi tas-Salmonella typhimurium mal-formula antiġenika 1,4,[5],12: i: -, li tinkludi varjanti bl-antiġenu O5 u mingħajru, iridu jitqiesu li huma varjanti tas-Salmonella typhimurium u li jikkawżaw xi riskju għas-saħħa pubblika paragunabbli għal dak ta' varjanti oħra tas-Salmonella typhimurium. Il-varjanti tas-Salmonella typhimurium mal-formula antiġenika 1,4,[5],12:i: - għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-mira.

(9)

Biex jiġi vverifikat jekk il-mira tal-Unjoni tkunx intlaħqet, huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni ta' qatgħat tal-brojlers ripetutament. Sabiex jiġu evalwati u jitqabblu r-riżultati, huwa meħtieġ li tiġi deskritta skema komuni tal-ittestjar biex ikun ivverifikat jekk il-mira tal-Unjoni tkunx intlaħqet.

(10)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (8), tressqu għal kofinanzjament mill-Unjoni programmi nazzjonali ta' kontroll biex tinkiseb il-mira tal-Unjoni għall-2012 għall-qatgħat tal-brojlers tal-ispeċi Gallus gallus. L-emendi tekniċi introdotti fl-Anness għal dan ir-Regolament huma applikabbli direttament. Bħala riżultat, il-Kummissjoni ma għandhiex bżonn terġa’ tapprova mill-ġdid programmi nazzjonali ta' kontroll li jimplimentaw dan ir-Regolament. Għalhekk mhuwiex meħtieġ perjodu tranżitorju.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mira tal-Unjoni

1.   Il-mira tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium fil-brojlers (“mira tal-Unjoni”) għandha tkun ta' tnaqqis ta' persentaġġ massimu annwali ta' qatgħat tal-brojlers li jibqgħu pożittivi għas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium ta' 1 % jew anqas.

Rigward is-Salmonella typhimurium monofażika, fil-mira tal-Unjoni għandhom jiġu inklużi s-serotipi bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:-.

2.   L-iskema ta' ttestjar meħtieġa biex tivverifika l-progress fil-kisba tal-mira tal-Unjoni hi stipulata fl-Anness ("l-iskema ta' ttestjar").

Artikolu 2

Ir-reviżjoni tal-mira tal-Unjoni

Il-mira tal-Unjoni għandha tiġi riveduta mill-Kummissjoni billi tikkunsidra l-informazzjoni miġbura skont l-iskema ta' ttestjar u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(6)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

Artikolu 3

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 646/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 646/2007 għandu jiġi rrevokat.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

(4)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.

(5)  EFSA Journal 2011; 9(3):2090.

(6)  EFSA Journal 2011; 9(7):2106.

(7)  EFSA Journal 2010; 8(10):1826.

(8)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.


ANNESS

Skema ta’ ttestjar neċessarja biex tkun ivverifikata l-kisba tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)

1.   QAFAS GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

Il-qafas għat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi l-qatgħat kollha tal-brojlers tal-ispeċi Gallus gallus (‘il-brojlers’) fil-qafas tal-programmi ta' kontroll nazzjonali stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

2.   MONITORAĠĠ TAL-BROJLERS

2.1.   Frekwenza kampjunarja

(a)

L-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jieħdu kampjun mill-qatgħat tal-brojlers kollha fi żmien tliet ġimgħat qabel il-qatla.

B'deroga mill-obbligu stipulat tal-ikkampjunar stipulat fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' tipprovdi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jieħdu kampjun minn tal-anqas qatgħa waħda ta' brojlers għal kull sensiela ta' kampjunar għall-azjendi b'aktar minn merħla waħda meta:

(i)

tintuża sistema ta’ kollha ġewwa/kollha barra fil-qatgħat kollha fl-azjenda;

(ii)

il-qatgħat kollha jiġu mmaniġjati l-istess;

(iii)

il-provvista tal-għalf u l-ilma huma komuni għall-qatgħat kollha;

(iv)

matul mill-inqas l-aħħar sitt sensieli, ikunu twettqu mill-awtorità kompetenti testijiet għas-Salmonella spp. skont l-iskema ta’ teħid tal-kampjuni stipulati fl-ewwel subparagrafu fil-qatgħat kollha fl-azjenda u l-kampjuni tal-qatgħat kollha ta’ mill-anqas sensiela waħda;

(v)

ir-riżultati kollha mill-ittestjar skont l-ewwel subparagrafu u fil-punt (b) għas-Salmonella enteritidis jew Salmonella typhimurium kienu negattivi.

B'deroga mill-obbligi tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti f'dan il-punt, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-teħid tal-kampjuni fl-aħħar sitt ġimgħat qabel id-data tal-qatla fil-każ li l-brojlers jew huma miżmuma iktar minn 81 jum jew jaqgħu taħt produzzjoni organika ta’ brojlers skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (1).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tinkludi kull sena ta’ mill-anqas qatgħa waħda ta’ brojlers fuq 10 % tal-impriżi b'aktar minn 5 000 għasfur. Dak l-ikkampjunar jista' jsir fuq bażi ta' riskju u kull darba li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah neċessarju.

It-teħid ta’ kampjuni mwettaq mill-awtorità kompetenti jista’ jieħu post it-teħid ta’ kampjuni mill-operatur tan-negozju tal-ikel kif mitlub mill-punt (a).

2.2.   Il-protokoll tal-kampjunar

2.2.1.   Struzzjonijiet ġenerali għal kampjunar

L-awtorità kompetenti jew l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiżgura li l-kampjuni jittieħdu minn persuni mħarrġa għal dak il-għan.

Mill-anqas żewġ pari ta' boot swabs għandhom jittieħdu bħala kampjun. Il-boot swabs jitpoġġew fuq il-boots u jittieħed il-kampjun permezz tal-mixi madwar il-bini fejn jinżammu t-tjur. Swabs minn qatgħa waħda ta’ brojlers jistgħu jinġabru f'kampjun wieħed.

Qabel ma jintlibsu l-boot swabs, il-wiċċ tagħhom għandu jixxarrab b':

(a)

l-applikazzjoni tad-dilwenti ta' rkupru massimu (MRD: 0,8% klorur tas-sodju, 0,1% peptun f'ilma sterili dejonizzat);

(b)

l-applikazzjoni ta’ ilma sterili;

(c)

l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dilwenti oħra approvati mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003; jew

(d)

li jiġu awtoklavati f'kontenitur flimkien mad-dilwenti.

Il-mod kif għandhom jixxarrbu l-boot swabs għandu jkun li jiġi mferra’ ġewwa fihom il-likwidu qabel ma jintlibsu jew li jitħawdu f'kontenitur bid-dilwent.

Għandu jkun żgurat li t-taqsimiet kollha f'bini ta' azjenda huma rrappreżentati fil-kampjun b'mod proporzjonat. Kull par boot swabs għandu jkopri madwar 50% taż-żona tal-bini.

Wara t-tlestija tal-kampjunar, is-swabs għandhom jitneħħew bil-galbu mill-boots sabiex ma jiċċaqlaqx il-materjal aderenti. Il-boot swabs jistgħu jinqalbu ta' ġewwa barra biex jinżamm il-materjal. Għandhom jitpoġġew f'borża jew kontenitur u titwaħħlilhom tikketta.

L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li żżid l-għadd minimu ta' kampjuni sabiex tiżgura teħid ta' kampjuni rappreżentattiv abbażi ta' evalwazzjoni tal-każijiet, wieħed wieħed, tal-parametri epidemjoloġiċi, jiġifieri l-kundizzjonijiet ta' bijosigurtà, it-tqassim jew id-daqs tal-qatgħa.

Jekk l-awtorità kompetenti tapprova dan, par wieħed ta’ boot swabs jista’ jiġi sostitwit minn kampjun ta' 100g trab miġbur minn diversi postijiet fil-bini kollu minn uċuħ bi preżenza viżibbli ta’ trab. Bħala alternattiva, swab wieħed jew aktar tad-drapp niedi b'superfiċi kkumbinata ta' mill-inqas 900 cm2 jistgħu jintużaw biex jiġbru trab minn superfiċji multipli f'kull parti tal-bini. Kull swab għandu jkun miksi sew bit-trab fuq iż-żewġ naħat.

2.2.2.   Struzzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta' azjendi

(a)

Għall-qatgħat imrobbija fil-ftuħ, il-kampjuni għandhom jinkisbu biss ġewwa l-bini.

(b)

Meta l-aċċess għad-djar ma jkunx possibbli minħabba l-ispazju limitat f’qatgħat b'inqas minn 100 brojler, u għalhekk ma jkunx possibbli li jintużaw il-boot swabs waqt il-mixi, dawn jistgħu jiġu sostitwiti mill-istess tip ta' swabs tal-idejn tad-drapp li jintużaw għat-trab; dawn jingħorku fuq uċuħ ikkontaminati b'rawt frisk, jew jekk dan ma jkunx fattibbli, permezz ta' tekniki tat-teħid tal-kampjuni tar-rawt oħra xierqa għall-iskop maħsub.

2.2.3.   Teħid ta' kampjuni mill-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tissodisfa ruħha billi twettaq testijiet ulterjuri u/jew kontrolli dokumentati kif xieraq biex tivverifika li r-riżultati mhumiex alterati permezz tal-preżenza tal-antimikrobiċi jew sustanzi li ma jippermettux it-tkabbir ta' batterji oħra.

Fejn ma tinstabx il-preżenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium iżda jinstabu antimikrobiċi jew l-effett inibitorju tal-formazzjoni tal-batterji, il-qatgħa tal-brojlers għandha tkun ikkunsidrata bħala infettata għall-għan tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.2.4.   It-Trasport

Il-kampjuni għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien żejjed, jew permezz tal-posta express jew kurjer, lil-laboratorji msemmija fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Matul it-trasport għandhom jiġu protetti minn sħana ta' aktar minn 25°C u mill-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx.

Fejn mhuwiex possibbli li jintbagħtu l-kampjuni fi żmien 24 siegħa mill-ħin li fih jittieħdu l-kampjuni, dawn għandhom jinħażnu fil-kesħa.

3.   ANALIŻI FIL-LABORATORJU

3.1.   Tħejjija tal-kampjuni

Fil-laboratorju, il-kampjuni għandhom jinżammu fil-kesħa sal-eżaminazzjoni. L-eżami għandu jibda fi żmien 48 siegħa mill-ħin tal-wasla tal-kampjuni u fi żmien erbat ijiem mid-data tat-teħid tal-kampjuni.

Il-kampjuni tat-trab għandhom ikunu analizzati separatament. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tgħaqqadhom ma' par boot swabs għall-analiżi.

Il-kampjun għandu jiddawwar sakemm jassorbi kollox u l-kolturazzjoni għandha titkompla bl-użu tal-metodu ta’ stħarriġ stipulat fil-punt 3.2.

Iż-żewġ pari ta' boot swabs għandhom jinħarġu bil-galbu mill-ippakkjar biex jiġi evitat li jinqala’ materjal ta’ rawt, jinġabru flimkien u jitpoġġew f’225 ml ta’ ilma tal-peptun li jkun newtralizzat (Buffered Peptone Water - BPW) imsaħħan minn qabel għal temperatura tal-kamra, jew 225 ml tad-dilwent hu miżjud direttament ma' żewġ pari ta’ boot swabs fil-kontenitur tagħhom kif ikun wasal fil-laboratorju.

Il-boot swabs għandhom jiġu mgħarrqa kompletament fil-BPW biex jipprovdu likwidu ħieles biżżejjed madwar il-kampjun għall-migrazzjoni tas-Salmonella mill-kampjun u għalhekk jista’ jiżdied aktar BPW jekk ikun meħtieġ.

Jekk l-istandards tal-EN/ISO dwar il-preparazzjoni tar-rawt għall-individwazzjoni tas-Salmonella jkun hemm ftehim dwarhom, dawn għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet dwar il-preparazzjoni tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti f'dan il-punt kif jixraq.

3.2.   Metodu ta’ individwazzjoni

L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. għandha titwettaq skont l-Emenda 1 tal-EN/ISO 6579 “Il-mikrobijoloġija tal-ikel u l-għalf tal-annimali – Metodu orizzontali għall-individwazzjoni tas-Salmonella spp. – Emenda 1: Anness D: L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. fir-rawt tal-annimali u fil-kampjuni ambjentali mill-istadju primarju ta’ produzzjoni” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni.

3.3.   Is-serotipar

Għandu jkun serotipizzat tal-anqas iżolat wieħed minn kull kampjun pożittiv meħud mill-awtorità kompetenti, u dan skont l-iskema attwali White-Kauffmann-Le Minor.

L-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw li għall-iżolati kollha, tal-anqas ikun eskluż li ma jappartjenux għas-serotipi Salmonella enteritidis u Salmonella typhimurium.

3.4.   Metodi alternattivi

Fir-rigward tal-kampjuni meħuda fuq inizjattiva tal-operatur fin-negozju tal-ikel, il-metodi tal-analiżi previsti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistgħu jintużaw minflok il-metodi għall-preparazzjoni tal-kampjuni, il-metodi ta’ individwazzjoni u s-serotipi previsti f’punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta’ dan l-Anness, jekk ivvalidati skont l-EN/ISO 16140.

3.5.   Ħżin ta’ varjanti

L-awtorità kompetenti għandha tassigura li mill-inqas varjant iżolat wieħed tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella mill-kampjuni bħala parti mill-kontrolli uffiċjali ta' kull bini u ta' kull sena jinħażen għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità antimikrobika futura, u dan bl-użu ta' metodi normali għal ġbir tal-kultura, hekk li tkun żgurata l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta' sentejn mid-data tal-analiżi.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li iżolati minn teħid ta' kampjuni minn operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jinħażnu għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità antimikrobika fil-futur biex jipprovdu għall-iżolati li jridu jiġu ttestjati skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE (3).

4.   RIŻULTATI U RAPPURTAR

4.1.   Kalkolu tal-prevalenza għall-verifika tal-mira tal-Unjoni

Qatgħa ta' brojlers għandha titqies pożittiva għall-iskop tal-verifika tat-twettiq tal-mira tal-Unjoni meta l-preżenza tas-Salmonella enteritidis u/jew s-Salmonella typhimurium (għajr il-varjanti tal-vaċċin) kienet individwata fil-qatgħa.

Il-qatgħat tal-brojlers għandhom jingħaddu darba biss kull sensiela, irrispettivament min-numru tat-teħid tal-kampjuni u tal-operazzjonijiet tal-ittestjar u jkunu rrapportati biss fis-sena tal-ewwel kampjunar pożittiv.

4.2.   Rappurtar

Ir-rappurtar għandu jinkludi:

(a)

l-għadd totali tal-qatgħat tal-brojlers li jkunu ġew ittestjati mill-inqas darba matul is-sena ta' rappurtar;

(b)

l-għadd totali tal-qatgħat maħsuba għall-bajd li jkunu nstabu pożittivi għal xi serotip tas-Salmonella fl-Istat Membru;

(c)

l-għadd ta’ qatgħat tal-brojlers li jinstabu pożittivi mill-inqas darba għas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium inklużi l-varjanti monofażiċi mal-formula antiġenika 1,4, [5], 12: i: -;

(d)

l-għadd ta' qatgħat tal-brojlers li jkunu nstabu pożittivi għal kull serotip tas-Salmonella jew għal Salmonella mhux speċifikata (iżolati li ma ngħatawx tip jew serotip).

L-informazzjoni għandha tingħata separatament għall-kampjunar ġenerali fi ħdan il-programm ta' kontroll nazzjonali tas-Salmonella kif previst fil-punt 2.1. (a) u (b), it-teħid tal-kampjuni permezz tal-operaturi tan-negozju tal-ikel kif previst fil-punt 2.1. (a) u t-teħid tal-kampjuni permezz tal-awtoritajiet kompetenti kif previst fil-punt 2.1. (b)

Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala tagħrif rilevanti dwar il-katina alimentari kif stipulat fit-Taqsima III tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Tal-anqas l-informazzjoni li ġejja għandha ssir disponibbli għall-awtorità kompetenti minn kull qatgħa ta’ brojlers ittestjata:

(a)

ir-referenza dwar l-azjenda, li tibqa' unika fiż-żmien;

(b)

ir-referenza dwar il-bini fl-azjenda, li tibqa' unika fiż-żmien;

(c)

ix-xahar li fih ittieħdu l-kampjuni.

Ir-riżultati u kull informazzjoni rilevanti addizzjonali għandhom jiġu rrapportati bħala parti mir-rapport dwar it-tendenzi u s-sorsi previsti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE (5).

L-operatur tan-negozju tal-ikel għandu javża lill-awtorità kompetenti dwar l-invidwazzjoni kkonfermata tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium mingħajr dewmien żejjed. L-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jagħti struzzjonijiet lil-laboratorju tal-analiżi biex jaġixxi skont dan.


(1)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 153, 14.6.2007, p. 26.

(4)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(5)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/37


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza nitroxinil

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi ("MRL") għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward il-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stipulati fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

In-nitroxinil bħalissa hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata għall-ispeċi bovini u ovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(4)

L-Irlanda ressqet rikjesta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal opinjoni għall-estrapolazzjoni tal-entrata eżistenti għan-nitroxinil applikabbli għall-ħalib tal-bovini u l-ovini.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li jiġi stabbilit livell massimu ta’ residwi (“MRL”) għan-nitroxinil għall-ħalib mill-bovini u l-ovini biex titneħħa d-dispożizzjoni ‘Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem’.

(6)

L-entrata eżistenti għan-nitroxinil fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għaldaqstant għandha tiġi emendata biex tinkludi l-MRL rrakkomandat għall-ħalib mill-bovini u l-ovini u biex titneħħa d-dispożizzjoni eżistenti “Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem”.

(7)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL ġodda stabbiliti.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta’ Mejju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-entrata għan-nitroxinil fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva farmakoloġikament

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn

(skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

"Nitroxinil

Nitroxinil

Bovini, ovini

400  μg/kg

Il-muskoli

 

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti"

200  μg/kg

Ix-xaħam

20  μg/kg

Il-fwied

400  μg/kg

Il-kliewi

20  μg/kg

Il-ħalib


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-Anness mar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza fattur stimolanti tal-kolonja tal-granuloċiti bovini pegilati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi ("MRL") għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex jiġu stabbiliti limiti massimi ta' residwi għall-fattur stimolanti tal-kolonja tal-granuloċiti bovini pegilati fl-ispeċi bovina.

(4)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju rrakkomanda li ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit MRL għall-fattur stimolanti tal-kolonja tal-granuloċiti bovini pegilati fl-ispeċi bovina.

(5)

Għaldaqstant, it-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata biex tinkludi s-sustanza fattur stimolanti tal-kolonja tal-granuloċiti bovini pegilati fl-ispeċi bovina.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, is-sustanza li ġejja qed tiddaħħal fl-ordni alfabetika:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwi

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti Kkonċernati

Dispożizzjonijiet Oħra (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

"Fattur stimolanti tal-kolonja tal-granuloċiti bovini pegilati

Mhux applikabbli

Bovina

MRL mhux meħtieġ

Mhux applikabbli

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Bijoloġiku / Immunomodulatur"


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/42


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 203/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x'jaqsam ma' regoli dettaljati dwar l-inbid organiku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(3), l-Artikoli 21(2), 22(1), 38(a) u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u b’mod partikulari l-Kapitolu 4 tat-Titolu III tiegħu jistabilixxi rekwiżiti bażiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni organika tal-ikel proċessat. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti bażiċi ġew stabiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiċi (2).

(2)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-produzzjoni tal-inbid organiku fir-Regolament (KE) Nru 889/2008. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (3).

(3)

L-ipproċessar tal-inbid organiku jeħtieġ l-użu ta’ ċerti prodotti u sustanzi bħal addittivi jew aġenti tal-ipproċessar, taħt kundizzjonijiet iddefiniti sew. Għal dak l-għan u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju li jkopri l-Unjoni kollha dwar "Il-vitikultura u vinikultura organiċi: l-iżvilupp ta’ teknoloġiji favorevoli għall-ambjent u għall-konsumatur għat-titjib tal-kwalità tal-inbid organiku u qafas leġiżlattiv b'bażi xjentifika" ("Organic viticulture and wine-making: development of environment and consumer friendly technologies for organic wine quality improvement and scientifically based legislative framework" magħruf ukoll bħala "ORWINE") (4), l-użu ta’ tali prodotti u sustanzi għandu jkun permess skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(4)

Ċerti prodotti u sustanzi, li jintużaw bħala adittivi u aġenti tal-ipproċessar għall-prattiki enoloġiċi skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (5), huma derivati minn materja prima ta’ oriġini agrikola. F'tali każijiet il-materja prima tista' tkun disponibbli fis-suq fil-forma organika. Sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp tad-domanda tagħhom fis-suq, għandha tingħata preferenza lill-użu ta’ addittivi u aġenti tal-ipproċessar derivati minn materja prima minn biedja organika.

(5)

Il-prattiki u t-tekniki għall-produzzjoni tal-inbid huma stabbiliti fuq il-livell tal-Unjoni fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-regoli implimentattivi tiegħu kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 606/2009 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (6). L-użu ta’ dawn il-prattiki u tekniki fil-vinikultura organika jista' jkun li mhux konformi mal-għanijiet u l-prinċipji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u partikolarment mal-prinċipji speċifiċi applikabbli għall-ipproċessar tal-ikel organiku, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabiliti restrizzjonijiet u limitazzjonijiet speċifiċi għal ċerti prattiki u proċessi enoloġiċi.

(6)

Ċerti prattiki oħrajn li huma użati ħafna fl-ipproċessar tal-ikel huma wkoll disponibbli għall-vinikultura, u jista’ wkoll ikollhom xi effetti fuq ċerti karatteristiċi essenzjali tal-prodotti organiċi, u għaldaqstant fuq in-natura proprja tagħhom, imma bħalissa ma hemm l-ebda teknika alternattiva għalihom. Dan japplika għat-trattamenti bis-sħana, filtrazzjoni, osmożi inversa u l-użu tar-reżini ta' skambju joniku. Konsegwentement, dawk il-prattiki jridu jkunu disponibbli għall-produtturi tal-inbid organiku, imma l-użu tagħhom għandu jkun ristrett. Possibbilità għar-rieżaminazzjoni tat-trattament bis-sħana, bir-reżini ta’ skambju joniku u bl-ożmożi inversa għandha tiġi prevista f'waqtha.

(7)

Prattiki u proċessi enoloġiki li jistgħu jiżgwidaw fir-rigward tan-natura proprja tal-prodotti organiċi għandhom jiġu esklużi mill-vinikultura organika. Dan japplika għall-konċentrazzjoni bit-tkessiħ, id-dealkolizzazzjoni, l-eliminazzjoni tad-dijossidu tal-kubrit by proċess fiżiku, eletrodialiżi u l-użu ta’ skambjaturi ta’ katjoni minħabba dawk il-prattiki enoloġiċi jbiddlu konsiderevolment il-kompożizzjoni tal-prodott tal-punt li jistgħu jiżgwidaw dwar in-natura proprja tal-inbid organiku. Għall-istess finijiet, l-użu jew ż-żieda ta’ ċerti sustanzi jistgħu jiżgwidaw ukoll rigward in-natura proprja tal-inbid organiku. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat li tali sustanzi ma għandhomx jintużaw jew jiġu miżjuda bħala prattiki enoloġiċi organiċi u pproċessar ta’ trattament.

(8)

Fir-rigward tas-sulfiti b'mod aktar speċifiku, ir-riżultati tal-istudju ORWINE juru li t-tnaqqis fil-livell tad-dijossidu tal-kubrit fl-inbejjed magħmula minn għeneb organiku diġà ntlaħaq mill-produtturi tal-inbid organiku fl-Unjoni, meta mqabbel mal-kontenut massimu ta’ dijossidu tal-kubrit li jiġi awtorizzat għall-inbejjed mhux organiċi. Għaldaqstant, jaqbel li jiġi ffissat kontenut massimu tal-kubrit speċifiku għall-inbejjed organiċi, li għandu jkun inqas mil-livell awtorizzat għall-inbejjed mhux organiċi. Il-kwantitajiet meħtieġa ta’ dijossidu tal-kubrit jiddependu mill-kategoriji varji tal-inbejjed, kif ukoll minn ċerti karatteristiċi intrinsiċi tal-inbid, speċifikament il-kontenut ta’ zokkor, li għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-kontenut ta’ dijossidu tal-kubrit speċifiku għall-inbejjed organiċi. Madankollu, il-kundizzjonijiet estremi tat-temp jistgħu jipprovokaw diffikultajiet f'ċerti żoni vinikoli, li jwasslu għall-ħtieġa li jintużaw ammonti supplimentari ta’ sulfiti fit-tħejjija tal-inbejjed biex tintlaħaq l-istabbiltà tal-prodott finali ta’ dik is-sena. Għaldaqstant, għandha tkun permessa ż-żieda fil-kontenut massimu tad-dijossidu tal-kubrit meta jokkorru tali kundizzjonijiet.

(9)

L-inbid huwa prodott b'ħajja ta' ħżin twila, u ċerti nbejjed ikunu tradizzjonalment maħżuna għal bosta snin fil-ġarer jew tankijiet qabel ma jitqiegħdu fis-suq. Skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (7) u għal perjodu limitat skont ir-Regolament (KE) Nru 889/2008, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali nbejjed permezz taż-żamma tar-rekwiżiti tal-ittikkettar skont dak ir-Regolament għandu jkun permess sakemm l-inventarji jiġu eżawriti.

(10)

Uħud mill-inbejjed maħżuna kienu diġà prodotti bi proċess vinikolu li diġà kien jikkonforma mar-regoli tal-produzzjoni tal-inbid organiku previst minn dan ir-Regolament. Fejn dan ikun jista' jiġi pprovat, l-użu tal-logo Komunitarju tal-produzzjoni organika kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, li mill-1 ta’ Lulju 2010 jissejjaħ il-"Logo organiku tal-UE", għandu jkun awtorizzat, biex ikunu possibbli l-paragun u l-kompetizzjoni ġusti bejn l-inbejjed organiċi prodotti qabel u wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-inbid għandu jiġi ttikkettat esklussivament bħala "inbid magħmul minn għeneb organiku", mingħajr ma juri l-logo organiku tal-UE, sakemm l-inbid ikun prodott skont ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u r-Regolament (KEE) Nru 889/2008 qabel l-emendi permezz ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti permezz ta’ dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-Titolu II huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 27(1), il-frażi introduttorja hija mibdula b'dan li ġej:

"Għall-finijiet tal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, is-sustanzi li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-ikel organiku, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid, li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 3a:"

(b)

jiddaħħal Kapitolu 3a ġdid:

KAPITOLU 3a

Regoli speċifiċi għall-vinikultura

Artikolu 29b

Kamp tal-applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(l) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*).

2.   Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (**) u (KE) Nru 607/2009 (***) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm previst espliċitament mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 29c

L-użu ta’ ċerti prodotti u sustanzi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-prodotti tas-settur tal-inbid għandhom jiġu prodotti minn materja prima organika.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 19(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-prodotti u sustanzi biss elenkati fl-Anness VIIIa għal dak ir-Regolament jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti fis-settur tal-inbid, inkluż waqt il-proċessi u l-prattiki enoloġiċi, soġġett għall-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009, u partikolarment l-Anness I A għal dak ir-Regolament.

3.   Fejn disponibbli, għandhom jintużaw il-prodotti u sustanzi elenkati fl-Anness VIIIa għal dan ir-Regolament u mmarkati b'asterisk, derivati minn materja prima organika.

Artikolu 29d

Prattiki enoloġiċi u restrizzjonijiet

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 29c u għall-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi previsti fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu, il-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi biss, inkluż ir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 120c u 120d tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikoli 3, 5 sa 9 u 11 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u fl-Annessi tagħhom, użati qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, huma permessi.

2.   L-użu tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi li ġejjin huma projbiti:

(a)

il-konċentrazzjoni parzjali permezz ta’ tkessiħ skont il-punt (c) tat-Taqsima B.1 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

l-eliminazzjoni tad-dijossidu tal-kubrit bi proċessi fiżiċi skont il-punt 8 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(c)

it-trattament bl-elettrodijaliżi biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid skont il-punt 36 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(d)

id-dealkolizzazzjoni parzjali tal-inbid skont il-punt 40 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(e)

it-trattament bl-iskambjaturi tal-katjoni biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid skont il-punt 43 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009.

3.   L-użu tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi li ġejjin huma permessi skont bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal trattamenti bis-sħana skont il-punt 2 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, it-temperatura ma għandhiex taqbeż 70 °C;

(b)

għaċ-ċentrifuġu u l-filtrazzjoni b'aġent filtranti inert jew mingħajru skont il-punt 3 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, id-daqs tal-pori ma għandux ikun iżgħar minn 0,2 mikrometru.

4.   L-użu tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi li ġejjin għandu jiġi rieżaminat mill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2015, bil-ħsieb li jinqatgħu progressivament jew li titkompla r-restrizzjoni tagħhom:

(a)

trattamenti bis-sħana kif imsemmija fil-punt 2 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(b)

l-użu ta' reżini ta' skambju joniku kif imsemmi fil-punt 20 tal-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(c)

l-ożmożi inversa skont il-punt (b) tat-Taqsima B.1 tal-Anness XVa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

5.   Kwalunkwe emenda introdotta wara l-1 ta’ Awwissu 2010, fir-rigward tal-prattiki, proċessi u trattamenti enoloġiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew ir-Regolament (KE) Nru 606/2009, tista’ tkun applikabbli għall-produzzjoni organika tal-inbid biss wara l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u, fejn meħtieġ, proċess ta’ evalwazzjoni skont l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(**)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1."

(***)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.”"

(c)

L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel paragrafu, jiddaħħal il-punt li ġej:

"(e)

l-użu tad-dijossidu tal-kubrit sal-kontenut massimu li għandu jiġi ffissat skont l-Anness I B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009, jekk il-kundizzjonijiet eċċezzjonali tal-klima ta’ sena ta’ ħsad partikolari jiddeterjoraw il-qagħda sanitarja tal-għeneb organiku f'żona ġeografika speċifika minħabba attakki severi tal-batterja jew tal-fungi, li jobbligaw lill-produttur tal-inbid jużaw iktar dijossidu tal-kubrit milli fi snin preċedenti sabiex jikseb prodott finali komparabbli."

(ii)

it-tieni paragrafu jinbidel b'li ġej:

"Wara approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operaturi individwali għandhom iżommu evidenza dokumentarja tal-użu tal-eċċezzjonijiet ta' hawn fuq. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-eċċezzjonijiet li jkunu taw taħt il-punti (c) u (e) tal-ewwel paragrafu."

(2)

It-Titolu V huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 94(1), jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d)

fi żmien xahar mill-approvazzjoni tagħhom, l-eċċezzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont il-punti (c) u (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47."

(b)

fl-Artikolu 95, il-paragrafu 10a jinbidel b'li ġej:

“10a.   F'dak li jirrigwarda l-prodotti tas-settur tal-inbid, il-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 8 għandu jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2012.

Il-ħażniet tal-inbejjed prodotti sal-31 ta’ Lulju 2012 skont ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jew ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jiġu eżawriti, soġġett għar-rekwiżiti tat-tikkettar li ġejjin:

(a)

il-logo Komunitarju tal-produzzjoni organika kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, mill-1 ta’ Lulju 2010 imsejjaħ bħala l-‘Logo organiku tal-UE’, jista’ jintuża sakemm il-proċess vinikolu jikkonforma mal-Kapitolu 3a tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-operaturi li jużaw il-‘Logo organiku tal-UE’ għandhom iżommu evidenza rrekordjata, għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin wara li jkunu poġġew fis-suq dak l-inbid li jkun ġej minn għeneb organiku, inklużi l-kwantitajiet korrispondenti tal-inbid f'litri, skont il-kategorija tal-inbid u skont is-sena;

(c)

fejn l-evidenza msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu ma tkunx disponibbli, tali nbid jista' jiġi ttikkettat bħala ‘inbid minn għeneb organiku’, sakemm dan jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għajr għal dawk previsti fil-Kapitolu 3a tat-Titolu II tiegħu;

(d)

l-inbid ittikkettat ‘inbid minn għeneb organiku’ ma jistax juri l-‘Logo organiku tal-UE’.”

(3)

Jiddaħħal l-Anness ġdid VIIIa, li t-test tiegħu huwa stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007 p. 1.

(4)  http://www.orwine.org/default.asp?scheda=263

(5)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.

(7)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ġie rrevokat u sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 834/2007 mill-1 ta’ Jannar 2009.


ANNESS

“ANNESS VIIIa

Prodotti u sustanzi awtorizzati għall-użu jew addizzjoni fil-prodotti organiċi tas-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 29c

Tip ta’ trattament skont l-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009

Isem il-prodotti jew is-sustanzi

Kundizzjonijiet speċifiċi, restrizzjonijiet fil-limiti u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009

Punt 1:

Użu ta’ arjazzjoni jew ossiġenazzjoni

Arja

Ossiġenu gassuż

 

Punt 3:

Ċentrifuġu u filtrazzjoni

Perlit

Ċelluloża

Ħamrija bid-dijatomi

Jintuża biss bħala aġent inert tal-filtrazzjoni

Punt 4:

L-użu sabiex tinħoloq atmosfera inerta u biex jiġi trattat il-prodott protett mill-arja

Nitroġenu

Dijossidu tal-karbonju

Argon

 

Punti 5, 15 u 21:

Użu

Ħmira (1)

 

Punt 6:

Użu

Fosfat diammonju

Idrokloridu tat-tamina

 

Punt 7:

Użu

Dijossidu tal-kubrit

Bislufit tal-potassju jew metabisulfit tal-potassju

(a)

Il-kontenut massimu tal-dijossidu tal-kubrit m'għandux jaqbeż il-100 milligramma kull litru għall-inbejjed ħomor kif imsemmija fil-Punt 1(a) tal-Parti A tal-Anness I.B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u b'livell ta' zokkor residwali ta' inqas minn 2 grammi kull litru

(b)

Il-kontenut massimu tal-dijossidu tal-kubrit m'għandux jaqbeż il-150 milligramma kull litru għall-inbejjed rożè kif imsemmija fil-Punt 1(b) tal-Parti A tal-Anness I.B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u b'livell ta' zokkor residwali ta' inqas minn 2 grammi kull litru

(c)

Għall-inbejjed kollha l-oħra, il-kontenut massimu tad-dijossidu tal-kubrit applikat skont l-Anness I.B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 fl-1 ta' Awwissu 2010, għandu jitnaqqas bi 30 milligramma kull litru.

Punt 9:

Użu

Faħam tal-kannol għal użu enoloġiku

 

Punt 10:

Kjarifika

Ġelatina tajba għall-ikel (2)

Proteini veġetali mill-qamħ jew mill-piżelli (2)

Isinglass (2)

L-albumina tal-abjad tal-bajd (2)

Tannini (2)

 

Kaseina

Kaseinat tal-potassju

Diossidju tas-silikona

Bentonite

Enżimi pektolitiċi

 

Punt 12:

Użu għall-finijiet ta’ aċidifikazzjoni

Aċidu lattiku

Aċidu L(+) tartariku

 

Punt 13:

Użu għall-finijiet ta’ deaċidifikazzjoni

Aċidu L(+) tartariku

Karbonat tal-kalċju

Tartrat newtrali tal-potassju

Bikarbonat tal-potassju

 

Punt 14:

Żieda

Reżina tal-arznu Aleppo

 

Punt 17:

Użu

Batterja lattika

 

Punt 19:

Żieda

Aċidu L-assorbiku

 

Punt 22:

Użu tal-gassifikazzjoni

Nitroġenu

 

Punt 23:

Żieda

Dijossidu tal-karbonju

 

Punt 24:

Żieda għall-finijiet ta' stabbilizzazzjoni tal-inbid

Aċidu ċitriku

 

Punt 25:

Żieda

Tannini (2)

 

Punt 27:

Żieda

Aċidu metatartariku

 

Punt 28:

Użu

Gomma tal-akaċja (2) (= gomma Għarbija)

 

Punt 30:

Użu

Bitartrat tal-potassju

 

Punt 31:

Użu

Ċitrat kuprikum

 

Punt 31:

Użu

Sulfat tar-ram

awtorizzat sal-31 ta’ Lulju 2015

Punt 38:

Użu

Laqx tal-ballut

 

Punt 39:

Użu

Alġinat tal-potassju

 

Tip ta’ trattament skont l-Anness III, il-punt A.2(b) għar-Regolament (KE) Nru 606/2009

Sulfat tal-kalċju

biss għall-"vino generoso" jew il-"vino generoso de licor"


(1)  Għall-varjanti ta’ ħmira individwali, jekk disponibbli, imnissla minn materjal prima organika

(2)  Idderivat minn materja prima organika jekk disponibbli.”.


9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 204/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

85,1

JO

78,3

MA

64,7

SN

207,5

TN

99,6

TR

90,3

ZZ

104,3

0707 00 05

JO

121,8

TR

170,7

ZZ

146,3

0709 91 00

EG

82,2

ZZ

82,2

0709 93 10

MA

53,5

TR

99,8

ZZ

76,7

0805 10 20

EG

49,2

IL

69,1

MA

47,5

TN

55,6

TR

72,6

ZZ

58,8

0805 50 10

BR

43,7

EG

41,7

MA

69,3

TR

57,0

ZZ

52,9

0808 10 80

CA

117,2

CL

104,7

CN

107,7

MK

31,8

US

164,3

ZZ

105,1

0808 30 90

AR

76,6

CL

119,7

CN

55,6

ZA

88,3

ZZ

85,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/144/PESK

tat-8 ta’ Marzu 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u (2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/656/PESK, il-Kunsill iqis li m’għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq dik il-lista.

(3)

Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma’ persuna fil-lista fl-Anness I u mal-persuni fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi aġġornata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, l-entrata għall-persuna li ġejja:

Désiré Tagro

għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab fl-Anness I ta’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness II ta’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS I

Entrata msemmija fl-Artikolu 1

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità eċċ.)

Raġunijiet għall-indikazzjoni

Data tal-Indikazzjoni min-NU

Désiré Tagro

Numru tal-passaport: PD–AE 065FH08

Data tat-twelid: 27 ta’ Jannar 1959

Post tat-twelid: Issia, Côte d’Ivoire

Miet fit-12 ta’ April 2011 f’Abidjan

Segretarju-Ġenerali fl-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolu għall-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, rifjut tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f’ripressjonijiet vjolenti ta’ movimenti popolari.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 30.3.2011

(Indikazzjoni mill-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)


ANNESS II

“ANNESS II

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem (u psewdonomi)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Kadet Bertin

Mwieled fl-1957 f’Mama

Konsulent Speċjali dwar is-sigurtà, id-difiża u t-tagħmir militari ta’ Laurent Gbagbo, ex Ministru tad-Difiża ta’ Laurent Gbagbo.

Neputi ta’ Laurent Gbagbo.

Eżiljat fil-Gana. Soġġett għal mandat ta’ arrest internazzjonali.

Involut attivament f’inċidenti ta’ abbuż u ta’ għejbien forzat, u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji u tal-“Patrijotti Żgħażagħ” (COJEP).

Involut fil-finanzjament u t-traffikar ta’ armi u fl-evitar tal-embargo.

Kellu rapporti mill-qrib mal-milizzji tal-punent u kien il-punt ta’ kuntatt f’isem Gbagbo ma’ dawn il-gruppi. Involut fil-ħolqien tal-iskwadri tal-mewt imsejħin “Forza Lima”.

Matul l-eżilju tiegħu fil-Gana baqa’ jagħmel pjanijiet għall-kisba mill-ġdid tal-poter bil-forza. Qed isejjaħ ukoll għall-ħelsien immedjat ta’ Gbagbo.

Minħabba r-riżorsi finanzjarji tiegħu, il-familjarità tiegħu mat-traffikanti illegali tal-armi u l-kuntatti kontinwi tiegħu mal-gruppi tal-milizzji li għadhom attivi partikolarment fil-Liberja, Kadet Bertin għadu ta’ theddida reali ferm għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Côte d’Ivoire.

2.

Oulaï Delafosse

Mwieled fit-28 ta’ Ottubru 1968

Ex sotto prefett ta’ Toulepleu. Kap tal-Unjoni Patrijottika ta’ Reżistenza tal-Grand Ouest.

Bħala Kap tal-milizzja, huwa responsabbli minn vjolenzi u reati, partikolarment fiż-żona ta’ Toulepleu.

Filwaqt li ħa l-ordnijiet tiegħu direttament minn Kadet Bertin, huwa kien attiv ferm fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Liberjani, kif ukoll fit-traffikar illegali ta’ armi ġejjin mil-Liberja matul il-kriżi postelettorali. It-truppi tiegħu firxu t-terrur matul il-kriżi postelettorali, fejn eliminaw mijiet ta’ nies oriġinarji mit-Tramuntana tal- Côte d’Ivoire

Minħabba l-estremiżmu politiku tiegħu, ir-relazzjonijiet mill-qrib ma’ Kadet Bertin u l-kollegamenti mill-qrib li kellu mal-milizzji tal-merċenarji Liberjani, huwa għadu theddida għall-istabbiltà tal-pajjiż.

3.

Pasteur Gammi

 

Kap tal-milizzja “Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent” (MILOCI), stabbilita fl-2004. Bħala kap tal-MILOCI, milizzja favur Gbagbo, huwa kien involut f’ħafna massakri u atti ta’ brutalità.

Ħarab lejn il-Gana (probabbilment qiegħed Takoradi). Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Mill-eżilju tiegħu ’l hawn, huwa ngħaqad mal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire (CILCI) li tħeġġeġ l-użu tar-reżistenza armata biex Gbagbo jerġa’ jkun fil-poter.

4.

Marcel Gossio

Mwieled fit-18 ta’ Frar 1951 f’Adjamé

Numru tal-passaport: 08AA14345 (li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2013)

Maħrub ‘il barra mill-Côte d’Ivoire. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.Involut fil-frodi tal-fondi pubbliċi u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji.

Persuna li serviet għall-finanzjament tal-klann Gbagbo u tal-milizzji. Huwa anke persunaġġ ċentrali fil-qafas tat-traffikar illegali ta’ armi.

Minħabba l-fondi sostanzjali li kiseb illegalment, u l-familjarità tiegħu man-netwerks illegali ta’ armamenti, huwa baqa’ theddida kontinwa għas-sigurtà u stabbiltà tal-Côte d’Ivoire.

5.

Justin Koné Katina

 

Maħrub fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Involut fis-serqa armata tal-Bank Ċentrali tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (BCEAO).

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, għadu jqis lilu nnifsu bħala l-kelliem ta’ Gbagbo. Fi stqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Diċembru 2011, huwa saħaq li Ouattara qatt ma rebaħ l-elezzjonijiet u jqis ir-reġim ġdid bħala illeġittimu. Jappella għar-reżistenza, filwaqt li jqis li Gbagbo ser jieħu lura l-poter.

6.

Ahoua Don Mello

Mwieled fit-23 ta’ Ġunju 1958 f’Bongouanou

Numru tal-passaport: PD-AE/044GN02 (li jiskadi fit-23 ta’ Frar 2013)

Kelliem ta’ Laurent Gbagbo. Ex Ministru tal-Infrastruttura u Sanità fil-gvern illeġittimu.

Eżiljat fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali.

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa baqa’ jiddikjara li l-elezzjoni tal-President Ouattara hija frawdolenti u ma jirrikonoxxix l-awtorità tiegħu. Huwa rrifjuta li jwieġeb għall-appell tal-Gvern Ivorjan għar-rikonċiljazzjoni u jappella regolarment għall-insurrezzjoni fl-istampa, idur il-kampjijiet tar-refuġjati fil-Gana biex iħeġġeġ il-“mobilizzazzjoni”.

F’Diċembru 2011, huwa ddikjara li l-Côte d’Ivoire huwa “stat tribali taħt assedju” u li “r-reġim ta’ Ouattara” ser “jintemm”.

7.

Moussa Touré Zéguen

Mwieled fid-9 ta’ Settembru 1944

Passaport qadim: AE/46CR05

Kap tar-Raggruppament tal-Patrijotti għall-Paċi (GPP)

Fundatur tal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal- Côte d’Ivoire (CILCI)

Sar kap ta’ milizzja fl-2002 u ilu jmexxi l-GPP mill-2003. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-GPP sar l-id armata ta’ Gbagbo f’Abidjan u fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Mal-GPP huwa sar responsabbli ta’ bosta atti ta’ vjolenza, immirati prinċipalment lejn il-popli oriġinarji mit-tramuntana u dawk li jopponu r-reġim.

Involut personalment fi vjolenza postelettorali (partikolarment fil-kwartieri ta’ Abobo u Adjamé).

Waqt li kien eżiljat f’Accra, Touré Zéguen ħoloq il-“Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire”, bil-għan li Gbagbo jerġa’ jikseb il-poter.

Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet provokatorji (pereżempju, il-konferenza stampa tad-9 ta’ Diċembru 2011), filwaqt li baqa’ jżomm pożizzjoni ta’ kunflitt u ta’ vendetta bl-armi. Huwa jqis li l-Côte d’Ivoire taħt Ouattara hija illeġittima u li ġiet “ikkolonizzata mill-ġdid” u għamel sejħa li “tistieden lill-Ivorjani biex ikeċċu lill-imposturi” (Jeune Afrique, Lulju 2011).

Iżomm blogg li jsejjaħ għall-insurrezzjoni vjolenti tal-poplu Ivorjan kontra Ouattara.”