ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.059.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 59

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
1 ta' Marzu 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta' kjarifika u simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2012

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/131/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011 dwar il-levies favur Interbev (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4923)

14

 

 

2012/132/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 776)

34

 

 

2012/133/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Frar 2012 li tħassar Deċiżjoni BĊE/2010/3 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg (BĊE/2012/2)

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2012

tad-29 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta' kjarifika u simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) uriet il-ħtieġa ta’ emendi żgħar fil-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni.

(2)

Dan jikkonċerna l-kjarifika jew is-simplifikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni sabiex titjieb iċ-ċarezza legali, ikun hemm standardizzazzjoni tal-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u sabiex tkompli tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(3)

L-emendi jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ numru limitat ta’ miżuri fir-rigward tal-kontroll fuq l-aċċess, sorveljanza u rondi, skrinjar tal-passiġġieri u bagalji tal-istiva, kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija, posta, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport, taħriġ tal-persuni u tagħmir ta’ sigurtà.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-punt 1.1.3.4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.1.3.4

Kull meta persuni mhux skrinjati, jew passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ li ġejjin minn pajjiżi terzi, minbarra dawk imsemmija fid-Dokument Mehmuż 4-B, jista’ jkun li kellhom aċċess għal partijiet kritiċi, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà minnufih fil-partijiet li setgħu ġew kontaminati sabiex jiġi żgurat, b’mod raġonevoli, li ma fihomx oġġetti projbiti.

Il-paragrafu 1 għandu jitqies li ġie sodisfat għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta' sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta persuni koperti bil-punt 1.3.2 u l-punt 4.1.1.7 seta’ kellhom aċċess għal partijiet kritiċi.

Fir-rigward ta’ passiġġieri u ta’ membri tal-ekwipaġġ li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, minbarra dawk elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B, il-paragrafu 1 għandu japplika biss għal dawk il-partijiet kritiċi użati minn bagalji tal-istiva skrinjati u/jew passiġġieri skrinjati li jkunu se jitilqu, li ma jkunux se jitilqu fuq l-istess inġenju tal-ajru ta’ dawn il-passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ.”

2.

Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-punt 1.2.2.2:

“Minflok, jista’ jingħata wkoll aċċess wara identifikazzjoni pożittiva permezz ta' verifika ta’ dejta bijometrika.”

3.

Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-punt 1.2.2.4:

“Meta tintuża identifikazzjoni bijometrika, il-verifikazzjoni għandha tiżgura li l-persuna li tkun qed tfittex aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta jkollha waħda mill-awtorizzazzjonijiet elenkati fil-punt 1.2.2.2 u li din l-awtorizzazzjoni tkun valida u ma tkunx ġiet diżattivata.”

4.

Jiddaħħal il-punt 1.2.6.9 li ġej:

“1.2.6.9

Vetturi li jintużaw biss fiż-żona tal-ajru u li ma jkollhom l-ebda permess li jsuqu f'toroq pubbliċi jistgħu jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punti 1.2.6.2 sa 1.2.6.8 jekk fuq barra jkollhom immarkat b'mod ċar li huma vetturi operazzjonali użati f'dak l-ajruport.”

5.

Dan li ġej jiżdied fl-aħħar tal-Punt 1.2.7.1 (c):

“; u

(d)

id-distanzi bejn it-terminal jew il-punt ta' aċċess u l-inġenju tal-ajru li fuqu l-membri tal-ekwipaġġ ikunu waslu jew ikunu se jitilqu.”

6.

Il-punt 1.5.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.5.2.

Il-frekwenza tat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa, u l-mezzi li permezz tagħhom jitwettaq dan, għandhom jiġu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskji u għandhom jiġu approvati mill-awtorità xierqa. Dawn għandhom iqisu:

(a)

id-daqs tal-ajruport, inkluż l-għadd u n-natura tal-operazzjonijiet; u

(b)

il-lejawt tal-ajruport, b'mod partikolari l-interrelazzjoni bejn iż-żoni stabbiliti fl-ajruport; u

(c)

il-possibbiltajiet u l-limitazzjonijiet tal-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza, u l-għassa.

Il-partijiet tal-valutazzjoni tar-riskji relatati mal-frekwenza u l-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa għandhom, meta mitluba, jiġu provduti bil-miktub għal finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità.”

7.

Il-punt 4.1.3.4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

miksub minn żona tal-ajru lil hinn mill-punt fejn jiġu kontrollati l-karti tat-tlugħ, minn ħwienet li huma soġġetti għal proċeduri approvati tas-sigurtà bħala parti mill-programm tas-sigurtà tal-ajruport, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat fi STEB li fih ikunu jidhru provi sodisfaċenti li jkun inxtara miż-żona tal-ajru ta' dak l-ajruport sa 24 siegħa qabel; jew”;

(b)

il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(e)

inkiseb minn ajruport ieħor tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat fi STEB li fih ikunu jidhru provi sodisdaċenti li jkun inxtara miż-żona tal-ajru ta’ dak l-ajruport sa 24 siegħa qabel; jew

(f)

inkiseb abbord inġenju tal-ajru ta' trasportatur tal-ajru tal-UE, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat fi STEB li fih ikunu jidhru provi sodisfaċenti li jkun inxtara abbord dak l-inġenju tal-ajru sa 24 siegħa qabel; jew”

8.

Il-punt 5.3.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.3.3.2.

Bagalji tal-istiva li jsiru bagalji mhux akkumpanjati minħabba fatturi għajr dawk imsemmija fil-punt 5.3.2 għandhom jitneħħew mill-inġenju tal-ajru u jerġgħu jiġu skrinjati qabel ma jerġgħu jitgħabbew.”

9.

Il-punt 6.0.2. huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.0.2.

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala oġġetti projbiti f’kunsinni tal-merkanzija u tal-posta:

apparat esplożiv u inċendjarju armat li ma jinġarrx skont ir-regoli tas-sikurezza applikabbli.”

10.

Il-punt 6.0.3 jitħassar.

11.

Il-punt 6.3.2.6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.3.2.6.

Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa fi kwalunkwe ħin qabel ma l-kunsinna titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru u wara, għal kemm iddum it-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom tkun l-itwal, u għandha tipprovdi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-identifikatur alfanumeriku uniku tal-aġent regolat kif ikun wasal mingħand l-awtorità xierqa;

(b)

identifikatur uniku tal-kunsinna, bħalma huwa n-numru tal-polza tal-ajru (house jew master);

(c)

il-kontenut tal-kunsinna, ħlief għall-kunsinni elenkati fil-punti 6.2.3 (d) u (e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774 finali tat-13 ta' April 2010 (*);

(d)

l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna, li jindika:

‘SPX’, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta; jew

‘SCO’, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss; jew

‘SHR’, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta kollha skont rekwiżiti ta' riskju għoli;

(e)

ir-raġuni li għaliha nħareġ l-istatus tas-sigurtà, li tindika:

‘KC’, jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur magħruf; jew

‘AC’, jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur in konto; jew

il-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar; jew

ir-raġunijiet għaliex il-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar.

(f)

isem il-persuna li ħarġet l-istatus tas-sigurtà, jew identifikazzjoni ekwivalenti, u d-data u l-ħin ta’ meta nħarġet;

(g)

l-identifikatur uniku li jkun wasal mingħand l-awtorità xierqa, ta' kwalunkwe aġent regolat li jkun aċċetta l-istatus tas-sigurtà mogħti lil kunsinna mingħand aġent regolat ieħor.

(*)  Mhux pubblikata.”"

12.

Il-punt 6.3.2.7. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.3.2.7

Fil-każ tal-konsolidazzjonijiet, se jitqies li r-rekwiżiti fil-punti 6.3.2.5 u 6.3.2.6 ikunu ntlaħqu jekk:

(a)

l-aġent regolat li jagħmel il-konsolidazzjoni iżomm l-informazzjoni meħtieġa fil-punti 6.3.2.6(a) sa (g) għal kull kunsinna individwali għal kemm iddum it-titjira (titjiriet) jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom tkun l-itwal; u

(b)

id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-konsolidazzjoni tinkludi l-identifikatur alfanumeriku tal-aġent regolat li jkun wettaq il-konsolidazzjoni, identifikatur uniku tal-konsolidazzjoni u l-istatus ta’ sigurtà tiegħu.

Il-punt (a) ma għandux ikun meħtieġ għal konsolidazzjonijiet li jkunu dejjem soġġetti għal skrinjar jew li jkunu eżentati minn skrinjar skont il-punti 6.2.3(d) u (e) tad-Deċiżjoni C(2010) 774 jekk l-aġent regolat jagħti lill-konsolidazzjoni identifikatur uniku u jindika l-istatus ta’ sigurtà u raġuni waħda għaliex dan l-istatus ta’ sigurtà ġie maħruġ.”

13.

Il-punt 6.6.1.1 (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-kunsinni għandhom jiġu ppakkjati jew issiġġillati mill-aġent regolat, mill-kunsinnatur magħruf jew mill-kunsinnatur in konto sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti; fejn dan ma jkunx possibbli, għandhom jittieħdu miżuri alternattivi ta' protezzjoni li jiżguraw l-integrità tal-kunsinna; u”

14.

Dan li ġej huwa miżjud fl-aħħar tal-punt 6.8.2.3:

“Sa Lulju 2014, id-dikjarazzjonijiet tal-istatus tas-sigurtà skont il-punt 6.3.2.6(d) għal merkanzija jew posta marbuta mal-UE jistgħu jinħarġu mill-ACC3 jew minn trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fl-Anness 6Fii; minn Lulju 2014 l-aġenti regolati msemmija fil-punt 6.8.3 jistgħu huma wkoll jipprovdu dikjarazzjonijiet tal-istatus tas-sigurtà f’dan ir-rigward.”

15.

Is-seba’ inċiż tad-DOKUMENT MEHMUŻ 6-A huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

[isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà fil-kuntest tal-programm tas-sigurtà tal-kumpanija; u”

16.

It-tieni sentenza taħt it-titolu “Oġġetti Pprojbiti” tad-DOKUMENT MEHMUŻ 6D hija mħassra.

17.

Id-dokument mehmuż 6-E huwa sostitwit b'dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-E

DIKJARAZZJONI TAT-TRASPORTATUR

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Waqt il-ġbir, il-ġarr, il-ħżin u t-twassil tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà [f’isem isem l-aġent regolat/it-trasportatur tal-ajru li japplika l-kontrolli ta' sigurtà għall-merkanzija jew għall-posta/il-kunsinnatur magħruf/il-kunsinnatur in konto], nikkonferma li se jkun hemm konformità mal-proċeduri tas-sigurtà li ġejjin:

Il-persunal kollu li jittrasporta din il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru se jkun irċieva taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

L-integrità tal-persunal kollu li jiġi rreklutat u li jkollu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru se tkun ivverifikata. Din il-verifika għandha tinkludi tal-anqas kontroll tal-identità (jekk hu possibbli permezz ta' karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan jew passaport li jkollhom ritratt tal-persuna) u kontroll tal-curriculum vitae u/jew ir-referenzi provduti;

Il-kompartimenti għat-tagħbija fil-vetturi se jkunu siġġillati jew imsakkra. Vetturi li jkollhom il-purtieri fil-ġnub tagħhom se jingħalqu b’mod sikur permezz ta’ ħbula tat-TIR. Il-partijiet tat-tagħbija tat-trakkijiet bi pjattaforma għall-ġarr se jinżammu taħt osservazzjoni meta l-merkanzija bl-ajru tkun qiegħda tiġi trasportata;

Minnufih qabel it-tagħbien, għandha ssir tiftixa fil-kompartiment tat-tagħbija u l-integrità ta' din it-tiftixa għandha tinżamm sa ma jintemm it-tagħbien;

Kull sewwieq se jġorr miegħu l-kartà tal-identità, il-passaport, il-liċenzja tas-sewqan jew dokument ieħor, li jkollu ritratt tal-persuna, li jkun inħareġ jew li jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet nazzjonali;

Bejn il-ġbir u t-twassil, is-sewwieqa mhumiex se jieqfu f'postijiet li ma jkunux inklużi fl-iskeda. Meta dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, is-sewwieq se jiċċekkja s-sigurtà tat-tagħbija u l-integrità tal-qofol u/jew tas-siġilli malli jasal lura. Jekk is-sewwieq jiskopri kwalunkwe evidenza ta' interferenza, se jinnotifika lis-superviżur tiegħu u l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru mhux se titwassal mingħajr notifika waqt it-twassil tagħha;

It-trasport mhux se jingħata b'kuntratt lil parti terza, sakemm il-parti terza ma jkollhiex hija wkoll ftehim ta' trasportatur ma' [l-istess isem ta' hawn fuq tal-aġent regolat/il-kunsinnatur magħruf/il-kunsinnatur in konto, jew tal-awtorità xierqa li tkun approvat jew iċċertifikat lit-trasportatur]; u

L-ebda servizz ieħor (eż. il-ħżin) mhuwa se jingħata b'kuntratt lil kwalunkwe parti oħra għajr aġent regolat jew entità li tkun ġiet iċċertifikata jew approvata u elenkata għad-dispożizzjoni ta' dawn is-servizzi mill-awtorità xierqa.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Isem u indirizz tal-kumpanija:

Data:

Firma:”

18.

Il-punt 8.0.4 li ġej huwa miżjud:

“8.0.4

Il-lista ta' oġġetti projbiti fi provvisti għal matul it-titjira hija l-istess bħal dik stipulata fid-Dokument Mehmuż 4-C.”

19.

Il-punt 8.1.4.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.1.4.2

Sabiex tiġi nominata bħala fornitur magħruf, l-entità għandha tissottometti d-‘Dikjarazzjoni tal-impenji – fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira’ kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 8-B lil kull kumpanija li tforni. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-kumpanija li l-fornitur magħruf ikun qiegħed iforni bħala mezz ta' validazzjoni.”

20.

Il-punt 8.1.5. huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.1.5.   Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn trasportatur tal-ajru, fornitur regolat u fornitur magħruf

8.1.5.1.

Trasportatur tal-ajru, fornitur regolat u fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira għandhom:

(a)

jinnominaw persuna fil-kumpanija li tkun responsabbli għas-sigurtà; u

(b)

jiżguraw li l-persuni b'aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c)

jevitaw aċċess mhux awtorizzat fil-bini tagħhom u għall-provvisti għal waqt it-titjira; u

(d)

jiżguraw b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett projbit ma jkun moħbi fil-provvisti għal matul it-titjira; u

(e)

japplikaw siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti għal matul it-titjira jew jipproteġuhom fiżikament.

Il-punt (e) ma għandux japplika għal waqt it-trasport li jsir fiż-żona tal-ajru.

8.1.5.2

Jekk fornitur magħruf jagħmel użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta' provvisti li ma tkunx fornitur magħruf għat-trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat, il-fornitur magħruf għandu jiżgura li l-kontrolli kollha ta' sigurtà imsemmija fil-punt 8.1.5.1 jiġu mħarsa.

8.1.5.3.

Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn trasportatur tal-ajru jew minn fornitur regolat għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.”

21.

Is-seba' inċiż tad-DOKUMENT MEHMUŻ 8-A huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

[isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà fil-kuntest tal-programm tas-sigurtà tal-kumpanija; u”

22.

ID-DOKUMENT MEHMUŻ 8-B huwa sostitwit b’dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 8-B

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

[isem il-kumpanija] se

(a)

tinnomina persuna li tkun responsabbli għas-sigurtà fil-kumpanija; u

(b)

tiżgura li l-persuni b'aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c)

tevita aċċess mhux awtorizzat fil-bini tagħha u għall-provvisti għal matul it-titjira; u

(d)

tiżgura b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jkun moħbi fil-provvisti għal matul it-titjira; u

(e)

tapplika siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti għal matul it-titjira jew tipproteġihom fiżikament (dan il-punt mhuwiex se japplika waqt it-trasport fiż-żona tal-ajru).

Meta jsir użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta’ provvisti, li mhijiex fornitur magħruf għat-trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat, [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-kontrolli kollha ta’ sigurtà msemmija hawn fuq jiġu mħarsa.

sabiex tiġi żgurata konformità, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem it-trasportatur tal-ajru jew tal-fornitur regolat li tforni bil-provvisti għal matul it-titjira] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-provvisti għal matul it-titjira, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-provvisti;

[isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà; u

[isem il-kumpanija] se tgħarraf [lit-trasportatur tal-ajru jew lill-fornitur regolat li tforni bil-provvisti għal matul it-titjira] jekk:

(a)

twaqqaf in-negozju; jew

(b)

ma tkunx tista' tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Ir-rappreżentant legali

Isem:

Data:

Firma:”

23.

Il-punt 9.0.4 li ġej huwa miżjud:

“9.0.4

Il-lista ta' oġġetti projbiti fi provvisti tal-ajruport hija l-istess bħal dik fid-Dokument Mehmuż 4-C.”

24.

Il-punt 9.1.1.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.1.1.1

Il-provvisti tal-ajruport għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitħallew jidħlu f’żoni ta’ sigurtà ristretta, sakemm

(a)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati lill-provvisti minn operatur tal-ajru li jwassal dawn il-provvisti sal-ajruport tiegħu stess u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil fiż-żona ta’ sigurtà ristretta; jew

(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati lill-provvisti minn fornitur magħruf u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil fiż-żona ta' sigurtà ristretta.”

25.

Il-punt 9.1.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.1.3.2.

Sabiex tiġi nnominata bħala fornitur magħruf, l-entità għandha tissottometti d-“Dikjarazzjoni tal-impenji – fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruport” kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 9-A lill-operatur tal-ajruport. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-operatur tal-ajruport bħala mezz ta' validazzjoni.”

26.

Il-punt 9.1.4. huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9.1.4   Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn fornitur magħruf jew minn operatur ta’ ajruport

Fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruporti jew operatur ta’ ajruport li jwassal provvisti tal-ajruport fiż-żona ta’ sigurtà ristretta għandu:

(a)

jinnomina persuna li tkun responsabbli għas-sigurtà fil-kumpanija ;u

(b)

jiżgura li l-persuni b'aċċess għall-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c)

jevita aċċess mhux awtorizzat fil-bini tiegħu u għall-provvisti tal-ajruport; u

(d)

jiżgura b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett projbit ma jkun moħbi fil-provvisti tal-ajruport; u

(e)

japplika siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti tal-ajruporti jew jipproteġihom fiżikament.

Il-punt (e) m'għandux japplika waqt it-trasport li jsir fiż-żona tal-ajru.

Jekk fornitur magħruf jagħmel użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta' provvisti lejn l-ajruport li ma tkunx fornitur magħruf għall-operatur tal-ajruport, il-fornitur magħruf għandu jiżgura li l-kontrolli kollha ta' sigurtà msemmija f’dan il-punt jiġu mħarsa.”

27.

Id-dokument mehmuż 9-A huwa sostitwit b'dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 9-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI TAL-AJRUPORT

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

[isem il-kumpanija] se

(a)

tinnomina persuna li tkun responsabbli għas-sigurtà tal-kumpanija; u

(b)

tiżgura li l-persuni b'aċċess għall-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c)

tevita aċċess mhux awtorizzat fil-bini tagħha u għall-provvisti tal-ajruport; u

(d)

tiżgura b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett projbit ma jkun moħbi fil-provvisti tal-ajruport; u

(e)

tapplika siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti tal-ajruport jew tipproteġihom fiżikament (dan il-punt mhuwiex se japplika waqt it-trasport fiż-żona tal-ajru).

Meta jsir użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta’ provvisti li mhijiex fornitur magħruf għall-operatur tal-ajru, [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-kontrolli kollha ta’ sigurtà msemmija hawn fuq jiġu mħarsa.

sabiex tiġi żgurata konformità, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [l-operatur tal-ajruport] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għall-provvisti tal-ajruporti, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti projbiti fil-provvisti;

[isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà; u

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lill-[operatur tal-ajruport] jekk:

(a)

twaqqaf in-negozju; jew

(b)

ma tkunx tista' tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Ir-rappreżentant legali

Isem:

Data:

Firma:”

28.

Il-punt 11.2.7 li ġej huwa miżjud:

“11.2.7   Taħriġ ta’ persuni li jeħtieġu għarfien ġenerali dwar is-sigurtà

It-taħriġ ta’ għarfien ġenerali dwar is-sigurtà jwassal għall-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terroristiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ambjent ta’ ħidma tagħhom, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d)

għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar; u

(e)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa għal inċidenti relatati mas-sigurtà.

Kull persuna li tgħaddi minn taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà tkun meħtieġa turi għarfien tas-suġġetti kollha msemmija f’dan il-punt qabel ma tieħu l-kariga.”

29.

Il-punt 11.4.2 (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għal kompetenzi li jinkisbu matul it-taħriġ inizjali bażiku, speċifiku u ta’ għarfien dwar is-sigurtà, tal-anqas darba kull ħames (5) snin jew, f’każijiet fejn il-kompetenzi ma ġewx eżerċitati għal aktar minn sitt (6) xhur, qabel wieħed jerġa’ jibda jwettaq dmirijiet b’rabta mas-sigurtà; u”

30.

Il-punt 12.7.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“12.7.2.2.

It-tagħmir kollu għall-iskrinjar tal-LAGs għandu jilħaq l-istandard 1.

L-istandard 1 għandu jiskadi fid-29 ta’ April 2016.”



1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 174/2012

tad-29 ta’ Frar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

60,4

JO

77,3

MA

79,1

TN

97,3

TR

127,1

ZZ

88,2

0707 00 05

JO

134,1

TR

112,5

ZZ

123,3

0709 91 00

EG

88,4

MA

82,2

ZZ

85,3

0709 93 10

MA

60,5

TR

100,2

ZZ

80,4

0805 10 20

EG

53,0

IL

73,9

MA

49,6

TN

52,0

TR

74,6

ZZ

60,6

0805 50 10

EG

42,9

TR

51,7

ZZ

47,3

0808 10 80

CA

122,9

CL

98,4

CN

86,4

MK

28,7

US

147,6

ZZ

96,8

0808 30 90

AR

84,7

CL

114,0

CN

66,8

US

99,0

ZA

106,0

ZZ

94,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 175/2012

tad-29 ta’ Frar 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Marzu 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Marzu 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

15.2.2012-28.2.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

237,97

189,88

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

302,13

292,13

272,13

Primjum tal-Golf

85,15

18,51

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

15,68  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Lulju 2011

dwar il-levies favur Interbev

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4923)

(It-test bl-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2012/131/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),

Wara li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE talbet lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom u kkunsidrat dawk il-kummenti,

Billi:

I   PROĊEDURA

(1)

Wara l-informazzjoni li rċeviet rigward il-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni Ewropea għamlet mistoqsijiet lill-awtoritajiet Franċiżi dwarha permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Ottubru 2001. Ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Franza fl-Unjoni Ewropea wieġbet lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Novembru 2001.

(2)

Peress li ġiet implimentata mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-miżura tniżżlet fir-reġistru tal-għajnuniet mhux notifikati, bin-numru NN 39/03.

(3)

Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE rigward l-għajnuna inkwistjoni, permezz ta’ ittra bin-Nru C(2003)2057 finali tad-9 ta’ Lulju 2003.

(4)

Id-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet terzi interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuniet inkwistjoni. Il-Kummissjoni ma rċevietx osservazzjonijiet mill-partijiet terzi. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom permezz tal-ittri tat-8 u l-10 ta’ Ottubru 2003, tat-13 ta’ Settembru u tad-29 ta’ Novembru 2005.

(5)

Fil-25 ta’ Frar 2011, intbagħtet talba għal informazzjoni supplimentari lil Franza; fid-29 ta’ Marzu 2011 saret laqgħa.

(6)

L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Mejju 2011.

II   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA INKWISTJONI

1.   LEVIES FAVUR INTERBEV

1.1.   L-ORGANIZZAZZJONIJIET INTERPROFESSJONALI (“IPO”) U L-ISKEMA TA’ LEVIES VOLONTARJI LI SARU OBBLIGATORJI

(7)

L-organizzazzjonijiet interprofessjonali (“IPO”) huma għaqdiet li fi ħdanhom jiġbru, skont is-setturi, it-tipi differenti ta’ professjonijiet li l-aktar li jirrappreżentaw il-produzzjoni agrikola u, skont il-każ, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni u dawk li ġew rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-awtorità amministrattiva kompetenti. L-eżistenza, l-għanijiet u l-funzjonament tagħhom huma rregolati mill-Artikoli L. 631-1 et sequitur tal-Kodiċi rurali. Sabiex għaqda ta’ dan it-tip tkun rikonoxxuta, l-awtoritajiet kompetenti jridu jivverifikaw li jintlaħqu diversi kriterji, speċjalment li l-istatus tagħhom ikun skont il-liġi (l-Artikolu L.632-1 tal-Kodiċi rurali) u li l-organizzazzjonijiet li jikkostitwixxu l-IPO kkonċernata jkunu rappreżentattivi.

(8)

L-IPO għandhom l-għan li jieħdu azzjonijiet fl-interess tal-katini kollha ta’ settur u jistgħu jikkonkludu ftehimiet għal dan il-għan. Imbagħad, dawn il-ftehimiet u l-ġbir tal-levies volontarji maħsuba sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet previsti minn dawn il-ftehimiet jistgħu jsiru obbligatorji (“jiġu estiżi”) permezz ta’ digriet interministerjali għall-atturi kollha tas-settur, kemm jekk kienu jew jekk ma kinux parti minn organizzazzjoni professjonali membru tal-IPO, sakemm huma konformi mal-għanijiet li telenka l-liġi. Essenzjalment, dawn il-ftehimiet għandhom l-għan li jtejbu l-għarfien dwar is-suq, ir-relazzjonijiet bejn il-professjonisti, il-kwalità u l-promozzjoni tal-prodotti. Il-Kodiċi rurali ma jawtorizzax l-estensjoni tal-ftehimiet ħlief meta jkollhom “interess komuni” ibbażat fuq azzjonijiet “li jikkonformaw mal-interess ġenerali u li huma kumpatibbli mar-regoli tal-politika agrikola komuni” (Ara l-Artikolu L.632-3 tal-Kodiċi rurali).

(9)

Il-modalitajiet ta’ ġbir u tqassim tal-levies volontarji li saru obbligatorji huma rregolati individwalment minn kull ftehim tal-IPO.

1.2.   L-IRWOL TAL-ISTAT

(10)

Minkejja l-fatt li l-IPO jkunu persuni ġuridiċi rregolati skont il-liġi privata u li l-finanzjament tagħhom ikun garantit mil-levies tas-settur ikkonċernat, il-funzjonament tal-iskema volontarja tal-levies obbligatorji jeħtieġ l-intervent tal-Istat, b’mod partikolari skont il-modalitajiet li ġejjin:

(a)

qabel kull talba għal estensjoni, l-IPO trid tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet pubbliċi u tkun tikkonforma mal-għanijiet tal-politika agrikola nazzjonali u mal-politika agrikola komuni (ara l-premessi 7 u 8);

(b)

ladarba jiġu rikonoxxuti, l-IPO jridu jitolbu lill-Istat sabiex jagħmel il-ftehimiet tagħhom obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali dwar l-estensjoni. Għaldaqstant, kull operatur taż-żona tal-produzzjoni kkonċernata jsir soġġett għal-levy volontarja obbligatorja miġbura minn IPO rappreżentattiva (ara l-premessa 8);

(c)

b’applikazzjoni tal-Artikolu L.632-8-1 tal-Kodiċi rurali, l-awtoritajiet kompetenti jirċievu rapporti tal-attività ta’ kull IPO u rekord ta’ implimentazzjoni ta’ kull ftehim estiż.

2.   GĦAN TAL-GĦAJNUNA

(11)

L-għan tal-għajnuna inkwistjoni hu li tippromwovi l-azzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp, tal-assistenza teknika u tal-promozzjoni (reklamar) għall-benefiċċju tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem.

2.1.   IL-LEVIES STABBILITI MINN INTERBEV

(12)

Żewġ tipi ta’ levies interprofessjonali, li l-awtoritajiet pubbliċi għamluhom obbligatorji, huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni. Min-naħa, dawn jittrattaw il-levy fuq il-laħam u l-ġewwieni maħsubin għall-konsum mill-bniedem tal-laħam tal-annimali ta’ razza bovina u ovina u l-annimali ħajjin ta’ razza bovina u ovina mibgħuta lejn il-pajjiżi tal-UE jew esportati (“il-levy fuq il-laħam”) u, min-naħa l-oħra, dawn jittrattaw il-levy għall-benefiċċju tal-Fond Nazzjonali għat-Trobbija tal-Bhejjem (“il-levy FNE”).

(13)

Il-ftehimiet interprofessjonali li jistabbilixxu l-levies favur Interbev li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni huma dawn li ġejjin:

Levies fuq il-laħam

Levies favur il-Fond Nazzjonali għat-Trobbija tal-Bhejjem (FNE)

Ftehimiet IPO

Digriet ta’ estensjoni

Ftehim IPO

Digriet ta’ estensjoni

25.7.1995

18.12.1995

15.6.1994

18.12.1995

12.6.2001

19.9.2001

19.4.2001

(14)

L’Association Nationale Interprofessionnelle du Bétail et des Viandes (L-Assoċjazzjoni Nazzjonali Interprofessjonali tal-Bhejjem u l-Laħam - Interbev) hija organizzazzjoni interprofessjonali Franċiża tas-settur tal-bhejjem u tal-laħam. Ġiet iffurmata fid-9 ta’ Ottubru 1979 fuq inizjattiva tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-settur tal-bhejjem u tal-laħam fl-oqsma tal-laħam tal-bovini, tal-ovini u taż-żwiemel u hija rikonoxxuta permezz tad-Digriet tat-18 ta’ Novembru 1980 (3). Ir-rwol tagħha hu li tiddefendi u tippromwovi l-interessi komuni tat-trobbija tal-bhejjem u tal-attivitajiet industrijali, artiġjanali u kummerċjali tas-settur. Fl-1980, Interbev ġiet rikonoxxuta bħala organizzazzjoni interprofessjonali għas-settur tal-bhejjem u tal-laħam. Hi komposta minn tlettax-il organizzazzjoni professjonali nazzjonali li jirrappreżentaw l-impjiegi differenti tas-settur ekonomiku tal-bhejjem u tal-laħam: dawk li jrabbu l-bhejjem, negozjanti, biċċiera, grossisti, industrijalisti, fornituri.

(15)

Iż-żewġ għanijiet prinċipali tagħha huma l-istabbiliment ta’ ftehimiet professjonali u l-komunikazzjoni reċiproka. Ma’ dawn jiżdiedu l-programmi ta’ riċerka fis-settur tal-laħam. Il-ftehimiet interprofessjonali ffirmati fi ħdan l-assoċjazzjoni jiddefinixxu r-regoli li jikkontrollaw l-attività fis-settur. Dawn il-ftehimiet jistgħu jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet pubbliċi fil-qafas tal-proċedura ta’ estensjoni. Wara l-promulgazzjoni tal-estensjoni permezz ta’ Digriet konġunt tal-Ministeri tal-Agrikoltura u tal-Ekonomija, il-miżuri previsti permezz ta’ ftehim interprofessjonali jorbtu għall-operaturi kollha tas-settur.

2.2.   IL-LEVY FUQ IL-LAĦAM

(16)

Permezz ta’ ftehim interprofessjonali tal-25 ta’ Lulju 1995, li ġie estiż permezz ta’ Digriet tat-18 ta’ Diċembru 1995 (4), Interbev introduċiet levy fuq il-laħam u l-ġewwieni maħsuba għall-konsum mill-bniedem tal-laħam tal-bovini u l-ovini, kif ukoll fuq il-laħam tal-annimali ħajjin tar-razza bovina u ovina mibgħuta lejn pajjiżi tal-UE jew esportati.

(17)

Il-levy kienet tolqot tliet kategoriji tal-laħam u/jew tal-annimali, stabbiliti kif ġej:

(a)

Levy fuq il-laħam u l-ġewwieni maħsuba għall-konsum mill-bniedem ta’ annimali mbiċċra fi Franza: stabbilita għal FRF 0.084 (5) għal kull kilogramma ta’ karkassa u mogħtija mill-persuna fiżika jew ġuridika, proprjetarja jew koproprjetarja tal-annimal fil-mument tat-tbiċċir;

(b)

Levy fuq il-laħam introdott jew importat sabiex jiġi kkunsmat fi Franza: iffissata għal FRF 0.042/kg u mogħtija mill-persuna fiżika jew ġuridika, l-ewwel proprjetarja jew koproprjetarja tal-laħam fit-territorju nazzjonali;

(c)

Levy fuq l-annimali ħajjin tal-annimali ta’ razza bovina u ovina mibgħuta lejn pajjiż tal-UE jew esportati: iffissata għal FRF 7 fuq kull annimal u mogħtija mill-persuna fiżika jew ġuridika, l-aħħar proprjetarja jew koproprjetarja tal-annimali fit-territorju nazzjonali.

(18)

Il-ftehim interprofessjonali tal-25 ta’ Lulju 1995 ġie ssostitwit minn ftehim interprofessjonali ieħor tat-12 ta’ Ġunju 2001, li ġie estiż permezz ta’ Digriet tad-19 ta’ Settembru 2001 (6). L-Artikolu 1 tad-Digriet jipprevedi li l-ftehim hu estiż għal perjodu li jintemm tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni tad-Digriet imsemmi, jiġifieri fit-30 ta’ Settembru 2004.

(19)

Il-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001 kien jipprevedi kontinwazzjoni tas-sitwazzjoni preċedenti fir-rigward tal-kategorija tal-laħam u/jew tal-annimali msemmija, b’żidied fit-total tal-levy: FRF 0,1574 (EUR 0,024) fuq il-laħam u l-ġewwieni maħsuba għall-konsum mill-bniedem ta’ annimali mbiċċra fi Franza; FRF 0,0656 (EUR 0,010) fuq laħam introdott jew importat sabiex jiġi kkonsmat fi Franza; FRF 11,15 (EUR 1,7) fuq l-annimali ħajjin tal-annimali ta’ razza bovina u ovina mibgħuta lejn pajjiż tal-UE jew esportati.

(20)

Il-ftehim tat-12 ta’ Ġunju 2001 introduċa wkoll il-possibbiltà ta’ rimborż parzjali tal-levy fuq il-laħam fil-mument meta jintbagħat lejn pajjiż tal-UE jew meta jiġi esportat lejn pajjiżi terzi. Ir-rata ta’ rimborż kienet dik ta’ FRF 0.0656/kg (EUR 0.010).

(21)

L-estensjonijijet introdotti fl-1995 u fl-2001 eskludew mid-dispożittiv il-levy fuq il-laħam introdott jew importat biex jiġi kkunsmat fi Franza. Għalhekk, dawn il-prodotti ma ntlaqtux mil-levy obbligatorja fuq il-laħam.

2.3.   IL-LEVY FNE

(22)

Permezz tal-ftehim interprofessjonali tal-15 ta’ Ġunju 1994, estiż permezz tad-Digriet tat-18 ta’ Diċembru 1995 (7) u permezz tad-Digriet tad-19 ta’ Settembru 2001 (8), Interbev introduċiet levy favur il-Fond Nazzjonali għat-Trobbija tal-Bhejjem. Dan l-aħħar Digriet jipprevedi li l-ftehim jiġi estiż għal perjodu li jintemm tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni tad-Digriet imsemmi, jew fit-30 ta’ Settembru 2004.

(23)

Dan il-fond professjonali, immexxi fil-qafas tal-Konfederazzjoni Nazzjonali tat-Trobbija tal-Bhejjem (Confédération Nationale de l’Élevage - CNE), inħoloq sabiex jilħaq iż-żewġ għanijiet ewlenin li ġejjin: min-naħa, jinkoraġġixxi r-ristrutturar tal-organizzazzjonijiet tas-servizz u jiffavorixxi l-adattament tagħhom għall-bżonnijiet futuri tal-persuni li jrabbu li dejjem qed jonqsu u li qed jaffrontaw il-politiki Komunitarji ta’ ġestjoni tal-produzzjonijiet; u min-naħa l-oħra, jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-metodi kollettivi fir-rigward tal-ħolqien tal-progress ġenetiku u riċerka applikata li fil-ġejjieni se jibqgħu fatturi ewlenin fil-kompetizzjoni għat-trobbija tal-bhejjem.

(24)

Levy maħsuba għall-finanzjament ta’ dan il-fond tinġabar mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi proprjetarji jew koproprjetarji tal-annimali ta’ razza bovina u ovina mbiċċra fi Franza. Skont l-aħħar dejta kkomunikata mill-awtoritajiet Franċiżi, din il-levy kienet iffissata għal FRF 0,02/kg (EUR 0,003) ta’ laħam maqtul nett (jew FRF 7 fuq kull annimal adult ta’ razza bovina, FRF 2,40 fuq l-għoġġiela u FRF 0,36 fuq kull annimal ta’ razza ovina – EUR 1,05, 0,36 u 0,054 rispettivament).

(25)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-dħul minn din il-levy jintuża għat-titjib ġenetiku, is-sistema ta’ informazzjoni ġenetika, il-bijoteknoloġija u l-istudji ekonomiċi.

2.4.   L-AZZJONIJIET IFFINANZJATI MINN DAWN IL-LEVIES

(26)

Ir-riżorsi ta’ Interbev li ġejjin mil-levies fuq il-laħam jintużaw għal tliet tipi ta’ azzjonijiet, b’mod partikolari:

(a)

għall-komunikazzjoni u l-promozzjoni favur is-settur,

(b)

l-assistenza teknika,

(c)

ir-riċerka u sperimentazzjoni.

(27)

Il-komunikazzjoni u l-promozzjoni tinvolvi l-aktar il-finanzjament ta’ kampanji dwar it-temi differenti marbutin mal-prodotti tal-laħam ta’ kwalità, ngħidu aħna l-kampanji aktar ġeneriċi fuq it-televiżjoni u r-radju dwar il-laħam tal-bovini, kif ukoll azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi. Jiġu ffinanzjati wkoll azzjonijiet ta’ promozzjoni dwar is-swieq barranin, jiġifieri l-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali u promozzjonijiet.

(28)

L-azzjonijiet ta’ assistenza teknika huma marbutin l-aktar maċ-ċertifikazzjoni u l-kwalifikazzjoni tal-postijiet għat-trobbija tal-annimali, b’mod partikolari bil-għan li jitneħħa x-xkiel li l-operaturi involuti jaffrontaw f’dawn il-proċessi. Interbev telabora wkoll speċifikazzjonijiet kollettivi favur is-setturi u tipparteċipa fit-tqassim u l-implimentazzjoni tal-karta ta’ prattiki tajba tat-trobbija tal-bhejjem u tal-Kodiċi ta’ prattiki tajba fix-xogħol tal-laħam u finalment tipparteċipa fil-kjarifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet fis-settur kollu.

(29)

L-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni huma dawk li l-aktar li huma adattati għall-bżonnijiet tas-settur, peress li jittrattaw, b’mod partikolari, is-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni tal-kwalità u l-benesseri tal-annimali.

(30)

Ir-riżorsi ta’ Interbev li ġejjin mil-levies tal-FNE jintużaw għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

azzjonijiet kollettivi għat-titjib ġenetiku,

(b)

sistema kompjuterizzata ta’ ġestjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem,

(c)

ħidmiet ta’ riċerka applikata,

(d)

studji ekonomiċi,

(e)

azzjonijiet oħra.

3.   DEWMIEN TAL-MIŻURA INKWISTJONI

(31)

Din id-Deċiżjoni tittratta l-perjodu ta’ żmien bejn l-1996 u l-2004, is-sena meta skada l-aħħar ftehim interprofessjonali li huwa s-suġġett ta’ din il-proċedura.

4.   BENEFIĊJARJI

(32)

Il-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni huma dawk li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina u ovina.

(33)

Id-destinatarji finali ewlenin tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni huma l-produtturi, dawk li jipproċessaw u l-fornituri tal-prodotti agrikoli. Huwa previst li ċerti attivitajiet ikunu jistgħu jitwettqu minn impriżi privati f’isem dawn tal-aħħar.

(34)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpatibbiltà tal-proċedura ta’ għażla tal-fornituri ta’ servizzi li lilhom ġie fdat it-twettiq tal-attivitajiet ta’ Interbev mar-regoli ta’ akkwist pubbliku.

5.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA  (9)

(35)

Il-Kummissjoni kienet innotat li, qabel xejn, fir-rigward tat-tip ta’ levies f’dan il-każ, il-gvern Franċiż iddeċieda li jagħmilhom obbligatorji fil-qafas tal-proċedura ta’ estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali. L-estensjoni tal-ftehimiet saret permezz ta’ adozzjoni ta’ Digriet ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża. Barra minn hekk, dawn il-levies kienu jeħtieġu att ta’ awtorità pubblika sabiex jipproduċu l-effetti kollha tagħhom. Għaldaqstant, fl-istadju bikri ta’ bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan kien każ ta’ taxxi parafiskali, jiġifieri ta’ riżorsi pubbliċi u li dawn l-għajnuniet kienu illegali peress li ma ġewx innotifikati.

(36)

Skont il-punt 194 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija 2007-2013 (10) (iktar ‘il quddiem “il-linji gwida agrikoli”), kull għajnuna illegali trid tiġi evalwata skont ir-regoli u l-linji gwida fis-seħħ fil-mument meta tingħata l-għajnuna. Il-linji gwida agrikoli ilhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007. Il-linji gwida preċedenti, il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu (2000-2006) (11), bdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2000. Minn dik id-data, l-għajnuna kollha mogħtija wara din id-data trid tiġi evalwata fid-dawl tal-linji gwida tas-sena 2000. Min-naħa l-oħra, l-għajnuna kollha mogħtija qabel din id-data trid tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet u tal-prattika applikabbli qabel l-1 ta’ Jannar 2000. L-għajnuniet inkwistjoni ngħataw mill-1996 ‘il quddiem.

(37)

Peress li dawn huma għajnuniet mill-Istat iffinanzjati permezz ta’ taxxa parafiskali, l-azzjonijiet iffinanzjati mill-għajnuniet kif ukoll il-finanzjament tal-għajnuniet stess riedu jkunu soġġetti għal eżaminazzjoni mill-Kummissjoni.

5.1.   L-GĦAJNUNIET

5.1.1.    L-azzjonijiet ta’ promozzjoni

(38)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2002 riedu jiġu vverifikati fid-dawl tal-għajnuniet nazzjonali għar-reklamar tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti li mhumiex koperti mill-Anness II għat-Trattat tal-KEE (12) u li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija wara din id-data kellha tiġi vverifikata fid-dawl tal-linji gwida tal-Komunità applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għar-reklamar ta’ prodotti li mhumiex koperti fl-Anness I tat-Trattat KE u ta’ ċerti prodotti li mhumiex koperti mill-Anness I (13). Essenzjalment, iż-żewġ testi iħaddnu l-istess prinċipji, filwaqt li jipprevedu b’mod partikolari kriterji negattivi u pożittivi li jridu jiġu rispettati. Fir-rigward tal-ogħla limitu ta’ għajnuniet, dawn l-azzjonijiet jridu jiġu ffinanzjati mis-settur sa minimu ta’ 50 % tal-kostijiet. F’dan il-każ, il-miżuri ġew ffinanzjati kollha mit-taxxi parafiskali u essenzjalment, l-isforzi finanzjarji tal-professjonisti jilħqu dan il-livell. B’hekk, fl-istadju bikri tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet applikabbli ġew rispettati.

5.1.2.    L-azzjonijiet ta’ assistenza teknika

(39)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 riedet tiġi vverifikata fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni ispirata mill-proposta ta’ miżuri utli għall-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tat-trobbija (14) u li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija wara dik id-data riedet tiġi vverifikata fid-dawl tal-linji gwida agrikoli. Essenzjalment, il-prattika tal-Kummissjoni applikabbli qabel is-sena 2000 u l-linji gwida agrikoli jħaddnu l-istess prinċipji. Għalhekk, għajnuniet mogħtija għal 100 % tal-ispejjeż ammissibbli huma awtorizzati għal dan it-tip ta’ għajnuniet. Barra minn hekk, l-għajnuniet iridu jkunu aċċessibbli għall-professjonijisti kollha li jkunu potenzjalment interessati. B’hekk, fl-istadju bikri tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet applikabbli ġew rispettati.

5.1.3.    L-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni

(40)

Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet riedet tiġi verifikata fid-dawl tal-qafas Komunitarju tal-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp (15) u tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda dan il-qafas (16). Għalhekk, rata ta’ għajnuna li tista’ tilħaq il-100 % tkun kumpatibbli mas-suq intern sakemm l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu: l-għajnuna tkun ta’ interess ġenerali għas-settur; l-informazzjoni tkun ippubblikata fil-ġurnali xierqa; ir-riżultati tal-ħidmiet ikunu provduti fuq bażi ugwali, kemm fis-sens ta’ kostijiet kif ukoll ta’ żmien; l-għajnuna tissodisfa l-kriterji kummerċjali internazzjonali li l-UE kkommettiet ruħha għalihom. B’hekk, fl-istadju tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet applikabbli ġew rispettati.

5.1.4.    L-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy FNE

(41)

Il-Kummissjoni kienet mħassba dwar in-natura preċiża tal-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy favur l-FNE, li kellha l-għan li tinkoraġġixxi r-ristrutturar tal-organizzazzjonijiet tas-servizz u tiffavorixxi l-adattament tagħhom għall-bżonnijiet futuri ta’ dawk li jrabbu, kif ukoll li tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-metodi kollettivi għall-ħolqien tal-progress ġenetiku u r-riċerka applikata. Id-dħul minn din il-levy kellu jintuża, skont l-awtoritajiet Franċiżi, għat-titjib ġenetiku, is-sistema ta’ informazzjoni ġenetika, il-bijoteknoloġija u l-istudji ekonomiċi. Dawn l-elementi ta’ informazzjoni kienu biżżejjed sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-kumpatibbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet mad-dispożizzjonijiet Komunitarji eventwalment applikabbli. B’hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi, fl-istadju tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, li l-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy FNE kienu kumpatibbli mat-Trattat tal-KE (17).

5.2.   IL-FINANZJAMENT TAL-GĦAJNUNIET

5.2.1.    Il-levy fuq il-laħam

(42)

Mill-1 ta’ Jannar 1996, il-levy tirrigwarda, inter alia, l-annimali ħajjin tar-razza bovina u ovina mibgħuta lejn Stati Membri oħra, kif ukoll il-prodotti tal-laħam bovin u ovin mibgħuta lejn Stati Membri oħra, minkejja l-fatt li, għal dawn tal-aħħar, fl-2001 ġie introdott rimborż parzjali ta’ din il-levy. Skont sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Qorti tal-Ġustizzja”) (18), taxxa għandha tkun ikkunsidrata bħala vjolazzjoni tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 110 tat-TFUE jekk il-vantaġġi li ġejjin mill-allokazzjoni tad-dħul mit-taxxa jagħtu vantaġġ lil dawk il-prodotti nazzjonali intaxxati li ġew proċessati jew kummerċjalizzati fis-suq nazzjonali, billi parzjalment tikkumpensal-piż appoġġjat minnhom u billi b’dan il-mod ma tiffavorixxix il-prodotti nazzjonali esportati.

(43)

Fl-istadju tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dħul li ġej mit-taxxa fuq il-prodotti u l-annimali ħajjin mibgħuta lejn Stati Membri oħra maħsub sabiex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ promozzjoni, ta’ assistenza teknika u ta’ riċerka u sperimentazzjoni mmexxija minn Interbev, seta’ jkun jikkostitwixxi finanzjament tal-għajnuna li huwa inkumpatibbli mas-suq intern fir-rigward tat-Trattat u b’mod partikolari l-Artikolu 107 tiegħu u, konsegwentament, li l-għajnuniet mill-Istat ffinanzjati b’dan il-mod kienu jkunu inkumpatibbli mat-Trattat imsemmi. Fil-fatt, it-taxxa setgħet kienet ta’ żvantaġġ għall-produzzjoni ta’ dawn l-annimali bil-għan li jiġu esportati lejn Stati Membri oħra peress li l-allokazzjoni tad-dħul fin-natura tagħha setgħet tiffavorixxi l-produzzjoni naturali kummerċjalizzata fi Franza b’detriment għall-produzzjoni nazzjonali esportata, u li l-livell ta’ taxxa ma kienx jikkunsidra l-profitti differenti miġbura mill-prodotti nazzjonali skont jekk ikunux kkumerċjalizzati fi Franza jew barra minn Franza.

5.2.2.    Il-levy FNE

(44)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument ta’ bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha, fl-istadju tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, elementi li jindikaw li din il-levy kienet tolqot lill-annimali importati jew mibgħuta lejn Stati Membri oħra.

6.   KUMPATIBBILTÀ TAL-LEVIES VOLONTARJI OBBLIGATORJI MAS-SISTEMA TAL-ORGANIZZAZZJONI KOMUNI TAS-SWIEQ

(45)

Fir-rigward tal-kumpatibbiltà tal-levies volontarji obbligatorji mas-sistema tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq (minn hawn ‘il quddiem “CMO”) skont is-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2003 Freskot (19), il-Kummissjoni kkunsidrat li f’dan il-każ, il-levies volontarji obbligatorji ma xekklux, direttament jew indirettament, il-prezzijiet tal-prodotti finali kkonċernati għaliex il-ġbir ma jaffettwax il-prezz tal-prodotti, peress li huma stabbiliti mis-suq ħieles. Għalhekk, il-ħlas impost fuq il-prodotti tal-laħam u l-annimali mrobbija huwa kkumpensat permezz tal-vantaġġ li joffru l-attivitajiet iffinanzjati. Konsegwentament, nistgħu nikkunsidraw li l-effetti tal-ġbir fuq il-prezz huma ferm limitati jew ineżistenti.

III   KUMMENTI TA’ FRANZA

(46)

Permezz ta’ ittri tat-8 u l-10 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni.

(47)

Permezz ta’ ittri tat-13 ta’ Settembru u d-29 ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw osservazzjonijiet oħra b’risposta għat-talbiet għal informazzjoni supplimentari mibgħuta mill-Kummissjoni.

(48)

Wara t-talba għal informazzjoni supplimentari mibgħuta mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Frar 2011 u l-laqgħa tad-29 ta’ Marzu 2011, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw osservazzjonijiet oħra permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Mejju 2011.

(49)

L-awtoritajiet Franċiżi josservaw li l-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżorsi li ġejjin minn tali levies interprofessjonali obbligatorji, huma simili għat-taxxi parafiskali li jistgħu joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern. L-awtoritajiet Franċiżi osservaw ukoll li l-miżuri kellhom jiġu notifikati. Imbagħad irrapportaw dan li ġej:

1.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-EŻAMINAZZJONI TAL-KUMMISSJONI SKONT L-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

(50)

Fir-rigward tal-levies miġbura skont il-ftehimiet interprofessjonali tal-15 ta’ Ġunju 1994 favur il-fondi tat-trobbija tal-bhejjem u tat-18 ta’ Diċembru 1995 għal Interbev, l-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li l-Kummissjoni kienet fetħet l-investigazzjoni tagħha permezz ta’ ittri tas-16 ta’ Jannar 1995 (għajnuna NN 34/95) u tat-18 ta’ Marzu 1996 u temmitha permezz ta’ ittra (SG (96) D/6396) tal-15 ta’ Lulju 1996 billi kkonkludiet li “il-miżuri inkwistjoni jaqgħu esklussivament fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament KEE Nru 2328/91 u jridu jkunu soġġetti għal eżaminazzjoni skont ir-Regolament imsemmi. Fil-fatt, l-Artikolu 35(2) ta’ dan ir-Regolament jeskludi l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat”.

(51)

Bħala risposta għall-Kummissjoni, li ddikjarat li f’dak iż-żmien ma kinitx esprimiet l-opinjoni tagħha dwar l-azzjonijiet l-oħra mmexxija minn Interbev (peress li d-dossier NN 34/95 kien jikkonċerna biss l-investimenti għar-ristrutturar tal-postijiet fejn jitrabbew l-annimali ta’ razza bovina li jipproduċu l-ħalib), l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li, b’risposta għall-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 1996, kienu taw l-opinjoni tagħhom f’dawn it-termini: “effettivament, il-fond nazzjonali għat-trobbija tal-bhejjem hu maħsub […] sabiex itejjeb l-għażla fit-trobbija u sabiex isostni r-riċerka, b’mod partikolari ġenetika. […]” (ittra tat-13 ta’ Settembru 2005).

(52)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li l-Kummissjoni kienet infurmata b’mod sħiħ bl-eżistenza tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, promozzjoni, riċerka u sperimentazzjoni ffinanzjati minn Interbev u setgħet, fil-qafas ta’ dan id-dossier, tindirizza xi talbiet għal informazzjoni kumplimentari lill-awtoritajiet Franċiżi. Peress li l-Kummissjoni ma bagħtet xejn lura wara din il-Komunikazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li l-informazzjoni mibgħuta kienet tissodisfa lill-Kummissjoni.

(53)

F’risposta ulterjuri lill-Kummissjoni, li argumentat li bagħtet talba għal informazzjoni addizzjonali (30 ta’ Mejju 1996) permezz tal-ittra msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew l-ewwel nett li qatt ma rċevew talbiet għal informazzjoni addizzjonali u, it-tieni nett, fehmu li n-nuqqas ta’ intervent mill-Kummissjoni bejn it-30 ta’ Mejju 1996 u t-2 ta’ Ottubru 2001 kien ifisser li hi aċċettat b’mod impliċitu l-kumpatibbiltà tal-azzjonijiet li kienet taf bihom.

(54)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-Kummissjoni kienet infurmata bl-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni mmexxija minn Interbev fil-qafas tad-dossier C 18/95, dwar l-azzjonijiet favur is-settur tat-trobbija tan-nagħaġ.

(55)

Għaldaqstant, peress li fil-fehma tagħhom il-Kummissjoni ma komplietx bl-eżaminazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet, l-awtoritajiet Franċiżi jidhrilhom li kkunsidraw b’mod leġittimu li l-Kummissjoni ma kinitx qed topponi l-applikazzjoni tagħhom.

(56)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li din il-proċedura kienet tikkonċerna biss il-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001.

(57)

Finalment, fl-ittra tagħhom tal-24 ta’ Mejju 2011 u fil-laqgħa tad-29 ta’ Marzu 2011, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni d-dejta dwar il-perjodu kollu kkonċernat.

2.   RAĠUNI LI TIĠĠUSTIFIKA N-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TAL-GĦAJNUNA SKONT L-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

(58)

Fir-rigward tal-azzjonijiet sussegwenti permezz tar-riżorsi li ġew mil-levies miġbura bl-implimentazzjoni tal-ftehimiet interprofessjonali l-ġodda tat-12 ta’ Ġunju 2001, favur Interbev u FNE, ma deherx li kien neċessarju li l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikawhom peress li huma ffinanzjati biss mil-levies privati miġbura fis-settur ikkonċernat.

3.   L-AZZJONIJIET IMMEXXIJA MINN INTERBEV

(59)

Fir-rigward tal-azzjonijiet immexxija minn Interbev, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li l-Kummissjoni, meta ħarġet l-analiżi tal-informazzjoni mogħtija lilha permezz tal-ittra tad-9 ta’ Novembru 2001, qisithom bħala kumpatibbli mal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu (2000-2006) u mal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-reklamar ta’ prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti li ma jidħlux fl-Anness I. Huma jikkonfermaw li matul il-perjodu kkonċernat f’din id-Deċiżjoni, Interbev iffinanzjat dawn l-azzjonijiet ta’ reklamar, assistenza teknika, riċerka u sperimentazzjoni, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk imsemmija qabel fl-ittra tad-9 ta’ Novembru 2001.

4.   L-AZZJONIJIET TA’ RIĊERKA U ASSISTENZA TEKNIKA MWETTQA PERMEZZ TAL-FNE

(60)

Fir-rigward tal-FNE, l-awtoritajiet Franċiżi, permezz ta’ ittra b’risposta għad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura (8 u 10 ta’ Ottubru 2003), ipprovdew l-ispjegazzjonijiet li ġejjin.

(61)

L-azzjonijiet imwettqa permezz tar-riżorsi tal-FNE huma azzjonijiet ta’ assistenza teknika u riċerka applikata. L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li dawn ġew imfassla b’konformità mal-punti 14 u 17 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu (2000-2006).

(62)

L-ewwel nett, huwa ppreċiżat li r-riżorsi miġbura mill-FNE servew għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

azzjonijiet kollettivi għat-titjib ġenetiku;

(b)

sistema komputerizzata ta’ ġestjoni u sistema ta’ informazzjoni għat-trobbija tal-annimali;

(c)

ħidmiet ta’ riċerka applikata;

(d)

studji ekonomiċi;

(e)

azzjonijiet oħra.

4.1.   IL-QASAM ĠENETIKU

(63)

Fil-qasam ġenetiku, il-parteċipazzjoni tal-FNE hija strettament riżervata għall-akkumpanjament ta’ ċerti azzjonijiet kollettivi li jitwettqu fil-qafas tal-Istrument Nazzjonali għat-Titjib Ġenetiku u definiti mill-Kummissjoni Nazzjonali għat-Titjib Ġenetiku (CNAG) li jgħaqqad lir-rappreżentanti tal-Istat, tal-professjoni, tar-riċerka u tal-edukazzjoni.

(64)

Essenzjalment, il-finanzi mogħtija mill-FNE huma mmirati sabiex jakkumpanjaw l-azzjonijiet tad-dipartiment ġenetiku tal-Istitut tat-trobbija tal-bhejjem, li l-għan ewlieni tiegħu hu: l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet ta’ livell lokali li jikkontribwixxu għall-progress ġenetiku tal-annimali li jixtarru; l-elaborazzjoni, il-manutenzjoni u l-evoluzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet li jiddefinixxu l-proċeduri lokali; il-kontroll tal-proċeduri ta’ valorizzazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tad-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni ġenetika tar-riprodotturi fil-ħażniet kollettivi ta’ informazzjoni fil-kompjuters; l-adattament tal-proċeduri ta’ indiċjar bi sħubija mal-INRA, l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ skambju tad-dejta fuq livell internazzjonali u t-tqassim tal-indiċi uffiċjali fi Franza.

4.2.   TIĠDID U ŻVILUPP TAS-SISTEMI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IT-TROBBIJA TAL-BHEJJEM

(65)

Fuq il-bażi tal-azzjoni tiegħu ta’ tiġdid u żvilupp tas-sistemi ta’ informazzjoni fit-trobbija tal-annimali, l-FNE jipparteċipa fit-tiġdid tas-sistema ta’ informazzjoni ġenetika (SIG). Dan it-tiġdid, li nbeda fl-1995, ġie mfassal sabiex jimmodernizza sistema kollettiva ta’ informazzjoni implimentata aktar minn 20 sena ilu u tinġabar sabiex tiġi żgurata ġestjoni aktar effikaċi tad-dejta dwar il-ġenetika filwaqt li jiġu integrati l-funzjonalitajiet ġodda meħtieġa għall-indiċjar u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż.

(66)

Barra minn hekk, l-FNE pparteċipa fl-istudju tal-fattibbiltà ekonomika, teknika u ġuridika ta’ proġett ta’ sistema professjonali tal-informazzjoni dwar it-trobbija tal-bhejjem (SPIE) li għandu l-għan li jiżgura l-valorizzazzjoni professjonali u interprofessjonali tad-dejta uffiċjali ta’ identifikazzjoni u ta’ dejta oħra li tista’ tiġi provduta.

4.3.   INTERVENTI FIL-QASAM TAR-RIĊERKA APPLIKATA

(67)

Diversi programmi ta’ riċerka applikata kienu soġġetti għall-għoti ta’ appoġġ min-naħa tal-FNE, li għandu l-għan li jkompli l-parteċipazzjoni tiegħu fi studji li jittrattaw suġġetti ta’ interess ġenerali għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem, bħal pereżempju l-għajnuna għall-programm ta’ riċerka applikata u tat-trasferiment tal-bijoteknoloġiji tar-riproduzzjoni (trasferiment tal-embriju, l-għażla tas-sess, fertilizzazzjoni in vitro, klonazzjoni). Dawn il-ħidmiet jikkonċernaw it-tekniki l-ġodda tal-embrijoloġija, li huma partikolarment interessanti fil-perspettiva għall-użu fil-ġejjieni tal-markaturi molekulari u għall-ħidmiet ta’ għażla assistita minn sinjali. Il-programm afferma ruħu permezz ta’ titjib notevoli fir-rendiment tat-trasferiment embrijonali klassiku, l-iżvilupp u t-titjib fil-metodu Franċiż tal-għażla tas-sess tal-embrijuni, l-iżvilupp tal-metodu tal-aspirazzjoni tal-ooċiti permezz ta’ apparat ekografiku, it-titjib tat-teknika ta’ fertilizzazzjoni in vitro.

(68)

L-FNE pparteċipa wkoll fil-proġett pilota ta’ riċerka dwar ir-rikombinazzjoni omologa. Permezz tal-metodu tat-transġenesi, il-proġett, immexxi mill-INRA, involva modifika kkontrollata ta’ ġenoma tal-annimali billi l-inseriment ta’ transġene kien immirat f’post speċifiku tad-DNA. Dan l-inseriment hu maħsub sabiex jagħti l-għażla għall-bidla ta’ ġene ma’ ieħor mingħajr l-użu ta’ organiżmi ġenetikament modifikati.

(69)

Barra minn hekk, l-FNE pparteċipa fil-programm IDEA f’dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ta’ razza bovina u ovina. Ikkontribwixxa wkoll għall-finanzjament tal-proġetti nazzjonali fil-qafas tal-programm Komunitarju IDEA bil-għan li titjieb l-affidabbiltà fl-identifikazzjoni tal-annimali permezz tal-użu tat-tekniki l-ġodda tal-użu elettroniku.

4.4.   STUDJI EKONOMIĊI

(70)

L-FNE intalab jipparteċipa fil-finanzjament tal-istudji ekonomiċi li huma indispensabbli għall-organizzazzjonijiet ta’ trobbija tal-bhejjem, l-aktar sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet ġejjin mir-riformi suċċessivi tal-PAK, mit-tkabbir tal-Ewropa, mill-kriżi tas-snin li għaddew u mill-evoluzzjoni tal-kuntest internazzjonali.

(71)

Dawn l-istudji kollha huma mwettqa taħt it-tmexxija ta’ grupp imsejjaħ “Groupe Économique du Bétail” (Grupp Ekonomiku tal-Bhejjem - GEB) immexxi mill-Istitut tat-Trobbija tal-Bhejjem li jiggarantixxi l-koerenza tal-ħidmiet differenti mitluba mill-professjoni u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-istudji eżistenti f’postijiet oħra.

(72)

Il-ħidmiet jitwettqu permezz tal-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta’ bħalissa għas-setturi tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-laħam, fi Franza u fl-Ewropa, id-dossiers ekonomiċi ta’ kull xahar li janalizzaw fil-fond l-aspetti tal-ekonomija tal-produzzjoni tal-annimali fi Franza, fl-Ewropa u fid-dinja, il-ħidmiet speċifiċi bħall-monitoraġġ tal-prezzijiet, tal-ispejjeż tal-produzzjoni, tan-negozjar Komunitarju u tal-WTO.

(73)

L-osservatorju ekonomiku tal-GEB jgħaqqad l-għarfien konkret dwar il-funzjonament tal-irziezet, hekk kif użat min-netwerk tat-trobbija tal-bhejjem u jiżgura sinerġija bejn l-approċċ makro u mikroekonomiku.

4.5.   AZZJONIJIET OĦRA

(74)

L-FNE huwa msejjaħ ukoll sabiex isostni kif xieraq it-tnedija tal-proġetti unifikanti l-ġodda maħsuba biex jiffaċilitaw l-adattament tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem għall-iżviluppi soċjo-ekonomiċi, bħall-implimentazzjoni tal-karta tal-prattiki tajba tat-trobbija tal-bhejjem, li hija l-aktar inizjattiva importanti ta’ dan it-tip fl-Ewropa, u t-tnedija tal-proġett ta’ komunikazzjoni dwar ix-xogħol ta’ raħħal, wara t-tieni kriżi tal-BSE sabiex jerġa’ jġib lura qbil bejn dawk li jrabbu l-bhejjem u ċ-ċittadini.

4.6.   QAFAS KOMUNITARJU

(75)

L-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw li, mingħajr dubju, l-azzjonijiet kollha li ġew iffinanzjati huma ta’ interess ġenerali għal dawk kollha li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina jew ovina; qatt ma kien il-każ ta’ azzjonijiet li jibbenefikaw biss lil operaturi individwali jew lil gruppi ta’ operaturi partikolari.

(76)

Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-FNE ħafna drabi hija inqas minn 50 % tal-ispiża ta’ dawn il-ħidmiet u r-riċerki. Tista’ taqbeż il-50 % f’ċerti proġetti speċifiċi, iżda r-rata ta’ għajnuna fl-ebda każ ma’ taqbeż il-100 %.

4.6.1.    Assistenza teknika

(77)

L-istudji ekonomiċi huma ffinanzjati billi jiġi żgurat li min-naħa jiġi rispettat il-limitu ta’ EUR 100 000 għal kull persuna li trabbi l-bhejjem, kull perjodu ta’ tliet snin, u min-naħa l-oħra r-rispett tar-regola li tistipula li r-riżultati għandhom ikunu aċċessibbli għal dawk kollha li jrabbu.

4.6.2.    Riċerka applikata

(78)

L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li d-dejta minn kull studju ekonomiku, bħal dik miġbura minn kull programm ta’ riċerka, meta ssir definittiva, tkun soġġetta għal distribuzzjoni fuq skala kbira. Sistematikament, dan iwassal għall-pubblikazzjoni u t-tqassim tar-riżultati tal-ħidmiet kollha megħjuna mill-fond, sabiex dawk li jrabbu l-bhejjem u l-organizzazzjonijiet tagħhom fuq il-post jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom u jkollhom aċċess għalihom mingħajr diskriminazzjoni.

(79)

Jintużaw żewġ kanali kbar ta’ komunikazzjoni: dak tal-organizzazzjonijiet professjonali tat-trobbija tal-bhejjem u dak tal-Istitut tat-trobbija tal-bhejjem, permezz tal-pubblikazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi b’komunikazzjoni tqassim fuq skala wiesa’ fost dawk li jrabbu l-bhejjem u l-persuni tekniċi.

(80)

Minħabba n-n-natura ta’ interess ġenerali tar-riċerka, mhu previst l-ebda użu kummerċjali tar-riżultati. Dawk li tabilħaqq jibbenefikaw mill-azzjonijijet huma dawk kollha li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina u ovina, li jitqassmulhom ir-riżultati teoretiċi u prattiċi tal-ħidmiet.

(81)

L-istudji ffinanzjati ma jagħtu lok għal ebda ħlas dirett lill-produtturi jew lill-proċessuri.

5.   LEVIES FUQ L-ANNIMALI U L-LAĦAM IMPORTATI

5.1.   IL-LEVIES INTERBEV

(82)

Skont l-informazzjoni mibgħuta f’mumenti differenti mill-awtoritajiet Franċiżi, fir-rigward tat-tassazzjoni tal-laħam introdott fi Franza u li ġej minn azjendi li jrabbu l-bhejjem ta’ Stati Membri oħra jew ta’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni setgħet tinnota li d-Digrieti interministerjali għal estensjoni tal-ftehimiet interprofessjonali tal-1995 u l-2001 minn dejjem eskludew il-levies fuq il-laħam importat mill-kamp ta’ applikazzjoni.

5.2.   IL-LEVIES FNE

(83)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni osservat li l-levy miġbura favur l-FNE setgħet tiġi applikata għal annimali mrobbija barra mit-territorju nazzjonali, iżda introdotti fi Franza biex jinqatlu hemmhekk.

(84)

Fl-ittra tagħhom tas-6 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew ir-relevanza ta’ din l-oġġezzjoni fuq il-livell tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. B’hekk, ħadmu sabiex jimmodifikaw it-test tal-ftehim bil-għan li tiġi eskluża kull levy fuq l-annimali mrobbija barra t-territorju nazzjonali, iżda miġjuba fi Franza għat-tbiċċir. L-awtoritajiet Franċiżi pproponew li jibagħtu t-test il-ġdid lill-Kummissjoni, meta l-ftehim il-ġdid ikun ifformalizzat u ffirmat.

(85)

Barra minn hekk huma qalu li fil-prattika, l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin ma kinitx komuni u ma kinitx toħloq riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Skont is-servizzi doganali, il-“bovini kbar adulti” importati ammontaw għal 24 933 fl-2001 u 22 250 fl-2002 rispettivament. Ir-rata ta’ tbiċċir fuq livell nazzjonali tammonta għal 4 miljuni, waqt li l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin kienet tirrappreżenta biss 0.58 % mit-tbiċċir totali. Min-naħa l-oħra, aktar minn 70 % ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu jirrigwardaw annimali bl-aqwa struttura fiżika u bi prezz għoli, maħsuba għal tip ta’ konsum speċifiku fit-tramuntana ta’ Franza. Jekk wieħed jikkunsidra l-prezz medju tal-importazzjoni ta’ dawn l-annimali (skont id-Dwana: EUR 1.50/kg, jiġifieri l-ekwivalenti ta’ EUR 2.5 għal kull kg netta), il-levy favur l-FNE miġbura fuq l-annimali riedet tkun ta’ 0.1 % tal-valur tal-annimal.

(86)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, minn naħa waħda, il-levies volontarji obbligatorji miġbura kienu minimi, għax spiss kien hemm nuqqas ta’ ħlas fuq l-annimali importati u iktar tard dan sar sistematiku u, min-naħa l-oħra, it-total tal-levy volontarja obbligatorja kkonċernata, imqabbel mal-valur tal-annimali, tant kien baxx li ma setax jikkaġuna distorsjoni fil-kompetizzjoni. Fl-ittra tagħhom tal-24 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu eżempji stampati ta’ kalkoli ta’ levies u ta’ dikjarazzjonijiet tal-impriża li juru li l-prattika ta’ rimborż setgħet seħħet f’ċerti każijiet, iżda li din il-prattika ma kinitx obbligatorja.

(87)

Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Settembru 2005 u tal-24 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li mill-2003, il-levy FNE kienet biss fuq l-annimali mrobbija u mbiċċra fi Franza (20).

6.   LEVIES FUQ L-ANNIMALI U L-LAĦAM MIBGĦUTA LEJN STATI MEMBRI OĦRA

6.1.   DWAR IL-LEVIES INTERBEV

(88)

Rigward il-levy li tolqot il-laħam mibgħut lejn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni lejn riskju ta’ diskriminazzjoni marbut mas-sistema ta’ levy li ma kinitx ikkunsidrat l-ispedizzjoni barra t-territorju nazzjonali ta’ ċerti prodotti sottomessi għal-levy u tibża’ li tali miżura tiffavorixxi l-produzzjonijiet nazzjonali kummerċjalizzati fi Franza.

(89)

Kif spjegat fil-premessa 16 et sequitur, il-laħam mibgħut lejn Stati Membri oħra ġie sottomess għal levy volontarja obbligatorja ta’ EUR 0,0126/kg u mill-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001, ir-rata ta’ levy volontarja obbligatorja saret EUR 0,024/kg. Barra minn hekk, mid-data meta beda l-ftehim imsemmi kienet ippjanata sistema ta’ rimborż li titla’ għal EUR 0,010/kg.

(90)

Fir-rigward tal-levies volontarji obbligatorji li jolqtu lill-annimali mibgħuta lejn Stati Membri oħra, fl-ittra tagħhom tal-24 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Franċiżi taw spjegazzjonijiet sabiex juru li l-levies volontarji obbligatorji msemmija kienu proporzjonati mal-benefiċċji miksuba mill-azzjonijiet iffinanzjati minn tali levies.

(91)

L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-ispedizzjonijiet ta’ annimali ħajjin kienu jikkonċernaw lill-frieħ li jkunu nfatmu tal-ispeċi bovina. Kif indikat fil-premessa 17 et sequitur, l-annimali kienu sottomessi għal levy volontarja obbligatorja li ġiet ikkalkulata għal kull annimal u mhux għal kull kilogramma ta’ laħam.

(92)

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu kalkolu li permezz tiegħu tiġi evalwata l-ekwivalenza bejn il-piż ta’ kull annimal u l-piż ta’ kull kilogramma. Fil-fatt, il-ftehim interprofessjonali tal-25 ta’ Lulju 1995 kien jindika li l-levy volontarja obbligatorja għat-tbiċċir kienet ta’ FRF 0,084/kg ta’ karkassa waqt li l-levy volontarja obbligatorja fuq l-ispedizzjoni ta’ annimali ħajjin kienet ta’ FRF 7 fuq kull annimal bovin adult (Artikolu 4). Iżda, ferħ li jkun infatam jiżen bejn 250 u 280 kg ħaj, li jfisser toqol medju ta’ laħam (porzjon ta’ 65 %) ta’ 163 kg. Għaldaqstant, il-levy ta’ FRF 7 fuq kull annimal kienet tfisser levy ta’ FRF 0,042/kg, komparabbli ma’ nofs il-levy li kellha titħallas fuq il-laħam.

(93)

Il-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001 kien estenda dan id-dispożittiv billi segwa l-istess ekwivalenza. It-totali (f’euro) kienu li ġejjin: levy volontarja obbligatorja fuq it-tbiċċir ta’ EUR 0,024/kg ta’ karkassa (Artikolu 2) u levy volontarja obbligatorja fuq l-ispedizzjoni ta’ annimali ħajjin ta’ EUR 1,7 fuq kull annimal bovin adult (Artikolu 4). Il-levy ta’ EUR 1,7 fuq kull annimal bovin adult kienet ekwivalenti għal-levy ta’ EUR 0,0104/kg, komparabbli ma’ nofs il-levy li kellha titħallas fuq il-laħam.

(94)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkalkulaw li d-dħul totali (EUR 38 136 670) li ġej mill-levy volontarja obbligatorja miġbura minn fuq il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħra (annimali ħajjin u laħam) kien dak ta’ 15 % tad-dħul totali li ġej mil-levies volontarji obbligatorji kollha miġbura minn Interbev bejn l-1995 u l-2004 (ta’ EUR 252 855 282). Billi jiġi adottat approċċ globali fuq is-snin 1995-2004, l-awtoritajiet Franċiżi jikkalkulaw li d-dħul imsemmi kien proporzjonali għall-vantaġġ fuq il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħra bħala riżultat tal-miżuri li ttieħdu.

(95)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-annimali u l-laħam mibgħuta barra minn Franza minn naħa waħda bbenefikaw mill-azzjonijiet imwettqa barra t-territorju nazzjonali, li jirrappreżentaw l-ammont ta’ EUR 21 490 848 u, min-naħa l-oħra mill-azzjonijiet utli għall-annimali u l-prodotti kollha tkun xi tkun id-destinazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet Franċiżi jikkalkulaw li, minn din is-somma ta’ azzjonijiet utli għall-annimali u l-prodotti kollha li titla’ sa EUR 91 231 075, ikun tajjeb li wieħed jikkunsidra li EUR 28 280 000 biss iffinanzjaw azzjonijiet imwettqa barra t-territorju nazzjonali.

(96)

L-azzjonijiet li kienu jikkonċernaw b’mod speċifiku lill-annimali u l-prodotti esportati kienu partikolarment operazzjonijiet ta’ promozzjoni (pereżempju: fieri kummerċjali internazzjonali, azzjonijiet ta’ informazzjoni professjonali u ta’ relazzjonijiet pubbliċi, Ġimgħa Internazzjonali Favur l-Ambjent f’Berlin, kors ta’ taħriġ dwar il-qtugħ tal-laħam li jsir barra l-pajjiż). L-azzjonijiet li kienu jikkonċernaw l-annimali u l-prodotti kollha, kienu x’kienu is-swieq tagħhom, fi Franza u barra Franza kienu partikolarment jinkludu azzjonijiet ta’ pubbliċità bħall-kampanji dwar “le boeuf européen de qualité” (iċ-ċanga Ewropea ta’ kwalità), il-proċess tat-tbiċċir, dwar ir-“races à viande” (“razez għall-produzzjoni tal-laħam”), u ċertu numru ta’ azzjonijiet ta’ riċerka dwar is-sigurtà tal-ikel, dwar il-benesseri tal-annimali, dwar il-ġestjoni tal-kwalità, dwar il-karatterizzazzjoni tal-prodott, dwar il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew it-traċċabbiltà tal-laħam tal-bovini li r-riżultati tagħhom xterdu sew kemm fi Franza kif ukoll barra minn Franza.

(97)

Bħala total, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-prodotti mibgħuta barra Franza bbenefikaw minn ammont totali ta’ EUR 49 770 000 bħala riżultat tal-azzjonijiet interprofessjonali. Dan it-total għandu jitqabbel mal-levies volontarji obbligatorji li kellhom jitħallsu, jiġifieri EUR 38 136 670. Il-parti ta’ levies volontarji obbligatorji mħallsa mill-produzzjoni Franċiża esportata matul il-perjodu li jkopri s-snin 1995-2004 kienet ibbilanċjata meta mqabbla mal-benefiċċji li ħadet mill-azzjonijiet iffinanzjati minn Interbev.

6.2.   IL-LEVIES FNE

(98)

Fl-ittra tagħhom tat-13 ta’ Settembru 2005, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-prodotti mibgħuta ma kinux soġġetti għal levy għall-FNE.

IV   STIMA TAL-GĦAJNUNA

(99)

L-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE japplikaw għall-prodotti agrikoli kollha tal-Anness I għalih, sottomessi għal organizzazzjoni komuni tas-suq (il-prodotti agrikoli kollha, minbarra l-laħam taż-żiemel, l-għasel, il-kafé, l-alkoħol ta’ oriġini agrikola, il-ħall li ġej mill-alkoħol u s-sufra) skont ir-Regolamenti differenti li jikkontrollaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq rispettivi.

1.   L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

(100)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, ħlief għad-derogi previsti fit-Trattat imsemmi, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(101)

L-Artikoli 107 sa 109 tat-TFUE, fiż-żmien ikkonċernat, kienu saru applikabbli fis-settur tal-laħam tal-bovini permezz tal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1254/99 tal-Kunsill (21) li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għal dawn il-prodotti. Qabel l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar, dawn l-Artikoli kienu saru applikabbli fl-istess settur permezz tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga [traduzzjoni mhux uffiċjali] (22). Kienu saru applikabbli fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż permezz tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (23). Qabel l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar, l-Artikoli kienu saru applikabbli fl-istess settur permezz tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [traduzzjoni mhux uffiċjali] (24) u, qabel l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar, permezz tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [traduzzjoni mhux uffiċjali] (25).

(102)

Illum, l-Artikoli 107 sa 109 tat-TFUE huma applikabbli, għaż-żewġ setturi msemmija fil-premessa 32 et sequitur ta’ din id-Deċiżjoni, permezz tal-Artikolu 180 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (26)  (27).

1.1.   L-EŻISTENZA TA’ VANTAĠĠ SELETTIV

(103)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-interventi jitqiesu bħala għajnuniet meta, fi kwalunkwe forma, ikunu jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament xi impriżi jew jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (28). F’dan il-każ, l-appoġġ mogħti jiffavorixxi ċerti impriżi attivi fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem ta’ razza bovina jew ovina permezz tat-twettiq ta’ azzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-produtturi jew l-oqsma rappreżentati minn Interbev.

(104)

Barra minn hekk, dejjem skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interventi jitqiesu bħala għajnuniet meta, taħt forom diversi, inaqqsu xi piżijiet li normalment ikunu imposti fuq baġit ta’ impriża u li, b’hekk, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, jaġixxu bħalhom u jkollhom l-istess effetti (29).

(105)

Fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, din trid tkun stabbilita fuq livell tal-benefiċjarji potenzjali tal-azzjonijiet favur is-settur tal-laħam kif ukoll tal-levies interprofessjonali inkwistjoni u tal-finanzjament tagħhom. F’dan il-każ, l-appoġġ mogħti ffavorixxa ċerti impriżi attivi fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem ta’ razza bovina jew ovina permezz ta’ twettiq ta’ azzjonijiet li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-produtturi tas-settur.

1.2.   GĦAJNUNA MOGĦTIJA MILL-ISTAT JEW PERMEZZ TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT

(106)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex vantaġġ jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, l-ewwel nett jeħtieġ li jingħata direttament jew indirettament permezz tar-riżorsi tal-Istat, u t-tieni nett, ikun imputabbli għall-Istat (30).

(107)

F’dan il-każ, dwar it-tip ta’ levies (levies volontarji obbligatorji), il-Kummissjoni tikkunsidrahom bħala taxxi parafiskali, jiġifieri riżorsi pubbliċi. Il-Kummissjoni ibbażat l-analiżi tagħha fuq il-konsiderazzjonijiet li ġejjin.

(108)

L-ewwel nett, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita, u b’mod partikolari l-punt 139 tal-Kawża Salvat (31), id-distinzjoni bejn il-korpi privati u pubbliċi mhijiex “element determinanti għall-applikazzjoni tat-Trattat fuq l-għajnuna mill-Istat”. Barra minn hekk, is-sentenza Ladbroke (32) tikkonferma b’mod ferm ċar li l-Artikolu 107(1) tat-TFUE “jinkludi l-istrumenti finanzjarji kollha li s-settur pubbliku jista’ realment juża biex isostni l-impriżi, indipendentement mill-fatt jekk dawn l-istrumenti humiex jew le parti, b’mod permanenti, mill-patrimonju tas-settur imsemmi hawn fuq. Għaldaqstant, anki jekk is-somom (…) mhumiex fil-pussess permanenti tat-teżor pubbliku, il-fatt li jibqgħu b’mod kostanti taħt il-kontroll pubbliku, u għalhekk fid-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed biex jiġu kklassifikati bħala riżorsi Statali u biex il-miżura msemmija tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat” [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

(109)

L-ewwel nett, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatt li l-levies volontarji obbligatorji inkwistjoni jikkonsistu f’levies mis-settur privat u li mhumiex għad-dispożizzjoni permanenti tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex jiġi deċiż li dawn jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tevalwa bl-istess mod il-livell ta’ kontroll eżerċitat mill-Istat fir-rigward tad-dħul li ġej mil-levies volontarji obbligatorji inkwistjoni u l-kapaċità tal-Istat sabiex jimplimenta l-użu tar-riżorsi biex jiffinanzja l-miżuri ta’ għajnuna.

(110)

Fil-każ eżaminat, il-Kummissjoni tosserva li l-approvazzjoni tal-gvern, permezz tar-rikonoxximent mogħti lil Interbev, tikkostitwixxi prerekwiżit għat-twaqqif tal-levies volontarji obbligatorji. Għalhekk, anki jekk Interbev hi entità mmexxija mil-liġi privata, il-kapaċità tagħha li tintroduċi levies volontarji obbligatorji fis-settur tal-attività tagħha hi soġġetta għall-approvazzjoni tal-funzjonament u tal-għanijiet tagħha mill-Istat (ara l-premessa 14 ta’ din id-Deċiżjoni).

(111)

Il-Kodiċi rurali jipprevedi wkoll li l-levies isiru obbligatorji għall-membri kollha tal-professjoni inkwistjoni peress li huma estiżi permezz ta’ Digriet interministerjali (ara l-premessa 10 ta’ din id-Deċiżjoni). Jidher li dan it-tip ta’ levies jeħtieġ att ta’ awtorità pubblika sabiex jidħol kompletament fis-seħħ (33).

(112)

Fuq il-bażi ta’ dawn il-fatti, il-Kummissjoni tosserva li l-levies volontarji obbligatorji eżaminati jistgħu jitqiesu qishom kienu taħt il-kontroll tal-Istat u bħala parti mir-riżorsi tal-Istat.

(113)

It-tieni nett, l-użu tad-dħul mil-levies volontarji obbligatorji hu determinat mill-għanijiet u l-qafas tal-funzjonament tal-interprofessjoni kif definiti fil-Kodiċi rurali (ara l-premessi 7 sa 10). Għalhekk, l-Istat għandu s-setgħa li jalloka l-użu tad-dħul li ġej mil-levies volontarji obbligatorji sabiex jiffinanzja miżuri ta’ għajnuna mwettqa minn Interbev. B’hekk, il-vantaġġi mogħtija minn Interbev jkunu jistgħu jitqiesu bħala imputabbli għall-Istat.

(114)

Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, fil-Kawża C-345/02 Pearle  (34), il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat ċerti indizji li jippermettu li jiġi determinat jew le jekk it-taxxi parafiskali jridux jitqiesu jew le bħala riżorsi tal-Istat imputabbli għall-Istat peress li, essenzjalment, jinġabru minn organizzazzjoni interprofessjonali għall-membri tagħha.

(115)

B’konformità mat-test propost mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, il-levies obbligatorji miġbura minn korp intermedjarju li jirrappreżenta l-impriżi ta’ ċerti setturi tal-ekonomija mhumiex ikkunsidrati bħala riżorsi tal-Istat jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-miżura inkwistjoni tkun stabbilita minn korp professjonali li jirrappreżenta l-impriżi u l-impjegati tas-settur u ma jservix ta’ strument għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Istat;

(b)

l-għanijiet tal-miżura inkwistjoni jkunu kompletament iffinanzjati mil-levies tal-impriżi tas-settur;

(c)

il-modalitajiet ta’ finanzjament u l-perċentwal/kwantità tal-levies ikunu stabbiliti fi ħdan il-korp professjonali mir-rappreżentanti tal-impjegaturi u l-impjegati, mingħajr ebda intervent mill-Istat;

(d)

il-levies ikunu użati b’mod obbligatorju għall-finanzjament tal-miżura, mingħajr il-possibbiltà li l-Istat jintervjeni.

(116)

Iżda, jidher biċ-ċar li l-miżura attwali ma tilħaqx il-kundizzjonijiet kollha tal-Kawża Pearle. L-ewwel nett, l-eżistenza, l-iskopijiet u l-funzjonament ta’ Interbev huma rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara l-premessi 10 u 14) u l-finanzjament tagħha mil-levy volontarja obbligatorja jeħtieġ l-intervent mill-Istat (ara l-premessa 10). Barra minn hekk, l-Artikolu 632-2-1 tal-Kodiċi rurali jistabbilixxi li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jibbenefikaw minn prijoritajiet fl-għoti tal-għajnuniet pubbliċi. Għaldaqstant, Interbev tista’ tiġi kkunsidrata bħala strument għall-implimentazzjoni ta’ politika sostnuta mill-Istat li twettaq attivitajiet fl-interess ġenerali tal-interprofessjoni (ara l-premessi 40 u 61 et sequitur). Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Istatut ta’ Interbev, il-baġits tal-interprofessjoni jistgħu jiżdiedu permezz ta’ sussidju dirett mill-Istat. Fl-aħħar nett, f’dan il-każ, meta jiġi kkunsidrat l-interess ġenerali tal-attivitajiet ta’ riċerka ffinanzjati (ara l-premessa 10) ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’ċertezza li l-benefiċjarji tal-għajnuniet huma dejjem il-persuni soġġetti għat-taxxa.

(117)

Fir-rigward tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli għall-Istat u huma ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat.

1.3.   L-EFFETTI FUQ IL-KUMMERĊ U D-DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI

(118)

Sabiex ikunu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-għajnuniet iridu jkunu jaffettwaw ukoll il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dan il-kriterju jeħtieġ li l-benefiċjarji tal-għajnuniet iwettqu attività ekonomika.

(119)

Sabiex jiġi stabbilit jekk din l-għajnuna taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li fl-aħħar nett jiġi determinat dwar jekk din l-għajnuna tistax taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(120)

Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li filwaqt li vantaġġ mogħti minn Stat Membru isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri oħra fil-kummerċ intrakomunitarju, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala influwenzati minn dan il-vantaġġ (35), li jkun biżżejjed sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(121)

Il-fatt li hemm kummerċ bejn l-Istati Membri fis-settur tal-produzzjoni tal-laħam huwa pprovat biżżejjed permezz tal-eżistenza ta’ organizzazzjoni komuni ta’ swieq fis-settur (36). Pereżempju, il-kummerċ intrakomunitarju tal-prodotti tal-laħam fi Franza jirrappreżenta madwar 15 % tat-total ta’ kummerċ tal-Unjoni għall-prodotti msemmija (37).

(122)

Għalhekk, l-għajnuniet mogħtija jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri biżżejjed biex jaffettwaw il-produzzjoni nazzjonali b’detriment għall-produzzjoni tal-Istati Membri l-oħra. Fil-fatt, fiż-żmien ikkonċernat kopert minn din id-Deċiżjoni, is-settur tal-produzzjoni tal-laħam kien ferm miftuħ għall-kompetizzjoni fuq livell Komunitarju u, għalhekk, ferm sensittiv għal kull miżura li tiffavorixxi l-produzzjoni fi kwalunkwe Stat Membru.

1.4.   KONKLUŻJONIJIET DWAR IN-NATURA TAL-“GĦAJNUNA” FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

(123)

Il-Kummissjoni tikkunsidra, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, li l-miżuri imposti f’dan il-każ favur il-benefiċjarji jagħtihom vantaġġ li l-operaturi l-oħrajn ma jistgħux jibbenefikaw minnu u jxekklu jew huma theddida għall-kompetizzjoni billi jiffavorixxu ċerti impriżi u ċerti produzzjonijiet, peress li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(124)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE u hija għajnuna mill-Istat.

2.   EŻAMINAZZJONI TAL-KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNIET

2.1.   L-AMBITU TAD-DEĊIŻJONI

(125)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li d-Deċiżjoni inkwistjoni għandha tkopri l-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001 biss, kif spjegat aktar ‘il fuq (ara l-premessa 56).

(126)

Il-Kummissjoni, fil-qafas tal-għajnuna NN 34/95, ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni dwar il-levies FNE jew is-sistema ta’ finanzjament tal-għajnuniet minn dan id-dossier (38). Barra minn hekk, il-pożizzjoni tagħha kienet tikkonċerna biss l-għajnuniet lill-investimenti għal ċerti persuni li jrabbu l-bhejjem, l-aktar fil-kuntest tal-ewwel xirja ta’ annimali. Il-Kummissjoni l-anqas ma kienet ħadet pożizzjoni fir-rigward tas-sistema ta’ levy volontarja obbligatorja, jew tal-għajnuniet għat-titjib ġenetiku, is-sistema ta’ informazzjoni ġenetika, il-bijoteknoloġija jew l-istudji ekonomiċi, jew inkella l-azzjonijiet ta’ promozzjoni, assistenza teknika, riċerka u sperimentazzjoni ffinanzjati mil-levies Interbev, li ma ġewx notifikati fis-sens tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(127)

Dawn l-azzjonijiet issemmew minn Franza fl-ittra tad-29 ta’ April 1996 fil-qafas tad-dossier NN 49/1996, iżda f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet marbuta mal-FNE biss.

(128)

F’risposta għal din l-ittra, il-Kummissjoni xorta waħda talbet informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 1996 (VI/021559), sabiex tifhem in-natura u l-ambitu tal-għodod finanzjarji li jiffaċilitaw ir-ristrutturar tal-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem involuti fl-identifikazzjoni u l-għażla tal-annimali kif ukoll l-azzjonijiet ta’ żvilupp. Il-Kummissjoni kienet talbet ukoll li tkun inkluża skeda informattiva. Mandakollu, l-awtoritajiet Franċiżi ma rrispondewx għal din l-ittra u l-Kummissjoni ma ħaditx pożizzjoni dwar il-kumpatibbiltà tal-attivitajiet inkwistjoni mas-suq intern. Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni, permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Lulju 2003 (39).

(129)

Il-ftehimiet interprofessjonali tal-15 ta’ Ġunju 1994 għall-fondi għat-trobbija u tat-18 ta’ Diċembru 1995 għal Interbev, kif ukoll l-għajnuniet mill-Istat iffinanzjati minn dawn il-ftehimiet, dejjem iridu jiġu eżaminati fid-dawl tar-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat, minħabba li s’issa għadhom ma ġewx approvati mill-Kummissjoni.

(130)

Konsegwentement, din id-Deċiżjoni tikkonċerna wkoll il-ftehimiet tal-15 ta’ Ġunju 1994 għall-benefiċċju tal-FNE u tat-18 ta’ Diċembru 1995 għall-benefiċċju ta’ Interbev. Matul l-analiżi ta’ dawn il-ftehimiet, il-Kummissjoni ma tkellmitx dwar l-azzjonijiet iffinanzjati mil-levies interprofessjonali msemmija.

(131)

Kif huwa indikat fil-premessa 57, l-awtoritajiet Franċiżi aċċettaw din l-interpretazzjoni b’mod impliċitu.

2.2.   APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 107(3) TAT-TFUE

(132)

Fl-Artikolu 107 tat-TFUE hemm xi eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali ta’ inkumpatibbiltà tal-għajnuniet mill-Istat mat-TFUE, minkejja li huwa ċar li wħud minnhom mhumiex applikabbli, l-aktar dawk previsti fil-paragrafu 2 tiegħu. Dawn l-anqas ma ġew invokati mill-awtoritajiet Franċiżi.

(133)

Fir-rigward tad-Derogi previsti fl-Artikolu 107(3), iridu jiġu interpretati b’mod strett fl-evalwazzjoni tal-programm kollu ta’ għajnuna reġjonali jew settorjali jew kull applikazzjoni individwali tal-iskemi ta’ għajnuniet ġenerali. B’mod partikolari, jistgħu jingħataw biss fil-każ fejn il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi li l-għajnuna hi neċessarja għat-twettiq ta’ wieħed mill-għanijiet inkwistjoni. L-għoti ta’ benefiċċju tal-imsemmija derogi għal għajnuniet li ma jimplikawx kontroparti simili ifixkel il-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni mingħajr ġustifikazzjoni fir-rigward tal-interess Komunitarju u, simultanjament, jagħti vantaġġi mhux ġustifikati lill-operaturi ta’ ċerti Stati Membri.

(134)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuniet inkwistjoni mhumiex maħsuba sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun li l-livell tal-għixien tiegħu huwa baxx wisq jew fejn hemm nuqqas serju ta’ impjieg fis-sens tal-Artikolu 107(3)(a). Lanqas mhuma maħsuba sabiex jippromwovu t-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew sabiex jgħinu fl-irkupru minn qagħda ekonomika ħażina ħafna ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b). L-għajnuniet lanqas mhuma maħsuba sabiex jippromwovu l-kultura jew il-konservazzjoni tal-patrimonju fis-sens tal-Artikolu 107(3)(d).

(135)

L-Artikolu 107(3)(c) xorta waħda jipprevedi li l-għajnuniet maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ċerti reġjuni ekonomiċi jistgħu jitqiesu bħala kumpatibbli mas-suq intern meta ma jbiddlix il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jiġi mxekkel l-interess komuni. Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-deroga prevista fl-Artikolu msemmi aktar qabel, l-għajnuniet iridu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur ikkonċernat.

2.3.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-LINJI GWIDA APPLIKABBLI GĦALL-MIŻURI MHUX NOTIFIKATI

(136)

Skont il-punt 194 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-analiżi tal-għajnuniet illegali mill-Istat (40), kull għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (41) trid tiġi evalwata skont ir-regoli u l-linji gwida fis-seħħ fil-mument meta tingħata l-għajnuna (42).

(137)

Linji gwida speċifiċi għas-settur agrikolu kienu japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2000. Minn dak in-nhar, kull għajnuna miksuba wara din id-data trid tkun evalwata fid-dawl tal-linji gwida applikabbli fil-perjodu kkonċernat. Bejn l-1 ta’ Jannar 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2006, kienu japplikaw il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu. Mill-1 ta’ Jannar 2007, bdew japplikaw il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija 2007-2013.

(138)

Min-naħa l-oħra, kull għajnuna mogħtija qabel dik id-data, jekk ikun hemm bżonn, trid tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet u l-prattika applikabbli qabel l-1 ta’ Jannar 2000.

2.4.   KUMPATIBBILTÀ TAL-LEVIES VOLONTARJI OBBLIGATORJI MAS-SISTEMA TAS-CMO

(139)

Dwar il-kwistjoni tal-kumpatibbiltà tal-levies volontarji obbligatorji mas-sistema tas-CMO fil-kuntest tal-Kawża Freskot tat-22 ta’ Mejju 2003 (43), il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ, l-levies volontarji obbligatorji ma jxekklux, direttament jew indirettament, il-prezz tal-prodotti finali kkonċernati għax il-ġbir ma jinfluwenzax il-prezz tal-prodotti, peress li dawn ikunu determinati mis-suq ħieles. Għalhekk, il-levy fuq il-prodotti tal-laħam tal-majjal u l-annimali mrobbija hija newtralizzata permezz tal-vantaġġ li jġibu l-attivitajiet iffinanzjati. Konsegwentement, wieħed jista’ jikkunsidra li l-effetti tal-ġbir fuq il-prezz huma ferm limitati.

(140)

Fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija, il-finanzjament ta’ din l-iskema ma jqajjimx oġġezzjonijiet.

2.5.   ANALIŻI TAL-AZZJONIJIET FID-DAWL TAD-DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

2.5.1.    Azzjonijiet imwettqa permezz tal-levies fuq il-laħam

2.5.1.1.   Promozzjoni

(141)

Fir-rigward tal-għajnuniet għall-promozzjoni, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2002 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-qafas ta’ għajnuniet nazzjonali għall-pubbliċità tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness II tat-Trattat tal-KEE (44) u, għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, il-verifika trid issir fid-dawl tal-linji gwida Komunitarji applikabbli għall-għajnuniet mill-Istat għall-pubbliċità ta’ prodotti li jaqgħu taħt l-Anness I tat-Trattat tal-KE u ta’ ċerti prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I (45).

(142)

Ir-regoli tal-1987 kif ukoll il-linji gwida tal-2002 essenzjalment japplikaw l-istess prinċipji. Jipprevedu kriterji negattivi u pożittivi li jridu jiġu rispettati minn kull skema ta’ għajnuniet nazzjonali. Għalhekk, ma jridux ikunu azzjonijiet ta’ pubbliċità li jmorru kontra l-Artikolu 34 tat-TFUE jew il-liġi Komunitarja sekondarja u l-anqas azzjonijiet orjentati bil-funzjoni ta’ impriżi determinati. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, huwa possibbli li jiġi konkluż li dawn il-miżuri se jkollhom għanijiet konformi ma’ diversi kriterji pożittivi mħaddna mir-regoli u l-linji gwida msemmija aktar ‘il fuq, peress li għal uħud se jkollhom l-għan ta’ tnaqqis ta’ produzzjonijiet agrikoli eċċessivi, u għal oħrajn bil-għan ta’ żvilupp tal-prodotti ta’ kwalità għolja u ikel li jkun tajjeb għas-saħħa.

(143)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-messaġġi mibgħuta permezz tal-azzjonijiet pubbliċitarji mhux se jkollhom l-għan li jiskoraġġixxu lill-konsumaturi milli jixtru prodotti ta’ Stati Membri oħra jew sabiex jikkritikaw il-prodotti msemmija u mhumiex se jiffavorixxu ditta ta’ impriża partikolari jew ta’ produttur individwali.

(144)

Dwar il-limitu massimu tal-għajnuniet, l-azzjonijiet ta’ pubbliċità jistgħu jiġu ffinanzjati sa 50 % minn riżorsi Statali, bil-bqija li jrid jitħallas mill-organizzazzjonijiet professjonali u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali benefiċjarji kemm minn levies volontarji, kif ukoll mill-ġbir tat-taxxa parafiskali jew minn levies obbligatorji. F’dan il-każ, il-miżuri huma kollha ffinanzjati minn taxxi parafiskali, fejn l-impenn finanzjarju tal-professjonisti fil-kampanji jilħaq il-livell ta’ 50 % tal-ispejjeż tagħhom.

(145)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mogħtija sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet ta’ promozzjoni rrispettaw il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli f’dan il-qasam.

2.5.1.2.   Assistenza teknika

(146)

Il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet għall-assistenza teknika mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni ispirata mill-proposta ta’ miżuri utli marbuta mas-suġġett tal-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri fis-settur tat-trobbija u tal-prodotti tat-trobbija (46) u, għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli (47).

(147)

Il-prattika tal-Kummissjoni applikabbli qabel is-sena 2000 u l-linji gwida agrikoli adottati fis-sena 2000 essenzjalment fihom l-istess prinċipji. Għalhekk, għajnuniet mogħtija bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż ammissibbli huma awtorizzati meta jikkonċernaw b’mod partikolari l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika permezz tal-informazzjoni u l-assistenza tal-kontabbiltà, l-azzjonijiet li jikkonċernaw it-tixrid ta’ tekniki ġodda, kif ukoll dawk dwar it-taħriġ tal-ħaddiema fil-qasam agrikolu.

(148)

Bl-adozzjoni tal-linji gwida fis-sena 2000, żdiedet kundizzjoni ġdida f’dan is-sens li l-għajnuniet iridu jkunu aċċessibbli għall-persuni eliġibbli kollha li joperaw fiż-żona kkonċernata b’kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv, u li t-total ta’ għajnuna mogħtija ma jistax jaqbeż l-ammont ta’ EUR 100 000 għal kull benefiċjarju matul tliet snin jew, fir-rigward tal-SMEs, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli, meta jkun japplika l-akbar total. L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-kriterju ta’ aċċess għal ħidmiet imwettqa mill-professjonisti kollha li huma potenzjalment interessati ntlaħaq perfettament. Il-Kummissjoni tikkunsidra, fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-aktar dwar in-numru ferm għoli ta’ benefiċjarji, li l-kriterju dwar il-limitu massimu ta’ għajnuna ntlaħaq.

(149)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mogħtija għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika segwew il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam.

2.5.1.3.   Riċerka u sperimentazzjoni

(150)

Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-qafas Komunitarju tal-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-modifika tal-qafas imsemmi, u għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli, li fil-punt 17 tagħhom jirreferu għall-qafas imsemmi.

(151)

Il-qafas Komunitarju jispeċifika li rata ta’ għajnuna li tilħaq il-100 % hija kumpatibbli mas-suq intern, anki f’każ fejn ir-riċerka u l-iżvilupp jitwettqu minn impriżi, iżda biss jekk l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu f’kull każ:

(a)

l-għajnuna tkun ta’ interess ġenerali għas-settur partikolari kkonċernat, mingħajr ma toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni mhux ġustifikata f’setturi oħra;

(b)

l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata fil-ġurnali xierqa, li jkollhom tal-inqas distribuzzjoni nazzjonali u mhux limitata għall-membri ta’ organizzazzjoni partikolari, sabiex tiggarantixxi li kull operatur potenzjalment interessat f’din l-attività jkun jista’ jiġi infurmat faċilment li ġiet implimentata u li r-riżultati ngħataw jew se jingħataw, fuq talba, lil kull parti interessata. Din l-informazzjoni tkun ippubblikata f’data li ma tkunx aktar tard minn kull informazzjoni li tista’ tingħata lil membri ta’ organizzazzjoni partikolari;

(c)

ir-riżultati tal-ħidmiet jitqassmu lill-partijiet kollha kkonċernati għall-użu, inkluż il-benefiċjarju tal-għajnuna, bl-istess mod, kemm f’termini ta’ kost kif ukoll f’termini ta’ żmien;

(d)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Anness 2 “Sostenn intern: bażi għall-eżenzjoni mill-impenji ta’ tnaqqis” tal-ftehim dwar l-agrikoltura milħuq matul in-negozjati kummerċjali multilaterali fiċ-ċiklu tal-Urugwaj (48).

(152)

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni teknika ta’ Interbev jitwettqu għall-benefiċċju tal-parteċipanti kollha tas-settur. Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni tqassam l-għarfien miġbur u r-rakkomandazzjonijiet tekniċi billi toffri taħriġ u billi tqassam dokumentazzjoni, avviżi, sommarji, fuljetti informattivi, ukoll dwar l-appoġġ elettroniku. Kull min irabbi l-bhejjem, biċċier, proċessur jew bejjiegħ fis-settur tal-produzzjoni tal-laħam tal-bovini u tal-ovini jista’ jiġi infurmat bir-riżultati u jkollu aċċess għas-sommarji tar-riċerki mingħajr diskriminazzjoni fl-istess ħin bħal ħaddieħor u fuq sempliċi talba. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiżguraw li l-azzjonijiet inkwistjoni ma jagħtu lok għall-ebda ħlas dirett lill-produtturi u l-anqas lill-proċessuri u li jissodisfaw il-kriterji internazzjonali tal-kummerċ li l-Unjoni Ewropea kkommettiet ruħha għalihom.

(153)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mogħtija sabiex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni rrispettaw il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam.

2.5.2.    Azzjonijiet imwettqa mill-FNE

2.5.2.1.   Assistenza teknika

(154)

Fir-rigward tal-għajnuniet għall-assistenza teknika, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni bbażata fuq il-proposta ta’ miżuri utli fir-rigward tal-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri lis-settur tat-trobbija u tal-prodotti tat-trobbija (49) u, għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli (50).

(155)

Essenzjalment, il-prattika tal-Kummissjoni applikabbli qabel is-sena 2000 u l-linji gwida agrikoli adottati fis-sena 2000 iħaddnu l-istess prinċipji. Għalhekk, għajnuniet mogħtija b’rata ta’ 100 % tal-ispejjeż ammissibbli huma awtorizzati l-aktar fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ assistenza teknika permezz tal-informazzjoni u l-assistenza fil-kontabbiltà, azzjonijiet li jikkonċernaw x-xandir ta’ tekniki ġodda, kif ukoll ta’ dawk relatati mat-taħriġ tal-ħaddiema tas-settur agrikolu.

(156)

Bl-adozzjoni tal-linji gwida fis-sena 2000, żdiedet kundizzjoni ġdida f’dan is-sens li l-għajnuniet iridu jkunu aċċessibbli għall-persuni eliġibbli kollha li joperaw fiż-żona kkonċernata fil-kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv, u li t-total ta’ għajnuna mogħtija ma jistax jaqbeż l-ammont ta’ EUR 100 000 għal kull benefiċjarju matul tliet snin jew, fil-każ tal-SMEs, 50 % tan-nefqa eliġibbli, meta japplika l-akbar total.

(157)

L-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw li kull azzjoni ffinanzjata hija ta’ interess ġenerali ċar għal kull persuna li trabbi l-annimali ta’ razza bovina u ovina; qatt ma kien hemm azzjonijiet li jibbenefikaw biss lil operaturi individwali jew lil gruppi partikolari ta’ operaturi.

(158)

Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-FNE ħafna drabi tkun inqas minn 50 % tal-ispejjeż ta’ dawn il-ħidmiet u riċerki. Tista’ tkun aktar minn 50 % f’ċerti proġetti speċifiċi, iżda r-rata tal-għajnuna qatt ma taqbeż il-100 %.

(159)

L-istudji ekonomiċi huma ffinanzjati billi jiġi żgurat li min-naħa jiġi rispettat il-limitu ta’ EUR 100 000 minn dak li jrabbi l-bhejjem għal kull perjodu ta’ tliet snin, u min-naħa l-oħra l-konformità mar-regola ta’ aċċess għar-riżultati tagħhom lil dawk kollha li jrabbu l-bhejjem.

(160)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mħallsa sabiex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika rrispettaw il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam.

2.5.2.2.   Riċerka u sperimentazzjoni

(161)

Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi eżaminata fid-dawl tal-qafas Komunitarju tal-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emenda tal-qafas imsemmi, u għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli, li fil-punt 17 tagħhom jirreferu għall-qafas imsemmi.

(162)

Il-qafas Komunitarju jispeċifika li rata ta’ għajnuna li tilħaq il-100 % hija kumpatibbli mas-suq intern, anki f’każ fejn ir-riċerka u l-iżvilupp jitwettqu minn impriżi, dejjem jekk l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu f’kull każ:

(a)

l-għajnuna tkun ta’ interess ġenerali għas-settur partikolari kkonċernat, mingħajr ma toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni mhux ġustifikata f’setturi oħra;

(b)

l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata fil-ġurnali xierqa, li jkollhom tal-inqas distribuzzjoni nazzjonali u mhux limitata għall-membri ta’ organizzazzjoni partikolari, sabiex tiggarantixxi li kull operatur potenzjalment interessat f’din l-attività jista’ faċilment jiġi infurmat li hi jew li diġà ġiet implimentata u li r-riżultati ntbagħtu jew se jintbagħtu, fuq talba, lil kull parti interessata. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f’data li ma tkunx aktar tard minn kull informazzjoni li tista’ tingħata lil membri ta’ organizzazzjoni partikolari;

(c)

ir-riżultati tal-ħidmiet jitqassmu, għall-użu, lill-partijiet kollha kkonċernati, inkluż il-benefiċjarju tal-għajnuna, bl-istess mod, kemm f’termini ta’ kostijiet kif ukoll f’termini ta’ żmien;

(d)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Anness 2 “Sostenn intern: bażi għall-eżenzjoni mill-impenji ta’ tnaqqis” tal-ftehim dwar l-agrikoltura milħuq matul in-negozjati kummerċjali multilaterali fiċ-ċiklu tal-Urugwaj.

(163)

L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li d-dejta ta’ kull studju ekonomiku, bħal dik miġbura minn kull programm ta’ riċerka, meta ssir definittiva, tkun soġġetta għal distribuzzjoni fuq skala kbira. Sistematikament, dan iwassal għall-pubblikazzjoni u t-tqassim tar-riżultati tal-ħidmiet kollha megħjuna mill-fond, sabiex dawk li jrabbu l-bhejjem u l-organizzazzjonijiet tagħhom ta’ livell lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom u jkollhom aċċess għalihom mingħajr diskriminazzjoni.

(164)

Jintużaw żewġ kanali kbar ta’ komunikazzjoni: dak tal-organizzazzjonijiet professjonali tat-trobbija tal-bhejjem u dak tal-Istitut tat-trobbija tal-bhejjem, permezz tal-pubblikazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi b’distribuzzjoni fuq skala wiesa’ fost dawk li jrabbu l-bhejjem u t-tekniċi.

(165)

Peress li ġiet ikkunsidrata n-natura ta’ interess ġenerali tar-riċerki, ma hu previst l-ebda użu kummerċjali tar-riżultati. Għaldaqstant, ma teżistix il-kwistjoni dwar il-kostijiet taċ-ċessjoni ta’ dritt għall-użu jew tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dritt għall-użu. Il-benefiċjarji veri tal-azzjonijiet huma dawk kollha li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina u ovina, li jitqassmulhom ir-riżultati teoriċi u prattiċi tal-ħidmiet.

(166)

L-istudji ffinanzjati ma jagħtu lok għall-ebda ħlas dirett lill-produtturi jew lill-proċessuri. Jissodisfaw il-kriterji ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Anness 2 “Sostenn intern: bażi għall-eżenzjoni mill-impenji ta’ tnaqqis” tal-ftehim dwar l-agrikoltura milħuq f’Marrakech matul in-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj.

(167)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi miġbura sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni rrispettaw il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam.

2.6.   IL-FINANZJAMENT TAL-GĦAJNUNA

(168)

Peress li l-għajnuna mill-Istat hi ffinanzjata minn taxxa parafiskali (il-levies volontarji obbligatorji), il-Kummissjoni trid teżamina kemm il-miżuri finanzjarji, jiġifieri l-għajnuna, kif ukoll il-mod kif inhuma ffinanzjati. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja (51), meta l-metodu ta’ finanzjament tal-għajnuna jkun jifforma parti importanti mill-miżura ta’ għajnuna, l-aktar għax dawn ikunu levies obbligatorji, il-Kummissjoni trid tikkunsidra dan il-metodu ta’ finanzjament meta teżamina l-għajnuna.

(169)

Diversi elementi jiġu kkunsidrati sabiex jiġi determinat jekk il-metodu ta’ finanzjament ikunx parti importanti mill-miżura ta’ għajnuna: ir-rikavat mit-taxxa jrid ikun riżervat esklussivament għall-finanzjament tal-għajnuna u jrid ikun neċessarjament mogħti għall-finanzjament tal-għajnuna (52), it-taxxa trid tkun allokata għall-miżura ta’ għajnuna skont ir-regolamenti nazzjonali inkwistjoni (53) u t-total tat-taxxa jrid ikollu effett dirett fuq it-total tal-għajnuna mill-Istat (54).

(170)

L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-miżuri inkwistjoni wasslet sabiex il-Kummissjoni tagħmel osservazzjonijiet dwar l-elementi li ġejjin. L-ewwel nett, il-bażi ġuridika tal-miżuri kkonċernati, jiġifieri l-ftehimiet interprofessjonali, estiżi permezz ta’ Digriet, jiddefinixxu l-ħlas obbligatorju. Dan ifisser li kull ħlas isir esklussivament għall-fond ikkonċernat, mingħajr ma jiddaħħal fil-baġit ġenerali ta’ Interbev jew tal-Istat. Għalhekk, il-ħlas irid jiġi kkunsidrat bħala riżerva għall-finanzjament tal-għajnuna u mogħti għall-finanzjament tal-għajnuna, fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali li jkunu fis-seħħ. It-tieni nett, il-miżuri tal-għajnuna huma ffinanzjati esklussivament mill-ħlasijiet settorjali. Interbev ma tirrikorri għall-ebda sors ta’ finanzjament ieħor minn tagħha sabiex tgħaqqad il-finanzjament sħiħ għall-azzjonijiet previsti. Għaldaqstant, wieħed jista’ jikkonkludi li t-total tat-taxxa għandu effett dirett fuq it-total tal-għajnuna mill-Istat.

(171)

Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-metodu ta’ finanzjament tal-għajnuna, f’dan il-każ il-levies volontarji obbligatorji, jagħmel parti importanti mill-miżura ta’ għajnuna u jrid jiġi kkunsidrat għall-eżaminazzjoni ta’ kumpatibbiltà tal-għajnuna. Dan il-metodu ta’ finanzjament jista’ jkun qed jikser l-Artikolu 110 tat-TFUE, il-Kummissjoni ma tistax tiddikjara li l-iskema ta’ għajnuna hi kumpatibbli ħlief jekk tistabbilixxi diskriminazzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodotti nazzjonali, (55) jew bejn il-prodotti esportati u l-prodotti nazzjonali (56).

(172)

F’dan il-każ, il-ħlasijiet inġabru fuq il-produzzjoni nazzjonali u fuq il-laħam jew annimali esportati (fil-qafas tal-levies volontarji obbligatorji fuq il-laħam) u importati wkoll (fil-qafas tal-levies volontarji obbligatorji miġbura mill-FNE).

(173)

L-eżaminazzjoni tal-Kummissjoni tkopri ċerti aspetti marbuta mal-levies fuq il-laħam u l-levy għall-FNE, fil-miżura fejn il-kummerċ intrakomunitarju jista’ jiġi affettwat mil-levies imsemmija.

2.6.1.    Il-levies fuq il-laħam (il-levies Interbev)

2.6.1.1.   Laħam importat

(174)

Kif spjegat fil-premessa 82, bejn l-1996 u l-2004 il-levy fuq il-laħam importat ma kinitx obbligatorja skont il-leġiżlazzjoni Franċiża. Għalhekk, hi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, peress li mhijiex, fiha nnifisha, għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, jonqos element determinanti msemmi fil-premessa 10, jiġifieri l-karatteristika obbligtorja. Konsegwentement, u fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-miżuri ffinanzjati mit-taxxa imposta fuq il-prodotti importati mhijiex għajnuna mill-Istat u konsegwentement, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni.

2.6.1.2.   Prodotti esportati

(175)

Kif spjegat fil-premessi 16 et sequitur  (57), mill-1 ta’ Jannar 1996, il-levy tolqot il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħra, minkejja l-fatt li rimborż parzjali ta’ din il-levy ġie introdott fl-2001. Rigward il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-levy tista’ tikkaġuna diskriminazzjoni fir-rigward tal-esportaturi, jekk l-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy ma jkunux maħsuba għalihom u ma jikkompensawx il-pagament appoġġjat fuq dawn tal-aħħar (58). B’hekk ikun jaqbel li jintwera li l-effett tad-dħul minn din il-levy ma ffavorixxiex il-produzzjoni nazzjonali kummerċjalizzata fi Franza b’detriment għall-produzzjoni nazzjonali esportata.

(176)

L-azzjonijiet li b’mod speċifiku kkonċernaw l-annimali u l-prodotti esportati kienu l-aktar operazzjonijiet ta’ promozzjoni (pereżempju: fieri kummerċjali internazzjonali, azzjonijiet ta’ informazzjoni professjonali u ta’ relazzjonijiet pubbliċi, Ġimgħa Internazzjonali Favur l-Ambjent f’Berlin, kors ta’ taħriġ dwar il-qtugħ tal-laħam li jsir barra l-pajjiż).

(177)

L-azzjonijiet li kienu marbutin speċifikament mal-annimali u l-prodotti kollha, ikunu xi jkunu s-swieq tagħhom, fi Franza u barra Franza, kienu l-aktar azzjonijiet ta’ pubbliċità bħall-kampanji “le boeuf européen de qualité” (“iċ-ċanga Ewropea ta’ kwalità”), il-proċess tat-tbiċċir, dwar ir-“races à viande” (“razez għall-produzzjoni tal-laħam”), u ċertu numru ta’ azzjonijiet ta’ riċerka dwar is-sigurtà tal-ikel, dwar il-benesseri tal-annimali, dwar il-ġestjoni tal-kwalità, dwar il-karatterizzazzjoni tal-prodott, dwar il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew it-traċċabbiltà tal-laħam taċ-ċanga li r-riżultati tagħhom ġew ferm distribwiti kemm fi Franza kif ukoll barra minn Franza.

(i)   Laħam u annimali esportati lejn Stati Membri oħra

(178)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-azzjonijiet li bbenefikaw lill-prodotti u lill-annimali esportati lejn Stati Membri oħra, b’mod esklussiv jew konġunt mal-prodotti nazzjonali, ma rrappreżentawx l-azzjonijiet kollha li ġew iffinanzjati mil-levies volontarji obbligatorji.

(179)

Għandu jiġi stabbilit sena b’sena u b’mod globali jekk il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħrajn bbenefikawx mill-azzjonijiet implimentati tal-interprofessjoni.

(180)

It-tabella li ġejja turi d-distribuzzjoni tad-dħul f’euro li ġej mil-levies volontarji obbligatorji fost l-azzjonijiet differenti ta’ Interbev sena b’sena, kif ukoll il-perċentwal tal-azzjonijiet maħsuba b’mod esklussiv għal-laħam u l-annimali esportati jew il-perċentwal maħsub għal azzjonijiet li jinkludu l-prodotti u l-annimali fuq livell nazzjonali.

Sena

Azzjonijiet li jibbenefikaw lill-prodotti kollha

Azzjonijiet li jibbenefikaw lil xi prodotti biss fi Franza

Azzjonijiet li jibbenefikaw lil xi prodotti esportati biss

Total ta’ azzjonijiet fis-sena

F’% tat-total ta’ azzjonijiet iffinanzjati

(figuri mqarrba għall-eqreb numru sħiħ)

1996

5 517 088,95

13 308 769,70

2 101 111,35

20 926 970,00

36

1997

9 244 861,43

8 723 278,25

2 104 379,32

20 072 518,99

56

1998

8 995 703,14

11 214 605,23

927 146,63

21 137 455,00

46

1999

9 780 064,41

10 308 559,00

1 058 778,36

21 447 401,76

50

2000

8 245 970,18

10 126 453,50

991 754,32

19 264 178,00

47

2001

9 447 359,23

15 115 169,26

1 720 267,50

26 282 796,00

42

2002

10 553 240,96

24 553 282,92

4 326 569,12

39 433 093,00

37

2003

12 626 096,22

21 010 195,68

3 761 566,70

37 398 458,60

43

2004

11 288 281,00

20 527 149,24

4 045 129,24

35 860 559,48

42

(181)

Għall-perjodu kollu kkonċernat minn din it-tabella jidher li l-prodotti esportati bbenefikaw minn medja ta’ madwar 44 % tal-azzjonijiet kollha ffinananzjati mil-levies volontarji obbligatorji. Għandu jiġi speċifikat li l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li, fl-istess perjodu, it-total ta’ dħul li ġej mil-levies miġbura minn fuq il-prodotti esportati kien ta’ 15 % (59). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-perċentwal ta’ 15 % kien jirrappreżenta l-medja, u bagħtu ċ-ċifri għal kull sena, li minnhom jidher li l-volum tal-levies miġbura minn fuq il-prodotti esportati qatt ma qabeż it-18 %.

(ii)   Kumpatibbiltà mal-Artikolu 110 tat-TFUE

(182)

B’kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi li ħarġu mill-Kawża Nygard (60) tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll tal-fatt li l-miżuri ffinanzjati mit-taxxa jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE u li t-taxxa mhijiex ta’ natura diskriminatorja bi ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE fil-mod kif ġiet applikata bl-istess mod għall-prodotti u l-annimali esportati li bbenefikaw proporzjonalment mill-vantaġġi miġjuba minnha, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dħul li ġej mit-taxxa fuq il-prodotti esportati maħsub sabiex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ Interbev huwa finanzjament tal-għajnuna konformi mar-regoli tat-TFUE u b’mod partikolari mal-Artikolu 107 tiegħu u, konsegwentement, li l-għajnuniet mill-Istat iffinanzjati b’dan il-mod huma konformi mat-Trattat imsemmi.

2.6.2.    Il-levies FNE

2.6.2.1.   Annimali importati

(183)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, sal-2003, il-levies miġbura għall-benefiċċju tal-FNE ukoll kienu suxxettibbli sabiex jiġu applikati fuq annimali mrobbija barra t-territorju nazzjonali Franċiż iżda miġjuba fi Franza għat-tbiċċir.

(184)

Wara d-dubji li tqajmu mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li mmodifikaw it-test tal-ftehim interprofessjonali bil-għan li tiġi eskluża kull levy fuq l-annimali importati jew miġjuba fi Franza. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dawn il-levies japplikaw biss fuq l-annimali mrobbija u mbiċċra fi Franza.

(185)

L-emendi għal dan il-ftehim interprofessjonali ma ntbagħtux lill-Kummissjoni. L-istruzzjoni tat-2 ta’ Frar 2005 (ara l-premessa 87) biss intbagħtet u tispeċifika li l-levies favur l-FNE japplikaw esklussivament għal-laħam kollu li ġej minn kull proċess tat-tbiċċir fuq it-territorju metropolitan tal-annimali mrobbija fi Franza fuq it-territorju Ewropew ta’ Franza.

(186)

Konsegwentement, bejn l-1 ta’ Jannar 1996 u t-30 ta’ Settembru 2004, il-levy fuq il-laħam bdiet tikkonċerna l-laħam ta’ annimali mbiċċra fi Franza iżda mrobbija barra t-territorju nazzjonali ta’ Franza.

(187)

L-awtoritajiet Franċiżi ma setgħux juru li l-azzjonijiet iffinanzjati minn dawn il-levies ibbenefikaw lil dawk li jrabbu li kienu jipprattikaw il-professjoni tagħhom barra t-territorju nazzjonali. Fil-fatt, il-persuni soġġetti għal-levy volontarja obbligatorja li kienu jesportaw il-prodotti tagħhom ma kienu jibbenefikaw mill-ebda rimborż jew tnaqqis fir-rata, anki jekk ma kinux qed jirċievu l-benefiċċju sħiħ tal-azzjonijiet ikkonċernati. Fil-prinċipju, fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp u l-assistenza teknika, dawn l-azzjonijiet ma setgħux jibbenefikaw lill-prodotti nazzjonali biss (laħam tar-razza bovina mrobbija u mbiċċra fi Franza).

(188)

Il-fatt li l-importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin kienu, f’dak iż-żmien, marġinali (61) u li, f’dak il-kuntest, l-importaturi ta’ annimali ħajjin jekk riedu setgħu jiddikjaraw it-tunnellaġġ ta’ annimali importati sabiex jitnaqqsu mill-bażi tal-kalkolu tal-levy u jitolbu rimborż, ma għandux konsegwenzi diretti fuq l-evalwazzjoni tal-analiżi li twettaq il-Kummissjoni. Barra minn hekk, kull diskriminazzjoni, anki jekk minima, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 110 tat-TFUE.

(189)

B’kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi li ħarġu mill-Kawża Nygard (62) tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll tal-fatt li l-miżuri ffinanzjati mit-taxxa jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE u li t-taxxa hija ta’ natura diskriminatorja bi ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE minħabba li ġiet applikata bl-istess mod fuq il-prodotti li ġejjin minn Stati Membri oħra li madanakollu ma bbenefikawx totalment mill-vantaġġi li ħarġu minnha, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dħul li ġej mit-taxxa fuq l-annimali importati minn Stati Membri oħra maħsub sabiex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ FNE huwa finanzjament ta’ għajnuna inkumpatibbli mas-suq intern fir-rigward tat-Trattat u b’mod partikolari tal-Artikolu 107 tiegħu u, konsegwentement, li l-għajnuniet mill-Istat iffinanzjati b’dan il-mod mhumiex konformi mat-Trattat imsemmi.

2.6.2.2.   Annimali esportati

(190)

Minħabba li l-levies favur l-FNE japplikaw fuq annimali mrobbija jew mbiċċra fi Franza, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-prodotti esportati mhumiex soġġetti għal tali levy favur l-FNE u għalhekk huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   ILLEGALITÀ TAL-GĦAJNUNIET

(191)

Il-Kummissjoni, kif diġà ġie indikat mid-Deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura, tisħaq li Franza ma informathiex, skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, bid-Digrieti ta’ estensjoni li permezz tagħhom il-levies volontarji saru obbligatorji u bl-azzjonijiet li jiffinanzjaw qabel ma ddaħħlu fis-seħħ (ara l-premessa 2 ta’ din id-Deċiżjoni).

(192)

L-Artikolu 1(f), tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jiddefinixxi bi preċiżjoni l-għajnuna illegali bħala għajnuna ġdida implimentata li tikser l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. L-obbligu sabiex tiġi notifikata għajnuna mill-Istat huwa stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

(193)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-levies inkwistjoni, il-Kummissjoni tosserva li dawn jeħtieġu att minn awtorità pubblika sabiex jipproduċu l-effetti kollha tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ dawn huma taxxi parafiskali, jiġifieri riżorsi pubbliċi.

(194)

Sakemm il-levies volontarji obbligatorji huma riżorsi pubbliċi (kif indikat fil-premessi 106 et sequitur) li jiffurmaw parti integrali mill-iskema ta’ għajnuna (premessa 171 et sequitur) u li dawn jintużaw sabiex jiġu ffinanzjati vantaġġi għal benefiċċju ta’ impriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-laħam, in-notifika tagħhom lill-Kummissjoni hija obbligu li huwa stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(195)

Kif indikat fil-premessi 123 u 124, peress li l-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ minn Franza fihom elementi ta’ għajnuna mill-Istat, dawk huma għajnuniet ġodda, mhux notifikati lill-Kummissjoni u, għaldaqstant, illegali skont it-Trattat.

(196)

Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ regoli applikabbli għall-evalwazzjoni ta’ għajnuniet illegali mill-Istat [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (63), kull għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 trid tiġi evalwata skont ir-regoli u l-linji gwida fis-seħħ fil-mument meta tingħata l-għajnuna.

V   KONKLUŻJONIJIET

(197)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-finanzjament ta’ din l-iskema minn levies volontarji obbligatorji ma jqajjimx oġġezzjonijiet sakemm huma applikati fuq il-prodotti nazzjonali u fuq il-prodotti u l-annimali esportati (f’dan il-każ, il-“levies fuq il-laħam” bejn l-1996 u l-2004).

(198)

Peress li xi levies jinġabru wkoll fuq l-annimali importati (f’dan il-każ, il-levies fuq l-annimali favur l-FNE bejn l-1996 u l-2004), mill-konsiderazzjonijiet ta’ qabel jirriżulta li s-sistema ta’ levies volontarji obbligatorji mhijiex kompatibbli mas-suq intern minħabba ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE, għaliex Franza ma rnexxilhiex turi li l-prodotti importati bbenefikaw, huma wkoll, minn għajnuniet bl-istess mod bħall-prodotti nazzjonali.

(199)

Barra minn hekk, l-għajnuniet inkwistjoni ma ġewx innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u jikkostitwixxu għajnuniet illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f), tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(200)

Il-Kummissjoni tesprimi dispjaċir li r-Repubblika Franċiża daħħlet fis-seħħ għajnuniet li jiksru l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(201)

Fir-rigward ta’ għajnuniet implimentati mingħajr stennija ta’ deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, għandu jiġi mfakkar li, minħabba n-natura imperattiva tar-regoli proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE, regoli li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-effett dirett tagħhom f’diversi sentenzi (64), l-illegalità tal-għajnuna kkonċernata (65) ma tistax tiġi regolarizzata ex post facto.

(202)

Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li meta miżura ta’ għajnuna, li l-metodi ta’ ffinanzjar tagħha jikkostitwixxu parti integrali minnha, tkun ġiet implimentata bi ksur tal-obbligu ta’ notifika, il-qrati nazzjonali huma obbligati, bħala regola ġenerali, li jordnaw ir-rimborż tat-taxxi jew tal-levies applikati speċifikament sabiex jiffinanzjaw din l-għajnuna. Tfakkar ukoll li huwa d-dmir tal-qrati nazzjonali li jissalvagwardaw id-drittijiet tal-individwi fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-projbizzjoni li tingħata l-għajnuna msemmija prevista fl-aħħar frażi tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u b’effett dirett. Nuqqas ta’ osservanza bħal din, invokat mill-individwi li jissollevawha u li hija rikonoxxuta mill-qrati nazzjonali, trid twassal lil dawn sabiex jidderivaw il-konsegwenzi kollha, b’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, f’dak li jirrigwarda kemm l-atti li jimplementaw il-miżuri ta’ għajnuna msemmija kif ukoll l-irkupru tal-għajnuniet finanzjarji mogħtija (66).

(203)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra bħala xieraq li tadotta deċiżjoni kundizzjonali billi tagħmel użu mill-possibbiltà offruta mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li skont din il-Kummissjoni tista’ żżid kundizzjonijiet mad-deċiżjoni tagħha li jippermettulha tagħraf il-kumpatibbiltà mas-suq intern u obbligi li jippermettulha tikkontrolla l-konformità mad-deċiżjoni tagħha.

(204)

Sabiex jiġi rimedjat il-ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE u sabiex tiġi eliminata b’mod retroattiv id-diskriminazzjoni, Franza trid trodd lura l-ħlasijiet tal-parti tat-taxxa li kienu soġġetti għaliha l-prodotti importati (levies fuq l-annimali għal benefiċċju tal-FNE bejn l-1996 u l-2004), b’mod proporzjonat skont il-vantaġġi tal-għajnuniet li ma bbenefikawx minnhom. Permezz tar-rimedju ta’ dan il-ksur, l-għajnuniet ikkonċernati jsiru konformi mal-Artikolu 107 tat-TFUE.

(205)

Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jiġi segwiti għar-rimborż imsemmi. Għalhekk, Franza trid trodd lura lill-persuni intaxxati dik il-parti tat-taxxa li kienu soġġetti għaliha l-prodotti importati msemmija hawn fuq bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-taxxa u t-30 ta’ Settembru 2004 b’konformità sħiħa ma’ dawn li ġejjin:

(a)

jekk jistgħu jipprovdu l-provi li l-levy volontarja obbligatorja ġiet imposta fuq il-prodotti importati, dawk il-persuni intaxxati responsabbli mill-ħlas tat-taxxa jistgħu jitolbu r-rimborż ta’ proporzjon tar-rikavat tat-taxxa maħsuba għall-finanzjament tas-servizzi ta’ promozzjoni li ffavorixxew biss lill-prodotti nazzjonali fi żmien stabbilit skont il-liġi nazzjonali u fl-ebda każ f’inqas minn sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

Franza għandha tistabbilixxi l-ammont tad-diskriminazzjoni kontra l-prodotti importati. Għal dan il-għan Franza għandha tivverifika, matul perjodu ta’ referenza, l-ekwivalenza finanzjarja bejn l-ammonti totali imposti fuq il-prodotti nazzjonali taħt it-taxxa kkunsidrata u l-vantaġġi li jibbenefikaw minnhom dawn il-prodotti b’mod esklussiv;

(c)

ir-rimborż għandu jseħħ fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta ssir it-talba;

(d)

l-ammonti mħallsa lura għandhom ikunu aġġornati sabiex jinkludu l-interessi mid-data li fiha ġew imposti sad-data tar-rimborż effettiv. Dawn l-interessi għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza tal-Kummissjoni pprovduta mill-metodu ta’ ffissar tar-rati ta’ referenza u ta’ skontar;

(e)

l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jaċċettaw kull prova raġonevoli min-naħa tal-persuni intaxxati li turi l-parti tat-taxxa mħallsa fuq il-prodotti li ġejjin mill-Istati Membri l-oħrajn;

(f)

id-dritt għar-rimborż ma għandux ikun soġġett għal xi kundizzjoni oħra, b’mod partikolari dik li t-taxxa ma tkunx ġiet mgħoddija;

(g)

fil-każ li persuna taxxabbli tkun għadha ma ħallsitx it-taxxa, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirrinunzjaw, b’mod formali, il-ħlas tal-parti proporzjonali tagħha li tħallset fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra li ġiet ippruvata li hi mmirata sabiex tiffinanzja l-parti tal-għajnuna li tibbenefika b’mod esklussiv lill-prodotti nazzjonali. Jirrinunzjaw ukoll l-interessi fuq ħlas li jsir tard marbuta ma’ dan;

(h)

jekk jintalab mill-Kummissjoni, Franza għandha tintrabat li tippreżenta rapport sħiħ li juri l-implimentazzjoni tajba tal-miżura ta’ rimborż;

(i)

jekk taxxa simili tkun ġiet imposta fi Stat Membru ieħor fuq l-istess prodotti soġġetti għat-taxxa fi Franza, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jintrabtu li jroddu lura l-ħlasijiet lil dawk intaxxati li jkunu ħallsu l-parti tat-taxxa fuq il-prodotti li jkunu ġejjin minn dan l-Istat Membru;

(j)

Franza għandha tintrabat li tgħarraf b’din id-Deċiżjoni lil dawk kollha li setgħu ġew intaxxati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għajnuniet mill-Istat għall-promozzjoni, il-pubbliċità, l-assistenza teknika, ir-riċerka u l-iżvilupp, implimentati b’mod illegali minn Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE ffinanzjati permezz ta’ taxxa parafiskali (levy volontarja obbligatorja fuq il-laħam u l-annimali ħajjin mibgħuta lejn Stati Membri oħra bejn l-1996 u l-2004, u fuq l-annimali ħajjin importati bejn l-1996 u l-2004) huma għajnuniet mill-Istat konformi mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE fir-rigward tal-perjodu ta’ bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-taxxa u t-30 ta’ Settembru 2004, bil-kundizzjoni li Franza tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Franza trid tagħti rimborż lill-persuni intaxxati ta’ dik il-parti tat-taxxa mħallsa fuq il-prodotti importati bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-taxxa u t-30 ta’ Settembru 2004 b’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Jekk jistgħu jipprovdu prova li l-levies volontarji obbligatorji ġew imposti fuq prodotti importati, dawk il-persuni intaxxati responsabbli mill-ħlas tat-taxxa jistgħu jitolbu r-rimborż ta’ proporzjon tar-rikavat tat-taxxa maħsuba għall-finanzjament tas-servizzi li jibbenefikaw b’mod esklussiv lill-prodotti nazzjonali fi żmien stabbilit skont il-liġi nazzjonali u fl-ebda każ f’inqas minn sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni,

(b)

Franza għandha tistabbilixxi l-ammont tad-diskriminazzjoni kontra l-prodotti importati. Għal dan il-għan Franza għandha tivverifika, matul perjodu ta’ referenza, l-ekwivalenza finanzjarja bejn l-ammonti totali imposti fuq il-prodotti nazzjonali permezz tat-taxxa kkunsidrata u l-vantaġġi li jibbenefikaw minnhom dawn il-prodotti b’mod esklussiv,

(c)

ir-rimborż għandu jseħħ fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta ssir it-talba;

(d)

l-ammonti mħallsa lura għandhom ikunu aġġornati sabiex jinkludu l-interessi kkalkulati mid-data li fiha ġew imposti sad-data tar-rimborż effettiv. Dawn l-interessi għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza tal-Kummissjoni pprovduta mill-metodu ta’ ffissar tar-rati ta’ referenza u ta’ aġġornament;

(e)

l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jaċċettaw kull prova raġonevoli min-naħa tal-persuni intaxxati li turi l-parti tat-taxxa mħallsa fuq il-prodotti li ġejjin mill-Istati Membri l-oħrajn;

(f)

id-dritt għar-rimborż ma għandux ikun soġġett għal xi kundizzjoni oħra, b’mod partikolari dik li t-taxxa ma tkunx ġiet mgħoddija;

(g)

fil-każ li persuna taxxabbli tkun għadha ma ħallsitx it-taxxa, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirrinunzjaw, b’mod formali, il-ħlas tal-parti proporzjonali tagħha li tħallset fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra li ġiet ippruvata li hi mmirata sabiex tiffinanzja l-parti tal-għajnuna li tibbenefika b’mod esklussiv lill-prodotti nazzjonali. Jirrinunzjaw ukoll l-interessi moratorji fuqha;

(h)

jekk jintalab mill-Kummissjoni, Franza għandha tintrabat li tippreżenta rapport sħiħ li juri l-implimentazzjoni tajba tal-miżura ta’ rimborż;

(i)

jekk taxxa simili tkun ġiet imposta fi Stat Membru ieħor fuq l-istess prodotti soġġetti għat-taxxa fi Franza, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jintrabtu li jroddu lura l-ħlasijiet lill-persuni intaxxati l-parti tat-taxxa fuq il-prodotti li jkunu ġejjin minn dan l-Istat Membru;

(j)

Franza għandha tintrabat li tgħarraf b’din id-Deċiżjoni lil dawk kollha li setgħu ġew intaxxati.

Artikolu 2

Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li tkun ħadet sabiex tikkonforma magħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE rispettivament. Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE issa għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

(2)  Id-Deċiżjoni C (2003)2057 finali tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003 (ĠU C 189 9.8.2003, p. 21).

(3)  Informazzjoni meħuda mis-sit elettroniku www.interbev.asso.fr.

(4)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 299 tas-27 ta’ Diċembru 1995.

(5)  FRF 1 = EUR 0,15.

(6)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 227 tat-30 ta’ Settembru 2001.

(7)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 299 tal-24 ta’ Diċembru 1995.

(8)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 227 tat-30 ta’ Settembru 2001.

(9)  Sabiex tara d-Deċiżjoni sħiħa, ara d-Deċiżjoni C (2003)2057 finali tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003, ikkwotata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.

(10)  ĠU C 319 27.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU C 28 0 1.2.2000, p. 2.

(12)  ĠU C 302 12.11.1987, p. 6.

(13)  ĠU C 252 12.9.2001, p. 5.

(14)  Ittra tal-Kummissjoni lill-Istati Membri nru S/75/29416 tad-19 ta’ Settembru 1975.

(15)  ĠU C 45 17.2.1996, p. 5.

(16)  ĠU C 48 13.2.1998, p. 2.

(17)  Franza bagħtet informazzjoni wara l-bidu tal-proċedura formali ta’ eżaminazzjoni, kif indikat fis-Sezzjoni III (“Kummenti ta’ Franza”).

(18)  Sentenza tat-23 ta’ April 2002, Kawża C-234/99, Nygård, Ġabra 2002 p. I-3657.

(19)  Ġabra 2003, p. I-5263.

(20)  Ċirkulari tat-2 ta’ Frar 2005: “Importanti li jiġi mfakkar li l-ġbir tal-levies Interbev u l-Fond għat-Trobbija tal-Bhejjem jikkonċernaw l-operazzjonijiet ta’ tbiċċir tal-annimali mrobbija u mbiċċra fi Franza. Għaldaqstant, l-annimali mwielda u mrobbija barra l-pajjiż, meta jitbiċċru fi Franza, huma eżentati […]”.

(21)  ĠU L 160 26.6.1999, p. 21.

(22)  ĠU L 148 28.6.1968, p. 24.

(23)  ĠU L 341 22.12.2001, p. 3.

(24)  ĠU L 312 20.11.1998, p. 1.

(25)  ĠU L 289 7.10.1989, p. 1.

(26)  ĠU L 299 16.11.2007, p. 1.

(27)  Deroga (mingħajr konsegwenzi għal din id-Deċiżjoni) mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30 31.1.2009, p. 16).

(28)  Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Kawża C-280/00, Altmark Trans et Regierungspräsidium Magdeburg, Ġabra 2003 p. I-7747; u Sentenza tas-27 ta’ Novembru 2003, Kawżi Magħquda C-34/01, C-35/01, C-36/01, C-37/01 u C-38/01 Enirisorse, Ġabra 2003 p. I-14243.

(29)  Sentenza tat-22 ta’ Mejju 2003, Kawża C-355/00, Fresko, Ġabra 2003, p. I-5263.

(30)  Kawża C-303/88, L-Italja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1991, p. I-1433, premessa 11, Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2002, p. I 4397, premessa 24 kif ukoll Kawża C-126/01 GEMO, Ġabra 2003, p. I-13769, premessa 24.

(31)  Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2007, Kawża T-136/05, Salvat et vs Il-Kummissjoni (T-136/05, Ġabra 2007 p. II-4063).

(32)  Sentenza tas-16 ta’ Mejju 2000, Kawża C-83/98 P, Franza vs Ladbroke Racing Ltd et l-Kummissjoni, Ġabra p. I-3271, punt 50.

(33)  Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2007, Salvat et vs Il-Kummissjoni, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31.

(34)  Sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Kawża C-345/02, Pearle et Ġabra 2004 p. I-7139.

(35)  Sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Kawża C-730/79, Philip Morris vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1980 p. 2671.

(36)  Agriculture in the European Union, Statistical and economic information 2002. (Agrikoltura fl-Unjoni Ewropea - Informazzjoni dwar l-Istatistika u Ekonomika 2002). Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura, Kummissjoni Ewropea.

(37)  Sors Eurostat.

(38)  Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2003, Kawżi magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster u Cleeren, Ġabra 2003, p. I-12249, punti 51 u 52: “51. […], l-Istat Membru hu obbligat […] li jinnotifika mhux biss il-proġett ta’ għajnuna fis-sens strett tal-kelma, iżda anki l-metodi ta’ ffinanzjar tiegħu billi dawn huma parti integrali mill-miżura prevista. 52. Billi l-obbligu ta’ notifika huwa estiż anki għall-metodi tal-iffinanzjar tal-għajnuna, il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-ksur imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, tal-Artikolu 93 (3) l-aħħar sentenza, Trattat, għandhom jiġu applikati anki fir-rigward ta’ dan l-aspett tal-miżura ta’ għajnuna”. [Traduzzjoni mhux uffiċjali]

(39)  ĠU C 149, 9.8.2003, p. 21.

(40)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2002)458 tal-25 ta’ Frar 2002.

(41)  ĠU L 83, 27.3.1991, p. 1.

(42)  Silta mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “[il-Kummissjoni] dejjem se tevalwa l-kompatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet mas-suq komuni skont il-kriterji-bażi stabbiliti f’kull strument fis-seħħ fid-data ta’ meta jingħataw”.

(43)  Ġabra 2003, p. I-5263.

(44)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 12.

(45)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13.

(46)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 14.

(47)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 11.

(48)  ĠU L 336 tat-23.12.1994, p. 1.

(49)  Ittra tal-Kummissjoni lill-Istati Membri nru S/75/29416 tad-19 ta’ Settembru 1975.

(50)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 11.

(51)  Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2003, Van Calster, kawżi C-261/01 u C-262/01, Ġabra, 2003, p. I-12249, punt 49.

(52)  Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, kawża C-174/02, Ġabra, 2005, p. I-85, punt 26; 7 ta’ Settembru 2006, Laboratoires Boiron, kawża C-526/04, Ġabra, 2006, p. I-7529, punt 44.

(53)  Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, kawża C-174/02, Ġabra, 2005, p. I-85, punt 26; tas-27 ta’ Ottubru 2005, Nazairdis, kawżi C-266/04 à C-270/04, C-276/04 u C-321/04 sa C-325/04, Ġabra, 2005, p. I-9481, punti 46-49.

(54)  Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, C-174/02, Ġabra, 2005, p. I-85, punt 28; tal-15 ta’ Ġunju 2006, Air Liquide, kawżi magħquda C-393/04 u C 41/05, Ġabra, 2006, p. I-5293, punt 46.

(55)  Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2003, Van Calster, kawżi magħquda C-261/01 u C-262/01, Ġabra, 2003, p. I-12249, punt 48.

(56)  Sentenza tat-23 ta’ April 2002, Nygard, kawża C-234/99, Ġabra 2002, p. I-3657.

(57)  Ara wkoll il-premessa 88 et sequitur.

(58)  Sentenza tat-23 ta’ April 2002, Nygard, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56.

(59)  Ara l-premessa 94 et sequitur.

(60)  Kawża C-234/99, Nygard, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56.

(61)  Skont iċ-ċifri mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi (servizzi doganali) il-“bovini kbar adulti” importati jammontaw għal 24 933 fl-2001 u 22 250 fl-2002. It-tbiċċir nazzjonali jammonta għal 4 miljuni; b’hekk, l-importazzjonijiet ta’ bhejjem ħajjin jammontaw biss għal 0,58 % mit-tbiċċir totali.

(62)  Kawża C-234/99, Nygard, ċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56.

(63)  ĠU C 119 22.5.2002, p. 22.

(64)  Sentenzi tal-Qorti li ngħataw fid-19 ta’ Ġunju 1973 fil-kawża 77/72, Capolongo, Ġabra 1973, p. 611; fil-11 ta’ Diċembru 1973 fil-kawża 120/73, Lorenz, Ġabra 1973, p. 1471; fit-22 ta’ Marzu 1977 fil-kawża 78/76, Steinicke et Weinlig, Ġabra 1977, p. 595.

(65)  Sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Novembru 1991 fil-kawża C-354/90, Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires et vs Franza, Ġabra 1991, p I-5505; u tal-21 ta’ Ottubru 2003, Van Calster, kawżi magħquda C-261/01 et C-262/01, Ġabra 2003, p. I-12249.

(66)  Sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Ottubru 2003, kawżi magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster et Ġabra, 2003, p. I-12249.


1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Frar 2012

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 776)

(It-testi bil-Ġermaniż, bl-Olandiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2012/132/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tat-tjur u għasafar oħra mrobbija, b’impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u li toħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni stess u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’azjendi oħra tat-tjur f’dak l-Istat Membru, kif ukoll fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2) li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur tistipula miżuri li f’każ ta’ tifqigħa għandhom jiġu implimentati immedjatament mill-Istati Membri b’urġenza sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw kontribut finanzjarju għall-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda tal-influwenza avjarja.

(5)

L-Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiż tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxi r-regoli dwar il-persentaġġ tal-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru li jista’ jkun kopert mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(6)

Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-influwenza avjarja huwa suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(7)

Seħħew tifqigħat tal-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2011. Il-Ġermanja, l-Italja u l-Pajjiżi l-Baxxi ħadu l-miżuri, b’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, biex jiġġieldu dawn it-tifqigħat.

(8)

L-awtoritajiet tal-Ġermanja, tal-Italja u tal-Pajjiżi l-Baxxi setgħu juru, permezz ta’ rapporti pprovduti fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u s-sottomissjoni kontinwa ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-qagħda tal-marda, li implimentaw b’mod effiċjenti l-miżuri ta’ kontroll previsti fid-Direttiva 2005/94/KE.

(9)

L-awtoritajiet tal-Ġermanja, tal-Italja u tal-Pajjiżi l-Baxxi għalhekk issodisfaw l-obbligi tekniċi u amministrattivi kollha tagħhom fir-rigward tal-miżuri previsti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(10)

F’dan l-istadju, l-ammont eżatt tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni ma tistax tkun determinata peress li l-informazzjoni pprovduta dwar l-ispiża tal-kumpens u dwar in-nefqa operattiva huma stimi.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Ġermanja, lill-Italja u lill-Pajjiżi l-Baxxi

1.   Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Ġermanja, lill-Italja u lill-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż imġarrba minn dawn l-Istati Membri fit-teħid ta’ miżuri skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, biex jiġġieldu l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi 2011.

2.   L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ffissat f’deċiżjoni sussegwenti li għandha tiġi adottata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Italja u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


1.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/36


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Frar 2012

li tħassar Deċiżjoni BĊE/2010/3 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg

(BĊE/2012/2)

(2012/133/UE)

L-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 12.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma elenkati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal- Eurosistema (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Dokumentazzjoni Ġenerali”).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Skont it-Taqsima 6.3.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, l-Eurosistema tirriserva d-dritt li tiddetermina jekk il-ħruġ, l-emittent, id-debitur jew min qed jiggarantixxi jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tqis bħala rilevanti.

(3)

Deċiżjoni BĊE/2010/3 tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg (2) issospendiet b’mod temporanju, bala miżura eċċezzjonali, ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għal strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin mill-Gvern Grieg jew maħruġin minn entitajiet stabbiliti fil-Greċja u ggarantiti bis-sħiħ mill-Gvern Grieg.

(4)

Ir-Repubblika Ellenika ddeċidiet li tniedi offerta għall-iskambju ta’ dejn fil-kuntest tal-involviment tas-settur privat lil detenturi ta’ strumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin mill-Gvern Grieg.

(5)

L-adegwatezza bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-Eurosistema tal-istrumenti ta’ dejn għas-suq maħruġin mill-Gvern Grieg, jew maħruġin minn entitajiet stabbiliti fil-Greċja u ggarantiti bis-sħiħ mill-Gvern Grieg, kompliet tintlaqat b’mod negattiv b’din id-deċiżjoni tar-Repubblika Ellenika.

(6)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/3 għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir ta’ Deċiżjoni BĊE/2010/3

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/3 hija mħassra.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Frar 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Frar 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 102.