ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.038.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 113/2012
tal-10 ta’ Frar 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005. |
(2) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ANTORINI
(1) ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni MT: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).
ANNESS
Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1
1 |
Is-Sur Frank Anderson Kouassi |
2 |
Is-Sur Yanon Yapo |
3 |
Is-Sur Benjamin Yapo Atsé |
4 |
Is-Sur Blaise N’Goua Abi |
5 |
Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohoués Oble |
6 |
Is-Sinjura Angèle Gnonsoa |
7 |
Is-Sinjura Danièle Boni Claverie |
8 |
Is-Sur Ettien Amoikon |
9 |
Is-Sur Kata Kéké Joseph |
10 |
Is-Sur Touré Amara |
11 |
Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret |
12 |
Is-Sur Thomas N’Guessan Yao |
13 |
Is-Sinjura Odette Lago Daléba Loan |
14 |
Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin |
15 |
Is-Sur Rafaël Dogo Djéréké |
16 |
Is-Sinjura Marie Odette Lorougnon Souhonon |
17 |
Is-Sur Felix Nanihio |
18 |
Is-Sur Lahoua Souanga Etienne |
19 |
Is-Sur Jean Baptiste Akrou |
20 |
Is-Sur Lambert Kessé Feh |
21 |
Togba Norbert |
22 |
Kone Doféré |
23 |
Hanny Tchélé Brigitte |
24 |
Jacques Zady |
25 |
Ali Keita |
26 |
Blon Siki Blaise |
27 |
Moustapha Aziz |
28 |
Gnamien Yao |
29 |
Ghislain N’Gbechi |
30 |
Deby Dally Balawourou |
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 114/2012
tal-10 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/36/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 (1) li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3) jipprovdi għall-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta’ ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2012/36/PESK, il-Kunsill iddeċieda li l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għandu jiġi estiż kemm kontra persuni responsabbli għal każijiet ta’ vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem jew għal ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, inklużi b’mod partikolari persuni f’pożizzjoni ta’ tmexxija kif ukoll kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenko jew jappoġġjawh, inklużi b’mod partikolari persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju jew materjali lir-reġim. |
(3) |
Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol fis-seħħ, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit bl-Artikolu li ġej: “Artikolu 2 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, IA u IB, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati. 2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitpoġġew, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, IA jew IB jew għall-benefiċċju tagħhom. 3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, b’mod dirett jew b’mod indirett, li jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. 4. L-Anness I għandu jikkonsisti f’lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (*), kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni responsabbli għall-vjolazzjoni tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Bjelorussja fid-19 ta’ Marzu 2006 u r-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew bħala persuni assoċjati ma’ dawk responsabbli. 5. L-Anness IA għandu jikkonsisti f’lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 2(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK, kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni responsabbli għall-vjolazzjoni tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Bjelorussja fid-19 ta’ Diċembru 2010 u r-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew bħala persuni assoċjati ma’ dawk responsabbli. 6. L-Anness IB għandu jikkonsisti minn lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK, kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni (i) responsabbli għal każijiet ta’ vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja, jew (ii) persuni jew entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenko jew jappoġġjawh. |
2. |
Fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 2b, fl-Artikolu 3(1)(a), fl-Artikolu 4a u fil-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 8a, ir-referenzi għal “Anness I u IA” huma sostitwiti minn referenzi għal “Anness I, IA u IB”. |
Artikolu 2
L-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala l-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ANTORINI
(1) ĠU L 19, 24.1.2012, p. 31.
(2) Deċiżjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18).
(3) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.
ANNESS
“ANNESS IB
Ma hemmx entrati f’dan l-Anness.”.
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 115/2012
tad-9 ta’ Frar 2012
li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar u partijiet tagħhom li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
(1) |
Fit-13 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ħabbret, b'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“avviż ta’ inizjazzjoni”), li kienet ser tinbeda proċedura kontra s-sussidji (“proċedura KS”) fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja (“l-Indja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). |
(2) |
Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddikjarat, permezz ta’ avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), il-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja u bdiet investigazzjoni separata (“proċedura AD”). |
(3) |
L-ilment tressaq fil-31 ta’ Marzu 2011 mill-Istitut Ewropew tal-Qfieli Industrijali (EiFi) (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet minnhom. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ sussidjar tal-prodott imsemmi u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed sabiex tkun iġġustifikata t-tnedija ta’ investigazzjoni. |
(4) |
Qabel il-bidu tal-proċedura u b'mod konformi mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Indja (il-“GTI”) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li l-importazzjonijiet sussidjati ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-GTI ġie mistieden għal konsultazzjoni bil-mira li tiġi ċċarata l-qagħda rigward il-kontenut tal-ilment u biex tinstab soluzzjoni li jaqbel magħha kulħadd. Ma nstabitx soluzzjoni li qabel magħha kulħadd. |
1.2. Il-Partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(5) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi tal-Unjoni li għamlu l-ilment, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi, importaturi, utenti magħrufa li kienu kkonċernati, u l-awtoritajiet Indjani dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni. |
(6) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
1.2.1. Teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fl-Indja
(7) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Indja, it-teħid ta’ kampjuni kien stipulat fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni tas-sussidjar, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
(8) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fl-Indja ntalbu jippreżentaw irwieħhom sa 15-il ġurnata mid-data ta’ bidu tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011. |
(9) |
L-awtoritajiet relevanti Indjani ġew ikkonsultati wkoll għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv. |
(10) |
B'kollox, ħames produtturi esportaturi, inkluż grupp ta’ kumpaniji relatati fl-Indja, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun qabel id-data ta’ skadenza stabbilit fl-avviż tal-bidu. Dawn il-kumpaniji li kkooperaw, irrapportaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-paragun bejn id-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjoni u l-volum ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrapportat għall-perjodu ta’ investigazzjoni mill-ħames kumpaniji li kkoperaw, wera li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani kien viċin il-100 %. B'hekk, il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata minn dawn il-ħames produtturi esportaturi. |
1.2.2. Għażla tal-kampjun ta’ kumpaniji li kkooperaw fl-Indja
(11) |
Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni li jista' jkun investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul jikkonsisti minn tliet kumpaniji individwali, li flimkien jirrappreżentaw madwar 98 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(12) |
Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Indjani ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Iż-żewġ produtturi esportaturi mhux fil-kampjun insistew li għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kampjun. Madankollu, fir-rigward tar-rappreżentattività tal-kampjun propost, kif imsemmi fil-premessa (11) hawn fuq, ġie konkluż li l-kampjun m'għandux għalfejn jinbidel jew jitkabbar. |
1.2.3. Eżami individwali ta’ kumpaniji li ma ntgħażlux għall-kampjun
(13) |
It-talba għal eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku waslet minn produttur esportatur mhux fil-kampjun. L-eżaminazzjoni ta’ din it-talbat fl-istadju provviżorju kienet tkun impenjattiva wisq biex titwettaq. Għalhekk, deċiżjoni dwar jekk tingħatax eżaminazzjoni individwali lil din il-kumpanija se tittieħed fi stadju aktar tard. |
1.2.4. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
(14) |
Minħabba n-numru apparentement kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tal-ħsara, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
(15) |
Fl-avviż ta’ inizjazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret li għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun ikkonsista f'ħames kumpaniji, mill-15-il produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel l-inizjazzjoni tal-investigazzjoni, magħżula fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ, id-daqs u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Huma rrappreżentaw 37 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkonsultaw il-fajl u jikkumentaw dwar l-adattezza ta’ din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ inizjazzjoni. L-ebda parti interessata ma opponiet il-kampjun propost kompost minn ħames kumpaniji. |
(16) |
Sussegwentement wieħed mill-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun irtira l-kooperazzjoni tiegħu. L-erba' kumpaniji l-oħra fil-kampjun xorta jirrappreżentaw 32 % tal-produzzjoni totali maħsuba tal-Unjoni matul il-PI. Għalhekk, il-kampjun xorta waħda ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ tlieta minn dawn il-kumpaniji. F'dan l-istadju proviżorju tal-investigazzjoni tqies li analiżi bir-reqqa kienet biżżejjed biex tivverifika d-dejta mogħtija mir-raba' kumpanija fil-kampjun. |
1.2.5. It-teħid tal-kampjuni tal-importaturi mhux relatati
(17) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ importaturi involuti fil-proċediment, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub għall-importaturi fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Żewġ importaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u ftiehmu li jiġu inklużi fil-kampjun saż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. Minħabba n-numru baxx ta’ importaturi li ppreżentaw ruħhom, ġie deċiż li ma jittiħidx kampjun. |
1.2.6. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-verifiki
(18) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ddikjaraw irwieħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. B'hekk intbagħtu kwestjonarji lill-GTI, il-produtturi esportaturi fl-Indja fil-kampjun, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-importaturi fl-Unjoni li kkooperaw u l-utenti kollha magħrufa li kienu kkonċernati bl-investigazzjoni. |
(19) |
Waslu risposti mingħand il-GTI, il-produtturi esportaturi fil-kampjun u erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Ebda importatur jew utent ikkuntattjat ma wieġeb għall-kwestjonarju. |
(20) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-partijiet interessati u li qieset li hija meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja tas-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat fil-bini tal-GTI f'Delhi u l-partijiet li ġejjin:
|
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
(21) |
L-investigazzjoni tas-sussidjar u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-2008 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(22) |
Il-prodott ikkonċernat huwa qfieli tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw fl-Indja u partijiet tagħhom, attwalment ikklassifikati fil-kodiċijiet NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70. |
2.2. Il-prodott simili
(23) |
Instab li l-prodott ikkonċernat, il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja, kif ukoll il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għalhekk, dawn jitqiesu provviżorjament li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. SUSSIDJAR
3.1. Introduzzjoni
(24) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment u r-risposti għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:
|
(25) |
L-iskemi (a) sa (e) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (l-Iżvilupp u r-Regolamentazzjoni) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika tal-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Id-dokument ta’ Politika tal-Kummerċ Barrani rilevanti għall-PI ta’ din l-investigazzjoni huwa l-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14. Barra minn hekk, il-GTI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 fil-“Manwal ta’ Proċeduri, Volum I” (“HOP I 09-14”). Il-Manwal tal-Proċeduri wkoll jiġi aġġornat fuq bażi regolari. |
(26) |
L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni speċifikata aktar ’il fuq f’(f) hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35A tal-Att tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja, li jippermetti lill-Bank tar-Riżerva tal-Indja (“RBI”) jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni. |
(27) |
L-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku speċifikata aktar ’il fuq f’(g) hija inkluża fil-Pakkett ta’ Skemi ta’ Inċentivi tal-2007 tal-Gvern ta’ Maharashtra, Riżoluzzjoni Nru PSI-1707/(CR-50)IND-8, tat-30 ta’ Marzu 2007. |
3.2. L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (“DEPBS”)
(a) Il-bażi legali
(28) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DEPBS tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 09-14. |
(b) L-eliġibbiltà
(29) |
Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
(c) Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS
(30) |
Esportatur jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwali speċifikata tal-valur ta’ prodotti esportati skont din l-iskema. Dawn ir-rati DEPBS ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal ħafna mill-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jiġu ddeterminati fuq il-bażi tan-normi standard ta’ input-output (standard input-output norms, “SIONs”), billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ inputs fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju doganali tal-importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet preżunti, mingħajr ma jingħata kas jekk id-dazji tal-importazzjoni effettivament tħallsux jew le. |
(31) |
Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija għandha tesporta. Fiż-żmien tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed isseħħ skont id-DEPBS. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet Indjani tad-dwana joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha tintbagħat il-merkanzija. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni. F'dan il-punt, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ kreditu tad-DEPBS. |
(32) |
Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodott – ħlief prodotti kapitali u prodotti fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Prodotti importati b'dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostaklu u validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ. |
(33) |
L-applikazzjoni għal krediti DEPBS tiġi ffajljata elettronikament u tista' tkopri ammont mingħajr limitu ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. De facto ma japplikawx skadenzi stretti għal krediti DEPBS. Is-sistema elettronika użata biex titħaddem id-DEPBS ma tħallix barra awtomatikament tranżazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-iskadenza tal-perjodi ta’ sottomissjoni msemmija fil-Kapitolu 4.47 tal-HOP I 09-14. Barra minn hekk, kif stipulat b'mod ċar fil-Kapitolu 9.3 tal-HOP I 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati soġġetti għall-impożizzjoni ta’ penali minuri. |
(34) |
Instab li tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun, Agarwal Fasteners Pvt. Ltd. u Raajratna Ventures Ltd., użaw din l-iskema matul il-PI. |
(d) Konklużjonijiet dwar id-DEPBS
(35) |
Id-DEPBS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, peress li l-kreditu eventwalment ikun użat sabiex ipatti għad-dazji ta’ importazzjoni, għalhekk inaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazji li kieku jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax itejjeb il-likwidità tal-kumpanija. |
(36) |
Barra dan, id-DEPBS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u għalhekk, huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(37) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għar-rimbors tad-dazju jew sistema sostituta ta’ ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, parti (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rimbors) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta’ rimbors) tar-Regolament bażiku. Partikolarment, esportatur m'għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-inputs li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta’ liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed tad-dazji tal-importazzjoni seħħx fil-kuntest tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jiġu użati bħala inputs, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mid-DEPBS. |
(e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(38) |
Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kompensatorji ġie kkalkolat f'termini ta’ benefiċċju mogħti lid-destinatarju, li jinstab matul il-PI. F'dan ir-rigward tqies li l-benefiċċju jingħata lid-destinatarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni taħt din l-iskema. F'dak il-mument, il-GTI huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI m'għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt id-DEPBS ikun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-PI. |
(39) |
Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti b'dan il-mod biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(40) |
Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati matul il-PI varjat minn 4,70 % sa 6,53 %. |
3.3. L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)
(a) Il-bażi legali
(41) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.3 sa 4.1.14 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u l-Kapitoli 4.1 sa 4.30A tal-HOP I 09-14. |
(b) L-eliġibbiltà
(42) |
L-AAS tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritt f'iktar dettall fil-premessa (43) hawn isfel. Dawk is-sottoskemi huma differenti inter alia fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma’ manifatturi ta’ sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi AAS u għall-AAS għal sottoskemi ta’ rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jipprovdu lill-kategoriji “meqjusa esportati” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għas-sottoskema ta’ meqjusa esportati tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbi għal benefiċċji ta’ “esportazzjoni meqjusa” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ħruġ ta’ ittra ta’ kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabel. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(43) |
L-AAS tista' tinħareġ għal: (i) Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hi s-sottoskema ewlenija. Tippermetti importazzjoni bla dazju ta’ materjali ta’ input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta’ esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni ta’ importazzjoni u obbligu ta’ esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott ta’ esportazzjoni huma speċifikati fil-liċenzja; (ii) Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix konnessa ma’ prodott ta’ esportazzjoni speċifiku, iżda ma’ grupp ta’ prodotti aktar wiesa' (eż. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta’ liċenzja jista'- sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat - jimporta bla ħlas ta’ dazju kull input li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa' f'dan il-grupp ta’ prodotti. Jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li huwa fil-grupp ta’ produzzjoni li juża dan il-materjal eżenti mid-dazju; (iii) Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta’ produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta materjali mingħajr dazju li jkunu se jintużaw fil-manifattura u għal dan l-għan jista' jikseb AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest; (iv) Meqjusa bħala esportati: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta’ dazju l-inputs meħtieġa fil-produzzjoni ta’ prodotti li se jinbiegħu bħala “meqjusa bħala esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14. Skont il-GTI, il-kategorija meqjusa għall-esportazzjoni tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet fejn il-prodotti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta’ kategoriji ta’ provvista huma kkunsidrati bħala oġġetti meqjusa esportati sakemm il-prodotti jkunu manifatturati fl-Indja, eż. provvista ta’ prodotti lejn EOU (unità b'orjentazzjoni tal-esportazzjoni) jew lejn kumpanija lokalizzata f'żona ekonomika speċjali (“SEZ”); (v) Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”): Id-detentur tal-AAS li għandu l-intenzjoni li jġib l-inputs minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz tal-AROs. F'dawn il-każijiet l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem jiġu validati bħala AROs u jiġu endorsjati lill-fornitur indiġenu wara kunsinna tal-oġġetti speċifikati fiha. L-endorsjar tal-ARO jintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 (fi kliem ieħor AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, rimbors ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u r-rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għall-inputs indiġeni u kif ukoll għall-inputs importati; (vi) Ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista' jkellem lil xi bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b'konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta’ oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu għandu jkun intitolat għal benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif stabbiliti fil-paragrafu 8.3 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 (fi kliem ieħor, AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, rimbors ta’ oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali). |
(44) |
Kumpanija waħda fil-kampjun irċeviet konċessjonijiet skont l-AAS li huma marbuta mal-prodott ikkonċernat waqt il-PI. Din il-kumpanija għamlet użu minn waħda mis-sottoskemi, jiġifieri esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta’ kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal. |
(45) |
Għal skopijiet ta’ verifikazzjoni mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u propju tal-konsum u utilizzazzjoni ta’ prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (Kapitoli 4.26, 4.30 u Appendiċi 23 HOP I 09-14), fi kliem ieħor reġistru ta’ konsum attwali. Dan ir-reġistru jrid jiġi verifikat minn accountant awtorizzat estern/accountant tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li jiċċertifika li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornuta skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f'kull aspett. |
(46) |
Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PI mill-kumpanija kkonċernata, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni ta’ importazzjoni u l-obbligu ta’ esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u jiġu dokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa ddeterminat mill-GTI fuq il-bażi ta’ Regoli Standard ta’ Input-Output (“SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-materjal importat biex jintuża bħal input ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta’ esportazzjoni għandu jiġi sodisfatt fil-limitu ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull wieħed). |
(47) |
L-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani jew ma kinux onorati jew ma ġewx ittestjati fil-prattika. |
(48) |
Il-kumpanija li użat l-iskema żammet ċertu reġistru ta’ produzzjoni u konsum. L-Appendiċi 23 ma tlestiex kif suppost u għalhekk, ma setax jiġi kkunsidrat bħala reġistru ta’ konsum attwali kif preskritt fil-Kapitoli 4.26, 4.30 tal-HOP I 09-14. Madankollu, ir-reġistru tal-konsum għall-PI ma kienx disponibbli, u konsegwentement ma kienx possibbli li jiġu vverifikati inter alia r-rekords tal-konsum sabiex jiġi stabbilit liema inputs ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti, kif stipulat fil-kopja tal-Appendiċi 23. Rigward ir-rekwiżiti tal-verifika li ssir referenza għalihom fil-premessa (45) iktar 'il fuq, ma nżammu ebda rekords mill-kumpanija dwar kif saret din iċ-ċertifikazzjoni. Ma kien hemm ebda pjan ta’ verifika jew xi materjal ieħor ta’ appoġġ tal-verifika mwettqa (eż. rapport tal-verifika), ebda informazzjoni rreġistrata dwar il-metodoloġija użata u r-rekwiżiti speċifiċi meħtieġa għal tali xogħol rigoruż li kien jeħtieġ tagħrif tekniku ddettaljat dwar il-proċessi ta’ produzzjoni. Kwalunkwe remissjoni żejda potenzjali magħrufa mill-kumpanija u rrapurtata fl-Appendiċi 23 ma ħolqot l-ebda intervent jew kontroll mill-awtoritajiet rilevanti. Fil-qosor, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li ġew issodisfati d-dispożizzjonijiet relevanti tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14. |
(d) Konklużjoni dwar l-AAS
(49) |
L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tat benefiċċju lill-esportatur investigat. |
(50) |
Barra minn hekk, is-sussidji relatati mal-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS fil-liġi jiddependu b'mod ċar fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk, huma meqjusa bħala speċifiċi u kumpensatorji skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema. |
(51) |
Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura tad-dazju) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament sistema jew proċedura ta’ verifika biex jikkonferma jekk u f'liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ sostituzzjoni għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Barra minn hekk, is-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta’ verifika tal-konsum attwali minħabba li t-tfassil ta’ dawk in-normi standard ma jippermettix lill-GTI jivverifika bi preċiżjoni biżżejjed liema ammonti ta’ materja għall-produzzjoni kienu kkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Il-GTI naqas ukoll milli jwettaq eżami addizzjonali bbażat fuq l-inputs attwali, għalkemm dan ikun normalment meħtieġ li jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b'mod effettiv (Anness II(II)(5) u Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). |
(52) |
Is-sottoskema hija għalhekk kumpensabbli. |
(e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(53) |
Fin-nuqqas ta’ sistemi ta’ ħlas lura jew sistemi sostituti ta’ ħlas lura awtorizzati, il-benefiċċju kumpensabbli huwa r-remissjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-inputs. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kumpensatorju tar-remissjoni “żejda” mid-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li r-remissjoni żejda ta’ dazji tista' tiġi kkumpensata. Iżda f'dan il-każ dawn il-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti. Għalhekk, jekk ma jintweriex proċess ta’ sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija fuq għal skemi ta’ ħlas lura tad-dazju mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-għoti ta’ kumpens għall-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), tapplika, aktar milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta’ dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti sabiex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta’ verifika allegata. |
(54) |
L-ammont ta’ sussidju għall-kumpaniji li użaw l-AAS kien ikkalkolat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-PI (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba neċessarjament sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur adattat, peress li s-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. |
(55) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpanija kkonċernata matul il-PI jammonta għal 2,94 %. |
3.4. L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)
(a) Il-bażi legali
(56) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-EPCGS tinsab fil-paragrafu 5 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 09-14. |
(b) L-eliġibbiltà
(57) |
Manifatturi-esportaturi, negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri ta’ servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(58) |
Skont il-kundizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija hija awtorizzata li timporta prodotti kapitali (prodotti kapitali ġodda u prodotti użati) b'rata mnaqqsa ta’ dazju doganali. Għal dan l-għan, il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS fuq applikazzjoni u pagament ta’ ħlas. L-iskema tipprovdi għal rata tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-prodotti kapitali kollha importati skont l-iskema. Sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni, il-prodotti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Skont il-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 il-prodotti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata ta’ dazju ta’ 0 % taħt l-EPCGS, iżda f'dan il-każ il-perjodu ta’ żmien biex jiġi ssodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni ikun iqsar, jiġifieri 6 snin minflok 8 mid-data tal-ħruġ tal-Awtorizzazzjoni. Id-detentur tal-liċenzja EPCGS jista' wkoll iġib il-prodotti kapitali b'mod indiġenu. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta’ prodotti kapitali jista' japprofitta mill-benefiċċju ta’ importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjusa fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti kapitali lid-detentur ta’ liċenzja EPCGS. |
(59) |
Instab li l-applikanti esportaturi kollha li kkooperaw użaw din l-iskema matul il-PI. |
(d) Konklużjoni dwar l-iskema tal-EPCG
(60) |
L-EPCGS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI, li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax id-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija. |
(61) |
Barra minn hekk, l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, għaliex liċenzji bħal dawn ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(62) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi r-rifużjoni ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għax mhumiex ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. |
(e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(63) |
L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq beni kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ dawn il-beni kapitali fl-industrija kkonċernata. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li jista' jiġi attribwit għall-PI, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta’ mgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta’ interessi kummerċjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop. Meta saru t-talbiet ġustifikati, tariffi mħallsa neċessarjament biex jinkiseb sussidju kienu mnaqqsa skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. |
(64) |
Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi mill-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(65) |
Ir-rati tas-sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati matul il-PI kienu 0,11 %, 0,16 % u 0,19 %. |
3.5. L-Iskema tal-Unitajiet Orjentati għall-Esportazzjoni (“EOUS”)
(a) Il-bażi legali
(66) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-EOU tinsab fil-paragrafu 6 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u fil-kapitolu 6 tal-HOP I 09-14. |
(b) L-eliġibbiltà
(67) |
Ħlief għall-kumpaniji purament kummerċjali, l-impriżi kollha, li fil-prinċipju, jintrabtu li jesportaw il-produzzjoni sħiħa tagħhom ta’ oġġetti jew servizzi jistgħu jiġu stabbiliti taħt l-EOUS. Impriżi fis-setturi industrijali jridu jissodisfaw limitu minimu ta’ investiment f'assi fissi biex ikunu eliġibbli għall-EOUS. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(68) |
Unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni jistgħu jiġu lokalizzati u stabbiliti kullimkien fl-Indja. |
(69) |
L-applikazzjoni għal status ta’ EOU trid tinkludi d-dettalji għall-perjodu tal-ħames snin li jkunu ġejjin fuq, inter alia, il-kwantitajiet ta’ produzzjoni ppjanati, il-valur ipproġettat tal-esportazzjoni, il-ħtiġijiet ta’ importazzjoni u l-ħtiġijiet indiġeni. Wara aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-applikazzjoni tal-kumpanija, it-termini u l-kundizzjonijiet annessi ma’ din l-aċċettazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-kumpanija. Il-ftehim ta’ rikonoxximent bħala kumpanija taħt l-EOUS huwa validu għal perjodu ta’ ħames snin. Il-ftehim jista' jkun imġedded għal iktar perjodi. |
(70) |
Obbligu kruċjali ta’ EOU kif stabbilit fil-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 huwa li jinkiseb qligħ nett ta’ valuta barranija (net foreign exchange – “NFE”), jiġifieri f'perjodu ta’ referenza (5 snin) il-valur totali ta’ esportazzjonijiet irid jogħla mill-valur totali ta’ prodotti importati. |
(71) |
Unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni huma intitolati għall-konċessjonijiet li ġejjin:
|
(72) |
Unitajiet li joperaw taħt dawn l-iskemi huma marbuta taħt is-sorveljanza tal-uffiċjali tad-dwana. |
(73) |
Huma legalment obbligati li jżommu kont kif suppost tal-importazzjonijiet kollha, tal-konsum u tal-użu tal-materjali importati u tal-esportazzjonijiet li jkunu saru b'mod konformi mal-paragrafu relevanti tal-HOP I -09-14. Dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti fl-Indja permezz ta’ rapporti ta’ progress trimestrali u annwali. |
(74) |
Madankollu, kif tgħid it-taqsima relevanti tal-HOP I 09-14, “l-EOU f'ebda punt m'għandha tkun meħtieġa tikkorrelata kull konsenja ta’ importazzjoni mal-esportazzjonijiet tagħha, it-trasferimenti lil unitajiet oħrajn, bejgħ fid-DTA (‘domestic tariff area’) jew stokks”. |
(75) |
Il-bejgħ domestiku jintbagħat u jiġi rreġistrat fuq bażi ta’ awtoċertifikazzjoni. Il-proċess ta’ spedizzjoni ta’ konsenji ta’ esportazzjoni ta’ EOU jiġi ssorveljat minn uffiċjal tad-dwana/sisa. |
(76) |
F'dan il-każ, l-EOUS intuża minn wieħed mill-esportaturi li kkoopera fit-teħid tal-kampjun. L-esportatur li kkoopera uża l-iskema biex jimporta materja prima, oġġetti tal-konsum u oġġetti kapitali ħielsa minn dazji tal-importazzjoni, biex jakkwista prodotti ħielsa domestikament mid-dazju tas-sisa u biex jikseb rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ, u biex ibigħ parti mill-produzzjoni tiegħu fis-suq domestiku. L-esportatur li kkoopera b'hekk ħa l-benefiċċji kollha deskritti fil-premessa (71) iktar 'il fuq taħt (i) sa (vi). Madankollu, fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul skont it-Taqsima 10B tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, l-investigazzjoni wriet li, sa mill-1 ta’ April 2010, il-kumpanija ma kinitx aktar eliġibbli għal din l-eżenzjoni. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-EOU ma ġewx ikkunsidrati ulterjorment fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. |
(77) |
Fi stadju tard ħafna, il-kumpanija li nstabet li kienet qed topera bħala EOU bagħtet kummenti dettaljati dwar l-iskema, fejn fost l-oħrajn allegat li l-miżuri varji disponibbli f'EOU ma kinux jikkostitwixxu sussidji kumpensatorji. L-analiżi ta’ dawn il-kummenti ma setgħetx tiġi konkluża f'dan il-waqt; madankollu, se tiġi indirizzata fl-istadju li jmiss ta’ din l-investigazzjoni. |
(d) Konklużjonijiet dwar l-EOUS
(78) |
L-eżenzjonijiet ta’ EOU minn tliet tipi ta’ dazji ta’ importazzjoni (“id-dazju doganali bażiku”, “taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali” u “taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla”) u r-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTI fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-introjtu tal-Gvern li kien ikun dovut fin-nuqqas ta’ din l-iskema huwa ċedut, u b'hekk jingħata benefiċċju lill-EOU fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, billi jkun hemm titjib fil-likwidità peress li ma jkollhomx jitħallsu d-dazji li normalment ikunu dovuti u billi jinkiseb rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ. |
(79) |
Barra minn hekk, l-EOU ma jistax jitqies bħala sistema ta’ rifużjoni ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi r-rifużjoni ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan ma jikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punti (h) u (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura tad-dazju) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni ta’ ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament sistema jew proċedura ta’ verifika biex jikkonferma jekk u f'liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ sostituzzjoni għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-sistema attwali ta’ verifika għandha l-għan li tissorvelja l-obbligu ta’ qligħ tal-NFE u mhux il-konsum ta’ importazzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti esportati. |
(80) |
L-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa u mill-ekwivalenti tad-dazju ta’ importazzjoni tiegħu (“EED”), madankollu, ma twassalx għal dħul predeterminat li nkella jkun dovut. Id-dazju tas-sisa u d-dazju doganali addizzjonali, jekk imħallas, jista' jintuża bħala kreditu għall-passivi tad-dazju futuri tagħha stess (l-hekk imsejjaħ “mekkaniżmu ta’ CENVAT”) li hija sistema komparabbli għall-VAT u li tippermetti lil kumpaniji Indjani sabiex jikkontrobilanċjaw taxxi fuq xiri bit-taxxi pagabbli fuq il-bejgħ. Għaldaqstant, dawn id-dazji mhumiex definittivi. Permezz tal-kreditu “CENVAT”, valur miżjud biss iġorr dazju definittiv, mhux il-materjali ta’ input. |
(81) |
Għaldaqstant, l-eżenzjoni biss mid-dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla u r-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, jikkostitwixxu sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Fil-liġi huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk, huma meqjusa bħala speċifiċi u suġġetti għal kompens taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku. L-iskop ta’ EOU li tesporta kif spjegat fil-Kapitolu 6.1 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 huwa conditio sine qua non biex jinkisbu l-inċentivi. |
(e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(82) |
Għaldaqstant, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla) li normalment tkun dovuta malli ssir l-importazzjoni kif ukoll ir-rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, matul il-PI. |
(i) Eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla), rimbors tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali fuq materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati
(83) |
L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li huwa unità orjentata lejn l-esportazzjoni ġie kkalkolat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq l-edukazzjoni sekondarja ogħla) fuq il-materjali importati għall-EOU f'daqqa u r-rimbors fuq it-taxxa tal-bejgħ matul il-PI. L-ispejjeż li neċessarjament riedu jitħallsu sabiex jinkiseb is-sussidju, tnaqqsu skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala n-numeratur. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni xieraq iġġenerat matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-prestazzjoni ta’ esportazzjoni u ma ngħatax permezz ta’ referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġini tas-sussidju b'hekk miksub għall-kumpanija kkonċernata kien ta’ 2,68 %. |
(ii) Eżenzjoni minn dazji ta’ importazzjoni (dazju doganali bażiku, taxxa parafiskali tal-edukazzjoni fuq id-dazju doganali, taxxa parafiskali fuq edukazzjoni sekondarja ogħla) fuq oġġetti kapitali
(84) |
Oġġetti kapitali mhumiex inkorporati fiżikament fl-oġġetti lesti. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju għall-kumpanija kkonċernata ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont ta’ dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxin fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ tali oġġetti kapitali f'waħda mill-kumpaniji investigati. L-ammont hekk ikkalkulat huwa mbagħad attribwibbli għall-PI u ġie aġġustat billi ġew miżjudin miegħu l-imgħaxijiet ta’ matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju tul iż-żmien u b'hekk ikun stabbilit il-benefiċċju kollu ta’ din l-iskema għal min irċevih. Ir-rata ta’ interessi kummerċjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni xieraq iġġenerat matul il-PI bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Il-marġini tas-sussidju b'hekk miksub għall-kumpanija kkonċernata kien ta’ 0,05 %. |
(85) |
Il-marġini ta’ sussidju miksub taħt l-EOUS għall-kumpanija kellu x'jaqsam ma’ ammonti sa 2,73 %. |
3.6. Skema ta’ Fokus fuq il-Prodott (“FPS”)
(a) Il-bażi legali
(86) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 3.15 sa 3.17 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 u l-Kapitoli 3.9 sa 3.11 tal-HOP I 09-14. |
(b) L-eliġibbiltà
(87) |
Skont il-paragrafu 3.15.2 tal-politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14, l-esportaturi tal-prodotti notifikati fl-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 huma eliġibbli għal din l-iskema. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(88) |
Esportatur tal-prodotti inkluż fil-lista tal-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 jista' japplika għal azzjonijiet ta’ Kreditu ta’ Dazju tal-FPS ekwivalenti għal 2 % jew 5 % tal-valur tal-esportazzjonijiet FOB. Madankollu, prodott(i)/settur(i) tal-Fokus Speċjali, koperti skont it-Tabella 2 u 5 tal-Appendiċi 37D imsemmi hawn fuq, huma intitolati għal azzjonijiet ta’ Kreditu ta’ Dazju ekwivalenti għal 5 % tal-valur tal-esportazzjonijiet FOB. Il-prodott konċernat skont l-investigazzjoni huwa inkluż f'dawn il-prodotti ta’ Fokus Speċjali. |
(89) |
L-FPS hija skema ta’ wara l-esportazzjoni, jiġifieri kumpanija għandha tesporta sabiex tkun eliġibbli għall-benefiċċji ta’ din l-iskema. Bħala riżultat, il-kumpanija tkompli timla applikazzjoni onlajn lill-awtorità rilevanti flimkien mal-kopji tal-ordni tal-esportazzjoni u l-fattura, l-irċevuta tal-bank li turi l-ħlas tal-ispejjeż tal-applikazzjoni, il-kopja tal-poloz ta’ tagħbija u ċ-ċertifikat ta’ realizzazzjoni tal-bank għall-irċevuta tal-ħlas jew iċ-ċertifikat barrani ta’ ħlas fuq l-importazzjoni fil-każ ta’ negozjar dirett ta’ dokumenti. F'każijiet fejn il-kopja oriġinali tal-poloz ta’ tagħbija u/jew iċ-ċertifikati tar-realizzazzjoni tal-bank ikunu ġew sottomessi għall-benefiċċji mitluba skont kwalunkwe skema oħra, il-kumpanija tista' tissottometti kopji ta’ awtoċertifikazzjoni li jikkwotaw l-awtorità rilevanti fejn ikunu ġew sottomessi d-dokumenti oriġinali. L-applikazzjoni onlajn għall-krediti tal-FPS tista' tkopri massimu ta’ 50 polza ta’ tagħbija. |
(90) |
Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-FPS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodott – ħlief prodotti kapitali u prodotti fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Prodotti importati b'dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-FPS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ. |
(91) |
Instab li tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun użaw din l-iskema matul il-PI. |
(d) Konklużjoni dwar l-FPS
(92) |
L-FPS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-FPS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta’ importazzjoni, b'hekk jitnaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, il-kreditu FPS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax itejjeb il-likwidità tal-kumpanija. |
(93) |
Iktar minn hekk, l-FPS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u għalhekk, huwa meqjus bħala speċifiku u jista' jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(94) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-ħlas lura tad-dazju jew sistema sostituta ta’ ħlas lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, parti (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta’ ħlas lura) tar-Regolament bażiku. Partikolarment, esportatur m'għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-inputs li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta’ liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed tad-dazji tal-importazzjoni seħħx fil-kuntest tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji FPS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jiġu użati bħala inputs, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FPS. |
(e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(95) |
Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kompensatorji ġie kkalkolat f'termini ta’ benefiċċju mogħti lid-destinatarju, li jinstab matul il-PI. F'dan ir-rigward tqies li l-benefiċċju jingħata lid-destinatarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni taħt din l-iskema. F'dak il-mument, il-GTI huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu FPS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI m'għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt l-FPS ikun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-PI. |
(96) |
Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(97) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għaż-żewġ kumpaniji kkonċernati matul il-PI jammonta għal 4,80 %. |
3.7. Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”)
(a) Il-bażi legali
(98) |
Id-dettalji tal-iskema huma stabbiliti fiċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD Nru DIR.(Exp).BC. 06/04.02.02/2010-10 (Rupee/Foreign Currency Export Credit) tal-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (RBI), li hija indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja. |
(b) L-eliġibbiltà
(99) |
L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti-esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(100) |
L-ECS jikkonsisti f'żewġ sottoskemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri krediti pprovduti lil esportatur għall-iffinanzjar tax-xiri, proċessar, manifatturar, imballaġġ u/jew trasport ta’ prodotti qabel l-esportazzjoni, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital tal-ħidma bl-iskop li jiġu ffinanzjati riċevibbli tal-esportazzjoni. Sa mill-1 ta’ Lulju 2010, il-banek kummerċjali japplikaw għal Sistema ta’ Rata Bażika ġdida applikabbli għal kull kontenut tal-avvanzi tal-kreditu tal-esportazzjoni tar-rupee. Fir-rigward tal-ECS fi flus barranin, il-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (RBI) jistabbilixxi rati ta’ mgħax massimi applikabbli għall-krediti tal-esportazzjoni li l-banek kummerċjali jistgħu jimponu fuq l-esportatur. L-RBI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-iffinanzjar tal-esportazzjoni. |
(101) |
Bħala riżultat taċ-Ċirkulari Prinċipali tar-RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu krediti għall-esportazzjoni b'rati ta’ interess preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ interess għall-krediti kummerċjali ordinarji (“kreditu f'kontanti”), li huma ffissati purament skont il-kundizzjonijet tas-suq. Id-differenza fir-rati tista' tonqos għal kumpaniji bi klassifikazzjoni tal-kreditu tajba. Kumpaniji bi klassifikazzjonijiet tajbin jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jiksbu krediti ta’ esportazzjoni u kreditu fi flus kontanti bl-istess kundizzjonijiet. |
(102) |
Instab li l-applikanti esportaturi kollha li kkooperaw użaw din l-iskema matul il-PI. |
(d) Konklużjoni dwar l-ECS
(103) |
Ir-rati ta’ interessi preferenzjali ta’ kreditu ECS stabbiliti miċ-Ċirkulari Prinċipali tal-RBI msemmija fil-premessa (98) jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-interessi ta’ esportatur meta mqabbla mal-ispejjeż ta’ kreditu stabbiliti purament mill-kundizzjonijiet tas-suq u li jikkonferixxu f'dan il-każ benefiċċju fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fuq tali esportatur. |
(104) |
Minkejja li l-krediti preferenzjali skont l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F'dan il-kuntest, ta’ min jinnota li la l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas l-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji ma jirrikjedu miżati fuq il-kontijiet pubbliċi, pereżempju r-rimbors tal-banek kummerċjali mill-GTI, biex iwaqqaf sussidju, iżda direzzjoni tal-gvern biss biex jiġu esegwiti l-funzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. L-RBI huwa korp pubbliku u għalhekk, jaqa' taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % taħt il-pussess tal-gvern, isegwi l-għanijiet ta’ politika pubblika, pereżempju l-politika monetarja, u l-maniġment tiegħu huwa maħtur mill-Gvern tal-Indja. L-RBI jidderieġi l-korpi privati, skont it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku, billi l-banek kummerċjali huma marbuta mill-kundizzjonijiet li jimponi, inter alia, fir-rigward tal-livelli massimi għar-rati ta’ mgħax fuq krediti ta’ esportazzjoni obbligatorji fiċ-Ċirkolari Prinċipali tal-RBI u d-dispożizzjonijiet tal-RBI li l-banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom lejn il-finanzjament tal-esportazzjoni. Din id-direzzjoni tobbliga lil banek kummerċjali biex iwettqu funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f'dan il-każ li jipprovdu self fil-forma ta’ finanzjament ta’ esportazzjoni preferenzjali. Trasferiment dirett bħal dan ta’ fondi fil-forma ta’ self skont ċerti kundizzjonijiet normalment jaqa' f'idejn il-gvern, u l-prattika fl-ebda sens reali ma hija differenti, minn prattiċi normalment segwiti mill-gvernijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa meqjus li huwa speċifiku u kumpensatorju billi r-rati ta’ mgħax preferenzjali huma relatati mal-iffinanzjar tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk, assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. |
(e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(105) |
L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-imgħax imħallas għal krediti ta’ esportazzjoni użati matul il-PI u l-ammont li kien ikun pagabbli għal krediti kummerċjali ordinarji użati mill-kumpanija kkonċernata. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PI bħala d-denominatur xieraq skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(106) |
Ir-rati tas-sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati matul il-PI kienu 0,25 %, 0,31 % u 0,44 %. |
3.8. Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (“EDE”)
(a) Il-bażi legali
(107) |
Din l-iskema hija inkluża fl-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-2007 tal-Gvern ta’ Maharashtra, ir-Reżoluzzjoni Nru PSI-1707/(CR-50)/IND-8, tat-30 ta’ Marzu 2007. Wara l-emendi fl-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-2007 maħruġa mill-Gvern ta’ Maharashtra fit-30 ta’ Lulju 2011, ġie pprovdut perjodu ta’ estensjoni sal-31 ta’ Awwissu 2011. |
(b) L-eliġibbiltà
(108) |
Ir-Reżoluzzjoni msemmija hawn fuq tniżżel il-kategoriji tal-industriji u l-intrapriżi li jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-inċentivi skont l-iskema tal-2007. |
(c) Implimentazzjoni prattika
(109) |
Sabiex ikun hemm interess fit-tixrid tal-industriji fiż-żoni inqas żviluppati, il-Gvern ta’ Maharashtra pprovda pakkett ta’ inċentivi għall-unitajiet industrijali ġodda/li qed jikbru stabbiliti fir-reġjun tal-Istat ta’ Maharashtra li għadu qed jiżviluppa. Għall-iskopijiet tal-Iskema, l-Anness I tar-Reżoluzzjoni jikklassifika ż-żona tal-Istat eliġibbli għall-inċentivi. Madankollu, l-inċentivi skont l-Iskema tal-2007 ma jistgħux jingħataw qabel jinħareġ Ċertifikat ta’ Eliġibbiltà skont l-Iskema tal-2007 mill-Aġenzija Implimentattiva u qabel ma l-unità eliġibbli tkun konformi mal-istipulazzjonijiet/kundizzjonijiet taċ-Ċertifikat ta’ Eliġibbiltà. Ċertifikat ta’ Eliġibbiltà jinħareġ mill-Aġenzija Implimentattiva b'effett mid-data tal-bidu tal-produzzjoni kummerċjali tal-unità eliġibbli. |
(110) |
Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku tingħata lill-unitajiet ġodda eliġibbli stabbiliti f'żoni stabbiliti għal perjodu ta’ 15-il sena. F'partijiet oħra tal-Istat, 100 % Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EOUs), unitajiet mit-Teknoloġija tal-Informatika (IT) u t-Teknoloġija Bioloġika (BT), se jkunu eżenti wkoll mill-ħlas tad-Dazju fuq l-Elettriku għal perjodu ta’ 10 snin. |
(111) |
Matul l-investigazzjoni nstab li kumpanija waħda fil-kampjun, li hija EOU allokata f'Maharashtra, ibbenefikat minn din l-iskema matul il-PI. |
(d) Konklużjoni dwar l-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku
(112) |
L-eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar- Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tat benefiċċju lill-esportaturi investigati. |
(113) |
Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi f'reġjun ġeografiku magħżul. |
(114) |
Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju. |
(e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(115) |
Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju kumpensatorju huwa kkalkulat f'termini ta’ benefiċċju mogħti lil min jirċevih, f'relazzjoni mal-prodott ikkonċernat, li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont (numeratur) ġie allokat matul l-ammont kollu ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat tal-produttur li jesporta matul il-PI, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. |
(116) |
Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-kumpanija kkonċernata tammonta għal 0,09 %. |
3.9. Ammont ta’ sussidji kumpensabbli
(117) |
Fuq il-bażi tas-sejbiet, kif mogħtija fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt, l-ammont totali ta’ sussidji kumpensatorji, imfissra ad valorem, instabu fil-medda minn 3,2 % sa 16,5 %: Tabella 1
|
(118) |
Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhux inklużi fil-kampjun, ikkalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju b'piż differenzjat stabbilit għal kull wieħed mill-programmi li jibbenefikaw il-kumpaniji fil-kampjun li kkooperaw, huwa ta’ 13,6 %. Biex jiġi kkalkolat il-marġini medju tas-sussidju b'piż differenzjat għall-kampjun, l-ammonti ta’ sussidji stabbiliti għall-EOUS u l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku skont l-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-Gvern ta’ Maharashtra (jiġifieri applikabbli biss għall-EOUs) ġew esklużi mill-kalkolu, minħabba li nstab li l-iskop ta’ dawn l-iskemi ta’ sussidju ma kienx se jkopri ż-żewġ kumpaniji li kkooperaw mhux fil-kampjun. B'mod partikolari fir-rigward tal-EOU, mhuwiex possibbli li jakkumulaw il-benefiċċji relatati mal-EOU mal-benefiċċji skont skemi oħra. Fir-rigward tal-eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku, dan huwa disponibbli biss għall-EOUs jew kumpaniji allokati f'ċerti reġjuni ta’ Maharashtra. Għaldaqstant, l-univers ta’ benefiċċji skont din l-iskema huwa limitat wisq biex jiġi kkunsidrat applikabbli għall-kumpaniji li mhumiex fil-kampjun. |
(119) |
Fir-rigward tal-esportaturi l-oħrajn kollha fl-Indja, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (10) fuq, it-tqabbil bejn id-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat u l-volumi ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrapportati għall-perjodu ta’ investigazzjoni mill-kumpaniji jew gruppi li kkooperaw, mal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni juri li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani kien wieħed għoli ħafna, jiġifieri qrib il-100 %. Minħabba dan il-livell għoli ta’ kooperazzjoni, ir-rata tas-sussidju għall-kumpaniji kollha li ma kkooperawx hija stabbilita fil-livell tal-marġini medju tas-sussidju b'piż differenzjat għal kull wieħed mill-programmi li jibbenefikaw il-kumpaniji li kkooperaw, jiġifieri 16,5 %. |
4. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
4.1. Il-produzzjoni tal-Unjoni
(120) |
L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikat tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
(121) |
Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li kienet madwar 52 000 tunnellata matul il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom u l-volum stmat tal-produzzjoni tal-produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment. |
(122) |
Kif indikat fil-premessa (14) hawn fuq, it-teħid ta’ kampjuni kien applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Mill-15-il produttur tal-Unjoni li pprovdew dejta qabel il-bidu tal-proċediment, intgħażel kampjun ta’ ħames kumpaniji. Sussegwentement, kif spjegat fil-premessa (16) hawn fuq, kumpanija waħda ddeċidiet li ma tikkooperax fl-investigazzjoni. Il-kumpaniji l-oħra li kkooperaw fil-kampjun irrappreżentaw madwar 32 % tat-total stimat tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-PI u ġew ikkunsidrati bħala rappreżentattivi tal-Industrija tal-Unjoni. Il-kumpaniji fil-kampjun huma l-produtturi ewlenin u jinsabu fi Franza u l-Italja fejn l-ikbar volum tal-prodott ikkonċernat huwa manifatturat. |
4.2. L-industrija tal-Unjoni
(123) |
Il-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni, imsemmija fil-premessa (120), huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”. |
5. ĦSARA
5.1. Kummenti preliminari
(124) |
L-istatistiċi rilevanti dwar l-importazzjoni tal-Eurostat, flimkien mad-dejta pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, inklużi t-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikat tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, intużaw ukoll fl-evalwazzjoni tal-fatturi ta’ ħsara rilevanti. |
(125) |
L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-dejta makroekonomika, bħall-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, it-tkabbir, l-impjiegi u l-produttività, hija bbażata fuq dejta tal-industrija tal-Unjoni sħiħa. |
(126) |
L-analiżi ta’ ħsara fir-rigward tad-dejta mikroekonomika, bħall-prezzijiet tat-tranżazzjoni, il-profitabbiltà, il-likwidità tal-flus, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment, l-abbiltà li jiżdied il-kapital, il-ħażniet u l-pagi, hija bbażata fuq id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun. |
(127) |
L-erba' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun, ġew investigati wkoll fir-reviżjoni attwali ta’ skadenza ta’ miżuri ta’ anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-SSF li joriġinaw fiċ-Ċina u t-Tajwan, konkluża fis-7 ta’ Jannar 2012 (4). F'dik ir-reviżjoni, kumpanija oħra, li ma kkooperatx fl-investigazzjoni preżenti, ġiet inkluża fil-kampjun. Meta mogħti li l-perjodu kkunsidrat għall-analiżi ta’ ħsara jaqbeż dak tar-reviżjoni ta’ skadenza, id-dejta għas-snin 2008 u 2009 huma identiċi ħlief għal dik il-kumpanija waħda. Bl-iżvelar ta’ ċifri għall-2008 u 2009 ikun possibbli li jitnaqqsu ċ-ċifri tal-kumpanija li ma ġietx inkluża fil-kampjun f'dan il-każ. Għaldaqstant, il-mikroindikaturi bħall-ħażniet, il-pagi, l-investiment, il-likwidità tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment u l-profitabbiltà ġew indiċizzati. |
5.2. Il-konsum tal-Unjoni
(128) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni kif ipprovdut fl-ilment, u ċċekkjat mit-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-kampjun u d-dejta vverifikata miksuba mill-produtturi li kkooperaw fil-kampjun. Barra minn hekk, tqies ukoll il-volum ta’ importazzjonijiet ibbażat fuq id-dejta mill-Eurostat għall-perjodu kkunsidrat. |
(129) |
Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2
|
(130) |
Il-konsum totali fis-suq tal-UE żdied b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009, kien hemm tnaqqis drastiku b'16 %, allegatament minħabba l-effetti globali negattivi tal-kriżi ekonomika fis-suq, li wara dan, il-konsum reġa' irkupra b'21 % bejn l-2009 u l-2010, u b'7 % oħra bejn l-2010 u l-PI. |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(131) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Indja żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 3
|
(132) |
L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet fl-aqwa tagħha bejn l-2008 u l-2009 meta l-importazzjonijiet telgħu għal 30 % u l-konsum naqas b'16 %. Fuq bażi ta’ sena b'sena, l-importazzjonijiet Indjani komplew jiżdiedu matul l-2010 (+ 16 %) u matul il-PI (+ 10 %). |
5.3.1. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
Tabella 4
Importazzjonijiet mill-Indja |
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Prezz medju f'EUR/tunnellata |
3 531 |
2 774 |
2 994 |
3 216 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
79 |
85 |
91 |
||
|
(133) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jispjega ż-żieda fis-sehem tas-suq tal-Indja minn 12,1 % għal 18,3 % matul l-istess perjodu. L-ogħla żieda saret bejn l-2008 u l-2009, meta l-esportaturi Indjani kisbu aktar minn 6 punti perċentwali f'sehem tas-suq. |
(134) |
Għall-għanijiet li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ peżati medji għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-kampjun, impost lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, ġew imqabbla mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-Indja lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
(135) |
Dan it-tqabbil fil-prezzijiet sar b'bażi tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell tal-kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ, u wara tnaqqis ta’ ribassi u skonti. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta mniżżel bħala persentaġġ tal-ammont ta’ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw matul il-PI, wera tnaqqis fil-prezz li jvarja minn 3 % għal 13 %. |
5.4. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
(136) |
Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu sussidjati mill-Indja fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha stabbiliti għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.4.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
Tabella 5
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Il-volum ta’ produzzjoni (tunnellati) |
69 514 |
56 396 |
62 213 |
51 800 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
81 |
89 |
75 |
||
Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) |
140 743 |
127 200 |
128 796 |
111 455 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
90 |
92 |
79 |
||
L-użu tal-kapaċità |
49 % |
44 % |
48 % |
46 % |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
90 |
98 |
94 |
||
|
(137) |
It-tabella hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset b'mod sinifikanti b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Flimkien mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset sew bi 19 % fl-2009, u wara dan reġgħet irkuprat b'madwar 10 % fl-2010. Fil-PI, minkejja li l-konsum tal-Unjoni żdied b'7 %, il-produzzjoni tal-Unjoni reġgħet naqset b'madwar 17 % meta kkumparata mas-sena ta’ qabel. |
(138) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'madwar 21 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità wkoll naqas matul il-perjodu kkunsidrat, tant li baqa' dejjem taħt il-50 %. |
5.4.2. L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
Tabella 6
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Volum ta’ bejgħ (tunnellati) |
56 042 |
44 627 |
45 976 |
48 129 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
80 |
82 |
86 |
||
Sehem mis-suq |
46,5 % |
44,1 % |
37,6 % |
36,6 % |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
95 |
81 |
79 |
||
|
(139) |
Fil-kuntest ta’ żieda ta’ konsum (+ 9 %), l-ammont ta’ bejgħ tal-prodott ugwali meta mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni naqas b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba dan, is-sehem tas-suq waqa' minn 46,5 % fl-2008 għal 36,6 % fil-PI. Wara tnaqqis serju fl-ammont ta’ bejgħ fl-2009 (– 20 %), dan reġa' rkupra bi ftit fl-2010 u l-PI. |
5.4.3. It-tkabbir
(140) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % bejn l-2008 u l-PI. Madankollu, l-ammont ta’ bejgħ u s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu fl-istess perjodu, b'14 % u b'21 % rispettivament. Fl-istess żmien, l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'mod sinifikanti b'65 %. |
5.4.4. L-impjiegi
Tabella 7
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Numru ta’ impjegati |
1 007 |
863 |
821 |
761 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
86 |
82 |
76 |
||
Produttività (unità/impjegat) Indiċi (2008 = 100) |
100 |
95 |
110 |
99 |
||
|
(141) |
Minħabba t-tnaqqis fl-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni, in-numru tal-impjegati tnaqqas sostanzjalment bi 24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-PI, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b'6 %. |
(142) |
Il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, meta mkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata, għal kull sena, naqset ftit b'1 % fil-perjodu kkunsidrat. Laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, u wara dan bdiet tirkupra lejn il-PI. |
5.4.5. Prezzijiet ta’ unità medja tal-industrija tal-Unjoni
Tabella 8
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Prezz unitarju fl-UE lil klijenti mhux relatati (Euro kull tunnelltta) |
4 336 |
2 792 |
3 914 |
4 244 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
64 |
90 |
98 |
||
|
(143) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ naqsu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'36 %, fil-kuntest tat-tnaqqis ekonomiku u ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja (– 21 %). Matul l-2010 u l-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġgħu rkupraw. |
(144) |
L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-2009 wera t-tnaqqis fl-infiq li waqa' bi 18 % meta kkumparat mal-livelli tal-2008. Dan it-tnaqqis fl-infiq sar primarjament minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, speċjalment dawk tan-nikil, li għandu dinamika instabbli tal-prezz. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha aktar mit-tnaqqis fl-infiq, invista tat-tkabbir tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja fl-2009. |
5.4.6. Il-profitabbiltà, il-likwidità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà ta’ żieda fil-kapital.
Tabella 9
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Il-profitabbiltà tal-bejgħ fl-UE (% ta’ bejgħ nett) Indiċi (2008 = 100) |
– 100 |
– 442 |
–74 |
–24 |
||
Il-likwidità Indiċi (2008 = 100) |
– 100 |
–1 827 |
–40 |
171 |
||
Investimenti (EUR) Indiċi (2008 = 100) |
100 |
29 |
59 |
6 |
||
Redditu fuq l-investimenti Indiċi (2008 = 100) |
– 100 |
– 284 |
–59 |
–28 |
||
|
(145) |
L-investigazzjoni wriet li, anke jekk it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ irrifletta parzjalment it-tnaqqis fl-infiq, il-prezz tal-industrija tal-Unjoni kien taħt pressjoni bl-importazzjonijiet tal-SSF mill-Indja. Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva sa mill-bidu tal-perjodu kkonċernat. Speċjalment fl-2009, l-industrija tal-Unjoni ġiet sfurzata li tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha aktar mit-tnaqqis fl-infiq, fid-dawl tat-tkabbir tal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja. Dan wassal għal deterjorazzjoni sinifikanti ta’ profitabbiltà f'dik is-sena. Madankollu, fl-2010 u l-PI, il-profitabbiltà tjiebet, iżda xorta waħda baqgħet negattiva. |
(146) |
Il-likwidità, li hija l-abbiltà tal-industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha hija stess, segwiet tendenza simili bħall-profitabbiltà. Din laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, u wara dan uriet tendenza ta’ żieda u saret pożittiva fil-PI. |
(147) |
Wara li saru l-investimenti fl-2008 fil-produzzjoni tal-SSF, l-investimenti naqsu b'madwar 94 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-redditu fuq l-investiment wera żvilupp negattiv simili f'linja mar-riżultati negattivi miksuba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u baqa' dejjem negattiv. |
(148) |
L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà, il-likwidità u l-livell baxx ta’ investimenti jwasslu għall-fatt li l-produtturi tal-UE li kkooperaw fil-kampjun setgħu esperjenzaw diffikultajiet biex jgħollu l-kapital. |
5.4.7. Il-ħażniet
Tabella 10
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Stokk tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni Indiċi (2008 = 100) |
100 |
92 |
100 |
103 |
||
|
(149) |
Il-livell tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009, il-livell tal-istokk tal-għeluq naqas bi 8 %; wara, fl-2010 u fil-PI żdied bi 8 % u 3 % rispettivament. |
5.4.8. Id-daqs tal-marġini tas-sussidju
(150) |
Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tas-sussidju fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies li huwa negliġibbli. |
5.5. Konklużjoni dwar il-ħsara
(151) |
L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara bħall-produzzjoni (– 25 %), l-użu tal-kapaċità (– 6 %), il-volum ta’ bejgħ (– 14 %), is-sehem tas-suq (– 21 %) u l-impjieg (– 24 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-kuntest ta’ żieda fil-konsum, kemm l-ammont ta’ bejgħ, kif ukoll is-sehem mis-suq waqgħu. L-ammont ta’ bejgħ irkupra bi ftit fl-2010 u l-PI meta kkumparat mal-2009; madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iġġib lura s-sehem tas-suq mitluf tagħha invista tat-tkabbir tal-importazzjonijiet Indjani li żdiedu b'mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat, fil-prezzijiet jnaqqsu b'mod kontinwu dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
(152) |
Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħal-likwidità u l-profitabbiltà kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni biex tiġbor il-kapital naqset ukoll. |
(153) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali fil-kuntest tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku. |
6. KAWŻALITÀ
6.1. Introduzzjoni
(154) |
Skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw fl-Indja kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li tista' tiġi kklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufin oħrajn għajr l-importazzjonijiet issussidjati, li jistgħu fl-istess waqt ikunu qegħdin jagħmlu danni lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll biex jiżguraw li dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma ġiex attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati. |
6.2. Effett tal-importazzjonijiet sussidjati
(155) |
L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni żdied b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, waqt li l-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'14 % u s-sehem tas-suq naqas b'21 %. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja żdiedu b'mod drammatiku b'65 %, filwaqt li żiedu s-sehem tas-suq tagħhom b'52 %. |
(156) |
Fl-2010 u l-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied f'linja mal-irkupru ekonomiku ġenerali. Madankollu, l-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied biss bi ftit fl-2010 (+ 3 %) u fil-PI (+ 4,7). Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni wriet żieda annwali fl-importazzjonijiet Indjani b'16 % fl-2010 u b'10 % fil-PI. |
(157) |
L-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja eżerċitaw pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni partikolarment fl-2009, meta kibru bi 30 % meta kkumparati mal-2008 u kisbu 6,6 fil-mija ta’ punti fis-sehem tas-suq. Fl-istess sena, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'20 %. |
(158) |
Fir-rigward tal-pressjoni tal-prezz fl-2009, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Indja naqsu b'21 %, filwaqt li sfurzaw lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'36 %. Dan it-tnaqqis kien aktar mit-tnaqqis fl-infiq. Din is-sitwazzjoni waslet għal deterjorazzjoni sinifikanti fil-profitabbiltà li naqset b'mod drammatiku fl-2009. |
(159) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu fil-biċċa l-kbira tagħhom b'9 % fil-perjodu kkunsidrat, filwaqt li baqgħu dejjem inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-bqija tad-dinja u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
(160) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, qiegħed jiġi konkluż li ż-żieda massima tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, bi prezzijiet li qed iwaqqgħu kontinwament il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellhom irwol determinanti fid-dannu tal-materjal li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha, it-tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta’ bejgħ u s-sehem tas-suq, u fid-deterjorament ta’ kważi l-indikaturi kollha tad-dannu. |
6.3. L-effett ta’ fatturi oħra
6.3.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
Tabella 11
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'tunnellati |
50 010 |
37 633 |
54 454 |
59 255 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
75 |
109 |
118 |
||
Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra |
41,5 % |
37,2 % |
44,5 % |
45,1 % |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
90 |
107 |
109 |
||
Prezz medju ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f'EUR/tunnellata |
5 380 |
5 236 |
5 094 |
5 234 |
||
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
97 |
95 |
97 |
||
Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Malasja (tunnellati) |
13 712 |
9 810 |
9 611 |
9 966 |
||
Sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-Malasja |
11,4 % |
9,7 % |
7,9 % |
7,6 % |
||
Prezz medju ta’ importazzjonijiet mill-Malasja f'EUR/tunnellata |
4 203 |
2 963 |
3 324 |
3 633 |
||
Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Filippini (tunnellati) |
7 046 |
5 406 |
15 576 |
18 149 |
||
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Filippini |
5,8 % |
5,3 % |
12,7 % |
13,8 % |
||
Prezz medju ta’ importazzjonijiet mill-Filippini f'EUR/tunnellata |
4 645 |
3 474 |
3 714 |
3 912 |
||
Volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (tunnellati) |
2 332 |
2 452 |
3 217 |
3 288 |
||
Sehem fis-suq ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
1,9 % |
2,4 % |
2,6 % |
2,5 % |
||
Prezz medju ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina f'EUR/tunnellata |
4 004 |
4 561 |
5 272 |
5 648 |
||
Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajwan (tunnellati) |
4 304 |
3 703 |
6 451 |
6 640 |
||
Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan |
3,6 % |
3,7 % |
5,3 % |
5,1 % |
||
Prezz medju ta’ importazzjonijiet mit-Tajwan f'EUR/tunnellata |
5 092 |
4 719 |
4 755 |
4 943 |
||
|
(161) |
Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum ta’ importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-SSF li joriġinaw f'pajjiżi terzi oħra żdied bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess waqt, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'madwar 3 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem fis-suq tagħhom żdied b'madwar 9 %. |
(162) |
Kien hemm miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-SSF mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan sa mid-19 ta’ Novembru 2005. Minkejja l-miżuri, dawn l-importazzjonijiet żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm l-ishma tas-suq baqgħu pjuttost modesti, bi 2,5 % u 5,1 % rispettivament fil-PI. Sorsi ewlenin oħra ta’ importazzjoni huma l-Filippini u l-Malasja. L-importazzjonijiet, speċjalment mill-Filippini, żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li żiedu s-sehem tagħhom tas-suq minn 5,8 % fl-2008 għal 13,8 % fil-PI. |
(163) |
Fir-rigward tal-Malasja, kien hemm tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu, l-importazzjonijiet xorta waħda kellhom sehem tas-suq ta’ 7,6 % fil-PI. Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Filippini żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Madankollu, kif imsemmi hawn taħt, il-prezz medju tal-importazzjoni kien ħafna ogħla, jiġifieri 20 %, mill-prezz medju tal-SSF Indjan. |
(164) |
Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u kienu dejjem ogħla mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mill-Indja. |
(165) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, kien provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-impatt tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
6.3.2. Il-kriżi ekonomika
(166) |
Il-kriżi ekonomika tispjega parzjalment il-kontrazzjoni tal-konsum tal-Unjoni fl-2009. Madankollu, għandu jingħad li minkejja t-tnaqqis ta’ 16 % fil-konsum fl-2009, il-volum ta’ importazzjonijiet Indjani żdied bi 30 %. |
(167) |
Fl-2010 u l-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied f'linja mal-irkupru ekonomiku ġenerali. Madankollu, l-ammont fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied biss bi ftit, bi 3 % fl-2010 u b'4.7 % fil-PI. Dan huwa kkumparat ma’ żieda annwali fl-importazzjonijiet Indjani b'16 % u b'10 % rispettivament. |
(168) |
Taħt kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni b'saħħitha fuq il-prezzijiet u l-livelli miżjuda ta’ importazzjoni mill-importazzjonijiet issussidjati, l-industrija tal-Unjoni seta' kellha xi diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u maż-żieda fl-ispejjeż fissi għal kull unità minħabba l-użu baxx tal-kapaċità li esperjenzat. Madankollu, l-importazzjonijiet issussidjati intensifikaw l-effett tat-tnaqqis ekonomiku u anke matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra u tikseb lura s-sehem tas-suq mitluf lill-importazzjonijiet Indjani. |
(169) |
Għaldaqstant, minkejja li l-kriżi ekonomika 2008-2009 setgħet tat kontribut lill-prestazzjoni fqira tal-industrija tal-Unjoni, ma jistax jiġi kkunsidrat li din kellha impatt tant li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u s-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni. |
6.3.3. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata
Tabella 12
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Bejgħ esportat f'tunnellati |
967 |
689 |
933 |
884 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
71 |
97 |
91 |
Prezz tal-bejgħ ta’ unità f'euro |
4 770 |
3 060 |
4 020 |
4 313 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
64 |
84 |
90 |
(170) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kkampjunata naqas b'9 %, waqt li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni naqsu b'10 %. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li t-tendenza negattiva fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni setgħet kellha impatt ieħor negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li, meta mogħti l-ammont baxx ta’ esportazzjoni f'relazzjoni għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, l-impatt ma jiksirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u l-ħsara. |
6.4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
(171) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati bi prezz baxx li joriġinaw mill-Indja matul il-perjodu kkunsidrat. B'żieda ma’ dan, instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qed inaqqsu b'mod kostanti l-prezzijiet imposti mill-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni. |
(172) |
Din iż-żieda fil-volum u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati Indjani kienet kontinwa, anke matul l-2009, meta l-konsum tal-Unjoni naqas b'16 %, u kkoinċida mal-iżvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. |
(173) |
Sa mill-2008, fil-kuntest tat-tnaqqis ekonomiku bil-mod u t-tnaqqis f'daqqa fil-konsum tal-Unjoni, il-produtturi li jesportaw mill-Indja rnexxielhom iżidu b'mod sinifikanti s-sehem tagħhom tas-suq. Dan ikkoinċida ma’ żvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u tnaqqis f'daqqa fil-profitabbiltà u indikaturi oħra finanzjarji. Matul il-perjodu kkunsidrat, iż-żieda ta’ importazzjonijiet issussidjati bi prezz baxx mill-Indja, li kienu qed inaqqsu b'mod kostanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha fil-biċċa l-kbira tagħha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Anke jekk is-sitwazzjoni tjiebet xi ftit fil-PI, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iġġib lura s-sehem tas-suq mitluf tagħha u l-profitabbiltà baqgħet negattiva. |
(174) |
L-eżaminazzjoni tal-fatturi l-oħra magħrufa, inkluża l-kriżi ekonomika, li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, żvelat li dawn il-fatturi ma kissrux ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
(175) |
Skont dan, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja ħolqu danni materjali għall-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku. |
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
7.1. Kumment preliminari
(176) |
Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar is-sussidju dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex ikun konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
7.2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(177) |
L-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ser tkompli tmur għall-agħar. |
(178) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping provviżorji terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għallinqas parti mis-sehem fis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt ulterjuri pożittiv fuq il-profitabbiltá tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali. |
(179) |
Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem tas-suq u l-industrija tal-Unjoni tibqa' sejra ħażin. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-telf imġarrab u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, għandu jkun mistenni li xi produtturi tal-Unjoni mhumiex sejrin ikunu kapaċi jirkupraw l-investiment tagħhom jekk ma jiġux imposti l-miżuri. Barra minn hekk, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji se tgħin biex jinżammu l-impjiegi li naqsu b'mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat. |
(180) |
Għaldaqstant, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji tkun biċ-ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.3. L-interess tal-utenti u l-importaturi
(181) |
Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn utenti fl-investigazzjoni; 20 utent ġew ikkuntattjati iżda ħadd minnhom ma wieġeb għall-kwestjonarju li ntbagħtilhom. Fir-rigward tal-importaturi, il-kwestjonarji ntbagħtu lil żewġ importaturi mhux relatati, li wrew l-interess tagħhom li jikkooperaw, iżda ma waslet ebda risposta mingħandhom. |
(182) |
Huwa mfakkar li anke f'investigazzjonijiet li saru qabel dwar l-istess prodott, il-kooperazzjoni mill-utenti kienet limitata wisq. Fil-ħarsa riċenti ta’ skadenza ta’ miżuri ta’ anti-dumping applikabbli għall-importaturi tal-SSF li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan, l-istess utenti kienu kkuntattjati iżda ħadd minnhom ma kkoopera fl-investigazzjoni (5). |
(183) |
Skont l-ilment, l-impatt fuq l-utenti kien ikun negliġibbli, li kieku ġew imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-SSF mill-Indja, meta mogħti li l-SSF jirrappreżentaw biss frazzjoni tal-infiq totali tagħhom. Ingħatat stima fl-ilment għall-proporzjon ta’ spejjeż tal-SSF fil-manifattura ta’ karozza u magna tal-ħasil/magna tal-ħasil tal-platti. Fiż-żewġ każijiet, ġie konkluż li l-SSF jirrappreżentaw proporzjon negliġibbli tal-infiq totali tal-manifattura ta’ dawn il-prodotti. |
(184) |
Fir-rigward tal-użu ta’ kapaċità baxxa tal-industrija tal-Unjoni (46 % fil-PI) ma kienx se jkun hemm xi riskju ta’ nuqqas ta’ provvisti fis-suq, jekk il-miżuri kienu se jkunu imposti kontra l-importazzjonijiet tal-Indja. Barra minn hekk, hemm sorsi oħra ta’ forniment, bħall-importazzjonijiet ta’ SSF minn pajjiżi oħra, li mhumiex soġġetti għall-miżuri ta’ antidumping. |
(185) |
Fl-aħħar nett, il-livell ta’ miżuri proposti huwa moderat u għalhekk, huwa mistenni li l-importazzjonijiet mill-Indja se jkomplu jidħlu fis-suq tal-UE, iżda bi prezzijiet ġusti. |
7.4. Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(186) |
Fid-dawl ta’ dak t'hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li ġeneralment, abbażi tat-tagħrif disponibbli li jikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m'hemm l-ebda raġunijiet sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indja. |
8. MIŻURI KUMPENSATORJI PROVVIŻORJI
8.1. Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
(187) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawża u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati. |
(188) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tas-sussidju li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu sostnut mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ sussidju li nstab. |
(189) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tas-sussidju ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f'kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet issussidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-profitt li jista' jinkiseb fin-nuqqas tal-importazzjonijiet issusidjati għandu jkun ibbażat fuq il-marġini tal-profitt medju qabel it-taxxa tal-prodotti tal-Unjoni nklużi fil-kampjun fis-sena 2007, jiġifieri qabel il-perjodu kkunsidrat meta l-industrija kienet għadha profitabbli. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 7 % tal-fatturat jista' jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li takkwista fin-nuqqas ta’ sussidju ta’ dannu. |
(190) |
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz ta’ mingħajr ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li ħadu sehem fil-kampjun mill-qligħ/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ qligħ imsemmi hawn fuq. |
(191) |
Imbagħad, iż-żieda meħtieġa fil-prezzijiet ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni medju peżat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Indja, kif stabbilit għall-kalkolazzjoni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet, bil-prezz li ma jikkawża ebda dannu għall-prodotti mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kull differenza li rriżultat minn dan it-tqabbbil, ġiet espressa bħala persentaġġ tal-medja totali tal-valur tal-importazzjoni CIF. |
8.2. Miżuri provviżorji
(192) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri kumpensatorji provviżorji fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja fil-livell l-iktar baxx tas-sussidju u l-marġini ta’ danni, skont ir-regola tal-inqas dazji. |
(193) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju kumpensatorju ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ eliminazzjoni ta’ dannu u l-marġini tas-sussidji. Għaldaqstant, ir-rati ta’ dazju kompensatorju proposti huma kif ġej:
|
(194) |
Ir-rati ta’ dazju kompensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju mal-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk, mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(195) |
Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kumpensatorju ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara tibdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (6) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ bidla fl-isem jew ma’ bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali. |
9. ŻVELAR
(196) |
Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna jibgħatu fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Il-kummenti tagħhom se jiġu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkun hemm bżonn li jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju kumpensatorju provviżjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jsaddadx u partijiet minnhom attwalment ikklassifikati fil-kodiċijiet NM 7318 12 10, 7318 14 10, 7318 15 30, 7318 15 51, 7318 15 61 u 7318 15 70 u li joriġinaw mill-Indja.
2. Ir-rata tad-dazju kumpensatorju provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:
Kumpanija |
Rata tad-dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Agarwal Fastners Pvt. Ltd., Vasai (East), Thane, Maharashtra |
11,7 |
B266 |
Raajratna Ventures Ltd., Ahmedabad, Gujarat |
13,0 |
B267 |
Viraj Profiles Limited, Boisar, Thane, Maharashtra |
3,2 |
B268 |
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness |
13,6 |
B269 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
16,5 |
B999 |
3. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ erba' xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(2) ĠU C 142, 13.5.2011, p. 36 u t-titlu kkoreġut fil-corrigendum (2011/C 199/08) f'ĠU C 199, 7.7.2011, p. 13.
(3) ĠU C 142, 13.5.2011, p. 30 u t-titlu kkoreġut fil-corrigendum (2011/C 199/09) f'ĠU C 199, 7.7.2011, p. 13.
(6) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.
ANNESS
Produtturi li jesportaw u li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC B269
Isem il-kumpanija |
Belt |
Kundan Industries Ltd. |
Mumbai |
Lakshmi Precision Screws Ltd. |
Rohtak |
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 116/2012
tad-9 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikoli 11(a) u 11(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-korpi u l-entitajiet li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament; L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom, huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi relatati mal-implementazzjoni tar-Regolament. |
(2) |
Fit-23 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bid-deċiżjoni tiegħu Nru SC/10510 ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
(3) |
l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 għandu jiġi aġġornat fuq il-bażi tal-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
(4) |
L-Annessi I u II mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 għandhom b’hekk jiġu emendati skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 għandu jiġu sostitwit bl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
(1) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Annotazzjoni ‘Cyril Allen. Data tat-twelid: 26.7.1952. Tagħrif ieħor: ex-Chairman, Partit Patrijottiku Nazzjonali.’ għandha tiġi sostitwita bi: ‘Cyril A. Allen. Data tat-twelid: 26.7.1952. Tagħrif ieħor: dak li qabel kien President, Partit Patrijottiku Nazzjonali.’ |
(2) |
L-annotazzjoni ‘Myrtle Gibson. Data tat-twelid: 3.11.1952. Tagħrif ieħor: ex-Senatur, Konsulent għall-President tal-Liberja Charles Taylor.’ għandha tiġi sostitwita bi: ‘Myrtle Francelle Gibson. Data tat-twelid: 3.11.1952. Tagħrif ieħor: dak li qabel kien Senatur, konsulent għall-President tal-Liberja Charles Taylor.’ |
(3) |
L-annotazzjoni ‘Mohamed Ahmad Salame (alias (a) Mohamed Ahmad Salami, (b) Ameri Al Jawad, (c) Jawad Al Ameri, (d) Moustapha Salami, (e) Moustapha A Salami). Data tat-twelid: (a) 22.9.1961, (b) 18.10.1963. Post tat-twelid: Abengourou, il-Côte d’Ivoire. Nazzjonalità: Libaniża. Nru tal-passaporti: (a) 1622263 (Passaport Ordinarju Libaniż, validu bejn l-24.04.2001 u t-23.04.2006), (b) 004296/00409/00 (Passaport Diplomatiku tat-Togo, validu bejn il-21.08.2002 u t-23.08.2007), (c) 000275 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn il-11.01.1998 u l-10.01.2000), (d) 002414 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn l-20.06.2001 u d-19.06.2003: Ameri Al Jawad, data tat-twelid: 18.10.1963, post tat-twelid: Ganta, Nimba County), (e) D/001217 (Passaport Diplomatiku Liberjan:), (f) Diplomatiku-2781 (Passaport Diplomatiku Liberjan). Tagħrif ieħor: (a) Passaport Ivorjan; l-ebda dettall mhu disponibbli, (b) Proprjetarju tal-Mohamed and Company Logging Company. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004.’ għandha tiġi sostitwita bi: ‘Mohamed Ahmad Salame (alias (a) Mohamed Ahmad Salami, (b) Ameri Al Jawad, (c) Jawad Al Ameri, (d) Moustapha Salami, (e) Moustapha A Salami). Data tat-twelid: (a) 22.9.1961, (b) 18.10.1963. Post tat-twelid: (a) Abengourou, Côte d’Ivoire (b) Ganta, il-Kontea ta' Nimba, il-Liberja. Nazzjonalità: Libaniża. Nru tal-passaporti: (a) 2210697 (Passaport Libaniż, validu bejn l-14.12.2010 u l-14.12.2011), (b) 1622263 (Passaport Libaniż Ordinarju, validu bejn l-24.4.2001 u l-23.4.2006), (c) 004296/00409/00 (Passaport Diplomatiku tat-Togo, validu bejn il-21.8.2002 u t-23.8.2007), (d) 000275 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn il-11.1.1998- 10.1.2000), (e) 002414 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn l-20.6.2001- 19.6.2003), (f) D/001217 (Passaport Diplomatiku Liberjan), (g) Diplomatiku-2781 (Passaport Diplomatiku Liberjan). Tagħrif ieħor: (a) Passaport Ivorjan; l-ebda dettall mhu disponibbli, (b) Proprjetarju tal-Mohamed and Company Logging Company. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004.’ |
(4) |
L-Annotazzjoni ‘Edwin M., Snowe jr. Indirizz: Elwa Road, Monrovia, il-Liberja. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, il-Liberja. Nazzjonalità: Liberjana. Numru tal-Passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passaport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu bejn is-7.8.2008 u s-6.7.2010). Tagħrif ieħor: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC) Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.’ għandha tiġi sostitwita bi: ‘Edwin M., Snowe jr. Indirizz: Elwa Road, Monrovia, il-Liberja. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, il-Liberja. Nazzjonalità: Liberjana. Numru tal-Passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passaport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu bejn is-7.8.2008 u s-6.7.2010). Tagħrif ieħor: Rappreżentant, Liberian House of Representatives. Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC) Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.’ |
(5) |
L-annotazzjoni ‘Tupee Enid Taylor. Data tat-twelid: (a) 17.12.1960, (b) 17.12.1962. Passaport diplomatiku Liberjan: D/002216. Tagħrif ieħor: kienet il-mara ta' dak li kien il-President Charles Taylor.’ għandha tiġi sostitwita bi: ‘Tupee Enid Taylor. Data tat-twelid: (a) 17.12.1960, (b) 17.12.1962. Nru tal-passaporti: (a) L014670 (Passaport Liberjan, validu bejn it-28.12.2009 u t-28.12.2014) (b) D/002216 (Passaport diplomatiku Liberjan, validu bejn is-17.10.2007 u s-17.10.2009). Tagħrif ieħor: kienet il-mara ta' dak li qabel kien il-President Charles Taylor’ |
ANNESS II
Websajts għal tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl- Artikoli 3(1), 3(2), 4(e), 5, 7, 8(1)(a), 8(1)(b), 8(2) u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
Il-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
Il-BULGARIJA
http://www.mfa.government.bg
Ir-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
Id-DANIMARKA
http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/
Il-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
Il-GREĊJA
http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/UE/deroghe.html
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
Il-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
LITWANJA
http://www.urm.lt
Il-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
Il-PAJJIŻI L-BAXXI
http://www.minbuza.nl/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
Il-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
Il-PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
Ir-RUMANIJA
http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3
Is-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
Is-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
Il-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
Ir-RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea |
Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) |
Uffiċċju: EEAS/309 |
B-1049 Bruxelles/Brussel |
Il-Belġju |
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu |
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 117/2012
tal-10 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1295/2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 192(2) u 195(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 (2) jistabbilixxi fl-Anness I tiegħu, lista tal-aġenziji tal-pajjiżi terzi awtorizzati biex joħorġu l-attestazzjonijiet li jakkumpanjaw il-prodotti tal-ħops importati minn dawn il-pajjizi. Dawk l-attestazzjonijiet huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat stipulat fl-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(2) |
Hija r-responsabbiltà tas-servizzi konċernati tal-pajjiżi terzi li jżommu d-dejta, mogħtija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1295/2008, aġġornata u li jibagħtuha lis-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li jżommu kooperazzjoni mill-qrib u ta’ fiduċja. |
(3) |
L-Awstralja u n-New Zealand ikkomunikaw informazzjoni dwar xi tibdiliet fl-isem u/jew fl-indirizz tal-aġenzija kompetenti tagħhom li hija awtorizzata toħroġ attestazzjonijiet ta' ekwivalenza. Il-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1295/2008 għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1295/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1295/2008 għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 45.
ANNESS
"ANNESS I
AĠENZIJI AWTORIZZATI BIEX JOĦORĠU L-ATTESTAZZJONIJIET RIGWARD
Koni tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: ex 1210
Trabijiet tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: ex 1210
Linfi u estratti tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: 1302 13 00
Pajjiż tal-oriġini |
Aġenziji awtorizzati |
Indirizz |
Kodiċi |
Telefown |
Feks |
Indirizz elettroniku (fakultattiv) |
||||
L-Awstralja |
Quarantine Tasmania Quarantine Centre |
|
(61-3) |
62 33 33 52 |
62 34 67 85 |
|
||||
Il-Kanada |
Plant Protection Division, Animal and Plant Health Directorate, Food Production and Inspection Branch, Agriculture and Agri-food Canada |
|
(1-613) |
952 80 00 |
991 56 12 |
|
||||
Iċ-Ċina |
Tianjin Airport Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-22) |
28 13 40 78 |
28 13 40 78 |
ciqtj2002@163.com |
||||
Tianjin Economic and Technical Development Zone Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-22) |
662 98-343 |
662 98-245 |
zhujw@tjciq.gov.cn |
|||||
Inner Mongolia Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-471) |
434-1943 |
434-2163 |
zhaoxb@nmciq.gov.cn |
|||||
Xinjiang Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-991) |
464-0057 |
464-0050 |
xjciq_jw@xjciq.gov.cn |
|||||
Il-Kroazja |
Križevci College of Agriculture |
|
(385-48) |
279198 |
682790 |
ssrecec@vguk.hr |
||||
In-New Zealand |
Ministry of Agriculture and Forestry |
|
(64-4) |
894-0100 |
894 0720 |
|
||||
Is-Serbja |
Institut za ratarstvo i povrtarstvo/Institute of Field and Vegetable Crops |
|
(381-21) |
780365 Operator: 4898 100 |
780198 |
institut@ifvcns.ns.ac.rs |
||||
L-Afrika t’Isfel |
CSIR Food Science and Technology |
|
(27-12) |
841 31 72 |
841 35 94 |
|
||||
L-Isvizzera |
Labor Veritas |
|
(41-44) |
283 29 30 |
201 42 49 |
admin@laborveritas.ch |
||||
L-Ukraina |
Productional-Technical Centre (PTZ) Ukrhmel |
|
(380) |
37 21 11 |
36 73 31 |
|
||||
L-Istati Uniti |
Washington Department of Agriculture State Chemical and Hop Lab |
|
(1-509) |
225 76 26 |
454 76 99 |
|
||||
Idaho Department of Agriculture Division of Plant Industries Hop Inspection Lab |
|
(1-208) |
332 86 20 |
334 22 83 |
|
|||||
Oregon Department of Agriculture Commodity Inspection Division |
|
(1-503) |
986 46 20 |
986 47 37 |
|
|||||
California Department of Food and Agriculture (CDFA-CAC) Division of Inspection Services Analytical Chemistry Laboratory |
|
(1-916) |
445 00 29 jew 262 14 34 |
262 15 72 |
|
|||||
USDA, GIPSA, FGIS |
|
(1-503) |
326 78 87 |
326 78 96 |
|
|||||
USDA, GIPSA, TSD, Tech Service Division, Technical Testing Laboratory |
|
(1-816) |
891 04 01 |
891 04 78 |
|
|||||
Iż-Żimbabwe |
Standards Association of Zimbabwe (SAZ) |
|
(263-4) |
88 20 17, 88 20 21, 88 55 11 |
88 20 20 |
info@saz.org.zw saz.org.zw” |
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2012
tal-10 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Alpharma BVBA u Pfizer Ltd. ressqu applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi li tbiddel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjonijiet rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001 tal-5 ta’ Diċembru 2001 dwar l-awtorizzazzjoni għal 10 snin ta’ addittiv fl-għalf għall-annimali (2), ir-Regolament (KE) Nru 1289/2004 tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-addittiv Deccox ® fl-oġġetti tal-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u minn sustanzi mediċinali oħra (3), ir-Regolament (KE) Nru 1455/2004 tas-16 ta’ Awwissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-addittiv Avatec 15 % fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (4), ir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 tal-15 ta’ Ottubru 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal 10 snin tal-addittiv Cycostat 66G fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (5), ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 tat-18 ta’ April 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal 10 snin ta’ koċċidjostat bħala addittiv fl-oġġetti tal-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (6), ir-Regolament (UE) Nru 874/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ lasaloaċidu A tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani li għandhom sa 16-il ġimgħa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (7), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (8), (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (9) u rigward ir-Regolament (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċidu A tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (Belgium) BVBA) (10). |
(2) |
L-applikanti jistqarru li, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2011, minħabba fl-akkwist ta’ Alpharma BVBA minn Pfizer Ltd., dan tal-aħħar jippossjedi d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi dekokinat, lasaloaċidu A tas-sodju, maduramiċina ammonju alfa, idroklorur tar-robenidina u salinomiċina. |
(3) |
Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet infurmata b’din l-applikazzjoni. |
(4) |
Biex l-applikant jitħalla jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt l-isem ta’ Pfizer Ltd. huwa meħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet. |
(5) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Billi l-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni li waqtu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
(7) |
Il-limiti massimi ta’ residwi (LMR) għad-dundjani u għat-tiġieġ għat-tismin introdotti fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 101/2009 (11) u l-isem kummerċjali “Robenz 66 G” għad-dundjani u għat-tiġieġ għat-tismin introdotti fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2009 (12) tħallew barra bi żball mill-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jerġgħu jiġu introdotti dawn il-LMR u l-isem kummerċjali. |
(8) |
L-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 għandu għalhekk jiġi korrett kif xieraq. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2380/2001
Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2380/2001, il-kliem “Alpharma Belgium BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1289/2004
Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1289/2004, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1455/2004
Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1455/2004, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1800/2004
Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 600/2005
Fil-kolonna 2 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 600/2005, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 6
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 874/2010
Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 874/2010, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 7
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzojni (UE) Nru 388/2011
Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 8
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011
Fil-kolonna 2 tal-Anness I mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011, il-kliem “Alpharma Belgium BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 9
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 900/2011
Fil-kolonna 2 tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 900/2011, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” qed jiġu sostitwiti minn “Pfizer Ltd.”.
Artikolu 10
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011
L-Anness II mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Miżuri ta’ tranżizzjoni
Il-ħażniet eżistenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-2 ta’ Settembru 2012.
Artikolu 12
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 10 u l-Anness, madankollu, għandhom japplikaw mill-21 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 321, 6.12.2001, p. 18.
(3) ĠU L 243, 15.7.2004, p. 15.
(4) ĠU L 269, 17.8.2004, p. 14.
(5) ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37.
(7) ĠU L 263, 6.10.2010, p. 1.
(8) ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3.
(10) ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15.
(12) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 12.
ANNESS
Fl-Anness II mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011, l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1800/2004 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjon (UE) Nru 532/2011 qed jiġi kkorreġut kif ġej:
(1) |
Fil-kolonna 3 il-kliem “(Cycostat 66G)” qed jiġi sostitwit b’ “(Robenz 66 G)”. |
(2) |
Qed tiżdied kolonna ġdida: “Limiti Massimi ta’ Residwi (LMR) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali 800 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ fwied imxarrab. 350 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ kliewi mxarrba. 200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ muskoli mxarrba. 1 300 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrba. 400 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ ġilda/xaħam. 400 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ fwied imxarrab. 200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ kliewi mxarrba. 200 μg idroklorur tar-robenidina/kg ta’ muskoli mxarrba.” |
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/40 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 119/2012
tal-10 ta’ Frar 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
55,6 |
TN |
77,0 |
|
TR |
129,1 |
|
ZZ |
87,2 |
|
0707 00 05 |
EG |
229,9 |
JO |
137,5 |
|
TR |
159,9 |
|
US |
57,6 |
|
ZZ |
146,2 |
|
0709 91 00 |
EG |
330,9 |
ZZ |
330,9 |
|
0709 93 10 |
MA |
82,8 |
TR |
183,3 |
|
ZZ |
133,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
48,9 |
IL |
72,0 |
|
MA |
54,5 |
|
TN |
54,0 |
|
TR |
74,4 |
|
ZZ |
60,8 |
|
0805 20 10 |
IL |
163,3 |
MA |
104,6 |
|
ZZ |
134,0 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
60,1 |
EG |
95,0 |
|
IL |
118,1 |
|
JM |
98,5 |
|
MA |
80,9 |
|
TR |
72,9 |
|
ZZ |
87,6 |
|
0805 50 10 |
EG |
61,9 |
TR |
61,8 |
|
ZZ |
61,9 |
|
0808 10 80 |
CA |
123,2 |
CL |
98,4 |
|
CN |
111,0 |
|
MK |
26,7 |
|
US |
158,2 |
|
ZZ |
103,5 |
|
0808 30 90 |
CL |
48,2 |
CN |
74,6 |
|
US |
122,3 |
|
ZA |
100,5 |
|
ZZ |
86,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/42 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 120/2012
tal-10 ta’ Frar 2012
li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-6 sas-7 ta' Frar 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Frar 2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena. |
(2) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Frar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi. |
(4) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli. |
(5) |
Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fis-6 u s-7 ta' Frar 2012 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 12,493792 %.
Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mit-13 ta’ Frar 2012 huwa sospiż għal Frar 2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.
(5) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.
DEĊIŻJONIJIET
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/43 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/74/PESK
tal-10 ta’ Frar 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d'Ivoire, il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ANTORINI
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.
ANNESS
Persuni msemmija fl-Artikolu 1
1 |
Is-Sur Frank Anderson Kouassi |
2 |
Is-Sur Yanon Yapo |
3 |
Is-Sur Benjamin Yapo Atsé |
4 |
Is-Sur Blaise N'Goua Abi |
5 |
Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohoués Oble |
6 |
Is-Sinjura Angèle Gnonsoa |
7 |
Is-Sinjura Danièle Boni Claverie |
8 |
Is-Sur Ettien Amoikon |
9 |
Is-Sur Kata Kéké Joseph |
10 |
Is-Sur Touré Amara |
11 |
Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret |
12 |
Is-Sur Thomas N'Guessan Yao |
13 |
Is-Sinjura Odette Lago Daléba Loan |
14 |
Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin |
15 |
Is-Sur Rafaël Dogo Djéréké |
16 |
Is-Sinjura Marie Odette Lorougnon Souhonon |
17 |
Is-Sur Felix Nanihio |
18 |
Is-Sur Lahoua Souanga Etienne |
19 |
Is-Sur Jean Baptiste Akrou |
20 |
Is-Sur Lambert Kessé Feh |
21 |
Togba Norbert |
22 |
Kone Doféré |
23 |
Hanny Tchélé Brigitte |
24 |
Jacques Zady |
25 |
Ali Keita |
26 |
Blon Siki Blaise |
27 |
Moustapha Aziz |
28 |
Gnamien Yao |
29 |
Ghislain N'Gbechi |
30 |
Deby Dally Balawourou |
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/45 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Frar 2012
dwar ir-rikonoxximent tal-Gana skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 616)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/75/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba ta’ Ċipru tat-13 ta’ Mejju 2005,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, iċ-Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978 (il-Konvenzjoni STCW) (2), kif ġiet riveduta fl-1995. |
(2) |
It-talba għar-rikonoxximent tal-Gana ġiet sottomessa minn Ċipru permezz tal-ittra tat-13 ta’ Mejju 2005. Wara din it-talba, il-Kummissjoni vvalutat is-sistema tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fil-Gana sabiex tivverifika jekk il-Gana hix konformi mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux il-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni mwettqa mill-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’Diċembru tal-2009. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fis-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni pprovdiet rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni lill-Istati Membri. |
(4) |
Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Gana biex tipprovdi provi li juru li n-nuqqasijiet li kienu identifikati ġew ikkoreġuti. |
(5) |
Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Frar 2011, il-Gana pprovdiet l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati ħafna min-nuqqasijiet identifikati matul il-valutazzjoni ta’ konformità. |
(6) |
Jibqgħu żewġ nuqqasijiet L-ewwel jirreferi għall-fatt li l-Gana ma tiżgurax fis-sħiħ li servizz tal-baħar imwettaq fil-flotta jew fuq vapuri pilota huwa filfatt relevati għall-kompetenzi meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni. L-ieħor jitratta n-nuqqasijiet ta’ taħriġ għat-tifi tan-nar u t-tagħmir ta’ istituzzjoni għat-taħriġ marittimu. Għalhekk, il-Gana ġiet mistiedna timplimenta aktar azzjonijiet korrettivi b’rabta ma’ dan. Madankollu, dawn in-nuqqasijiet ma jwasslux biex iqajmu dubji dwar il-livell ġenerali ta’ konformità tal-Gana mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. |
(7) |
Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-konformità u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Gana juri li l-Gana tikkonforma mar-rekwiżiti relevanti tal-Konvenzjoni STCW, filwaqt li dan il-pajjiż ħa miżuri xierqa biex jevita l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, il-Gana hija rikonoxxuta f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.
(2) Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/46 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Frar 2012
dwar ir-rikonoxximent tal-Urugwaj skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 619)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/76/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Spanja fl-14 ta’ Frar 2006,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978 (il-Konvenzjoni STCW) (2), kif ġiet riveduta fl-1995. |
(2) |
It-talba għar-rikonoxximent tal-Urugwaj ġiet sottomessa minn Spanja permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Frar 2006. Wara din it-talba, il-Kummissjoni vvalutat is-sistema tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni fl-Urugwaj sabiex tivverifika jekk l-Urugwaj jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux il-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’Ġunju tal-2007. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fis-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni pprovdiet rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni lill-Istati Membri. |
(4) |
Permezz ta’ ittri tas-16 ta’ Frar 2009 u tat-8 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Urugwaj biex jipprovdi provi li juru li n-nuqqasijiet li kienu identifikati ġew ikkoreġuti. |
(5) |
Permezz ta’ ittri tat-30 ta’ April 2009, u tat-18 ta’ Marzu 2011, l-Urugwaj ipprovda l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha identifikati matul il-valutazzjoni ta’ konformità; |
(6) |
Jibqgħu żewġ nuqqasijiet. L-ewwel jirreferi għall-fatt li s-sistema tal-istandards ta’ kwalità ma tkoprix xi wħud mill-attivitajiet tal-amministrazzjoni, bħall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ. In-nuqqas l-ieħor għandu x’jaqsam mal-mudell taċ-ċertifikati. Għalhekk, l-Urugwaj ġie mistieden jimplimenta iktar azzjonijiet korrettivi b’rabta ma’ dan. Madankollu, dawn in-nuqqasijiet ma jwasslux biex iqajmu dubji dwar il-livell ġenerali ta’ konformità tal-Urugwaj mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. |
(7) |
Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-konformità u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Urugwaj juri li l-Urugwaj jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjoni STCW, filwaqt li dan il-pajjiż ħa miżuri xierqa biex jevita l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, l-Urugwaj huwa rikonoxxut f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.
(2) Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Frar 2012
dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 621)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/77/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-flufenossuron. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-flufenossuron (CAS Nru 101463-69-8; KE Nru 417-680-3) ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) għad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra, kif definiti fl-Anness V għal dik id-Direttiva. |
(3) |
Franza nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Marzu 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-22 ta Settembru 2011, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
(5) |
Il-valutazzjoni tar-riskji għall-partijiet ambjentali ta’ tħassib, li saru bl-użu ta’ approċċ realistiku, urew effetti mhux aċċettabbli għall-partijiet akkwatiċi. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tal-flufenossuron jagħmluh persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, kif ukoll persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, b’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-flufenossuron jiddaħħal għall-użu fil-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. |
(6) |
Id-data li minnha l-prodotti bijoċidali tal-prodotti tat-tip 18 li fihom il-flufenossuron ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq għandha tkun raġjonevoli skont ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju kif ukoll id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-flufenossuron (CAS Nru 101463-69-8; KE Nru 417-680-3) ma għandux jiddaħħal fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 18.
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bijoċidali tal-prodott tat-tip 18 li fihom il-flufenossuron ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(2) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
(3) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Frar 2012
dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 645)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/78/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2), jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. |
(2) |
Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ reviżjoni, jew ma wasal l-ebda dossier komplut fil-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikoli 9 u 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni. |
(3) |
Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi. |
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur minn dawk il-pubblikazzjonijiet, għadd ta’ kumpaniji wrew interess li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal ċerti sustanzi u tipi ta’ prodotti konċernati. Madankollu, dawk il-kumpaniji sussegwentement naqsu milli jissottomettu dossier komplut. |
(5) |
Skont l-Artikoli 12(4) u 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati ma għandhomx għalhekk jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. |
(6) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa xieraq li tiġi speċifikata d-data li warajha l-prodotti bijoċidali elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li fihom sustanzi attivi elenkati f’dak l-Anness ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi għat-tipi ta’ prodotti konċernati fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bioċidali tat-tipi ta’ prodotti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li fihom sustanzi attivi elenkati f’dak l-Anness ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Frar 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(2) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
ANNESS
Sustanzi u tipi ta’ prodotti li ma għandhomx jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE
Isem |
Numru tal-KE |
Numru tas-CAS |
Tip ta’ Prodott |
Stat Membru rapporteur |
Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju |
|
66603-10-9 |
6 |
AT |
Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju |
|
66603-10-9 |
7 |
AT |
Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju |
|
66603-10-9 |
9 |
AT |
Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju |
|
66603-10-9 |
10 |
AT |
Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju |
|
66603-10-9 |
12 |
AT |
Ċikloesilidrossidjażen 1-ossidu, melħ tal-potassju |
|
66603-10-9 |
13 |
AT |
Difenossarsin-10-il ossidu |
200-377-3 |
58-36-6 |
9 |
FR |
Glijossal |
203-474-9 |
107-22-2 |
12 |
FR |
1,3-dikloro-5,5-dimetilidantoina |
204-258-7 |
118-52-5 |
12 |
NL |
Sodju tat-tosilklorammid |
204-854-7 |
127-65-1 |
11 |
ES |
Tetraborat tad-disodju, anidru |
215-540-4 |
1330-43-4 |
11 |
NL |
Ram |
231-159-6 |
7440-50-8 |
2 |
FR |
Ram |
231-159-6 |
7440-50-8 |
4 |
FR |
Ram |
231-159-6 |
7440-50-8 |
5 |
FR |
Ram |
231-159-6 |
7440-50-8 |
11 |
FR |
Sulfat tar-ram |
231-847-6 |
7758-98-7 |
1 |
FR |
Sulfat tar-ram |
231-847-6 |
7758-98-7 |
4 |
FR |
Ipoklorit tal-kalċju |
231-908-7 |
7778-54-3 |
1 |
IT |
Aċidu boriku |
233-139-2 |
10043-35-3 |
22 |
NL |
Difosfid tat-trimanjeżju |
235-023-7 |
12057-74-8 |
20 |
DE |
Kloralożju |
240-016-7 |
15879-93-3 |
15 |
PT |
Kloralożju |
240-016-7 |
15879-93-3 |
23 |
PT |
Fosfid tal-aluminju |
244-088-0 |
20859-73-8 |
20 |
DE |
1,3-dikloro-5-etil-5-metilimidażolidin-2,4-djon |
401-570-7 |
89415-87-2 |
12 |
NL |
Neodekanammid tal-metil |
414-460-9 |
105726-67-8 |
19 |
ES |
Kumpless tat-tetraklordekaossidu |
420-970-2 |
92047-76-2 |
5 |
DE |
3-benzo(b)tjen-2-il-5,6-didro-1,4,2-ossatizina,4-ossidu |
431-030-6 |
163269-30-5 |
9 |
PT |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
2 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
2 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
3 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
3 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
4 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
4 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
7 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
7 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
9 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
9 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
10 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
10 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
11 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
11 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
12 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
12 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
20 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
20 |
FR |
Rettifika
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/51 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 25 tas-27 ta' Jannar 2012 )
F'Paġna 105, Anness IB, għat-TAC għall-merluzz f'I u IIb (COD/1/2B.), in-nota ta' qiegħ il-paġna 3:
minflok:
“(3) |
Il-qabdiet inċidentali tal-haddock jistgħu jirrappreżentaw sa 19 % tal-ħatt l-art għal kull refgħa. Il-kwantitajiet tal-qabdiet inċidentali tal-haddock huma b'żieda mal-kwota tal-merluzz”, |
aqra:
“(3) |
Il-qabdiet inċidentali tal-haddock jistgħu jirrappreżentaw sa 19 % għal kull refgħa. Il-kwantitajiet tal-qabdiet inċidentali tal-haddock huma b'żieda mal-kwota tal-merluzz.”. |