ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.031.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
3 ta' Frar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2012 tat-2 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 736/2006 dwar metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2012 tat-2 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.) ( 1 )

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2012 tat-2 ta’ Frar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

5

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ( ĠU L 19, 24.1.2012 )

7

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ( ĠU L 19, 24.1.2012 )

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 90/2012

tat-2 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 736/2006 dwar metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (2) jistabbilixxi l-metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) biex twettaq spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Ir-Regolament (KE) Nru 736/2006 ġie adottat fi żmien fejn il-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill (3) kien limitat għall-ajrunavigabilità inizjali u kontinwa.

(2)

Minn dak iż-żmien lil hawn, ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġie mibdul bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu darbtejn, l-ewwel darba biex jinkludi b’mod partikolari l-ekwipaġġ tat-titjira, u l-operazzjonijiet tal-ajru, u t-tieni darba biex jinkludi l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjonijiet bl-ajru (ATM/ANS) kif ukoll is-sikurezza tal-ajruport. Il-Kummissjoni adottat diversi regoli ta’ implimentazzjoni li jikkorrispondu ma’ dawk l-oqsma l-ġodda ta’ kompetenza.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 (4) diġà stabbilixxa regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabilità u tal-ambjent tal-inġenju tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni u jinkludi r-rekwiżiti tekniċi kif ukoll il-proċeduri amministrattivi sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sodisfaċenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 (5) jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-ajrunavigabilità kontinwa tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti f’dawn il-ħidmiet u jinkludi r-rekwiżiti tekniċi kif ukoll il-proċeduri amministrattivi sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sodisfaċenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (6) jistabbilixxi regoli dettaljati għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u ċerti ċertifikati u jinkludi rekwiżiti tekniċi kif ukoll proċeduri amministrattivi sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sodisfaċenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (7) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi marbutin mal-ekwipaġġ tat-titjira tal-avjazzjoni ċivili sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sodisfaċenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 (8) jistabbilixxi proċeduri amministrattivi għas-sorveljanza tas-sikurezza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sodisfaċenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tar-rekwiżiti komuni għall-provvista ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (9).

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (10), emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 (11), stabbilixxa rekwiżiti tekniċi komuni applikabbli għat-trasportazzjoni kummerċjali minn ajruplan u proċeduri amministrattivi sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sodisfaċenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jibqgħu applikabbli sakemm jibqgħu japplikaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru.

(9)

Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) dwar is-sigurta ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità, emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/49/KE (13) stabbilixxiet proċeduri għat-twettiq ta’ spezzjonijiet tar-rampa ta’ tali inġenji (SAFA) minn Stati Membri, li jibqgħu applikabbli sakemm jibqgħu japplikaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni fil-qasam tal-ispezzjonijiet tar-rampa.

(10)

Sabiex ikun hemm monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi estiża l-applikazzjoni tal-metodi ta' ħidma eżistenti tal-Aġenzija biex jitwettqu spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni fl-oqsma l-ġodda tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ, l-operazzjonijiet tal-ajru, il-liċenzja tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-provvista ta’ ATM/ANS mingħajr dewmien.

(11)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 736/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 736/2006, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet li tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu fl-oqsma tal-ajrunavigabilità inizjali u kontinwa, l-operazzjonijiet tal-ajru, l-ispezzjonijiet tar-rampa, l-ekwipaġġ tat-titjira, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kif ukoll il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u għandha tistabbilixxi rapport fuqhom.”

Artikolu 2

L-Aġenzija għandha temenda l-proċeduri ta’ ħidma tagħha biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 129, 17.5.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(5)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 206, 11.8.2011, p. 21.

(7)  ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.

(8)  ĠU L 271, 18.10.2011, p. 15.

(9)  ĠU L 271, 18.10.2011, p. 23.

(10)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

(11)  ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.

(13)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 17.


3.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 91/2012

tat-2 ta’ Frar 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162) bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-7 ta’ Settembru 2011 (2), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-Bacillus subtilis (CBS 117162) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa umana jew l-ambjent, u li l-użu tiegħu jista’ jtejjeb iż-żieda fil-piż tal-ispeċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2011; 9(9):2375.


ANNESS

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Disposizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-għalf komplut b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana.

4b1824

Krka d.d.

Bacillus subtilis

(CBS 117162)

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (CBS 117162) li fiha minimu ta’ 4 × 109 CFU/g addittiv (f’forma granulari).

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-ispori tal-Bacillus subtilis (CBS 117162)

 

Il-metodu analitiku  (1)

 

L-enumerazzjoni: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

 

Identifikazzjoni: metodu ta’ elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

Ħnieżer (miftuma)

Ħnieżer tas-simna

2 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għal ħnieżer (miftuma) sa 35 kg.

3.

Għas-sigurtà: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

it-23 ta’ Frar 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinkisbu minn dan l-indirizz tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


3.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 92/2012

tat-2 ta’ Frar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

158,6

MA

56,3

TN

94,3

TR

110,0

ZZ

104,8

0707 00 05

EG

217,9

JO

221,0

TR

179,1

US

57,6

ZZ

168,9

0709 91 00

EG

317,7

ZZ

317,7

0709 93 10

MA

98,0

TR

196,5

ZZ

147,3

0805 10 20

EG

49,5

MA

53,6

TN

55,4

TR

64,1

ZZ

55,7

0805 20 10

IL

178,3

MA

77,4

ZZ

127,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

61,2

EG

88,5

IL

91,2

JM

118,0

KR

94,1

MA

72,5

PK

55,0

TR

71,3

ZZ

81,5

0805 50 10

EG

69,0

TR

59,6

ZZ

64,3

0808 10 80

CA

130,0

CL

98,4

CN

85,1

US

164,1

ZZ

119,4

0808 30 90

CN

55,2

US

121,5

ZA

109,1

ZZ

95,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


Rettifika

3.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/7


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 19 tal-24 ta' Jannar 2012 )

F'paġna 5, Anness III, “Entrati msemmija fl-Artikolu 1(3)”, il-ħames kolonna tat-tabella, “Data tal-elenkar, entrati 1 u 2”:

minflok:

“23.1.2012”,

aqra:

“26.7.2010”.


3.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/7


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 19 tal-24 ta' Jannar 2012 )

F'paġna 30, Anness III, “Entrati msemmija fl-Artikolu 2(3)”, il-ħames kolonna tat-tabella, “Data tal-elenkar, entrati 1 u 2”:

minflok:

“23.1.2012”,

aqra:

“26.7.2010”.