ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.029.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 29

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
1 ta' Frar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/54/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

1

 

 

2012/55/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Awstralja

3

 

*

Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjudtax

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 80/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

33

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf ( 1 )

36

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 82/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2012

40

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/56/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2012 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

43

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/57/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt UE-Andorra tal-25 ta’ Jannar 2012 li tistabbilixxi l-lista ta’ dispożizzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà doganali prevista mill-Artikolu 12b(1) tal-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Jannar 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

(2012/54/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artiklu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Anness XIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tat-trasport.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

L-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha titieħed fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)   ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10.


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta’…

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat l-aħħar b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66wh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“66wi.

32010 R 0255: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dan ir-Regolament m’għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.”.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 255/2010 li għandu jiġi ppubblikat fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE għal Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-…, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, … .

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)   ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10.

(*1)  [Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.]


1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Marzu 2011

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Awstralja

(2012/55/Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

Il-Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Awstralja għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim għall-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Awstralja huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kummissjoni jew il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Enerġija huwa b’dan awtorizzat li jiffirma l-Ftehim u jwettaq il-passi neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi konkluż f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/4


FTEHIM

bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari

IL-GVERN TAL-AWSTRALJA

u

L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA (Euratom), minn hawn ’il quddiem “il-Komunità”,

FILWAQT LI JIXTIEQU jippromwovu l-kooperazzjoni bejniethom fl-użu tal-enerġija nukleari għal skopijiet paċifiċi;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkonċerna t-Trasferimenti ta' Materjal Nukleari mill-Awstralja lejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika magħmul fi Brussell fil-21 ta' Settembru 1981 huwa limitat fil-kamp ta' applikazzjoni u jiskadi fl-2012;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn b'saħħtu tal-Gvern tal-Awstralja, tal-Komunità u l-Gvernijiet tal-Istati Membri tagħha lejn in-nonproliferazzjoni nukleari li tinkludi t-tisħiħ u l-applikazzjoni effiċjenti tas-salvagwardji relatati u s-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni li bis-saħħa tagħhom titwettaq il-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bejn l-Awstralja u l-Komunità;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-appoġġ tal-Gvern tal-Awstralja, tal-Komunità u l-Gvernijiet tal-Istati Membri tagħha għall-għanijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem l-“IAEA”) u s-sistema ta' salvagwardji tagħha;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn qawwi tal-Gvern tal-Awstralja, tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha favur il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari magħmul fi New York u Vjenna fit-3 ta' Marzu 1980 u li daħlet fis-seħħ, b'mod ġenerali, fit-8 ta' Frar 1987;

BILLI l-Awstralja u l-Istati Membri kollha tal-Komunità huma Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari magħmul f'Washington, Londra u Moska fl-1 ta' Lulju 1968 u li daħal fis-seħħ fil-5 ta' Marzu 1970, minn hawn ’il quddiem "NPT";

FILWAQT LI JINNUTAW li s-salvagwardji nukleari huma applikati fl-Istati Membri kollha tal-Komunità f'konformità kemm mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem "it-Trattat Euratom") kif ukoll mal-ftehimiet tas-salwagwardji konklużi bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-IAEA;

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Gvernijiet tal-Awstralja u tal-Istati Membri kollha tal-Komunità jipparteċipaw fil-Grupp ta' Fornituri Nukleari;

FILWAQT LI JINNUTAW li għandu jttieħed kont tal-impenji li ħadu l-Gvern tal-Awstralja u l-Gvernijiet ta' kull Stat Membru tal-Komunità fil-qafas tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu fis-suq intern fl-Unjoni Ewropea;

FILWAQT LI JAQBLU li l-Ftehim għandu jkun f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Awstralja skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ;

FILWAQT LI JTENNU l-impenji tal-Gvern tal-Awstralja u l-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità lejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu I

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, sakemm mhux speċifikat mod ieħor:

1.

"prodott sekondarju" jfisser materjal fissjonabbli speċjali dderivat permezz ta' proċess wieħed jew aktar, kemm suċċessiv kemm mhux suċċessiv, minn materjal nukleari trasferit skont dan il-Ftehim.

2.

"awtorità kompetenti" tfisser:

għall-Gvern tal-Awstralja, l-Uffiċċju tas-Salvagwardji u n-Nonproliferazzjoni Awstraljan;

għall-Komunità, il-Kummissjoni Ewropea

jew tali awtorità oħra li l-Parti kkonċernata tista’ f’kull ħin tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra dwarha.

3.

"tagħmir" tfisser dawk l-oġġetti elenkati fit-Taqsimiet 1, 3, 4, 5, 6 u 7 tal-Anness B tal-INFCIRC/254/Rev.9/Parti 1 tal-IAEA (Linji gwida għat-Trasferiment Nukleari).

4.

"proprjetà intellettwali" għandu jkollha t-tifsira msemmija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellattwali, magħmula fi Stokkolma, fl-14 ta' Lulju 1967, kif emendata fit-28 ta' Settembru 1979, u tista' tinkludi kontenut ieħor kif maqbul b'mod reċiproku mill-Partijiet.

5.

"materjal mhux nukleari" tfisser:

Dewterju u ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u kwalunkwe kompost tad-dewterju ieħor li fih il-proporzjon tad-dewterju għall-idroġenu jeċċedi 1:5000, għall-użu f’reattur nukleari kif iddefinit fil-paragrafu 1.1 tal-Anness B tal-INFCIRC/254/Rev.9/Parti 1 tal-IAEA (Linji gwida għat-Trasferimenti Nukleari),

Grafit ta' grad nukleari: grafit, għall-użu f'reattur nukleari kif iddefinit fil-paragrafu 1.1 tal-Anness B tal-INFCIRC/254/Rev.9/Parti 1 tal-IAEA (Linji gwida għat-Trasferimenti Nukleari), li jkollu livell ta' purità aħjar minn 5 partijiet għal kull miljun ta' ekwivalent tal-boron u b'densità ogħla minn 1.50 gramma għal kull ċentimetru kubu.

6.

"materjal nukleari" tfisser kwalunkwe materjal ta' sors jew materjal fissjonabbli speċjali peress li dawk it-termini huma ddefiniti fl-Artikolu XX tal-Istatut tal-IAEA magħmul fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti fit-23 ta' Ottubru 1956, u li daħal fis-seħħ fid-29 ta' Lulju 1957, (minn hawn ’il quddiem "L-Istatut tal-IAEA"). Kull ħaġa li jistabbilixxi l-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA skont l-Artikolu XX tal-Istatut tal-IAEA li temenda l-lista tal-materjali meqjusa bħala "materjal ta' sors" jew "materjal fissjonabbli speċjali", għandu jkollha effett biss skont dan il-Ftehim meta l-Partijiet ikunu infurmaw lil xulxin bil-miktub li jaċċettaw din l-emenda.

7.

"Partijiet" tfisser il-Gvern tal-Awstralja minn naħa u l-Komunità min-naħa l-oħra.

8.

"fini paċifika" tinkludi l-użu ta' materjal nukleari, materjal mhux nukleari, tagħmir u teknoloġija f'tali oqsma bħall-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-mediċina, l-agrikoltura u l-industrija, iżda ma tinkludix riċerka dwar jew l-iżvilupp ta' kwalunkwe apparat splussiv, jew kwalunkwe fini militari. Fini militari ma tinkludix il-provvista tal-enerġija għal bażi militari minn kwalunkwe netwerk tal-enerġija, jew il-produzzjoni ta' isotopi radjuattivi, biex jintużaw għal raġunijiet mediċi fi sptar militari.

9.

“persuni” tfisser kwalunkwe persuna naturali, impriża jew entità oħra rregolata mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fil-ġurisdizzjoni territorjali rispettiva tal-Partijiet, iżda ma tinkludix il-Partijiet għal dan il-Ftehim.

10.

"teknoloġija" għandha t-tifsira kif iddefinita fl-Anness A tal-INFCIRC/254/Rev.9/Parti 1 tal-IAEA (Linji gwida għat-Trasferimenti Nukleari).

11.

"Komunità" tfisser kemm:

il-persuna ġuridika maħluqa skont it-Trattat Euratom; u

it-territorji li għalihom japplika t-Trattat Euratom.

Artikolu II

Objettiv

L-objettiv ta' dan il-Ftehim huwa li jipprevedi qafas għall-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari abbażi ta' benefiċċju reċiproku u r-reċiproċità u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi ta' kull Parti.

Artikolu III

Kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni

1.   Il-materjal nukleari, il-materjal mhux nukleari, it-tagħmir u t-teknoloġija soġġetti għal dan il-Ftehim għandhom jintużaw biss għal finijiet paċifiċi u ma għandhomx jintużaw għall-manifattura ta' armi nukleari jew apparat ieħor splussiv nukleari, riċerka dwar jew l-iżvilupp tal-armi nukleari jew kull mezz ieħor splussiv nukleari, jew jintużaw għal xi għan militari jew b'xi mod biex jiġi avvanzat xi għan militari.

Materjal nukleari, tagħmir jew matjeral mhux nukleari jew materjal nukleari prodott bħala prodott sekondarju għandhom jintużaw biss għal skopijiet paċifiċi; u ma għandhomx jintużaw għall-ebda skop militari.

2.   Il-kooperazzjoni prevista bejn il-Partijiet skont dan il-Ftehim tista' tinkludi:

a)

il-provvista ta' materjal nukleari, materjal mhux nukleari, u tagħmir;

b)

it-trasferiment tat-teknoloġija, inkluż il-provvista ta' informazzjoni rilevanti għal dan l-Artikolu, dment li l-Awstralja u l-Istati Membri rilevanti tal-Komunità jkunu esprimew ir-rieda tagħhom li jinkludu tali trasferimenti fil-qafas ta' dan il-Ftehim;

c)

it-trasferiment ta' tagħmir li jkun indikat mill-Partijiet bħala tagħmir iddisinjat, mibni jew operat abbażi ta' jew permezz tal-informazzjoni miksuba mill-Parti l-oħra u li jinsab fil-ġurisdizzjoni ta' waħda mill-Partijiet fil-ħin li jkun ġie indikat;

d)

l-akkwist pubbliku ta' tagħmir u apparat;

e)

l-aċċess għal u l-użu ta' tagħmir u faċilitajiet;

f)

il-ġestjoni ta' fjuwil irradjat u ta' skart radjuattiv;

g)

is-sikurezza nukleari u r-radjuprotezzjoni;

h)

salvagwardji;

i)

l-użu ta' isotopi radjuattivi u radjazzjoni fl-agrikoltura, l-industrija u l-mediċina;

j)

l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-ipproċessar ulterjuri ġeoloġiku u ġeofiżiku kif ukoll l-użu tar-riżorsi tal-uranju;

k)

l-aspetti regolatorji tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari; u

l)

oqsma oħra li huma rilevanti għas-suġġett ta' dan il-Ftehim safejn ikunu koperti mill-programmi rispettivi tal-Partijiet.

3.   Il-Kooperazzjoni għandha tiġi estiża għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp nukleari ta' interess reċiproku għall-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet komplimentari li għandhom jiġu maqbula mill-Partijiet.

4.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tista' titwettaq fil-forom li ġejjin:

a)

l-organizzazzjoni ta' konferenzi u laqgħat;

b)

l-organizzazzjoni ta' proġetti konġunti u l-istabbiliment ta' impriżi konġunti;

c)

l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma bilaterali għall-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti;

d)

il-provvista ta' servizzi taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari inklużi l-konverżjoni u l-arrikkiment isotopiku tal-uranju;

e)

il-kooperazzjoni fin-negozju u l-kummerċjali relatati maċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari;

f)

it-trasferiment ta' tagħmir industrijali u teknoloġija industrijali; u

g)

forom oħra ta' kooperazzjoni kif tistà tiġi determinata mill-Partijiet bil-miktub.

5.   Il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi deskritti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu implimentati kif meħtieġ permezz ta' arranġamenti bejn entità legali tal-Awstralja u entità legali tal-Komunità, li l-awtorità kompetenti rispettiva tinnotifika, lill-awtorità kompetenti l-oħra, bħala li hija awtorizzata kif dovut biex timplimenta tali kooperazzjoni. Kwalunkwe tali arranġament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jitrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelettwali fejn jeżistu jew jitqajmu tali drittijiet.

Artikolu IV

Oġġetti soġġetti għall-Ftehim

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika għal:

a)

Materjal nukleari, materjal mhux nukleari, jew tagħmir, trasferit bejn il-Partijiet jew il-persuni rispettivi tagħhom, kemm direttament jew permezz ta' pajjiż terz.

Tali materjal nukleari, materjal mhux nukleari, jew tagħmir għandu jkun soġġett għal dan il-Ftehim meta dan jidħol fil-ġurisdizzjoni territorjali tal-Parti destinatarja, dment li l-Parti fornitriċi tkun innotifikat lill-Parti destinatarja bil-miktub bit-trasferiment, u l-Parti destinatarja tkun ikkonfermat bil-miktub li t-tali oġġett qed jew ser jinżamm soġġett għal dan il-Ftehim u li d-destinatarju propost, jekk mhuwiex il-Parti riċeventi, tkun persuna awtorizzata skont il-ġurisdizzjoni territorjali tal-Parti destinatarja.

b)

Il-forom kollha tal-materjal nukleari mħejji bi proċessi kimiċi jew fiżiċi jew bis-separazzjoni isotopika, dment li l-kwantità ta' materjal nukleari hekk imħejji jitqies biss bħala li huwa fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim fl-istess proporzjon tal-kwantità tal-materjal nukleari użata fit-tħejjija tiegħu, u li soġġetta għal dan il-Ftehim, tikkontribwixxi lejn il-kwantità totali tal-materjal nukleari hekk użat;

c)

Il-ġenerazzjonijiet kollha tal-materjal nukleari prodott bir-radjazzjoni tan-newtroni, dment li l-kwantità ta' materjal nukleari prodott b'dan il-mod jitqies biss bħala li huwa fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim fl-istess proporzjon tal-kwantità tal-materjal nukleari li hija soġġetta għal dan il-Ftehim u li, meta tintuża fil-produzzjoni tiegħu, tikkontribwixxi għal din il-produzzjoni;

d)

Materjal nukleari prodott, ipproċessat jew użat f'tagħmir fejn:

i)

il-materjal mhux nukleari soġġett għal dan il-Ftehim kien primarjament jew għalkollox responsabbli għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew l-użu ta' dak il-materjal nukleari;

ii)

it-tagħmir soġġett għal dan il-Ftehim kien għalkollox responsabbli għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew l-użu ta' dak il-materjal nukleari;

iii)

tagħmir li ġie ddeżinjat mill-Parti fornitriċi, wara konsultazzjoni mal-Parti riċeventi, bħala li huwa ddisinjat, mibni, immanifatturat jew operat abbażi ta', jew bl-użu ta' teknoloġija trasferita li hija soġġetta għal dan il-Ftehim; u

iv)

tagħmir imsemmi fis-subparagrafi ii) u iii) huwa limitat għall-punti 1.1, 3, 4, 5, 6, 7 tal-Anness B tal-INFCIRC/254/Rev.9/Parti 1, u jeskludi espressament kwalunkwe subkomponent ta' tali tagħmir.

e)

Il-materjal nukleari li huwa soġġett għall-Ftehim li jikkonċerna t-Trasferimenti ta' Materjal Nukleari mill-Awstralja lejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, magħmul fi Brussell fil-21 ta' Settembru 1981;

f)

Il-materjal nukleari li ġie ttrasferit mill-Istati Membri tal-Komunità lejn l-Awstralja skont il-ftehimiet bilaterali, u li jiġi nnotifikat lill-Komunità fil-ħin li jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim; u

g)

Il-materjal nukleari rkuprat għal skopijiet nukleari minn minerali jew konċentrati, minbarra l-konċentrati tal-minerali tal-uranju, li huwa trasferit bejn il-Partijiet direttament jew permezz ta' pajjiż terż, u li l-irkuprar tiegħu ġie nnotifikat mill-Parti li qed tittrasferixxi bħala ta' rilevanza għal dan il-Ftehim. Jekk tali materjal nukleari ma jistax jiġi soġġett għall-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu VII, allura tali materjal nukleari ma għandux jintuża sakemm il-Partijiet jiddeterminaw b'mod reċiproku s-salvagwardji u l-miżuri ta' protezzjoni fiżika meħtieġa li għandhom jiġu applikati

2.   Il-materjal nukleari, materjal mhux nukleari, jew tagħmir imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim sakemm jiġi stabbilit, skont il-proċeduri stabbiliti fl-arranġamenti amministrattivi stabbiliti skont l-Artikolu XII ta' dan il-Ftehim li:

a)

tali oġġett ġie ttrasferit mill-ġdid lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-Parti riċeventi skont il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu VII ta' dan il-Ftehim;

b)

il-materjal nukleari ma jistax jintuża iżjed għal kwalunkwe attività rilevanti fir-rigward tas-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu VII jew li prattikament ma jistax jiġi rkuprat. Għall-fini li jiġi stabbilit meta materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim ma jkunx jista’ jintuża iktar jew prattikament ma jistax jiġi rkuprat biex jiġi pproċessat f'forma li tkun tista’ tintuża fi kwalunkwe attivita nukleari rilevanti fir-rigward tas-salvagwardji, iż-żewġ Partijiet għandhom jaċċettaw dak li jiġi stabbilit mill-IAEA skont id-dispożizzjonijiet għat-terminazzjoni tas-salvagwardji tal-ftehim rilevanti dwar is-salvagwardji li l-IAEA tkun parti għalih;

c)

il-materjal mhux nukleari u t-tagħmir ma jistgħux jintużaw iżjed għal skopijiet nukleari; jew

d)

il-Partijiet jistabbilixxu b'mod reċiproku li ma għandux jibqa’ iżjed soġġett għal dan il-Ftehim.

3.   It-trasferiment tat-teknoloġija għandu jkun soġġett għal dan il-Ftehim għall-Istati Membri tal-Komunità li esprimew ir-rieda tagħhom li jqiegħdu tali trasferimenti fil-qafas ta' dan il-Ftehim permezz ta' avviż bil-miktub mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni Ewropea. Avviż minn qabel bejn l-Istat Membru kkonċernat/Stati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni Ewropea, minn naħa, u l-Gvern tal-Awstralja, min-naħa oħra, għandu jingħata qabel kull trasferiment.

Artikolu V

Arrikkiment

Qabel l-arrikkiment ta' kwalunkwe materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim għal għoxrin (20) fil-mija jew aktar fl-isotopi tal-uranju 235, għandu jinkiseb il-kunsens bil-miktub taż-żewġ Partijiet. Tali kunsens għandu jiddeskrivi l-kondizzjonijiet li skonthom jista' jintuża l-uranju arrikkit għal għoxrin (20) fil-mija jew aktar. Arranġament biex jiffaċilità l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għandu jiġi stabbilit mill-Partijiet.

Artikolu VI

Il-kummerċ ta' materjal nukleari, materjal mhux nukleari, tagħmir jew teknoloġija

1.   Kwalunkwe trasferiment ta' materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir imwettaq skont l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandu jsir skont l-impenji internazzjonali rilevanti tal-Komunità, l-Istati Membri tal-Komunità, u l-Awstralja fir-rigward ta' użi paċifiċi tal-enerġija nukleari kif elenkati fl-Artikolu VII.

2.   Safejn hu prattikabbli, il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin fl-akkwist pubbliku, minn Parti jew l-oħra jew minn persuni fil-Komunità jew taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern tal-Awstralja, ta' materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir.

3.   It-tkomplija tal-kooperazzjoni prevista fil-Ftehim attwali għandha tkun kontinġenti fuq l-applikazzjoni sodisfaċenti b'mod reċiproku tas-sistema għas-salvagwardji u l-kontroll stabbilit mill-Komunità skont it-Trattat Euratom u tas-sistema għas-salvagwardji u l-kontroll ta' materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir stabbilita mill-Gvern tal-Awstralja.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jintużaw biex jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-moviment liberu fis-suq intern fl-UE.

5.   It-trasferimenti ta' materjal nukleari u servizzi adatti għandhom jitwettqu taħt kondizzjonijiet kummerċjali ġusti. L-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr ħsara għat-Trattat Euratom u l-leġislazzjoni dderivata minnu, u għal-liġijiet u regolamenti Awstraljani.

6.   Minbarra dak li hemm imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu VII, kwalunkwe trasferiment mill-ġdid ta' kwalunkwe oġġett jew teknoloġija soġġetti għal dan il-Ftehim li jinsabu barra mill-ġurisdizzjoni tal-Partijiet għandu jsir biss fil-qafas tal-impenji meħuda mill-Gvernijiet tal-Istati Membri individwali tal-Komunità u l-Gvern tal-Awstralja fi ħdan il-grupp tal-pajjiżi fornituri nukleari magħruf bħala l-Grupp ta' Fornituri Nukleari. B’mod partikolari, il-Linji gwida tat-Trasferimenti Nukleari, kif stipulati fid-dokument INFCIRC/254/Rev.9/Parti 1 tal-IAEA, għandhom japplikaw għat-trasferimenti mill-ġdid ta’ kwalunkwe oġġett soġġett għal dan il-Ftehim.

Artikolu VII

Materjal Nukleari Soġġett għall-Ftehim

1.   Materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

a)

Fil-Komunità, għas-salvagwardji tal-Euratom skont it-Trattat Euratom u għas-salvagwardji tal-IAEA skont il-ftehimiet ta’ salvagwardja li ġejjin, kif jistgħu jiġu riveduti u mibdula, u skont it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni:

i)

il-Ftehim bejn l-Istati Membri mingħajr armi nukleari tal-Komunità, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika magħmul fi Brussell fil-5 ta' April 1973 u li daħal fis-seħħ fil-21 ta' Frar 1977 (INFCIRC/193 tal-IAEA);

ii)

il-Ftehim bejn Franza, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, magħmul f'Lulju 1978 u li daħal fis-seħħ fit-12 ta' Settembru 1981 (INFCIRC/290 tal-IAEA);

iii)

il-Ftehim bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-applikazzjoni tas-salvagwardji fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq relatati mat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari, magħmul fi Vjenna fis-6 ta' Settembru 1976 u li daħal fis-seħħ fl-14 ta' Awwissu 1978 (INFCIRC/263 tal-IAEA);

iv)

il-Protokolli Addizzjonali INFCIRC/193/Add.8 tal-IAEA, INFCIRC/263/Add.1 tal-IAEA, u INFCIRC/290/Add.1 tal-IAEA iffirmati fit-22 ta' Settembru 1998 u li daħlu fis-seħħ fit-30 ta' April 2004 abbażi tal-INFCIRC/540 tal-IAEA (ikkorreġut) (Sistema Msaħħa tas-Salvagwardji, Parti II);

b)

Fl-Awstralja, għas-salvagwardji tal-IAEA skont il-Ftehim bejn l-Awstralja u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni ta’ Salvagwardji relatati mat-Trattat dwar in-Nonproliferzzjoni tal-Armi Nukleari, li daħal fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 1974 INFCIRC/217 tal-IAEA); issupplimentat minn Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn l-Awstralja u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji relatati mat-Trattat dwar in-Nonproliferzzjoni tal-Armi Nukleari, magħmul fi Vjenna fit-23 ta' Settembru 1997 u li daħal fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 1998 (INFCIRC/217/Add.1 tal-IAEA);

2.   F'każ li tiġi sospiża jew itterminata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim mal-IAEA msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għal kwalunkwe raġuni, fi ħdan il-Komunità jew l-Awstralja, il-Parti rilevanti għandha tidħol fi ftehim mal-IAEA li jipprevedi għal effikaċja u kopertura ekwivalenti għal dawk previsti fil-ftehimiet ta’ salvagwardji rilevanti msemmija fid-dispożizzjonijiet a) jew b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew, jekk dak ma jkunx possibbli,

a)

il-Komunità, safejn tkun ikkonċernata, għandha tapplika salvagwardji bbażati fuq is-sistema ta’ salvagwardji tal-Euratom, li tipprevedi effikaċja u kopertura ekwivalenti għal dawk previsti fil-ftehimiet ta’ salvagwardji msemmija fid-dispożizzjoni a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew, jekk dak ma jkunx possibbli;

b)

il-Partijiet għandhom jidħlu f’arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji li jipprevedu effikaċja u kopertura ekwivalenti għal dawk previsti fil-ftehimiet ta’ salvagwardji msemmija fid-dispożizzjonijiet a) jew b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-applikazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni fiżika għanda tkun, f'kull ħin, f'livelli li jissodisfaw tal-anqas il-kriterji stipulati fl-Anness C tal-INFCIRC/254/Rev.9/Parti 1 tal-IAEA (Linji gwida għat-Trasferimenti Nukleari); flimkien ma' dan id-dokument, l-Istati Membri tal-Komunità, il-Kummissjoni Ewropea, kif adatt, u l-Awstralja ser jirreferu meta japplikaw miżuri ta' protezzjoni fiżika għall-obbligi tagħhom fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari magħmul fit-3 ta' Marzu 1980, inkluż kwalunke emenda li hija fis-seħħ għal kull Parti u r-rakkomandazzjonijiet fl-INFCIRC/225/Rev.5 tal-IAEA (Rakkomandazzjonijiet għas-Sigurtà Nukleari dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Faċilitajiet Nukleari). It-trasport ser ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari magħmul fit-3 ta' Marzu 1980, inkluża kwalunkwe emenda li hija fis-seħħ għal kull Parti, u għar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur tal-Materjal Radjuattiv (Is-Serje ta' Standards tas-Sikurezza tal-IAEA Nru TS-R-1).

4.   Il-ġestjoni tas-sikurezza u tal-iskart nukleari għandha tkun soġġetta għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, magħmula fi Vjenna fis-17 ta' Ġunju 1994 u li daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Ottubru 1996 (INFCIRC/449 tal-IAEA), il-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni ta' Fjuwil Irradjat u dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni ta' Skart Radjuattiv, magħmula fi Vjenna fil-5 ta' Settembru 1997 u li daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Ġunju 2001 (INFCIRC/546 tal-IAEA), il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza f'każ ta' Inċident Nukleari jew Emerġenza Radjoloġika, magħmula fi Vjenna fis-26 ta' Settembru 1986 u li daħlet fis-seħħ fis-26 ta' Frar 1987 (INFCIRC/336 tal-IAEA), il-Konvenzjoni dwar in-Notifika Bikrija ta' Aċċident Nukleari, magħmula fi Vjenna fis-26 ta' Settembru 1986 u li daħlet fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 1986 (INFCIRC/335 tal-IAEA).

5.   Il-materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim ma għandux jiġi ttrasferit lil hinn mill-ġurisdizzjoni territorjali tal-Parti riċeventi mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti fornitriċi, sakemm ma jkunx skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

6.   Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta' listi ta' pajjiżi terzi li għalihom huma awtorizzati t-trasferimenti mill-ġdid mill-Pajjiż l-ieħor skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar it-tibdiliet fil-lista tagħha ta' pajjiżi terzi.

Artikolu VIII

Ipproċessar mill-ġdid

Il-Partijiet jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar mill-ġdid tal-fjuwil nukleari li jinkludi materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim dment li tali pproċessar mill-ġdid isir skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A.

Artikolu IX

Proprjetà Intellettwali

Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-protezzjoni adegwata u effikaċi tal-proprjetà intellettwali maħluqa u t-teknoloġija trasferita f'konformità mal-kooperazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim skont il-ftehimiet u l-arranġamenti internazzjonali rilevanti u l-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Awstralja u fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħhom.

Artikolu X

Skambju ta' informazzjoni

1.   Il-Partijiet jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' xulxin u ta' persuni fil-Komunità jew taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern tal-Awstralja, informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe pajjiż terz skont termini li jipprevjenu l-forniment ulterjuri ta' tali informazzjoni għandha tkun eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Informazzjoni meqjusa mill-Parti fornitriċi bħala ta' valur kummerċjali għandha tiġi pprovduta biss skont it-termini u l-kondizzjonijiet speċifikati mill-Parti fornitriċi.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-persuni fil-gurisdizzjoni tal-Gvern tal-Awstralja, minn naħa, u persuni fil-Komunità, min-naħa l-oħra, dwar kwistjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Informazzjoni fil-pussess ta' tali persuni għandha tiġi pprovduta biss bil-kunsens ta', u skont it-termini u l-kondizzjonijiet li jiġu speċifikati minn dawk il-persuni.

3.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet adatti kollha biex iżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta b'riżultat tat-tħaddim ta' dan il-Ftehim.

Artikolu XI

Implimentazzjoni tal-Ftehim

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu implimentati bona fede b’tali mod li jevita tfixkil, dewmien jew interferenzi żejda fl-attivitajiet nukleari fl-Awstralja u fil-Komunità u sabiex ikunu konsistenti mal-prattiki ta’ ġestjoni prudenti meħtieġa għall-kondotta ekonomika u sikura ta' attivitajiet nukleari.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jintużaw bil-għan li jfittxu vantaġġi kummerċjali jew industrijali, u lanqas li jinterferixxu fl-interessi industrijali jew kummerċjali, kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali, ta' kull waħda mill-Partijiet jew ta' persuni awtorizzati, jew għal xi interferenza fil-politika nukleari ta' kwalunkwe Parti jew tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità, lanqas li jfixklu l-promozzjoni tal-użi paċifiċi u mhux splussivi tal-enerġija nukleari, lanqas li jfixklu l-moviment ta’ oġġetti soġġetti għal jew innotifikati li għandhom isiru soġġetti għal dan il-Ftehim kemm jekk fi ħdan il-ġurisdizzjoni territorjali rispettiva tal-Partijiet kemm jekk bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità.

3.   Il-kontabbiltà tal-materjal nukleari u tal-materjal mhux nukleari soġġetti għal dan il-Ftehim ser tkun ibbażata fuq il-funġibbiltà u l-prinċipji tal-proporzjonalità u l-ekwivalenza tal-materjal nukleari u tal-materjal mhux nukleari kif imniżżel fl-arranġamenti amministrattivi stabbiliti skont l-Artikolu XII ta' dan il-Ftehim.

4.   Kwalunkwe emenda għaċ-Ċirkolari ta' Informazzjoni tal-IAEA msemmija fl-Artikoli I, IV, VI u VII ta' dan il-Ftehim għandu jkollha effett fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim biss meta l-Partijiet ikunu infurmaw lil xulxin bil-miktub, permezz ta' kanali diplomatiċi, li huma jaċċettaw tali emenda.

Artikolu XII

Arranġamenti Amministrattivi

1.   L-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2.   Arranġament amministrattiv stabbilit skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi emendat kif determinat b'mod reċiproku bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu XIII

Liġi applikabbli

1.   Il-kooperazzjoni prevista f'dan il-Ftehim għandha tkun skont il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Awstralja u fl-Unjoni Ewropea kif ukoll skont il-ftehimiet internazzjonali li l-Partijiet daħlu għalihom. Fil-każ tal-Komunità, il-liġi applikabbli tinkludi t-Trattat Euratom u l-leġislazzjoni dderivata minnu.

2.   Kull Parti għandha tkun responsabbli lejn l-oħra biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ikunu aċċettati u li jkun hemm konformità magħhom, fir-rigward tal-Awstralja, mill-intrapriżi governattivi kollha tagħha u mill-persuni kollha taħt il-ġurisdizzjoni tagħha li tkun ingħatatilhom awtorizzazzjoni skont dan il-Ftehim, u fir-rigward tal-Komunità, mill-persuni kollha fil-Komunità li tkun ġiet mogħtija l-awtorizzazzjoni lilhom skont dan il-Ftehim.

Artikolu XIV

Nuqqas ta' Konformità

1.   Jekk kwalunkwe Parti jew Stat Membru tal-Komunità tikser/jikser kwalunkwe dispożizzjoni materjali tal-Ftehim, il-Parti l-oħra tista’ tissospendi jew ittemm, bis-sħiħ jew parzjalment, il-kooperazzjoni skont dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub għal dak il-għan.

2.   Qabel ma waħda mill-Partijiet tieħu azzjoni għal dak il-għan, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jieħdu deċiżjoni dwar jekk humiex meħtieġa miżuri korrettivi jew miżuri oħrajn, u jekk ikun hekk, il-miżuri li għandhom jittieħdu u ż-żmien li fih għandhom jittieħdu tali miżuri.

3.   Sospensjoni jew terminazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jittieħdu biss fejn jonqsu milli jiġu implimentati l-miżuri korrettivi jew miżuri oħra miftiehma fiż-żmien stipulat mill-Partijiet jew, f'każ li ma tinstabx soluzzjoni, wara li jkun għadda perijodu raġonevoli ta' żmien. F'tali każijiet, il-Parti fornitriċi għandha d-dritt li titlob lura l-materjal nukleari, il-materjal mhux nukleari, it-tagħmir u t-teknoloġija soġġetti għal dan il-Ftehim.

4.   Fil-każ tad-detonazzjoni ta' apparat splussiv nukleari minn Stat Membru tal-Komunità mingħajr armi nukleari jew mill-Awstralja, għandhom japplikaw il-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu XV

Konsultazzjoni u arbitraġġ

1.   Fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, rappreżentanti tal-Partijiet għandhom jiltaqgħu meta jkun meħtieġ sabiex jikkonsultaw ma' xulxin dwar kwistjonijiet li jitqajmu mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, sabiex jissorveljaw l-operat tiegħu u jiddiskutu arranġamenti addizzjonali ta' kooperazzjoni għal dawk previsti f'dan il-Ftehim. Tali konsultazzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma wkoll ta' skambju ta' korrispondenza. B'mod speċifiku, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw qabel il-bidu ta' proġetti ġodda ta' arrikkiment jew ipproċessar mill-ġdid li huma rilevanti għall-materjal nukleari soġġett għal dan il-Ftehim.

2.   Kull tilwim li jinqala’ mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim li ma jiġix solvut permezz ta’ negozjati jew b’mod ieħor miftiehem bejn il-Partijiet għandu, fuq it-talba ta’ waħda mill-Partijiet, jiġi ppreżentat quddiem tribunal tal-arbitraġġ li għandu jkun magħmul minn tliet arbitri. Kull Parti għandha taħtar arbitru wieħed u ż-żewġ arbitri hekk maħtura għandhom jeleġġu t-tielet wieħed, li ma jkunx ċittadin ta' waħda mill-Partijiet u li għandu jkun il-President. Jekk fi żmien tletin jum mit-talba għall-arbitraġġ, kwalunkwe Parti tkun għadha ma ħatritx arbitru, il-Parti l-oħra tista' titlob lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja sabiex jappunta arbitru lill-Parti li ma tkunx ħatret wieħed. Jekk fi żmien tletin jum mill-ħatra jew nomina tal-arbitri għaż-żewġ Partijiet, it-tielet arbitru ma jkunx ġie elett, waħda mill-Partijiet tista' titlob lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja biex jinnomina t-tielet arbitru. Maġġoranza tal-membri tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jikkostitwixxu quorum, u d-deċiżjonijiet kollha għandhom isiru b’maġġoranza ta’ voti tal-membri kollha tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-proċedura tal-arbitraġġ għandha tkun stabbilita mit-tribunal. Id-deċiżjonijiet tat-tribunal għandhom ikunu vinkolanti fuq iż-żewġ Partijiet u għandhom jiġu implimentati minnhom. Ir-remunerazzjoni tal-arbitri għandha tkunu stabbilita fuq l-istess bażi ta' dik ta’ mħallfin ad hoc tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

3.   Għall-fini ta' riżoluzzjoni tat-tilwim, għandu jintuża t-test bl-Ingliż ta' dan il-Ftehim.

Artikolu XVI

Dispożizzjonijiet Kumplementari

Id-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim ta' kooperazzjoni nukleari bilaterali fis-seħħ bejn l-Awstralja u l-Istati Membri tal-Komunità għandhom jitqiesu bħala kumplementari għal dan il-Ftehim u, fejn adatt, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jeħdulhom posthom.

Artikolu XVII

Emendi

1.   Fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet, il-Partijiet jistgħu jikkonsultaw lil xulxin dwar emendi possibbli għal dan il-Ftehim, b'mod partikolari biex iqisu l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam tas-salvagwardji nukleari.

2.   Dan il-Ftehim jista' jkun emendat jekk il-Partijiet jaqblu hekk.

3.   Kwalunkwe emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data speċifikata mill-Partijiet, permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jinfurmaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha ġew kompluti.

L-Anness għal dan il-Ftehim jifforma parti integrali ta' dan il-Ftehim u jista' jiġi emendat skont dan l-Artikolu.

Artikolu XVIII

Dħul fis-seħħ u perijodu ta' validità

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika bil-miktub li l-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew mill-Partijiet.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu inizjali ta' tletin sena. Sussegwentement, dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament għal perijodi addizzjonali ta' għaxar snin, għajr jekk, mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta' tali perijodu addizzjonali, Parti ma tinnotifikax lill-Parti l-oħra permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Ftehim.

3.   Minkejja s-sospensjoni, it-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim jew ta' kwalunkwe kooperazzjoni għal kwalunkwe raġuni, l-obbligi fl-Artikoli III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII u XIII għandhom jibqgħu validi sakemm kwalunkwe materjal nukleari, materjal mhux nukleari jew tagħmir soġġett għal dawn l-Artikoli jibqa' fit-territorju tal-Parti l-oħra jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħha jew kontroll fi kwalunkwe post jew sakemm jiġi stabbilit b’mod reċiproku mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu IV li tali materjal nukleari ma jistax jintuża aktar, jew ma jistax jiġi rkuprat għall-ipproċessar f'forma li fiha jista' jintuża, għal kwalunkwe attività nukleari rilevanti mil-lat tas-salvagwardji.

4.   Dan il-Ftehim jissostitwixxi:

a)

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tat-Trasferimenti ta' Materjal Nukleari mill-Awstralja lejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, magħmul fi Brussell fil-21 ta' Settembru 1981;

b)

L-Iskambju ta' Noti li jikkostitwixxi Arranġament Implimentattiv, fir-rigward tal-Iskambji ta' Obbligi Internazzjonali, għall-Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (EURATOM) li jikkonċerna t-Trasferimenti tal-Materjal Nukleari tal-21 ta' Settembru 1981, magħmul fi Brussell fit-8 ta' Settembru 1993;

c)

L-Iskambju ta' Noti li jikkostitwixxu Arranġament Implimentattiv, li jikkonċerna t-Trasferimenti tal-Plutonju, għall-Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (EURATOM) li jikkonċerna t-Trasferimenti tal-Materjal Nukleari tal-21 ta' Settembru 1981, magħmul fi Brussell fit-8 ta' Settembru 1993; kif ukoll

d)

L-Iskambju ta' Noti li jikkostitwixxi Arranġament Implimentattiv bejn il-Gvern tal-Awstralja u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (EURATOM) li jikkonċerna t-Trasferimenti tal-Plutonju fl-ambitu tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstralja u EURATOM li jikkonċerna t-Trasferimenti ta' Materjal Nukleari mill-Awstralja għall-Euratom, u li jakkumpanja l-Ittra Anċillari Nru 2, tal-21 ta' Settembru 1981, u l-Arranġament Implimentattiv li jikkonċerna t-Trasferimenti tal-Plutonju tat-8 ta' Settembru 1993.

Magħmul f’żewġ kopji f'Kanberra fil-ħames jum ta' Settembru fis-sena elfejn u ħdax bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bit-Taljan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Isvediż, u bl-Ungeriż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

B’XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif adatt għal dan, iffirmaw il-Ftehim preżenti.

F'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

J. M. BARROSO

Għall-Gvern tal-Awstralja

J. GILLARD


ANNESS A

PROĊESSAR MILL-ĠDID

Billi l-Artikolu VIII tal-Ftehim jipprevedi li l-materjal nukleari soġġett għa dan il-Ftehim (minn issa ’l quddiem imsejjaħ NMSA) għandu jiġi pproċessat mill-ġdid biss skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness.

Il-Partijiet għal dan il-Ftehim,

Jirrikonoxxu li s-separazzjoni, il-ħżin, it-trasportazzjoni u l-użu tal-plutonju jesiġu miżuri partikolari biex jitnaqqas ir-riskju tal-proliferazzjoni nukleari;

Jirrikonoxxu r-rwol tal-ipproċessar mill-ġdid relatat mal-użu effiċjenti tal-enerġija, il-ġestjoni tal-materjali li jkun hemm fil-fjuwil irradjat jew użi oħra mhux splussivi paċifiċi inkluża r-riċerka;

Xewqana li jimplimentaw b'mod prevedibbli u prattiku l-kondizzjonijiet miftiehma stabbiliti f'dan l-Anness, b'kont meħud tad-determinazzjoni tagħhom li jiżguraw l-avvanz tan-nonproliferazzjoni u l-ħtiġijiet fit-tul tal-programmi taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari tal-Partijiet;

Determinati li jkomplu jappoġġaw l-iżvilupp ta' salvagwardji internazzjonali u ta' miżuri oħra rilevanti għall-ipproċessar mill-ġdid u għall-plutonju, inklużi miżuri internazzjonali li jippromwovu r-reżistenza għall-proliferazzjoni u l-protezzjoni fiżika effettiva;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-NMSA jista’ jiġi pproċessat mill-ġdid soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

a)

l-ipproċessar mill-ġdid għandu jsir għall-fini tal-użu tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-materjali li jinsabu fil-fjuwil irradjat, skont il-programm taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari kif iddeterminat b'mod reċiproku permezz ta' konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

b)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe programm taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari propost, inkluż id-dettalji dwar il-qafas ta' politika, legali u regolatorju rilevanti għall-ipproċessar u l-ħżin, l-użu u t-trasportazzjoni tal-plutonju għandha tiġi pprovduta mill-Parti li qed tipprevedi tali attivitajiet;

c)

il-plutonju rkuprat għandu jinħażen u jintuża skont il-programm taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari msemmi fil-paragrafu (a) hawn fuq; kif ukoll

d)

l-ipproċessar mill-ġdid u l-użu tal-plutonju rkuprat għal skopijiet oħra paċifiċi mhux splussivi inkluża r-riċerka għandu jitwettaq biss skont il-kondizzjonijiet iddeterminati flimkien bil-miktub bejn il-Partijiet wara konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 2 ta' dan l-Anness.

Artikolu 2

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru bejn il-Partijiet fi żmien erbgħin jum minn meta jirċievu talba minn waħda miż-żewġ Partijiet:

a)

sabiex jiġi rivedut l-operat tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness;

b)

sabiex jiġu kkunsidrati emendi għall-programm taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness;

c)

sabiex jiġi kkunsidrat titjib fis-salvagwardji internazzjonali u tekniki oħra ta' kontroll inkluż l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ġodda u aċċettati b'mod ġenerali fuq livell internazzjonali li huma rilevanti għall-ipproċessar mill-ġdid u għall-plutonju; jew

d)

sabiex jiġu kkunsidrati proposti għall-ipproċessar mill-ġdid, l-użu, il-ħżin u t-trasportazzjoni tal-plutonju rkuprat għal skopijiet oħra paċifiċi mhux splussivi inkluża r-riċerka.


REGOLAMENTI

1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 79/2012

tal-31 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjudtax

(riformulazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-koperazzjoni amministrattiva l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1) u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 32, 48, 49 u 51(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex l-istrumenti għall-ġlieda kontra l-frodi jitjiebu u jiġu ssupplimentati, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 218/92 (2) ġie riformulat u rrevokat mir-Regolament (UE) Nru 904/2010. Ir-regoli kif jidhru fir-Regolament (UE) Nru 904/2010 għandhom jiġu riflessi fil-livell tal-atti li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1925/2004 tad-29 t’Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ikunu implementati xi dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (3) ġie emendat b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru aktar emendi wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u sabiex ikun hemm sett wieħed ta’ regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, dan għandu jitfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1174/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Artikoli 34a u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar ir-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE (4).

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kategoriji preċiżi ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata mingħajr talba mill-qabel, kif ukoll il-frekwenza li biha għandhom isiru dawn l-iskambji, u l-arranġamenti prattiċi relevanti. Safejn l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jżommu lura minn skambji bħal dawn, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(4)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 għandha tiġi kkomunikata informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, kemm jista’ jkun b’mezzi elettroniċi. Konsegwentement, għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti prattiċi u d-dettalji tekniċi.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti prattiċi għall-għoti ta’ informazzjoni relatata mar-regoli ta’ fatturar, ir-rati ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikabbli fil-kuntest tal-iskemi speċjali applikabbli għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti u l-informazzjoni kkodifikata b’mod elettroniku addizzjonali li hija msemmija fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (5).

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu b’mod effettiv mill-possibiltajiet li jkollhom l-informazzjoni prevista minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/9/KE, huwa neċessarju li jiġu speċifikati il-kodiċi armonizzati relevanti li għandhom jiġu applikati waqt l-iskambju tal-informazzjoni relevanti, inklużi l-mezzi li bihom tali skambju għandu jseħħ, skont ir-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(7)

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE jipprevedi li l-Istat Membru tar-rimborż jista’ jobbliga lill-applikant biex jipprovdi informazzjoni kodifikata elettronika addizzjonali li tissupplimenta l-kodiċi stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/9/KE, sal-punt li tali informazzjoni hija meħtieġa minħabba xi restrizzjoni dwar id-dritt tat-tnaqqis taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (6), jew għall-implimentazzjoni ta’ deroga li jikseb Stat Membru tar-rimborż taħt l-Artikoli 395 jew 396 ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Skont l-Artikolu 48 (2) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-rimborż għandhom jinformaw elettronikament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b’kull informazzjoni li jridu jipprovdu taħt l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE.

(9)

Għal dan il-għan, id-dettalji tekniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE għandhom jiġu determinati. B’mod partikolari għandhom jiġu speċifikati l-kodiċi użati għat-trażmissjoni ta’ din l-informazzjoni. Il-kodiċi stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament ġew żviluppati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (SCAC) fuq il-bażi tal-informazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri għall-fini tal-applikar tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE.

(10)

L-applikanti jistgħu jkunu obbligati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/9/KE li jipprovdu deskrizzjoni tal-attività ta’ negozju tagħhom bl-użu tal-kodiċi armonizzati. Għal dan il-għan, il-kodiċi użati komunement previsti fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Reviżjoni 2 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 li jemendah kif ukoll ċerti regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi tal-istatistika (7), għandhom jiġu użati.

(11)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 jiddikjara li l-awtorità li ssirilha t-talba, fuq talba tal-awtorità li tagħmel it-talba, għandha tinnotifika d-destinatarju bl-istrumenti u deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet amministrattivi u li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT fl-Istat Membru li fih hija stabbilita l-awtorità li tagħmel it-talba.

(12)

Fejn Stat Membru tar-rifużjoni jitlob l-Istat Membru tal-istabbiliment biex jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjonijiet u l-istrumenti tiegħu għall-fini tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/9/KE, għal raġunijiet ta’ ħarsien tad-dejta, għandu jkun possibbli li tali notifika ssir permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni komuni/l-interface ta’ sistema komuni (CCN/CSI) kif definit fl-Artikolu 2(1)(q) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(13)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jimplimentaw, inter alia, l-Artikolu 48 tar- Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar l-introduzzjoni ta’ arranġamenti amministrattivi ta’ koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw il-post tal-forniment ta’ servizzi, l-iskemi speċjali u l-proċedura ta’ rifużjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

(14)

Finalment, huwa neċessarju li tiġi stabbilita lista tad-dejta statistika meħtieġa għall-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 14, 32, 48, 49 u 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

Artikolu 2

Kategoriji ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati mingħajr talba minn qabel

Il-kategoriji ta’ informazzjonisoġġetti għal skambju awtomatiku, konformi mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(1)

informazzjoni dwar negozjanti mhux stabbiliti;

(2)

informazzjoni dwar mezzi ta’ trasport ġodda.

Artikolu 3

Subkategoriji ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati mingħajr talba minn qabel

1.   Fir-rigward ta’ negozjanti mhux stabbiliti l-informazzjoni soġġetta għal skambju awtomatiku għandha tkun din li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru ieħor;

(b)

informazzjoni dwar rifużjonijiet tal-VAT lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE.

2.   Fir-rigward ta’ mezzi ġodda ta’ trasport, l-informazzjoni soġġetta għal skambju awtomatiku għandha tkun din li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar provvisti eżentati konformi mal-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE, ta’ mezzi ta’ trasport ġodda kif definiti fl-Artikolu 2(2), (a) u (b)ta’ din id-Direttiva, minn persuni meqjusa bħala persuni taxxabbli skont l-Artikolu 9(2) ta’ dik id-Direttiva li huma identifikati għall-finijiet tal-VAT;

(b)

informazzjoni dwar provvisti eżentati skont l-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE, ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru ġodda kif definiti fl-Artikolu 2(2), (a) u (b)ta’ din id-Direttiva, minn persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT, minbarra dawk li ssir referenza għalihom fil-punt (a), lil persuni mhux identifikati għal finijiet ta’ VAT;

(c)

informazzjoni dwar provvisti eżentati skont l-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE, ta’ vetturi tal-art ġodda b’magna kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2), (a) u (b) ta’ din id-Direttiva, minn persuni taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), għal persuni mhux identifikati għal finijiet ta’ VAT.

Artikolu 4

Notifikazzjoni ta’ astensjoni minn parteċipazzjoni fl-iskambju ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel

Sal-20 ta’ Mejju 2012 kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu, meħuda b’mod konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, dwar jekk huwiex ser jastjeni milli jieħu sehem fl- iskambju awtomatiku ta’ kategorija jew subkategorija waħda jew aktar ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif suppost dwar il-kategoriji li għalihom Stat Membru jkun astjena.

Artikolu 5

Frekwenza tat-trażmissjoni tal-informazzjoni

F’każijiet fejn tintuża sistema ta’ skambju awtomatiku, informazzjoni dwar il-kategoriji u subkategoriji msemmija rispettivament fl-Artikoli 2 u 3 għandha tiġi pprovduta malli ssir disponibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mit-tmiem tat-trimestru kalendarju li matulu dik l-informazzjoni tkun saret disponibbli.

Artikolu 6

Trażmissjoni ta’ komunikazzjonijiet

1.   Informazzjoni kkomunikata skontir-Regolament (UE) Nru 904/2010 għandha, safejn ikun possibbli, tintbagħat biss b’mezzi elettroniċi permezz tan-netwerk CCN/CSI, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)

it-talba għal notifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u l-istrument jew deċiżjoni li tagħhom tintalab in-notifikazzjoni;

(b)

dokumenti oriġinali pprovduti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqblu li jikkomunikaw l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 7

Informazzjoni lil persuni taxxabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dettalji dwar il-fatturar imniżżel fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 permezz tal-web portal stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tpoġġi il-web portal imsemmi fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni ta’ dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jippubblikaw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

l-informazzjoni dwar il-ħażna tal-fatturi mniżżla fl-Anness II;

(b)

l-informazzjoni addizzjonali kkodifikata b’mod elettroniku meħtieġa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE;

(c)

sal-31 ta’ Diċembru 2014, ir-rata standard tat-taxxa msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010;

(d)

mill-1 ta’ Jannar 2015, ir-rata tat-taxxa applikabbli għal provvisti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ xandir u servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

Artikolu 8

Informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ rifużjoni tal-VAT

Meta Stat Membru ta’ rifużjoni jinnotifika Stati Membri oħra li jeħtieġ informazzjoni addizzjonali kodifikata elettronikament kif previst fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE, il-kodiċi speċifikati fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom jiġu użati għall-għanijiet tat-trażmissjoni ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 9

Deskrizzjoni relatata mal-attività ta’ negozju skambjata fil-qafas ta’ rifużjoni tal-VAT

Fejn Stat Membru tar-rifużjoni jeħtieġ deskrizzjoni tal-attività tan-negozju tal-applikant kif previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/9/KE, tali informazzjoni għandha tingħata fir-raba’ livell tal-kodiċi NACE Rev. 2, kif previst fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Artikolu 10

Notifikazzjoni ta’ strumenti u deċiżjonijiet relatati ma’ rifużjoni tal-VAT

Meta Stat Membru tar-rifużjoni jitlob Stat Membru tal-istabbiliment ta’ destinatarju biex jinnotifika strumenti u deċiżjonijiet relatati ma’ refużjoni taħt id-Direttiva 2008/9/KE lid-destinatarju, din it-talba ta’ notifika tista’ tintbagħat permezz tan-netwerk CCN/CSI kif definit fl-Artikolu 2(1)(q) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

Artikolu 11

Dejta statistika

Il-lista ta’ dejta statistika msemmija fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 hija stabbilita fl-Anness IV.

Kull Stat Membru għandu, qabel it-30 ta’ April ta’ kull senab’mezzi elettroniċi, jikkomunika lill-Kummissjoni id-dejta statistika imsemmija fl-ewwel paragrafu, permezz tal-mudell stabbilit fl- Anness IV.

Artikolu 12

Komunikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ kull liġi, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma japplikaw fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-miżuri lill-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 13

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1925/2004 u (KE) Nru 1174/2009 huma rrevokati.

Referenzi għar-Regolamenti rrevokati għandhom jiġu interpretati bala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(2)   ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

(3)   ĠU L 331, 5.11.2004, p. 13.

(4)   ĠU L 314, 1.12.2009, p. 50.

(5)   ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.

(6)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(7)   ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS I

Id-dettalji dwar il-fatturar skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010

1.   Ħruġ ta’ fatturi

Artikolu 221(1) tad-Direttiva 2006/112/KE — opzjoni li tirrikjedi li jinħarġu l-fatturi

M1.

F’liema ċirkostanzi oħra jeħtieġ li jinħarġu l-fatturi?

M2.

Jekk meħtieġ, il-fatturi jridu jkunu fatturi simplifikati jew fatturi sħaħ?

Artikolu 221(2) tad-Direttiva 2006/112/KE — opzjoni għall-fatturi għas-servizzi ta’ assigurazzjoni u finanzjarji eżenti

M3.

Għal servizzi eżentati ta’ assigurazzjoni u finanzjarji, jeħtieġ li tinħareġ fattura?

M4.

Jekk iva, il-fattura trid tkun fattura simplifikata jew sħiħa?

Artikolu 221(3) tad-Direttiva 2006/112/KE — opzjoni li ma teħtieġx fattura għal provvisti eżentati

M5.

Liema provvisti eżentati, jekk hemm, ma jeħtiġux il-ħruġ ta’ fattura?

2.   Żmien ta’ ħruġ ta’ fattura

Artikolu 222 tad-Direttiva 2006/112/KE — għażla li timponi limiti ta’ żmien sa meta għandha tinħareġ fattura.

M6.

Hemm xi limitu ta’ żmien sa meta jistgħu jinħarġu fatturi oħra li mhumiex għal provvisti intra-Komunitarji jew provvisti transkonfinali ta’ servizzi suġġetti għal reverse charge?

M7.

Jekk iva, il-fattura sa meta trid tinħareġ?

3.   Fatturi fil-qosor

Artikolu 223 tad-Direttiva 2006/112/KE — il-perjodu ta’ żmien għall-ħruġ ta’ fatturi fil-qosor

M8.

Jistgħu jinħarġu fatturi fil-qosor għall-provvisti li jsiru suġġett għat-taxxa matul perjodu li hu itwal minn xahar tal-kalendarju? Dan jeskludi provvisti intra-Komunitarji u provvisti transkonfinali ta’ servizzi suġġetti għal reverse charge.

M9.

Jekk iva, kemm hu twil il-perjodu ta’ żmien?

4.   Fatturi maħruġa mill-klijent

Artikolu 224 tad-Direttiva 2006/112/KE — opzjoni għall-fatturi maħruġa mill-klijent li għandhom jinħarġu fl-isem u għan-nom tal-persuna taxxabbli

M10.

Hemm xi kundizzjoni biex il-fatturi maħruġa mill-klijent ikunu jistgħu jinħarġu fl-isem u għan-nom tal-persuna taxxabbli li tagħmel il-provvista?

5.   Esternalizzazzjoni ta’ fatturi lil partijiet terzi li mhumiex fl-UE

Artikolu 225 tad-Direttiva 2006/112/KE — opzoni li timponi kundizzjonijiet fuq partijiet terzi li mhumiex fl-UE li joħorġu fatturi fl-isem il-fornituri tal-UE

M11.

Hemm xi kundizzjonijiet imposti fuq l-esternalizzazzjoni ta’ fatturi lil partijiet terzi stabbiliti barra l-UE?

M12.

Jekk iva, x’kundizzjonijiet huma imposti?

6.   Kontenut tal-fatturi

Artikolu 227 tad-Direttiva 2006/112/KE — il-ħtieġa li jissemma n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tal-klijent

M13.

Minbarra għall-provvisti intra-Komunitarji ta’ prodotti jew provvisti ta’ reverse charge, in-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tal-klijent għandu jitniżżel fuq il-fattura?

M14.

Jekk iva, f’liema ċirkostanzi n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tal-klijent għandu jitniżżel fuq il-fattura?

Artikolu 230 tad-Direttiva 2006/112/KE — il-munita fuq il-fattura tal-VAT

M15.

Meta l-ammont tal-VAT huwa konvertit għall-munita nazzjonali permezz tar-rata tal-kambju tal-Bank Ċentrali Ewropew, hija meħtieġa notifika?

Artikolu 239 tad-Direttiva 2006/112/KE — l-użu ta’ numru ta’ referenza tat-taxxa

M16.

Xorta jinħareġ numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jekk il-fornitur jew il-klijent ma jagħmilx akkwisti intra-Komunitarji, bejgħ mill-bogħod jew provvisti intra-Komunitarji?

Artikolu 240 tad-Direttiva 2006/112/KE — l-użu ta’ numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT u ta’ numru ta’ referenza tat-taxxa

M17.

Meta jinħarġu kemm in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT kif ukoll in-numru ta’ referenza tat-taxxa, f’liema ċirkostanza għandu jitniżżel wieħed minnhom jew it-tnejn li huma fuq il-fattura?

7.   Fatturi elettroniċi u fuq il-karta

Artikolu 235 tad-Direttiva 2006/112/KE — fatturi elettroniċi maħruġa minn barra l-UE

M18.

Hemm xi kundizzjonijiet għall-fatturi elettroniċi li jinħarġu minn pajjiż terz?

M19.

Jekk iva, x’inhuma dawn il-kundizzjonijiet?

8.   Fatturi simplifikati

Artikolu 238 tad-Direttiva 2006/112/KE — l-użu ta’ fatturi simplifikati

M20.

F’liema ċirkostanzi l-fatturi simplifikati huma permessi?

Artikolu 226b tad-Direttiva 2006/112/KE — id-dettalji meħtieġa fuq fattura simplifikata

M21.

X’dettalji jridu jitniżżlu fuq fattura simplifikata?

ANNESS II

L-informazzjoni dwar il-ħażna ta’ fatturi li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu permezz tal-web portal

Artikolu 245 tad-Direttiva 2006/112/KE — il-post tal-ħażna

M1.

Jekk il-post tal-ħażna jinsab barra l-Istat Membru, in-notifika tal-post tal-ħażna hija meħtieġa?

M2.

Jekk iva, kif għandha ssir din in-notifika?

M3.

Il-fatturi fuq il-karta jistgħu jinħażnu barra l-Istat Membru?

Artikolu 247(1) tad-Direttiva 2006/112/KE — il-perjodu ta’ ħażna

M4.

X’inhuma l-perjodi ta’ ħażna għall-fatturi?

Artikolu 247(2) tad-Direttiva 2006/112/KE — il-forma ta’ ħażna

M5.

Il-fatturi fuq karta jistgħu jinħażnu elettronikament?

M6.

Il-fatturi elettroniċi jistgħu jinħażnu fil-forma ta’ karta?

M7.

Id-dejta li tiggarantixxi l-awtentiċità tal-oriġini u l-integrità tal-kontenut tal-fatturi maħżuna elettronikament, għandha tinżamm jekk jintużaw firem elettroniċi jew EDI?

Artikolu 247(3) tad-Direttiva 2006/112/KE — il-ħażna f’pajjiż terz

M8.

Il-fatturi jistgħu jinħażnu f’pajjiż terz?

M9.

Jekk iva, hemm xi kundizzjonijiet?

ANNESS III

Kodiċijiet għall-użu fit-trażmissjoni tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010

Il-Kodiċi 1.   Karburant

1.1.

Karburant għall-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

1.1.1.

Petrol

1.1.2.

Diżil

1.1.3.

LPG

1.1.4.

Gass Naturali

1.1.5.

Biokarburant

1.2.

Karburant għall-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

1.2.1.

Petrol

1.2.2.

Diżil

1.2.3.

LPG

1.2.4.

Gass Naturali

1.2.5.

Biokarburant

1.2.6.

Karozzi tal-passiġġieri

1.2.7.

Vetturi tal-merkanzija

1.3.

Karburant għall-mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

1.3.1.

Petrol

1.3.2.

Diżil

1.3.3.

LPG

1.3.4.

Gass Naturali

1.3.5.

Biokarburant

1.4.

Karburant użat speċifikament fil-vetturi għall-ittestjar

 

1.5.

Prodotti taż-żejt użati fil-lubrifikazzjoni ta’ mezzi tat-trasport jew il-magni tagħhom

 

1.6.

Karburant mixtri biex jinbiegħ

 

1.7.

Karburant għall-mezzi tat-trasport tal-merkanzija

 

1.8.

Karburant għall-karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

1.8.1.

Użati esklużivament għal skopijiet ta’ negozju

1.8.2.

Użati parzjalment għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

1.8.3.

Użati parzjalment għal skopijiet apparti dawk f’1.8.2

1.9.

Karburant użat għall-muturi, karavannijiet u bastimenti għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550  kg

1.9.1.

Użati għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, it-tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

1.9.2.

Użati għal skopijiet ta’ negozju

1.10.

Karburant għal magni u tratturi agrikoli

1.10.1.

Petrol

1.10.2.

Diżil

1.10.3.

LPG

1.10.4.

Gass Naturali

1.10.5.

Biokarburant

1.11.

Karburant għall-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri b’anqas minn 9 postijiet u karozzi tal-kiri

1.11.1.

Petrol

1.11.2.

Dijżil

1.11.3.

LPG

1.11.4.

Gass Naturali

1.11.5.

Biokarburant

1.12.

Karburant għall-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri apparti 1.8 u 1.9

 

1.13.

Karburant għall-mezzi tat-trasport li għalihom ma teżisti ebda restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

1.14.

Karburant għall-mezzi tat-trasport li għalihom hemm restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis.

 

Il-Kodiċi 2.   Il-kiri tal-mezzi tat-trasport

2.1.

Kiri ta’ mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

 

2.2.

Kiri tal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

2.2.1.

Għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-6 xhur

2.2.2.

Għal perjodu kontinwu ekwivalenti għal jew li ma jaqbiżx is-6 xhur

2.2.3.

Karozzi tal-passiġġieri

2.2.4.

Vetturi tal-merkanzija

2.3.

Kiri ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

2.3.1.

Għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-6 xhur

2.3.2.

Għal perjodu kontinwu ekwivalenti għal jew li ma jaqbiżx is-6 xhur

2.4.

Kiri ta’ mezzi għat-trasport tal-merkanzija

 

2.5.

Kiri ta’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

2.5.1.

Użati esklużivament għal skopijiet ta’ negozju

2.5.2.

Użati parzjalment għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri jew għat-tagħlim tas-sewqan

2.5.3.

Użati parzjalment għal skopijiet apparti dawk f’2.5.2

2.6.

Kiri ta’ muturi, karavannijiet u bastimenti għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550  kg

2.6.1.

Użati għat-trasport ta’ passiġġieri kummerċjali jew tagħlim tas-sewqan

2.6.2.

Użati għal skopijiet oħra ta’ negozju

2.7.

Kiri ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaqgħu taħt il-kategorija M1

 

2.8.

Kiri ta’ mezzi għat-trasport tal-passiġġieri li fihom aktar minn 9 postijiet

 

2.9.

Kiri ta’ mezzi għat-trasport tal-passiġġieri li fihom anqas minn 9 postijiet

2.9.1.

Użati għal operazzjonijiet kummerċjali

2.9.2.

Użati għal operazzjonijiet apparti dawk kummerċjali

2.10.

Kiri ta’ mezzi tat-trasport li għalihom ma teżisti ebda restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

2.11.

Kiri ta’ mezzi tat-trasport li għalihom hemm restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis.

 

2.12.

Kiri ta’ mezzi tat-trasport apparti dawk f’2.5 u 2.6

 

Il-Kodiċi 3.   Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport (minbarra l-merkanzija u s-servizzi msemmija taħt il-kodiċijiet 1 u 2)

3.1.

Nefqa relatata mal-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.1.

Xiri ta’ mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.2.

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.3.

Xiri u installazzjoni ta’ aċċessorji għal mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.4.

Iggaraxxjar u parkeġġ għal mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.5.

Infiq ieħor relatat mal-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.

Infiq relatat mal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.1.

Xiri tal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.2.

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.3.

Xiri u installazzjoni ta’ aċċessorji għal mezzi tat-trasport b’massa anqas jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.4.

Iggaraxxjar u parkeġġ għal mezzi tat-trasport b’massa anqas jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.5.

Infiq ieħor relatat mal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.6.

Karozzi tal-passiġġieri

3.2.7.

Vetturi tal-merkanzija

3.3.

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.1.

Xiri ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.2.

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.3.

Xiri u installazzjoni ta’ aċċessorji għal mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.4.

Iggaraxxjar jew parkeġġ ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.5.

Infiq ieħor relatat ma’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.4.

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.1.

Xiri ta’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.2.

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.3.

Iggaraxxjar jew parkeġġ ta’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.4.

Infiq ieħor relatat ma’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija apparti dawk fi 3.4.1, 3.4.2 u 3.4.3

3.5.

Manutenzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

3.5.1.

Użati esklużivament għal skopijiet ta’ negozju

3.5.2.

Użati parzjalment għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

3.5.3.

Użati parzjalment għal skopijiet ta’ negozju apparti dawk fi 3.5.2

3.6.

Manutenzjoni ta’ muturi, karavannijiet u bastimenti għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550  kg

3.6.1.

Użati għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

3.6.2.

Użati għal skopijiet oħra ta’ negozju

3.7.

Infiq, apparti manutenzjoni, iggaraxxjar u parkeġġ relatat ma’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

3.7.1.

Użati esklużivament għal skopijiet ta’ negozju

3.7.2.

Użati parzjalment għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

3.7.3.

Użati parzjalment għal skopijiet apparti dawk fi 3.7.2

3.8.

Infiq, apparti f’manutenzjoni, iggaraxxjar u parkeġġ relatat ma’ muturi, karavannijiet u bastimenti għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550  kg.

3.8.1.

Użati għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, għat-tagħlim tas-sewqan jew għall-bejgħ mill-ġdid

3.8.2.

Użati għal skopijiet oħra ta’ negozju

3.9.

Xiri ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaqgħu taħt il-kategorija M1

 

3.10.

Xiri ta’ aċċessorji għal karozzi tal-passiġġieri taħt il-kategorija M1, inkluż l-armar u l-installazzjoni tagħhom

 

3.11.

Infiq relatat mal-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri b’aktar minn 9 postijiet jew ma’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

 

3.12.

Infiq relatat mal-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri b’anqas minn 9 postijiet użati għal operazzjonijiet kummerċjali

 

3.13.

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport li għalihom ma teżisti ebda restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

3.14.

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport li għalihom hemm restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

3.15.

Manutenzjoni ta’ mezzi għat-trasport tal-passiġġieri apparti karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji, muturi, karavannijiet u bastimenti għal skopijiet ta’ rikreazzjoni u sport, u inġenji tal-ajru b’massa akbar minn 1 550  kg.

 

3.16.

Iggaraxxjar jew parkeġġ ta’ mezzi tat-trasport tal-passiġġieri

 

3.17.

Infiq, apparti f’manutenzjoni, iggaraxxjar jew parkeġġ relatat ma’ mezzi tat-trasport apparti dawk ta’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji, muturi, karavannijiet u bastimenti għal skopijiet ta’ rikreazzjoni u sport, u inġenji tal-ajru b’massa akbar minn 1 550  kg.

 

Il-Kodiċi 4.   Ħlasijiet għall-użu tat-triq u għall-utent tat-triq

4.1.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

 

4.2.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500  kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

4.2.1.

Karozzi tal-passiġġieri

4.2.2.

Vetturi tal-merkanzija

4.3.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

 

4.4.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal kull mezz tat-trasport li jaqsam il-Pont Great Belt

 

4.5.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal kull mezz tat-trasport li jaqsam il-Pont Öresund

 

4.6.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal mezzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ħlas li fihom aktar minn 9 postijiet

 

4.7.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal mezzi għat-trasport tal-passiġġieri bil-ħlas li fihom anqas minn 9 postijiet

 

4.8.

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal vetturi użati fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

4.8.1.

Għall-organizzatur tal-avveniment

4.8.2.

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas isir direttament lill-organizzatur

Il-Kodiċi 5.   Spejjeż ta’ vjaġġar, bħal nollijiet tat-taxi, nollijiet tat-trasport pubbliku

5.1.

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

5.2.

Għal persuna oħra apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

5.3.

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

5.3.1.

Għall-organizzatur tal-avveniment

5.3.2.

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas isir direttament lill-organizzatur

Il-Kodiċi 6.   Akkomodazzjoni

6.1.

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

6.2.

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

6.3.

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli li jattendi konferenzi li jikkwalifikaw

 

6.4.

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

6.4.1.

Għall-organizzatur tal-avveniment

6.4.2.

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas isir direttament lill-organizzatur

6.5.

Infiq fuq akkomodazzjoni għal impjegat tal-persuna taxxabbli li jġib il-merkanzija jew jipprovdi s-servizzi

 

6.6.

Infiq fuq akkomodazzjoni għal forniment li jiġi mibgħut lil ħaddieħor

 

6.7.

Infiq fuq akkomodazzjoni apparti dawk f’6.5 jew 6.6

 

Il-Kodiċi 7.   Ikel, xorb u servizzi ta’ ristoranti

7.1.

Ikel u xorb provdut mil-lukandi, barijiet, ristoranti u boarding houses, inkluż il-kollazzjon

7.1.1.

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

7.1.2.

Għall-persuna oħra apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

7.2.

Ikel u xorb provdut fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

7.2.1.

Għall-organizzatur tal-avveniment

7.2.2.

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas jintalab direttament mill-organizzatur

7.3.

Ikel u xorb għal impjegat tal-persuna taxxabbli li jġib il-merkanzija jew jipprovdi s-servizzi

 

7.4.

Servizzi ta’ ristoranti mixtrija għal forniment li jiġi mibgħut lil ħaddieħor

 

7.5.

Xiri ta’ ikel, xorb jew servizzi ta’ ristoranti apparti dawk f’7.2, 7.3 u 7.4

 

Il-Kodiċi 8.   Dħul għal fieri u wirjiet

8.1.

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

8.2.

Għall-persuna oħra apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

Il-Kodiċi 9.   Infiq għal-lussu u d-divertiment

9.1.

Xiri ta’ alkoħol

 

9.2.

Xiri ta’ tabakk manifatturat

 

9.3.

Infiq fuq riċevimenti u divertiment

9.3.1.

Għal skopijiet ta’ pubbliċità

9.3.2.

Mhux għal skopijiet ta’ pubbliċità

9.4.

Infiq fuq manutenzjoni ta’ inġenji għad-divertiment

 

9.5.

Infiq fuq opri tal-arti, oġġetti ta’ kollezzjoni u antikitajiet

 

9.6.

Infiq għal-lussu u d-divertiment għall-pubbliċità

 

9.7.

Infiq għal-lussu u divertiment apparti dawk f’9.1, 9.2 u 9.3

 

Il-Kodiċi 10.   Oħrajn

10.1.

Għodod

 

10.2.

Tiswijiet fil-perjodu tal-garanzija

 

10.3.

Servizzi marbuta mal-edukazzjoni

 

10.4.

Xogħol fuq proprjetà

10.4.1.

Xogħol fuq proprjetà immobbli

10.4.2.

Xogħol fuq proprjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha

10.4.3.

Xogħol fuq proprjetà mobbli apparti dawk f’kodiċi 3

10.5.

Xiri jew kiri ta’ proprjetà

10.5.1.

Xiri jew kiri ta’ proprjetà immobbli

10.5.2.

Xiri jew kiri ta’ proprjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha jew għar-rikreazzjoni.

10.5.3.

Xiri jew kiri ta’ proprjetà mobbli konnessa ma’ jew użata fi proprjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha jew għar-rikreazzjoni.

10.5.4.

Xiri jew kiri ta’ proprjetà mobbli apparti dawk f’kodiċi 2

10.6.

Forniment ta’ ilma, gass jew elettriku permezz tan-netwerk ta’ distribuzzjoni

 

10.7.

Rigali ta’ valur żgħir

 

10.8.

Spejjeż relatati mal-uffiċċju

 

10.9.

Parteċipazzjoni f’fieri u seminars, edukazzjoni jew taħriġ

10.9.1.

Fieri

10.9.2.

Seminars

10.9.3.

Edukazzjoni

10.9.4.

Taħriġ

10.10.

Rata fissa addizzjonali fuq bhejjem u prodotti agrikoli

 

10.11.

Infiq fuq posta lejn pajjiżi barra l-UE

 

10.12.

Infiq fuq faks u telefown, marbuta mal-akkomodazzjoni

 

10.13.

Oġġetti u servizzi mixtrija mill-organizzattur tal-vjaġġ għall-benefiċċju dirett tal-vjaġġatur

 

10.14.

Oġġetti mixtrija biex jinbiegħu apparti dawk f’1.6

 

10.15.

Servizzi mixtrija biex jinbiegħu apparti dawk f’6.6 u 7.4

 

10.16.

Xogħol fuq proprjetà

10.16.1.

Xogħol fuq proprjetà immobbli użata bħala residenza jew faċilità ta’ rikreazzjoni

10.16.2.

Xogħol fuq proprjetà immobbli apparti dik f’10.16.1

10.16.3.

Xogħol fuq proprjetà mobbli konnessa ma’ jew użata fi proprjetà immobbli f’10.16.1

10.16.4.

Xogħol fuq proprjetà mobbli apparti dik f’10.16.3

10.17.

Infiq fuq proprjetà

10.17.1.

Infiq fuq proprjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha jew għar-rikreazzjoni.

10.17.2.

Infiq fuq proprjetà immobbli apparti dik f’10.17.1


ANNESS IV

Mudell għall-komunikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010

Stat Membru:

Sena:

Parti A:   Statistiċi skont l-Istat Membru:

 

Artikolu 7 - 12

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 25

Kaxxa

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

 

Talbiet għal informazzjoni rċevuta

Talbiet għal informazzjoni mibgħuta

Tweġibiet tard + pendenti

Tweġibiet irċevuti fi żmien xahar

Notifikazzjonijiet rċevuti skont l- Artikolu 12

Informazzjoni spontanja rċevuta

Informazzjoni spontanja mibgħuta

Talbiet li jidħlu għal feedback

feedback mibgħut

Talbiet għal feedback li joħorġu

feedback irċevut

Talba għal notifikazzjoni amministrattiva rċevuta

Talba għal notifikazzjoni amministrattiva mibgħuta

AT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BG

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CY

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CZ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DK

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

EE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

EL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ES

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

GB

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HU

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LU

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RO

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SK

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Parti B:   Statistiċi globali oħrajn:

Statistiċi dwar in-negozjanti

14

L-għadd ta’ negozjanti li ddikjaraw akkwisti intra-Komunitarji matul is-sena kalendarja

 

15

L-għadd ta’ negozjanti li ddikjaraw bejgħ ta’ oġġetti u/jew servizzi intra-Komunitarju matul is-sena kalendarja

 

Statistiċi dwar il-verifiki u s-servizz ta’ informazzjoni

16

L-għadd ta’ drabi li ntuża l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (Preżenza f’uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni f’inkjesti amministrattivi fi Stati Membri oħra)

 

17

L-għadd ta’ kontrolli simultanji mibdijin mill-Istat Membru (Artikoli 29 u 30 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010)

 

18

L-għadd ta’ kontrolli simultanji li l-Istat Membru ħa sehem fihom (Artikoli 29 u 30 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010)

 

Statistiċi dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni mingħajr talba (Regolament tal-Kummissjoni Riformulat (UE) Nru 79/2012)

19

Kwantità ta’ numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT allokati lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru tiegħek (Artikolu 3 (1) a tar-Regolament (UE) Nru 79/2012)

 

20

Volumi ta’ informazzjoni dwar mezzi ta’ trasport ġodda (Artikolu 3 (2) tar-Regolament (UE) Nru 79/2012) li ġew ippreżentati lil Stati Membri oħrajn

 

Kaxex opzjonali (test liberu)

21

Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni ieħor (awtomatiku) mhux kopert f’kaxex preċedenti.

 

22

Benefiċċji u/jew riżultati ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

 


ANNESS V

Regolamenti revokati

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1925/2004

(ĠU L 331, 5.11.2004, p. 13)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

(ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1174/2009

(ĠU L 314, 1.12.2009, p. 50)


ANNESS VI

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1925/2004

Regolament (KE) Nru 1174/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

 

Artikolu 1

Artikolu 2

 

Punti (1) u (2) tal-Artikolu 3

 

Artikolu 2(1) u (2)

Punti (3), (4) u (5) tal-Artikolu 3

 

Artikolu 4(1) u (2)

 

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 4(3), (4) u (5)

 

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5

 

Artikolu 4

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 5

 

Artikolu 6

 

Artikolu 5

Artikolu 7

 

Artikolu 6

Artikolu 8

 

Artikolu 9

 

Artikolu 11

Artikolu 10

 

Artikolu 12

Artikolu 11

 

Artikolu 14

Anness

 

Anness IV

 

Artikolu 1

Artikolu 8

 

Artikolu 2

Artikolu 9

 

Artikolu 3

Artikolu 10

 

Anness

Anness III


1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 80/2012

tal-31 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 tad-29 Lulju 1983 li jistabbilixxi lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Artikolu 53(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 jipprovdi għal dħul b’eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi importati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali minn stabbilimenti pubbliċi, jew dawk id-dipartimenti ta’ stabbiliment pubbliċi, jew minn stabbilimenti privati awtorizzati, li l-attività ewlenija tagħhom hija l-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika. Tali dħul b’eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni huwa limitat, madankollu, għal sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li għalihom m’hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju doganali tal- Unjoni u li huma inklużi f’lista mfassla skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4).

(3)

Skont informazzjoni miksuba mill-Istati Membri m’hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju doganali tal-Unjoni tas-sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi eliġibbli għal dħul b’eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2288/83 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

(2)   ĠU L 220, 11.8.1983, p. 13.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS I

Numru CUS

Kodiċi NM (1)

Deskrizzjoni

 

ex 2845 90 90

Helium- 3

 

ex 2845 90 90

(Ossiġenu-18) Ilma

0020273-3

ex 2901 29 00

3-Methylpent-1-ene

0020274-4

ex 2901 29 00

4-Methylpent-1-ene

0020275-5

ex 2901 29 00

2-Methylpent-2-ene

0020276-6

ex 2901 29 00

3-Methylpent-2-ene

0020277-7

ex 2901 29 00

4-Methylpent-2-ene

0025634-8

ex 2902 19 00

P-Mentha-1 (7), 2-diene beta-Phellandrene

0014769-3

ex 2903 99 90

4,4′-Dibromobiphenyl

0017305-7

ex 2904 10 00

Ethyl methanesulphonate

0014364-6

ex 2923 90 00

Decamethonium bromide (INN)

0020641-7

ex 2926 90 95

1-Naphtonitrile

0020642-8

ex 2926 90 95

2-Naphtonitrile

0022830-8

ex 2936 21 00

Retinyl acetate

0045091-9

ex 3204 12 00

Sulphorhodamine G (C.I. Acid Red 50)

0021887-1

ex 3507 90 90

Phosphoglucomutase


(1)  Fejn “ex” kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħudin flimkien


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83

(ĠU L 220, 11.8.1983, p. 13)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1798/84

(ĠU L 168, 28.6.1984, p. 22)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2340/86

(ĠU L 203, 26.7.1986, p. 15)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3692/87

(ĠU L 347, 11.12.1987, p. 16)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 213/89

(ĠU L 25, 28.1.1989, p. 70)


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 2288/83

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 81/2012

tal-31 ta’ Jannar 2012

dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti jew għaċ-ċaħda ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-evalwazzjoni tas-sustanzi, il-mikroorganiżmi, u l-preparazzjonijiet użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-furrajna mid-data li fiha r-Regolament sar applikabbli. Skont il-leġiżlazzjoni preċedenti tal-Unjoni, l-addittivi tal-furrajna ma kinux soġġetti għal evalwazzjoni jew awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1)(b) u l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjoni tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) ddaħħlet fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala addittiv tal-furrajna għall-ispeċi kollha tal-annimali.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf tal-ispeċi kollha tal-annimali, b’talba biex dan jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali tal-“addittivi tal-furrajna”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Novembru 2011 (2) li l-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) huwa reżistenti għal tliet antibijotiċi użati fil-mediċina umana u veterinarja.

(5)

It-tagħrif mogħti ma jippermettix l-esklużjoni tar-riskju li l-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) jista’ jifrex reżistenza mill-antibijotiċi lill-mikroorganiżmi. Għaldaqstant, ma ġiex stabbilit li l-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) m’għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, meta jintuża skont il-kundizzjonijiet proposti.

(6)

Għalhekk il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, mhux sodisfatti. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf għandha tiġi miċħuda.

(7)

Peress li iżjed użu tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv fl-għalf jista’ jikkawża riskju fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, il-prodotti rispettivi għandhom jitneħħew mis-suq mill-aktar fis possibbli.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali hija miċħuda.

Artikolu 2

Ħażniet eżistenti tal-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) u taħlitiet lesti minn qabel li fihom lilu għandhom jitneħħew mis-suq mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mis-22 ta’ April 2012. Il-furrajna li fiha l-Lactobacillus pentosus (DSM 14025) u li saret qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament tista’ tintuża sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2011; 9(11):2449.


1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/38


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 82/2012

tal-31 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

138,3

MA

51,9

TN

91,3

TR

123,6

ZZ

101,3

0707 00 05

EG

217,9

JO

241,9

MA

148,6

TR

175,4

ZZ

196,0

0709 91 00

EG

143,2

ZZ

143,2

0709 93 10

MA

107,2

TR

182,4

ZZ

144,8

0805 10 20

EG

52,6

MA

53,2

TN

58,6

TR

64,0

ZZ

57,1

0805 20 10

IL

185,7

MA

87,2

ZZ

136,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

61,2

EG

88,5

IL

101,9

JM

118,0

KR

91,7

MA

124,1

PK

50,1

TR

87,8

ZZ

90,4

0805 50 10

EG

69,0

TR

53,5

ZZ

61,3

0808 10 80

CA

118,4

CL

98,4

CN

74,5

US

141,9

ZZ

108,3

0808 30 90

CN

53,7

TR

95,1

US

118,8

ZA

92,8

ZZ

90,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 83/2012

tal-31 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Frar 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Frar 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Frar 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

17.1.2012-30.1.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

243,28

188,27

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

330,76

320,76

300,76

Primjum tal-Golf

88,08

17,87

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

17,88  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Jannar 2012

rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

(2012/56/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 271 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 (2) emenda l-limiti applikabbli fil-qasam tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku previsti mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3).

(2)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u fl-Artikolu 158(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(3)

Peress li l-limiti emendati mir-Regolament (UE) Nru 1251/2011 huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012, din id-Deċiżjoni għandha tapplika wkoll mill-1 ta’ Jannar 2012. Jeħtieġ għalhekk li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/78/UE tad-9 ta’ Frar 2010 rigward ir-reviżjoni tal-limiti msemmija fl-Artikolu 157(b) u l-Artikolu 158(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (4) m’għadhiex valida u għaldaqstant għandha tiġi rrevokata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri f’euro tal-livelli applikabbli għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku għandhom ikunu stabbiliti kif ġej:

EUR 5 000 000 fl-Artikolu 157(b);

EUR 130 000 fl-Artikolu 158(1)(a);

EUR 200 000 fl-Artikolu 158(1)(b);

EUR 5 000 000 fl-Artikolu 158(1)(c).

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/78/UE hija rrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 319, 2.12.2011, p. 43.

(3)   ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(4)   ĠU L 37, 10.2.2010, p. 73.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/44


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ANDORRA

tal-25 ta’ Jannar 2012

li tistabbilixxi l-lista ta’ dispożizzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà doganali prevista mill-Artikolu 12b(1) tal-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra

(2012/57/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-28 ta’ Ġunju 1990, (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 12b(1) tiegħu,

Billi l-Artikolu 12b(1) jistipula li l-Prinċipat ta’ Andorra għandu jadotta l-miżuri doganali ta’ sigurtà applikati mill-Unjoni u li għandha tiġi stabbilita lista dettaljata tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tal-acquis communautaire mill-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 17 tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tad-dispożizzjonijiet tal-acquis communautaire li għandhom jiġu adottati mill-Prinċipat ta’ Andorra taħt l-Artikolu 12b(1) tal-Ftehim hija stabbilita kif ġej:

Kategorija tal-Miżuri doganali ta’ sigurtà

Dispożizzjonijiet tal-kodiċi doganali komunitarju — Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1)

Dispożizzjonijiet b’applikazzjoni tal-kodiċi doganali komunitarju — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2)

Dikjarazzjonijiet qabel id-dħul u l-ħruġ tal-merkanzija

Dħul: Artikoli 36a sa 36c

Dħul: Artikoli 181b sa 184c

 

Ħruġ: Artikoli 182a sa 182d

Ħruġ:

Artikoli 592a sa 592d u 592f (dikjarazzjoni doganali għall-esportazzjoni)

Artikoli 842a sa 842f (dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ)

Operatur ekonomiku awtorizzat

Artikolu 5a

Artikoli 14a sa 14d, 14f sa 14k u 14q sa 14x

Il-kontrolli doganali ta’ sigurtà u l-ġestjoni tar-riskji fil-qasam tas-sigurtà

Artikolu 13

Ġenerali: Artikoli 4f sa 4j

 

Dħul: Artikoli 184d sa 184e

Ħruġ:

Artikoli 592e sa 592g (dikjarazzjoni doganali għall-esportazzjoni)

Artikolu 842d(2) (dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 02, Vol 06, p. 3).