ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.028.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
31.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 64/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għat-tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(7) tal-istess Direttiva,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet għat-tibdil rigward l-emissjonijiet tagħhom u jistabbilixxi r-regoli għall-konformità tal-użu, id-durabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD), il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3(15) tal-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-vetturi u l-magni għandhom jingħataw approvazzjoni skont it-tip biss b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu meta l-proċeduri tal-kejl għall-kejl tan-numru PM kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kull dispożizzjoni speċifika dwar il-magni multi-setting li huma meħtieġa u d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 ikunu ġew adottati. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 sabiex jinkludi dawn ir-rekwiżiti. |
(3) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (4) għandhom jiġu applikati mutatis mutandis. Għalhekk, huwa xieraq li jiżdiedu ma’ dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu adattati biex jiġu kkunsidrati l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi heavy-duty. |
(4) |
B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġu adottati proċeduri speċifiċi għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji. Huwa xieraq ukoll li jiġu adottati rekwiżiti u proċeduri speċifiċi għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi fil-każ ta’ adattamenti tal-klijenti u għall-produzzjoni ta’ volum żgħir. Finalment, huwa xieraq li ssir referenza għall-istandards speċifiċi għall-ipprogrammar mill-ġdid żviluppati għall-vetturi heavy-duty. |
(5) |
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tista’ tkun ta’ piż kbir wisq għall-manifatturi tal-vetturi f’terminu qasir rigward ċerti sistemi li jiġu trasferiti minn tipi ta’ vetturi qodma għal tipi ta’ vetturi ġodda. Għalhekk huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti derogi limitati mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-finijiet tad-disinn u l-manifattura ta’ tagħmir li jitħarrek minnu nnifsu għal vetturi li jużaw fjuwils alternattivi għandhom jiġu stabbiliti malli l-approvazzjoni tat-tip ta’ dan it-tagħmir issir possibbli. |
(7) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-installazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (5), it-tagħmir li jillimita l-veloċità għandu jiġi installat minn stabbilimenti jew korpi approvati mill-Istati Membri. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar tagħmir ta’ reġistrazzjoni għat-trasport fit-triq (6), l-istabbilimenti approvati biss jistgħu jagħmlu kalibrazzjoni fuq tagħmir ta’ reġistrazzjoni fil-vetturi bil-mutur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi eskluża l-informazzjoni dwar l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ unitajiet ta’ kontroll għal tagħmir li jillimta l-veloċità u tagħmir ta’ reġistrazzjoni mid-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punti li ġejjin (42), (43) u (44) huma miżjuda:
|
(2) |
L-Artikoli 2a sa 2h li ġejjin għandhom jiġu inklużi: “Artikolu 2a Aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 1. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-Anness XVII għal dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi hija aċċessibbli f’websajts billi jintuża format standardizzat b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u malajr, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. Il-manifatturi għandhom jagħmlu materjal ta’ taħriġ għad-dispożizzjoni ta’ operaturi indipendenti u għall-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. 2. L-awtoritajiet ta’ approvazzjoni għandhom jagħtu biss approvazzjoni tat-tip wara li jirċievu mingħand il-manifattur Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi. 3. Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi għandu jservi bħala prova ta’ konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009. 4. Iċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi għandu jitħejja skont il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness XVII. 5. L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandhom jinkludu dan li ġej:
6. In-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ manifattur ta’ vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom mhumiex membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura. 7. L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema tal-informazzjoni 8. Għall-manifattura u r-reviżjoni ta’ parts ta’ tibdil jew parts għall-manutenzjoni kompatibbli mal-OBD u għodda dijanjostiċi u tagħmir għall-ittestjar, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-OBD rilevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi fuq bażi mhux diskriminatorja lil kull manifattur jew sewwej interessat tal-komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir għall-ittestjar. 9. Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għas-sewwejja awtorizzati. 10. Fejn ir-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vettura jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f’ismu, is-sewwejja indipendenti, li jkunu ġew approvati u awtorizzati kif meħtieġ fit-Taqsima 2.2 tal-Anness XVII, għandu jkollhom aċċess bla ħlas għal dawn ir-rekords u bl-istess kundizzjonijiet tas-sewwejja awtorizzati sabiex ikunu jistgħu jdaħħlu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu għamlu. 11. Il-manifattur għandu jagħmel għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati l-informazzjoni li ġejja:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-iżvilupp tal-komponenti ta’ tibdil ma għandux ikun ristrett minn xi fattur li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (b), tal-ewwel subparagrafu, fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tal-ittestjar skont l-ISO 22900 Interfaċċja Modulari tal-Komunikazzjonijiet tal-Vettura (MVCI - Modular Vehicle Communication Interface) u l-ISO 22901 L-Iskambju Miftuħ ta’ Dejta Dijanjostika (ODX — Open Diagnostic Data Exchange) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tal-websajt tal-manifattur. Artikolu 2b Approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji 1. Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kif stabbilit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-manifattur finali għandu jkun responsabbli biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi rigward l-istadju (l-istadji) tal-manifattura tiegħu u l-link għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel. Barra minn hekk, il-manifattur finali għandu jipprovdi lill-operaturi indipendenti l-informazzjoni li ġejja fil-websajt tiegħu:
2. Kull manifattur responsabbli għal stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun responsabbli biex jipprovdi, permezz tal-websajt tiegħu, aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi rigward l-istadju (l-istadji) tal-approvazzjoni tat-tip li huwa responsabbli għaliha u l-link għall-istadju (l-istadji) ta’ qabel. 3. Il-manifattur responsabbli għal stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-manifattur responsabbli mill-istadju li jkun imiss:
Kull manifattur għandu jawtorizza lill-manifattur responsabbli mill-istadju li jkun imiss biex dan jgħaddi d-dokumenti mogħtija lill-manifatturi responsabbli għall-istadji sussegwenti u għall-istadju finali. Barra minn hekk, fuq bażi kuntrattwali, il-manifattur responsabbli minn stadju jew stadji partikolari tal-approvazzjoni tat-tip għandu:
4. Manifattur, inkluż il-manifattur finali, jista’ jitlob ħlas biss skont l-Artikolu 2f dwar l-istadju (l-istadji) partikolari li huwa responsabbli minnu (minnhom). Manifattur, inkluż il-manifattur finali, ma għandux jitlob ħlas jekk jipprovdi informazzjoni dwar l-indirizz tal-websajt jew id-dettalji tal-kuntatt ta’ kwalunkwe manifattur ieħor. Artikolu 2c Adattamenti għall-klijent 1. Permezz ta’ deroga tal-Artikolu 2a, jekk in-numru ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-adattament speċifiku għall-klijent ikun inqas minn total ta’ 250 unità prodotti fuq livell dinji, l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-adattament għall-klijent għandha tingħata b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. Għall-manutenzjoni u l-ipprogrammar mill-ġdid tal-unitajiet elettroniċi tal-kontroll rigward l-adattament għall-klijent, il-manifattur għandu jagħmel l-għodda dijanjostika jew it-tagħmir tal-ittestjar speċjalizzati bi dritt esklussiv rispettivi għad-dispożizzjoni ta’ operaturi indipendenti kif dawn jingħataw lis-sewwejja awtorizzati. L-adattamenti għall-klijenti għandhom jitniżżlu fuq il-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tal-manifattur u msemmija fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip. 2. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, jekk in-numru ta’ sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal adattament speċifiku għall-klijent ikun ogħla minn 250 unità fuq livell dinji, il-manifattur jista’ jidderoga mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 2a biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi billi jagħmel użu minn format standardizzat. Fejn il-manifattur jagħmel użu minn din it-tip ta’ deroga, huwa għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. 3. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-għodda dijanjostika jew it-tagħmir tal-ittestjar speċjalizzati bi dritt esklussiv biex jagħmlu manutenzjoni tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi adattati għall-klijent, għad-dispożizzjoni tal-operaturi indipendenti permezz ta’ bejgħ u kiri. 4. Il-manifattur għandu jsemmi fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip, l-adattamenti għall-klijent li għalihom l-obbligu msemmi fl-Artikolu 2a li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bl-użu ta’ format standardizzat, jiġi derogat minn kull unità elettronika tal-kontroll relatata magħhom. Dawk l-adattamenti għall-klijent u kull unità elettronika tal-kontroll relatata magħhom għandhom jitniżżlu wkoll fil-websajt bl-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tal-manifattur. Artikolu 2d Manifatturi ta’ volum żgħir 1. Permezz ta’ deroga tal-Artikolu 2a, dawk il-manifatturi li l-produzzjoni annwali tagħhom ta’ tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata soġġetti għal dan ir-Regolament hija inqas minn 250 unità, għandhom jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni b’mod li jkun aċċessibbli faċilment u fil-pront, u b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew l-aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. 2. Il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata soġġetti għall-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu fil-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-manifattur. 3. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kull approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-manifatturi ta’ volum żgħir. Artikolu 2e Sistemi ta’ trasferiment 1. Sat-30 ta’ Ġunju 2016, fir-rigward tas-sistemi ta’ trasferiment imniżżla fl-Appendiċi 3 tal-Anness XVII, il-manifattur jista’ jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII. Deroga bħal din għandha tiġi indikata fiċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi meta ssir l-approvazzjoni tat-tip. Is-sistemi li minħabba fihom manifattur jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII għandhom jitniżżlu fil-websajt tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tiegħu. 2. Għall-manutenzjoni u l-ipprogrammar mill-ġdid tal-unitajiet elettroniċi tal-kontroll fis-sistemi ta’ trasferiment li minħabba fihom manifattur jidderoga mill-obbligu li jerġa’ jipprogramma l-unitajiet elettroniċi tal-kontroll skont l-istandards imsemmija fl-Anness XVII, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-għodda jew it-tagħmir rispettiv bi dritt esklussiv jistgħu jinxtraw jew jinkrew minn operaturi indipendenti. Artikolu 2f Ħlas għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 1. Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlas xieraq u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi koperta b’dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-ħlas għandu jiġi kkunsidrat li mhux xieraq u mhux proporzjonat jekk ikun ta’ skoraġġiment għall-aċċess billi ma jikkunsidrax kemm l-operatur indipendenti jista’ jagħmel użu minnu. 2. Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, inklużi s-servizzi ta’ tranżazzjoni bħall-ipprogrammar mill-ġdid jew l-assistenza teknika, fuq bażi ta’ sigħat, ġranet, xhur, u snin, bi ħlas għall-aċċess għall-informazzjoni bħal din li jvarja skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi li għalihom jingħata dan l-aċċess. Barra mill-aċċess skont iż-żmien, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess skont it-tranżazzjoni, li għalih jintalab ħlas għal kull tranżazzjoni u mhux skont il-ħin ta’ kemm jingħata l-aċċess. Fejn jiġu offruti ż-żewġ sistemi ta’ aċċess mill-manifatturi, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu l-aktar sistema ta’ aċċess li jippreferu, li tista’ tkun skont il-ħin jew skont it-tranżazzjoni. Artikolu 2g Konformità mal-obbligi rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 1. Kull awtorità tal-approvazzjoni tista’, fi kwalunkwe ħin, kemm jekk fuq inizjattiva tagħha, jekk jinqala’ xi lment, jew skont valutazzjoni minn servizz tekniku, tiċċekkja l-konformità ta’ manifattur mar-Regolament (KE) Nru 595/2009, dan ir-Regolament, u t-termini taċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi. 2. Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-manifattur mhuwiex konformi mal-obbligi rigward l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip rilevanti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu t-tneħħija jew is-sospensjoni tal-approvazzjoni tat-tip, multi, jew miżuri oħra adottati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009. 3. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha mbagħad tagħmel verifika biex tiċċekkja l-konformità tal-manifattur mal-obbligi li jikkonċernaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, jekk operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-operaturi indipendenti jagħmlu lment lill-awtorità tal-approvazzjoni. 4. Meta ssir il-verifika, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob servizz tekniku jew espert indipendenti ieħor biex jagħmel valutazzjoni biex jivverifika jekk dawn l-obbligi jkunux issodisfati. Artikolu 2h Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-Forum dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar il-Vetturi stabbilit skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (*) għandhom jiġu estiżi għall-vetturi koperti bir-Regolament (KE) Nru 595/2009. Jekk ikun hemm evidenza ta’ użu ħażin bi ħsieb jew mhux intenzjonat tal-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-Forum għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex ma jsirx użu ħażin tal-informazzjoni bħal dan. |
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 6, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Dispożizzjonijiet amministrattivi għal approvazzjoni tat-tip KE ta’ sistema ta’ magna jew familja ta’ magni bħala unità teknika separata rigward l-emissjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni”. |
(6) |
Fl-Artikolu 7(4), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 14(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
Fl-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-manifattur għandu jiżgura li t-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta’ sostitutuzzjoni maħsub biex jitwaħħal fuq sistemi ta’ magni jew vetturi b’approvazzjoni tat-tip KE koperti bir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huwa ta’ tip approvat mill-KE, bħala unitajiet tekniċi separati skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 1a, 16 u 17.” |
(9) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-manifattur għandu jissottometti ċ-Ċertifikat ta’ Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u għall-Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi.”. |
(10) |
L-Annessi I, II, III, VI, X, XI u XIII huma emendati skont l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(11) |
Anness ġdid XVII, li t-test tiegħu huwa miktub fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, huwa miżjud. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1.
(4) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(6) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
ANNESS I
L-Annessi I, II, III, VI, X, XI u XIII għar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness III, il-punt 2.1.1 li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 2.1:
|
(4) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej: Fl-Appendiċi 1, it-Taqsima ġdida li ġejja hija miżjuda fid-dokument Mudell tal-informazzjoni: “AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI
|
(7) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
(1) Vettura jew vetturi fil-każ ta’ magna sekondarja”
ANNESS II
ANNESS XVII
AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR L-OBD TAL-VETTURI U GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI
1. INTRODUZZJONI
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi |
2. REKWIŻITI
2.1. |
L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi disponibbli permezz ta’ websajts għandhom isegwu l-istandard komuni kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2009. Sakemm jiġi adottat dan l-istandard, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi b’mod standardizzat li ma jkunx diskriminatorju meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet mogħtija jew aċċess mogħti lin-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati. Dawk li jkunu jeħtieġu d-dritt li jikkupjaw jew jerġgħu jippubblikaw l-informazzjoni għandhom jinnegozjaw direttament mal-manifattur konċernat. L-informazzjoni dwar materjal ta’ taħriġ għandha tkun disponibbli wkoll, iżda tista’ tiġi ppreżentata premezz ta’ midja oħra minbarra l-websajts. L-informazzjoni dwar il-partijiet kollha tal-vettura, li biha l-vettura, kif identifikata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u kull kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-rota, l-output tal-magna, il-livell jew opzjonijiet tat-trim, hija mgħammra mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn spare parts offruti mill-manifattur tal-vettura lis-sewwejja jew negozjanti awtorizzati tiegħu jew partijiet terzi permezz ta’ referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), għandha tkun disponibbli f’bażi ta’ dejta li tkun faċilment aċċessibbli għall-operaturi indipendenti. Din il-bażi ta’ dejta għandha tinkludi l-VIN, in-numri tal-partijiet OE, l-attributi tal-validità (id-dati validu minn u validu sa), l-attributi tal-immuntar u fejn applikabbli l-karatteristiċi tal-istrutturar. L-informazzjoni fuq il-bażi ta’ dejta għandha tiġi aġġornata regolarment. L-aġġornamenti għandhom jinkludu b’mod partikolari l-modifiki kollha lill-vetturi individwali wara l-produzzjoni tagħhom jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għan-negozjanti awtorizzati. |
2.2. |
L-aċċess għall-karatteristiċi tas-sigurtà tal-vettura li jintużaw min-negozjanti u mill-ħwienet tat-tiswija awtorizzati għandu jkun disponibbli għall-operaturi indipendenti taħt il-protezzjoni tat-teknoloġija tas-sigurtà skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fl-Artikolu 2h għandu jispeċifika l-paramentri għat-twettiq ta’ dawn ir-rekwiżiti skont l-aħħar avvanzi. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal din il-fini fuq il-bażi ta’ dokumenti li juru li huwa jwettaq attività leġittima ta’ negozju u li ma nstabx ħati ta’ xi attività kriminali. |
2.3. |
Ir-riprogrammazzjoni tal-unitajiet ta’ kontroll tal-vetturi għandha titwettaq skont l-ISO 22900-2 jew l-SAE J2534 jew it-TMC RP1210B, bl-użu ta’ ħardwer komuni. L-Eternet, il-kejbil tas-serje jew l-interfaċċja tan-Netwerk taż-Żona Lokali (LAN) u tagħmir alternattiv bħall-Compact Discs (CD), id-Digital Versatile Discs (DVD) jew apparat tal-memorja fi stat solidu għal sistemi informatiċi (pereżempju sistemi ta’ navigazzjoni, telefown) jistgħu jintużaw ukoll, iżda bil-kundizzjoni li l-ebda softwer ta’ komunikazzjoni bi drittijiet esklussivi (pereżempju drajvers jew plug-ins) u ħardwer ma jkunu meħtieġa. Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni tal-vettura (VCI) konformi mal-ISO 22900-2 jew l-SAE J2534 jew it-TMC RP1210B, il-manifattur għandu joffri jew validazzjoni ta’ VCIs żviluppati indipendentement jew l-informazzjoni, u s-self ta’ kwalunkwe ħardwer speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jwettaq tali validazzjoni huwa stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2f(1) japplikaw għal ħlas għal tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardwer. |
2.4. |
Ir-rekwiżiti tat-Taqsima 2.3 ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ riprogrammazzjoni ta’ tagħmir għal-limitazzjoni ta’ veloċità u tagħmir ta’ reġistrazzjoni. |
2.5. |
Id-DTCs relatati mal-emissjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-Anness X. |
2.6. |
Għall-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr dik relatata ma’ żoni ta’ sigurtà tal-vettura, ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għall-użu tal-websajt tal-manifattur minn operatur indipendenti għandhom jeħtieġu biss tali informazzjoni li tkun meħtieġa biex jiġi konfermat kif se jsir il-ħlas għall-informazzjoni. Għall-informazzjoni li tikkonċerna aċċess għaż-żoni sikuri tal-vettura, l-operatur indipendenti għandu jippreżenta ċertifikat skont l-ISO 20828 sabiex jidentifika lilu nnifsu u lill-organizzazzjoni li jappartjeni għaliha u l-manifattur għandu jirrispondi biċ-ċertifikat tiegħu skont l-ISO 20828 biex jikkonferma lill-operatur indipendenti li qed ikollu aċċess għal sit leġittimu tal-manifattur intenzjonat. Iż-żewġ partijiet għandhom jirreġistraw kwalunkwe tranżazzjoni bħal din fejn jindikaw il-vetturi u l-bidliet li sarulhom skont din id-dispożizzjoni. |
2.7. |
Il-manifatturi għandhom jindikaw in-numru tal-approvazzjoni tat-tip skont il-mudell fil-websajts tal-informazzjoni dwar tiswija tagħhom. |
2.8. |
Jekk mitlub mill-manifattur, għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati u tal-kategoriji M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A u Klassi B kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 2001/85/KE b’massa permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati, il-konformità mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 5 tal-Anness 1 u l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandha titqies bħala li hi ekwivalenti għall-konformità ma’ dan l-Anness. |
2.9. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar iċ-ċirkustanzi ta’ kull approvazzjoni tat-tip mogħtija skont it-Taqsima 2.8. |
Appendiċi 1
Iċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi
(Il-manifattur): …
(L-indirizz tal-manifattur): …
Jiċċertifika li
jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi skont id-dispożizzjonijiet ta’:
— |
l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
— |
l-Artikoli 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
— |
l-Anness I, Appendiċi 4, Taqsima 16 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
— |
l-Anness X, Taqsima 2.1 tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 |
— |
l-Anness XVII tar-Regolament (UE) Nru 582/2011. |
rigward it-tipi ta’ vetturi, magni, tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis elenkati fid-dokument meħmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat.
Id-derogi li ġejjin huma applikati: Adattamenti għall-klijenti (1) – Volum żgħir (1) – Sistemi ta’ trasferiment (1).
L-indirizz tal-websajt prinċipali li permezz tiegħu jista’ jkun hemm aċċess għall-informazzjoni rilevanti u li hawnhekk qed tiġi ċertifikata li hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq qed jiġu elenkati f’dokument mehmuż ma’ dan iċ-Ċertifikat flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant responsabbli tal-manifattur li l-firma tiegħu tinsab aktar ‘l isfel
Fejn ikun applikabbli: B’dan il-manifattur qed jiċċertifika wkoll li kkonforma mal-obbligu previst fl-Artikolu 3(1a) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti għall-approvazzjonijiet preċedenti ta’ dawn it-tipi ta’ vetturi mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip.
Magħmul fi … [Post]
Fi … [Data]
[Firma] [Pożizzjoni]
Annessi:
— |
L-indirizzi tal-websajt |
— |
Id-dettalji tal-kuntatt. |
ANNESS I
għaċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi
L-indirizzi tal-websajts li jissemmew f'dan iċ-Ċertifikat:
ANNESS II
għaċ-Ċertifikat tal-Manifattur dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi u dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni tal-Vetturi
Id-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant tal-manifattur li jissemma f'dan iċ-Ċertifikat:
Appendiċi 2
Informazzjoni dwar l-OBD tal-Vetturi
1. L-informazzjoni meħtieġa f’dan l-Appendiċi għandha tkun ipprovduta mill-manifattur tal-vetturi sabiex ikunu jistgħu jiġu manifatturati partijiet ta’ sosituzzjoni jew ta’ manutenzjoni kif ukoll għodod dijanjostiċi u tagħmir tat-testijiet kompatibbli mal-OBD.
2. Meta tintalab, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli għal kwalunkwe manifattur interessat ta’ komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir tat-testijiet, fuq bażi mhux diskriminatorja:
— |
Deskrizzjoni tat-tip u tan-numru taċ-ċikli ta’ prekundizzjonament li ntużaw għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura, |
— |
Deskrizzjoni tat-tip taċ-ċiklu tad-dimostrazzjoni tal-OBD li ntuża għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura għall-komponent immonitorjat mis-sistema OBD, |
— |
Dokument komprensiv li jiddeskrivi l-komponenti kollha li nħassu permezz tal-istrateġija għall-identifikazzjoni tal-ħsara u għall-attivazzjoni tal-MI (numru fiss ta’ ċikli tas-sewqan jew metodu statistiku), inklużi lista tal-parametri rilevanti sekondarji li nħassu għal kull komponent immonitorjat mis-sistema OBD u lista tal-kodiċijiet tal-prestazzjoni kollha tal-OBD u l-format użat (bi spjegazzjoni ta’ kull wieħed) assoċjati ma’ komponenti tal-power-train individwali relatati mal-emissjonijiet u l-komponenti individwali li mhumiex relatati mal-emissjonijiet, fejn il-monitoraġġ tal-komponent jintuża biex tkun iddeterminata l-attivazzjoni tal-MI. B’mod partikolari, fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi li jużaw link ta’ komunikazzjoni skont l-ISO 15765-4 “Il-vetturi fit-triq — Id-Dijanjostika dwar in-Netwerk taż-Żona tal-Kontrollur (CAN) — Parti 4: Ir-rekwiżiti għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet”, għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata għad-dejta mogħtija fis-servizz $ 05 Test ID $ 21 għal FF u d-dejta mogħtija fis-servizz $ 06, u spjegazzjoni komprensiva għad-dejta mogħtija fis-servizz $ 06 Test ID $ 00 għal FF, għal kull moniter tal-OBD appoġġjat minn ID. |
F’każ li jintużaw standards ta’ protokoll ta’ komunikazzjoni oħrajn, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni eżawrjenti ekwivalenti.
Din l-informazzjoni tista’ tkun ipprovduta fil-forma ta’ tabella, kif ġej:
|
Komponent | Kodiċi tal-ħsara | Strateġija ta’ monitoraġġ | Kriterji għall-identifikazzjoni tal-ħsara | Kriterji għall-attivazzjoni tal-MI | Parametri sekondarji | Prekundizzjonament | Test ta’ dimostrazzjoni | |
|
Katalizzatur | P0420 | Sinjali tas-sensuri tal-ossiġnu 1 u 2 | Differenza bejn is-sinjali tas-sensuri tal-ossiġnu 1 u 2 | It-tielet ċiklu | Veloċità tal-magna, tagħbija tal-magna, modalità A/F, temperatura tal-katalizzatur | Żewġ ċikli tat-Tip 1 | It-tip 1 | |
3. L-informazzjoni meħtieġa għall-manifattura tal-għodod dijanjostiċi
Sabiex tkun iffaċilitata l-provvista ta’ għodod dijanjostiċi ġeneriċi għas-sewwejja ta’ ħafna marki, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 permezz tal-websajts ta’ informazzjoni dwar it-tiswija tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-funzjonijiet kollha tal-għodod dijanjostiċi u l-links kollha għall-informazzjoni dwar it-tiswija u għall-istruzzjonijiet għas-soluzzjoni ta’ problemi. L-aċċess għal din l-informazzjoni jista’ jkun soġġett għall-ħlas ta’ ammont ta’ flus raġonevoli.
3.1. L-informazzjoni dwar il-Protokoll ta’ Komunikazzjoni
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun meħtieġa f’forma indiċjata skont il-marka, il-mudell u l-varjant tal-vettura, jew definizzjoni oħra ta’ ħidma bħall-VIN jew bħall-identifikazzjoni tal-vettura u tas-sistemi:
(a) |
Kwalunkwe sistema addizzjonali ta’ informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien mal-istandards preskritti fil-Punt 4.7.3 tal-Anness 9B tar-Regolament Nru 49 tal-UN/ECE, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta’ ħardwer jew ta’ softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta’ trasferiment, rekwiżiti “biex tinżamm attiva” (“keep alive”) jew kundizzjonijiet għall-iżbalji; |
(b) |
Id-dettalji ta’ kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet kollha ta’ ħsara li mhumiex skont l-istandards preskritti fil-Punt 4.7.3 tal-Anness 9B tar-Regolament 49 tal-UN/ECE; |
(c) |
Lista tal-parametri kollha disponibbli tad-dejta attiva, inkluża informazzjoni dwar l-għotja ta’ skala u aċċess; |
(d) |
Lista tat-testijiet funzjonali disponibbli kollha li jinkludu l-attivazzjoni jew il-kontroll tat-tagħmir u l-mezzi biex ikunu implimentati; |
(e) |
Id-dettalji ta’ kif tinkiseb l-informazzjoni kollha dwar il-komponenti u l-istatus, it-timbri skont il-ħin, id-DTC pendenti u l-frejms iffriżati; |
(f) |
L-issettjar mill-ġdid tal-parametri adattabbli tat-tagħlim, tal-kodifikazzjoni tal-varjanti u tal-arranġament tal-komponenti sostituti u tal-preferenzi tal-klijent; |
(g) |
L-identifikazzjoni tal-ECU u l-kodifikazzjoni tal-varjanti; |
(h) |
Id-dettalji ta’ kif jiġu ssettjati mill-ġdid id-dwal tas-servizz; |
(i) |
Il-post tal-konnettur dijanjostiku u d-dettalji tal-konnettur; |
(j) |
L-identifikazzjoni tal-kodiċi tal-magna. |
3.2. It-test u d-dijanjosi tal-komponenti monitorjati mill-OBD
Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
Deskrizzjoni tat-testijiet biex tkun ikkonfermata l-funzjonalità tagħha, fuq il-komponent jew fuq it-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq; |
(b) |
Il-proċedura tat-test inklużi l-parametri tat-test u l-informazzjoni dwar il-komponenti; |
(c) |
Id-dettalji tal-konnessjoni inklużi l-input u l-output u l-valuri tas-sewqan u tat-tagħbija minimi u massimi; |
(d) |
Il-valuri mistennija f’ċerti kundizzjonijiet ta’ sewqan inkluż dak b’magna mhux ingranata; |
(e) |
Il-valuri elettriċi għall-komponent fl-istati statiċi u dinamiċi tiegħu; |
(f) |
Il-valuri tal-modalità tal-ħsara għal kull waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq; |
(g) |
Is-sekwenzi dijanjostiċi tal-modalità tal-ħsara inklużi l-arbli tal-ħsarat u l-eliminazzjoni dijanjostika ggwidata. |
3.3. Id-dejta meħtieġa sabiex issir tiswija
Għandha tkun meħtieġa l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
L-inizjalizzazzjoni tal-ECU u tal-komponent (fil-każ li jitwaħħlu sostituti); |
(b) |
L-inizjalizzazzjoni tal-ECUs il-ġodda jew sostituti, fejn ikun rilevanti, permezz tat-tekniki ta’ (ri-) programmazzjoni mill-bogħod (pass-through). |
Appendiċi 3
Lista ta’ sistemi ta’ trasferiment koperti bl-Artikolu 2e
|
|
||||||||
|
|
(1) Ħassar fejn mhux applikabbli
31.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2012
tal-24 ta’ Jannar 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrikjedi l-installazzjoni tal-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet (gear shift indicators – GSI), li huma mwaħħlin mal-gerboks manwali, tal-kategorija M1 b’massa ta’ riferenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u l-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jeħtieġ li d-dettalji tekniċi tad-dispożizzjonijiet fuq il-GSI jiġu definiti b’leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal approvazzjoni tat-tip tal-GSI bħal din. |
(3) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (3) għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi fil-kategorija M1 li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
— |
huma mgħammra b’gerboks manwali; |
— |
għandhom massa ta’ riferenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u l-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-“vetturi maħsuba sabiex jissodisfaw bżonnijiet soċjali speċifiċi” kif definit fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda mad-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 661/2009:
(1) |
“tip ta’ vettura fir-rigward tal-GSI” tfisser grupp ta’ vetturi, li jaqblu fir-rigward tal-karatteristiċi funzjonali tal-GSI u l-loġika użata mill-GSI sabiex jiddetermina meta jindika l-punt tat-tibdil tal-gerijiet. Eżempji ta’ loġiki differenti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
(2) |
“karatteristiċi funzjonali tal-GSI” tfisser sett ta’ parametri tad-dħul, bħal veloċità tal-magna, domanda tal-qawwa, il-momentum u l-varjazzjoni tagħhom fil-ħin, li jiddeterminaw l-indikazzjoni tal-GSI u d-dipendenza funzjonali tal-indikazzjonijiet tal-GSI fuq dawn il-parametri; |
(3) |
“il-mod kif taħdem il-vettura” tfisser l-istat tal-vettura, li fih jista’ jsir tibdil bejn mill-inqas żewġ gerijiet ‘il quddiem; |
(4) |
“mod manwali” tfisser il-mod ta’ kif taħdem il-vettura, fejn it-tibdil bejn il-gerijiet kollha jew uħud minnhom huwa dejjem konsegwenza immedjata tal-azzjoni tas-sewwieq; |
(5) |
“emissjonijiet fil-pajp ta’ wara” tfisser emissjonijiet fil-pajp ta’ wara kif definita fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. |
Artikolu 3
Valutazzjoni tal-gerboks manwali
Sabiex jiġi vvalutat jekk il-gerboks tissodisfax id-definizzjoni skont l-Artikolu 3(16) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, gerboks li għandha mill-inqas mod manwali wieħed għandha tiġi kkunsidrata bħala “gerboks manwali” skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2(4) ta’ dan ir-Regolament. Għal din il-valutazzjoni mhux ikkunsidrat it-tibdil awtomatiku bejn il-gerijiet, li jsir mhux biex jiġi sfruttat it-tħaddim tal-vettura iżda biss taħt kundizzjonijiet estremi għal raġunijiet bħal biex titħares jew tiġi evitata li l-magna tieqaf.
Artikolu 4
Approvazzjoni tat-tip KE
1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi mqiegħda fis-suq, li huma koperti bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, huma mgħammra b’GSI skont ir-rekwiżiti tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. Sabiex jiksbu approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi koperti bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, il-manifattur għandu jissodisfa l-obbligazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ifasslu u jippreżentaw dokument ta’ informazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, skont il-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jippreżentaw lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, dikjarazzjoni li tgħid li skont il-valutazzjoni tal-manifattur, il-vettura hija konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament; |
(c) |
jippreżentaw, lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, ċertifikat stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
jew
|
3. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I, abbażi tal-elementi pprovduti mill-manifattur taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u r-riżultati tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2.
Għandha biss toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE skont il-mudell stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għall-vetturi koperti bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jekk din il-konformità tiġi stabbilita.
Artikolu 5
Monitoraġġ tal-effetti tal-leġiżlazzjoni
Jekk mitlub, il-manifatturi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni, l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, bl-għan tal-monitoraġġ tal-effetti ta’ dan ir-Regolament u l-valutazzjoni tal-bżonn ta’ iktar żvilupp. Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata b’mod kunfidenzjali mill-Kummissjoni u d-delegati tagħha.
Artikolu 6
Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
L-Annessi I, III, IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
ANNESS I
REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B'INDIKATURI TAT-TIBDIL TAL-GERIJIET (GSI)
1. Karatteristika tal-apparenza tal-GSI
1.1. Ir-rakkomandazzjoni tat-tibdil għandha tingħata permezz ta’ indikazzjoni viżwali distinta, pereżempju indikazzjoni ċara biex tibdel 'il fuq jew fuq/isfel jew simbolu li juri li l-ger fejn is-sewwieq għandu jibdel. L-indikazzjoni viżibbli tista' tingħata b'indikazzjonijiet oħra, li jinkludu dawk li jistgħu jinstemgħu, dejjem jekk dawn ma jikkompromettux is-sikurezza.
1.2. Il-GSI ma għandux ixekkel jew jaħbi l-identifikazzjoni tal-ebda tell-tale, kontroll jew indikatur, li huwa meħtieġ għas-sikurezza jew jappoġġa t-tħaddim sikur tal-vettura. Minkejja l-punt 1.3, is-sinjal għandu jkun magħmul sabiex ma jtellifx l-attenzjoni tas-sewwieq u jevita li jxekkel it-tħaddim kif suppost u sikur tal-vettura.
1.3. Il-GSI għandu jitqiegħed b'konformità mal-paragrafu 5.1.2 tar-Regolament Nru 121 tal-UNECE. Għandu jkunu magħmul b'tali mod li ma jiġix imfixkel mal-ebda tell-tale, kontroll jew indikatur ieħor li bih tkun mgħammra l-vettura.
1.4. Għandu jintuża mezz ta’ informazzjoni biex juri l-indikazzjonijiet tal-GSI, dejjem jekk huma differenti biżżejjed mill-indikazzjonijiet l-oħra sabiex ikunu viżibbli b'mod ċar u identifikabbli mis-sewwieq.
1.5. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, l-indikazzjoni tal-GSI, tista' b'mod temporanju tiġi awtomatikament imwarrba jew diżattivata. Ċirkustanzi bħal dawn jistgħu jikkompromettu t-tħaddim sikur jew l-integrità tal-vettura, li jinkludu l-attivazzjoni tal-ġbid jew l-istabbiltà tas-sistemi ta’ kontroll, mezzi temporanji mis-sistemi ta’ assistenza għas-sewwieq jew avvenimenti li għandhom x'jaqsmu man-nuqqas ta’ funzjonament tal-vettura. Il-GSI għandu jerġa' jibda jaħdem normali wara li s-sitwazzjonijiet eċċezzjonali jkunu spiċċaw, u f'dewmien ta’ 10 sekondi jew iktar, jekk iġġustifikati b'raġunijiet speċifiċi tekniċi jew ta’ mġiba.
2. Ir-rekwiżiti ta’ funzjonament għall-GSI (applikabbli għall-modi manwali kollha)
2.1. Il-GSI għandu jissuġġerixxi tibdil tal-ger meta l-konsum tal-fjuwil mal-ger issuġġerit ikun stmat li hu inqas minn dak kurrenti, meta wieħed jikkunsidra r-rekwiżiti stipulati fil-punti 2.2 u 2.3.
2.2. Il-GSI għandu jkun magħmul sabiex jinkoraġġixxi stil ta’ sewqan bl-aħjar fjuwil effiċjenti taħt kundizzjonijiet ta’ sewqan previsti u raġonevoli. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jnaqqas il-konsum tal-fjuwil tal-vettura meta s-sewwieq ikun qiegħed jimxi mal-indikazzjonijiet tiegħu. Madankollu, meta wieħed ikun qed jimxi mal-indikazzjoni tal-GSI, fir-rigward tal-istat tal-bidu, l-emissjonijiet regolati fil-pajp ta’ wara ma għandhomx jiżdiedu b'mod sproporzjonat. Barra minn hekk, meta wieħed jimxi mal-istrateġija tal-GSI, wara startjar ta’ magna kiesħa, dan ma għandux ikollu effett negattiv fuq il-funzjonament fil-ħin tal-mezzi li jikkontrollaw it-tniġġis, bħal katalisti. Għal dan l-għan, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jippreżentaw dokumentazzjoni teknika lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li tiddeskrivi l-impatt tal-istrateġija tal-GSI fuq l-emissjonijiet regolati fil-pajp ta’ wara tal-vettura, fejn mill-inqas il-veloċità tal-vettura hija stabbli.
2.3. Meta wieħed jimxi mal-indikazzjoni tal-GSI, dan ma għandux jikkomprometti t-tħaddim sikur tal-vettura, pereżempju l-waqfien tal-magna, brejk mhux biżżejjed tal-magna jew momentum mhux biżżejjed tal-magna fil-każ ta’ domanda ta’ enerġija għolja.
3. Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta
3.1. Il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fiż-żewġ partijiet li ġejjin:
(a) |
“il-pakkett formali tad-dokumentazzjoni” li jista' jkun disponibbli għall-partijiet interessati jekk mitlub; |
(b) |
“il-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni” li għandu jibqa' strettament kunfidenzjali. |
3.1.1. Il-pakkett formali tad-dokumentazzjoni għandu jinkludi:
(a) |
Deskrizzjoni tas-sett komplut tal-apparenzi tal-GSIs li huma mwaħħlin f'vetturi li jagħmlu parti mill-vettura tat-tip fir-rigward tal-GSI, u evidenza tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti fil-punt 1. |
(b) |
Evidenza f'forma ta’ dejta jew valutazzjonijiet ta’ inġinerija, pereżempju mudell ta’ dejta, mapep tal-emissjoni jew konsum tal-fjuwil, testijiet tal-emissjoni, li juru b'mod xieraq li l-GSI huwa effiċjenti biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet f'waqthom u sinifikanti tat-tibdil lis-sewwieq sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt 2. |
(c) |
Spjegazzjoni tal-għan, l-użu u l-funzjonijiet tal-GSI fit-“taqsima tal-GSI” fil-manwal tal-utenti li jkun mal-vettura. |
3.1.2. Il-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni għandu jkun fih l-istrateġija ta’ disinjar tal-GSI, b'mod partikolari l-karatteristiċi ta’ funzjonament.
3.1.3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, il-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni għandu jibqa' strettament kunfidenzjali bejn l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur. Dan jista' jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jew jinżamm mill-manifattur għad-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Fil-każ li l-manifattur iżomm il-pakkett ta’ dokumentazzjoni, il-pakkett għandu jiġi identifikat u datat, mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, ladarba jiġi analizzat u approvat. Għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni fiż-żmien tal-approvazzjoni jew f'kull żmien li fih l-approvazzjoni tkun valida.
3.2. Il-manifattur għandu jipprovdi spjegazzjoni tal-għan, l-użu u l-funzjonijiet tal-GSI fit-“taqsima tal-GSI” fil-manwal tal-utenti li jkun mal-vettura.
4. L-impatt tal-GSI tal-ekonomija tal-fjuwil irrikmanda li l-punti tat-tibdil tal-gerijiet għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura li ġejja.
4.1. Id-determinazzjoni tal-veloċitajiet tal-vettura fejn il-GSI jirrikkmanda t-tibdil 'il fuq tal-gerijiet.
It-test għandu jsir fuq id-dinamometru tax-xażi meta l-vettura tkun sħuna skont il-profil tal-veloċità deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Ir-rakkomandazzjoni tal-GSI hija segwita għat-tibdil 'il fuq tal-gerijiet u l-veloċitajiet tal-vettura, li għalihom il-GSI jirrikkmanda t-tibdil, huma rrekordjati. It-test huwa ripetut tliet darbiet.
Vn GSI għanda tindika l-veloċità medja li fiha l-GSI jirrikkmanda t-tibdil 'il fuq minn ger n (n = 1, 2, …, #g) għal gear n + 1 m, iddeterminat mit-tliet testijiet, fejn #g għandha tindika n-numru ta’ gerijiet 'il quddiem tal-vettura. Għal dan l-għan, fil-fażi qabel tintlaħaq il-veloċità massima, l-istruzzjonijiet tat-tibdil tal-GSI biss huma kkunsidrati u kull istruzzjoni tal-GSI waqt it-tnaqqis tal-veloċità hija injorata.
Għall-għanijiet ta’ dawn il-kalkulazzjonijiet, V0 GSI hija stipulata bħala 0 km/h u V#g GSI hija stipulata bħala 140 km/h jew il-veloċità massima tal-vettura, liema wieħed hu l-iżgħar. Fejn il-vettura ma tistax tilħaq il-140 km/h, il-vettura għandha tinsaq bil-veloċità massima tagħha sakemm tilħaq il-profil tal-veloċità fil-Figura I.1.
B'mod alternattiv, il-punti tat-tibdil tal-GSI rrakkomandati u deskritti f'din it-taqsima jistgħu jiġu determinati b'mod analitiku mill-manifattur abbażi tal-algoritmu tal-GSI li jinsab fil-pakkett estiż tad-dokumentazzjoni, ipprovdut skont il-punt 3.1.
4.2. Punti standard tat-tibdil tal-gerijiet.
Vn std għandha tindika l-veloċità li biha sewwieq tipiku huwa mistenni li jibdel 'il fuq minn ger n għal ger n + 1 mingħajr ir-rakkommandazzjoni tal-GSI. Il-punti standard tat-tibdil tal-gerijiet li ġejjin huma definiti abbażi tal-punti tat-tibdil tal-gerijiet definiti fit-test tal-emissjoni tat-tip 1 (1):
V0 std |
= |
0 km/h; |
V1 std |
= |
15 km/h; |
V2 std |
= |
35 km/h; |
V3 std |
= |
50 km/h; |
V4 std |
= |
70 km/h; |
V5 std |
= |
90 km/h; |
V6 std |
= |
110 km/h; |
V7 std |
= |
130 km/h; |
V8 std |
= |
V#g GSI; |
Vn min għandha tindika l-veloċità minima tal-vettura li tista' tinsaq il-vettura bil-ger n mingħajr ma titwaqqaf il-magna u Vn max, il-veloċità massima tal-vettura li tista' tinsaq il-vettura bil-ger n mingħajr ma ssir ħsara lill-magna.
Jekk Vn std, li hija derivata minn din il-lista, hija iżgħar minn Vn + 1 min, allura Vn std hija stabbilita bħala Vn + 1 min. Jekk Vn std, li hija derivata minn din il-lista, hija ikbar minn Vn max, allura Vn std hija stipulata bħala Vn max (n = 1, 2, …, #g – 1).
Jekk V#g std determinata minn din il-proċedura hija iżgħar minn V#g GSI, hija għandha tkun issettjata għal V#g GSI.
4.3. Kurvi tal-veloċità tal-konsum tal-fjuwil.
Il-manifattur għandu jforni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bid-dipendenza funzjonali tal-konsum tal-fjuwil tal-vettura fuq il-veloċità stabbli tal-vettura meta tkun qed tinstaq bil-ger n skont ir-regoli li ġejjin.
FCn i għandha tindika l-konsum tal-fjuwil f'termini ta’ kg/h (kilogrammi kull siegħa) meta l-vettura tkun misjuqa b'veloċità kostanti tal-vettura vi = i × 5 km/h – 2,5 km/h (fejn i huwa numru sħiħ pożittiv) tal-ger n. Din id-dejta għandha tiġi pprovduta mill-manifattur għal kull ger n (n = 1, 2, …, #g) u vn min ≤ vi ≤ vn max. Dawn in-numri tal-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddeterminati taħt l-istess kundizzjonijiet ambjentali f'sitwazzjoni ta’ sewqan realistika li tista' tiġi definita mill-manifattur tal-vettura, jew b'test fiżiku jew b'mudell ta’ kalkulazzjoni xieraq maqbul mill-awtorità tal-approvazzjoni u l-manifattur.
4.4. Distribuzzjoni tal-veloċità tal-vettura.
Id-distribuzzjoni li ġejja għandha tintuża għall-probabbiltà Pi li l-vettura tinsaq b'veloċità v, fejn vi – 2,5 km/h < v ≤ vi + 2,5 km/h (i = 1, …, 28):
i |
Pi |
1 |
4,610535879 |
2 |
5,083909299 |
3 |
4,86818148 |
4 |
5,128313511 |
5 |
5,233189418 |
6 |
5,548597362 |
7 |
5,768706442 |
8 |
5,881761847 |
9 |
6,105763476 |
10 |
6,098904359 |
11 |
5,533164348 |
12 |
4,761325003 |
13 |
4,077325232 |
14 |
3,533825909 |
15 |
2,968643201 |
16 |
2,61326375 |
17 |
2,275220718 |
18 |
2,014651418 |
19 |
1,873070659 |
20 |
1,838715054 |
21 |
1,982122053 |
22 |
2,124757402 |
23 |
2,226658166 |
24 |
2,137249569 |
25 |
1,76902642 |
26 |
1,665033625 |
27 |
1,671035353 |
28 |
0,607049046 |
Fejn il-veloċità massima tal-vettura tikkorrispondi mal-istadji i u ii < 28, il-valuri minn Pi + 1 sa P28 għandhom jiġu miżjuda ma’ Pi.
4.5. Id-determinazzjoni tal-mudell tal-konsumi tal-fjuwil
FCGSI għandha tindika l-konsum tal-fjuwil tal-vettura meta s-sewwieq jimxi mar-rakkomandazzjoni tal-GSI:
FCGSI i = FCn i, fejn Vn – 1 GSI ≤ vi < Vn GSI (għal n = 1, …, #g) u FCGSI i = 0 jekk vi ≥ V#g GSI.
FCstd għandha tindika l-konsum tal-fjuwil tal-vettura meta jintużaw il-punti tat-tibdil tal-gerijiet:
FCstd i = FCn i, fejn Vn – 1 std ≤ vi < Vn GSI (għal n = 1, …, g) u FCstd i = 0 jekk vi ≥ V#g GSI
L-iffrankar relattiv tal-konsum tal-fjuwil, billi wieħed jimxi mar-rakkomandazzjoni tal-GSI tal-mudell, huwa kkalkulat bħala:
FCrel. Save = (1 – FCGSI/FCstd) × 100 %
4.6. Ir-reġistri tad-dejta
Għandha tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja:
— |
il-valuri tal-Vn GSI kif iddeterminat skont il-punt 4.1 |
— |
il-valuri FCn i tal-kurva tal-veloċità tal-konsum tal-fjuwil kif ikkomunikat mill-manifattur skont il-punt 4.3 |
— |
il-valuri FCGSI, FCstd u FCrel. Save kif ikkalkulat skont il-punt 4.5. |
(1) Iddefinit fl-Anness 4a tar-Regolament tal-UNECE Nru 83, serje ta’ emendi 05.
Appendiċi 1
Deskrizzjoni tal-profil tal-veloċità tal-vettura msemmi fil-punt 4.1
Nru. tat-tħaddim |
It-tħaddim |
Aċċellerazzjoni (m/s2) |
Il-veloċità (km/h) |
Il-ħin kumulattiv (s) |
1 |
Magna mhux qed tintuża |
0 |
0 |
20 |
2 |
Aċċellerazzjoni |
1,1 |
0-31,68 |
28 |
3 |
0,7 |
31,68-49,32 |
35 |
|
4 |
0,64 |
49,32-79,27 |
48 |
|
5 |
0,49 |
79,27-109,26 |
65 |
|
6 |
0,3 |
109,26-128,70 |
83 |
|
7 |
0,19 |
128,70-140,33 |
100 |
|
8 |
Stat stabbli |
0 |
140,33 |
105 |
9 |
Tnaqqis fl-aċċellerazzjoni |
–0,69 |
140,33-80,71 |
129 |
10 |
–1,04 |
80,71-50,76 |
137 |
|
11 |
–1,39 |
50,76-0 |
147 |
|
12 |
Magna mhux qed tintuża |
0 |
0 |
150 |
It-tolleranzi għad-devjazzjoni mill-profil tal-veloċità huma definiti fil-punt 6.1.3.4 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-UNECE, serje ta’ emendi 05.
Figura I.1
Rappreżentazzjoni grafika tal-profil tal-veloċità msemmi fil-punt 4.1; linja solida: profil tal-veloċità; linji miksurin: tolleranzi għad-devjazzjoni mill-profil tal-veloċità.
It-tabella li ġejja tipprovdi deskrizzjoni tal-profil tal-veloċità sekonda b’sekonda. Fejn il-vettura ma tistax tilħaq il-140 km/h, il-vettura għandha tinsaq bil-veloċità massima tagħha sakemm tilħaq il-profil tal-veloċità t’hawn fuq.
Ħin (s) |
Veloċità (km/h) |
0 |
0,00 |
1 |
0,00 |
2 |
0,00 |
3 |
0,00 |
4 |
0,00 |
5 |
0,00 |
6 |
0,00 |
7 |
0,00 |
8 |
0,00 |
9 |
0,00 |
10 |
0,00 |
11 |
0,00 |
12 |
0,00 |
13 |
0,00 |
14 |
0,00 |
15 |
0,00 |
16 |
0,00 |
17 |
0,00 |
18 |
0,00 |
19 |
0,00 |
20 |
0,00 |
21 |
3,96 |
22 |
7,92 |
23 |
11,88 |
24 |
15,84 |
25 |
19,80 |
26 |
23,76 |
27 |
27,72 |
28 |
31,68 |
29 |
34,20 |
30 |
36,72 |
31 |
39,24 |
32 |
41,76 |
33 |
44,28 |
34 |
46,80 |
35 |
49,32 |
36 |
51,62 |
37 |
53,93 |
38 |
56,23 |
39 |
58,54 |
40 |
60,84 |
41 |
63,14 |
42 |
65,45 |
43 |
67,75 |
44 |
70,06 |
45 |
72,36 |
46 |
74,66 |
47 |
76,97 |
48 |
79,27 |
49 |
81,04 |
50 |
82,80 |
51 |
84,56 |
52 |
86,33 |
53 |
88,09 |
54 |
89,86 |
55 |
91,62 |
56 |
93,38 |
57 |
95,15 |
58 |
96,91 |
59 |
98,68 |
60 |
100,44 |
61 |
102,20 |
62 |
103,97 |
63 |
105,73 |
64 |
107,50 |
65 |
109,26 |
66 |
110,34 |
67 |
111,42 |
68 |
112,50 |
69 |
113,58 |
70 |
114,66 |
71 |
115,74 |
72 |
116,82 |
73 |
117,90 |
74 |
118,98 |
75 |
120,06 |
76 |
121,14 |
77 |
122,22 |
78 |
123,30 |
79 |
124,38 |
80 |
125,46 |
81 |
126,54 |
82 |
127,62 |
83 |
128,70 |
84 |
129,38 |
85 |
130,07 |
86 |
130,75 |
87 |
131,44 |
88 |
132,12 |
89 |
132,80 |
90 |
133,49 |
91 |
134,17 |
92 |
134,86 |
93 |
135,54 |
94 |
136,22 |
95 |
136,91 |
96 |
137,59 |
97 |
138,28 |
98 |
138,96 |
99 |
139,64 |
100 |
140,33 |
101 |
140,33 |
102 |
140,33 |
103 |
140,33 |
104 |
140,33 |
105 |
140,33 |
106 |
137,84 |
107 |
135,36 |
108 |
132,88 |
109 |
130,39 |
110 |
127,91 |
111 |
125,42 |
112 |
122,94 |
113 |
120,46 |
114 |
117,97 |
115 |
115,49 |
116 |
113,00 |
117 |
110,52 |
118 |
108,04 |
119 |
105,55 |
120 |
103,07 |
121 |
100,58 |
122 |
98,10 |
123 |
95,62 |
124 |
93,13 |
125 |
90,65 |
126 |
88,16 |
127 |
85,68 |
128 |
83,20 |
129 |
80,71 |
130 |
76,97 |
131 |
73,22 |
132 |
69,48 |
133 |
65,74 |
134 |
61,99 |
135 |
58,25 |
136 |
54,50 |
137 |
50,76 |
138 |
45,76 |
139 |
40,75 |
140 |
35,75 |
141 |
30,74 |
142 |
25,74 |
143 |
20,74 |
144 |
15,73 |
145 |
10,73 |
146 |
5,72 |
147 |
0,72 |
148 |
0,00 |
149 |
0,00 |
150 |
0,00 |
ANNESS II
PARTI 1
Dokument ta’ informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ indikaturi tad-tibdil tal-gerijiet.
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi l-werrej. Kwalunkwe tpinġija trid tiġi pprovduta fi skala xierqa u f'biżżejjed dettall fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, trid tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
L-informazzjoni stipulata fil-punti 0, 3 u 4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 (1).
4.11. |
Indikatur tat-tibdil tal-gerijiet (Gear shift indicator – GSI) |
4.11.1. |
Indikazzjoni akustika disponibbli iva/le (2). Jekk iva, id-deskrizzjoni tal-ħoss u l-livell tal-ħoss fil-widna tas-sewwieq f'dB(A). (L-indikazzjoni akustika tinxtegħel/tintefa' dejjem): … |
4.11.2. |
L-informazzjoni skont il-punt 4.6 tal-Anness I (il-valur iddikjarat tal-manifattur): … |
4.11.3. |
L-informazzjoni skont il-punt 3.1.1 tal-Anness I: … |
4.11.4. |
L-informazzjoni skont il-punt 3.1.2 tal-Anness I: … |
4.11.5. |
Ir-ritratti u/jew it-tpinġijiet tal-istrument tal-indikatur tat-tibdil tal-ger u d-deskrizzjoni qasira tal-komponenti tas-sistema u t-tħaddim: … |
4.11.6. |
L-informazzjoni fuq il-GSI fil-manwal tal-utenti tal-vettura: … |
PARTI 2
MUDELL
Test ta 'immaġni
PARTI 3
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE
MUDELL
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
Komunikazzjoni li tikkonċerna
— |
Approvazzjoni skont it-tip KE (3) |
— |
estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (3) |
— |
estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (3) |
— |
estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (3) |
tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ indikatur tal-bidla fil-ger
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 65/2012 in-numru ta’ dan ir-Regolament irid jiddaħħal kif l-aħħar emendat bir-Regilament (UE) Nru …/2012 (3)
Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE …
Ir-raġuni għall-estensjoni …
TAQSIMA I
0.1. |
L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
0.2. |
It-tip: … |
0.2.1. |
L-isem (ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): … |
0.3. |
Il-mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura … |
0.3.1. |
Fejn jinsab dak l-immarkar: … |
0.4. |
Il-kategorija tal-vettura: … |
0.5. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … |
0.8. |
L-isem (ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ mmuntar … |
0.9. |
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm) … |
TAQSIMA II
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum |
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tal-ittestjar u l-valutazzjonijiet: |
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
5. |
L-informazzjoni skont il-punt 4.6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 65/2012 (determinat fl-approvazzjoni tat-tip): |
6. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum |
7. |
Post: |
8. |
Data: |
9. |
Firma: |
Dokumenti mehmużin |
: |
Pakkett ta’ informazzjoni Rapport tat-test Informazzjoni addizzjonali: … |
Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru … li jikkonċerna …
(1) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
(2) Aqta' fejn ma japplikax.
(3) Aqta' fejn ma japplikax.
ANNESS III
EMENDI GĦAD-DIRETTIVA QAFAS 2007/46/KE
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Anness I, qed jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
2. |
Fl-Anness III, qed jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
3. |
Il-Parti I tal-Anness IV hi emendata kif ġej:
|
4. |
Il-punt 63.1 li ġej huwa mdaħħal fit-tabella fl-Appendiċi tal-Anness VI:
|
5. |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|