ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.026.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 26

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
28ta' Jannar 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde

22

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jemenda u jidderoga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/45/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

30

 

 

2012/46/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2012 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Pajjiżi l-Baxxi

32

 

 

2012/47/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2012 li tawtorizza lill-Isvezja biex tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku kkonsmat minn familji u kumpaniji fis-settur tas-servizzi li jinsabu f’ċerti żoni fit-tramuntana tal-Isvezja b’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

33

 

 

2012/48/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2012 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (notifikata bid-dokument numru C(2012) 321)  ( 1 )

35

 

 

2012/49/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tal-enzimi skont l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 323)  ( 1 )

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati ( ĠU L 153, 11.6.2011 )

38

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/1


DIRETTIVA 2011/92/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

(kodifikazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Skont l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent hija msejsa fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas. Effetti fuq l-ambjent għandhom jitqiesu kemm jista' jkun kmieni fil-proċessi tal-ippjanar tekniku u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

(3)

Il-prinċipji tal-istima ta’ effetti ambjentali għandhom ikunu armonizzati, b'mod partikolari sa fejn jirreferu għall-proġetti li għandhom ikunu suġġetti għal stima, l-obbligi prinċipali tal-iżviluppaturi u l-kontenut tal-istima. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli iktar stretti sabiex iħarsu l-ambjent.

(4)

Iktar minn hekk, huwa meħtieġ li jinkiseb wieħed mill-objettivi tal-Unjoni fl-isfera tal-ħarsien tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

(5)

Il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra biex jieħdu deċiżjonijiet li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent kif ukoll fuq is-saħħa u l-ġid personali.

(6)

Prinċipji ġenerali għall-istima ta’ effetti ambjentali għandhom ikunu stabbiliti bil-ħsieb li jissupplixxu u jikkoordinaw proċeduri ta’ kunsens għall-iżvilupp li jirregolaw proġetti pubbliċi u privati li aktarx jista'jikollhom effett qawwi fuq l-ambjent.

(7)

Kunsens għall-iżvilupp għal proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent għandu jingħata biss wara li tkun saret stima minn qabel tal-effetti ambjentali sinifikanti probabbli ta’ dawk il-proġetti. Dik l-istima għandha titmexxa fuq il-bażi tal-informazzjoni xierqa mogħtija mill-iżviluppatur, li tista' tkun supplementata mill-awtoritajiet u mill-pubbliku li x'aktarx ikun ikkonċernat bil-proġett inkwistjoni.

(8)

Proġetti li jappartienu lil ċerti tipi għandhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent u dawk il-proġetti għandhom, bħala regola, jkunu suġġetti għal stima sistematika.

(9)

Proġetti ta’ tipi oħra jista' ma jkollomx effetti sinifikanti fuq l-ambjent f'kull każ u dawk il-proġetti għandhom ikunu stmati fejn l-Istati Membri jaħsbu li x'aktarx li jkollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.

(10)

L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu livelli jew kriterji bil-għan li jistabbilixxu liema minn dawn il-proġetti għandhom jiġu soġġetti għal stima fuq il-bażi tal-importanza tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa li jeżaminaw proġetti li jaqgħu taħt dawk il-livelli jew 'il barra minn dawk il-kriterji fuq il-bażi ta’ każ b'każ.

(11)

Huma u jistabbilixxu tali livelli jew kriterji jew jeżaminaw il-proġetti fuq il-bażi ta’ każ b'każ, bil-għan li jistabbilixxu liema proġetti għandhom ikunu soġġetti għal stima fuq il-bażi tal-effetti sinifikanti tagħhom fuq l-ambjent, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji rilevanti tal-għażla stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex japplikaw dawk il-kriterji f'okkażjonijiet speċifiċi.

(12)

Għal proġetti li huma suġġetti għal stima, ċertu ammont minimu ta’ informazzjoni għandu jingħata, dwar il-proġett u l-effetti tiegħu.

(13)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura sabiex tgħin lill-iżviluppatur jikseb opinjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti dwar il-kontenut u d-daqs tat-tagħrif li għandu jiġi elaborat u fornit għall-istima. L-Istati Membri, fil-qafas ta’ din il-proċedura, jistgħu jeħtieġu li l-iżviluppatur jipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, alternattivi għall-proġetti li għalihom ikun beħsiebu jissottometti applikazzjoni.

(14)

L-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent għandhom ikunu stmati biex iqisu itħassib għall-ħarsien tas-saħħa umana, issir kontribuzzjoni permezz ta’ ambjent aħjar għall-kwalità tal-ħajja, tkun żgurata żamma tad-diversità ta’ speċji u tinżamm il-kapaċità reproduttiva tal-ekosistema bħala riżors bażiku għall-ħajja.

(15)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet imsaħħa li jirrigwardaw l-istima tal-impatt fuq l-ambjent f'kuntest transkonfinali sabiex jitqiesu l-iżviluppi fuq livell internazzjonali. Il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni dwar l-Istima tal-Impatt fuq l-Ambjent f'Kuntest Transkonfinali fil-25 ta’ Frar 1991, u rratifikatha fl-24 ta’ Ġunju 1997.

(16)

Il-parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin lill-pubbliku li jesprimi, u lil min jagħmel id-deċiżjoni li jqis, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawn id-deċiżjonijiet, biex b'hekk jiżdiedu l-kontabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-konoxxenza tal-pubbliku tal-kwistjonijiet ambjentali u l-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda.

(17)

Il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippomwovu l-protezzjoni ambjentali, għandha għalhekk tiġi inkoraġġita, inkluża, fost ħwejjeġ oħra, l-edukazzjoni tal-pubbliku li tippromwovi l-ambjent.

(18)

Il-Komunità Ewropea ffirmat il-Konvenzjoni tal-UN/ECE dwar Aċċess għat-Tagħrif, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Århus”) fil-25 ta’ Ġunju 1998 u rratifikatha fis-17 ta’ Frar 2005.

(19)

Fost l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Århus hemm ix-xewqa li jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet f'materji ambjentali sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt għall-għixien f'ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-ġid personali.

(20)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fid-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet speċifiċi elenkati fl-Anness I tagħha u dwar l-attivitajiet mhux hekk elenkati li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent.

(21)

L-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex tiġi kkontestata l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku tal-Artikolu 6 ta’ dik il-Konvenzjoni.

(22)

Madankollu, din id-Direttiva m'għandhiex tkun applikata għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b'att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, ladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva, inkluża dik li tiġi ssupplimentata l-informazzjoni, jinkisbu permezz tal-proċess leġiżlattiv.

(23)

Barra min hekk, jista' jkun xieraq f'każijiet eċċezzjonali li proġett speċifiku jkun eżentat mill-proċeduri ta’ stima preskritti b'din id-Direttiva, suġġett għal forniment ta’ informazzjoni xierqa lill-Kummissjoni u lill-pubbliku konċernat.

(24)

Ġaladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(25)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istima tal-effetti ambjentali ta’ dawk il-proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“proġett” tfisser:

l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ stallazzjonijiet jew skemi oħra,

interventi oħra fil-madwar u fil-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;

(b)

“żviluppatur” tfisser l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privat jew l-awtorità pubblika li tibda proġett;

(c)

“kunsens għall-iżvilupp” tfisser id-deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur biex jipproċedi bil-proġett;

(d)

“pubbliku” tfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

(e)

“pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew x'aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom. Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u jissodisfaw kull rekwiżit taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;

(f)

“awtorità jew awtoritajiet kompetenti” tfisser dik l-awtorità jew dawk l-awtoritajiet li l-Istati Membri jaħtru bħala responsabbli sabiex iwettqu d-dmirijiet li joħorġu minn din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq il-bażi ta’ każ b'każ jekk hekk ipprovvdut taħt il-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li jaqdu l-għanijiet tad-difiża nazzjonali, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk il-għanijiet.

4.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b'att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, inkluża dik li tiġi ssupplimentata l-informazzjoni, jinkisbu permezz tal-proċess leġiżlattiv.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.

2.   L-istima tal-impatt fuq l-ambjent tista' tkun integrata fil-proċeduri eżistenti għal kunsens għal proġetti fl-Istati Membri, jew, fin-nuqqas ta’ dan, fi proċeduri oħra jew fi proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti biex ikun hemm konformità mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu proċedura waħdiena sabiex iwettqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontrolli integrati tat-tniġġiż (5).

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku fl-intier tiegħu jew f'parti minnu mid-dispożizzjonijiet preskritti f'din id-Direttiva.

F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ stima tkunx approprjata;

(b)

jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x'jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija;

(c)

jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovduha bl-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 3

L-istima dwar l-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b'manjiera xierqa, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b'mod konformi mal-Artikoli 4 sa 12, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-bniedem, il-fawna u l-flora;

(b)

il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-klima u l-pajsaġġ;

(c)

il-beni materjali u l-wirt kulturali;

(d)

l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

Artikolu 4

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għall-stima b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, Stati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-proġett għandux jiġi soġġett għal stima b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni permezz ta':

(a)

eżami każ b'każ,

jew

(b)

livelli jew kriterji stabbiliti mill-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b).

3.   Meta jitwettaq eżami każ b'każ jew jiġu stabbiliti l-livelli jew il-kriterji għall-għan tal-paragrafu 2, għandhom jitqiesu l-kriterji tal-għażla rilevanti stabbiliti fl-Anness III.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak li jkun ġie stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 ikun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 5

1.   Fil-każ ta’ proġetti li, skont l-Artikolu 4, iridu jiġu soġġetti għal stima dwar l-impatt fuq l-ambjent b'mod konformi ma’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 6 sa 10, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-iżviluppatur iforni f'għamla xierqa t-tagħrif speċifikat fl-Anness IV sa fejn:

(a)

l-Istati Membri jikkunsidraw li t-tagħrif ikun rilevanti għal stadju partikolari tal-proċedura tal-kunsens u għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ proġett partikolari jew ta’ tip ta’ proġett u dwar il-karatteristiċi ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati;

(b)

l-Istati Membri jikkunsidraw li żviluppatur jista' raġjonevolment ikun meħtieġ li jiġbor dan it-tagħrif u jagħti każ, fost ħwejjeġ oħra, tal-għarfien u l-metodi ta’ stima attwali.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, jekk l-iżviluppatur hekk jitlob qabel jissottometti applikazzjoni għall-kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tagħti parir dwar it-tagħrif li għandu jiġi fornit mill-iżviluppatur b'mod konformi mal-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-iżviluppatur u mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) qabel ma tagħti l-opinjoni tagħha. Il-fatt li l-awtorità tkun tat opinjoni skont dan il-paragrafu ma jipprekludihiex milli sussegwentement teħtieġ li l-iżviluppatur jissottometti aktar tagħrif.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti jagħtuhom tali opinjoni, irrispettivament minn jekk l-iżviluppatur jitlobx dan.

3.   It-tagħrif li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur b'mod konformi mal-paragrafu 1 għandu mill-inqas jinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-proġett li tinkludi tagħrif dwar is-sit, id-disinn u d-daqs tal-proġett;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, inaqqsu u, jekk ikun possibbli, jirrimedjaw effetti negattivi sinifikanti;

(c)

id-data meħtieġa biex jidentifikaw u jistmaw l-effetti ewlenin li l-proġett x'aktarx li jkun sejjer ikollu fuq l-ambjent;

(d)

il-punti prinċipali tal-alternattivi ewlenin studjati mill-iżviluppatur u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla tiegħu, fid-dawl tal-effetti fuq l-ambjent;

(e)

sommarju mhux tekniku tat-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (d).

4.   L-Istati Membri għandhom, jekk ikun meħtieġ, jiżguraw li kull awtorità li jkollha f'idejha t-tagħrif rilevanti b'referenza partikolari għall-Artikolu 3, tagħmel dan it-tagħrif disponibbli lill-iżviluppatur.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x'aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabbilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornit mill-iżviluppatur u fuq it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f'termini ġenerali jew fuq il-bażi ta’ każ b'każ. It-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawk l-awtoritajiet. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati mill-Istati Membri dwar il-konsultazzjoni.

2.   Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf, jew b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli, dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista' jiġi pprovdut b'mod raġonevoli:

(a)

it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp;

(b)

il-fatt li l-proġett huwa soġġett għal proċedura ta’ stima dwar l-impatt fuq l-ambjent u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;

(c)

id-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjoni, dawk li mingħandhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu sottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trażmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d)

in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e)

indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;

(f)

indikazzjoni dwar iż-żminijiet jew il-postijiet li fihom u l-mezzi li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;

(g)

id-dettalji tal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'termini ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej jitpoġġa għad-disponibilità tal-pubbliku kkonċernat:

(a)

kull tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;

(b)

skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti u l-pariri prinċipali mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku kkonċernat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (6), it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp.

5.   L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (pereżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f'ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat (pereżempju b'sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta’ inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

6.   Għandhom jiġu pprovduti termini ta’ żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku kkonċernat iħejji ruħu u jipparteċipa b'mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

1.   Meta Stat Membru jkun jaf li proġett x'aktarx ikun sejjer ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti jitlob hekk, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jibgħat lill-Istat Membru affettwat malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn meta jgħarraf lill-pubbliku tiegħu, fost ħwejjeġ oħra:

(a)

deskrizzjoni tal-proġett, flimkien ma’ kull tagħrif disponibbli dwar l-impatt transkonfinali possibbli tiegħu;

(b)

tagħrif dwar in-natura tad-deċiżjoni li tista' tittieħed.

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jagħti lill-Istat Membru l-ieħor żmien raġonevoli għalbiex jindika jekk jixtieqx jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), u jista' jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Jekk Stat Membru li jirċievi t-tagħrif skont il-paragrafu 1 jindika li jkun beħsiebu jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu, jekk ma jkunx diġà għamel hekk, jibgħat lill-Istat Membru affettwat it-tagħrif meħtieġ li jingħata skont l-Artikolu 6(2) u li jkun sar disponibbli skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3).

3.   L-Istati Membri kkonċernati, kull wieħed sa fejn jirrigwarda lilu, għandhom ukoll:

(a)

jirranġaw biex it-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ikun magħmul disponibbli, fi żmien raġonevoli, lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti; u

(b)

jiżguraw li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-pubbliku kkonċernat jingħataw opportunità, qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, li jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien raġonevoli dwar it-tagħrif fornit lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun maħsub li jitwettaq il-proġett.

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet rigward, fost ħwejjeġ oħra, l-effetti transkonfinali potenzjali tal-proġett u l-miżuri previsti sabiex inaqqsu jew jeliminaw tali effetti u għandhom jiftiehmu fuq terminu ta’ żmien raġonevoli għat-tul tal-perjodu taż-żmien tal-konsultazzjoni.

5.   L-arranġamenti dettaljati sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati u għandhom ikunu tali li jippermettu lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru affettwat li jipparteċipa b'mod effettiv fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) għall-proġett.

Artikolu 8

Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u tat-tagħrif miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp.

Artikolu 9

1.   Meta tittieħed deċiżjoni li jingħata jew jiġi rrifjutat kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku biha skont il-proċeduri xierqa u għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:

(a)

il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kondizzjoni mehmuża magħha;

(b)

wara li jkunu eżaminaw it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku kkonċernat, ir-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet ewlenin li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(c)

deskrizzjoni, fejn meħtieġa, tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi maġġuri.

2.   L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lil kull Stat Membru li jkun ġie kkonsultat skont l-Artikolu 7, billi jibagħtulu t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri kkonsultati għandhom jiżguraw li dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f'manjiera approprjata lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tagħhom.

Artikolu 10

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku.

Fejn japplika l-Artikolu 7, it-trażmissjoni tat-tagħrif lil Stat Membru ieħor u r-riċezzjoni tat-tagħrif minn Stat Membru ieħor għandhom ikunu soġġetti għal-limitazzzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jiġi propost il-proġett.

Artikolu 11

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernat:

(a)

li jkollhom interess suffiċjenti, jew alternattivament,

(b)

li jsostnu l-ksur ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni,

ikollhom aċċess għal proċedura ta’ stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

3.   Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u l-ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b'mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat. Għal dak il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies suffiċjenti għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru għall-għan tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ stħarriġ preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv qabel ir-rikors għall-proċeduri ta’ stħarriġ ġudizzjarju, meta jeżisti tali rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.

Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f'waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

5.   Sabiex iżidu l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitpoġġew għad-disponibbilità tal-pubbliku tagħrif prattiku dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju.

Artikolu 12

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħaddu lil xulxin informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull kriterju u/jew livell adottat għall-għażla tal-proġetti inkwistjoni, b'mod konformi mal-Artikolu 4(2).

3.   Fuq il-bażi ta’ dak l-iskambju ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun meħtieġ, tibgħat proposti addizzjonali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bil-ħsieb li tiżgura li din id-Direttiva tiġi applikata b'mod suffiċjenti b'manjiera koordinata.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 85/337/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. SZPUNAR


(1)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 154.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ 13 ta’ Settembru 2011 (għadhu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2011.

(3)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(4)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(5)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(6)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.


ANNESS I

PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1)

1.

Raffineriji taż-żejt mhux maħdum (għajr l-impriżi li jiffabbrikaw biss lubrikanti miż-żejt mhux maħdum) u stallazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u l-likwefazzjoni ta’ 500 tunnellata metrika kuljum jew iktar ta’ faħam jew blat tafli bituminuż.

2.

(a)

Power stations termali u stallazzjonijiet oħra ta’ kombustjoni bi ħruġ ta’ sħana ta’ 300 megawatt jew iktar;

(b)

Power stations nukleari u reatturi oħra nukleari inklużi l-iżmantellament jew l-għeluq ta’ tali power stations jew reatturi nukleari (1) (għajr l-istallazzjonijiet tar-riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissili u fertili, li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx il-kilowatt 1 ta’ tagħbija kontinwa termali).

3.

(a)

Stallazzjonijiet għall-ipproċessar mill-ġdid ta’ karburant nukleari irradjat;

(b)

Stallazzjonijiet intiżi:

(i)

għall-produzzjoni jew l-arrikkiment tal-karburant nukleari,

(ii)

għall-ipproċessar tal-karburant nukleari irradjat jew ta’ skart radjoattiv ta’ livell għoli,

(iii)

għar-rimi finali ta’ karburant nukleari irradjat,

(iv)

għar-rimi finali tal-iskart radjoattiv biss,

(v)

għall-ħażna (ippjanata għal iktar minn 10 snin) tal-karburanti nukleari irradjati jew ta’ skart radjoattiv biss f’sit differenti mis-sit tal-produzzjoni.

4.

(a)

Xogħlijiet integrati għat-tidwib tal-bidu tal-ħadid fondut u tal-azzar;

(b)

Stallazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid mhux maħduma minn metalli, ikkonċentrati jew materja prima sekondarja bi proċessi metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi.

5.

Stallazzjonijiet għall-estrazzjoni tal-asbestos u għall-ipproċessar u t-trasformazzjoni tal-asbestos u prodotti li jkun fihom l-asbestos: għall-prodotti tas-siment tal-asbestos, bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 20 000 tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, għall-materjal tal-għorik (frizzjoni), bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 50 tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, u għal użi oħra tal-asbestos, b’utilizzazzjoni ta’ iktar minn 200 tunnellata metrika fis-sena.

6.

Stallazzjonijiet kimiċi integrati, jiġifieri dawk l-istallazzjonijiet għall-manifattura fuq skala industrijali tas-sustanzi li jużaw proċessi ta’ konverżjoni kimika, li fihom numru ta’ unitajiet jiġu mqiegħda ħdejn xulxin biex jidher il-kuntrast ta’ bejniethom u huma funzjonalment marbuta ma’ xulxin u li huma:

(a)

għall-produzzjoni ta’ kimiċi organiċi bażiċi;

(b)

għall-produzzjoni ta’ kimiċi inorganiċi bażiċi;

(c)

għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti artifiċjali bbażat fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-putassju (fertilizzanti artifiċjali sempliċi jew kompost);

(d)

għall-produzzjoni ta’ prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u ta’ bijoċidi;

(e)

għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku;

(f)

għall-produzzjoni tal-isplussivi.

7.

(a)

Il-bini ta’ linji tal-ferrovija għat-traffiku fuq distanzi twal u ta’ ajruporti (2) b’tul bażiku tar-runway ta’ 2 100 m jew iktar;

(b)

Il-bini ta’ awtostradi u toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa (3);

(c)

Il-bini ta’ triq ġdida ta’ erba’ korsiji jew iktar, l-allinjament mill-ġdid u/jew it-twessigħ ta’ triq eżistenti ta’ żewġ korsiji jew iktar sabiex tipprovdi għal erba’ korsiji jew iktar, fejn din it-triq ġdida jew sezzjoni tat-triq allinjata mill-ġdid u/jew imwessgħa tkun iktar min 10 km jew f’ tul iktar li ma jaqta’ xejn.

8.

(a)

Passaġġi interni navigabbli u portijiet għan-navigazzjoni f’passaġġi interni li jippermettu l-passaġġ ta’ bastimenti ta’ ‘l fuq minn 1 350 tunnellata metrika;

(b)

Portijiet kummerċjali, mollijiet għat-tagħbija u l-ħatt, imgħaqqda mal-art u ‘l barra mill-portijiet (minbarra mollijiet tal-laneċ) li jistgħu jieħdu bastimenti ta’ iktar minn 1 350 tunnellata metrika.

9.

Stallazzjonijiet tar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni, it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (4) taħt l-intestatura D9, jew radam tal-iskart perikoluż, kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva.

10.

Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE taħt l-intestatura D9 tal-iskart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż il-100 tunnellata metrika kuljum.

11.

L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art jew skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art fejn il-volum annwali ta’ ilma estratt jew introdott mill-ġdid huwa ekwivalenti għal jew jaqbeż il-10 miljun metru kubu.

12.

(a)

Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn dak it-trasferiment jimmira li jipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ ilma u fejn l-ammont ta’ ilma ttrasferit jaqbeż il-100 miljun metru kubu fis-sena;

(b)

Fil-każi l-oħra kollha, ix-xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn il-fluss medju fuq ħafna snin tal-baċin minn fejn l-ilma jiġi estratt jaqbeż il-2 000 miljun metru kubu fis-sena u fejn l-ammont tal-ilma ttrasferit jaqbeż il-5 % ta’ dak il-fluss.

Fiż-żewġ każi huma esklużi t-trasferimenti tal-ilma tax-xorb bil-pajpijiet.

13.

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi b’kapaċità li taqbeż l-ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ 150 000 kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (5).

14.

L-estrazzjoni tal-petrolju u tal-gass naturali għal għanijiet kummerċjali fejn l-ammont estratt jaqbeż il-500 tunnellata metrika kuljum fil-każ tal-petrolju u l-500 000 metru kubu kuljum fil-każ tal-gass.

15.

Digi u stallazzjonijiet oħra maħsuba biex iżommu lura jew jaħżnu l-ilma permanentement, fejn l-ammont tal-ilma ġdid jew addizzjonali miżmum lura jew maħżun jaqbeż il-10 miljuni metru kubu.

16.

Pipelines b’dijametru ta’ aktar minn 800 mm u tul ta’ aktar minn 40 km:

(a)

għat-trasport ta’ gass, żejt, sustanzi kimiċi;

(b)

għat-trasport ta’ nixxigħat tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati.

17.

Stallazzjoni għat-tkabbir intensiv tat-tjur jew tal-ħnieżer b’iktar minn:

(a)

85 000 post għall-kapuċċelli, 60 000 post għat-tiġieġ;

(b)

3 000 post għall-ħnieżer ta’ produzzjoni (ta’ iktar minn 30 kg); jew

(c)

900 post għall-majjaliet.

18.

Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’:

(a)

polpa mill-injam tas-siġar jew minn materjali fibrużi simili;

(b)

karta u kartun b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-200 tunnellata metrika kuljum.

19.

Il-barrieri u x-xogħol fil-minjieri miftuħa fejn il-wiċċ tal-art jaqbeż il-25 ettaru, jew l-estrazzjoni tal-pit, fejn il-wiċċ tal-art fuq il-post jaqbeż il-150 ettaru.

20.

Il-bini ta’ kejblijiet tal-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km.

21.

Stallazzjonijiet għall-ħażna tal-petrolju, tal-petrokimika jew ta’ prodotti kimiċi b’kapaċità ta’ 200 000 tunnellata metrika jew iktar.

22.

Siti tal-ħżin taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (6).

23.

Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet koperti minn dan l-Anness, jew fejn il-ġbir totali annwali tas-CO2 ikun ta’ 1,5 mega tunnellati jew aktar.

24.

Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-Anness meta tali bidla jew estensjoni fiha nfisha tilħaq il-livelli, jekk ikun hemm, iddikjarati f’dan l-Anness.


(1)  Power stations nukleari u reatturi nukleari oħra ma jibqgħux jikkostitwixxu tali stallazzjonijiet meta jkunu ġew imwarrba permanentement minn fuq is-sit tal-istallazzjoni l-karburant nukleari kollu u elementi oħra kkontaminati bir-radjoattività.

(2)  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “ajruport” ifisser ajruport li huwa konformi mad-definizzjoni tal-Konvenzzjoni ta’ Chicago tal-1944 li twaqqaf l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (Anness 14).

(3)  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa” tfisser triq li tikkonforma mad definizzjoni fil-Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali tal-15 ta’ Novembru 1975.

(4)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

(6)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.


ANNESS II

IL-PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)

1.   IL-BIEDJA, IS-SILVIKULTURA U L-AKKWAKULTURA

(a)

Proġetti għall-bini mill-ġdid ta’ oqsma rurali;

(b)

Proġetti għall-użu ta’ raba’ mhux ikkultivat jew ta’ żoni semi-naturali bil-għan ta’ biedja intensiva;

(c)

Proġetti għall-immaniġġjar tal-ilma għall-biedja, inklużi t-tisqija u proġetti għat-tnixxif ta’ artijiet mgħaddra;

(d)

L-afforestazzjoni u d-deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art;

(e)

Stallazzjonijiet għat-tkabbir b’mod intensiv tal-annimali tal-irziezet (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(f)

Tkabbir tal-ħut b’mod intensiv;

(g)

Riklamazzjoni tal-art mill-baħar.

2.   L-INDUSTRIJA TAL-ESTRAZZJONI

(a)

Barrieri, minjieri miftuħa u l-estrazzjoni tal-pit (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b)

Minjieri taħt l-art;

(c)

L-estrazzjoni tal-minerali bit-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar;

(d)

Tħaffir fil-fond bil-berrini, b’mod partikolari:

(i)

tħaffir ġeotermiku,

(ii)

tħaffir għall-ħażna ta’ materjal ta’ skart nukleari,

(iii)

tħaffir għall-provvisti tal-ilma,

minbarra tħaffir sabiex tiġi investigata l-istabbilità tal-ħamrija;

(e)

Stallazzjonijiet industrijali fuq il-wiċċ tal-art għall-estrazzjoni tal-faħam, tal-petrolju, tal-gass naturali u tal-minerali, kif ukoll tal-blat tafli bituminuż.

3.   L-INDUSTRIJA TAL-ENERĠIJA

(a)

Stallazzjonijiet industrijali għall-produzzjoni tal-elettriku, il-fwar u l-misħun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b)

Stallazzjonijiet industrijali għall-ġarr tal-gass, il-fwar u l-misħun; it-trasmissjoni tal-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(c)

Il-ħażna fuq l-art tal-gass naturali;

(d)

Il-ħażna taħt l-art ta’ gassijiet kombustibbli;

(e)

Il-ħażna fuq l-art tal-karburanti fossili;

(f)

Il-bini industrijali ta’ blokki/briksijiet tal-faħam u tal-linjit;

(g)

Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-ħażna ta’ skart radjoattiv (għajr jekk inkluż fl-Anness I);

(h)

Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-enerġija idro-elettrika;

(i)

Stallazzjonijiet li jużaw il-qawwa tar-riħ għall-produzzjoni tal-enerġija (oqsma ta’ mtieħen tar-riħ);

(j)

Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet mhux koperti mill-Anness I ta’ din id-Direttiva.

4.   IL-PRODUZZJONI U L-IPPROĊESSAR TAL-METALLI

(a)

Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid fondut u tal-azzar (fużjoni primarja u sekondarja) inkluż it-tidwib kontinwu;

(b)

Stallazzjonijiet għall-ipproċessar tal-metalli tal-ħadid;

(i)

fabbriki tar-rumblar bis-sħana,

(ii)

postijiet tax-xogħol tal-ħadid bil-mazez,

(iii)

l-applikazzjoni ta’ kisjiet protettivi bil-metall fużjonat;

(c)

Funderiji tal-metalli tal-ħadid;

(d)

Stallazzjonijiet għat-tidwib, inkluż l-għemil tal-illiġi, ta’ metalli mhux tal-ħadid, minbarra l-metalli prezzjużi, inklużi prodotti rkuprati (raffinazzjoni, titwib bil-forġa, eċċ.);

(e)

Stallazzjonijiet għat-trattament fuq l-art tal-metalli u ta’ materjali tal-plastika li jużaw proċessi kimiċi jew tal-elettrolisi;

(f)

Il-manifattura u l-immuntar ta’ vetturi bil-mutur u l-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur;

(g)

Tarzni;

(h)

Stallazzjonijiet għall-bini u t-tiswija ta’ vetturi tal-ajru;

(i)

Il-manifattura ta’ tagħmir tal-ferroviji;

(j)

It-tagħwiġ tal-metall (“swaging”) bl-isplussivi;

(k)

Stallazzjonijiet għall-infurnar u s-sinterizzazzjoni ta’ minerali metalliċi.

5.   L-INDUSTRIJA MINERARJA

(a)

Fran tal-kokk (distillazzjoni tal-faħam niexef);

(b)

Stallazzjonijiet għall-manifattura tas-siment;

(c)

Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-asbestos u l-manifattura ta’ prodotti tal-asbestos (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d)

Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ (“glass fibre”);

(e)

Stallazzjonijiet għat-tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ;

(f)

Il-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika, b’mod partikolari madum tal-bjut, blokok, briksijiet refrattorji, madum, xogħol tal-fuħħar u porċellana.

6.   L-INDUSTRIJA KIMIKA (PROĠETTI MHUX INKLUŻI FL-ANNESS I)

(a)

It-trattament ta’ prodotti intermedji u l-produzzjoni ta’ oġġetti tal-kimika;

(b)

Il-produzzjoni tal-pestiċidi u ta’ prodotti farmaċewtiċi, żebgħa u verniċ, elastomeri u perossidi;

(c)

Faċilitajiet għall-ħażna tal-petrolju, ta’ prodotti petrokimiċi u kimiċi.

7.   L-INDUSTRIJA TAL-IKEL

(a)

Il-manifattura ta’ żjut u xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel u mill-annimali;

(b)

L-imballaġġ u t-tqegħid fil-landi ta’ prodotti mill-annimali u mill-ħxejjex tal-ikel;

(c)

Il-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib;

(d)

Il-manifattura tal-birra u tal-maltu;

(e)

Il-manifattura tal-ħelu u x-xiroppi;

(f)

Stallazzjonijiet għall-qtil tal-annimali;

(g)

Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-lamtu artifiċjali;

(h)

Fabbriki tal-ikel tal-ħut u taż-żejt tal-ħut;

(i)

Fabbriki taz-zokkor.

8.   L-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI, TAL-INJAM U TAL-KARTA

(a)

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-karta u l-kartun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b)

Impjanti għat-trattament minn qabel (xogħlijiet bħall-ħasil, il-bliċjar, merċerizzazzjoni) jew għall-għoti tal-kulur lill-fibri jew lit-tessuti;

(c)

Impjanti għall-ikkunzar tal-ġlud;

(d)

Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-produzzjoni taċ-ċellulosi.

9.   L-INDUSTRIJA TAL-LASTIKU

Il-manifattura u t-trattament ta’ prodotti bbażati fuq l-elastomeri.

10.   PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA

(a)

Proġetti ta’ żvilupp ta’ oqsma industrijali;

(b)

Proġetti ta’ żvilupp urban, inkluż il-bini ta’ ċentri kummerċjali u ta’ parkeġġi għall-karozzi;

(c)

Il-bini ta’ ferroviji u ta’ faċilitajiet għat-trasbord intermodali, u ta’ terminali intermodali (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d)

Il-bini ta’ ajrudromi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(e)

Il-bini ta’ toroq, portijiet u stallazjonijiet tal-portijiet, inklużi menqiet għall-bastimenti tas-sajd (proġett mhux inklużi fl-Anness I);

(f)

Il-bini ta’ passaġġi interni navigabbli mhux inklużi fl-Anness I, il-bini ta’ kanali u xogħlijiet għall-ilqugħ tal-ilma mill-ħamliet;

(g)

Digi u stallazzjonijiet oħra ddisinjati bil-ħsieb li jżommu l-ilma jew jaħżnuh fuq bażi fit-tul (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(h)

Linji tat-tramm, ferroviji fil-għoli jew taħt l-art, linji tal-kejblijiet fil-għoli jew linji simili ta’ tip partikolari, użati esklużivament jew fil-biċċa l-kbira għat-trasport tal-passiġġieri;

(i)

Stallazzjonijiet ta’ oleodotti u gassdotti u linji ta’ pajpijiet għat-trasport ta’ nixxigħat ta’ CO2 għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(j)

Stallazzjonijiet ta’ akkwedotti fuq distanzi twal;

(k)

Xogħol kostali biex jikkumbatti l-erożjoni u xogħlijiet marittimi kapaċi li jibdlu l-kosta permezz tal-bini ta’, pereżempju, digi, mollijiet, pontijiet u xogħlijiet oħra ta’ difiża kontra l-baħar, għajr il-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ xogħlijiet minn dawn;

(l)

L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art u skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art mhux inklużi fl-Anness I;

(m)

Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar mhux inklużi fl-Anness I.

11.   PROĠETTI OĦRA

(a)

Korsi permanenti tat-tiġrija tal-vetturi bil-mutur u tal-prova tagħhom;

(b)

Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(c)

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d)

Siti għad-depożitu tat-tjun;

(e)

Il-ħażna tal-ħadid għall-iskart, inklużi l-vetturi skartati;

(f)

Bankijiet tax-xogħol għall-magni, it-turbini u r-reatturi;

(g)

Stallazzjonijiet għall-manifattura ta’ fibri minerali artifiċjali;

(h)

Stallazzjonijiet għall-irkupru jew il-qerda ta’ sustanzi splussivi;

(i)

Postijiet tan-negozju tal-ġebel mill-bini maħtut.

12.   IT-TURIŻMU U L-ĦIN LIBERU

(a)

Korsi għall-ġiri bl-iski, seġġjoviji u funikulari u żviluppi assoċjati;

(b)

Marini;

(c)

Villaġġi għall-vaganzi u kumplessi ta’ lukandi’l barra miż-żoni urbani u l-iżviluppi assoċjati magħhom;

(d)

Siti permanenti għall-kampeġġ u siti għall-karavanijiet;

(e)

Theme parks.

13.

(a)

Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti mniżżla fl-Anness I jew f’dan l-Anness, diġà awtorizzati, imwettqa jew fil-proċess tat-twettiq, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent (bidla jew estensjoni mhux inkluża fl-Anness I);

(b)

Il-proġetti fl-Anness I, magħmula esklużivament jew fil-biċċa l-kbira tagħhom għall-iżvilupp u l-eżami ta’ metodi jew prodotti ġodda u li ma jkunux ilhom użati għal iktar minn sentejn.


ANNESS III

IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

1.   KARATTERISTIĊI TAL-PROĠETTI

Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jiġu kkunsidrati billi jitqiesu, b’mod partikolari:

(a)

id-daqs tal-proġett;

(b)

il-kumulazzjoni ma’ proġetti oħra;

(c)

l-użu tar-riżorsi naturali;

(d)

il-produzzjoni tal-iskart;

(e)

it-tniġġis u l-irritazzjonijiet;

(f)

ir-riskju ta’ inċidenti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari s-sustanzi u t-teknoloġiji użati.

2.   IL-LOKALIZZAZZJONI TAL-PROĠETTI

Trid tiġi kkunsidrata s-sensittività ambjentali ta’ żoni ġeografiċi li x’aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari:

(a)

l-użu eżistenti tal-art;

(b)

l-abbundanza relattiva, il-kwalità u l-ħila tar-riġenerazzjoni tar-riżorsi naturali fiż-żona;

(c)

il-kapaċità ta’ assorbiment tal-ambjent naturali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil żoni li ġejjin:

(i)

l-artijiet mistgħadra,

(ii)

iż-żoni kostali,

(iii)

il-firxiet ta’ art muntanjuża u miksija bil-foresti,

(iv)

ir-riżervi naturali u ġonna kbar,

(v)

iż-żoni kklassifikati jew protetti skont il-leġislazzjoni tal-Istati Membri; żoni ta’ protezzjoni speċjali ddisinjati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2),

(vi)

iż-żoni li fihom il-livelli stabbiliti ta’ kwalità ambjentali preskritti mil-liġijiet tal-Unjoni jkunu diġà ġew maqbuża,

(vii)

iż-żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni,

(viii)

il-pajsaġġi ta’ sinifikat storiku, kulturali jew arkeoloġiku.

3.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-IMPATT POTENZJALI

L-effetti sinifikanti potenzjali tal-proġetti għandhom jiġu kkunsidrati f’relazzjoni mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1 u 2, u billi jitqiesu b’mod partikolari:

(a)

il-firxa tal-impatt (iż-żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni affettwata);

(b)

in-natura transkonfinali tal-impatt;

(c)

il-kobor u l-kumplessità tal-impatt;

(d)

il-probabbiltà tal-impatt;

(e)

it-tul taż-żmien, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-impatt.


(1)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(2)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.


ANNESS IV

IT-TAGĦRIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 5(1)

1.

Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b’mod partikolari:

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu u tar-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u tax-xogħlijiet;

(b)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewliena tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali użati;

(c)

stima, skont it-tip u l-kwantità, tal-fdalijiet u l-emissjonijiet mistennija (tniġġis tal-ilma, tal-arja u tal-ħamrija, ħoss, vibrazzjoni, dawl, sħana, radjazzjoni, eċċ.) li jirriżultaw mix-xogħlijiet tal-proġett propost.

2.

Il-punti prinċipali tal-alternattivi ewliena studjati mill-iżviluppatur u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-effetti fuq l-ambjent.

3.

Id-deskrizzjoni tal-aspetti tal-ambjent li x’aktarx jiġu affettwati b’mod sinifikanti mill-proġett propost, inklużi, b’mod partikolari, il-popolazzjoni, il-fawna, il-flora, il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-fatturi klimatiċi, il-beni materjali, inklużi l-wirt arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ u l-inter-relazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq.

4.

Id-deskrizzjoni (1) tal-effetti x’aktarx sinifikanti tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:

(a)

l-eżistenza tal-proġett;

(b)

l-użu tar-riżorsi naturali;

(c)

l-emissjoni ta’ oġġetti ta’ tniġġis, il-ħolqien ta’ irritazzjonijiet u l-eliminazzjoni tal-iskart.

5.

Id-deskrizzjoni mill-iżviluppatur tal-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 4.

6.

Id-deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu u fejn possibbli jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent.

7.

Sommarju mhux tekniku tat-tagħrif ipprovvdut skont l-intestaturi 1 sa 6.

8.

Indikazzjoni ta’ kull diffikultà (defiċjenzi tekniċi jew nuqqas ta’ kompetenza fis-sengħa) li jiltaqa’ magħha l-iżviluppatur fil-ġbir tat-tagħrif meħtieġ.


(1)  Din id-deskrizzjoni għandha tkopri l-effetti diretti u kull effett indirett, sekondarju, kumulattiv, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett.


ANNESS V

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE

(ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40)

 

Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE

(ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5)

 

Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17)

Artikolu 3 biss

Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114)

Artikolu 31 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

85/337/KEE

fit-3 ta’ Lulju 1988.

97/11/KE

fl-14 ta’ Marzu 1999.

2003/35/KE

fil-25 ta’ Ġunju 2005.

2009/31/KE

fil-25 ta’ Ġunju 2011.


ANNESS VI

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 85/337/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu

Article 1(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Article 1(2)(a), il-kliem introduttorju

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(2), punt (a), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1(2), punt (a), it-tieni inċiż

Artikolu 1(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (b)

Artikolu 1(2), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (c)

Artikolu 1(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (d)

Artikolu 1(2), is-sitt subparagrafu

Artikolu 1(2), punt (e)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2), punt (f)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(4)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2a)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3, il-kliem introduttorju

Artikolu 3, il-kliem introduttorju

Artikolu 3, l-ewwel inċiż

Artikolu 3, punt (a)

Artikolu 3, it-tieni inċiż

Artikolu 3, punt (b)

Artikolu 3, it-tielet inċiż

Artikolu 3, punt (c)

Artikolu 3, ir-raba' inċiż

Artikolu 3, punt (d)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju

Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju

Artikolu 5(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 5(3), punt (a)

Artikolu 5(3), it-tieni inċiż

Artikolu 5(3), punt (b)

Artikolu 5(3), it-tielet inċiż

Artikolu 5(3), punt (c)

Artikolu 5(3), ir-raba' inċiż

Artikolu 5(3), punt (d)

Artikolu 5(3), il-ħames inċiż

Artikolu 5(3), punt (e)

Article 5(4)

Article 5(4)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 7(1), punt (a)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 7(1), punt (b)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 7(1), il-kliem finali

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(2)-7(5)

Artikolu 7(2)-7(5)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 9, il-kliem introduttorju

Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1), punt (a)

Artikolu 9(1), it-tieni inċiż

Artikolu 9(1), punt (b)

Artikolu 9(1), it-tielet inċiż

Artikolu 9(1), punt (c)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 10a, l-ewwel paragrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 10a, it-tieni paragrafu

Artikolu 11(2)

Artikolu 10a, it-tielet paragrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 10a, ir-raba' u l-ħames paragrafi

Artikolu 11(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 10a, is-sitt paragrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Anness I, punt 1

Anness I, punt 1

Anness I, punt 2, l-ewwel inċiż

Annex I, point 2(a)

Anness I, punt 2, it-tieni inċiż

Anness I, punt 2(b)

Anness I, punt 3(a)

Anness I, punt 3(a)

Anness I, punt 3(b), il-kliem introduttorju

Anness I, punt 3(b), il-kliem introduttorju

Anness I, punt 3(b), l-ewwel inċiż

Anness I, punt 3(b)(i)

Anness I, punt 3(b), it-tieni inċiż

Anness I, punt 3(b)(ii)

Anness I, punt 3(b), it-tielet inċiż

Anness I, punt 3(b)(iii)

Anness I, punt 3(b), ir-raba' inċiż

Anness I, punt 3(b)(iv)

Anness I, punt 3(b), il-ħames inċiż

Anness I, punt 3(b)(v)

Anness I, punt 4, l-ewwel inċiż

Anness I, punt 4(a)

Anneaa I, punt 4, it-tieni inċiż

Anness I, punt 4(b)

Anness I, punt 5

Anness I, punt 5

Anness I, punt 6, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 6, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 6(i)

Anness I, punt 6(a)

Anness I, punt 6(ii)

Anness I, punt 6(b)

Anness I, punt 6(iii)

Anness I, punt 6(c)

Anness I, punt 6(iv)

Anness I, punt 6(d)

Anness I, punt 6(v)

Anness I, punt 6(e)

Anness I, punt 6(vi)

Anness I, punt 6(f)

Anness I, punti 7-15

Anness I, punti 7-15

Anness I, punt 16, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 16, il-kliem introduttorju

Anness I, punt 16, l-ewwel inċiż

Anness I, punt 16(a)

Anness I, punt 16, it-tieni inċiż

Anness I, punt 16(b)

Anness I, punti 17-21

Anness I, punti 17-21

Anness I, punt 22

Anness I, punt 24

Anness I, punt 23

Anness I, punt 22

Anness I, punt 24

Anness I, punt 23

Anness II, punt 1

Anness II, punt 1

Anness II, punt 2(a), (b) u (c)

Anness II, punt 2(a), (b) u (c)

Anness II, punt 2(d), il-kliem introduttorju

Anness II, puntt 2(d), il-kliem introduttorju

Anness II, punt 2(d), l-ewwel inċiż

Annex II, punt 2(d)(i)

Anness II, punt 2(d), it-tieni inċiż

Anness II, punt 2(d)(ii)

Anness II, punt 2(d), it-tielet inċiż

Anness II, punt 2(d)(iii)

Anness II, point 2(d), il-kliem finali

Anness II, punt 2(d), il-kliem finali

Anness II, punt 2(e)

Anness II, punt 2(e)

Anness II, punti 3-12

Anness II, punti 3-12

Anness II, punt 13, l-ewwel inċiż

Anness II, punt 13(a)

Anness II, punt 13, it-tieni inċiż

Anness II, punt 13(b)

Anness III, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 1, l-ewwel inċiż

Annex III, point 1(a)

Anness III, punt 1, it-tieni inċiż

Anness III, punt 1(b)

Anness III, punt 1, it-tielet inċiż

Anness III, punt 1(c)

Anness III, punt 1, ir-raba' inċiż

Anness III, punt 1(d)

Annex III, point 1, il-ħames inċiż

Annex III, point 1(e)

Anness III, punt 1, is-sitt inċiż

Anness III, punt 1(f)

Anness III, punt 2, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2, l-ewwel inċiż

Anness III, punt 2(a)

Anness III, punt 2, it-tieni inċiż

Anness III, punt 2(b)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2(c), il-kliem introduttorju

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (a)

Anness III, punt 2(c)(i)

Anness III, point 2, it-tielet inċiż, punt (b)

Anness III, punt 2(c)(ii)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (c)

Anness III, punt 2(c)(iii)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (d)

Anness III, punt 2(c)(iv)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (e)

Anness III, punt 2(c)(v)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (f)

Anness III, punt 2(c)(vi)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (g)

Anness III, punt 2(c)(vii)

Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (h)

Anness III, punt 2(c)(viii)

Anness III, punt 3, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 3, il-kliem introduttorju

Anness III, punt 3, l-ewwel inċiż

Anness III, punt 3(a)

Anness III, punt 3, it-tieni inċiż

Anness III, punt 3(b)

Anness III, punt 3, it-tielet inċiż

Annex III, punt 3(c)

Anness III, punt 3, ir-raba' inċiż

Anness III, punt 3(d)

Anness III, punt 3, il-ħames inċiż

Anness III, punt 3(e)

Anness IV, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 1, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 1, l-ewwel inċiż

Anness IV, punt 1(a)

Anness IV, punt 1, it-tieni inċiż

Anness IV, punt 1(b)

Anness IV, punt 1, it-tielet inċiż

Anness IV, punt 1(c)

Anness IV, punti 2 u 3

Anness IV, punti 2 u 3

Anness IV, punt 4, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Anness IV, punt 4, l-ewwel inċiż

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Anness IV, punt 4, it-tieni inċiż

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Anness IV, punt 4, it-tielet inċiż

Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Anness IV, punt 4, il-parti finali

Anness IV, punt 5

Anness IV, punt 5

Anness IV, punt 6

Anness IV, punt 6

Anness IV, puunt 7

Anness IV, punt 7

Anness IV, punt 8

Anness V

Anness VI


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/22


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde

Fl-10 ta’ Ottubru 2011, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lir-Repubblika tal-Kap Verde li l-Kunsill kien lesta, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ hawn fuq, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Lulju 2011.

Hekk ukoll, fis-17 ta’ Jannar 2012 ir-Repubblika tal-Kap Verde nnotifikat lill-Unjoni Ewropea li kienet lestiet il-proċeduri ta’ konklużjoni tagħha.

Għaldaqstant il-Protokoll daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2012 skont l-Artikolu 16 tiegħu.


REGOLAMENTI

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 71/2012

tas-27 ta’ Jannar 2012

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u partikolarment l-Artikolu 22(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies l-azzjoni regolatorja li ttieħdet fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni [l-evalwazzjoni], l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (5).

(3)

Is-sustanzi diklobenil, dikloran, etossikin u propisoklor ma ġewx inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (6), bir-riżultat li dawk is-sustanzi huma pprojbiti għall-użu tal-pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanzi diklobenil, dikloran, etossikin u propisoklor mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (7). Dik l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra rriżultat fid-deċiżjoni li s-sustanzi diklobenil, dikloran, etossikin u propisoklor ma jiġux inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bir-riżultat li s-sustanzi diklobenil, dikloran, etossikin u propisoklor jibqħu pprojbiti għall-użu tal-pestiċidi u li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanzi diklobenil, dikloran, etossikin u propisoklor għandhom jiżdiedu mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(4)

Is-sustanza bromur tal-metil ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u s-sustanza bromur tal-metil ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE, bir-riżultat li s-sustanza bromur tal-metil hija pprojbita għall-użu tal-pestiċidi u għalhekk għandha tiżdied mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanza bromur tal-metil mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Dik l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra rriżultat fid-deċiżjoni li s-sustanza bromur tal-metil ma tiġix inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bir-riżultat li s-sustanza bromur tal-metil tibqa’ pprojbita għall-użu tal-pestiċidi u li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza bromur tal-metil għandha tiżdied mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(5)

Is-sustanza ċjanammid ma ġietx inkluża bħala sustanzi attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bir-riżultat li s-sustanza ċjanammid tiġi severament ristretta għall-użu tal-pestiċidi u għalhekk għandha tiżdied mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 minħabba li prattikament kull użu huwa pprojbit minkejja l-fatt li s-sustanza ċjanammid ġiet identifikata u nnotifikata għall-evalwazzjoni skont id-Direttiva 98/8/KE u għaldaqstant tista’ tibqa’ tiġi awtorizzata mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont dik id-Direttiva. Iż-żieda tas-sustanza ċjanammid mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Dik l-applikazzjoni l-ġdida ġiet irtirata mill-applikant bir-riżultat li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza ċjanammid għandha tiżdied mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(6)

Is-sustanza flurprimidol ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bir-riżultat li s-sustanza flurprimidol hija pprojbita għall-użu tal-pestiċidi u għalhekk għandha tiżdied mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanza flurprimidol mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Dik l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra rriżultat fid-deċiżjoni li s-sustanza flurprimidol ma tiġix inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bir-riżultat li s-sustanza flurprimidol tibqa’ pprojbita għall-użu tal-pestiċidi u r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza flurprimidol għandha tiżdied mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(7)

Is-sustanza triflumuron ġiet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bir-riżultat li s-sustanza triflumuron m’għadhiex ipprojbita għall-użu tal-pestiċidi. Konsegwentament is-sustanza attiva triflumuron għandha titħassar mill-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(8)

Is-sustanza triażossidu ġiet approvata bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bir-riżultat li s-sustanza triażossidu m’għadhiex ipprojbita għall-użu tal-pestiċidi. Konsegwentament is-sustanza attiva triażossidu għandha titħassar mill-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

(3)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(7)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

għandhom jiġu miżjuda l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru tas-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija

(*)

Limitazzjoni tal-użu

(**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Ċjanammid +

420-04-2

206-992-3

2853 00 90

p(1)

b

 

Diklobenil

1194-65-6

214-787-5

2926 90 95

p(1)

b

 

Dikloran +

99-30-9

202-746-4

2921 42 00

p(1)

b

 

Etossikin +

91-53-2

202-075-7

2933 49 90

p(1)

b

 

Bromur tal-metil +

74-83-9

200-813-2

2903 39 11

p(1)-p(2)

b-b

 

Propisoklor

86763-47-5

mhux applikabbli

2924 29 98

p(1)

b”

 

(b)

l-entrata għall-flurprimidol għandha tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza kimika

Nru tas-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija

(*)

Limitazzjoni tal-użu

(**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Flurprimidol +

56425-91-3

mhux applikabbli

2933 59 95

p(1)

b”

 

(c)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru tas-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija

(*)

Limitazzjoni tal-użu

(**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Triflumuron

64628-44-0

264-980-3

2924 29 98

p(1)

b”

 

(d)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru tas-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija

(*)

Limitazzjoni tal-użu

(**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Triażossidu

72459-58-6

276-668-4

2933 29 90

p(1)

b”

 

(2)

fil-Parti 2 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru tas-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Kategorija

(*)

Limitazzjoni tal-użu

(**)

“Ċjanammid

420-04-2

206-992-3

2853 00 90

p

sr

Diklobenil

1194-65-6

214-787-5

2926 90 95

p

b

Dikloran

99-30-9

202-746-4

2921 42 00

p

b

Etossikin

91-53-2

202-075-7

2933 49 90

p

b

Flurprimidol

56425-91-3

mhux applikabbli

2933 59 95

p

b

Bromur tal-metil

74-83-9

200-813-2

2903 39 11

p

b

Propisoklor

86763-47-5

mhux applikabbli

2924 29 98

p

b”


28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 72/2012

tas-27 ta’ Jannar 2012

li jemenda u jidderoga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Regolament dwar l-OKS Unika]) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103h(b) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli li tinkludi s-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat. L-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell tal-organizzazzjoni ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix huwa partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba sostanzjata kif dovut, biex jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali ekwivalenti għall-massimu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 103b(1)(a) ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 91(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprovdi li għall-finijiet tal-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkiseb fir-reġjun u li ġie kkummerċjalizzat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-gruppi tal-produtturi, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkiseb f’dak ir-reġjun. Sabiex jiġi żgurat l-użu korrett tal-għajnuna nazzjonali, huwa xieraq li jiġu ċċarati r-regoli dwar il-kalkolu tal-livell tal-organizzazzjoni.

(3)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 91(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, reġjun għandu jiġi kkunsidrat bħala parti distinta mit-territorju ta' Stat Membru, bħala riżultat tal-karatteristiċi amministrattivi, ġeografiċi jew ekonomiċi tiegħu. Għall-finijiet ta’ konsistenza u verifikabbiltà, huwa xieraq li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta' reġjun u li jiġi stipulat perjodu minimu ta’ żmien li matulu ma jkunux permessi tibdiliet fid-definizzjoni ta' reġjun, sakemm ma jkunux iġġustifikati oġġettivament.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jipprovdi li talbiet lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni biex tingħata għajnuna finanzjarja nazzjonali għall-programmi operattivi li għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta' Jannar ta' dik is-sena. Sabiex ikun permess l-Artikolu 91 emendat tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li għandu jiġi applikat fl-2012, huwa xieraq li tiġi pprovduta deroga mill-iskadenza pprovduta fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 92(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta korrezzjoni tat-talbiet mibgħuta qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex ikun żgurat li t-talbiet għall-awtorizzazzjoni biex tingħata għajnuna finanzjarja nazzjonali għall-programmi operattivi li għandhom jiġu implimentati fl-2012 jistgħu jiġu ppreżentati skont ir-regoli l-ġodda, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu. Madankollu, l-Artikolu 95(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jagħmel talba wkoll sabiex ir-rimborż mill-Unjoni jkun akkumpanjat minn evidenza li turi l-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun ikkonċernat. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-talbiet għar-rimborż mill-Unjoni skont l-Artikolu 95(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali awtorizzata mill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

L-Artikolu 91 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 91

Il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi u d-definizzjoni ta’ reġjun

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkiseb fir-reġjun ikkonċernat u li ġie kkummerċjalizzat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-gruppi tal-produtturi, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkiseb f’dak ir-reġjun.

Il-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkiseb fir-reġjun ikkonċernat u li ġie kkumerċjalizzat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-gruppi tal-produtturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu biss il-prodotti li għalihom dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi tal-produtturi huma rikonoxxuti. L-Artikoli 42 u 50 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-produzzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-gruppi tal-produtturi u l-membri tagħhom miksuba fir-reġjun ikkonċernat li ġiet ikkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi tal-produtturi biss għandha tiġi inkluża fil-kalkolu ta' dak il-valur.

Għall-kalkolu tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkiseb f'dak ir-reġjun, il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għandha tapplika mutatis mutandis

2.   Il-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkunsidrat bħala partikolarment baxx meta l-medja tal-livelli, ikkalkulata kif imsemmi fil-paragrafu 1, għall-aħħar tliet snin li għalihom ikun hemm id-dejta disponibbli, tkun inqas minn 20 %.

3.   Il-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix iġġenerata fir-reġjun imsemmi f’dan l-Artikolu biss tista’ tibbenefika mill-għajnuna finanzjarja nazzjonali.

4.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni bħala parti distinta mit-territorju tagħhom skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi u ekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu/tal-frott u l-ħaxix reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom u li għalihom hija disponibbli d-dejta sabiex jiġi kkalkulat il-livell tal-organizzazzjoni skont il-paragrafu 1.

Ir-reġjuni definiti minn Stat Membru għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu ma għandhomx jinbidlu għal mill-inqas 5 snin, sakemm tali bidla ma tkunx iġġustifikata oġġettivament minn raġunijiet sostantivi mingħajr rabta mal-kalkolu tal-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati.

Artikolu 2

Deroga mill-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jissottomettu t-talba tagħhom għall-awtorizzazzjoni biex jagħtu għajnuna finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għal programmi operattivi li għandhom jiġu implimentati fl-2012 sad-29 ta’ Frar 2012.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw ir-reġjuni, inkluż id-delimitazzjoni ġeografika tagħhom kif ipprovdut fl-Artikolu 91(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 kif emendat b'dan ir-Regolament, fl-ewwel talba tagħhom għall-awtorizzazzjoni mressqa wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkoreġu t-talbiet għall-awtorizzazzjoni għall-2012 mibgħuta lill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sad-29 ta’ Frar 2012.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-talbiet għar-rimborż mill-Unjoni skont l-Artikolu 95(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali awtorizzata mill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 73/2012

tas-27 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

160,4

MA

53,0

TN

74,2

TR

101,9

ZZ

97,4

0707 00 05

EG

217,9

JO

241,9

MA

148,6

TR

182,3

ZZ

197,7

0709 91 00

EG

143,2

ZZ

143,2

0709 93 10

MA

130,8

TR

161,9

ZZ

146,4

0805 10 20

EG

52,2

MA

54,0

TN

62,6

TR

61,4

ZZ

57,6

0805 20 10

MA

98,4

ZZ

98,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

61,5

EG

81,0

IL

96,6

JM

118,0

KR

92,2

MA

52,0

PK

50,1

TR

89,4

ZZ

80,1

0805 50 10

TR

55,8

ZZ

55,8

0808 10 80

CA

123,7

CL

78,5

CN

107,9

US

157,9

ZZ

117,0

0808 30 90

CN

98,4

TR

95,1

US

120,5

ZA

99,3

ZZ

103,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/30


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Jannar 2012

li taħtar il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

(2012/45/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSION EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 (2) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 (3) dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti.

Billi:

(1)

L-Artikoli 11(2) tar-Regolamenti (KE) Nru 1073/1999 u (Euratom) Nru 1074/1999 jistipulaw li l-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkun kompost minn ħames persuni indipendenti u esterni li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex jinħatru fil-pajjiżi rispettivi tagħhom f’karigi ta’ anzjanità li għandhom x’jaqsmu mal-oqsma ta’ attività tal-Uffiċċju u li dawn il-persuni għandhom jinħatru bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

(2)

Skont l-Artikolu 11(3), il-mandat tal-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jkun ta’ tliet snin u jista’ jiġġedded darba;

(3)

Il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza maħtura b’effett mit-30 ta’ Novembru 2005 laħqu l-massimu tal-mandat tagħhom. Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolamenti (KE) Nru 1073/1999 u (Euratom) Nru 1074/1999, dawn il-membri baqgħu fil-kariga wara l-iskadenza tal-mandat tagħhom, sakemm jintemm il-proċess tal-ħatra ta’ membri ġodda fil-Kumitat ta’ Sorveljanza. Għalhekk, il-membri ġodda għandhom jinħatru malajr kemm jista’ jkun,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) mit-23 ta’ Jannar 2012:

Is-Sur Herbert BÖSCH,

Is-Sur Johan DENOLF,

Is-Sra Catherine PIGNON,

Is-Sra Rita SCHEMBRI,

Is-Sur Christiaan TIMMERMANS.

2.   Jekk xi ħadd mill-persuni msemmija hawn fuq jirriżenja mill-Kumitat ta’ Sorveljanza, imut jew isir inkapaċitat b’mod permanenti, huwa jiġi sostitwit immedjatament mill-ewwel persuna msemmija fil-lista li ġejja, li tkun għadha ma ġietx maħtura fil-Kumitat ta’ Sorveljanza:

Is-Sur Jens MADSEN,

Is-Sra Cristina NICOARĂ,

Is-Sur Tuomas Henrik PÖYSTI,

Is-Sur Dimitrios ZIMIANITIS.

Artikolu 2

Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, il-Membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija.

Huma ma għandhomx jittrattaw kwistjonijiet li fihom, direttament jew indirettament, ikollhom xi interess personali li jista’ jxekkel l-indipendenza tagħhom, u b’mod partikolari, interessi familjari u finanzjarji.

Huma għandhom jittrattaw b’segretezza stretta l-każijiet sottomessi lilhom u d-deliberazzjonijiet tagħhom dwarhom.

Artikolu 3

Il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom jiġu rrimborsati għall-ispejjeż li jistgħu jġarrbu waqt it-twettiq ta’ dmirijiethom, u għandhom jirċievu ħlas kuljum għal kull ġurnata li jqattgħu fil-qadi ta’ dawk id-dmirijiet. L-ammont ta’ dak il-ħlas u l-proċedura ta’ rimbors għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persuni msemmija hawn fuq dwar din id-Deċiżjoni, u għandha tinforma immedjatament lil kull persuna sussegwentement maħtura fil-Kumitat ta’ Sorveljanza skont l-Artikolu 1(2).

Din il-ħatra qed issir skont l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999. Hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda futura f’dawn id-dispożizzjonijiet li tista’ tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, speċjalment il-potenzjal ta’ modifika rigward it-tul tal-mandat tagħhom sabiex jiġi żgurat li jkun hemm il-possibilità li jiġi introdott tiġdid gradwali tal-membri tal-Kumitat.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2012.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Martin SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Jeppe TRANHOLM-MIKKELSEN

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20.

(2)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.


28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Jannar 2012

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Pajjiżi l-Baxxi

(2012/46/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal- kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

U kif meħtieġ,l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.

(4)

Kif meħtieġ fil-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jimtela minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data.

(5)

Il-Pajjiżi l-Baxxi kkompletaw il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika.

(6)

Il-Pajjiżi l-Baxxi wettqu b’suċċess eżerċizzju pilota mal-Ġermanja.

(7)

Saret żjara ta’ evalwazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi u sar rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Ġermaniża li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, iż-żjara ta’ evalwazzjoni u l-eżerċizzju pilota dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika ġie ppreżentat lill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, il-Pajjiżi l-Baxxi implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Deċiżjoni mil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2012

li tawtorizza lill-Isvezja biex tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku kkonsmat minn familji u kumpaniji fis-settur tas-servizzi li jinsabu f’ċerti żoni fit-tramuntana tal-Isvezja b’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

(2012/47/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/231/KE (2) tawtorizza lill-Isvezja biex tapplika, sal-31 ta’ Diċembru 2011, rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għall-elettriku kkonsmat minn familji u kumpaniji fis-settur tas-servizzi f’ċerti żoni fit-tramuntana tal-Isvezja skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE.

(2)

Permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Ġunju 2011, l-Isvezja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għall-elettriku kkonsmat mill-istess benefiċjarji għal perjodu ulterjuri ta’ sitt snin, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2017. It-tnaqqis għandu jkun limitat għal SEK 96 għal kull MWh.

(3)

Fiż-żoni kkonċernati, l-ispejjeż tat-tisħin huma, bħala medja, 25 % ogħla milli huma fil-bqija tal-pajjiż, minħabba l-perjodu itwal ta’ tisħin. Għalhekk, it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-elettriku għall-familji u l-kumpaniji fis-settur tas-servizzi f’dawn iż-żoni jnaqqas id-diskrepanza bejn l-ispejjeż globali tat-tisħin għall-konsumaturi fit-tramuntana tal-Isvezja u dawk imġarrba mill-konsumaturi fil-bqija tal-pajjiż. Għalhekk, il-miżura tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet reġjonali u tal-politika ta’ koeżjoni. Barra minn hekk, il-miżura tippermetti lill-Isvezja tapplika rata tat-taxxa globali fuq l-elettriku li hija ogħla milli inkella jkun possibbli u għalhekk tikkontribwixxi indirettament għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ambjentali.

(4)

It-tnaqqis tat-taxxa ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin għal familji u kumpaniji fis-settur tas-servizzi fit-tramuntana tal-Isvezja.

(5)

Ir-rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni ser ikunu ogħla mir-rati minimi stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/96/KE.

(6)

Fid-dawl tan-natura remota taż-żoni li għalihom tapplika, il-fatt li t-tnaqqis ma għandux jaqbeż l-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin fit-tramuntana tal-Isvezja u l-limitazzjoni tal-miżura għal familji u kumpaniji fis-settur tas-servizzi, il-miżura mhijiex mistennija li twassal għal distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni jew għal bidliet fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(7)

Konsegwentement, il-miżura hija aċċettabbli mill-perspettiva tal-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-ħtieġa biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta u hija kompatibbli mal-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tas-saħħa, l-ambjent, l-enerġija u t-trasport.

(8)

Sabiex in-negozji u l-konsumaturi kkonċernati jiġu pprovduti b’livell suffiċjenti ta’ ċertezza, huwa xieraq li l-Isvezja tiġi awtorizzata biex tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku għall-konsum fit-Tramuntana tal-Isvezja sal-31 ta’ Diċembru 2017.

(9)

Għandu jiġi żgurat li l-awtorizzazzjoni skont id-Deċiżjoni 2005/231/KE, li ġiet mogħtija għal raġunijiet simili għal dawk imsemmija f’din id-Deċiżjoni, tkompli tapplika, mingħajr ma tinħoloq diskrepanza bejn l-iskadenza ta’ dik id-Deċiżjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Isvezja hija b’dan awtorizzata biex tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku kkonsmat minn familji u kumpaniji fis-settur tas-servizzi li jinsabu fil-muniċipalitajiet elenkati fl-Anness.

It-tnaqqis tar-rata nazzjonali standard ta’ tassazzjoni għall-elettriku ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali għat-tisħin fiż-żona tat-tramuntana, meta mqabbla mal-bqija tal-Isvezja, u ma għandux jaqbeż SEK 96 għal kull MWh.

2.   Ir-rati mnaqqsa għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/96/KE, u b’mod partikolari mar-rati minimi stabbiliti fl-Artikolu 10 tagħha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  ĠU L 72, 18.3.2005, p. 27.


ANNESS

Reġjuni

Muniċipalitajiet

Norrbottens län

Il-muniċipalitajiet kollha

Västerbottens län

Il-muniċipalitajiet kollha

Jämtlands län

Il-muniċipalitajiet kollha

Västernorrlands län

Sollefteå, Ånge, Örnsköldsvik,

Gävleborgs län

Ljusdal,

Dalarnas län

Malung, Mora, Orsa, Älvdalen

Värmlands län

Torsby


28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Jannar 2012

li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 321)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/48/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE (2) titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat (DMF) ma jitqegħdux fis-suq u lanqas ma jkunu disponibbli fih.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet estiża bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/153/UE (3) u 2011/135/UE (4) għal perjodi addizzjonali ta’ sena kull wieħed. Attwalment qed jiġi kkunsidrat li fl-artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tiżdied restrizzjoni permanenti fuq id-DMF. Peress li din il-miżura se tindirizza l-istess tħassib bħad-Deċiżjoni 2009/251/KE, u sabiex ikun hemm ċertezza legali, id-Deċiżjoni 2009/251/KE għandha tapplika sakemm ir-restrizzjoni permanenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tidħol fis-seħħ.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa u n-nuqqas ta’ miżura permanenti li tindirizza l-prodotti tal-konsumatur li fihom id-DMF, jeħtieġ li tiġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE għal 12-il xahar ieħor.

(5)

Id-Deċiżjoni 2009/251/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/251/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Perjodu tal-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar id-DMF jew inkella fil-15 ta’ Marzu 2013, liema data taħbat l-aktar kmieni.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2012 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 63, 12.3.2010, p. 21.

(4)  ĠU L 57, 2.3.2011, p. 43.

(5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.


28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Jannar 2012

li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tal-enzimi skont l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 323)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/49/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema tal-Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 l-Ekotikketta tal-UE ma tistax tingħata għal oġġetti li jkun fihom sustanzi jew preparazzjonijiet/taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent, karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2). L-Ekotikketta tal-UE lanqas ma tista’ tingħata lil oġġetti li jkun fihom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (3), Skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, meta ma jkunx teknikament fattibbli li dawk l-oġġetti jiġu ssostitwiti bħala tali jew permezz tal-użu ta’ materjali jew disinji alternattivi, jew fil-każ ta’ prodotti li għandhom prestazzjoni ambjentali ġenerali ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbla ma’ oġġetti oħra fl-istess kategorija, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri biex tagħti derogi mill-Artikolu 6(6) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/263/UE tat-28 ta’ April 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (4) u d-Deċiżjoni 2011/264/UE tat-28 ta’ April 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (5). Wara l-adozzjoni ta’ dawk id-Deċiżjonijiet l-enzima importanti subtilisin, li tintuża fid-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u d-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, ġiet ikklassifikata bħala R50 (Tossika ħafna għall-ħajja akkwatika) skont l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-ttikkettar ta’ sustanzi perikolużi (6) u l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li ma jħallix lil dawk id-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u d-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti jiksbu l-Ekotikketta tal-UE.

(3)

Dan huwa tagħrif ġdid li ma tqiesx matul l-analiżi tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u d-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti u l-kunsiderazzjonijiet tad-derogi għall-enzimi. Id-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tal-enzimi skont l-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE u l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(4)

Għandu jkun hemm perjodu tranżizzjonali sabiex dawk il-produtturi li l-prodotti tagħhom ikun ingħatalhom l-Ekotikketta għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u d-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/31/KE (7) u 2003/200/KE (8) jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji u r-rekwżiti riveduti u sabiex jikkumpensaw għas-sospensjoni kkawżata b’din l-emenda.

(5)

Id-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/263/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/264/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Meta l-Ekotikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2003/31/KE u 2003/200/KE, dik l-Ekotikketta tista’ tintuża sat-28 ta’ Settembru 2012.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22.

(5)  ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34.

(6)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(7)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 11.

(8)  ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25.


ANNESS

1.

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/263/UE, fil-Kriterju 2, il-punt (b), il-ħames paragrafu, is-sustanza li ġejja għandha tiżdied fit-tabella tad-derogi:

“Subtilisin

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R 50”

2.

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/264/UE, fil-Kriterju 4, il-punt (b), il-ħames paragrafu, is-sustanza li ġejja għandha tiżdied fit-tabella tad-derogi:

“Subtilisin

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R 50”


Rettifika

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/38


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 153 tal-11 ta’ Ġunju 2011 )

Fil-Parti A tal-Anness, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“354

Fluworokloridon

Nru SAK 61213-25-0

Nru ta' CIPAC 430

(3RS,4RS;3RS,4SR)-3-kloro-4-klorometil-1-(α,α,α-trifluworo-m-tolil)-2-pirrolidon

≥ 940 g/kg.

Impuritajiet rilevanti:

Toluwen: massimu ta’ 8 g/kg

1 ta’ Ġunju 2011

31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar reviżjoni fuq il-fluworokloridon, u partikolarment l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif finalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, tal-4 ta' Frar 2011, għandhom jiġu kkunsidrati.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari ta’:

1.

ir-riskju għal pjanti li mhumiex fil-mira u l-organiżmi akkwatiċi;

2.

il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat aktar tagħrif ta' konferma lill-Kummissjoni fir-rigward ta':

1.

ir-rilevanza ta’ impuritajiet minbarra it-toluwen;

2.

il-konformità ta’ materjal ta’ testijiet ekotossikoloġiċi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra

3.

ir-rilevanza tal-metabolit R42819 tal-ilma ta’ taħt l-art (1);

4.

il-proprjetajiet tal-fluworokloridon li potenzjalment iħawdu l-endokrini.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat it-tagħrif stipulat fil-punti (1) u (2) lill-Kummissjoni sal-1 ta' Diċembru 2011, l-informazzjoni stipulata fil-punt (3) sal-31 ta’ Mejju 2013 u l-informazzjoni stipulata fil-punt (4), fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida għall-ittestjar tal-OECD dwar it-tfixkil tal-endokrina.


(1)  R42819: (4RS)-4-(klorometil)-1-[3-(trifluworometil)fenil]pirrolidin-2-wieħed”