ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.019.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
|
2012/38/UE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 54/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010. |
(2) |
Fil-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill tenna t-tħassib serju tiegħu u dejjem aktar approfondit dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, u b'mod partikolari dwar is-sejbiet rigward l-attivitajiet Iranjani relatati mal-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari militari, kif rifless fl-aħħar rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). Fid-dawl ta' dan it-tħassib u f'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill qabel li jwessa' s-sanzjonijiet eżistenti. |
(3) |
Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 u stieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu relatata mal-estensjoni tal-ambitu tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Iran bħala kwistjoni ta' prijorità. |
(4) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2), persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010. Barra minn hekk, l-entrati għal ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandhom jiġu emendati. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 961/2010.
2. L-entità msemmija fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandha titneħħa mil-lista li tinsab fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010.
3. L-entrati fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandhom jiġu emendati kif hemm fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1)
I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||
1. |
Bank Ċentrali tal-Iran (magħruf ukoll bħala Bank Ċentrali tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran) |
|
Involviment f'attivitajiet biex jiġu evitati s-sanzjonijiet |
23.1.2012 |
||||||||
2. |
Bank Tejarat |
|
Bank Tejarat huwa bank propjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b'mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta' għexieren ta' miljuni ta' dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran, li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-OEAI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta' produzzjoni ta' materjal fissili. Fil-passat, Bank Tejarat ukoll assista banek Iranjani indikati biex iduru ma' sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f'kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta' kopertura tas- Shahid Hemmat Industrial Group, indikat min-NU. Permezz tas-servizzi finanzjarji tiegħu lill-Bank Mellat u Export Development Bank of Iran (EDBI), li huma indikati mill-UE, f'dawn l-aħħar snin, Bank Tejarat apoġġa wkoll l-attivitajiet tas-sussidjarji u s-subordinati tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjani, l-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża, indikata min-NU, u MODAFL, indikat min-NU. |
23.1.2012 |
||||||||
3. |
Tidewater (magħrufa wkoll bħala Tidewater Middle East Co.) |
Indirizz Postali: No. 80, Tidewater Building, Vozara Street, Next to Saie Park, Tehran, Iran |
Proprjetà jew ikkontrollata mill-IRGC |
23.1.2012 |
||||||||
4. |
Turbine Engineering Manufacturing (TEM) (magħrufa wkoll bħala T.E.M. Co.) |
Indirizz Postali: Shishesh Mina Street, Karaj Special Road, Tehran, Iran |
Użata bħala kumpannija fittizja minn Industriji Iranjani tal-Inġenji tal-Ajru (IACI) indikata għal attivitajiet ta' akkwist sigriet. |
23.1.2012 |
||||||||
5. |
Sad Export Import Company (magħrufa wkoll bħala SAD Import & Export Company) |
Indirizz Postali: Haftom Tir Square, South Mofte Avenue, Tour Line No; 3/1, Tehran, Iran Iran P.O. Box 1584864813 Tehran, Iran |
Użata bħala kumpannija fittizja minn Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) indikata. Involuta fi trasferimenti ta' armi lejn is-Sirja. L-involviment tal-kumpannija ġie wkoll innutat fi trasferiment illeċitu ta' armi abbord M/V Monchegorsk. |
23.1.2012 |
||||||||
6. |
Rosmachin |
Indirizz Postali: Haftom Tir Square, South Mofte Avenue, Tour Line No; 3/1, Tehran, Iran P.O. Box 1584864813 Tehran, Iran |
Kumpannija fittizja ta' Sad Export Import Company. Involuta fi trasferiment illeċitu ta' armi abbord M/V Monchgorsk. |
23.1.2012 |
II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Ali Ashraf NOURI |
|
Viċi Kmandant tal-IRGC, Kap Politiku tal-Uffiċju tal-IRGC |
23.1.2012 |
2. |
Hojatoleslam Ali SAIDI (magħruf ukoll bħala Hojjat- al-Eslam Ali Saidi jew Saeedi |
|
Rappreżentant tal-Mexxej Suprem tal-IRGC |
23.1.2012 |
3. |
Amir Ali Haji ZADEH (magħruf ukoll bħala Amir Ali Hajizadeh) |
|
Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-IRGC, Brigadier Ġenerali |
23.1.2012 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Behnam Sahriyari Trading Company |
Indirizz Postali: Ziba Buidling, 10th Floor, Northern Sohrevardi Street, Tehran, Iran |
Bagħat żewġ containers ta' diversi tipi ta' armi tan-nar mill-Iran lejn is-Sirja f'Mejju tal-2007 b'vjolazzjoni tal-op. 5 tal-UNSCR 1747(2007) |
23.1.2012 |
III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
BIIS Maritime Limited |
Indirizz Postali: 147/1 St. Lucia, Valletta, Malta |
Proprjetà jew ikkontrollata minn Irano Hind indikata |
23.1.2012 |
2. |
Darya Delalan Sefid Khazar Shipping Company (Iran) (magħrufa wkoll bħala Khazar Sea Shipping Lines jew Darya-ye Khazar Shipping Company jew Khazar Shipping Co. jew KSSL jew Daryaye Khazar (Caspian Sea) Co. jew Darya-e-khazar shipping Co. |
Indirizz Postali:M. Khomeini St., Ghazian, Bandar Anzil, Gilan, IranNo. 1, End of Shahid Mostafa Khomeini St., Tohid Square, Bandar Anzali, 1711-324, Iran |
Proprjetà jew ikkontrollat mill-IRISL |
23.1.2012 |
ANNESS II
Entità msemmija fl-Artikolu 1(2)
Syracuse S.L
ANNESS III
Entrati msemmija fl-Artikolu 1(3)
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH |
Indirizz Postali: Schottweg 7, 22087 Hamburg, Germany; Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township; HTTS GmbH |
Ikkontrollata minn u/jew taġixxi f'isem l-IRISL. HTTS hija rreġistrata taħt l-istess indirizz bħall-IRISL Europe GmbH f'Hamburg, u l-prinċipal tagħha Dr. Naser Baseni kien impjegat qabel mal-IRISL. |
23.1.2012 |
2. |
Oasis Freight Agency |
Indirizz Postali: Al Meena Street, Opposite Dubai Ports & Customs, 2nd Floor, Sharaf Building, Dubai UAE; Sharaf Building, 1st Floor, Al Mankhool St., Bur Dubai, P.O. Box 5562, Dubai, United Arab Emirates; Sharaf Building, No. 4, 2nd Floor, Al Meena Road, Opposite Customs, Dubai, United Arab Emirates, Kayed Ahli Building, Jamal Abdul Nasser Road (Parallel to Al Wahda St.), P.O. Box 4840, Sharjah, United Arab Emirates |
Aġixxiet f'isem l-IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda. Ġiet sostitwita minn Good Luck Shipping Company li hija wkoll indikata biex taġixxi f'isem l-IRISL |
23.1.2012 |
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 55/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jimplimenta l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 ta’ tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fi tat-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK ta’ tat-23 ta’ Jannar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni u entitajiet oħrajn għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jidhru fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Lásd e Hivatalos Lap 33. oldalát.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
|
Isem |
Tagħrif identifikattiv |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||
1. |
Il-Brigadier Ġeneral Jawdat Ibrahim Safi |
Kmandant tal-154 Riġment |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
||||
2. |
Il-Ġeneral Maġġur Muhammad Ali Durgham |
Kmandant fir-4 Diviżjoni |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
||||
3. |
Il-Maġġur Ġeneral Ramadan Mahmoud Ramadan |
Kmandant tal-35 Riġment ta' Forzi Speċjali |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Baniyas u Deraa |
23.1.2012 |
||||
4. |
Il-Brigadier Ġeneral Ahmed Yousef Jarad |
Kmandant tal-132 Brigata |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Deraa, inkluż bl-użu ta' mitraljatriċi u kanuni ta' kontra l-ajruplani |
23.1.2012 |
||||
5. |
Il-Maġġur Ġeneral Naim Jasem Suleiman |
Kmandant tat-3 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma. |
23.1.2012 |
||||
6. |
Il-Brigadier Ġeneral Jihad Mohamed Sultan |
Kmandant tal-65 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma |
23.1.2012 |
||||
7. |
Il-Maġġur Ġeneral Fo'ad Hamoudeh |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Idlib |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Idlib fil-bidu ta' Settembru 2011 |
23.1.2012 |
||||
8. |
Il-Maġġur Ġeneral Bader Aqel |
Kmandant tal-Forzi Speċjali |
Ta ordnijiet lis-suldati biex jiġbru l-katavri u jagħtuhom lill-mukhabarat u responsabbli għall-vjolenza f'Bukamal. |
23.1.2012 |
||||
9. |
Il-Brigadier Ġeneral Ghassan Afif |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs, Baniyas u Idlib |
23.1.2012 |
||||
10. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Maaruf |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs. Ta ordnijiet għal sparar fuq dimostranti f'Homs. |
23.1.2012 |
||||
11. |
Il-Brigadier Ġeneral Yousef Ismail |
Kmandant tal-134 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw lejn djar u nies fuq il-bjut waqt funeral f'Talbiseh għal dimostranti maqtula l-jum ta' qabel. |
23.1.2012 |
||||
12. |
Il-Brigadier Ġeneral Jamal Yunes |
Kmandant tal-555 Riġment |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Mo'adamiyeh. |
23.1.2012 |
||||
13. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohsin Makhlouf |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak. |
23.1.2012 |
||||
14. |
Il-Brigadier Ġeneral Ali Dawwa |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak |
23.1.2012 |
||||
15. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Khaddor |
Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali |
Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma. |
23.1.2012 |
||||
16. |
Il-Maġġur Ġeneral Suheil Salman Hassan |
Kmandant tal-5 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti fil-Governorat ta' Deraa. |
23.1.2012 |
||||
17. |
Wafiq Nasser |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Suwayda (Dipartiment tal-Intelligence Militari) |
Bħala Kap tal-fergħa ta' Suwayda tad-Dipartiment għall-Intelligence Militari, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Suwayda. |
23.1.2012 |
||||
18. |
Ahmed Dibe |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali) |
Bħala Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Deraa. |
23.1.2012 |
||||
19. |
Makhmoud al-Khattib |
Kap tal-Fergħa Investigattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Investigattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
||||
20. |
Mohamed Heikmat Ibrahim |
Kap tal-Fergħa Operattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
||||
21. |
Nasser Al-Ali |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
||||
22. |
Mehran (jew Mahran) Khwanda |
Proprjetaru tal-kumpannija tat-trasport Qadmous Transport Co. imwieled fil-11/05/1938 Passaporti: nru 3298 858, li skada fid-09/05/2004, nru 001452904, li skada fid-29/11/2011, nru 006283523, li ser jiskadi fit-28/06/2017. |
Jagħti appoġġ loġistiku għar-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fiż-żoni ta' azzjoni tal-milizzja favur il-gvern involuti fil-vjolenza ("chabbihas"). |
23.1.2012 |
||||
23. |
Industrial Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
24. |
Popular Credit Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
25. |
Saving Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
26. |
Agricultural Cooperative Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
27. |
Syrian Lebanese Commercial Bank |
|
Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
||||
28. |
Deir ez-Zur Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
||||
29. |
Ebla Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
||||
30. |
Dijla Petroleum Company |
Building No. 653 – 1st Floor, Daraa Highway, P.O. Box 81, Damascus, Syria |
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/10 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 56/2012
tat-23 ta' Jannar 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) li jikkonferma l-miżuri restrittivi meħuda sa mill-2007 u li jipprevedi miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran sabiex jikkonforma mar-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-miżuri ta' akkumpanjament kif mitluba mill-Kunsill Ewropew fid-Dikjarazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010. |
(2) |
Dawn il-miżuri restrittivi jinkludu l-iffriżar tal-assi ta' ċerti persuni u entitajiet. |
(3) |
Fit-23 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK li biha żied istituzzjonijiet finanzjarji mal-lista ta' persuni jew entitajiet milquta, li fir-rigward tagħhom kienu previsti derogi speċifiċi li jikkonċernaw il-finanzjament tal-kummerċ. |
(4) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal- Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Huwa għalhekk neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, sabiex jiġu inkorporati id-derogi msemmija hawn fuq. |
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan tal-aħħar għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 huwa emendat kif ġej: Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 19a
1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 16 ma għandhomx japplikaw għal:
(a) |
dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat, abbażi ta' każ b'każ, li l-pagament ma tirċevihx, direttament jew indirettament, kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Anness VII jew VIII; jew |
(b) |
trasferiment magħmul mill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew permezz tiegħu, ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi sabiex tipprovdi lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri bil-likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ, dment li t-trasferiment ikun ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti. |
2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 16 ma għandhomx jipprojbixxu lill-Bank Tejarat, għal perijodu ta' xahrejn, mid-data li fiha ġie nominat, milli jagħmel ħlas minn fondi u riżorsi ekonomiċi riċevuti u ffriżati wara d-data tan-nomina tiegħu jew milli jirċievi ħlas wara d-data tan-nomina tiegħu, sakemm:
(a) |
tali ħlas huwa dovut b'rabta ma' kuntratt speċifiku ta' kummerċ; u |
(b) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddeterminat abbażi ta' każ b'każ li l-ħlas mhuwiex se jiġi riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkati fl-Anness VII u l-Anness VIII.". |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1.
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 57/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jissuspendi l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012. |
(2) |
Żdiedet id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq taz-zokkor fl-Unjoni, għalhekk mhux meħtieġ li jsir tnaqqis ulterjuri tad-dazju tal-importazzjoni, u t-tressiq tal-offerti għandu jiġi sospiż. |
(3) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq, u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni sal-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, it-tressiq tal-offerti huwa sospiż għall-istedina parzjali għall-offerta li tispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Frar 2012 u l-15 ta’ Frar 2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 58/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
260,5 |
MA |
62,0 |
|
TN |
92,5 |
|
TR |
117,3 |
|
ZZ |
133,1 |
|
0707 00 05 |
JO |
229,9 |
MA |
148,6 |
|
TR |
182,5 |
|
ZZ |
187,0 |
|
0709 91 00 |
EG |
129,3 |
ZZ |
129,3 |
|
0709 93 10 |
MA |
123,7 |
TR |
138,5 |
|
ZZ |
131,1 |
|
0805 10 20 |
AR |
41,5 |
BR |
41,5 |
|
EG |
52,1 |
|
MA |
54,4 |
|
TN |
63,3 |
|
TR |
63,7 |
|
ZA |
41,5 |
|
ZZ |
51,1 |
|
0805 20 10 |
MA |
95,0 |
ZZ |
95,0 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
61,5 |
IL |
87,2 |
|
KR |
91,8 |
|
MA |
120,2 |
|
TR |
88,3 |
|
ZZ |
89,8 |
|
0805 50 10 |
TR |
58,3 |
UY |
45,3 |
|
ZZ |
51,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
78,5 |
CA |
126,3 |
|
CL |
58,2 |
|
CN |
110,9 |
|
MK |
30,8 |
|
US |
153,3 |
|
ZZ |
93,0 |
|
0808 30 90 |
CN |
70,2 |
TR |
116,3 |
|
US |
119,8 |
|
ZZ |
102,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 59/2012
tat-23 ta’ Jannar 2012
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 25/2012 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(3) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-24 ta’ Jannar 2012
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 12 10 (1) |
44,47 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
44,47 |
1,27 |
1701 13 10 (1) |
44,47 |
0,00 |
1701 13 90 (1) |
44,47 |
1,56 |
1701 14 10 (1) |
44,47 |
0,00 |
1701 14 90 (1) |
44,47 |
1,56 |
1701 91 00 (2) |
50,09 |
2,44 |
1701 99 10 (2) |
50,09 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
50,09 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,50 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/33/PESK
tat-23 ta’ Jannar 2012
li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/537/PESK (1) li ħatret lis-Sur Marc OTTE bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani. |
(2) |
Is-Sur Andreas REINICKE għandu jinħatar bħala RSUE għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani mill-1 ta’ Frar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. |
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Is-Sur Andreas REINICKE huwa maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani (“il-proċess ta’ paċi”) mill-1 ta’ Frar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta mr-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”).
Artikolu 2
Objettivi ta’ politika
1. Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-proċess ta’ paċi.
2. Dawn l-objettivi jinkludu, inter alia:
(a) |
paċi komprensiva li għandha tinkiseb abbażi tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-prinċipji ta’ Madrid, il-Pjan Direzzjonali, il-ftehimiet milħuqa qabel mill-partijiet u l-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi; |
(b) |
soluzzjoni ta’ żewġ Stati bl-Iżrael u bi Stat Palestinjan demokratiku, kontigwu, vijabbli, paċifiku u sovran jgħixu maġenb xulxin ġewwa fruntieri siguri u rikonoxxuti, li jgawdu relazzjonijiet normali mal-ġirien tagħhom skont ir-Riżoluzzjonijiet 242 (1967), 338 (1973), 1397 (2002) u 1402 (2002) tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-prinċipji tal-konferenza ta’ Madrid; |
(c) |
soluzzjoni għall-kunflitti Iżrael-Sirja u Iżrael-Libanu; |
(d) |
soluzzjoni biex jissolva l-istatus ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali futura ta’ żewġ stati u soluzzjoni ġusta, vijabbli u miftiehma għall-problema tar-refuġjati Palestinjani; |
(e) |
segwitu tal-proċess ta’ paċi lejn ftehim finali dwar l-istatus u l-kreazzjoni ta’ Stat Palestinjan inkluż it-tisħiħ tar-rwol tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani (“il-Kwartett”) bħala gwardjan tal-Pjan Direzzjonali, partikolarment fid-dawl tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligi li għandhom iż-żewġ partijiet taħt il-pjan direzzjonali u konformement mal-isforzi internazzjonali kollha sabiex isseħħ paċi komprensiva bejn l-Għarab u l-Iżraeljani; |
3. Dawn l-objettivi huma bbażati fuq l-impenn tal-Unjoni li taħdem mal-partijiet u ma’ sħab fil-komunità internazzjonali, speċjalment fil-qafas tal-Kwartett, sabiex tiġi segwita kull opportunità għall-paċi u għal futur deċenti għall-popli kollha tar-reġjun;
4. Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tar-RGħ fir-reġjun, inkluż fil-qafas tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani.
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
(a) |
jipprovdi kontribut attiv u effiċjenti mill-Unjoni għall-azzjonijiet u l-inizjattivi li jwasslu għal riżoluzzjoni finali tal-konflitt Iżraeljan-Palestinjan u tal-konflitt Iżraeljan-Sirjan u dak Iżraeljan-Lebaniż; |
(b) |
jiffaċilita u jżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet kollha tal-proċess ta’ paċi, mal-pajjiżi l-oħra tar-reġjun, mal-membri tal-Kwartett u ma’ pajjiżi rilevanti oħra, kif ukoll man-NU u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, sabiex jaħdem magħhom fit-tisħiħ tal-proċess ta’ paċi; |
(c) |
jiżgura l-preżenza kontinwa tal-Unjoni f’fora internazzjonali rilevanti u jikkontribwixxi għall-maniġġar u l-prevenzjoni tal-kriżijiet; |
(d) |
josserva u jappoġġa n-negozjati għall-paċi bejn il-partijiet u jressaq il-proposti tal-Unjoni Ewropea, f’isimha, fil-kuntest ta’ dawk in-negozjati; |
(e) |
jikkontribwixxi, meta jkun mitlub, għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali milħuqa bejn il-partijiet u jinvolvi ruħu magħhom diplomatikament fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mat-termini ta’ dawn il-ftehimiet; |
(f) |
jagħti attenzjoni partikolari lill-fatturi li jaffettwaw id-dimensjoni reġjonali tal-proċess ta’ paċi; |
(g) |
jinvolvi ruħu b’mod kostruttiv mal-firmatarji tal-ftehimiet fil-qafas tal-proċess ta’ paċi sabiex jippromwovi konformità mal-istandards bażiċi tad-demokrazija, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
(h) |
jagħmel proposti għal intervent tal-Unjoni fil-proċess ta’ paċi u dwar l-aħjar mod kif jiġu segwiti l-inizjattivi tal-Unjoni u l-isforzi attwali tal-Unjoni relatati mal-proċess ta’ paċi, bħalma hu l-kontribut tal-Unjoni għar-riformi Palestinjani, u inkluż l-aspetti politiċi tal-proġetti rilevanti tal-Unjoni għall-iżvilupp; |
(i) |
jissorvelja l-azzjonijiet taż-żewġ naħat dwar l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali u dwar kwistjonijiet li jistgħu jippreġudikaw ir-riżultat tan-negozjati dwar status permanenti biex jippermetti lill-Kwartett jivvaluta aħjar il-konformità tal-partijiet; |
(j) |
bħala Mibgħut tal-Kwartett, jirrapporta dwar il-progress u l-evoluzzjoni tan-negozjati u jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-laqgħat tal-Mibgħuta tal-Kwartett abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni u permezz ta’ koordinazzjoni ma’ membri oħra tal-Kwartett; |
(k) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom u l-politika tal-Unjoni rigward ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 (2000) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz tal-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll l-ifformular ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward; |
(l) |
jikkontribwixxi għal komprensjoni aħjar tar-rwol tal-Unjoni fost l-opinjonisti ewlenin fir-reġjun. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ. Sabiex iwettaq il-mandat u r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu fil-qasam ir-RSUE għandu jkun dedikat bis-sħiħ għall-Missjoni.
2. Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”).
4. Partikolarment matul il-missjonijiet tiegħu, ir-RSUE għandu jaħdem mill-qrib mal-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-UE f’Ġerusalemm, id-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Tel Aviv kif ukoll mad-delegazzjonijiet rilevanti l-oħrajn kollha tal-Unjoni fir-reġjun.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Frar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 1 300 000.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Frar 2012. In-nefqa għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull infiq lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Kostituzzjoni u kompożizzjoni tat-tim
1. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-istruttura tat-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront u regolarmanet dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-UE jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal kuntrattat internazzjonalment għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.
3. Il-persunal kollu ssekondat għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru emittenti, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu maqbula mal-parti jew il-partijiet ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
Skont il-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u mas-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu li jaqa’ taħt l-awtorità diretta tiegħu, speċjalment billi:
(a) |
jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni; |
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni; |
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni Ewropea, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE. |
(d) |
jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula li jsiru wara valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà jiġu implimentati u jipprovdi lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-terminu u tal-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtar
Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti bil-fomm u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Jekk ikun meħtieġ, ir-RSUE għandu jippreżenta rapport ukoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fil-kamp jitħaddmu b’mod koerenti biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni kif ukoll ma’ dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, inkluż ir-RSUE għar-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran, kif adatt. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fil-kamp, għandhom jinżammu kuntatti mill-qrib mal-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Tel Aviv, għandu jipprovdi lill-Kapijiet tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) u tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAN Rafah) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif ikun meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-kamp.
Artikolu 13
Reviżjoni
L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Novembru 2012 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 184, 23.7.2003, p. 45.
(2) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/34/PESK
tat-23 ta’ Jannar 2012
li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea ("il-Kumitat Militari") għandu jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Militari imlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża. Skont l-Artikolu 3(2) ta' l-imsemmija Deċiżjoni, iż-żmien tal-kariga tal-President tal-Kumitat Militari huwa ta' tlett snin, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. |
(2) |
Fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill ħatar lill-Ġeneral Håkan SYRÉN bħala President tal-Kumitat Militari għal perijodu ta’ tliet snin mis-6 ta’ Novembru 2009 (2). |
(3) |
Fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Novembru 2011, il-Kumitat Militari imlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Patrick de ROUSIERS jinħatar President tal-Kumitat Militari, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġeneral Patrick de ROUSIERS huwa b'dan maħtur President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta' tliet snin mis-6 ta' Novembru 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/22/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 51).
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/35/PESK
tat-23 ta’ Jannar 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1737 (2006). |
(2) |
Fit-23 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/246/PESK (2) li implimentat il-UNSCR 1747 (2007). |
(3) |
Fis-7 ta’ Awwissu 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK (3) li implimentat il-UNSCR 1803 (2008). |
(4) |
Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (4) li implimentat il-UNSCR 1929 (2010). |
(5) |
Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill tenna t-tħassib serju u dejjem aktar fil-fond dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, u b'mod partikolari dwar is-sejbiet rigward l-attivitajiet Iranjani relatati mal-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari militari, kif rifless fl-aħħar rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). Fid-dawl ta' dan it-tħassib u f'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill qabel li jwessa' s-sanzjonijiet eżistenti billi jeżamina, b'koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab internazzjonali, miżuri addizzjonali inklużi miżuri bil-għan li jaffettwaw serjament is-sistema finanzjarja tal-Iran, fis-settur tat-trasport, fis-settur tal-enerġija, il-miżuri kontra l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana (IRGC), kif ukoll f'oqsma oħrajn. |
(6) |
Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 u stieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu relatata mal-estensjoni tal-portata tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni kontra l-Iran bħala kwistjoni ta' prijorità. |
(7) |
F'dan il-kuntest, huwa adatt li jkunu pprojbiti jew ikkontrollati l-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta’ aktar prodotti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet Iranjani relatati mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid jew l-ilma tqil, mal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ konsenja ta’ armi nukleari jew it-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħra li dwarhom l-IAEA esprimiet tħassib jew li identifikat bħala pendenti, jew għal programmi oħra għall-armi ta' qerda massiva. Din il-projbizzjoni għandha tinkludi merkanzija ta' użu doppju u teknoloġija oħra. |
(8) |
Waqt li jfakkar il-konnessjoni potenzjali bejn id-dħul tal-Iran mis-settur tal-enerġija tiegħu u l-finanzjament tal-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni u li t-tagħmir u l-materjal għall-proċess kimiku meħtieġa għall-industrija petrokimika għandhom ħafna affarijiet komuni ma' dawk meħtieġa għal ċerti attivitajiet sensittivi marbuta maċ-ċiklu tal-kombustibbli nukleari, kif issottolinjat fil-UNSCR 1929 (2010), il-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment lill-Iran ta' aktar tagħmir u teknoloġija prinċipali li jistgħu jintużaw fis-setturi prinċipali tal-industrija taż-żejt u l-gass naturali jew, fl-industrija tal-petrokimika, għandhom ikunu pprojbiti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu kwalunkwe investiment ġdid fis-settur tal-petrokimika fl-Iran. |
(9) |
Barra minn dan, għandhom ikunu pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi, kif ukoll tal-prodotti petrokimiċi. |
(10) |
Barra minn hekk, għandhom ikunu pprojbiti l-bejgħ, ix-xiri, it-trasport jew is-senserija ta' deheb, metall prezzjuż u djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tal-Iran. |
(11) |
Barra minn dan, il-konsenja ta' karti tal-flus u muniti denominati Iranjani, li għadhom kif ġew stampati jew inħarġu jew dawk li għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew għall-benefiċċju tiegħu, għandha tkun ipprojbita. |
(12) |
Barra minn hekk, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra l-Bank Ċentrali tal-Iran fid-dawl tal-involviment tiegħu f'attivitajiet biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti kontra l-Iran. |
(13) |
Ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu applikati għal aktar persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u li jippermettulu jkompli attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ konsenja ta’ armi nukleari, b'mod partikolari persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju, loġistiku jew materjali lill-Gvern tal-Iran. |
(14) |
Ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar tal-fondi applikati għall-membri tal-IRGC m'għandhomx jibqgħu ristretti għal membri għoljin iżda jistgħu japplikaw għal membri oħrajn tal-IRGC. |
(15) |
Barra minn hekk, aktar persuni u entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(16) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(1), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a 1. L-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani għandhom ikunu pprojbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jkunu koperti b'din id-dispożizzjoni. 2. Għandu jkun ipprojbit li jingħata, direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani. Artikolu 3b 1. L-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport ta' prodotti petrokimiċi Iranjani għandhom ikunu pprojbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-punti rilevanti li għandhom jkunu koperti b'din id-dispożizzjoni. 2. Għandu jkun ipprojbit li jingħata direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petrokimiċi Iranjani. Artikolu 3c 1. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-twettiq, sal-1 ta' Lulju 2012, ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u mwettqa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2012. 2. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' tali obbligi fejn il-provvista ta' żejt mhux maħdum Iranjan u prodotti petroliferi jew ir-rikavat ottenut mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimbors ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 dovuti lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborsi. Artikolu 3d 1. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-twettiq, sal-1 ta' Mejju 2012, ta' obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u mwettqa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2012. 2. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3b għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' tali obbligi fejn il-provvista ta' prodotti petrokimiċi jew ir-rikavat ottenut mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimbors ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratrti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 dovuti lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborsi."; |
(3) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 4a 1. Il-bejgħ, il-provvista, jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija prinċipali għall-industrija petrokimika fl-Iran, jew lil intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f'dik l-industrija barra l-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu pprojbiti sew jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sew jekk le L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-punti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni. 2. Għandha tiġi pprojbita l-provvista ta' dawn li ġejjin lill-intrapriżi fl-Iran li huma involuti fl-industrija petrokimika Iranjana jew lil intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana involuti f'dik l-industrija barra l-Iran:
3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konsapevolment jew b'intenzjoni, f’attivitajiet li għandhom bħala għan jew effett l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2. Artikolu 4b 1. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' obbligu relatat mal-konsenja ta' oġġetti previst f'kuntratti konklużi qabel is-26 ta' Lulju 2010. 2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel is-26 ta' Lulju 2010 u relatat ma' investimenti magħmulin fl-Iran qabel l-istess data minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri. 3. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 4a(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' obbligu relatat mal-konsenja ta' oġġetti previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012. 4. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 u relatat ma' investimenti magħmulin fl-Iran qabel l-istess data minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri. Artikolu 4c Il-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta' deheb jew metalli prezzjużi, kif ukoll djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tal-Iran, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tal-Iran, kif ukoll lil, minn jew għal persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom għandhom jiġu pprojbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-punti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni. Artikolu 4d Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Iranjani li għadhom kif ġew stampati jew inħarġu jew dawk li għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew għall-benefiċċju tiegħu, għandha tkun ipprojbita.”; |
(4) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 6a Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:
|
(5) |
l-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 1. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 6(a) u (b) rispettivament:
2. Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 6a(a) u (b) rispettivament:
|
(6) |
l-Artikolu 19(1) huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 20(1), huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 19(1)(b) u (c) u 20(1)(b) u (c), huwa għandu jemenda l-Anness II kif adatt."; |
(9) |
fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "2. L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll id-data tan-nomina."; |
(10) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: "2. Il-miżuri li jikkonċernaw il-projbizzjoni tal-importazzjoni, ix-xiri u t-trasport ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani fl-Artikolu 3a ser jiġu rrieżaminati mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2012, partikolarment b'kont dovut meħud tad-disponibbiltà u l-kondizzjonijiet finanzjarji għall-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi prodotti f'pajjiżi barra mill-Iran, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tal-Istati Membri. 3. Il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 19(1)(b) u (c) u 20(1)(b) u (c) għandhom jiġu rrieżaminati f'intervalli regolari u mill-anqas kull 12-il xahar. Il-miżuri ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet konċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24, li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma jkunux aktar sodisfatti.". |
Artikolu 2
1. Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
2. L-entitajiet elenkati fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
3. L-entrati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu emendati kif stipulat fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49.
(2) ĠU L 106, 24.4.2007, p. 67.
(3) ĠU L 213, 8.8.2008, p. 58.
(4) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS I
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1)
I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||
1. |
Bank Ċentrali tal-Iran (magħruf ukoll bħala Bank Ċentrali tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran) |
|
Involviment f'attivitajiet biex jiġu evitati s-sanzjonijiet |
23.1.2012 |
||||||||
2. |
Bank Tejarat |
|
Bank Tejarat huwa bank propjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b'mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta' għexieren ta' miljuni ta' dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran, li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-OEAI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta' produzzjoni ta' materjal fissili. Fil-passat, Bank Tejarat ukoll assista banek Iranjani indikati biex iduru ma' sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f'kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta' kopertura tas- Shahid Hemmat Industrial Group, indikat min-NU. Permezz tas-servizzi finanzjarji tiegħu lill-Bank Mellat u Export Development Bank of Iran (EDBI), li huma indikati mill-UE, f'dawn l-aħħar snin, Bank Tejarat apoġġa wkoll l-attivitajiet tas-sussidjarji u s-subordinati tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjani, l-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża, indikata min-NU, u MODAFL, indikat min-NU. |
23.1.2012 |
||||||||
3. |
Tidewater (magħrufa wkoll bħala Tidewater Middle East Co.) |
Indirizz Postali: No. 80, Tidewater Building, Vozara Street, Next to Saie Park, Tehran, Iran |
Proprjetà jew ikkontrollata mill-IRGC |
23.1.2012 |
||||||||
4. |
Turbine Engineering Manufacturing (TEM) (magħrufa wkoll bħala T.E.M. Co.) |
Indirizz Postali: Shishesh Mina Street, Karaj Special Road, Tehran, Iran |
Użata bħala kumpannija fittizja minn Industriji Iranjani tal-Inġenji tal-Ajru (IACI) indikata għal attivitajiet ta' akkwist sigriet. |
23.1.2012 |
||||||||
5. |
Sad Export Import Company (magħrufa wkoll bħala SAD Import & Export Company) |
Indirizz Postali: Haftom Tir Square, South Mofte Avenue, Tour Line No; 3/1, Tehran, Iran P.O. Box 1584864813 Tehran, Iran |
Użata bħala kumpannija fittizja minn Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) indikata. Involuta fi trasferimenti ta' armi lejn is-Sirja. L-involviment tal-kumpannija ġie wkoll innutat fi trasferiment illeċitu ta' armi abbord M/V Monchegorsk. |
23.1.2012 |
||||||||
6. |
Rosmachin |
Indirizz Postali: Haftom Tir Square, South Mofte Avenue, Tour Line No; 3/1, Tehran, Iran P.O. Box 1584864813 Tehran, Iran |
Kumpannija fittizja ta' Sad Export Import Company. Involuta fi trasferiment illeċitu ta' armi abbord M/V Monchgorsk. |
23.1.2012 |
II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Ali Ashraf NOURI |
|
Viċi Kmandant tal-IRGC, Kap Politiku tal-Uffiċju tal-IRGC |
23.1.2012 |
2. |
Hojatoleslam Ali SAIDI (magħruf ukoll bħala Hojjat- al-Eslam Ali Saidi jew Saeedi |
|
Rappreżentant tal-Mexxej Suprem tal-IRGC |
23.1.2012 |
3. |
Amir Ali Haji ZADEH (magħruf ukoll bħala Amir Ali Hajizadeh) |
|
Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-IRGC, Brigadier Ġenerali |
23.1.2012 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Behnam Sahriyari Trading Company |
Indirizz Postali: Ziba Buidling, 10th Floor, Northern Sohrevardi Street, Tehran, Iran |
Bagħat żewġ containers ta' diversi tipi ta' armi tan-nar mill-Iran lejn is-Sirja f'Mejju tal-2007 b'vjolazzjoni tal-op. 5 tal-UNSCR 1747(2007) |
23.1.2012 |
III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
BIIS Maritime Limited |
Indirizz Postali: 147/1 St. Lucia, Valletta, Malta |
Proprjetà jew ikkontrollata minn Irano Hind indikata |
23.1.2012 |
2. |
Darya Delalan Sefid Khazar Shipping Company (Iran) (magħrufa wkoll bħala Khazar Sea Shipping Lines jew Darya-ye Khazar Shipping Company jew Khazar Shipping Co. jew KSSL jew Daryaye Khazar (Caspian Sea) Co. jew Darya-e-khazar shipping Co. |
Indirizz Postali: M. Khomeini St., Ghazian, Bandar Anzil, Gilan, IranNo. 1, End of Shahid Mostafa Khomeini St., Tohid Square, Bandar Anzali, 1711-324, Iran |
Proprjetà jew ikkontrollat mill-IRISL |
23.1.2012 |
ANNESS II
Entità msemmija fl-Artikolu 2(2)
Syracuse S.L
ANNESS III
Entrati msemmija fl-Artikolu 2(3)
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH |
Indirizz Postali: Schottweg 7, 22087 Hamburg, Germany; Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township; HTTS GmbH |
Ikkontrollata minn u/jew taġixxi f'isem l-IRISL. HTTS hija rreġistrata taħt l-istess indirizz bħall-IRISL Europe GmbH f'Hamburg, u l-prinċipal tagħha Dr. Naser Baseni kien impjegat qabel mal-IRISL. |
23.1.2012 |
2. |
Oasis Freight Agency |
Indirizz Postali: Al Meena Street, Opposite Dubai Ports & Customs, 2nd Floor, Sharaf Building, Dubai UAE; Sharaf Building, 1st Floor, Al Mankhool St., Bur Dubai, P.O. Box 5562, Dubai, United Arab Emirates; Sharaf Building, No. 4, 2nd Floor, Al Meena Road, Opposite Customs, Dubai, United Arab Emirates, Kayed Ahli Building, Jamal Abdul Nasser Road (Parallel to Al Wahda St.), P.O. Box 4840, Sharjah, United Arab Emirates |
Aġixxiet f'isem l-IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda. Ġiet sostitwita minn Good Luck Shipping Company li hija wkoll indikata biex taġixxi f'isem l-IRISL |
23.1.2012 |
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/36/PESK
tat-23 ta’ Jannar 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1). |
(2) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi eżistenti sal-31 ta’ Ottubru 2012 billi adotta d-Deċiżjoni 2011/666/PESK (2). |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu adottati miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Bjelorussja. |
(4) |
Ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u fuq l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jiġu applikati lill-persuni responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b’mod partikolari persuni f’pożizzjoni ta’ tmexxija, u lill-persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew jappoġġaw lir-reġim ta’ Lukashenko, b’mod partikolari persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju u materjali lir-reġim. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi emendata kif kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni 2010/639/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(1), żdiedu l-punti li ġejjin:
|
(2) |
fl-Artikolu 2(1), iddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
(3) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 inbidel b’dan li ġej: “2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni elenkati fl-Anness IIIA jew IV.”; |
(4) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) ġie ssostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
L-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jiżdied mad-Deċiżjoni 2010/639/PESK bħala Anness V.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.
(2) ĠU L 265, 11.10.2011, p. 17.
ANNESS
“ANNESS V
Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(1)(e) u (f) u fl-Artikoli 2(1)(c) u (d)
|
Persuni |
|
Entitajiet” |
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/37/PESK
tat-23 ta’ Jannar 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
|
Isem |
Tagħrif identifikattiv |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
1. |
Il-Brigadier Ġeneral Jawdat Ibrahim Safi |
Kmandant tal-154 Riġment |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
|||||
2. |
Il-Ġeneral Maġġur Muhammad Ali Durgham |
Kmandant fir-4 Diviżjoni |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma. |
23.1.2012 |
|||||
3. |
Il-Maġġur Ġeneral Ramadan Mahmoud Ramadan |
Kmandant tal-35 Riġment ta' Forzi Speċjali |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Baniyas u Deraa |
23.1.2012 |
|||||
4. |
Il-Brigadier Ġeneral Ahmed Yousef Jarad |
Kmandant tal-132 Brigata |
Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Deraa, inkluż bl-użu ta' mitraljatriċi u kanuni ta' kontra l-ajruplani |
23.1.2012 |
|||||
5. |
Il-Maġġur Ġeneral Naim Jasem Suleiman |
Kmandant tat-3 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma. |
23.1.2012 |
|||||
6. |
Il-Brigadier Ġeneral Jihad Mohamed Sultan |
Kmandant tal-65 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma |
23.1.2012 |
|||||
7. |
Il-Maġġur Ġeneral Fo'ad Hamoudeh |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Idlib |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Idlib fil-bidu ta' Settembru 2011 |
23.1.2012 |
|||||
8. |
Il-Maġġur Ġeneral Bader Aqel |
Kmandant tal-Forzi Speċjali |
Ta ordnijiet lis-suldati biex jiġbru l-katavri u jagħtuhom lill-mukhabarat u responsabbli għall-vjolenza f'Bukamal. |
23.1.2012 |
|||||
9. |
Il-Brigadier Ġeneral Ghassan Afif |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs, Baniyas u Idlib |
23.1.2012 |
|||||
10. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Maaruf |
Kmandant mill-45 Riġment |
Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs. Ta ordnijiet għal sparar fuq dimostranti f'Homs. |
23.1.2012 |
|||||
11. |
Il-Brigadier Ġeneral Yousef Ismail |
Kmandant tal-134 Brigata |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw lejn djar u nies fuq il-bjut waqt funeral f'Talbiseh għal dimostranti maqtula l-jum ta' qabel. |
23.1.2012 |
|||||
12. |
Il-Brigadier Ġeneral Jamal Yunes |
Kmandant tal-555 Riġment |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Mo'adamiyeh. |
23.1.2012 |
|||||
13. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohsin Makhlouf |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak. |
23.1.2012 |
|||||
14. |
Il-Brigadier Ġeneral Ali Dawwa |
|
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak |
23.1.2012 |
|||||
15. |
Il-Brigadier Ġeneral Mohamed Khaddor |
Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali |
Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma. |
23.1.2012 |
|||||
16. |
Il-Maġġur Ġeneral Suheil Salman Hassan |
Kmandant tal-5 Diviżjoni |
Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti fil-Governorat ta' Deraa. |
23.1.2012 |
|||||
17. |
Wafiq Nasser |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Suwayda (Dipartiment tal-Intelligence Militari) |
Bħala Kap tal-fergħa ta' Suwayda tad-Dipartiment għall-Intelligence Militari, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Suwayda. |
23.1.2012 |
|||||
18. |
Ahmed Dibe |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali) |
Bħala Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Deraa. |
23.1.2012 |
|||||
19. |
Makhmoud al-Khattib |
Kap tal-Fergħa Investigattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Investigattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
|||||
20. |
Mohamed Heikmat Ibrahim |
Kap tal-Fergħa Operattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
|||||
21. |
Nasser Al-Ali |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. |
23.1.2012 |
|||||
22. |
Mehran (jew Mahran) Khwanda |
Proprjetaru tal-kumpannija tat-trasport Qadmous Transport Co. imwieled fil-11.05.1938 Passaporti: nru 3298 858, li skada fid-09.05.2004, nru 001452904, li skada fid-29.11.2011, nru 006283523, li ser jiskadi fit-28.06.2017. |
Jagħti appoġġ loġistiku għar-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fiż-żoni ta' azzjoni tal-milizzja favur il-gvern involuti fil-vjolenza ("chabbihas"). |
23.1.2012 |
|||||
23. |
Industrial Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
24. |
Popular Credit Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
25. |
Saving Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
26. |
Agricultural Cooperative Bank |
|
Bank proprjetà tal-Istat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
27. |
Syrian Lebanese Commercial Bank |
|
Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat. Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim. |
23.1.2012 |
|||||
28. |
Deir ez-Zur Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
|||||
29. |
Ebla Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
|||||
30. |
Dijla Petroleum Company |
|
Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
23.1.2012 |
LINJI GWIDA
24.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/37 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-21 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali
(BĊE/2011/27)
(2012/38/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju li jsir mill-banek ċentrali nazzjonali. |
(2) |
Minħabba d-diversità tal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja, jeħtieġ li jiġġi ċċarat fl-Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20 illi l-provvedimenti marbutin ma’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja jistgħu jvarjaw, jiġifieri provvedimenti rreġistrati taħt l-element tal-passiv 13, u msemmija taħt l-element tal-attiv 7.1, jistgħu mhux neċessarjament ikunu provvedimenti tal-Eurosistema. |
(3) |
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandha għalhekk tiġi emendata, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 hija emendata kif ġej:
Anness IV għal Linja Gwida BĊE/2010/20 huwa sostitwit mill-Anness għal din il-Linja Gwida.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 3
Indirizzati
Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
ANNESS
“ANNESS IV
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ (1)
ASSI
Element tal-karta ta’ bilanċ (2) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi fil-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Skop tal- applikazzjoni (3) |
||||||||
1 |
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal bilanċi f’sight accounts tad-deheb (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu fiss u talbiet għad-deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (i) tranżazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis; u (ii) lokazzjoni tad-deheb jew tpartit tal-purità fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur fis-suq |
Obbligatorju |
||||||
2 |
2 |
Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija |
Klejms kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija |
|
|
||||||
2.1 |
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Kwota nazzjonali bil-bilanċi f’euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt dan l-element jew taħt l-element ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona euro denominati f’euro’ |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
(b) SDRs) Investimenti f’SDRs (gross) |
(b) SDRs) Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
(c) Klejms ohrajn Arranġamenti ġenerali għal self, self taħt arranġamenti speċjali ta’ teħid ta’ self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF |
(c) Krediti ohrajn Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
2.2 |
2.2 |
Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi barranin oħrajn |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) elf barrani (depożiti) ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’ |
(c) Self barrani Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
(d) Assi barranin oħra Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona euro |
(d) Assi barranin oħrajn Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
3 |
3 |
Klejms kontra residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija |
(a) Investimenti f’titoli fiż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||||||
(b) Klejms oħrajn kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo b’lura, self varju |
(b) Klejms oħrajn Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
|||||||||
4 |
4 |
Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f’euro |
|
|
|
||||||
4.1 |
4.1 |
Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus iddepożitati mil-lum għall-għada. Tranżazzjonijiet ta’ xiri temporanju ta’ assi konnessi mal-amministrazzjoni tat-titoli denominati f’euro |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ Strumenti ta’ ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona euro |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost soġġett għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Kost suġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iv) Strumenti ta’ ekwità negozjabbli Prezz tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Self barra ż-żona euro li mhuwiex dak taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ |
(c) Self barra ż-żona euro Depożiti skont il-valur nominali |
Obbligatorju |
|||||||||
(d) Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’, maħruġin minn entitajiet barra ż-żona euro Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż il-Bank Ewropew għall-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
|||||||||
(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost soġġett għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(iii) Titoli mhux negozjabbli Kost soġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
4.2 |
4.2 |
Klejms li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
5 |
5 |
Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro |
Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta’ politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti ta’ politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (4) |
|
|
||||||
5.1 |
5.1 |
Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament |
Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||
5.2 |
5.2 |
Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal |
Tranżazzjonijiet b’lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull xahar u li normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||
5.3 |
5.3 |
Operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni b’lura |
Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ kalibrazzjoni |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||
5.4 |
5.4 |
Operazzjonijiet strutturali b’lura |
Transazzjonijiet b’lura li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||
5.5 |
5.5 |
Faċilità ta’ self marġinali |
Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||
5.6 |
5.6 |
Krediti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||
6 |
6 |
Klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’rabta mal-amministrazzjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv 7 ‘Titoli ta’ residenti taż-żona euro denominati f’euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona euro. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Kull klejm li tirriżulta minn operazzjonijiet ta’ politka monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||
7 |
7 |
Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro |
|
|
|
||||||
7.1 |
7.1 |
Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja |
Titoli maħruġin fiż-żona euro u miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja. Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta’ kalibrazzjoni |
(a) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(b) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt l-element tal-passiv 13(b) ‘Provvedimenti’) Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Titoli mhux negozjabbli Kost soġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
7.2 |
7.2 |
Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta ’ politika monetarja ’ u taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, denominati f’euro. Strumenti ta’ ekwità |
(a) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||
(b) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kost soġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(c) Titoli mhux negozjabbli Kost soġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Obbligatorju |
||||||||||
(d) Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli Prezz tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
8 |
8 |
Dejn ġenerali tal-gvern denominat f’euro |
Talbiet lill-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9 |
Krediti intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||||
— |
9.1 |
Interess parteċipanti fil-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Is-sehem ta’ kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.2 |
Klejms ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Talbiet denominati f’euro fil-konfront tal-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizzjonali ta’ riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.3 |
Klejms marbutin mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss Klejms intra-Eurosistema fil-konfront ta’ BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.4 |
Klejms nett marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+), (*) |
Għall-BĊNi: kreditu nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Eurosistema relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kompensatorju u l-entrata tal-bilanċ tal-kontabilità kif definita mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (5) Għall-BĊE: klejms marbutin mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
— |
9.5 |
Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+) |
Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin: |
|
|
||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||
9 |
10 |
Elementi fil-proċess tal-ħlas |
Bilanċi fil-kont għall-pagament (klejms), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11 |
Assi oħrajn |
|
|
|
||||||
9 |
11.1 |
Muniti taż-żona euro |
Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.2 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Kost wara d-deprezzament Rati ta’ deprezzament:
Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni) |
Irrikkmandat |
||||||
9 |
11.3 |
Assi finanzjarji ohrajn |
|
(a) Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli Prezz tas-suq |
Irrikkmandat |
||||||
(b) Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta’ ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti Kost soġġett għal indeboliment |
Irrikkmandat |
||||||||||
(c) Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti Valur tal-attiv nett |
Irrikkmandat |
||||||||||
(d) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumi sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrikkmandat |
||||||||||
(e) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumink bħala investiment permanenti Kost soġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat |
Irrikkmandat |
||||||||||
(f) Titoli mhux negozjabbli Kost soġġett għal indeboliment Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat |
Irrikkmandat |
||||||||||
(g) Bilanċi ma’ banek u self Valur nominali, mibdulbir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f’valuti barranin |
Irrikkmandat |
||||||||||
9 |
11.4 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju barrani mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu) |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||||
9 |
11.6 |
Varji |
Advances, self u elementi minuri oħra Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni (l-uniku element tal-karta tal-bilanċ matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta’ rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet ta’ rivalutazzjoni rispettivi taħt il-partita tal-passiv ‘Kontijiet ta’ rivalutazzjoni’). Self mogħti fuq bażi ta’ fiduċja Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent Muniti denominati f’unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta’ qabel il-kopertura Assi nett tal-pensjoni |
Valur nominali jew kost |
Irrikkmandat |
||||||
Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
Investimenti marbutin ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent Valur fis-suq |
Obbligatorju |
||||||||||
Klejms pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema |
Klejms pendenti (minn inadempjenzi) Valur nominali/li jista’ jiġi rkuprat (qabel/wara l-ħlas tat-telf) |
Obbligatorju |
|||||||||
Assi jew klejms (fil-konfront ta’ terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti |
Assi jew klejms (minn inadempjenzi) Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f’valuti barranin) |
Obbligatorju |
|||||||||
— |
12 |
Telf ghas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
PASSIV
Element tal-karta ta’ bilanċ (6) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi fil-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Skop tal- applikazzjoni (7) |
||||||
1 |
1 |
Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni (**) |
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
2 |
2 |
Passiv lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro |
Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 |
|
|
||||
2.1 |
2.1 |
Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) |
Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Dan l-element jinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.2 |
2.2 |
Faċilità ta’ depożitu |
Depożiti mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.3 |
2.3 |
Depożiti għal terminu fiss |
Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.4 |
2.4 |
Operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni b’lura |
Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
2.5 |
2.5 |
Depożiti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
3 |
3 |
Passiv ieħor fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominat f’euro |
Tranżazzjonijiet repo konnessi ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura simultanji għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-assi 7 ‘Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro’. Operazzjonijiet oħra mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema Ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Kull passiv/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
4 |
4 |
Ċertifikati ta’ dejn li nħarġu |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss –għall-BĊNi element tranżitorju tal-karta tal-bilanċ Ċertifikati ta’ dejn kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Karta ta’ skont, maħruġin għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
Obbligatorju |
||||
5 |
5 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti ohra taż-żona euro denominati f’euro |
|
|
|
||||
5.1 |
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
5.2 |
5.2 |
Passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta’ kumpaniji u ta’ klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
6 |
6 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inklużi l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
7 |
7 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija |
Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
8 |
8 |
Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija |
|
|
|
||||
8.1 |
8.1 |
Depoziti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju ta’ flus barranin |
Obbligatorju |
||||
8.2 |
8.2 |
Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
9 |
9 |
Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ kreditu allokati mill-IMF |
Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lill-pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
Obbligatorju |
||||
— |
10 |
Passiv intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||
— |
10.1 |
Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominat f’euro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
— |
10.2 |
Passiv relatat mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Passiv intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li jirriżulta mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||
— |
10.3 |
Passiv nett marbut mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+) (**) |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Għall-BĊNi: passiv nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta’ bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
— |
10.4 |
Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (netti)+) |
Pożizzjoni netta tas-subelementi li ġejjin: |
|
|
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
10 |
11 |
Elementi fil-proċess tal-ħlas |
Bilanċi fil-kont għall-pagamenti (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
12 |
Passiv ieħor |
|
|
|
||||
10 |
12.1 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, tpartit ta’ valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.2 |
Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Nefqa li ssir dovuta f’perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu rrappurtat. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma’ perijodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.3 |
Varji |
Kontijiet provviżorji għat-taxxa Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b’lura għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Elementi minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Passiv fuq bażi ta’ fiduċja Depożiti tad-deheb tal-klijent. Muniti fiċ-ċirkolazzjoni fil-każ li xi BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni denominati f’unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona euro li m’għadhomx valuta legali iżda li għadhom f’ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla għall-euro, jekk mhux murijin taħt l-element tal-passiv ‘Provvedimenti’ Passiv tal-pensjoni nett |
Valur nominali jew kost (repo) |
Irrikkmandat |
||||
Depożiti f’deheb tal-konsumatur Valur fis-suq |
Depożiti f’deheb tal-konsumatur: obbligatorju |
||||||||
10 |
13 |
Provvedimenti |
|
|
Irrikkmandat |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
11 |
14 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli denominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ kambju barrani u SDRs Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+) |
Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
12 |
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
|
||||
12 |
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas – il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
12 |
15.2 |
Riżervi |
Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt l-element tal-attiv 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
16 |
Profitt ghas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
(1) L-iżvelar b’rabta mal-karti tal-flus euro f’ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-klejms/passiv nett intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. L-elementi li jridu jiġu armonizzati huma indikati b’asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.
(*) Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja Gwida
(2) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(3) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema i.e. relevanti għall-operat tal-Eurosistema.
(4) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(**) Elementi li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta’ din il-Linja ta’ Gwida
(6) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). L-elementi mmarkati b’+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(7) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u passiv materjali kollu fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.”