ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.009.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2012/27/PESK |
|
|
* |
||
|
|
2012/28/PESK |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 21/2012
tal-11 ta’ Jannar 2012
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vulture (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni "Vulture" ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 133, 4.5.2011, p. 13.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)
L-ITALJA
Vulture (DPO)
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 22/2012
tal-11 ta’ Jannar 2012
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fasola Wrzawska (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet il-Polonja biex id-denominazzjoni "Fasola Wrzawska" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 129, 30.4.2011, p. 19.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
IL-POLONJA
Fasola Wrzawska (DPO)
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 23/2012
tal-11 ta’ Jannar 2012
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Dauno (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex tiġi approvata emenda fl-elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Dauno”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2325/97 (3). |
(2) |
Minħabba li l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, għalhekk l-emenda għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni, ippublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(3) ĠU L 322, 25.11.1997, p. 33.
(4) ĠU C 129, 30.4.2011, p. 15.
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
1.5 Żjut u xaħmijiet
L-ITALJA
Dauno (DPO)
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 24/2012
tat-12 ta’ Jannar 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
62,7 |
TR |
116,6 |
|
ZZ |
89,7 |
|
0707 00 05 |
EG |
206,0 |
TR |
161,3 |
|
ZZ |
183,7 |
|
0709 91 00 |
EG |
252,4 |
MA |
69,8 |
|
ZZ |
161,1 |
|
0709 93 10 |
MA |
92,6 |
TR |
128,4 |
|
ZZ |
110,5 |
|
0805 10 20 |
EG |
70,3 |
MA |
64,5 |
|
TR |
66,9 |
|
ZZ |
67,2 |
|
0805 20 10 |
MA |
72,0 |
ZZ |
72,0 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
76,7 |
MA |
57,0 |
|
TR |
85,1 |
|
ZZ |
72,9 |
|
0805 50 10 |
TR |
46,5 |
ZZ |
46,5 |
|
0808 10 80 |
CA |
124,6 |
CN |
113,3 |
|
US |
143,8 |
|
ZA |
93,2 |
|
ZZ |
118,7 |
|
0808 30 90 |
CN |
73,0 |
US |
113,5 |
|
ZZ |
93,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 25/2012
tat-12 ta’ Jannar 2012
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2012 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(3) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-13 ta’ Jannar 2012
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 13 10 (1) |
43,04 |
0,00 |
1701 14 10 (1) |
43,04 |
0,00 |
1701 13 90 (1) |
43,04 |
1,99 |
1701 14 90 (1) |
43,04 |
1,99 |
1701 12 10 (1) |
43,04 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
43,04 |
1,70 |
1701 91 00 (2) |
48,71 |
2,86 |
1701 99 10 (2) |
48,71 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
48,71 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,49 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 26/2012
tat-12 ta’ Jannar 2012
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 skont is-subkwota IV fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament "Waħdieni dwar l-OKS") (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 3 112 030 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam f'erba' subkwoti. |
(2) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 iffissa l-kwantità tas-subkwota IV (numru tas-serje 09.4133) għal 122 790 tunellata, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2012. |
(3) |
Min-notifika skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament imsemmi, jirrigwardaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota IV msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-perjodu attwali tal-kwota. |
(5) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kull applikazzjoni għal liċenzja għall-importazzjoni fl-ambitu tas-subkwota IV msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 2,484571 %.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mis-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, fil-kuntest tas-subkwota IV msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għall-perjodu attwali tal-kwota.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 27/2012
tat-12 ta’ Jannar 2012
dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għar-raba' stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas. |
(2) |
Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri. |
(3) |
Abbażi tal-offerti riċevuti għar-raba' stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM. |
(4) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għar-raba' stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-11 ta’ Jannar 2012, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.
ANNESS
Dazji doganali minimi
(EUR/tunnellata) |
|||||
Il-kodiċi NM bi tmien ċifri |
Dazji doganali minimi |
||||
1 |
2 |
||||
1701 12 10 |
X |
||||
1701 12 90 |
— |
||||
1701 13 10 |
X |
||||
1701 13 90 |
— |
||||
1701 14 10 |
270,16 |
||||
1701 14 90 |
— |
||||
1701 91 00 |
X |
||||
1701 99 10 |
— |
||||
1701 99 90 |
X |
||||
|
DEĊIŻJONIJIET
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/14 |
DEĊIŻJONI EUBAM RAFAH/2/2011 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ
tal-20 ta’ Diċembru 2011
li testendi il-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EUBAM Rafah)
(2012/27/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni ta’ Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EUBAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni EU BAM Rafah, inkluż d-deċiżjoni sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Fil-11 ta’ Novembru 2008, permezz tad-Deċiżjoni EUBAN Rafah/1/2008 (2), il-KPS, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, ħatar, lis-Sur Alain FAUGERAS bħala Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah. Fil-21 ta’ Mejju 2010, b’Deċiżjoni ta’ EUBAM Rafah/1/2010 (3), il-KPS, fuq proposta tar-Rapreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), estenda il-mandat tas-Sur Alain FAUGERAS sal-24 ta’ Mejju 2011 u, b’Deċiżjoni ta’ EUBAM Rafah/1/2011 (4), il-mandat ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2011. |
(3) |
Ir-RGħ ipproponiet lill-KPS biex jestendi l-mandat tas-Sur Alain FAUGERAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Alain FAUGERAS bħala Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta’ Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EUBAM Rafah) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Ġunju 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-addozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.
(2) ĠU L 306, 15.11.2008, p. 99.
(3) ĠU L 126, 22.5.2010, p. 25.
(4) ĠU L 142, 28.5.2011, p. 63.
13.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/15 |
DEĊIŻJONI EUPOL COPPS/1/2011 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ
tal-20 ta’ Diċembru 2011
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
(2012/28/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/784/PESK tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Konformement mad-Deċiżjoni 2010/784/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, b’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPOL COPPS, inkluża b’mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Fil-15 ta’ Diċembru 2009, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (RGħ), il-KPS ħatar permezz tad-Deċiżjoni EUPOL COPPS/2/2009 (2) lis-Sur Henrik MALMQUIST bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS. |
(3) |
Il-RGħ proponiet li l-mandat tas-Sur MALMQUIST bħala Kap tal-EUPOL COPPS jiġi estiż mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Henrik MALMQUIST bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 335, 18.12.2010, p. 60.
(2) ĠU L 330, 16.12.2009, p. 78.