ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.008.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 8

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
12ta' Jannar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/22/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu

1

 

 

2012/23/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, rigward l-Artikoli 10 u 11 tiegħu

13

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 13/2012 tas-6 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 14/2012 tad-9 ta’ Jannar 2012 li jestendi dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Malasja u l-Isvizzera u sew jekk le u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet konsenjati mill-Isvizzera

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2012 tal-10 ta' Jannar 2012 li jemenda għall-162 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-ikel iffriżat li joriġina mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem ( 1 )

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-estensjoni tal-kwoti ta’ tariffi tal-Unjoni għal prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi

31

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

34

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 20/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jistipula l-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għax-xgħir

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/24/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2012 li ttemm il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji provviżorji imposti

36

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/25/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank tal-11 ta’ Novembru 2011 li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u li tadatta l-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim

38

 

 

Rakkomandazzjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-ftehim interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank tal-11 ta’ Novembru 2011 li tikkonċerna l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim

46

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2011

dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu

(2012/22/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 (il-“Protokoll ta’ Ateni”) jirrappreżenta titjib kbir fis-sistema marbuta mar-responsabbiltà tat-trasportaturi u l-kumpens tal-passiġġieri li jinġarru bil-baħar. B’mod partikolari, dan jipprevedi responsabbiltà stretta tat-trasportatur inkluż assigurazzjoni obbligatorja, bid-dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-assiguraturi sa limiti speċifikati u regoli dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi. Għaldaqstant, il-Protokoll ta’ Ateni huwa konformi mal-għan tal-Unjoni li jittejjeb ir-reġim legali marbut mar-responsabbiltà tat-trasportaturi.

(2)

Il-Protokoll ta’ Ateni jimmodifika l-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 (“il-Konvenzjoni ta’ Ateni”) u fl-Artikolu 15 jistabbilixxi li ż-żewġ strumenti għandhom jinqraw u jiġu interpretati flimkien bħala strument wieħed u uniku bejn il-Partijiet tal-Protokoll ta’ Ateni.

(3)

Il-maġġoranza tar-regoli tal-Protokoll ta’ Ateni ġew inkorporati fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (1). Għalhekk l-Unjoni eżerċitat kompetenza fir-rigward tal-materji rregolati minn dak ir-Regolament. L-Istati Membri, madanakollu, jżommu l-kompetenza tagħhom fir-rigward ta’ numru ta’ dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta’ Ateni, bħall-klawsola ta’ non-parteċipazzjoni li biha huma jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ responsabbiltà li huma ogħla minn dawk stipulati fl-ambitu tal-Protokoll ta’ Ateni. Il-materji tal-kompetenza tal-Istati Membri taħt il-Protokoll ta’ Ateni u dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni huma interdipendenti. Għalhekk f’materji ta’ kompetenza tagħhom taħt il-Protokoll ta’ Ateni, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b’mod koordinat, filwaqt li jikkunsidraw l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali tagħhom.

(4)

Il-Protokoll ta’ Ateni huwa miftuħ għar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni mill-Istati u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li huma kostitwiti minn Stati sovrani li ttrasferew il-kompetenza f’ċerti materji rregolati mill-Protokoll lil dawk l-Organizzazzjonijiet.

(5)

Skont l-Artikolu 17(2)(b) u l-Artikolu 19 tal-Protokoll ta’ Ateni, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika jistgħu jikkonkludu l-Protokoll ta’ Ateni.

(6)

F’Ottubru 2006, il-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali adotta r-Riserva u l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ateni (“il-Linji Gwida tal-IMO”) sabiex jiġu indirizzati ċerti materji fil-Konvenzjoni ta’ Ateni, bħal, b’mod partikolari l-kumpens għal ħsarat marbutin mat-terroriżmu.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 jirriproduċi fl-annessi tiegħu id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-verżjoni kkonsolidata tal-Konvenzjoni ta’ Ateni kif emendata mill-Protokoll ta’ Ateni u l-Linji Gwida tal-IMO.

(8)

Skont it-termini tal-Artikolu 19 tal-Protokoll ta’ Ateni, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandha tiddikjara, fil-mument tal-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni tagħha, il-punt safejn hija kompetenti fir-rigward tal-materji rregolati mill-Protokoll.

(9)

Konsegwentement, l-Unjoni, għandha taderixxi għall-Protokoll ta’ Ateni u tagħmel ir-riserva imniżżla fil-Linji Gwida tal-IMO. Il-fatt li ssir tali riserva m’għandux ikun interpretat bħala l-alterazzjoni tad-diviżjoni attwali tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u l-kontrolli mill-awtoritajiet tal-Istat.

(10)

Ċerti dispożizzjonijiet taħt il-Protokoll ta’ Ateni jikkonċernaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE. Deċiżjoni separata li tirrigwarda dawk id-dispożizzjonijiet ser tiġi adottata b’mod parallel għal din id-Deċiżjoni.

(11)

L-Istati Membri li għandhom jirratifikaw jew jaderixxu għall-Protokoll ta’ Ateni għandhom, jekk possibbli, jagħmlu hekk simultanjament. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jikkondividu informazzjoni dwar l-istat tal-proċeduri ta’ ratifika jew ta’ adeżjoni tagħhom sabiex jippreparaw safejn possibbli għad-depożitu simultanju tal-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ adeżjoni tagħhom. Meta jkunu qegħdin jirratifikaw jew jaderixxu għall-Protokoll ta’ Ateni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riserva msemmija fil-Linji Gwida tal-IMO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 (il-“Protokoll ta’ Ateni”) b’dan hija approvata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ materji li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, bl-eżżezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu.

It-test tal-Protokoll ta’ Ateni, għajr l-Artikoli 10 u 11, huwa riprodott fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta’ adeżjoni tal-Unjoni għall-Protokoll ta’ Ateni skont l-Artikoli 17(2)(c), 17(3) u 19 ta’ dak il-Protokoll.

2.   Fil-mument meta jiġi ddepożitat l-istrument tal-adeżjoni, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni ta’ kompetenza li ġejja:

“1.

L-Artikolu 19 tal-Protokoll ta’ Ateni tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 jipprevedi li l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li huma kostitwiti minn Stati sovrani u li trasferew il-kompetenza f’ċerti materji rregolati minn dak il-Protokoll lilhom jistgħu jiffirmawh, bil-kondizzjoni li jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu. L-Unjoni ddeċidiet li taderixxi għall-Protokoll ta’ Ateni u għalhekk qed tagħmel din id-dikjarazzjoni.

2.

Il-Membri attwali tal-Unjoni Ewropa huma r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

3.

Din id-dikjarazzjoni ma tapplikax fil-każ għal territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li fihom ma japplikax it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u hija mingħajr preġudizzju għal dawk l-atti jew il-pożizzjonijiet li jistgħu jiġu adottati skont il-Protokoll mill-Istati Membri kkonċernati f’isem dawk it-territorji u fl-interess tagħhom.

4.

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kkonferixxew il-kompetenza esklussiva lill-Unjoni fir-rigward tal-miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 100 tat-TFUE. Tali miżuri ġew adottati fir-rigward tal-Artikoli 1 u 1(a), l-Artikolu 2(2), l-Artikoli 3 sa 16 u l-Artikoli 18, 20 u 21 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni kif emendata bil-Protokoll ta’ Ateni u bid-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-IMO, permezz tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti.

5.

L-eżerċizzju ta’ kompetenza li l-Istati Membri ttrasferixxew lill-Unjoni Ewropea skont it-TFUE, fin-natura tiegħu, huwa suġġett għal żvilupp kontinwu. Fil-qafas tat-TFUE, l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jiddeterminaw il-punt safejn l-Unjoni Ewropea hija kompetenti. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea tirriserva d-dritt li temenda din id-dikjarazzjoni f’dan is-sens, mingħajr ma dan jikkostitwixxi prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha fir-rigward ta’ materji rregolati mill-Protokoll ta’ Ateni. L-Unjoni Ewropea ser tinnotifika d-dikjarazzjoni emendata lis-Segretarju-Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.”.

3.   Il-persuna jew il-persuni maħtura skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jagħmlu r-riserva msemmija fil-Linji Gwida tal-IMO meta jiddepożitaw l-istrument ta’ adeżjoni tal-Unjoni għall-Protokoll ta’ Ateni.

Artikolu 3

L-Unjoni għandha tiddepożita l-istrument ta’ adeżjoni tagħha għall-Protokoll ta’ Ateni sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddepożitaw l-istrumenti tar-ratifika ta’, jew tal-adeżjoni għall-Protokoll ta’ Ateni fi żmien raġonevoli u, jekk possibbli, sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riserva msemmija fil-Linji Gwida tal-IMO meta jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika ta’, jew ta’ adeżjoni għall-Protokoll ta’ Ateni.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

S. NOWAK


(1)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.


ANNESS

PROTOKOLL TAL-2002 GĦALL-KONVENZJONI TA’ ATENI DWAR IL-ĠARR BIL-BAĦAR TA’ PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM, 1974

L-ISTATI PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li huwa mixtieq li tiġi riveduta l-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, li saret f’Ateni fit-13 ta’ Diċembru 1974, biex jiġi previst kumpens imsaħħaħ, tiġi introdotta responsabbiltà stretta, tiġi stabbilita proċedura simplifikata biex jiġu aġġornati ammonti tal-limitazzjoni, u biex tiġi żgurata l-assigurazzjoni obbligatorja għall-benefiċċju tal-passiġġieri,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-Protokoll tal-1976 għall-Konvenzjoni jintroduċi d-Dritt Speċjali ta’ Ġbid bħala l-Unità tal-Kont minflok il-franki tad-deheb.

WARA LI NNOTAW li l-Protokoll tal-1990 għall-Konvenzjoni, li jipprevedi kumpens imsaħħaħ u proċedura simplifikata biex jiġu aġġornati ammonti tal-limitazzjoni, ma daħalx fis-seħħ,

QABLU kif ġej:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll:

1.

“Konvenzjoni” tfisser it-test tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974.

2.

“Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

3.

“Segretarju-Ġenerali” tfisser is-Segretarju-Ġenerali tal-Organizzazzjoni.

Artikolu 2

L-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni jinbidel bit-test li ġej:

“1.

(a)

“trasportatur” tfisser persuna li minnha jew f’isimha ġie ffirmat kuntratt ta’ ġarr, sew jekk il-ġarr attwalment isir minn dik il-persuna jew minn trasportatur prestanti;

(b)

“min qed jagħmel l-att tal-ġarr” tfisser persuna barra min iġorr, sew jekk tkun is-sid, xi ħadd mikri jew operatur ta’ bastiment, li fil-verita' jagħmel il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr; u

(ċ)

“min iġorr li fil-verita' jagħmel il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr” tfisser dak li jagħmel l-att tal-ġarr, jew, sakemm min iġorr fil-verita' jagħmel il-ġarr, min iġorr.”.

Artikolu 3

1.   L-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni huwa sostitwit bit-test li ġej:

“10.   “Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.”.

2.   It-test li ġej jinżied bħala l-Artikolu 1(11) tal-Konvenzjoni:

“11.   “Segretarju-Ġenerali” tfisser is-Segretarju-Ġenerali tal-Organizzazzjoni.”.

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 3

Responsabbiltà tat-trasportatur

1.   Għat-telf li ġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment ikkawżati minn inċident bil-bastiment, min iġorr għandu jkun obbligat sa tali punt li dak it-telf li ġarrab il-passiġġier f’kull okkażjoni separata ma jkunx aktar minn 250,000 unità tal-kont, sakemm min iġorr ma jġibx provi li l-inċident:

(a)

kien riżultat ta’ att ta’ gwerra, ġlied, gwerra ċivili, reżistenzi jew fenomu naturali ta’ natura eċċezzjonali, inevitabbli u irreżistibbli; jew

(b)

kien ikkawżat totalment minn att jew ommissjoni bl-intenzjoni li terza parti tikkawża l-inċident.

Jekk u sal-punt li t-telf jeċċedi l-ogħla limitu, min iġorr għandu jkun obbligat iktar sakemm ma jġibx provi li l-inċident li kkawża t-telf ġara mingħajr tort jew negliġenza min-naħa tiegħu.

2.   Għat-telf li jġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment li mhux ikkawżat minn inċident bil-bastiment, min iġorr għandu jkun obbligat jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tiegħu. Ir-responsabbilta' biex jiġi ppruvat it-tort jew negliġenza għandha taqa’ fuq ir-rikorrent.

3.   Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara tal-bagalji fil-kabina, min iġorr għandu jkun obbligat jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tiegħu. It-tort jew in-negliġenza ta’ min iġorr għandhom jitqiesu għal telf ikkawżat minħabba inċident bil-bastiment.

4.   Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara lill-bagalji barra l-bagalji fil-kabini, min iġorr għandu jkun obbligat sakemm hu ma jġibx provi li l-inċident li wassal għat-telf ġara mingħajr ma kellu tort jew minħabba negliġenza min-naħa tiegħu.

5.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“inċident bil-bastiment” ifisser meta bastiment jegħreq, jinqaleb, jaħbat jew jieqaf, ikun hemm splużjoni jew nar fuq il-bastiment, jew difett fil-bastiment;

(b)

“tort jew negliġenza ta’ min iġorr” tinkludi t-tort jew negliġenza tal-qaddejja ta’ min iġorr, li jaġixxu fl-iskop tal-impjieg tagħhom;

(ċ)

“difett fil-bastiment” tfisser kull ħsara, nuqqas jew nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti applikabbli dwar is-sigurtà fil-każ ta’ xi parti mill-bastiment jew it-tagħmir tiegħu meta jkunu użati biex jaħarbu, jiġu evakwati, jimbarkaw u jiżbarkaw il-passiġġieri; jew meta jkunu użati biex isuqu, idawru, ibaħħru b’mod sigur, jitqiegħed l-irmiġġ, jankraw, jaslu fi jew iħallu l-moll jew fejn ikunu ankrati, jew għall-kontroll tal-ħsara wara li jimtela bl-ilma; jew meta jkun użat biex jintefa’ tagħmir li jsalva l-ħajjiet; u

(d)

“it-telf” m’għandux jinkludi ħsarat severi ħafna jew tajbin ħafna.

6.   Ir-responsabbiltà ta’ min iġorr taħt dan l-Artiklu tirrigwarda biss it-telf li jinqala’ minħabba inċidenti li saru waqt il-ġarr. Ir-responsabbilta' biex ikun pruvat li l-inċident li wassal għat-telf ġara waqt il-ġarr, u l-kobor tat-telf, għandhom jaqgħu fuq ir-rikorrent.

7.   L-ebda ħaġa f’din il-Konvenzjoni m’għandha tippreġudika kull dritt ta’ rikors minn min iġorr kontra terza parti, jew biex jiddefendi n-negliġenza kontributorja taħt l-Artikolu 6 ta’ din il-Konvenzjoni. L-ebda ħaġa f’dan l-Artikolu m’għandha tippreġudika kull dritt ta’ limitazzjoni taħt Artikoli 7 jew 8 ta’ din il-Konvenzjoni.

8.   Meta jkun hemm preżunzjonijiet dwar tort jew negliġenza ta’ parti jew ir-responsabbilta' tal-provi tintefa’ fuq xi parti dawn m’għandhomx iżommu milli titqies evidenza favur dik il-parti.”.

Artikolu 5

It-test li ġej jinżied bħala l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni:

“Artikolu 4bis

Assigurazzjoni obbligatorja

1.   Meta passiġġieri jinġarru abbord bastiment reġistrat fi Stat Parti li hu reġistrat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, u din il-Konvenzjoni tapplika, kull min iġorr li fil-verita' jagħmel il-ġarr kollu jew parti minnu għandu jżomm assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra, bħal garanzija ta’ bank jew istituzzjoni finanzjarja simili, biex ikopri r-responsabbiltà taħt din il-Konvenzjoni rigward mewt u korriment lill-passiġġieri. Il-limitu tal-assigurazzjoni obbligatorja jew xi sigurta' finanzjarja oħra m’għandhiex tkun inqas minn 250 000 unità tal-kont għal kull passiġġier f’kull okkażjoni distinta.

2.   Ċertifikat li jiddikjara li dik l-assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra qiegħda fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għandu jinħareġ lil kull bastiment wara li l-awtorita' addattata ta’ Stat Parti tkun iddeterminat li l-ħtiġijiet ta’ paragrafu 1 intlaħqu. Fil-każ ta’ bastiment reġistrat fi Stat Parti, dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew ikun ċertifikat mill-awtorita' addattata tal-Istat tar-reġistru tal-bastiment; fil-każ ta’ bastiment mhux reġistrat fi Stat Parti jista’ jinħareġ jew ikun ċertifikat mill-awtorita' addattata ta’ kwalunkwe Stat Parti. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun forma tal-mudell mogħti fl-anness għal din il-Konvenzjoni u għandu jkun fih id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem tal-bastiment, numru distintiv jew ittri u l-port tar-reġistru;

(b)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju ta’ min iġorr li fil-fatt jagħmel il-vjaġġ kollu jew parti mill-vjaġġ;

(ċ)

in-numru ta’ identifikazzjoni IMO tal-bastiment;

(d)

tip u tul ta’ żmien tas-sigurta';

(e)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur jew persuna oħra li tagħti sigurta' finanzjarja u, fejn jixraq, il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew xi sigurta' oħra finanzjarja; u

(f)

il-perjodu tal-validita' taċ-ċertifikat, li m’għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ validita' tal-assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra.

3.

(a)

Stat Parti jista’ jawtorizza lil xi istituzzjoni jew Organizzazzjoni rikonoxxuta minnu biex toħroġ iċ-ċertifikat. Tali istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandha tinforma lil dak l-Istat dwar il-ħruġ ta’ kull ċertifikat. Fil-każijiet kollha, l-Istat Parti għandu jiggarantixxi bis-sħiħ it-tlestija u l-eżattezza taċ-ċertifikat hekk meħtieġ, u għandu jiżgura l-arranġamenti meħtieġa biex jaqdi dan l-obbligu.

(b)

Stat Parti għandu jinnotifika lis-Segretarju-Ġenerali dwar:

(i)

ir-responsabbiltajiet speċifiċi u l-kondizzjonijiet tal-awtorita' delegata lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu;

(ii)

l-irtirar tal-awtorita'; u

(iii)

id-data li minnha dik l-awtorita' jew it-tneħħija ta’ tali awtorita' tibda sseħħ.

Awtorita' delegata m’għandhiex tieħu effett qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data tan-notifika għal dak il-għan li tkun ingħatat lis-Segretarju-Ġenerali.

(ċ)

L-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ ċertifikati skont dan il-paragrafu għandha, minn tal-anqas, tkun awtorizzata biex tirtira dawn iċ-ċertifikati jekk ma jkunx hemm il-kondizzjonijiet li fihom inħarġu. Fil-każijiet kollha l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandha tirrapporta tali rtirar lill-Istat li f’ismu nħareġ iċ-ċertifikat.

4.   Iċ-ċertifikat għandu jkun bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat emittenti. Jekk il-lingwa użata mhix Ingliż, Franċiż jew Spanjol, it-test għandu jkun fih traduzzjoni f’waħda minn dawn il-lingwi, u, fejn l-Istat jiddeċiedi hekk, il-lingwa uffiċjali tal-Istat jista’ jitneħħa.

5.   Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-bastiment, u kopja tiegħu għandha titħalla mal-awtoritajiet li jżommu rekord tar-reġistru tal-bastiment jew, jekk il-bastiment mhux reġistrat fi Stat Parti, mal-awtorita' tal-Istat li ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat.

6.   Assigurazzjoni jew sigurta' finanzjarja oħra m’għandhiex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu jekk tieqaf milli, għal raġunijiet barra li jiskadi l-perjodu ta’ validita' tal-assigurazzjoni jew sigurta' speċifikata fiċ-ċertifikat, qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha jingħata avviż tat-tmiem tagħha lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5, sakemm iċ-ċertifikat ma ngħatax lura lil dawn l-awtoritajiet u nħareġ ieħor ġdid fl-istess perjodu. Id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel għandhom bl-istess mod japplikaw għal kull modifika li twassal biex l-assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra ma tibqax tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dan l-Artikolu.

7.   L-Istat tar-reġistru tal-bastiment għandu, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jiddetermina l-kondizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-validita' taċ-ċertifikat.

8.   L-ebda ħaġa f’din il-Konvenzjoni m’għandha tkun interpretata li qiegħda żżomm Stat Parti milli jserraħ fuq informazzjoni miksuba minn Stati oħra jew mill-Organizzazzjoni jew xi organizzazzjonijiet oħra internazzjonali marbuta mal-pożizzjoni finanzjarja tal-assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni. F’dawk il-każijiet, l-Istat Parti dependenti minn tali informazzjoni mhux eżentat mir-responsabbilta' tiegħu bħala Stat li joħroġ iċ-ċertifikat.

9.   Ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt l-awtorita' ta’ Stat Parti għandhom ikunu aċċettati minn Stati Partijiet oħra għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni u għandhom jitqiesu minn Stati Partijiet li għandhom l-istess forza bħaċ-ċertifikati maħruġa minnhom, anki jekk maħruġa jew iċċertifikati fil-każ ta’ bastiment mhux reġistrat fi Stat Parti. Stat Parti jista’ meta jrid jitlob li jikkonsulta mal-Istat li ħarġu jew iċċertifikah jekk jemmen li l-assiguratur jew il-garantur imsemmi fiċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni mhux finanzjarjament kapaċi jilħaq l-obbligi imposti b’din il-Konvenzjoni.

10.   Kwalunkwe talba għall-kumpens koperta b’assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja skont dan l-Artikolu tista’ titressaq direttament kontra l-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi sigurta' finanzjarja. F’tali każ, l-ammont imniżżel fil-paragrafu 1 jgħodd bħala l-limitu tar-responsabbiltà tal-assiguratur jew persuna oħra li tagħti sigurta' finanzjarja, anke jekk min iġorr jew min qed jagħmel l-att tal-ġarr mhux intitolat għal-limitazzjoni ta’ responsabbiltà. Id-difensur jista’ jappella ulterjorment id-difiżi (ħlief falliment jew xoljiment) li min iġorr imsemmi fil-paragrafu 1 kien ikun intitolat biex jappella skont din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, id-difensur jista’ jappella l-każ li l-ħsara ġrat minħabba n-nuqqas ta’ mġiba tajba intenzjonata tal-assiguratur, iżda d-difensur m’għandux jappella xi każ ieħor li hu seta’ kien intitolat biex jappella fil-passi li jieħu l-assiguratur kontra d-difensur. Id-difensur għandu fi kwalunkwe każ għandu dritt jitlob lil min iġorr u lil min qed jagħmel l-att tal-ġarr biex jidħlu fil-proċedimenti.

11.   Kwalunkwe somma li tagħti l-assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra miżmuma skont paragrafu 1 għandha tkun disponibbli esklussivament għas-sodisfazzjon tat-talbiet taħt din il-Konvenzjoni, u kwalunkwe ħlas li jsir ta’ dawk l-ammonti għandu jneħħi kull responsabbiltà li ġġib magħha din il-Konvenzjoni rigward l-ammont tas-somom imħallsa.

12.   Stat Parti m’għandux iħalli bastiment bil-bandiera tiegħu li għalih japplika dan l-Artikolu biex jopera fi kwalunkwe ħin sakemm ma jkunx inħareġ ċertifikat taħt paragrafi 2 sa 15.

13.   Soġġet għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Parti għandu jiżgura, permezz tal-liġi nazzjonali, li l-assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra, safejn hu speċifikat fil-paragrafu 1, tkun fis-seħħ fil-każ ta’ kwalunkwe bastiment li hu liċenzjat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, kull fejn hu reġistrat, li jidħol jew jitlaq minn port fit-territorju tiegħu safejn tapplika din il-Konvenzjoni.

14.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 5, Stat Parti jista’ jgħarraf lis-Segretarju-Ġenerali li, għall-finijiet ta’ paragrafu 13, bastimenti mhumiex meħtieġa jġorru abbord jew jipproduċu ċ-ċertifikat meħtieġ fil-paragrafu 2 meta jidħlu jew jitilqu minn portijiet fit-territorju tiegħu, dejjem jekk l-Istat Parti li joħroġ iċ-ċertifikat ikun għarraf lis-Segretarju-Ġenerali li hu jżomm rekords f’format elettroniku, aċċessibbli għall-Istati Prtijiet kollha, li jiddikjara l-eżistenza taċ-ċertifikat u jippermetti lill-Stati Partijiet biex ikunu xolti mill-obbligi tagħhom taħt paragrafu 13.

15.   Jekk l-assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra ma tinżammx fir-rigward ta’ bastiment li għandu Stat Parti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu marbuta miegħu m’għandhomx japplikaw għal tali bastiment, iżda l-bastiment għandu jġorr ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet addattati tal-Istat tar-reġistru tal-bastiment, li jistqarr li l-bastiment huwa ta’ dak l-Istat u li r-responsabbiltà hi koperta bl-ammont preskritt skont paragrafu 1. Dak iċ-ċertifikat għandu kemm jista’ jkun isegwi l-mudell preskritt fil-paragrafu 2.”.

Artikolu 6

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 7

Limitu ta’ responsabbiltà għal mewt u korriment

1.   Ir-responsabbiltà ta’ min iġorr għal mewt jew korriment ta’ xi passiġġier taħt l-Artikolu 3 m’għandhiex taqbeż l-400 000 unità tal-kont għal kull passiġġier f’kull okkażjoni distinta. Meta, skont il-liġi tal-qorti li qed tismal-każ, il-ħsarat jitħallsu f’forma ta’ pagamenti perjodiċi tad-dħul, il-valur tal-kapital ekwivalenti ta’ dawk il-pagamenti m’għandux jaqbeż il-limitu msemmi.

2.   Stat Parti jista’ jirregola permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali l-limitu ta’ responsabbiltà prevista fil-paragrafu 1, dment li dak il-limitu nazzjonali ta’ responsabbiltà, jekk hemm, mhux anqas minn dak previst fil-paragrafu 1. Stat Parti, li jagħmel użu mill-għażla prevista f’dan il-paragrafu previst, għandu jinforma lis-Segretarju-Ġenerali dwar il-limitu ta’ responsabbiltà adottat jew dwar il-fatt li m’hemm l-ebda wieħed.”.

Artikolu 7

L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 8

Limitu ta’ responsabbiltà għal telf ta’ jew ħsara lill-bagalji u lill-vetturi

1.   Ir-responsabbiltà ta’ min iġorr għal telf ta’ jew ħsara lill-bagalji fil-kabina m’għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 2,250 unità tal-kont għal kull passiġġier, kull vjaġġ.

2.   Ir-responsabbiltà ta’ min iġorr għal telf ta’ jew ħsara lill-vetturi inkluż il-bagalji kollha li jinġarru fil- jew fuq il-vettura m’għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 12,700 unità tal-kont għal kull vettura, kull vjaġġ.

3.   Ir-responsabbiltà ta’ min iġorr għal telf ta’ jew ħsara lill-bagalji barra dawk imsemmija f’paragrafi 1 u 2 m’għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 3,375 unità tal-kont għal kull passiġġier, kull vjaġġ.

4.   Min iġorr u l-passiġġier jistgħu jaqblu li r-responsabbiltà ta’ min iġorr għandha tkun soġġetta għal tnaqqis li ma jaqbiżx it-330 unità tal-kont f’każ ta’ ħsara lil xi vettura u li ma jaqbiżx 149 unità tal-kont għal kull passiġġier f’każ ta’ telf ta’ jew ħsara lil xi bagalji oħra, liema somma trid titnaqqas mit-telf jew mill-ħsara.”.

Artikolu 8

L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 9

Unità tal-Kont u konverżjoni

1.   Il-Unità tal-Kont imsemmija f’din il-Konvenzjoni hija d-Dritt Speċjali ta’ Ġbid kif imfisser fil-Fond Monetarju Internazzjonali. L-ammonti msemmija fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 għandhom jiġu kkonvertiti fil-munita nazzjonali tal-Istat tal-qorti li qed tismal-każ skont il-valur ta’ dik il-munita b’referenza għad-Dritt Speċjali ta’ Ġbid fid-data tas-sentenza jew id-data maqbula mill-partijiet. Il-valur tal-munita nazzjonali, fil-każ tad-Dritt Speċjali ta’ Ġbid, ta’ Stat Parti li hu membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun stmat skont il-metodu ta’ valutazzjoni applikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fis-seħħ fid-data msemmija għall-operat u t-tranżazzjonijiet tiegħu. Il-valur tal-munita nazzjonali, skont id-Dritt Speċjali ta’ Ġbid, ta’ Stat Parti li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun ikkalkulat b’mod determinat minn dak l-Istat Parti.

2.   Madankollu, Stat li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali u li l-liġi tiegħu ma tippermettix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1 jista’, meta ssir ir-ratifika, tiġi aċċettata, approvata jew tissieħeb f’din il-Konvenzjoni jew fi kwalunkwe ħin wara dan, tiddikjara li dak il-Unità tal-Kont imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs 15-il frank tad-deheb. Il-frank tad-deheb imsemmi f’dan il-paragrafu jikkorrispondi għal ħamsa u sittin milligramma u nofs ta’ deheb ta’ finezza milleżima ta’ disa’ mija. It-tisrif tal-frank tad-deheb fil-munita nazzjonali għandu jsir skont il-liġi tal-Istat konċernat.

3.   Il-kalkulazzjoni msemmija fl-aħħar sentenza ta’ paragrafu 1, u l-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir b’tali mod biex tesprimi fil-munita nazzjonali tal-Istati Partijiet, safejn hu possibbli, l-istess valur reali tal-ammonti fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1 u l-Artikolu 8 bħalma kieku jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel tliet sentenzi ta’ paragrafu 1. L-Istati għandhom jgħarrfu lis-Segretarju-Ġenerali dwar il-metodu ta’ kalkulazzjoni skont paragrafu 1, jew ir-riżultat tal-konverżjoni fil-paragrafu 2, kif jista’ jagħti l-każ, meta jiddepożitaw strument għar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni għal din il-Konvenzjoni u kull meta jkun hemm bidla fi kwalunkwe waħda minnhom.”.

Artikolu 9

L-Artikolu 16(3) tal-Konvenzjoni huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3.   Il-liġi tal-Qorti li qed tismal-każ għandha tirregola r-raġunijiet għas-sospensjoni u l-interruzzjoni tal-perijodi ta’ limitazzjoni, iżda fl-ebda każ m’għandha tittieħed azzjoni taħt din il-Konvenzjoni wara li jiskadi kwalunkwe wieħed minn dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

(a)

Perijodu ta’ ħames snin li jibda bid-data ta’ diżembark tal-passiġġier jew mid-data meta d-diżembark kollu jseħħ, liema minnhom hi aktar tard; jew, jekk aktar kmieni

(b)

perijodu ta’ tliet snin li jibda mid-data meta r-rikorrent kien jaf jew raġonevolment kellu jkun jaf bil-korriment, it-telf jew il-ħsara kkawżati bl-inċident.”.

Artikolu 10

[mhux riprodott]

Artikolu 11

[mhux riprodott]

Artikolu 12

L-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 18

Invalidità ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali

Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali konkluża qabel ma jseħħ inċident li jkun ikkawża l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta’ passiġġier jew it-telf jew il-ħsara lill-bagalji tal-passiġġier, intiża biex teħles kwalunkwe persuna responsabbli taħt din il-Konvenzjoni mir-responsabbiltà lejn il-passiġġier jew biex tippreskrivi limitu aktar baxx ta’ responsabbiltà minn dak iffissat f’din il-Konvenzjoni ħlief kif previst fl-Artikolu 8, paragrafu 4, u kull dispożizzjoni simili bil-għan li tneħħi r-responsabbiltà tal-prova minn fuq it-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, jew li jkollha l-effett li tnaqqas l-għażliet speċifikati fl-Artikolu 17, paragrafi 1 jew 2, għandha tiġi nulla u bla effett, iżda n-nullità ta’ dik id-dispożizzjoni m’għandhiex tagħmel bla effett il-kuntratt tal-ġarr li għandu jibqa’ soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.”.

Artikolu 13

L-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 20

Ħsara nukleari

L-ebda responsabbiltà m’għandha tinħoloq taħt din il-Konvenzjoni għall-ħsara kkawżata minħabba inċident nukleari:

(a)

jekk l-operatur ta’ installazzjoni nukleari hu responsabbli minn tali ħsara jew taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi tad-29 ta’ Lulju 1960 dwar Responsabbiltà ta’ Parti Terża fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta’ Jannar 1964, jew il-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-21 ta’ Mejju 1963 dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari, jew xi emenda jew Protokoll marbut magħha li hu fis-seħħ; jew

(b)

jekk l-operatur ta’ installazzjoni nukleari jkun responsabbli għal dik il-ħsara permezz ta’ liġi nazzjonali li tkopri responsabbiltà għal dik il-ħsara, demnt li tali liġi tkun f’kull aspett favorevoli għal persuni li jistgħu jġarrbu ħsara bħal jew il-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew ta’ Vjenna jew xi emenda jew Protokoll marbut magħha li hu fis-seħħ.”.

Artikolu 14

Ċertifikat mudell

1.   Iċ-ċertifikat mudell imniżżel fl-Anness għal dan il-Protokoll għandu jiġi inkorporat bħala anness għall-Konvenzjoni.

2.   It-test li ġej huwa jinżied bħala l-Artikolu 1bis tal-Konvenzjoni:

“Artikolu 1bis

Anness

L-Anness għal din il-Konvenzjoni għandu jikkostitwixxi parti integrali mill-Konvenzjoni.”.

Artikolu 15

Interpretazzjoni u applikazzjoni

1.   Il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll, bejn il-Partijiet għal dan il-Protokoll, għandhom jinqraw u jiġu interpretati flimkien bħala strument uniku.

2.   Il-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll għandha tapplika biss għal talbiet li jirriżultaw minn okkorrenzi li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għal kull Stat.

3.   L-Artikoli 1 sa 22 tal-Konvenzjoni, kif riveduta permezz ta’ dan il-Protokoll, flimkien mal-Artikoli 17 sa 25 ta’ dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu, għandhom jikkostitwixxu u jissejħu l-Konvenzjoni ta’Ateni marbuta mal-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.

Artikolu 16

It-test li ġej jinżied bħala l-Artikolu 22bis tal-Konvenzjoni:

“Artikolu 22bis

Klawżoli finali tal-Konvenzjoni

Il-klawżoli finali ta’ din il-Konvenzjoni għandhom ikunu l-Artikoli 17 sa 25 tal-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni marbuta mal-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974. Referenzi f’din il-Konvenzjoni għal Stati Parti għandhom jitqiesu li jfissru referenzi għal Stati Parti għal dan il-Protokoll.”.

KLAWŻOLI FINALI

Artikolu 17

L-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni u l-adeżjoni

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-iffirmar fil-Kwartieri tal-Organizzazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2003 sat-30 ta’ April 2004 u għandu minn hemm ‘il quddiem jibqa’ miftuħ għal adeżjoni.

2.   L-Istati jistgħu jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b’dan il-Protokoll billi:

(a)

jiffirmaw mingħajr riżerva dwar ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni; jew

(b)

jiffirmaw soġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni b’segwitu għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni; jew

(ċ)

adeżjoni.

3.   Ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni għandhom jiġu affettwati b’ depożitu strument għal dak il-għan mas-Segretarju-Ġenerali.

4.   Kwalunkwe strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni depożitat wara d-dħul fis-seħħ ta’ xi emenda għal dan il-Protokoll fil-każ tal-Stati Partijiet kollha eżistenti, jew wara t-tlestija fil-miżuri kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ l-emenda fir-rigward ta’ dawk l-Istati Partijiet għandu jitqies li japplika għal dan il-Protokoll kif modifikat mill-emenda.

5.   Stat m’għandux jesprimi l-kunsens tiegħu li jintrabat b’dan il-Protokoll sakemm, jekk ikun Parti minnu, jiddenunċja:

(a)

il-Konvenzjoni ta’ Ateni Marbuta mal-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, magħmul f’Ateni fit-13 ta’ Diċembru 1974;

(b)

il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ Ateni marbuta mal-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, magħmul f’Londra fid-19 ta’ Novembru 1976; u

(ċ)

il-Protokoll tal-1990 jemenda l-Konvenzjoni ta’ Ateni marbuta mal-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, magħmul f’Londra fid-19 ta’ Marzu 1990,

b’effett minn meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ f’dak l-Istat, f’konformità mal-Artikolu 20.

Artikolu 18

Stati b’aktar minn sistema waħda ta’ liġi

1.   Jekk Stat ikollu żewġ unitajiet territorjali jew aktar li fihom sistemi differenti ta’ liġijiet huma applikabbli fir-rigward tas-suġġetti trattati f’dan il-Protokoll, jista’ meta jsiru l-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jiddikjara li dan il-Protokoll għandu jestendi għall-unitajiet territorjali tiegħu kollha jew biss għal waħda jew aktar minnhom, u jista’ jimmodifika din id-dikjarazzjoni billi jippreżenta dikjarazzjoni oħra fi kwalunkwe ħin.

2.   Kwalunkwe tali dikjarazzjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Segretarju-Ġenerali u għandha tiddkjara espressament l-unitajiet territorjali li għalihom japplika dan il-Protokoll.

3.   Fir-rigward ta’ Stat Parti li għamel tali dikjarazzjoni:

(a)

referenzi għall-Istat tar-reġistru tal-bastiment u, fir-rigward ta’ ċertifikat obbligatorju ta’ assigurazzjoni, lill-Istat emittenti jew ċertifikatur, għandu jiġi interpretat li qed jirreferi għall-unità territorjali rispettivament li fih hu rreġistrat il-bastiment u li joħroġ jew jiċċertifika ċ-ċertifikat;

(b)

referenzi għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, limitu nazzjonali ta’ responsabbiltà u munita nazzjonali għandhom jiġu interpretati rispettivament bħala referenzi għar-rekwiżiti tal-liġi, il-limitu tar-responsabbiltà u l-munita tal-unità territorjali rilevanti; u

(ċ)

referenzi għall-qrati, u għas-sentenzi li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Istati Parti, għandhom jiġu interpretati bħala referenzi rispettivament għall-qrati tas-sentenzi li għandhom jiġu rikonoxxuti fihom, u għall-unità territorjali rilevanti.

Artikolu 19

Organizzazzjonijiet Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika

1.   Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika, li hi kkostitwita minn Stati sovrani li trasferew il-kompetenza dwar ċerti materji rregolati b’dan il-Protokoll lil dik l-Organizzazzjoni, tista’ tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova jew tissieħeb f’dan il-Protokoll. Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika li hi Parti għall-Protokoll għandu jkollha d-drittijiet u l-obbligi ta’ Stat Parti, safejn l-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha kompetenza dwar materji irregolati b’dan il-Protokoll.

2.   Fejn Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika teżerċita d-dritt tal-vot fi materji li dwarhom għandha kompetenza, hija għandu jkollha għadd ta’ voti ekwivalenti għan-numru tal-Istati Membri tagħha li huma Partijiet għal dan il-Protokoll u ttrasferewlha l-kompetenza dwar il-kwistjoni inkwistjoni. Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika m’għandhiex teżerċita d-dritt tagħha li tivvota jekk l-Istati Membri tagħha jeżerċitaw tagħhom, u viċi versa.

3.   Fejn in-numru ta’ Stati Partijiet hu rilevanti f’dan il-Protokoll, inkluż iżda mhux limitat għall-Artikoli 20 u 23 ta’ dan il-Protokoll, l-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika ma għandhiex titqies bħala Stat Parti flimkien mal-Istati Membri tagħha li huma Stati Partijiet.

4.   Meta jsir l-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, l-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha tagħmel dikjarazzjoni lis-Segretarju-Ġenerali li fiha tispeċifika l-materji irregolati b’dan il-Protokoll li fir-rigward tagħhom il-kompetenza tkun ġiet ittrasferita lil dik l-Organizzazzjoni mill-Istati Membri tagħha li huma firmatarji jew Partijiet għal dan il-Protokoll u kwalunkwe restrizzjoni oħra rilevanti rigward l-ambitu ta’ dik il-kompetenza. L-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha tinnotifika minnufih lis-Segretarju-Ġenerali dwar kwalunkwe bidla fit-tqassim ta’ kompetenza, inklużi trasferimenti ġodda ta’ kompetenzi, speċifikati fid-dikjarazzjoni taħt dan il-paragrafu. KwKwalunkwe tali dikjarazzjoni għandha ssir disponibbli mis-Segretarju-Ġenerali skont l-Artikolu 24 ta’ dan il-Protokoll.

5.   L-Istati Partijiet li huma Stati Membri ta’ Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika li hi Parti għal dan il-Protokoll għandhom jitqiesu li għandhom kompetenza dwar il-materji kollha rregolati b’dan il-Protokoll li fir-rigward tagħhom trasferimenti ta’ kompetenza lill-Organizzazzjoni ma ġewx dikjarati speċifikament jew notifikati taħt il-paragrafu 4.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara d-data li fiha 10 Stati jkunu jew iffirmawh mingħajr riżerva dwar ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni jew ikunu ddepożitaw strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni lis-Segretarju-Ġenerali.

2.   Għal kwalunkwe Stat li jirratifika, jaċċetta, japprova jew jaderixxi għal dan il-Protokoll wara li jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 għad-dħul fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ tliet xhur wara d-data tad-depożitu minn tali Stat tal-istrument addattat iżda mhux qabel li dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ bi qbil mal-paragrafu 1.

Artikolu 21

Denunzja

1.   Dan il-Protokoll jista’ jiġi denunċjat minn kull Stat Parti fi kwalunkwe ħin wara d-data li fiha dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat.

2.   Id-denunzja għandha tiġi affettwata billi jiġi ddepożitat strument għal dak il-għan mas-Segretarju-Ġenerali.

3.   Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ tnax-il xahar, jew tali perijodu itwal kif jista’ jiġi speċifikat fl-istrument tad-denunzja, wara li jkun iddepożitat mas-Segretarju-Ġenerali.

4.   Bħal fost Stati Partijiet għal dan il-Protokoll, id-denunzja minn kwalunkwe wieħed minnhom tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 25 tiegħu, ma għandhiex tiġi interpretata bi kwalunkwe mod bħala denunzja tal-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll.

Artikolu 22

Reviżjoni u Emendi

1.   L-Organizzazzjoni tista’ ssejjaħ Konferenza għall-fini li jiġi rivedut jew emendat dan il-Protokoll.

2.   L-Organizzazzjoni għandha ssejjaħ Konferenza tal-Istati Partijiet għal dan il-Protokoll għar-reviżjoni jew l-emendar dan il-Protokoll fuq talba ta’ mhux inqas minn terz tal-Istati Partijiet.

Artikolu 23

Emenda tal-limiti

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22, il-proċedura speċjali f’dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-finijiet li temenda l-limiti mniżżla fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, il-paragrafu 1, l-Artikolu 7, il-paragrafu 1 u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif rivedut b’ dan il-Protokoll.

2.   Fuq talba ta’ mill-anqas nofs, iżda fl-ebda każ anqas minn sitta, l-Istati Partijiet għal dan il-Protokoll, kwalunkwe proposta biex jiġu emendati l-limiti, inkluż it-tnaqqis, speċifikat fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta permezz ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi ċċirkolata mis-Segretarju-Ġenerali lill-Membri kollha tal-Organizzazzjoni u lill-Istati Partijiet.

3.   Kwalunkwe emenda proposta u ċċirkolata kif hawn fuq għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni (minn issa ‘l quddiem magħruf bħala “l-Kumitat Legali”) għall-konsiderazzjoni f’data ta’ mill-anqas sitt xhur wara d-data taċ-ċirkolazzjoni tagħha.

4.   L-Istati Partijiet kollha għal din il-Konvenzjoni kif riveduta minn dan il-Protokoll, sew jekk humiex Membri tal-Organizzazzjoni jew le, għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Legali għall-konsiderazzjoni u l-adozzjoni tal-emendi.

5.   L-emendi għandhom jiġu adottati minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll preżenti u jivvutaw fil-Kumitat Legali espandut kif previst fil-paragrafu 4, bil-kondizzjoni li tal-anqas nofs l-Istati Partijiet għal din il-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll għandhom jiġu preżenti fil-ħin tal-votazzjoni.

6.   Meta jaġixxi fuq proposta biex jemenda l-limiti, il-Kumitat Legali għandu jieħu kont tal-esperjenza ta’ inċidenti u, b’mod partikulari, l-ammont ta’ ħsara li tirriżulta minnhom, bidliet fil-valuri monetarji u l-effett tal-emenda proposta dwar l-ispejjeż tal-assigurazzjoni.

7.

(a)

L-ebda emenda tal-limiti taħt dan l-Artikolu ma tista’ titqies anqas minn ħames snin mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar jew anqas minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ emenda preċedenti taħt dan l-Artikolu.

(b)

L-ebda limitu ma jista’ jiżdied sabiex jaqbeż ammont li jikkorrispondi mal-limitu stabbilit fil-Konvenzjoni kif riveduta minn dan il-Protokoll miżjud b’sitta fil-mija kull sena kkalkulat fuq bażi ta’ interessi akkumulati mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar.

(ċ)

L-ebda limitu ma jista’ jiżdied sabiex jaqbeż l-ammont li jikkorrispondi għal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif rivedut permezz ta’ dan il-Protokoll immultiplikat bi tlieta.

8.   Kwalunkwe emenda adottata skont il-paragrafu 5 għandha tiġi nnotifikata mill-Organizzazzjoni lill-Istati Partijiet. L-emenda għandha titqies li ġiet aċċettata fi tmiem il-perijodu ta’ tmintax-il xahar wara d-data tan-notifika, sakemm f’dak il-perijodu mhux anqas minn kwart tal-Istati li kienu Stati Partijiet fil-ħin tal-adozzjoni tal-emenda jkunu għarrfu lis-Segretarju-Ġenerali li huma ma jaċċettawx l-emenda, f’liema każ l-emenda tiġi rrifjutata u m’għandux ikollha effett.

9.   Emenda li titqies li ġiet aċċettata f’konformità mal-paragrafu 8 għandha tidħol fis-seħħ tmintax-il xahar wara l-aċċettazzjoni tagħha.

10.   L-Istati Partijiet kollha għandhom ikunu marbuta bl-emenda, sakemm ma jiddenunċjawx dan il-Protokoll skont l-Artikolu 21(1) u (2) tal-anqas sitt xhur qabel mal-emenda tidħol fis-seħħ. TTali denunzja għandu jkollha effett meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

11.   Meta emenda tkun ġiet adottata iżda l-perijodu ta’ tmintax-il xahar għall-aċċettazzjoni tagħha ma jkunx skada, Stat li jsir Stat Parti matul dak il-perjodu għandu jkun marbut bl-emenda jekk din tidħol fis-seħħ. Stat li jsir Stat Parti wara dak il-perijodu għandu jkun marbut b’emenda li tkun ġiet aċċettata skont il-paragrafu 8. Fil-każijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, Stat ikun marbut b’emenda meta dik l-emenda tidħol fis-seħħ, jew meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat, jew aktar tard.

Artikolu 24

Depożitorju

1.   Dan il-Protokoll u kwalunkwe emenda adottata taħt l-Artikolu 23 għandhom ikunu depożitati mas-Segretarju-Ġenerali.

2.   Is-Segretarju-Ġenerali għandu:

(a)

jinforma lill-Istati kollha li ffirmaw jew aderixxu għal dan il-Protokoll dwar:

(i)

kull firma jew depożitu ġdid ta’ strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni flimkien mad-data tagħhom;

(ii)

kull dikjarazzjoni u komunikazzjoni taħt l-Artikolu 9(2) u (3), l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 19(4) tal-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll;

(iii)

id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll;

(iv)

kwalunkwe proposta biex jiġu emendati l-limiti li saret skont l-Artikolu 23(2) ta’ dan il-Protokoll;

(v)

kwalunkwe emenda li ġiet adottata skont l-Artikolu 23(5) ta’ dan il-Protokoll;

(vi)

kwalunkwe emenda meqjusa li tkun ġiet aċċettata taħt l-Artikolu 23(8) ta’ dan il-Protokoll, flimkien mad-data li fiha dik l-emenda għandha tidħol fis-seħħ skont il-paragrafi 8 u 9 ta’ dak l-Artikolu;

(vii)

id-depożitu ta’ strument ta’ denunzja ta’ dan il-Protokoll flimkien mad-data tad-depożitu u d-data li fiha jkollu effett;

(viii)

kwalunkwe komunikazzjoni li tintalab minn xi Artikolu ta’ dan il-Protokoll;

(b)

jinbagħtu kopji ċċertifikati veri ta’ dan il-Protokoll lill-Istati kollha li ffirmaw jew jaderixxu għal dan il-Protokoll.

3.   Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ, it-test għandu jintbagħat mis-Segretarju-Ġenerali lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 25

Lingwi

Dan il-Protokoll huwa stabbilit f’oriġinal uniku bil-lingwa Għarbija, biċ-Ċiniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol, kull test huwa awtentiku ugwalment.

MAGĦMUL F’LONDRA, l-ewwel ta’ Novembru, elfejn u tnejn.

LI KIENU XHIEDA TIEGĦU sottoskritti, awtorizzati debitament mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom għal dan il-fini, iffirmaw dan il-Protokoll.

 

ANNESS GĦALL-PROTOKOLL TA’ ATENI

Image 1

Test ta 'immaġni

12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2011

dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, rigward l-Artikoli 10 u 11 tiegħu

(2012/23/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 81(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 (il-"Protokoll ta' Ateni") jirrappreżenta titjib kbir fis-sistema marbuta mar-responsabbiltà tat-trasportaturi u l-kumpens tal-passiġġieri li jinġarru bil-baħar.

(2)

Il-Protokoll ta' Ateni jimmodifika l-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 u fl-Artikolu 15 jistabbilixxi li ż-żewġ strumenti għandhom jinqraw u jiġu interpretati flimkien bħala strument wieħed u uniku bejn il-Partijiet tal-Protokoll ta' Ateni.

(3)

L-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta' Ateni jaffettwaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1). B'hekk, l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fir-rigward tal-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta' Ateni.

(4)

Mal-adeżjoni tal-Unjoni għall-Protokoll ta' Ateni, ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni stipulati fl-Artikolu 10 tiegħu għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-regoli rilevanti tal-Unjoni.

(5)

Madankollu, ir-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-Protokoll ta’ Ateni m'għandhomx jieħdu preċedenza la fuq ir-regoli rilevanti tal-Unjoni Ewropea, kif estiżi għad-Danimarka skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (2), la fuq ir-regoli tal-Konvenzjoni ta' Lugano dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali tas-16 ta' Settembru 1988 (3), u lanqas tal-Konvenzjoni ta' Lugano dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali tat-30 ta' Ottubru 2007 (4), minħabba li l-effett tal-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli huwa li jiżgura li s-sentenzi jkunu rikonoxxuti u nfurzati tal-anqas fuq l-istess livell bħal dawk applikati taħt ir-regoli tal-Protokoll ta' Ateni.

(6)

Il-Protokoll ta' Ateni huwa miftuħ għar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni mill-Istati u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li huma kostitwiti minn Stati sovrani li ttrasferew il-kompetenza f'ċerti materji rregolati mill-Protokoll ta’ Ateni lil dawk l-Organizzazzjonijiet.

(7)

Skont l-Artikolu 17(2)(b) u l-Artikolu 19 tal-Protokoll ta' Ateni, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika jistgħu jikkonkludu l-Protokoll ta’ Ateni.

(8)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda, li għalihom japplika l-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ser jintrabtu bħala parti mill-Unjoni Ewropea mill-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta' Ateni.

(9)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha fir-rigward fir-rigward tal-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta' Ateni. Hija ser tintrabat biss b'dawn l-Artikoli bħala Parti Kontraenti separata.

(10)

Il-maġġoranza tar-regoli tal-Protokoll ta' Ateni ġew inkorporati fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (5). Għalhekk, l-Unjoni eżerċitat kompetenza fir-rigward tal-materji rregolati minn dak ir-Regolament. Deċiżjoni separata li tirrigwarda dawk id-dispożizzjonijiet ser tiġi adottata b'mod parallel għal din id-Deċiżjoni.

(11)

L-Istati Membri li għandhom jirratifikaw jew jaderixxu għall-Protokoll ta' Ateni għandhom, jekk possibbli, jagħmlu hekk simultanjament. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jikkondividu informazzjoni dwar l-istat tal-proċeduri ta' ratifika jew ta' adeżjoni tagħhom sabiex jippreparaw safejn possibbli għad-depożitu simultanju tal-istrumenti ta' ratifika jew ta' adeżjoni tagħhom. Meta jkunu qegħdin jirratifikaw jew jaderixxu għall-Protokoll ta' Ateni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riserva msemmija fil-Linji Gwida tal-IMO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, (il-"Protokoll ta' Ateni") hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu.

It-test ta' dawn l-Artikoli huwa riprodott fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta' adeżjoni tal-Unjoni għall-Protokoll ta' Ateni fir-rigward tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu skont l-Artikoli 17(2)(c), 17(3) u 19 ta' dak il-Protokoll.

2.   Fil-mument meta jiġi ddepożitat l-istrument tal-adeżjoni, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni ta' kompetenza li ġejja:

"Fir-rigward ta' materji koperti bl-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta' Ateni tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, li jaqgħu taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ikkonferixxew il-kompetenzi lill-Unjoni. L-Unjoni eżerċitat din il-kompetenza billi adotattat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.".

3.   Fil-mument li jiġi ddepożitat l-istrument ta' adeżjoni, l-Unjoni ser tagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 17(a)(3) tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata bl-Artikolu 11 tal-Protokoll ta' Ateni:

"1.

Sentenzi dwar materji koperti mill-Protokoll ta' Ateni tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, meta jkunu mogħtija minn qorti tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja jew ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett.

2.

Sentenzi dwar materji koperti mill-Protokoll ta' Ateni, meta jkunu mogħtija minn qorti tar-Renju tad-Danimarka, għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.

3.

Sentenzi dwar materji koperti mill-Protokoll ta' Ateni, meta jkunu mogħtija minn qorti ta' Stat terz

(a)

marbut bil-Konvenzjoni ta' Lugano dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali tat-30 ta' Ottubru 2007 għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont dik il-Konvenzjoni;

(b)

marbut bil-Konvenzjoni ta' Lugano dwar il-ġuriżdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali tas-16 ta' Settembru 1988 għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont dik il-Konvenzjoni.".

4.   Il-persuna jew il-persuni maħtura taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jagħmlu r-riserva msemmija fil-Linji Gwida tal-IMO meta jiddepożitaw l-istrument ta' adeżjoni tal-Unjoni għall-Protokoll ta' Ateni rigward l-Artikoli 10 u 11 tiegħu.

Artikolu 3

L-Unjoni għandha tiddepożita l-istrument ta' adeżjoni tagħha għall-Protokoll ta' Ateni rigward l-Artikoli 10 u 11 tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddepożitaw l-istrumenti tar-ratifika ta', jew tal-adeżjoni għall-Protokoll ta' Ateni fi żmien raġonevoli u, jekk possibbli, sal-31 ta' Diċembru 2011.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

S. NOWAK


(1)   ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(2)   ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

(3)   ĠU L 319, 25.11.1988, p. 9.

(4)   ĠU L 339, 21.12.2007, p. 3.

(5)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.


ANNESS

ARTIKOLI 10 U 11 TAL-PROTOKOLL TAL-2002 GĦALL-KONVENZJONI TA’ ATENI DWAR IL-ĠARR BIL-BAĦAR TA’ PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM, 1974

Artikolu 10

L-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 17

Ġurisdizzjoni kompetenti

1   Azzjoni li tinqala’ taħt Artikoli 3 u 4 ta’ din il-Konvenzjoni għandha, fuq l-għażla tar-rikorrent, titressaq quddiem waħda mill-qrati msemmija hawn taħt, dejjem jekk il-qorti tinsab fi Stat Parti ta' din il-Konvenzjoni, u esposta għal-liġi domestika ta' kull Stat Parti li tirregola l-post korrett f'dawk l-Istati b'ħafna forums possibbli:

(a)

il-qorti tal-Istat tar-residenza permanenti jew post prinċipali tan-negozju tad-difensur, jew

(b)

il-qorti tal-Istat tat-tluq jew dak tad-destinazzjoni skont il-kuntratt tal-ġarr, jew

(c)

il-qorti tal-Istat tar-residenza domiċili jew permanenti tar-rikorrent, jekk id-difensur għandu post tan-negozju u hu soġġett għal ġurisdizzjoni f'dak l-Istat, jew

(d)

il-qorti tal-Istat fejn sar il-kuntratt tal-ġarr, jekk id-difensur għandu post tan-negozju u hu soġġett għal ġurisdizzjoni f'dak l-Istat.

2   Azzjonijiet taħt l-Artikolu 4bis ta’ din il-Konvenzjoni għandhom, fuq għażla tar-rikorrent, jitressqu quddiem waħda mill-qrati fejn azzjoni tista’ tittieħed kontra min iġorr jew min jagħmel l-att tal-ġarr skont paragrafu 1.

3   Wara li jseħħ l-inċident li kkawża l-ħsara, il-partijiet jistgħu jaqblu li t-talba għall-ħsarat għandha tiġi ppreżentata lil kwalunkwe ġurisdizzjoni jew arbitraġġ.”.

Artikolu 11

It-test li ġej huwa jinżied bħala l-Artikolu 17bis tal-Konvenzjoni:

“Artikolu 17bis

Rikonoxximent u infurzar

1   Kull sentenza mogħtija minn qorti bil-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 17 li tista’ tiġi infurzata fl-Istat tal-oriġni fejn ma tkunx aktar soġġetta għal forom komuni ta’ reviżjoni, għandha tkun rikonoxxuta f’kull Stat Parti, ħlief

(a)

fejn is-sentenza nkisbet bi frodi; jew

(b)

meta d-difensur ma ngħatax avviż fi żmien raġonevoli u opportunità ġusta biex jippreżenta l-każ tiegħu.

2   Sentenza rikonoxxuta taħt paragrafu 1 għandha tiġi infurzata f’kull Stat Parti hekk kif jintlaħqu l-formalitajiet meħtieġa f’dak l-Istat. Il-formalitajiet m’għandhomx jagħtu lok biex jerġgħu jinfetħu l-merti tal-każ.

3   Stat Parti għal dan il-Protokoll jista’ japplika regoli oħra għall-għarfien u l-infurzar tas-sentenzi, dejjem jekk l-effett tagħhom hu li jiġi żgurat li s-sentenzi huma rikonoxxuti u infurzati tal-inqas fl-istess livell bħal f'paragrafi 1 u 2.”.


REGOLAMENTI

12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 13/2012

tas-6 ta’ Jannar 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11(3), (5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri anti-dumping eżistenti

(1)

F’Awwissu 2001, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw, inter alia, mill-Indja. Il-miżuri kienu jikkonsistu f’dazju anti-dumping ad valorem li jvarja bejn 0 % u 62,6 % impost fuq importazzjonijiet mingħand produtturi esportaturi msemmija individwalment, b’rata ta’ dazju residwu ta’ 53,3 % fuq importazzjonijiet mingħand il-kumpaniji l-oħrajn kollha.

(2)

F’Awwissu 2001, il-Kummissjoni aċċettat, permezz tad-Deċiżjoni 2001/645/KE (3), impenji ta’ prezzijiet offruti minn ħames produtturi Indjani. L-aċċettazzjoni tal-impenji kienet sussegwentement irtirata (4) f’Marzu 2006.

(3)

F’Marzu 2006, permezz tar-Regolament (KE) Nru 366/2006 (5), il-Kunsill emenda l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 1676/2001. Id-dazju anti-dumping impost varja bejn 0 % u 18 %, wara li tqiesu s-sejbiet tar-reviżjoni ta’ skadenza tad-dazji kompensatorji definittivi li huma dettaljati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 (6).

(4)

F’Settembru 2006, bir-Regolament (KE) Nru 1424/2006 (7), fuq talba ta’ produttur esportatur ġdid, il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 1676/2001 fir-rigward ta’ esportatur wieħed Indjan. Ir-Regolament emendat stabbilixxa marġni ta’ dumping ta’ 15,5 % għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u rata ta’ dazju anti-dumping ta’ 3,5 % għall-kumpanija kkonċernata wara li tqies il-marġni ta’ sussidju fuq l-esportazzjoni tal-kumpanija kif ġie aċċertat fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 367/2006. Billi l-kumpanija ma kellhiex dazju kumpensatorju individwali, ġiet applikata r-rata stabbilita għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

(5)

F’Novembru 2007, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 (8), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tat-tertuqa PET li toriġina fl-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Bl-istess Regolament intemmet reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b’kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-eżami tad-dumping fir-rigward ta’ produttur esportatur Indjan wieħed.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 żamm ukoll l-estensjoni tal-miżuri għall-Brażil u l-Iżrael bl-eżenzjoni ta’ ċerti kumpaniji. L-aħħar emenda għar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 f’dan ir-rigward saret permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 806/2010 (9).

(7)

F’Jannar 2009, permezz tar-Regolament (KE) Nru 15/2009 (10), il-Kunsill, wara reviżjoni interim parzjali mibdija mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fir-rigward tas-sussidju lil ħames produtturi Indjani tat-tertuqa tal-PET, emenda d-dazju definittiv anti-dumping impost fuq dawn il-kumpaniji permezz tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 u d-dazji kompensatorji definittivi imposti fuq dawn il-kumpaniji permezz tar-Regolament (KE) Nru 367/2006.

(8)

F’Mejju 2011, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 469/2011 (11), il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 u b’hekk aġġusta r-rati tad-dazju anti-dumping definittiv fid-dawl tal-iskadenza tad-9 ta’ Marzu 2011 (12) tad-dazju kompensatorju impost mir-Regolament (KE) Nru 367/2006.

(9)

L-applikant ta’ din ir-reviżjoni interim – Ester Industries Limited – huwa attwalment soġġett għal dazju anti-dumping definittiv ta’ 29,3 %.

2.   Talba għal reviżjoni interim parzjali

(10)

F’Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba, b’kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-eżami tad-dumping, tressqet minn Ester Industries Limited, produttur esportatur mill-Indja (“Ester” jew “l-applikant”). Fit-talba tiegħu, l-applikant sostna li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema. L-applikant ipprovda evidenza prima facie li t-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping inġurjuż.

3.   L-inizjazzjoni ta’ reviżjoni

(11)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-inizjazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ notifika ppubblikata fid-29 ta’ Ottubru 2010 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) (“in-Notifika tal-Inizjazzjoni”) l-inizjazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b’kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-eżami tad-dumping fir-rigward tal-applikant.

(12)

In-Notifika tal-Inizjazzjoni ssemmi li r-reviżjoni interim parzjali kienet ukoll biex tivvaluta l-ħtieġa, skont is-sejbiet tar-reviżjoni, li tiġi emendata r-rata ta’ dazju applikabbli fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma ssemmewx individwalment fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007, jiġifieri r-rata tad-dazju anti-dumping li tapplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja.

4.   L-investigazzjoni

(13)

L-investigazzjoni tal-livell ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni” jew “il-PIR”).

(14)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lill-industrija tal-Unjoni bl-inizjazzjoni tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmithom bil-miktub u li jinstemgħu.

(15)

Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet tweġiba fiż-żmien ta’ skadenza stipulat għal dan l-għan.

(16)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping. Saret żjara ta’ verifika fil-bini tal-applikant.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(17)

Il-prodott ikkonċernat f’din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak definit fir-Regolament (KE) Nru 1292/2007, kif emendat l-aħħar, li jimponi l-miżuri fis-seħħ, jiġifieri t-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET), li toriġina mill-Indja, li bħalissa hija kklassifikata fil-kodiċijiet NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 .

2.   Il-prodott simili

(18)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti, din l-investigazzjoni wriet li t-tertuqa PET prodotta fl-Indja u esportata lejn l-Unjoni u t-tertuqa PET prodotta u mibjugħa domestikament fis-suq Indjan, kif ukoll it-tertuqa PET prodotta u mibjugħa fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi.

(19)

Dawn il-prodotti għalhekk jitqiesu bħala simili fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

(a)   Valur normali

(20)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili tal-applikant lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ kienx daqs minn tal-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ esportazzjoni korrispondenti lejn l-Unjoni.

(21)

Il-Kummissjoni mbagħad identifikat dawk it-tipi tal-prodott simili mibjugħa domestikament mill-kumpanija li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(22)

Sar eżami ulterjuri fuq jekk il-bejgħ domestiku tal-applikant kienx rappreżentattiv għal kull tip ta’ prodott, jiġifieri jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott kienx jikkostitwixxi mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ tal-istess tip ta’ prodott tal-Unjoni. Fil-każ ta’ dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi, imbagħad ġie eżaminat jekk dan il-bejgħ sarx f’sitwazzjoni ta’ kummerċ normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(23)

L-eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ lokalment fi kwantitajiet rappreżentattivi, jistax jitqies bħala li sar f’sitwazzjoni ta’ kummerċ normali, sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti tat-tip ikkonċernat. Fil-każijiet kollha fejn il-bejgħ domestiku tat-tip ta’ prodott partikolari sar fi kwantitajiet suffiċjenti u f’sitwazzjoni ta’ kummerċ normali, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PIR.

(24)

Għat-tipi ta’ prodotti li fadal fejn il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv jew ma nbigħux f’sitwazzjoni ta’ kummerċ normali, il-valur normali inħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali inħadem biż-żieda mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, aġġustati fejn meħtieġ, ta’ perċentwali raġonevoli għall-ispejjeż ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi u ta’ marġni raġjonevoli ta’ qligħ, fuq il-bażi tad-data effettiva relatata mal-produzzjoni u l-bejgħ, f’sitwazzjoni ta’ kummerċ normali, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur investigat skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(b)   Il-prezz tal-esportazzjoni

(25)

Fir-reviżjoni interim preċedenti li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 366/2006, kien iddeterminat li l-impenji tal-prezzijiet influwenzaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni passati u għamluhom inaffidabbli għad-determinazzjoni tal-imġiba futura tal-esportazzjoni. F’dik ir-reviżjoni interim, peress li Ester kien qed ibiegħ l-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet sostanzjali fis-suq dinji, ġie deċiż illi l-prezz għall-esportazzjoni jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet imħallsin realment jew li għandhom jitħallsu lill-pajjiżi terzi kollha.

(26)

Ta’ min ifakkar li l-aċċettazzjoni tal-impenji għall-prezzijiet kienet irtirata f’Marzu 2006, jiġifieri iktar minn tliet snin qabel il-PIR attwali. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn Unjoni ta’ Ester fil-PIR attwali ma kienux influwenzati minn l-ebda impenji tal-prezzijiet. B’hekk jista’ jiġi konkluż li jistgħu jitqiesu affidabbli għad-determinazzjoni tal-imġiba tal-esportazzjoni futura.

(27)

Peress li l-bejgħ kollu tal-esportazzjonijiet tal-applikant lejn l-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(c)   Tqabbil

(28)

It-tqabbil bejn il-valur normali medju differenzjat u l-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni sar fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta’ negozju. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li affettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezz. Għan din il-fini, ingħatat konċessjoni xierqa f’forma ta’ aġġustamenti, fejn applikabbli u ġġustifikat, għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, il-kummissjonijiet, l-ispejjeż finanzjarji u l-ispejjeż tal-ippakkjar imħallsa mill-applikant.

(29)

L-applikant sostna li meta mqabbel mal-investigazzjoni tar-reviżjoni interim preċedenti, huwa qed joffri lill-klijenti tiegħu varjetà ikbar ta’ kisjiet kimiċi u dan l-aspett għandu jitqies meta l-prodott ikkonċernat ikun qed jiġi kklassifikat f’tipi differenti ta’ prodotti. Madankollu, il-kumpanija ma wrietx li t-tipi differenti ta’ kisjiet kimiċi affettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet u, b’mod partikolari, li l-klijenti konsistentement ħallsu prezzijiet differenti fis-suq domestiku u fis-suq tal-esportazzjoni tal-UE skont it-tip ta’ kisja kimika. Għalhekk, il-klassifikazzjoni tal-prodott applikat fl-investigazzjonijiet preċedenti għandha tinżamm u l-pretensjoni trid tiġi miċħuda.

(30)

L-applikant talab ukoll aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni, abbażi tal-benefiċċji li ħa mal-esportazzjoni skont l-Iskema ta’ Intitolament tad-Dazju tal-Importazzjoni (DEPB) fuq bażi ta’ wara l-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, instab illi taħt din l-iskema, il-krediti rċevuti meta l-prodott ikkonċernat kien jiġi esportat setgħu jintużaw sabiex ipaċu d-dazji doganali dovuti fuq l-improtazzjoni ta’ kwalunkwe prodotti jew setgħu liberament jinbiegħu lil kumpaniji oħra. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda restrizzjoni li l-prodotti importati għandhom jintużaw biss fil-produzzjoni tal-prodott esportat ikkonċernat. Ester ma weriex li l-benefiċċju taħt l-iskema DEPB affettwat il-komparabilità tal-prezzijiet u, b’mod partikolari, li l-konsumaturi ħallsu konsistentement prezzijiet differenti fis-suq domestiku minħabba l-benefiċċji tal-iskema DEPB. B’hekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(31)

L-applikant talab ukoll aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni, abbażi tal-benefiċċji li ħa mill-Iskema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjonijiet ta’ Prodotti Kapitali (EPCG) u mill-Iskema tal-“Krediti tal-Esportazzjoni”. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota, li b’mod simili għall-iskemi l-oħra msemmija hawn fuq ma hemm l-ebda restrizzjoni li l-prodotti importati skont l-Iskema EPCG għandha tintuża biss għall-produzzjoni tal-prodott esportat ikkonċernat. It-tieni, l-applikant ma bagħat l-ebda evidenza ta’ rabta espliċita bejn il-prezzijiet tal-prodotti esportati u l-benefiċċji li rċieva mill-Iskemi EPCG u tal-“Krediti tal-Esportazzjoni”. Fl-aħħar nett, l-applikant ma weriex li l-benefiċċji minn dawn iż-żewġ skemi affettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet u, b’mod partikolari, li l-klijenti ħallsu konsistentement prezzijiet differenti fis-suq domestiku minħabba l-benefiċċji tal-Iskemi EPCG u tal-“Krediti tal-Esportazzjoni”. Għalhekk, il-pretensjoni trid tiġi miċħuda.

(d)   Marġni ta’ dumping

(32)

Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju differenzjat skont it-tip tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju differenzjat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Wara l-kummenti dwar l-iżvelar stabbiliti fil-premessi (44) u (45) hawn taħt, il-marġni tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 8,3 %.

D.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(33)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk kienx raġonevoli li jitqies li ċ-ċirkustanzi mibdula huma ta’ natura dejjiema.

(34)

F’dan ir-rigward l-investigazzjoni wriet li Ester fil-fatt ħadet għadd ta’ miżuri għat-tnaqqis fl-ispejjeż u t-titjib fl-effiċjenza. Notevolment, il-kumpanija mmodernizzat u bniet linja ta’ produzzjoni ġdida. Barra minn hekk, minħabba żieda sinifikanti fil-produzzjoni, l-ispejjeż ġenerali naqsu b’mod sostanzjali. Il-kumpanija bdiet ukoll tikseb il-materji primi b’mod iktar effiċjenti (minn post eqreb) u b’hekk rnexxielha tnaqqas konsiderevolment l-ispejjeż tal-merkanzija. Dan it-tnaqqis fl-ispejjeż għandu impatt dirett fuq il-marġni tad-dumping. Din il-bidla fiċ-ċirkostanzi għalhekk tista’ titqies bħala waħda ta’ natura dejjiema.

(35)

Fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, l-investigazzjoni wriet ċerta stabbilità fil-linji politiċi tal-prezzijiet ta’ Ester tul perjodu twil, bejn l-2006 (is-sena meta l-impenn ġie mħassar) u l-2010 (kważi tmiem il-PIR). Minħabba l-bidla fil-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni ta’ Ester lejn l-Unjoni kif deskritt fil-premessi (24) u (25) ta’ hawn fuq u l-istabilità fil-prezzijiet mesmmija fuq, il-marġni ta’ dumping ikkalkulat mill-ġdid x’aktarx li jkun ta’ natura dejjiema.

(36)

Għalhekk tqies li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-inizjazzjoni ta’ din ir-reviżjoni interim mhumiex probabbli li jinbidlu fil-futur prevedibbli b’mod li jaffettwaw is-sejbiet tar-reviżjoni interim. Għalhekk ġie konkluż li ċ-ċirkostanzi mibdula huma ta’ natura dejjiema u li l-applikazzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex aktar iġġustifikata.

E.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(37)

Produttur esportatur sostna li marġni medju ta’ dumping tal-kampjun għandu jkun ikkalkulat mill-ġdid, f’każ li r-reviżjoni interim attwali tirriżulta f’marġni ta’ dumping iktar baxx għal Ester (li kienet waħda mill-kumpaniji fil-kampjun) minn kif kien stabbilit preċedentement. Ta’ min ifakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali attwali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku huwa limitat espliċitament għar-reviżjoni tal-marġni ta’ dumping tal-applikant, esportatur individwali, jiġifieri Ester. Għalhekk, l-investigazzjoni kienet limitata għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-applikant, meta titqies l-evidenza rilevanti kollha u dovutament dokumentata (14). Il-konklużjonijiet milħuqa fuq din il-bażi mhumiex pertinenti għall-kumpaniji l-oħra fil-kampjun u lanqas għall-ebda produttur esportatur ieħor fil-pajjiż ikkonċernat.

(38)

Huwa meqjus li d-determinazzjoni ta’ marġni ta’ dumping medju għal kampjun ġdid skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku f’dawn iċ-ċirkostanzi la huwa legalment possibbli u lanqas ekonomikament xieraq għar-raġunijiet li ġejjin. Tabilħaqq, ta’ min ifakkar li jkun hemm rikors għall-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping medju ta’ kampjun biss meta, fil-kuntest ta’ investigazzjoni partikolari, jitqies li l-għadd ta’ esportaturi huwa tant kbir li investigazzjoni individwali tal-esportaturi kollha li jikkooperaw ikun ta’ piż żejjed fuq l-Istituzzjonijiet u jipperikola t-tlestija tal-investigazzjoni qabel l-iskadenza obbligatorja stipulata fir-Regolament bażiku. Il-preżunzjoni mbagħad hi li l-komputazzjoni ta’ marġni medju differenzjat fuq il-bażi tal-marġini ta’ dumping tal-esportaturi fil-kampjun hija rappreżentattiva tal-marġni ta’ dumping tal-esportaturi li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun. Dan jista’ jkun il-każ biss jekk dan il-kalkolu jsir fuq il-bażi ta’ marġini ta’ dumping relatati mal-istess perjodu ta’ żmien. L-ebda wieħed miċ-ċirkostanzi ta’ hawn fuq mhuma preżenti fil-kuntest ta’ reviżjoni interim parzjali limitata għal kumpanija waħda li kienet oriġinalment fil-kampjun bħal fl-investigazzjoni attwali. Minħabba f’hekk, il-konklużjoni hi li ċ-ċirkostanzi fattwali tar-reviżjoni interim parzjali attwali huma tali li d-dixxiplini tal-Artikolu 9(6) kjarament ma japplikawx.

(39)

Ta’ min ifakkar li l-istqarrija fin-Notifika tal-Inizjazzjoni li skontha “jekk ikun iddeterminat li l-miżuri għandhom jitneħħew jew jiġu emendati għall-applikant, jaf ikun hemm bżonn li tiġi emendata r-rata tad-dazju attwali applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati minn kumpaniji oħra fl-Indja” tfisser li, minħabba r-reviżjoni, id-dazju residwu jista’ jiżdied biex jevita l-evażjoni (15). Peress li d-dazju tal-applikant huwa rivedut ’l isfel, id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq tan-Notifika tal-Inizjazzjoni mhix rilevanti.

(40)

Fid-dawl tar-raġunijiet deskritti fil-premessi (37) sa (39), il-pretensjoni li l-marġni ta’ dumping medju tal-kampjun għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid għandha tiġi miċħuda.

(41)

Il-partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi proposta emenda għar-rata tad-dazju li tapplika għall-applikant u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(42)

L-applikant tenna l-pretensjonijiet tiegħu rigward il-klassifikazzjoni tal-prodott imsemmi fil-premessa (29) kif ukoll il-pretensjonijiet tiegħu li jikkonċernaw aġġustament għall-ħlas lura tad-dazju fuq il-prezz tal-esportazzjoni minħabba l-benefiċċji tad-DEPB, l-EPCG u l-“Krediti tal-Esportazzjoni” kif deskritt fil-premessi (30) u (31). Madankollu, peress li l-ebda elementi ġodda ma ġew ipprovduti li jistgħu jalteraw is-sejbiet tal-Kummissjoni, il-pretensjonijiet kellhom jiġu miċħuda.

(43)

L-applikant ikkontesta ulterjorment il-metodu ta’ kalkolu tal-valur tas-CIF ta’ dawk it-tranżazzjonijiet li saru fuq bażi tal-FOB. Waqt li tistabbilixxi l-valur CIF ta’ unità l-Kummissjoni rrelatat l-ispiża totali tat-trasport imħallsa mill-kumpanija għat-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni inklużi t-tranżazzjonijiet tal-FOB. Il-kumpanija sostniet li l-ispiża totali tat-trasport kellha tkun relatata mat-tranżazzjonijiet CIF biss. Din il-pretensjoni ġiet aċċettata.

(44)

L-applikant finalment sostna li l-bejgħ kollha tal-kampjuni ġew esklużi mid-determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping. Din il-pretensjoni ġiet aċċettata wkoll.

(45)

Wara l-investigazzjoni tar-reviżjoni, l-marġni ta’ dumping rivedut propost u r-rata ta’ dazju anti-dumping li tkun applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanufatturat minn Ester Industries Limited jammonta għal 8,3 %,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-annotazzjoni li tikkonċerna lil Ester Industries Limited, fit-tabella fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007, għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ester Industries Limited, DLF City, Phase II, Sector 25, Gurgaon, Haryana - 122022, L-Indja

8,3

A026 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1.

(3)   ĠU L 227, 23.8.2001, p. 56.

(4)   ĠU L 68, 8.3.2006, p. 37.

(5)   ĠU L 68, 8.3.2006, p. 6.

(6)   ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15.

(7)   ĠU L 270, 29.9.2006, p. 1.

(8)   ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1.

(9)   ĠU L 242, 15.9.2010, p. 6.

(10)   ĠU L 6, 10.1.2009, p. 1.

(11)   ĠU L 129, 17.5.2011, p. 1.

(12)  Avviż ta’ skadenza (ĠU C 68, 3.3.2011, p. 6).

(13)   ĠU C 294, 29.10.2010, p. 10.

(14)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010, EWRIA u Oħrajn kontra l-Kummissjoni, Kawża T-369/08, punt 7 u 79 u l-ġurisprudenza kkwotata fiha.

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13).


12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 14/2012

tad-9 ta’ Jannar 2012

li jestendi dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Malasja u l-Isvizzera u sew jekk le u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet konsenjati mill-Isvizzera

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 64,3 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu kif definiti fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Dawn il-miżuri minn issa 'l quddiem se jissejħu “il-miżuri fis-seħħ” u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa 'l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

2.   Talba

(2)

Fl-4 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-allegata evażjoni tal-miżuri fis-seħħ. It-talba ntbagħtet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurometaux) f’isem produttur tal-Unjoni ta’ ċerti fili tal-molibdenu (“l-applikant”).

(3)

It-talba allegat li wara t-tnaqqis tal-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-Malasja u l-Isvizzera minn naħa u l-Unjoni min-naħa l-oħra. L-applikant sostna li din il-bidla kienet dovuta għat-trasbord tal-fili tal-molibdenu mill-Malasja u l-Isvizzera.

(4)

It-talba kkonkludiet li ma kienx hemm raġuni ġusta biżżejjed jew ġustifikazzjoni ekonomika għat-trasbord ħlief l-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ.

(5)

Finalment l-applikant allega li l-effetti remedjali tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantitajiet u kemm f’termini ta’ prezzijiet u li l-prezzijiet tal-fili tal-molibdenu mill-Malasja u mill-Isvizzera kienu ddampjati meta jitqabblu mal-valur normali stabbilit mill-investigazzjoni oriġinali.

3.   Inizjazzjoni

(6)

Meta iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie għall-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 477/2011 (3) (“ir-Regolament tal-inizjazzjoni”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament tal-inizjazzjoni, tat ukoll istruzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkonsenjat mill-Malasja jew mill-Isvizzera, sew jekk ikunu ddikjarati li joriginaw mill-Malasja jew mill-Isvizzera u sew jekk le mid-19 ta’ Mejju 2011.

4.   L-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni uffiċjalment infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ, tal-Malasja u tal-Isvizzera, lill-produtturi esportaturi u lin-negozjanti f’dawk il-pajjiżi, lill-importaturi fl-Unjoni magħrufin li huma kkonċernati kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni bl-inizjazzjoni tal-investigazzjoni.

(8)

Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi fil-Malasja, fl-Isvizzera u fir-RPĊ kif ukoll lill-importaturi tal-Unjoni li huma magħrufa li huma kkonċernati u/jew imsemmija fit-talba. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien kif stipulat fir-Regolament tal-inizjazzjoni. Il-partijiet kollha kienu informati li nuqqas ta’ kooperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(9)

Importatur tal-Unjoni kkuntattja lill-Kummissjoni, fejn iddikjara li qatt ma kien xtara fili tal-molibdenu minn barra l-Unjoni.

(10)

Żewġ kumpaniji Malasjani qalu li matul il-PI imsemmi fil- premessa (14) la mmanifatturaw u lanqas ma esportaw lejn l-Unjoni fili tal-molibdenu.

(11)

Kumpanija Svizzera ddikjarat li ma kinitx involuta fil-produzzjoni jew bejgħ tal-fili tal-molibdenu matul l-aħħar tliet snin.

(12)

Produttur mill-RPĊ wieġeb il-kwestjonarju billi indika li, mill-2009 ’il quddiem, huwa la esporta l-fili tal-molibdenu lejn l-Unjoni, la lejn il-Malasja u lanqas lejn l-Isvizzera.

(13)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti mill-awtoritajiet tal-RPĊ, Malasjani jew Svizzeri.

5.   Perjodu ta’ Investigazzjoni

(14)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 (“il-PI”). Id-data inġabret mill-perjodu tal-2007 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”) sabiex jiġi investigat il-bdil allegat fix-xejra tal-kummerċ.

B.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali/livell ta’ kooperazzjoni

(15)

Kif imsemmi fil-premessa (10), żewġ kumpaniji fil-Malasja biss ikkooperaw imma dawn ma kinux jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI. Kif imsemmi fil-premessa (11), kumpanija Svizzera waħda biss bagħtet informazzjoni li skontha ma kinitx involuta fil-produzzjoni jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat matul l-aħħar tliet snin. Għaldaqstant, is-sejbiet fl-investigazzjoni preżenti kellha tkun ibbażata fuq il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(16)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-prattiki ta’ evażjoni possibbli saret billi ġie analizzat b’mod suċċessiv: (1) jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-Malasja u l-Isvizzera minn naħa u l-Unjoni min-naħa l-oħra; (2) jekk din il-bidla nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju; (3) jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew jekk l-effetti remedjali tad-dazju ġewx imminati f’termini ta’ prezzijiet u/jew ta’ kwantitajiet tal-prodott simili; u (4) jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valuri normali stabbiliti preċedentement għall-prodott simili, jekk neċessarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.   Il-prodott konċernat u l-prodott simili

(17)

Il-prodott konċernat huwa kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri fil tal-molibdenu, li fih mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni trasversali massima li taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġina mir-RPĊ, fil-preżent ikklassifikat bil-kodiċi NM ex 8102 96 00 .

(18)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa (17) imma kkunsinjat mill-Malasja jew l-Isvizzera, sew jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja jew l-Isvizzera u sew jekk le.

(19)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet iddikjarati li joriġinaw mill-Isvizzera, ġie stabbilit li, abbażi tad-data mill-bażi ta’ data ta’ Surveillance II, ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI.

(20)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, it-tqabbil tal-fili tal-molibdenu esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ meta mqabbla mal-fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja lejn l-Unjoni kienu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, inkluża l-informazzjoni stipulata fit-talba. L-ebda informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni preżenti ma ssuġġeriet li l-fili tal-molibdenu li huma esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ u l-fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja lejn l-Unjoni ma jkollhomx l-istess karatteristiki fiżiċi u l-istess użi. Għalhekk, dawn qed jitqiesu bħala prodotti simili fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Matul l-investigazzjoni ma saret l-ebda sottomissjoni li turi l-kuntrarju.

3.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

L-importazzjonijiet tal-fili tal-molibdenu lejn l-Unjoni

3.1   Ir-RPĊ u l-Malasja

(21)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi tal-RPĊ, sabiex jiġi vvalutat il-livell tal-importazzjonijiet għas-sena 2010 u l-PI sorsi statistiċi differenti ġew imqabbla. Dawk kienu jinkludu kemm is-sorsi disponibbli pubblikament bħall-Eurostat kif ukoll sorsi oħra bħall-bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku u l-bażi tad-data Surveillance II.

(22)

Kif intqal fil-premessa 27 tar-Regolament oriġinali, l-importazzjonijiet mir-RPĊ jammontaw għal 87 tunnellata fl-2007, 100 tunnellata fl-2008 u 97 tunnellata fil-PI oriġinali (l-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009).

(23)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ waqgħu sinifikantement wara l-impożizzjoni tal-miżuri (minn 97 tunnellata fil-PI oriġinali għal inqas minn 10 tunnellati fil-PI). Mill-banda l-oħra l-importazzjonijiet Malasjani żdiedu minn xejn fl-2009 għal madwar 6 tunnellati fil-PI.

3.2   Ir-RPĊ u l-Isvizzera

(24)

Skont id-data tal-Eurostat, jiġifieri id-data tal-livell tal-kodiċi NM, l-importazzjonijiet mill-Isvizzera żdiedu minn bażikament xejn fl-2009 u s-snin ta’ qabel għal ħames tunnellati bejn l-2010 u l-2011. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Isvizzera, iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Isvizzera, lejn l-Unjoni ma saru matul il-PI. Barra minn hekk, l-ebda minn dawn l-importazzjonijiet ma saru matul is-sena 2010 kollha waqt li l-miżuri provviżorji oriġinali kienu ilhom fis-seħħ minn Diċembru 2009.

3.3   Importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja u l-Isvizzera

(25)

Is-sorsi statistiċi tar-RPĊ indikaw li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Malasja bdew fl-2010, filwaqt li kwantitajiet negliġibbli biss kienu esportati fl-2009 u l-2008.

(26)

Is-sorsi statistiċi Svizzeri indikaw li l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Isvizzera bdew bdew fl-2010 u komplew fl-2011 għalkemm kien hemm kwantitajiet negliġibbli importati fl-2009 u l-2008. Madankollu, din id-data ta’ importazzjoni relatata fil-livell tal-kodiċi NM u għalhekk kamp ta’ applikazzjoni usa’ mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-investigazzjoni preżenti. Kif ġie nnutat fuq ġie stabbilit li ma kien hemm l-ebda esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Isvizzera, iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Isvizzera, lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, l-investigazzjoni ma setgħet tistabbilixxi l-ebda prattiki ta’ trasbord mill-Isvizzera ta’ fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-RPĊ.

3.4   Konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

Il-Malasja

(27)

It-tnaqqis kumplessiv tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni sa mill-2010 u ż-żieda parallela fl-esportazzjonijiet mill-Malasja u fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali wasslu għal bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq minn naħa u l-Unjoni min-naħa l-oħra.

L-Isvizzera

(28)

Fil-każ tal-Isvizzera, ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, l-Isvizzera u l-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, l-investigazzjoni ta’ evażjoni possibbli ta’ miżuri anti-dumping mill-importazzjonijiet tal-fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Isvizzera għandha tintemm.

4.   In-natura tal-prattika ta’ evażjoni u raġuni ġusta jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċjenti

(29)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni ġusta jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess u l-ħidma jinkludu, inter alia, il-konsenja tal-prodott suġġetta għall-miżuri permezz ta’ pajjiżi terzi.

(30)

It-tqabbil tal-flussi tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Malasja minn naħa u l-Malasja u l-Unjoni min-naħa l-oħra jindika l-eżistenza ta’ prattiki ta’ trasbord. L-allegazzjoni fit-talba ma ġietx ikkontestata mill-ebda operatur; la minn dawk mir-RPĊ jew mill-Malasja, u lanqas mill-Unjoni. Ta’ min ifakkar li l-ebda produtturi tal-fili tal-molibdenu mill-Malasja kkooperaw ma’ din l-investigazzjoni.

(31)

L-investigazzjoni ma ħarġet għad-dawl l-ebda raġuni ġusta jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għat-trasbord ħlief l-evitar tal-miżuri fis-seħħ. Ma nstabu l-ebda elementi, għajr l-evitar tal-ħlas tad-dazju, li seta’ jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ permezz tal-Malasja.

(32)

Din il-konklużjoni hija sostnuta mill-fatt li l-ebda produttur tal-fili tal-molibdenu mill-Malasja ma ppreżenta ruħu matul l-investigazzjoni preżenti.

(33)

Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet mill-Malasja kienu waqfu madwar iż-żmien tal-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ inizjazzjoni.

(34)

Għalhekk ġie konkluż, fl-assenza ta’ raġuni ġusta jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra suffiċjenti fl-ambitu tat-tifsira tat-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Malasja minn naħa u l-Unjoni min-naħa l-oħra kienet ġejja minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ.

5.   Imminar tal-effetti remedjali tad-dazju f’termini ta’ prezzijiet u/jew il-kwalitajiet tal-prodott simili

(35)

Biex jiġi vvalutat jekk il-prodotti importati mill-Malasja, f’termini ta’ kwantitajiet u prezzijiet, imminawx l-effetti remedjali tal-miżuri fis-seħħ, id-data mis-sorsi statistiċi disponibbli kif deskritti fil-premessa (21) intużaw bħala l-aħjar data disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta’ esportazzjonijiet mill-Malasja.

(36)

Iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Malasja tqieset sinifikanti f’termini ta’ kwantitajiet. Il-livell tal-importazzjonijiet mill-Malasja fil-PI jammonta għal madwar 6 % tal-livell tal-importazzjonijiet tal-prodott li joriġina mir-RPĊ lejn l-Unjoni qabel l-impożizzjoni tal-miżuri.

(37)

It-tqabbil tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezz medju differenzjat ta’ esportazzjoni wera twaqqigħ sinifikanti tal-prezz. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti remedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantitjiet kif ukoll f’ta’ prezzijiet.

6.   L-evidenza ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali li kien stabbilit preċedentement għall-prodott simili

(38)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kull produttur esportatur, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-prezzijiet disponibbli mis-sorsi statistiċi kif deskritti fil-premessa (21) tqiesu bħala li huma l-iktar affidabbli.

(39)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, tqies li huwa xieraq li l-valur normali li jintuża f’investigazzjoni kontra l-evażjoni ikun il-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għall-fini ta’ tqabbil tal-prezz ta’ esportazzjoni u l-valur normali, ġie meqjus li hu xieraq li wieħed jassumi li t-taħlita ta’ prodotti tal-prodotti osservati matul l-investigazzjoni preżenti kienet l-istess bħal dik fl-investigazzjoni oriġinali.

(40)

Fl-investigazzjoni oriġinali, l-Istati Uniti tqieset li hi pajjiż analogu xieraq b’ekonomija tas-suq. Peress li l-produttur tal-pajjiż analogu għamel biss bejgħ marġinali fis-suq domestiku Amerikan, instab li ma jkunx raġjonevoli li tintuża d-data tal-bejgħ domestiku Amerikan għall-finijiet tad-determinazzjoni jew il-konstruzzjoni ta’ valur normali. Għaldaqstant, il-valur normali għar-RPĊ kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi oħra, inkluża l-Unjoni.

(41)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkolat permezz ta’ tqabbil bejn il-medja differenzjata tal-valur normali kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji differenzjati tal-esportazzjoni matul il-PI ta’ din l-investigazzjoni, espress bħala perċentwali tal-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju doganali.

(42)

It-tqabbil tal-valur normali medju differenzjat u l-prezzijiet medji differenzjati ta’ esportazzjoni wrew dumping.

C.   MIŻURI

(43)

Minħabba is-sejbiet ta’ hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-RPĊ kienu evitati permezz ta’ trasbord fil-Malasja.

(44)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri eżistenti anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ għandhom għalhekk jiġu estiżi għall-importazzjoni tal-istess prodott ikkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mill-Malasja u kemm jekk le.

(45)

Il-miżuri li jridu jiġu estiżi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010, li huma dazju definittiv anti-dumping ta’ 64,3 % applikabbli għall-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju doganali.

(46)

Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipulaw li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament ta’ inizjazzjoni, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet reġistrati tal-molibdenu konsenjati mill-Malasja.

D.   TMIEM L-INVESTIGAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-IMPORTAZZJONIJIET MILL-ISVIZZERA

(47)

Fid-dawl tas-sejbiet li jirrigwardaw l-Isvizzera, l-investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping minn importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkonsenjat mill-Isvizzera għandha tintemm u r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-fili tal-molibdenu konsenjati mill-Isvizzera, introdotta mir-Regolament ta’ inizjazzjoni, għandha titwaqqaf.

E.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(48)

Ta’ min ifakkar li matul l-investigazzjoni preżenti l-ebda produttur/esportatur tal-fili tal-molibdenu lejn l-Unjoni ma ppreżenta ruħu jew instab li kien jeżisti fil-Malasja. Madankollu, kull produttur mill-Malasja li ma esportax il-prodott investigat lejn l-Unjoni matul il-PI u li jikkunsidra li jagħmel talba għal eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku ikun meħtieġ li jimla kwestjonarju sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina jekk eżenzjoni tkunx mistħoqqa. Din l-eżenzjoni tista’ tingħata wara l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, ix-xiri u l-bejgħ u l-probabbiltà tat-tkomplija tal-prattiki li għalihom ma hemmx raġuni ġusta jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u l-evidenza ta’ dumping. Il-Kummissjoni normalment twettaq ukoll żjara ta’ verifika fuq il-post. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ.

(49)

Meta eżenzjoni tkun mistħoqqa, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tipproponi l-emenda tal-miżuri estiżi fis-seħħ skont dan. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija tkun immonitorjata biex tkun żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha.

F.   ŻVELAR

(50)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom u li jinstemgħu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta’ fili tal-molibdenu, b’piż ta’ tal-inqas 99,95 % molibdenu, li d-dimensjoni trasversali massima tagħhom taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm, li bħalissa huma koperti mill-kodiċi NM ex 8102 96 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ fili tal-molibdenu, b’piż ta’ tal-inqas 99,95 % molibdenu, li d-dimensjoni trasversali massima tagħhom taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm, li bħalissa huma koperti mill-kodiċi NM ex 8102 96 00 (kodiċi TARIC 8102 96 00 11), konsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le.

2.   Id-dazji estiżi permezz tal-paragrafu 1 għandhom jinġabru għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 477/2011, u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazji estiżi skont l-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 4/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks + 32 2297 98 81

E-Mail: TRADE-13-3-MOLYBDENUM@ec.europa.eu

2.   Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li ma jevitawx il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.

Artikolu 3

L-investigazzjoni mibdija permezz tar-Regolament (UE) Nru 477/2011 dwar il-possibilità ta’ evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu konsenjati mill-Malasja u l-Isvizzera, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Isvizzera u kemm jekk le, huwa b’dan mitmum.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 477/2011.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 150, 16.6.2010, p. 17.

(3)   ĠU L 131, 18.5.2011, p. 14.


12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 15/2012

tal-10 ta' Jannar 2012

li jemenda għall-162 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Diċembru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi sitt entitajiet mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talba għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dawn l-entitajiet u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, fit-30 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I ta’ mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:

“(a)

Barakaat North America, Inc., 925, Washington Street, Dorchester, Massachussets, l-Istati Uniti tal-Amerika; 2019, Bank Street, Ottawa, Ontario, il-Kanada.

(b)

Barakat Computer Consulting (BCC), Mogadishu, is-Somalja.

(c)

Barakat Consulting Group (BCG), Mogadishu, is-Somalja.

(d)

Barakat Global Telephone Company, Mogadishu, is-Somalja; Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda.

(e)

Barakat Post Express (BPE), Mogadishu, is-Somalja.

(f)

Barakat Refreshment Company, Mogadishu, is-Somalja; Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għanda titħassar:

“Sajid Mohammed Badat (magħruf ukoll bħala (a) Abu Issa, (b) Saajid Badat, (c) Sajid Badat, (d) Muhammed Badat, (e) Sajid Muhammad Badat, (f) Saajid Mohammad Badet, (g) Muhammed Badet, (h) Sajid Muhammad Badet, (i) Sajid Mahomed Badat). Data tat-twelid: 28.3.1979. Post tat-twelid: Gloucester, ir-Renju Unit. Nazzjonalità: Ingliża. Numru tal-passaport: (a) 703114075 (passaport tar-Renju Unit), (b) 026725401 (passaport tar-Renju Unit, skada fit-22.4.2007), (c) 0103211414 (passaport tar-Renju Unit). Tagħrif ieħor: Rilaxxat mill-ħabs fir-Renju Unit f’Novembru 2010. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 15.12.2005.”


12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 16/2012

tal-11 ta’ Jannar 2012

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-ikel iffriżat li joriġina mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel. L-operaturi fin-negozju tal-ikel huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II tiegħu.

(2)

L-esperjenza miskuba mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 uriet ċerti diffikultajiet fir-rigward tal-ħażna tal-ikel li joriġina mill-annimali. Jekk id-data tal-iffriżar inizjali ta’ tali ikel tkun indikata, l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikunu jistgħu jiġġudikaw aħjar jekk l-ikel huwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti tal-ikel (2) tikkonċerna l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li għandhom jiġu kkunsenjati bħala tali lill-konsumatur finali u ċerti aspetti relatati mal-preżentazzjoni u r-reklamar tagħhom. Madankollu, dik id-Direttiva ma tapplikax għall-istadji ta’ qabel il-produzzjoni tal-ikel.

(4)

Barra minn hekk, l-infurzar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 mill-awtoritajiet kompetenti wera li huma meħtieġa rekwiżiti aktar dettaljati fir-rigward tal-produzzjoni u l-iffriżar tal-ikel li joriġina mill-annimali fl-istadji tal-produzzjoni qabel il-konsenja bħala tali lill-konsumatur finali.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi r-rekwiżiti li japplikaw għall-ikel iffriżat li joriġina mill-annimali.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)   ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.


ANNESS

It-Taqsima IV li ġejja tiżdied mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

“TAQSIMA IV:   REKWIŻITI LI JAPPLIKAW GĦALL-IKEL IFFRIŻAT LI JORIĠINA MILL-ANNIMALI

1.

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, ‘id-data tal-produzzjoni’ tfisser:

(a)

id-data tat-tbiċċir fil-każ ta’ karkassi, nofs karkassi u kwart ta’ karkassi;

(b)

id-data tal-qtil fil-każ ta’ iġsma tal-kaċċa salvaġġa;

(c)

id-data tal-ħsad jew tal-qbid, fil-każ ta’ prodotti tas-sajd;

(d)

id-data tal-ipproċessar, il-qtugħ, l-ikkappuljar jew il-preparazzjoni, kif xieraq, għal kull ikel ieħor li joriġina mill-annimali.

2.

Sal-istadju li fih l-ikel jiġi ttikkettjat skont id-Direttiva 2000/13/KE jew jintuża għall-ipproċessar ulterjuri, l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw li fil-każ tal-ikel iffriżat li joriġina mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-informazzjoni li ġejja tkun magħmula disponibbli lill-operatur fin-negozju tal-ikel li lilu jiġi pprovdut l-ikel u lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha:

(a)

id-data tal-produzzjoni, u

(b)

id-data tal-iffriżar, jekk tkun differenti mid-data tal-produzzjoni.

Meta oġġett tal-ikel isir minn lott ta’ materja prima b’dati differenti tal-produzzjoni u tal-iffriżar, id-dati l-aktar antiki tal-produzzjoni u/jew tal-iffriżar, kif xieraq, għandhom ikunu disponibbli.

3.

Il-fornitur tal-ikel iffriżat jagħżel il-forma xierqa li fiha għandha tingħata l-informazzjoni, iżda l-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2 għandha tkun disponibbli b’mod ċar u mingħajr ekwivoċi u għandha tkun tista’ tinsab mill-operatur tan-negozju li lilu jiġi pprovdut l-ikel.”

12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 17/2012

tal-11 ta’ Jannar 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-estensjoni tal-kwoti ta’ tariffi tal-Unjoni għal prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1808/95 (1), u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-offerta li għamlet fi ħdan il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (Unctad) u flimkien mal-iskema tagħha ta’ preferenzi ġeneralizzati (GSP), fl-1971 il-Komunità introduċiet preferenzi ta’ tariffi għal prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi li joriġinaw f'ċerti pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw. Dawn il-preferenzi ħadu l-għamla ta’ tnaqqis gradwali tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u, mill-1978 sal-31 ta’ Diċembru 1994, ta’ sospensjoni sħiħa ta’ dawn id-dazji.

(2)

Minn mindu daħlet fis-seħħ l-iskema GSP fl-1995, il-Komunità fetħet, flimkien mal-GATT, kwoti ta’ tariffi Komunitarji awtonomi b'dazju żero għall-kwantitajiet speċifiċi ta’ prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi. Il-kwoti ta’ tariffi li nfetħu għal dawk il-prodotti skont ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 ġew estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2011 mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2009 (2).

(3)

Hekk kif l-iskema GSP ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2013 permezz tar-Regolament (UE) Nru 512/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (3), l-arranġament tal-kwota ta’ tariffi għal prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi għandu jkun estiż ukoll sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan-numri tal-ordni 09.0107, 09.0109 u 09.0111, fil-ħames kolonna (“Perjodu ta’ kwota”) tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 32/2000, il-kliem “mill-1.1.2009 sal-31.12.2009”, “mill-1.1.2010 sal-31.12.2010” u “mill-1.1.2011 sal-31.12.2011” huma sostitwiti bil-kliem “mill-1.1.2012 sal-31.12.2012” u “mill-1.1.2013 sal-31.12.2013”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 71, 17.3.2009, p. 13.

(3)   ĠU L 145, 31.5.2011, p. 28.


12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 18/2012

tal-11 ta’ Jannar 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

62,1

TN

101,1

TR

107,7

ZZ

90,3

0707 00 05

EG

206,0

TR

160,5

ZZ

183,3

0709 91 00

EG

208,4

ZZ

208,4

0709 93 10

MA

74,1

TR

143,7

ZZ

108,9

0805 10 20

EG

55,7

MA

65,9

TR

65,7

ZZ

62,4

0805 20 10

MA

94,1

ZZ

94,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

67,0

MA

62,0

TR

83,5

ZZ

70,8

0805 50 10

TR

50,6

ZZ

50,6

0808 10 80

CA

125,9

US

134,7

ZZ

130,3

0808 30 90

CN

99,0

US

133,6

ZZ

116,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 19/2012

tal-11 ta’ Jannar 2012

li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e 9(1)(b) flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul is-sena tas-suq u li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stipulat mill-Kummisjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2011 tal-15 ta' April 2011 li jistipula l-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ’l barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012 (3) jistipula l-limiti msemmija hawn fuq.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti minn applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2011. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet mit-2 sas-6 ta' Jannar 2012. Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor imressqa wara s-6 ta' Jannar 2012 għaldaqstant ma għandhiex tintlaqa', u t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun sospiż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mit-2 sas-6 ta' Jannar 2012, għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 38,474060 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li tressqu fid-9, fl-10, fil-11, fit-12 u fit-13 ta' Jannar 2012. huma b'dan irrifjutati.

3.   It-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn is-16 ta' Jannar 2012 u t-30 ta' Settembru 2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 86.

(3)   ĠU L 102, 16.4.2011, p. 8.


12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 20/2012

tal-11 ta’ Jannar 2012

li jistipula l-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa mill-1 sas-6 ta’ Jannar 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għax-xgħir

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (3) stabbilixxa kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 307 105 tunnellata ta' xgħir (numru tas-serje 09.4126).

(2)

Mill-komunikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, jidher li t-talbiet, magħmula skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmi Regolament, mill-1 ta’ Jannar 2012 sas-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

Hemm ukoll lok li ma jinħarġux aktar liċenzji skont ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għall-perjodu tal-kwoti attwali.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull talba għal liċenzja tal-importazzjoni tax-xgħir li taqa' taħt il-kwota stipulata permezz tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003 u magħmula mill-1 ta’ Jannar 2012 sas-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont l-koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 3,989135 %.

2.   Il-ħruġ taċ-ċertifikati għall-kwantitajiet mitluba mis-6 ta’ Jannar 2012 fis-13:00, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għall-perjodu tal-kwota attwali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 342 30.12.2003, p. 7.


DEĊIŻJONIJIET

12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Jannar 2012

li ttemm il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji provviżorji imposti

(2012/24/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDIMENT

1.   Il-bidu tal-proċediment u l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji

(1)

Fit-22 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku dwar dumping dannuż allegat ta’ importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil (minn hawn ’il quddiem “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”).

(2)

L-ilment sar minn Ineos Oxide Ltd (“l-ilmentatur”) li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ iżjed minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat.

(3)

Fl-4 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), it-tnedija ta’ proċediment tal-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ aċetat tal-vinil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(4)

Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 821/2011 (3) (ir-“Regolament provviżorju”) imponiet dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċetat tal-vinil attwalment taħt il-kodiċi tan-NM 2915 32 00 , u li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika.

B.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TMIEM TAL-PROĊEDIMENT

(5)

Permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Novembru 2011 lill-Kummissjoni, l-ilmentatur irtira formalment l-ilment tiegħu.

(6)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(7)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda konsiderazzjonijiet li juru li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(8)

Wara l-iżvelar, kien hemm parti waħda li sostniet li ma kellhiex tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jew li alternattivament, ir-Regolament provviżorju għandu jiġi emendat biex jinkludi lil din il-parti fid-definizzjoni. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li s-sejbiet tar-Regolament provviżorju, abbażi tal-informazzjoni li nkisbet waqt l-investigazzjoni, kienu biss provviżorji, kif jingħad fil-premessa (31) tar-Regolament provviżorju stess. Billi l-proċedimenti antidumping intemmu mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi, wara li ġie rtirat l-ilment, mhuwiex xieraq, f’deċiżjoni ta’ terminazzjoni, la li jingħataw deċiżjonijiet definittivi u lanqas li jiġi emendat Regolament provviżorju.

(9)

Ta’ min ifakkar li s-sejbiet disponibbli kienu ta’ natura provviżorja. Għaldaqstant kull każ fil-ġejjieni marbut mal-prodott jew mal-partijiet interessati f’dan il-proċediment se jkun ivvalutat fuq il-merti tiegħu stess.

(10)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment kontra antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping.

(11)

Kull dazju li nġabar provviżorjament abbażi tar-Regolament (UE) Nru 821/2011 għandu jiġi rilaxxat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment kontra d-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-aċetat tal-vinil, attwalment taħt il-kodiċi tan-NM 2915 32 00 u li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, huwa b’dan mitmum mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 821/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

L-ammonti miġbura permezz ta’ dazji provviżorji antidumping skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil attwalment taħt il-kodiċi NM 2915 32 00 u li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika se jiġu rilaxxati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU C 327, 4.12.2010, p. 23.

(3)   ĠU L 209, 17.8.2011, p. 24.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/38


DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT TAĦT IL-FTEHIM INTERBUS DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI OKKAŻJONALI TAL-PASSIĠĠIERI BIL-KOWĊ U BIX-XARABANK

tal-11 ta’ Novembru 2011

li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u li tadatta l-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim

(2012/25/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunisdra l-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 23(3) tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), il-Kumitat Konġunt huwa meħtieġ li jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(2)

Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(ċ) tal-Ftehim, li jadatta l-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u l-Anness 2 għall-Ftehim dwar l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(e) tal-Ftehim, għall-adattament tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim sabiex jiġu inkorporati l-miżuri l-ġodda meħuda fl-Unjoni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni huma b’dan adottati.

Artikolu 2

L-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim huma b’dan adattati kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2011.

Il-President

Sz. SCHMIDT

Is-Segretarju

G. PATRIS


(1)   ĠU L 321, 26.11.2002, p. 13.


ANNESS I

Regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

Artikolu 1

L-Isem tal-Kumitat Konġunt

Il-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għandu minn hawn ’il quddiem jissejjaħ “il-Kumitat”.

Artikolu 2

Presidenza

1.   Il-Kumitat għandu jkun ippresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Kummissjoni”), f’isem l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni, jew fejn ikun meħtieġ id-deputat tiegħu, għandu jwettaq id-doveri ta’ President tal-Kumitat.

3.   Il-President għandu jmexxi x-xogħol tal-Kumitat.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

1.   Il-partijiet li għalihom il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-partijiet”) għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fuq il-Kumitat. Id-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, assistiti minn rappreżentanti tal-Istati Membri.

2.   Kull parti għandha taħtar il-kap u, fejn hu meħtieġ, deputat kap tad-delegazzjoni tagħha.

3.   Kull parti tista’ taħtar rappreżentanti ġodda fuq il-Kumitat. Is-Segretarju tal-Kumitat għandu jiġi mgħarraf minnufih bil-miktub bi kwalunkwe tibdil ta’ dan it-tip.

4.   Rappreżentanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi. Il-President, bil-qbil tal-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni, jista’ jistieden persuni li m’humiex membri ta’ delegazzjonijiet biex jattendu laqgħa tal-Kumitat sabiex jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi.

5.   Mill-anqas ġimgħa qabel il-laqgħa, il-partijiet għandhom jgħarrfu lis-Segretarju tal-Kumitat bil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tagħhom.

Artikolu 4

Segretarjat

1.   Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat. Is-Segretarju għandu jinħatar mill-President tal-Kumitat u għandu jwettaq id-doveri tiegħu sakemm jiġi maħtur Segretarju ġdid. Il-President għandu jgħarraf lill-partijiet l-oħra l-isem u d-dettalji tas-Segretarju.

2.   Is-Segretarju għandu jkun responsabbli għall-komunikazzjoni bejn id-delegazzjonijiet, inkluża t-trasmissjoni ta’ dokumenti, u għandu jissorvelja d-doveri segretarjali.

Artikolu 5

Laqgħat tal-Kumitat

1.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ fuq it-talba ta’ mill-anqas parti waħda. Din għandha tkun organizzata mill-President.

2.   Il-President għandu jibgħat l-avviż tal-laqgħa, flimkien mal-abbozz tal-aġenda u d-dokumenti tal-laqgħa, lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet l-oħra mill-anqas 15-il ġurnata ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   Parti tista’ titlob lill-President iqassar il-perijodi tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2 biex iqis l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.

4.   Sakemm il-kapijiet tad-delegazzjonijiet ma jiddeċidux xort’oħra, il-laqgħat tal-Kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi.

5.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ fi Brussell, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux li jiltaqgħu band’oħra.

Artikolu 6

Aġenda

1.   Il-President, megħjun mis-Segretarju, għandu jfassal l-abbozz tal-aġenda għal kull laqgħa u għandu jiffissa d-data u l-post tal-laqgħa wara li jkun ikkonsulta lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet l-oħra. Il-President għandu jibgħat l-aġenda proviżorja lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni mill-anqas 15-il ġurnata ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta’ ħidma kollha meħtieġa.

2.   Il-perijodu tal-avviż stipulat fil-paragrafu 1 m’għandux japplika għal-laqgħat urġenti msejħa b’konformità mal-Artikolu 5(3).

3.   Kull parti tista’ tipproponi punt wieħed jew aktar li għandhom jiżdiedu mal-aġenda proviżorja mill-anqas 24 siegħa qabel il-bidu tal-laqgħa. Talbiet għaż-żieda ta’ punti mal-aġenda għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-President, b’indikazzjoni tar-raġuni għal dan.

4.   Fil-bidu tal-laqgħa, il-Kumitat għandu jadotta l-aġenda. Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jżid mal-aġenda punt li ma jinsabx fuq l-aġenda proviżorja.

Artikolu 7

Adozzjoni ta’ atti

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jiġu adottati b’vot unanimu tal-partijiet rappreżentati, b’konformità mal-Artikolu 23(5) u (6) tal-Ftehim. Ir-rakkomandazzjonijiet, u b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 24(2)(g) tal-Ftehim, għandhom jittieħdu b’kunsens bejn id-delegazzjonijiet tal-partijiet rappreżentati. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom iġibu t-titolu ta’ “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” segwiti b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni tal-kontenut tagħhom.

2.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għandhom iġibu l-firma tal-President u tas-Segretarju. Dawn għandhom jintbagħtu mis-Segretarju lill-Kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni.

3.   Kull parti tista’ tiddeċiedi li tippubblika kwalunkwe att adottat mill-Kumitat.

4.   L-atti tal-Kumitat jistgħu jiġu adottati permezz tal-proċedura bil-miktub fejn dan ġie miftiehem mill-kapijiet tad-delegazzjoni. Il-President għandu jippreżenta l-abbozz tal-att lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni li għandhom jindikaw bħala tweġiba jekk jaċċettawx jew ma jaċċettawx l-abbozz, jekk jipproponux emendi għall-abbozz jew jekk jeħtiġux aktar żmien biex jikkunsidrawh. Jekk l-abbozz jiġi adottat, il-President għandu jiffinalizza d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni b’konformità mal-paragrafi 1 u 2.

5.   Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet għandhom jiġu mfassla bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, u dawn it-testi huma awtentiċi. Kull parti għandha tkun responsabbli mit-traduzzjoni korretta tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet għal-lingwa jew lingwi uffiċjali tagħha. It-traduzzjoni f’lingwi oħra tal-Unjoni għandha ssir mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Minuti

1.   Is-Segretarju għandu jfassal, taħt ir-responsabbiltà tal-President, abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa tal-Kumitat fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol wara l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fuq l-aġenda:

dettalji tad-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat,

dikjarazzjonijiet li parti talbet li jiġu rreġistrati,

id-deċiżjonijiet li ttieħdu, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-konklużjonijiet adottati.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-approvazzjoni b’konformità mal-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(4). Jekk din il-proċedura ma titlestiex, il-minuti għandhom jiġu adottati mill-Kumitat fil-laqgħa tiegħu li jmiss.

4.   Ladarba adottati mill-Kumitat, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarju u miżmuma mis-Segretarju. Għandha tintbagħat kopja mis-Segretarju lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

Minkejja d-dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ atti stipulata fl-Artikolu 7(3), id-deliberazzjonijiet tal-laqgħat u d-dokumenti tal-Kumitat għandhom ikunu rregolati mis-sigriet professjonali.

Artikolu 10

Spejjeż

1.   Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż li tonfoq biex tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.

2.   Il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar ir-rimborż ta’ spejjeż konnessi ma’ missjonijiet assenjati lil persuni msejħa mill-President b’konformità mal-Artikolu 3(4).

Artikolu 11

Korrispondenza

Il-korrispondenza kollha mal-President tal-Kumitat jew mingħandu għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat. Is-Segretarju għandu jibgħat kopja tal-korrispondenza kollha relatata mal-Ftehim lid-delegazzjonijiet kollha.

Artikolu 12

Lingwi

Il-lingwi użati fil-laqgħat tal-Kumitat u f’dokumenti għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat. M’għandu jkun hemm l-ebda obbligu għall-parti li tkun qed tospita l-laqgħa li tipprovdi interpretazzjoni għal-lingwi l-oħra.


ANNESS II

Adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, tal-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim  (1)

1.   Adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri

L-att li ġej tal-Unjoni huwa miżjud mal-Anness 1 għall-Ftehim:

“Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)”.

2.   Adattament tal-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet

1.

Fl-Artikolu 1 tal-Anness 2 għall-Ftehim, il-punti (a), (b), (ċ) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

Testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq:

Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12),

Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37);

(b)

Apparat li jillimita l-veloċità:

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8);

(c)

Dimensjonijiet massimi u piżijiet massimi:

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47);

Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/19/KE (ĠU L 79, 26.3.2003, p. 6);

(d)

Tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3) jew regoli ekwivalenti stabbiliti mill-Ftehim AETR inklużi l-Protokolli tiegħu.”

2.

L-Artikolu 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu u qabel it-tabella:

 

“Emissjonijiet tal-egżost:

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi u ta’ partikolati minn magni b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu b’gass naturali jew gass likwidu tal-pitroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10),

Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51),

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (EURO VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1);

 

Duħħan:

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni bid-diesel għall-użu fil-vetturi (ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/21/KE (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 25);

 

Emissjonijiet ta’ ħsejjes:

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-egżost tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49);

 

Apparat tal-ibbrejkjar:

Id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/78/KE (ĠU L 267, 4.10.2002, p. 23);

 

Tajers:

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/11/KE (ĠU L 46, 17.2.2005, p. 42);

 

Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl:

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/89/KE (ĠU L 257, 25.9.2008, p. 14);

 

Tankijiet tal-karburant:

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/20/KE (ĠU L 48, 18.2.2006, p. 16);

 

Mirja tal-veduta ta’ wara:

Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni skont it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħassar id-Direttiva 71/127/KEE (ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/27/KE (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 44);

 

Ċintorini tas-sigurtà — Installazzjoni:

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur (ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 146);

 

Ċintorini tas-sigurtà — Ankoraġġi għaċ-ċintorini tas-sigurtà:

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal- ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 149);

 

Sedili:

Id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta’ Lulju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta’ vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u tal-ankoraġġi tagħhom) (ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 143);

 

Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar):

Id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-mod kif iġibu ruħhom fi ħruq ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni minn ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1);

 

Arranġament intern (Ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili, reżistenza tas-sovrastruttura, eċċ.):

Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta’ passiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b’żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE (ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1).”;

(b)

it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Intestatura

Regolament NU-KEE/l-aħħar serje ta’ emendi

Att tal-Unjoni

(oriġinali - l-aktar reċenti)

Emissjonijiet tal-egżost

49/01

49/02, approvazzjoni tat-tip A

49/02, approvazzjoni tat-tip B

Direttiva 88/77/KEE

Direttiva 2001/27/KE

Direttiva 2005/55/KE

Direttiva 2008/74/KE

Regolament (KE) Nru 595/2009

Duħħan

24/03

Direttiva 72/306/KEE

Direttiva 2005/21/KE

Emissjonijiet ta’ ħsejjes

51/02

Direttiva 70/157/KEE

Direttiva 2007/34/KE

Apparat tal-ibbrejkjar

13/11

Direttiva 71/320/KEE

Direttiva 2002/78/KE

Tajers

54

Direttiva 92/23/KEE

Direttiva 2005/11/KE

Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl

48/01

Direttiva 76/756/KEE

Direttiva 2008/89/KE

Tank tal-karburant

34/02

67/01

110

Direttiva 70/221/KEE

Direttiva 2006/20/KE

Mirja tal-veduta ta’ wara

46/01

Direttiva 2003/97/KE

Direttiva 2005/27/KE

Ċintorini tas-sigurtà - Installazzjoni

16/06

Direttiva 77/541/KEE

Direttiva 2005/40/KE

Ċintorini tas-sigurtà - Ankoraġġi

14/07

Direttiva 76/115/KEE

Direttiva 2005/41/KE

Sedili

17/08

80/01

Direttiva 74/408/KEE

Direttiva 2005/39/KE

Kostruzzjoni interna

(prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar)

118

Direttiva 95/28/KE

Arranġament intern

(ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili)

107.02

Direttiva 2001/85/KE

Protezzjoni fil-każ ta’ qlib

66.01

Direttiva 2001/85/KE”

3.   Adattament tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim

1.

Wara l-inklużjoni tad-Direttiva 2000/30/KE, l-Artikolu 8 tal-Anness 2 għall-Ftehim, l-Anness IIa għall-Ftehim u l-Anness IIb għall-Ftehim huma mħassrin.

2.

L-atti tal-Unjoni elenkati fl-Artikolu 8 tal-Ftehim huma sostitwiti bl-atti tal-Unjoni li ġejjin (2):

“—

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3),

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45),

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9),

Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35),

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).”


(1)  L-aġġornament tal-atti jieħu kont tal-miżuri l-ġodda adottati mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(2)  L-aġġornament tal-atti jieħu kont tal-miżuri l-ġodda adottati mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Diċembru 2009.


12.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/46


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT TAĦT IL-FTEHIM INTERBUS DWAR IT-TRASPORT INTERNAZZJONALI OKKAŻJONALI TAL-PASSIĠĠIERI BIL-KOWĊ U BIX-XARABANK

tal-11 ta’ Novembru 2011

li tikkonċerna l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunisdra l-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interbus dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.

(2)

Skont l-Artikolu 24(1) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim. Għal dan il-għan, għandha ssir rakkomandazzjoni li tkun favur l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim.

JIRRAKKOMANDA LI:

il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ħlief l-Unjoni għandhom jużaw rapport tekniku għall-kowċijiet u għax-xarabankijiet fil-forma stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, soġġett għar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Anness għall-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2011.

Il-President

Sz. SCHMIDT

Is-Segretarju

G. PATRIS


ANNESS

RAPPORT TEKNIKU GĦALL-KOWĊIJIET U X-XARABANKIJIET

Marka u tip tal-vettura:

Numru ta’ reġistrazzjoni u kodiċi tal-pajjiż:

Data tal-ewwel reġistrazzjoni:

Numru tax-chassis:


 

Leġislazzjoni tal-Unjoni

Regolament NU-KEE

Numru tal-approvazzjoni

Marka/indikazzjoni fuq il-vettura

Apparat li jillimita l-veloċità

Direttiva 92/6/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE

 

 

Dimensjonijiet massimi

Direttiva 96/53/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/7/KE

Direttiva 97/27/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/19/KE

 

 

Takografu

Regolament (KEE) Nru 3821/85 kif emendat l-aħħar mir- Regolament (UE) Nru 1266/2009

 

 

Emissjonijiet tal-egżost

Direttiva 88/77/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2001/27/KE

Direttiva 2005/55/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/74/KE

Regolament (KE) Nru 595/2009

49/01

49/02, approvazzjoni tat-tip A

49/02, approvazzjoni tat-tip B

 

 

Duħħan

Direttiva 72/306/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/21/KE

24/03

 

 

Emissjonijiet ta’ ħsejjes

Direttiva 70/157/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2007/34/KE

51/02

 

 

Apparat tal-ibbrejkjar

Direttiva 71/320/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2002/78/KE

13/11

 

 

Tajers

Direttiva 92/23/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/11/KE

54

 

 

Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl

Direttiva 76/756/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2008/89/KE

48/01

 

 

Tank tal-karburant

Direttiva 70/221/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2006/20/KE

34/02

67/01

110

 

 

Mirja tal-veduta ta’ wara

Direttiva 2003/97/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/27/KE

46/01

 

 

Ċintorini tas-sigurtà — Installazzjoni

Direttiva 77/541/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/40/KE

16/06

 

 

Ċinturin tas-sigurtà — Ankoraġġi

Direttiva 76/115/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/41/KE

14/07

 

 

Sedili

Direttiva 74/408/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/39/KE

17/08

80/01

 

 

Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar)

Direttiva 95/28/KE

118

 

 

Arranġament intern (ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili)

Direttiva 2001/85/KE

107/02

 

 

Protezzjoni fil-każ ta’ qlib

Direttiva 2001/85/KE

66/01