ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.345.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 345

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
29 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1386/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 895/2011/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perijodu tal-applikazzjoni tagħha

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 896/2011/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE f’dak li jirrigwarda l-perijodu ta’ applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista’ tibbenefika minn rata ta’ sisa mnaqqsa

18

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1387/2011 tal-14 ta’ Diċembru 2011 li jikkoreġi l-verżjonijiet bil-Finlandiż, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, it-Taljan, u l-Ungeriż tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/897/UE

 

*

Decizjoni tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2011 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

21

 

 

2011/898/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f'ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9562)  ( 1 )

22

 

 

2011/899/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9568)  ( 1 )

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1386/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2002 tal-25 ta’ Marzu 2002 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti industrijali u jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħut lejn il-Gżejjer Kanarji (3), s-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għal ċerti oġġetti b'użu kummerċjali jew industrijali għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

(2)

F'Settembru 2010, il-gvern ta’ Spanja talab f'isem il-gvern tal-Gżejjer Kanarji, l-estensjoni tas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għal għadd ta’ prodotti f'konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat. Il-ġustifikazzjoni għat-talba tagħhom kienet li minħabba l-bogħod ta’ dawk il-gżejjer, l-operaturi ekonomiċi jbatu minn żvantaġġi ekonomiċi u kummerċjali kbar ħafna li għandhom effetti negattivi fuq it-tendenzi demografiċi, l-impjiegi u l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi.

(3)

Is-settur industrijali tal-Gżejjer Kanarji, flimkien mal-bini, ġie affettat b'mod qawwi mill-kriżi ekonomika reċenti. It-tnaqqis fil-bini affettwa b'mod negattiv l-industrija awżiljarja li tiddependi fuqu. Kundizzjonijiet finanzjarji mhux favorevoli kellhom impatt serju fuq ħafna oqsma tan-negozju. Barra minn hekk, iż-żieda qawwija fil-qgħad fi Spanja ggravat in-nuqqas fid-domanda domestika, inkuża d-domanda għall-prodotti industrijali.

(4)

Il-qgħad fil-Gżejjer Kanarji kien qed jaqbeż b'mod konsistenti l-medja nazzjonali għal Spanja fl-aħħar għaxar snin u, mill-2009, il-Gżejjer Kanarji rreġistraw l-ogħla livell fil-pajjiż kollu (Eurostat: Statistika reġjonali — Rata tal-qgħad, skont ir-reġjuni NUTS 2, 1999-2009). Barra minn hekk, aktar minn nofs il-produzzjoni industrijali fil-Gżejjer Kanarji tiġi kkonsmata hemm stess, li huwa element partikolarment serju peress li d-domanda fihom intlaqtet aktar ħażin.

(5)

Għalhekk, bl-għan li tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu livell ta’ attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabbilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fil-Gżejjer Kanarji, huwa opportun li tiġi estiża bis-sħiħ is-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti kif deskritt fl-Anness II u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 704/2002 għal perjodu ta’ 10 snin.

(6)

Addizzjonalment, fl-istess kuntest l-awtoritajiet Spanjoli talbu għas-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal tliet prodotti ġodda li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 3902 10, 3903 11, u 3906 10. Din it-talba ġiet aċċettata peress li dawn is-sospensjonijiet isaħħu l-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju tal-Gżejjer Kanarji biss jibbenefikaw minn dawk il-miżuri tat-tariffi, is-sospensjonjiet għandhom isiru kundizzjonali fuq l-użu aħħari tal-prodotti, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5).

(8)

F'każ ta’ devjazzjoni tal-kummerċ u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni li jippermettulha li tirtira s-sospensjoni b'mod temporanju. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6).

(9)

L-emendi għan-Nomenklatura Magħquda ma jistgħu joħolqu ebda tibdiliet sostantivi fin-natura tas-sospensjoni tad-dmirijiet. Is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha għaldaqstant tkun iddelegata lill-Kummissjoni sabiex isiru l-emendi meħtieġa u l-adattamenti tekniċi għal-lista ta’ oġġetti li għalihom tapplika sospensjoni. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Kunsill.

(10)

Sabiex tkun żgurata kontinwità mal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 704/2002, huwa meħtieġ li jiġu applikati l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I għandhom ikunu sospiżi kompletament.

Dawn l-oġġetti għandhom jintużaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għal perjodu ta’ mill-inqas 24 xahar wara r-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji.

Artikolu 2

Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ materja prima, partijiet u komponenti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness II u użati għat-trasformazzjoni industrijali jew għall-manutenzjoni fil-Gżejjer Kanarji, għandhom jiġu sospiżi bis-sħiħ.

Artikolu 3

Is-sospensjoni tad-dazji msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tkun suġġetta għall-użu aħħari f'konformità mal-Artikoli 21 u 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u għall-kontrolli previsti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

1.   Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li s-sospensjonjiet stabbiliti f'dan ir-Regolament wasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ ta’ prodott speċifiku, hija tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jiritraw is-sospensjoni b'mod temporanju għal perjodu mhux itwal minn 12-il xahar. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8.

Id-dazji tal-importazzjoni fuq prodotti li għalihom is-sospensjoni ġiet irtirata b'mod temporanju għandhom jiġu żgurati minn garanzija, u r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati f'ċirkolazzjoni libera fil-Gżejjer Kanarji għandu jkun fuq il-kundizzjoni tal-provvediment ta’ tali garanzija.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-Trattat, f'perijodu ta’ 12-il xahar, li s-sospensjoni għandha tiġi rtirata b'mod definittiv, l-ammonti tad-dazji żgurati minn garanziji għandhom jinġabru b'mod definittiv.

3.   Jekk ma tiġi adottata l-ebda deċiżjoni definittiva fil-perjodu ta’ 12-il xahar f'konformità mal-paragrafu 2, is-sigurtajiet għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 6 rigward emendi u adattamenti tekniċi għall-Annessi I u II kif meħtieġ b'konsegwenza tal-emendi għan-Nomenklatura Magħquda.

Artikolu 6

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mill-1 ta’ Jannar 2012.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Kunsill f'perijodu ta’ xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjona.

Artikolu 7

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, stabbilit bl-Artikolu 247a (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  L-Opinjoni tal-15 ta’ Novembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tat-22 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 111, 26.4.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(6)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

Oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM  (1)

4011 20

8450 20

8522 90 80

9006 53 80

4011 30

8450 90

8523 21

9006 59

4011 61

8469 00 91

 

9007 10

4011 62

8472

8523 29 39

9007 20

4011 63

 

8523 29 90

9008 50

4011 69

 

8523 49 99

 

4011 92

 

8523 51 99

 

4011 93

8473

8523 59 99

 

4011 94

 

8523 80 99

 

4011 99

8501

8525 50

9010 10

5608

 

8525 80 11

9010 50

6403 40

 

8525 80 19

9011

6403 51 05

 

8526

 

6403 59 05

 

 

 

6403 91 05

 

 

 

6403 99 05

 

 

9012

8415

 

 

 

 

 

 

9030 10

 

 

8701

 

 

 

 

9030 31

 

 

 

9030 33

 

 

8702

9106

 

 

8704 21 31

9107

8418 30 80

 

8704 21 39

9207

8418 40 80

 

8704 21 91

 

8418 50

 

8704 21 99

9506 91 90

8418 61

 

8704 22

9507 10

8418 69

 

8704 23

9507 20 90

8418 91

 

8704 31 31

9507 30

8418 99

 

8704 31 39

 

8427

 

8704 31 91

 

8431 20

 

8704 31 99

 

8443 31

 

 

 

 

 

8704 32

 

8443 32

8518 40 30

8704 90

 

8443 39 10

 

 

 

8443 39 39

8518 90

8705

 

 

8519 20

9006 10

 

8450 11 90

8519 81 51

 

 

8450 12

8521 10 95

9006 30

 

8450 19

8522 90 49

9006 52

 


(1)  Kif iddefinit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).


ANNESS II

Materja prima, partijiet u komponenti użati għall-agrikoltura, it-trasformazzjoni industrijali jew il-manutenzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM  (1)

3901

 

5501

 

3902 10

 

5502

 

3903 11

 

5503

8706

3904 10

 

5504

8707

3906 10

 

5505

8708

4407 21

 

 

8714

 

 

5506

 

4407 22

 

5507

 

 

5108

5508 10 10

 

4407 25

5110

5508 20 10

 

 

5111

5509

 

 

 

5510

 

4407 26

 

5512

 

 

 

5513

 

 

 

5514

9002 90

4407 29

 

5515

9006 91

 

 

5516

9007 91

 

 

6001

9007 92

 

 

6002

9008 90

 

5112

 

9010 90

 

 

6217 90

9104

4407 99

 

6305

9108

4410

 

 

9109

4412

 

 

 

 

5205

 

 

 

5208

 

9110

 

5209

 

 

 

5210

 

 

 

5212

6309

 

 

5401 10 12

6406

 

 

5401 10 14

7601

9111

 

5401 20 10

 

9112

 

5402

8529 10 80

9114

 

5403

8529 10 95

 

 

5404 11

8529 90

 

 

5404 90

 

 

 

5407

 

 

 

5408

 

 


(1)  Kif iddefinit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).


DIRETTIVI

29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/8


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/96/UE

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti

(riformulazzjoni)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagћat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (3) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (4). Peress li jridu jsiru iżjed emendi, hija għandha tiġi rriformulata għal iktar ċarezza.

(2)

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża C-133/06 (5), huwa kkunsidrat meħtieġ li jsir abbozzar mill-ġdid tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/435/KEE, għall-fini li jiġi ċċarat li r-regoli msemmija fih huma adottati mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura prevista fit-Trattat. Huwa barra minn hekk xieraq li jiġu aġġornati l-Annessi ta’ din id-Direttiva.

(3)

Il-għan tad-Direttiva 90/435/KE huwa li jiġu eżentati d-dividendi u t-tqassim ta’ profitti oħra mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji prinċipali tagħhom mit-taxxi fuq l-interessi u sabiex tiġi eliminata t-taxxa doppja fuq dan id-dħul fil-livell tal-kumpannija prinċipali.

(4)

Ir-raggruppament tal-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti jista’ jkun meħtieġ sabiex jinħolqu ġewwa l-Unjoni kondizzjonijiet analogi għal dawk ta’ suq intern u sabiex b’hekk jiġi żgurat it-tħaddim effettiv ta’ suq intern ta’ dan it-tip. Dawn il-ħidmiet ma għandhomx jiġu mfixkla bir-restrizzjonijiiet, l-iżvantaġġi jew it-tagħwiġ li jinħolqu b’mod partikolari mid-dispożizzjonijiet tat-taxxi tal-Istati Membri. Huwa għalhekk meħtieġ li, rigward dan ir-raggruppament ta’ kumpanniji fl-Istati Membri differenti, jiġu previsti regoli tat-taxxa li jkunu newtrali mill-lat tal-kompetizzjoni, sabiex l-intrapriżi jitħallew jaddattaw lilhom infushom għall-ħtiġiet tas-suq intern, sabiex iżidu l-produttività tagħhom u sabiex itejbu s-saħħa kompetittiva tagħhom fil-livell internazzjonali.

(5)

Dan ir-raggruppament jista’ jirriżulta fil-formazzjoni ta’ gruppi ta’ kumpanniji prinċipali u ta’ sussidjarji.

(6)

Qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 90/435/KEE id-dispożizzjonijiet tat-taxxa li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji prinċipali u dawk sussidjarji fl-Istati Membri differenti kienu jvarjaw b’mod apprezzabbli minn Stat Membru għall-ieħor u kienu ġeneralment inqas vantaġġużi minn dawk applikabbli għall-kumpanniji prinċipali u s-sussidjari fl-istess Stat Membru. Il-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti kienet b’hekk żvantaġġata meta mqabbla mal-kooperazzjoni bejn il-kumpanniji fl-istess Stat Membru. Kien meħtieġ li jiġi eliminat dak l-iżvantaġġ bid-dħul ta’ sistema komuni sabiex tiffaċilita r-raggruppament tal-kumpanniji fil-livell Komunitarju.

(7)

Meta, bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-kumpannija prinċipali tirċievi profitti mqassma, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali jrid jew jibqa’ lura milli jintaxxa dan il-qligħ, jew jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija prinċipali li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjoni mħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollha x’taqsam ma’ dan il-qligħ.

(8)

Huwa barra minn hekk meħieġ, sabiex tiġi żgurata n-newtralità fiskali, li l-qligħ li kumpannija sussidjarja tqassam lill-kumpannija prinċipali tagħha jiġu eżentati mit-taxxa fuq l-interessi.

(9)

Il-ħlas tad-distribuzzjonijiet tal-qligħ lil stabbiliment permanenti ta’ kumpannija prinċipali u l-irċevuta tagħhom minnha għandhom joħolqu l-istess trattament bħal dak li japplika bejn sussidjarja u l-kumpannija prinċipali tagħha. Dan għandu jinkludi s-sitwazzjoni meta kumpannija prinċipali u s-sussidjarja tagħha jkunu fl-istess Stat Membru u l-istabbiliment pemanenti jkun fi Stat Membru ieħor. Mill-banda l-oħra, jidher li s-sitwazzjonijiet meta l-istabbilment permanenti u s-sussidjarja jkunu fl-istess Stat Membru jistgħu jiġu ttrattati, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-prinċipji tat-Trattat, fuq il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali mill-Istat Membru kkonċernat.

(10)

Fejn jidħol it-trattament tal-istabbilimenti permanenti, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-istrumenti legali sabiex jipproteġu d-dħul mit-taxxa nazzjonali u jiġi evitat it-tidwir tal-liġijiet nazzjonali, skont il-prinċipji tat-Trattat u filwaqt li jitqiesu r-regoli tat-taxxa aċċettati internazzjonalment.

(11)

Meta l-gruppi tal-kumpannija jiġu organizzati fi ktajjen ta’ kumpanniji u l-qligħ jitqassam permezz tal-katina tas-sussidjarji tal-kumpannija prinċipali, għandha tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja jew b’eżenzjoni jew bi kreditu tat-taxxa. Fil-każ ta’ kreditu tat-taxxa, il-kumpannija prinċipali għandha tkun kapaċi li tnaqqas kull taxxa mħallsa minn kull waħda mis-sussidjarji fil-katina sakemm jiġu sodisfatti l-ħtiġiet iddikjarati f’din id-Direttiva.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness II,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Kull Stat Membru għandu japplika din id-Direttiva:

(a)

għat-tqassim tal-qligħ irċevut mill-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru li jkun ġej mis-sussidjarji fi Stati Membri oħra;

(b)

għat-tqassim tal-qligħ mill-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru lill-kumpanniji fi Stati Membri oħra li tagħhom huma sussidjarji;

(c)

għad-distribuzzjonijiet tal-qligħ irċevut minn stabbilimenti permanenti li jinsabu f’dak l-Istat Membru tal-kumpanniji ta’ Stati Membri oħra li jiġu mis-sussidjarji tagħhom ta’ Stat Membru ieħor għajr dak fejn jinsab l-istabbiliment permanenti;

(d)

għad-distribuzzjonijiet tal-qligħ minn kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru lil stabbilimenti permanenti fi Stat Membru ieħor ta’ kumpanniji tal-istess Stat Membru li tagħhom huma sussidjarji.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali jew dawk imsejsa fuq ftehim meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frodi jew l-abbuż.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kumpannija ta’ Stat Membru” tfisser kull kumpannija li:

(i)

tieħu waħda mill-għamliet elenkati fl-Anness I, Parti A,

(ii)

skont il-liġijiet tat-taxxa ta’ Stat Membru hija kkunsidrata bħala residenti f’dan l-Istat Membru għall-għanijiet tat-taxxa u, skont it-termini ta’ ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma’ Stat terz, ma tkunx ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Unjonigħall-għanijiet tat-taxxa,

(iii)

barra minn hekk, tkun suġġetta għal waħda mit-taxxi elenkati fl-Anness I, Parti B, mingħajr il-possibbilità ta’ għażla jew li tiġi eżentata minnhom, jew li tkun suġġetta għal kwalunkwe taxxa oħra li tista’ tibdel kwalunkwe waħda minn dawk it-taxxi;

(b)

“stabbiliment permanenti” tfisser post fiss tan-negozju li jinsab fi Stat Membru li minnu n-neġozju ta’ kumpannija ta’ Stat Membru ieħor jseħħ kompletament jew parzjalment safejn il-qligħ ta’ dak il-post ta’ negozju jkun suġġett għat-taxxa fl-Istat Membru li fih jinsab permezz ta’ trattat bilaterali dwar it-taxxa rilevanti jew, fin-nuqqas ta’ trattat bħal dan, permezz tal-liġi nazzjonali.

Artikolu 3

1.   Għall-għanijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a)

l-istatus ta’ kumpannija prinċipali għandu jingħata:

(i)

għall-inqas lil kumpannija ta’ Stat Membru li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u li jkollha investiment minimu ta’ 10 % fil-kapital ta’ kumpannija ta’ Stat Membru ieħor li jissodisfa l-istess kondizzjonijiet,

(ii)

taħt l-istess kondizzonijiet, lil kumpannija ta’ Stat Membru li jkollha investiment minimu ta’ 10 % fil-kapital ta’ kumpannija tal-istess Stat Membru, miżmum kollu jew parti minnu minn stabbiliment permanenti tal-ewwel kumpannija li tinsab fi Stat Membru ieħor;

(b)

“sussidjarja” tfisser kumpannija li għandha kapital li jinkludi l-investiment imsemmi fil-punt (a).

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li:

(a)

jibdlu, permezz ta’ ftehim bilaterali, il-kriterju taż-żamma ta’ investiment fil-kapital bil-kriterju ta’ żamma ta’ investiment bid-drittijiet għall-vot;

(b)

li ma japplikawx din id-Direttiva għall-kumpanniji ta’ dak l-Istat Membru, li ma jżommux għal perijodu ta’ żmien mhux interrott ta’ mill-inqas sentejn ishma li jikkwalifikawhom bħala kumpanniji prinċipali, jew għal dawk mill-kumpanniji tagħhom li fihom kumpannija ta’ Stat Membru ieħor ma żżommx ishma minn dawn għal-perijodu ta’ żmien mhux interrott ta’ mill-inqas sentejn.

Artikolu 4

1.   Meta kumpannija prinċipali jew l-istabbiliment permanenti tagħha jirċievu qligħ imqassam bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tal-kumpannija prinċipali mas-sussidjarja tagħha, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti tagħha għandhom, għajr meta s-sussidjarja tiġi llikwidata, jew:

(a)

iżommu lura milli jintaxxaw dan il-qligħ; jew

(b)

jintaxxaw dan il-qligħ filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija prinċipali u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x’jaqsam ma’ dan il-qligħ u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjara fi skala iktar baxxa, suġġett għall-kondizzjoni illi f’kull skala kumpannija u s-sussidjara tal-iskala iktar baxxa tagħha jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jissodisfaw il-ħtiġiet previsti fl-Artikolu 3, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.

2.   Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jipprevjeni lill-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali milli jikkunsidra sussidjarja li tkun transparenti fiskalment fuq il-bażi tal-evalwazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ din is-sussidjarja li jirriżultaw mil-liġi li fuqha tkun ikkostitwita u għalhekk mit-tassazzjoni tal-kumpannija prinċipali fuq l-investiment tagħha tal-qligħ tas-sussidjarja tagħha kif u meta jirriżulta dan il-qligħ. f’dan il-każ, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali għandu jibqa lura milli jintaxxa l-qligħ imqassam tas-sussidjarja.

Meta jkun qiegħed jiġi evalwat is-sehem tal-qligħ tas-sussidjarja tiegħu hekk kif jinħoloq, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali għandu jew jeżenta dan il-qligħ jew jawtorizza lill-kumpannija prinċipali sabiex tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa tal-korporazzjoni li għandu x’jaqsam mas-sehem tal-qligħ u mħallas mis-sussidjarja tagħha u kull sussidjara ta’ livell iktar baxx, suġġett għall-kondizzjoni li f’kull livell kumpannija sussidjarja u s-sussidjarja tagħha ta’ livell iktar baxx jaqgħu fid-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jissodisfaw il-ħtiġiet previsti fl-Artikoli 3, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa korrispondenti mistħoqqa.

3.   Kull Stat Membru għandu jżomm l-għażla li jipprovdi li kull spiża li jkollha x’taqsam mal-investiment u kull telf li jirriżulta mit-tqassim tal-qligħ tal-kumpannija sussidjarja ma jistgħux jitnaqqsu mill-qligħ taxxabbli tal-kumpannija prinċipali.

Meta l-ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x’jaqsmu mal-investiment f’dan il-każ jiġu stabbiliti bħala rata fissa, l-ammont stabbilit ma jistax jaqbeż il 5 % tal-qligħ mqassam mill-kumpannija sussidjarja.

4.   Il-paragrafi 1, u 2 għandhom japplikaw sad-data tad-dħul fis-seħħ effettiv ta’ sistema komuni ta’ tassazzjoni tal-kumpanniji.

5.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament skont proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu, meta jkun xieraq, jadotta r-regoli li japplikaw mid-data tad- dħul fis-seħħ effettiv ta’ sistema komuni ta’ tassazzjoni tal-kumpanniji.

Artikolu 5

Il-qligħ li sussidjarja tqassam lill-kumpannija prinċipali tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxa fuq l-interessi.

Artikolu 6

L-Istati Membri ta’ kumpannija prinċipali ma jistgħux jordnaw il-ħlas tat-taxxa fuq l-interessi fuq il-qligħ li kumpannija bħal din tirċievi minn kumpannija sussidjarja.

Artikolu 7

1.   L-espressjoni “taxxa fuq l-interessi” kif użata f’din id-Direttiva ma għandhiex tkopri ħlas minn qabel jew ħlas bil-quddiem (précompte) tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet lill-Istat Membru tas-sussidjarja li ssir b’rabta ma’ tqassim tal-qligħ lill-kumpannija prinċipali tagħha.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew imsejsa fuq ftehim imfassla bil-ħsieb li jeliminaw jew inaqqsu t-taxxa doppja ekonomika fuq id-dividendi, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-ħlas ta’ krediti tat-taxxa lir-riċevituri ta’ dividendi.

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mit-18 ta’ Jannar 2012. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkun fihom referenza għad-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif isiru tali referenzi għandha tkun stabbilita mill-UIstati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejniethom u din id-Direttiva.

Artikolu 9

Id-Direttiva 90/435/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  Opinjoni mogħtija fl-4 ta’ Mejju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 73.

(3)  ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6.

(4)  Ara l-Anness II, Partijiet A.

(5)  [2008] Ġabra I-03189.


ANNESS I

PARTI A

Lista ta’ kumpanniji msemmija fl-Artikolu 2(a)(i)

(a)

kumpanniji inkorporati staħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ kumpannija Ewropea (SE) (1) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissuplimenta l-Istatut għal kumpannija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (2) u soċjetajiet kooperattivi inkorporati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (3) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissuplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (4),

(b)

kumpanniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala “société anonyme”/“naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions”/“commanditaire vennootschap op aandelen”, “société privée à responsabilité limitée”/“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité limitée”/“coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité illimitée”/“coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid”, “société en nom collectif”/“vennootschap onder firma”, “société en commandite simple”/“gewone commanditaire vennootschap”, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali hawn fuq imsemmija, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji Belġjana,

(c)

kumpanniji taħt il-liġi Bulgara magħrufa bħala: “събирателно дружество”, “командитно дружество”, “дружество с ограничена отговорност”, “акционерно дружество”, “командитно дружество с акции”, “неперсонифицирано дружество”, “кооперации”, “кооперативни съюзи”, “държавни предприятия”, kostitwiti taħt il-liġi Bulgara u li jwettqu attivitajiet kummerċjali,

(d)

kumpanniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: “akciová společnost”, “společnost s ručením omezeným”,

(e)

kumpanniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala “aktieselskab” u “anpartsselskab”. Kumpanniji oħra suġġetti għat-taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u ntaxxat skont ir-regoli ġenerali dwar il-legislazzjoni tat-taxxa applikabbli għal “aktieselskaber”,

(f)

kumpanniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Kommanditgesellschaft auf Aktien”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft”, “Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts”, u kumpanniji oħra kkostitwiti taħt il-liġi Ġermaniza suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Ġermaniża,

(g)

kumpanniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala: “täisühing”, “usaldusühing”, “osaühing”, “aktsiaselts”, “tulundusühistu”,

(h)

kumpanniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi rreġistrati taħt l-“Industrial and Provident Societies Act”, soċjetajiet ta’ kostruzzjoni inkorporati taħt il- “Building Societies Acts” u t-“trustee savings banks” skont it-tifsira fil-“Trustee Savings Banks Act, 1989”,

(i)

kumpanniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala “ανώνυμη εταιρεία”,·“εταιρεία περιορισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)” u kumpanniji oħra kostitwiti skont il-liġi Griega suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji Griega,

(j)

kumpanniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala: “sociedad anónima”, “sociedad comanditaria por acciones”, “sociedad de responsabilidad limitada”, korpi suġġetti għal-liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata. Entitajiet oħra kostitwiti taħt il-liġi Spanjola suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Spanjola (“Impuesto sobre Sociedades”),

(k)

kumpanniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d'assurances mutuelles”, “caisses d'épargne et de prévoyance”, “sociétés civiles” li huma suġġetti awtomatikament għat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Franċiża,

(l)

kumpanniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsabilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet pubbliċi u privati li l-attività tagħhom hija kompletament jew parzjalment kummerċjali,

(m)

taħt il-liġi Ċiprijotta: “εταιρείες” kif definit fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq id-Dħul,

(n)

kumpanniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala: “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”,

(o)

kumpanniji inkorporati taħt il-liġi Litwana,

(p)

kumpanniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “société coopérative”, “société coopérative organisée comme une société anonyme”, “association d'assurances mutuelles”, “association d'épargne-pension”, “entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l'Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-Lussemburgu,

(q)

kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: “közkereseti társaság”, “betéti társaság”, “közös vállalat”, “korlátolt felelősségű társaság”, “részvénytársaság”, “egyesülés”, “szövetkezet”,

(r)

kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: “Kumpaniji ta’ Responsabilità Limitata”, “Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f'azzjonijiet”,

(s)

kumpanniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala “naamloze vennootschap”, “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “Open commanditaire vennootschap”, “Coöperatie”, “onderlinge waarborgmaatschappij”, “Fonds voor gemene rekening”, “vereniging op coöperatieve grondslag”, “vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Olandiża,

(t)

kumpanniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsvereine auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften”, “Betriebe gewerblicher Art von Körperschaften des öffentlichen Rechts”, “Sparkassen”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Awstrijaka suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji Awstrijaka,

(u)

kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: “spółka akcyjna”, “spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”,

(v)

kumpanniji kummerċjali jew kumpanniji suġġetti għal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali u kooperattivi u impriżi pubbliċi inkorporati skont il-liġi Portugiża,

(w)

kumpanniji taħt il-liġi Rumena magħrufa bħala: “societăți pe acțiuni”, “societăți în comandită pe acțiuni”, “societăți cu răspundere limitată”;

(x)

kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala: “delniška družba”, “komanditna družba”, “družba z omejeno odgovornostjo”,

(y)

kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala: “akciová spoločnosť”, “spoločnosť s ručením obmedzeným”, “komanditná spoločnosť”,

(z)

kumpanniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala “osakeyhtiö”/“aktiebolag”, “osuuskunta”/“andelslag”, “säästöpankki”/“sparbank” u “vakuutusyhtiö”/“försäkringsbolag”,

(aa)

kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala “aktiebolag”, “försäkringsaktiebolag”, “ekonomiska föreningar”, “sparbanker”, “ömsesidiga försäkringsbolag”, “försäkringsföreningar”,

(ab)

kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit.

PARTI B

Lista ta’ taxxi msemmija fl-Artikolu 2(a)(iii)

impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Belġju,

корпоративен данък fil-Bulgarija,

daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka,

selskabsskat fid-Danimarka,

Körperschaftssteuer fil-Ġermanja,

tulumaks fl-Estonja,

corporation tax fl-Irlanda,

φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοσκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

impuesto sobre sociedades fi Spanja,

impôt sur les sociétés fi Franza,

imposta sul reddito delle società fl-Italja,

φόρος εισοδήματος f'Ċipru,

uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja,

pelno mokestis fil-Litwanja,

impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

társasági adó, osztalékadó fl-Ungerija,

taxxa fuq l-income f'Malta,

vennootschapsbelasting fil-Pajjiżi l-Baxxi,

Körperschaftssteuer fl-Awstrija,

podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja,

imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

impozit pe profit fir-Rumanija,

davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja,

daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja,

yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

statlig inkomstskatt fl-Isvezja,

corporation tax fir-Renju Unit.


(1)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.

(3)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.


ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 9)

Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE

(ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6)

 

Punt XI.B.I.3 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni tal-1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 196)

 

Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE

(ĠU L 7, 13.1.2004, p. 41)

 

Punt 9.8 tal-Anness II tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 555)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129)

Anness, punt 7 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 9)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

90/435/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1991.

2003/123/KE

fl-1 ta’ Jannar 2005.

2006/98/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.


ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 90/435/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1) l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 1(1)(a) sa (d)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1), l-ewwel parti tal-frażi tal-bidu

Artikolu 2, frażi tal-bidu

Artikolu 2(1), it-tieni parti tal-frażi tal-bidu

Artikolu 2(a), frażi tal-bidu

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(a)(i)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2 (a)(ii)

Artikolu 2(1)(c), frażi tal-bidu tal-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu

Artikolu 2(a)(iii)

Artikolu 2(1)(c), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-sebgħa u għoxrin inċiż

Anness I, Parti B, l-ewwel sas-sebgħa u għoxrin inċiż

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(b)

Artikolu 3(1), frażi tal-bidu

Artikolu 3(1)(a), frażi tal-bidu

Artikolu 3(1)(a) l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1)(a), frażi tal-bidu

Artikolu 3(1)(a) l-ewwel subparagrafu, kliem tal-aћћar

Artikolu 3(1)(a)(i)

Artikolu 3(1)(a) it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1)(a)(ii)

Artikolu 3(1)(a) it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(1)(a) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 3(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 3(2)(a) u (b)

Artikolu 4(1) l-ewwel u t–tieni inċiżi

Artikolu 4(1)(a) u (b)

Artikolu 4(1a)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 4(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2) it-tieni sentenza

Artikolu 4(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(5)

Artikoli 5, 6 u 7

Artikoli 5, 6 u 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Anness

Anness I, Parti A

Anness II

Anness III


DEĊIŻJONIJIET

29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 895/2011/UE

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perijodu tal-applikazzjoni tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Waqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/546/KE (2) tawtorizza lil Spanja biex, sal-31 ta’ Diċembru 2011, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa magħrufa bħala “Arbitrio sobre las Importaciones y Entregas de Mercancías en las islas Canarias” (minn hawn ‘il quddiem: “it-taxxa AIEM”) għal ċerti oġġetti li jiġu prodotti lokalment fil-Gżejjer Kanari. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih lista ta’ prodotti li għalihom jistgħu jiġu applikati eżenzjonijiet jew tnaqqis mit-taxxa AIEM. Id-differenza bejn it-tassazzjoni ta’ oġġetti prodotti lokalment u t-tassazzjoni ta’ oġġetti oħra ma tistax taqbeż 5, 15 jew 25 %, skont il-prodott.

(2)

Huwa ġġustifikat li l-perijodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2002/546/KE jiġi estiż għal sentejn, billi l-elementi bażiċi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni mogħtija skont dik id-Deċiżjoni baqgħu ma nbidlux. F’dan ir-rigward, ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill tat-28 ta’ Awwissu 2008 dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali dwar it-taxxa AIEM applikabbli għall-Gżejjer Kanari kkonferma li t-taxxa AIEX kienet qed taħdem b’mod sodisfaċenti u ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jsiru emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/546/KE.

(3)

Barra minn hekk, ir-rapport li wasal għand il-Kummissjoni mill-awtoritajiet Spanjoli jikkonferma li l-iżvantaġġi li kienu jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni ta’eżenzjonijiet sħaħ u tnaqqis parzjali tat-taxxa AIEM għal lista ta’ oġġetti prodotti lokalment fil-Gżejjer Kanari għadhom validi.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/546/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2002/546/KE, id-data 31 ta’ Diċembru 2011 hija sostitwita b’dik tal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  L-Opinjoni tal-1 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 179, 9.7.2002, p. 22.


29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 896/2011/UE

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE f’dak li jirrigwarda l-perijodu ta’ applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista’ tibbenefika minn rata ta’ sisa mnaqqsa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/659/KE tad-9 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa tas-sisa fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej tagħha (2) tawtorizza lil Franza biex tapplika fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fid-dipartimenti extra-Ewropej tagħha u mibjugħ fuq it-territorju kontinentali ta’ Franza rata ta’ sisa mnaqqsa li tista’ tkun inqas mir-rata minima ta’ sisa fuq l-alkoħol prevista fid-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (3) 92/84/KEE iżda mhux iktar minn 50 % tar-rata ta’ sisa nazzjonali normali fuq l-alkoħol. Ir-rum “tradizzjonali” li għalih tapplika r-rata ta’ sisa mnaqqsa huwa definit fil-punt 1(f) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (4). It-tnaqqis tas-sisa huwa limitat għal kwota annwali ta’ 108 000 ettolitri ta’ alkoħol pur. Id-deroga tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

(2)

Sabiex it-termini tad-Deċiżjoni 2007/659/KE jiġu adattati għall-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’konsapevolezza li r-rum “tradizzjonali” huwa prodott biss fi Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique u Réunion, għaldaqstant għandha ssir referenza esklussiva f’din id-Deċiżjoni emendatorja għal dawk l-erba’ reġjuni ultraperiferiċi.

(3)

Fid-29 ta’ Ġunju 2010, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni r-rapport previst fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/659/KE. Dan ir-rapport fih żewġ talbiet. L-ewwel, l-awtoritajiet Franċiżi jitolbu li l-kwota annwali ta’ 108 000 ettolitri tiżdied għal 125 000 ettolitru ta’ alkoħol pur sabiex jiġu riflessi x-xejriet fis-suq tar-rum fl-Unjoni. It-tieni nett, huma jitolbu estensjoni ta’ sena, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2013, tal-perijodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/659/KE sabiex isir konformi ma’ dak ta’ deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat rigward l-istess suġġett adottata mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Ġunju 2007 (5) (minn hawn ’il quddiem: “id-deċiżjoni dwar Għajnuna mill-Istat”).

(4)

L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi turi li l-kwantitajiet ta’ rum “tradizzjonali” li jibbenefikaw mir-rata ta’ sisa mnaqqsa u li tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, inbidlu mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/659/KE ‘l hawn. Dawn żdiedu minn 96 100 ettolitru ta’ alkoħol pur fl-2007 għal 105 700 ettolitru fl-2010, jiġifieri żieda annwali ta’ 3,2 %. Sakemm din iż-żieda tkompli bl-istess rata, il-kwantitajiet ta’ rum “tradizzjonali” disponibbli fis-suq għandhom ikunu ta’ madwar 109 100 ettolitru ta’ alkoħol pur fl-2011, 112 600 ettolitru fl-2012 u 116 200 ettolitru fl-2013, li jmorru lil hinn mill-kwota ta’ 108 000 ettolitru prevista fid-Deċiżjoni 2007/659/KE.

(5)

Il-Premessa (9) tad-Deċiżjoni 2007/659/KE tissottolinja li minħabba li l-kompetittività tar-rum “tradizzjonali” mid-Dipartimenti extra-Ewropej teħtieġ tiġi appoġġata fis-suq kontinentali ta’ Franza bil-għan li tiġi mħarsal-attività tas-settur tal-zokkor-kannamieli-rum, għandha ssir reviżjoni tal-kwantitajiet ta’ rum tradizzjonali li joriġinaw fid-Dipartimenti extra-Ewropej eliġibbli għal rata mnaqqsa tas-sisa meta jitqiegħdu f’dak is-suq għall-konsum. Għalhekk, il-kwota annwali ta’ 108 000 ettolitru prevista fid-Deċiżjoni 2007/659/KE għandha tiżdied għal 120 000 ettolitru, li tinkludi l-kwota għall-2011 sabiex tkun żgurata l-kontinwità, b’kont meħud taż-zieda prevista għal dik is-sena. Din iż-żieda għandha tippermetti li tiġi koperta żieda annwali ta’ 4.3 %, jiġifieri żieda ta’ ftit iktar mit-3.2 % iddikjarati fl-2007-10.

(6)

Huwa neċessarju wkoll li l-perijodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/659/KE jiġi estiż b’sena, sabiex tiskadi fl-istess żmien bħal dak tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

(7)

Id-Deċiżjoni 2007/659/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/659/KE hija emendata kif ġej:

(1)

It-titolu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza lil Franza tapplika rata ta’ sisa mnaqqsa fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana, fil-Martinique u fir-Réunion”.

(2)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

“B’deroga mill-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Franza hija awtorizzata li fit-territorju kontinentali tagħha, testendi l-applikazzjoni fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana, fil-Martinique u fir-Réunion, ta’ rata tas-sisa anqas mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE.”.

(3)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun limitata għar-rum, skont kif definit fil-punt 1(f) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (*) u li jiġi prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana, fil-Martinique u fir-Réunion miz-zokkor tal-kannamieli miġbur fil-post tal-produzzjoni, li jkollu kontenut ta’ sustanzi volatili minbarra l-etanol u l-metanol li jkun ugwali għal 225 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur, jew ogħla minn hekk, u li jkun kiseb tismija alkometrika ta’ 40 % volum jew aktar.

(*)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.”."

(4)

L-Artikolu 3(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Ir-rata tas-sisa mnaqqsa applikabbli għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 2 hija limitata għal kwota annwali ta’ 108 000 ettolitri ta’ alkoħol pur għall-perijodu li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2010. Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2013, għandha tkun ristretta għal kwota annwali ta’ 120 000 ettolitri.”.

(5)

Fl-Artikolu 5, id-data “31 ta’ Diċembru 2012” hija sostitwita b’dik tal-“31 ta’ Diċembru 2013”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  L-Opinjoni tal-1 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 270, 13.10.2007, p. 12.

(3)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29.

(4)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(5)  ĠU C 15, 22.1.2008, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1387/2011

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li jikkoreġi l-verżjonijiet bil-Finlandiż, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, it-Taljan, u l-Ungeriż tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 85 u l-Artikolu 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2) permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2009 (3), ġie nnutat li l-verżjonijiet bil-Finlandiż, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, it-Taljan, u l-Ungeriż tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 fihom żball fl-Artikolu 7b(3), fir-rigward id-data tal-bidu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 għalhekk għandu jiġi kkoreġut kif xieraq.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan jikkonċerna l-verżjonijiet bil-Finlandiż, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, it-Taljan, u l-Ungeriż biss.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 290, 6.11.2009, p. 64.


DEĊIŻJONIJIET

29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/21


DECIZJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2011/897/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Billi:

(1)

B’ittra datata l-10 ta’ Novembru 2011, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-Sur Mario DRAGHI ħabbar id-deċiżjoni tas-Sur Lorenzo BINI SMAGHI li jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu fil-Bord Eżekuttiv b’effett minn tmiem il-31 ta’ Diċembru 2011. Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)

Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Benoît COEURÉ li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Benoît COEURÉ huwa b’dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  L-Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  L-Opinjoni mogħtija fit-8 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f'ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9562)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/898/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel imsejsa, fost l-oħrajn, fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawk il-prinċipji.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li ġej mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jinkludu rekwiżiti strutturali għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib, u r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti ta’ iġjene fir-rigward ta’ ħalib nej u prodotti tal-ħalib.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE (3) jistabbilixxi li ċerti rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 m'għandhomx japplikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fir-Rumanija elenkati fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/852/KE tistipula wkoll li, permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II tagħha jistgħu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u mhux konformi, sakemm it-tali pproċessar isir fuq linji tal-produzzjoni separati.

(5)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2009/852/KE tistabbillixxi li l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III tagħha jistgħu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u mhux konformi mingħajr linji tal-produzzjoni separati.

(6)

F'Settembru 2011, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li, minn Jannar 2012, l-istabbilimenti kollha tal-ipproċessar tal-ħalib li bħalissa huma elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/852/KE se jkunu f'konformità mar-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u Nru 853/2004. Konsegwentement, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/852/KE għandu jitħassar.

(7)

L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2009/852/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Barra minn hekk, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li, sa mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2009/852/KE, żdied konsiderevolment il-proporzjon ta’ ħalib nej li hu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f'dak l-Istat Membru. Ir-Rumanija stabbilixxiet ukoll pjan ta’ azzjoni bil-għan li tkopri l-katina kollha tal-produzzjoni tal-ħalib f'dak l-Istat Membru, li jiżgura konformità mar-regoli tal-UE.

(9)

Madanakollu, skont ir-rapport sottomess mir-Rumanija abbażi tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2009/852/KE u tal-informazzjoni provduta mill-Awtoritajiet Rumeni matul il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-17 ta’ Ottubru 2011, is-sitwazzjoni tas-settur tal-ħalib fir-Rumanija għadha xorta mhix konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(10)

Meqjusa s-sitwazzjoni attwali, u biex ikun evitat li jixxekklu l-isforzi tal-Awtoritajiet Rumeni, hu xieraq li tkun estiża l-applikazzjoni tal-miżuri stabbilita fid-Deċiżjoni 2009/852/KE.

(11)

Ir-Rumanija għandha tissokta bil-proċess ta’ konformità tal-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2009/852/KE mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(12)

B'mod partikolari, ir-Rumanija għandha tissokta bil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni u tippreżenta rapporti regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress lejn konformità sħiħa ma’ dawk ir-rekwiżiti. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dawk ir-rapporti, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa.

(13)

Id-Deċiżjoni 2009/852/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/852/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jitħassar;

(2)

fl-Artikolu 3, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(3)

fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Ir-Rumanija għandha tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b)

is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

L-ewwel rapport annwali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2013.

Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness IV.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Anness II u III isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Jekk, abbażi tar-rapporti ppreżentati mir-Rumanija, il-Kummissjoni tikkonsidra li x'aktarx il-konformità mhux se tinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2013, hija għandha tipproponi miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.”;

(5)

fl-Artikolu 7, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(6)

L-Annessi I, II u III huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59.


ANNESS

L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2009/852/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jitħassar;

(2)

L-Annessi II u III jinbidlu b’dan li ġej:

ANNESS II

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Nru

Numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

1

L35

SC DANONE PDPA ROMANIA SRL

București, 032451

2

MM 1795

SC CALITATEA SRL

Tăuții Măgherăuș, județul Maramureș, 437349

ANNESS III

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Nru

Numru tal-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Indirizz (belt/raħal/pajjiż)

1

AB 641

SC BIOMILK SRL

Lopadea Nouă, județul Alba, 517395

2

AB 3386

SC LACTATE C.H. SRL

Sânmiclăuș, județul Alba, 517761

3

BH 4020

SC MOISI SERV COM SRL

Borșa, nr. 8, județul Bihor, 417431

4

L136

SC CAMPAEI PREST SRL

Hidișeul de Sus, județul Bihor, 417277

5

L72

SC LACTOMUNTEAN SRL

Teaca, județul Bistrița-Năsăud, 427345

6

L78

SC ROMFULDA PROD SRL

Beclean, județul Bistrița-Năsăud, 425100

7

L107

SC BENDEAR CRIS PROD COM SRL

Șieu Măgheruș, județul Bistrița-Năsăud, 427295

8

L110

SC LECH LACTO SRL

Lechința, județul Bistrița-Năsăud, 427105

9

BN 2399

SC CARMO-LACT PROD SRL

Monor, județul Bistrița-Năsăud, 427175

10

BN 2120

SC ELIEZER SRL

Lunca Ilvei, județul Bistrița-Năsăud, 427125

11

L3

SC ABY IMPEX SRL

Șendriceni, județul Botoșani, 717380

12

L116

SC RAM SRL

Ibănești, județul Botoșani, 717215

13

L140

S.C. CARMOLACT SRL

Ucea, județul Brasov, 507235

14

L154

S.C. CAS SRL

Braila, județul Braila, 810224

15

L148

S.C. LACTAS SRL

Ianca, județul Braila, 815200

16

CL 0044

SC IANIS DIM SRL

Lehliu Gară, județul Călărași, 915300

17

L129

SC BONAS IMPORT EXPORT SRL

Dezmir, județul Cluj, 407039

18

L84

SC PICOLACT PRODCOM SRL

Iclod, județul Cluj, 407335

19

L149

S.C. COMLACT SRL

Corusu, județul Cluj, 407056

20

L43

SC LACTOCORV SRL

Ion Corvin, județul Constanța, 907150

21

L40

SC BETINA IMPEX SRL

Ovidiu, județul Constanța, 905900

22

L41

SC ELDA MEC SRL

Topraisar, județul Constanța, 907210

23

L87

SC NICULESCU PROD SRL

Cumpăna, județul Constanța, 907105

24

L118

SC ASSLA KAR SRL

Medgidia, județul Constanța, 905600

25

L130

SC MUNTINA PROD SRL

Constanța, județul Constanța, 900735

26

CT 225

SC MIH PROD SRL

Cobadin, județul Constanța, 907065

27

CT 256

SC IAN PROD SRL

Târgușor, județul Constanța, 90727

28

CT 258

SC BINCO LACT SRL

Săcele, județul Constanța, 907260

29

CT 30

SC EASTERN EUROPEAN FOODS SRL

Mihail Kogălniceanu, județul Constanța, 907195

30

CT 15

SC NIC COSTI TRADE SRL

Dorobanțu, județul Constanța, 907211

31

CT 12203

SC LACTO GENIMICO SRL

Hârșova, județul Constanța, 905400

32

L82

SC TOTALLACT GROUP SA

Dragodana, județul Dâmbovița, 137200

33

DJ 80

SC DUVADI PROD COM SRL

Breasta, județul Dolj, 207115

34

DJ 730

SC LACTIDO SA

Craiova, județul Dolj, 200378

35

L91

SC COSMILACT SRL

Schela, județul Galați, 807265

36

GR 5610

SC LACTA SA

Giurgiu, județul Giurgiu, 080556

37

GJ 231

SC SEKAM PROD SRL

Novaci, județul Gorj, 215300

38

L49

SC ARTEGO SA

Tg. Jiu, Gorj, 210257

39

L65

SC KARPATEN MILK

Suseni, județul Harghita, 537305

40

L124

SC PRIMULACT SRL

Miercurea Ciuc, județul Harghita, 530242

41

HR 119

SC BOMILACT SRL

Mădăraș, județul Harghita, 537071

42

HR 625

SC LACTIS SRL

Odorheiu Secuiesc, județul Harghita, 535600

43

HR 213

SC PAULACT SA

Mărtiniș, județul Harghita, 537175

44

L99

SC VALIZVI PROD COM SRL

Gârbovi, județul Ialomița, 927120

45

IS 1540

+ SC PROMILCH SRL

Podu Iloaiei, județul Iași, 707365

46

L18

S.C. EUROCHEESE SRL

Jilava, județul Ilfov, 077120

47

L47

SC OBLAZA SRL

Bârsana, județul Maramureș, 437035

48

L85

SC AVI-SEB IMPEX SRL

Copalnic Mănăștur, județul Maramureș, 437103

49

L86

SC ZEA SRL

Boiu Mare, județul Maramureș, 437060

50

L16

SC ROXAR PROD COM SRL

Cernești, județul Maramureș, 437085

51

L135

SC MULTILACT SRL

Baia Mare, județul Maramureș, 430015

52

MM 793

SC WROMSAL SRL

Satulung, județul Maramureș, 437270

53

MM 6325

SC ONY SRL

Larga, județul Maramureș, 437317

54

L54

SC RODLACTA SRL

Fărăgău, județul Mureș, 547225

55

L108

SC LACTEX REGHIN SRL

Solovăstru, județul Mureș, 547571

56

L121

SC MIRDATOD PROD SRL

Ibănești, județul Mureș, 547325

57

MS 483

SC HELIANTUS PROD

Reghin, județul Mureș, 545300

58

MS 5554

SC GLOBIVET PHARM SRL

Batoș, județul Mureș, 547085

59

NT 900

SC COMPLEX AGROALIMENTAR SRL

Bicaz, județul Neamț, 615100

60

L96

SC PROD A.B.C. COMPANY SRL

Grumăzești, județul Neamț, 617235

61

L101

SC 1 DECEMBRIE SRL

Târgu Neamț, județul Neamț, 615235

62

L106

SC RAPANU SR. COM SRL

Petricani, județul Neamț, 617315

63

L6

SC LACTA HAN PROD SRL

Urecheni, județul Neamt, 617490

64

L123

SC PROCOM PASCAL SRL

Păstrăveni, județul Neamț, 617300

65

L100

SC ALTO IMPEX SRL

Provița de Jos, județul Prahova, 107477

66

L88

SC AGROMEC CRASNA SA

Crasna, județul Sălaj, 457085

67

L89

SC OVINEX SRL

Sărmășag, județul Sălaj, 457330

68

L71

SC LACTO SIBIANA SA

Șura Mică, județul Sibiu, 557270

69

SM 4189

SC PRIMALACT SRL

Satu Mare, județul Satu Mare, 440089

70

L5

SC NIRO SERV COM SRL

Gura Humorului, județul Suceava, 725300

71

L36

SC PROLACT PROD COM SRL

Vicovu de Sus, județul Suceava, 727610

72

L81

SC RARAUL SA

Câmpulung Moldovenesc, județul Suceava, 727100

73

SV 1085

SC BUCOVINA SA FALTICENI

Fălticeni, județul Suceava, 725200

74

SV 1562

SC BUCOVINA SA SUCEAVA

Suceava, județul Suceava, 720290

75

SV 1888

SC TOCAR PROD SRL

Frătăuții Vechi, județul Suceava, 727255

76

SV 4909

SC ZADA PROD SRL

Horodnic de Jos, județul Suceava, 727301

77

SV 6159

SC ECOLACT SRL

Milișăuți, județul Suceava, 727360

78

TR 27

SC VIOLACT SRL

Putineiu, județul Teleorman, 147285

79

TR 81

SC BIG FAMILY SRL

Videle, județul Teleorman, 145300

80

TR 239

SC COMALACT SRL

Nanov, județul Teleorman, 147215

81

L80

SC INDUSTRIAL MARIAN SRL

Drănceni, județul Vaslui, 737220

82

VN 231

SC VRANLACT SA

Focșani, județul Vrancea, 620122


29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9568)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/899/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dawn ir-regoli jinkludu ħtiġijiet tal-iġjene għall-ħalib nej u għall-prodotti tal-ħalib.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE (2) tistipula ċerti derogi mill-ħtiġijiet stabbiliti fis-subkapitoli II u III tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija elenkati f’dik id-Deċiżjoni. Dik id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Skont dan, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/861/KE jistgħu, permezz ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jipproċessaw ħalib konformi jew mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi jew mhux konformi isir fuq linji tal-produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji tal-produzzjoni separati.

(4)

Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li, sa mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2009/861/KE, żdied konsiderevolment il-proporzjon tal-ħalib nej li hu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija stabbilixxiet ukoll pjan ta’ azzjoni bil-għan li tkopri l-katina kollha tal-produzzjoni tal-ħalib f’dak l-Istat Membru, li jiżgura konformità mar-regoli tal-UE.

(5)

Madanakollu, skont ir-rapport ippreżentat mill-Bulgarija abbażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2009/861/KE u tal-informazzjoni provduta mill-Awtoritajiet Bulgari matul il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-17 ta’ Ottubru 2011, is-sitwazzjoni tas-settur tal-ħalib fil-Bulgarija għadha xorta mhix konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(6)

Meqjusa s-sitwazzjoni attwali, u biex ikun evitat li jixxekklu l-isforzi tal-Awtoritajiet Bulgari, hu xieraq li tkun estiża l-applikazzjoni tal-miżuri stabbilita fid-Deċiżjoni 2009/861/KE.

(7)

Il-Bulgarija għandha tissokta bil-proċess ta’ konformità tal-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Annessi għad-Deċiżjoni 2009/861/KE mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(8)

B’mod partikolari, il-Bulgarija għandha tissokta bil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni u tippreżenta rapporti regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress lejn konformità sħiħa ma’ dawk ir-rekwiżiti. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dawk ir-rapporti, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa.

(9)

Id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/861/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(2)

fl-Artikolu 3, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(3)

L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Il-Bulgarija għandha tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b)

is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

L-ewwel rapport annwali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2013.

Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Anness I u II isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Jekk, abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Bulgarija, il-Kummissjoni tikkonsidra li x’aktarx il-konformità mhux se tinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2013, hija għandha tipproponi l-miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.”;

(4)

fl-Artikolu 6, id-data “31 ta’ Diċembru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2013”;

(5)

L-Annessi I u II jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83.


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 0412010

“Bi Si Si Handel” OOD

gr. Elena

ul. “Treti mart” 19

2

BG 0612027

“Mlechen ray - 2” EOOD

gr. Vratsa

kv. “Bistrets”

3

BG 0612043

ET “Zorov- 91 -Dimitar Zorov”

gr. Vratsa

Mestnost “Parshevitsa”

4

BG 2012020

“Yotovi” OOD

gr. Sliven

kv. “Rechitsa”

5

BG 2512020

“Mizia-Milk” OOD

gr. Targovishte

Industrialna zona

6

BG 2112001

“Rodopeya - Belev” EOOD

gr. Smolyan,

Ul. “Trakya” 20

7

BG 1212001

“S i S - 7” EOOD

gr. Montana

“Vrachansko shose” 1

8

BG 2812003

“Balgarski yogurt” OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska

ANNESS II

Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 2412037

“Stelimeks” EOOD

s. Asen

2

0912015

“Anmar” OOD

s. Padina

obsht. Ardino

3

0912016

OOD “Persenski”

s. Zhaltusha

obsht. Ardino

4

1012014

ET”Georgi Gushterov DR”

s. Yahinovo

5

1012018

“Evro miyt end milk” EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

6

1112004

“Matev-Mlekoprodukt” OOD

s. Goran

7

1112017

ET “Rima-Rumen Borisov”

s. Vrabevo

8

1312023

“Inter-D” OOD

s. Kozarsko

9

1612049

“Alpina -Milk” EOOD

s. Zhelyazno

10

1612064

OOD “Ikay”

s. Zhitnitsa

obsht. Kaloyanovo

11

2112008

MK “Rodopa milk”

s. Smilyan

obsht. Smolyan

12

2412039

“Penchev” EOOD

gr. Chirpan

ul. “Septemvriytsi” 58

13

2512021

“Keya-Komers-03” EOOD

s. Svetlen

14

0112014

ET “Veles-Kostadin Velev”

gr. Razlog

ul. “Golak” 14

15

2312041

“Danim-D.Stoyanov” EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

16

2712010

“Kamadzhiev-milk” EOOD

s. Kriva reka

obsht. N.Kozlevo

17

0712001

“Ben Invest” OOD

s. Kostenkovtsi

obsht. Gabrovo

18

1512012

ET “Ahmed Tatarla”

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

19

2212027

“Ekobalkan” OOD

gr. Sofia

bul “Evropa” 138

20

2312030

ET “Favorit- D.Grigorov”

s. Aldomirovtsi

21

2312031

ET “Belite kamani”

s. Dragotintsi

22

BG 1512033

ET “Voynov-Ventsislav Hristakiev”

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

23

BG 1512029

“Lavena” OOD

s. Dolni Dębnik

obl. Pleven

24

BG 1612028

ET “Slavka Todorova”

s. Trud

obsht. Maritsa

25

BG 1612051

ET “Radev-Radko Radev”

s. Kurtovo Konare

obl. Plovdiv

26

BG 1612066

“Lakti ko” OOD

s. Bogdanitza

27

BG 2112029

ET “Karamfil Kasakliev”

gr. Dospat

28

BG 0912004

“Rodopchanka” OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

29

0112003

ET “Vekir”

s. Godlevo

30

0112013

ET “Ivan Kondev”

gr. Razlog

Stopanski dvor

31

0212037

“Megakomers” OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

32

0512003

SD “LAF-Velizarov i sie”

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

33

0612035

OOD “Nivego”

s. Chiren

34

0612041

ET “Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova”

gr. Vratsa

ul. “Ilinden” 3

35

0612042

ET “Mlechen puls - 95 - Tsvetelina Tomova”

gr. Krivodol

ul. “Vasil Levski”

36

1012008

“Kentavar” OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

37

1212022

“Milkkomm” EOOD

gr. Lom

ul. “Al.Stamboliyski” 149

38

1212031

“ADL” OOD

s. Vladimirovo

obsht. Boychinovtsi

39

1512006

“Mandra” OOD

s. Obnova

obsht. Levski

40

1512008

ET “Petar Tonovski-Viola”

gr. Koynare

ul. “Hr.Botev” 14

41

1512010

ET “Militsa Lazarova-90”

gr. Slavyanovo,

ul.” Asen Zlatarev” 2

42

1612024

SD “Kostovi - EMK”

gr. Saedinenie

ul. “L.Karavelov” 5

43

1612043

ET “Dimitar Bikov”

s. Karnare

obsht. “Sopot”

44

1712046

ET “Stem-Tezdzhan Ali”

gr. Razgrad

ul. “Knyaz Boris”23

45

2012012

ET “Olimp-P.Gurtsov”

gr. Sliven

m-t “Matsulka”

46

2112003

“Milk- inzhenering” OOD

gr. Smolyan

ul. “Chervena skala” 21

47

2112027

“Keri” OOD

s. Borino,

obsht. Borino

48

2312023

“Mogila” OOD

gr. Godech,

ul. “Ruse” 4

49

2512018

“Biomak” EOOD

gr. Omurtag

ul. “Rodopi” 2

50

2712013

“Ekselans” OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

51

2812018

ET “Bulmilk-Nikolay Nikolov”

s. General Inzovo,

obl. Yambolska

52

2812010

ET “Mladost-2-Yanko Yanev”

gr. Yambol,

ul. “Yambolen” 13

53

BG 1012020

ET “Petar Mitov-Universal”

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

54

BG 1112016

Mandra “IPZHZ”

gr. Troyan

ul. “V.Levski” 281

55

BG 1712042

ET “Madar”

s. Terter

56

BG 2612042

“Bulmilk” OOD

s. Konush

obl. Haskovska

57

BG 0912011

ET “Alada-Mohamed Banashak”

s. Byal izvor

obsht. Ardino

58

1112026

“ABLAMILK” EOOD

gr. Lukovit

ul. “Yordan Yovkov” 13

59

1312005

“Ravnogor” OOD

s. Ravnogor

60

1712010

“Bulagrotreyd-chastna kompaniya” EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

61

1712013

ET “Deniz”

s. Ezerche

62

2012011

ET “Ivan Gardev 52”

gr. Kermen

ul. “Hadzhi Dimitar” 2

63

2012024

ET “Denyo Kalchev 53”

gr. Sliven

ul. “Samuilovsko shose” 17

64

2112015

OOD “Rozhen Milk”

s. Davidkovo,

obsht. Banite

65

2112026

ET “Vladimir Karamitev”

s. Varbina

obsht. Madan

66

2312007

ET “Agropromilk”

gr. Ihtiman

ul. “P.Slaveikov” 19

67

BG 1812008

“Vesi” OOD

s. Novo selo

68

BG 2512003

“Si Vi Es” OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

69

BG 2612034

ET “Eliksir-Petko Petev”

s. Gorski izvor

70

BG 1812003

“Sirma Prista” AD

gr. Ruse

bul. “3-ti mart” 51

71

BG 2512001

“Mladost -2002” OOD

gr. Targovishte

bul.”29-ti yanuari” 7

72

0812030

“FAMA” AD

gr. Dobrich

bul. “Dobrudzha” 2

73

0912003

“Koveg-mlechni produkti” OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

74

1412015

ET “Boycho Videnov - Elbokada 2000”

s. Stefanovo

obsht. Radomir

75

1712017

“Diva 02” OOD

gr. Isperih

ul. “An.Kanchev”

76

1712037

ET “Ali Isliamov”

s. Yasenovets

77

1712043

“Maxima milk” OOD

s. Samuil

78

1812005

“DAV - Viktor Simonov” EOOD

gr. Vetovo

ul. “Han Kubrat” 52

79

2012010

“Saray” OOD

s. Mokren

80

2012032

“Kiveks” OOD

s.Kovachite

81

2012036

“Minchevi” OOD

s. Korten

82

2212009

“Serdika -94” OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

83

2312028

ET “Sisi Lyubomir Semkov”

s. Anton

84

2312033

“Balkan spetsial” OOD

s. Gorna Malina

85

2312039

EOOD “Laktoni”

s. Ravno pole,

obl. Sofiyska

86

2412040

“Inikom” OOD

gr. Galabovo

ul. “G.S.Rakovski” 11

87

2512011

ET “Sevi 2000- Sevie Ibryamova”

s. Krepcha

obsht. Opaka

88

2612015

ET “Detelina 39”

s. Brod

89

2812002

“Arachievi” OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska’

90

BG 1612021

ET “Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov”

s. Briagovo

obsht. Gulyantsi

91

BG 2012019

“Hemus-Milk komers” OOD

gr. Sliven

Promishlena zona Zapad

92

2012008

“Raftis” EOOD

s. Byala

93

2112023

ET “Iliyan Isakov”

s. Trigrad

obsht. Devin

94

2312020

“MAH 2003” EOOD

gr. Etropole

bul. “Al. Stamboliyski” 21

95

2712005

“Nadezhda” OOD

s. Kliment