ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.343.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 343

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
23 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1375/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1376/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mongeta del Ganxet (DPO)]

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1377/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salva Cremasco (DPO)]

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rheinisches Apfelkraut (IĠP)]

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1380/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u li huma produttivi ( 1 )

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1381/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva kloropikrin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1382/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

28

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1383/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012

30

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1384/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (ATHENA)

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/872/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2011 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/430/PESK

54

 

 

2011/873/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet u l-allokazzjoni tal-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9196)

57

 

 

2011/874/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9232)  ( 1 )

65

 

 

2011/875/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2011 li teżenta ċerti servizzi finanzjarji fis-settur postali fl-Ungerija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9197)  ( 1 )

77

 

 

2011/876/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2011 li teżenta lil ċerti partijiet, fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti, mill-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, tneħħi s-sospensjoni u tirrevoka l-eżenzjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9473)

86

 

 

2011/877/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9523)

91

 

 

2011/878/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 li tikkonferma l-kalkolu provviżorju tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

97

 

 

2011/879/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness II u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9518)  ( 1 )

105

 

 

2011/880/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/402/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola importati mill-Eġittu (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9524)  ( 1 )

117

 

 

2011/881/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament li tappoġġa studji ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9597)

119

 

 

2011/882/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ bażi ġdida taċ-chewing gum bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9680)

121

 

 

2011/883/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2011 li tistabilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9701)

123

 

 

2011/884/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar il-miżuri ta’ emerġenza rigward ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat fi prodotti tar-ross li joriġinaw miċ-Ċina u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/289/KE ( 1 )

140

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/312/Euratom tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi d-dokument standard għas-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom ( ĠU L 107, 17.4.2008 )

149

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/1


DIRETTIVA 2011/98/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Għall-istabbiliment gradwali ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi għal miżuri li għandhom jiġu adottati fl-oqsma tal-ażil, l-immigrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(2)

Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f’Tampere fl-15 u 16 ta’ Ottubru 1999, irrikonoxxa l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tirregola l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. F’dan il-kuntest, iddikjara b’mod partikolari li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri u li politika ta’ integrazzjoni aktar qawwija għandu jkollha l-għan li tagħtihom drittijiet u obbligi kumparabbli ma’ dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew għaldaqstant talab lill-Kunsill biex jadotta l-istrumenti legali bbażati fuq il-proposti tal-Kummissjoni. Il-bżonn li jintlaħqu l-finijiet definiti f’Tampere kien affermat mill-ġdid mill-Programm ta’ Stokkolma, li ġie adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009.

(3)

Dispożizzjonijiet għal proċedura ta’ applikazzjoni unika li twassal għall-ħruġ ta’ titolu ikkombinat li jgħaqqad il-permessi ta’ residenza u ta’ xogħol f’dokument amministrattiv wieħed jikkontribwixxu biex jiġu ssemplifikati u armonizzati r-regoli applikabbli bħalissa fl-Istati Membri. Din is-simplifikazzjoni proċedurali diġà ġiet introdotta minn diversi Stati Membri u wasslet għal proċedura aktar effiċjenti kemm għall-migranti u kemm għal min iħaddimhom, u ppermettiet kontrolli eħfef tal-legalità tar-residenza u l-impjieg tagħhom.

(4)

Sabiex jippermettu d-dħul inizjali fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu permess uniku jew, jekk joħorġu permessi uniċi biss wara d-dħul, joħorġu viża. L-Istati Membri għandhom joħorġu tali permessi uniċi jew visi f’ħin f’waqtu.

(5)

Għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura għall-eżami tal-applikazzjoni għal permess uniku. Dik il-proċedura għandha tkun effettiva u maneġġabbli, filwaqt li għandu jitqies il-piż normali tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istat Membru, kif ukoll trasparenti u ġusti, biex tiġi offruta ċertezza legali xierqa lil dawk ikkonċernati.

(6)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-ammissjoni, inklużi l-volumi ta’ ammissjoni, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal fini ta’ xogħol.

(7)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu stazzjonati f’pajjiż ieħor m’għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva. Dan m’għandux jimpedixxi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru u li jiġu stazzjonati fi Stat Membru ieħor milli jibqgħu jgawdu minn trattament ugwali bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-oriġini matul il-perijodu li fih ikunu stazzjonati, fir-rigward tat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li mhumiex affettwati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiemafil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi (4).

(8)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu akkwistaw status ta’ residenza għat-tul skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (5) m’għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva minħabba l-istatus aktar privileġġjat tagħhom u t-tip speċifiku ta’ permess ta’ residenza tagħhom “resident għat-tul-UE”.

(9)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ddaħħlu fit-territorju ta’ Stat Membru biex jaħdmu fuq bażi staġjonali m’għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva minħabba l-istatus temporanju tagħhom.

(10)

L-obbligu fuq l-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni għandhiex issir minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn min iħaddmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament li jeħtieġ li t-tnejn li huma jkunu involuti fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk l-applikazzjoni għal permess uniku għandhiex issir fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni jew minn pajjiż terz. F’każijiet fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jitħalliex japplika minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tista’ ssir minn min ser iħaddmu fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

(11)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni unika u dwar il-permess uniku ma jikkonċernawx viżi uniformi jew għall-perijodu twil.

(12)

In-nomina tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabilitajiet ta’ awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha.

(13)

L-iskadenza għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni m’għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali jew iż-żmien meħtieġ għall-ħruġ ta’ viża. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali dwar ir-rikonoxximent ta’ diplomi.

(14)

Il-permess uniku għandu jkun imfassal skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002, tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (6), biex dan jippermetti l-Istati Membri jdaħħlu aktar informazzjoni, partikolarment jekk il-persuna jkollhiex il-permess li taħdem. Stat Membru għandhu jindika, inter alia għall-fini ta’ kontroll aħjar tal-migrazzjoni, mhux biss fuq il-permess uniku iżda wkoll fuq kull permessi ta’ residenza maħruġa, l-informazzjoni relatata mal-permess tax-xogħol, irrispettivament mit-tip tal-permess jew mit-titolu ta’ residenza li, fuq il-bażi tagħhom, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ġie ammess fit-territorju u jkun ingħata aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru.

(15)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar permessi ta’ residenza għal finijiet oħrajn għajr xogħol għandhom japplikaw biss għall-format ta’ tali permessi u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali dwar il-proċeduri ta’ ammissjoni u dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta’ tali permessi.

(16)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-permess uniku u dwar il-permess ta’ residenza maħruġ għal finijiet oħra apparti xogħol m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli joħorġu dokument tal-karta addizzjonali biex tkun tista’ tingħata informazzjoni aktar preċiża dwar ir-relazzjoni ta’ impjieg li ma jkunx hemm spazju biżżejjed għaliha fil-format tal-permess ta’ residenza. Tali dokument jistgħu jservu bħala prevenzjoni għall-isfruttament ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u biex jaħdmu kontra l-impjiegi illegali iżda għandhom ikunu fakultattivi għall-Istati Membri u m’għandhomx iservu ta’ sostitut għal permess ta’ xogħol u b’hekk jikkompromettu l-kunċett ta’ permess uniku. Il-possibiltajiet tekniċi offruti mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u l-punt (a) 16 tal-Anness I għalih jistgħu jintużaw ukoll għall-ħżin ta’ tali informazzjoni f’format elettroniku.

(17)

Il-kondizzjonijiet u l-kriterji li fuqhom tista’ applikazzjoni għall-ħruġ, l-emendar jew it-tiġdid ta’ permess uniku tiġi miċħuda, jew li abbażi tagħhom il-permess uniku jista’ jiġi rtirat, għandhom ikunu oġġettivi u għandhom ikunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali inkluż l-obbligu li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-preferenza tal-Unjoni kif inhu espress partikolarment fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta’ Adeżjoni tal-2003 u l-2005. Deċiżjonijiet ta’ ċħid u ta’ rtirar għandhom ikunu immotivati kif xieraq.

(18)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom dokument tal-ivjaġġar validu u permess uniku maħruġ minn Stat Membru li japplika bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen, għandhom ikunu jistgħu jidħlu fi u jiċċaqalqu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen, għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ sitt xhur skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (7) u l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntierikomuni tagħhom (Konvenzjoni ta’ Schengen) (8).

(19)

Fin-nuqqas ta’ leġislazzjoni orizzontali tal-Unjoni, id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jvarjaw, skont l-Istat Membru li jaħdmu fih u skont in-nazzjonalità tagħhom. Bil-għan li tiġi żviluppata aktar politika tal-immigrazzjoni koerenti u titnaqqas id-differenzi fid-dritt bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaħdmu legalment fi Stat Membru u biex jiġi kkumplementat l-acquis eżistenti dwar l-immigrazzjoni, għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ drittijiet sabiex, b’mod partikolari, jiġi speċifikat f’ liema oqsma jingħata trattament ugwali bejn iċ-ċittadini propji ta’ Stat Membru u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għadhom mhumiex residenti għat-tul. Tali dispożizzjonijiet huma maħsubin biex jistabbilixxu kondizzjonijiet ugwali minimi fl-Unjoni, biex jiġi rikonoxxut li dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-Unjoni permezz tax-xogħol tagħhom u l-ħlasijiet tat-taxxa u biex iservu bħala salvagwardja biex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta bejn iċ-ċittadini propji ta’ Stati Membri u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li tirriżulta mill-isfruttar possibbli ta’ dawn tal-aħħar. “Ħaddiem ta’ pajjiż terz” għandu jkun definit f’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-kunċett tar-relazzjoni ta’ impjieg f’dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni, bħala ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru, li jkun legalment jirrisjedi u li jkollu permess, fil-kuntest ta’ relazzjoni bi ħlas. li jaħdem hemmhekk skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali.

(20)

Iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu legalment fl-Istati Membri għandhom igawdu mill-inqas ġabra komuni ta’ drittijiet imsejsa fuq it-trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti rispettiv tagħhom, irrispettivament mill-għan inizjali tal-ammissjoni jew il-bażi għaliha. Id-dritt għat-trattament ugwali fl-oqsma speċifikati minn din id-Direttiva għandu jingħata mhux biss lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew ammessi fi Stat Membru biex jaħdmu iżda wkoll lil dawk kollha li ġew ammessi għal finijiet oħra u ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru skont dispożizzjonijiet oħra ta’ liġi tal-Unjoni jew nazzjonali inklużi l-membri tal-familja ta’ ħaddiem ta’ pajjiż terz li huma ammessi fl-Istat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (9); iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (10); u r-riċerkaturi ammessi skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (11).

(21)

Id-dritt għat-trattament ugwali f’oqsma speċifikati għandhu jkun strettament marbut mar-residenza legali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-aċċess mogħti għas-suq tax-xogħol fi Stat Membru, li huma inklużi f’permess uniku li jinkludi l-awtorizzazzjoni għar-residenza u għax-xogħol u f’permessi ta’ residenza maħruġa għal skopijiet oħra li jkunu jinkludu informazzjoni dwar il-permess tax-xogħol.

(22)

Il-kondizzjonijiet tax-xogħol kif imsemmija f’din id-Direttiva għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-lif, filwaqt li jitiqes kwalunkwe ftehim kollettiv fis-seħħ.

(23)

Stat Membru għandu jagħraf il-kwalifiki professjonali akkwistati minn ċittadini ta’ pajjiżi terz fi Stat Membru ieħor bl-istess mod bħal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni u għandhom iqisu l-kwalifiki akkwistati f’pajjiż terz skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (12). Id-dritt għal trattament ugwali mogħti lil ħaddiema ta’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u kwalifikazzjonijiet professjonali oħra skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri biex idaħħlu dawn il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi fis-suq tax-xogħol tagħhom.

(24)

Ħaddiema ta’ pajjiżi terzi għandhom igawdu trattament ugwali f’dak li jirrigwarda s-sigurtà soċjali. Il-fergħat tas-sigurtà soċjali huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (13). Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali rigward is-sigurtà soċjali f’din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-ħaddiema li jiġu ammessi fi Stat Membru direttament minn pajjiż terz. Madankollu, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti lil ħaddiema ta’ pajjiżi terzi aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-liġi eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Barra minn hekk, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti drittijiet fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li huma barra mill-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ membri tal-familja li jirrisjedu f’pajjiż terz. Din id-Direttiva tagħti drittijiet biss b’rabta ma’ membri tal-familja li jingħaqdu ma’ ħaddiem tal-pajjiż terz biex jirrisjedu fi Stat Membru abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja jew membri tal-familja li jkunu diġà residenti legalment f’dak l-Istat Membru.

(25)

L-Istati Membri għandhom mill-inqas jiżguraw trattament ugwali lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom impjieg jew li, wara perijodu minimu ta’ impjieg, ikunu rreġistrati bħala qiegħda. Kwalunkwe restrizzjoni għat-trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (14).

(26)

Il-liġi tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet li f’konformità magħhom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta’ tali benefiċċji u l-perijodu li jingħataw għalih, għandu jiddependi minn kull Stat Membru. Madankollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

(27)

It-trattament ugwali ta’ ħaddiema ta’ pajjiżi terzi ma għandux jappplika għal miżuri fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali li huma ffinanzjati minn skemi ta’ għajnuna soċjali.

(28)

Din id-Direttiva għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar favorevoli li jinsabu fil-liġi tal-Unjoni u fl-istrumenti internazzjonali applikabbli.

(29)

L-Istati Membri għandhom jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f’minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabbiltajiet, età jew orjentazzjoni sesswali partikolarment f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (15) u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (16).

(30)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ applikazzjoni unika għall-ħruġ ta’ permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u ġabra komuni tad-drittijiet għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(31)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropeaf’konformità mal-Artikolu 6(1) tat-TUE.

(32)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu sabiex jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(33)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-TUE u t-TFUE u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll dawk l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għaliha.

(34)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a)

proċedura ta’ applikazzjoni unika għall-ħruġ ta’ permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jirrisjedu għal finijiet ta’ xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru, sabiex ikunu semplifikati l-proċeduri tal-ammissjoni tagħhom u jiġi ffaċilitat il-kontroll tal-istatus tagħhom; u

(b)

ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, irrispettivament mill-għanijiet li għalihom kienu ammessi fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, abbażi ta’ trattament ugwali għal dak taċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri rigward l-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz għas-swieq tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tat-TFUE;

(b)

“ħaddiem ta’ pajjiż terz” tfisser ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru, u li jkun jirrisjedi legalment u jkun jista’ jaħdem fil-kuntest ta’ relazzjoni bi ħlas, f’dak l-istat Membru skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali;

(c)

“permess uniku” tfisser permess ta’ residenza maħruġ mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru li jippermetti ċittadin ta’ pajjiż terz li jireresjedi legalment fit-territorju tiegħu għal fini ta’ xogħol;

(d)

“proċedura ta’ applikazzjoni unika” tfisser kwalunkwe proċedura li twassal, abbażi ta’ applikazzjoni unika magħmula minn ċittadin ta’ pajjiż terz, jew minn min iħaddmu/iħaddimha, għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza u ta’ xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru, għal deċiżjoni li tiggverna dik l-applikazzjoni għall-permess uniku.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw biex jirrisjedu fi Stat Membru għall-fini ta’ xogħol,

(b)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew ammessi fi Stat Membru għal finijiet oħra apparti xogħol skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, li jkunu jistgħu jaħdmu u li jħaddnu permess ta’ residenza f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1030/2002; u

(c)

ċittadini ta’ pajjiż terz li ġew ammessi fi Stat Membru għall-fini ta’ xogħol f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi:

(a)

li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li jkunu eżerċitaw, jew ikunu qed jeżerċitaw, id-dritt tagħhom tal-libertà tal-moviment fl-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (17);

(b)

li, flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, igawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim jew bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jew bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(c)

li huma ssekondati sakemm jibqgħu ssekondati;

(d)

li applikaw għal ammissjoni jew li ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru biex jaħdmu bħala ħaddiema bi trasferiment intrakorporattiv;

(e)

li applikaw għall-ammissjoni jew ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru bħala ħaddiema staġonali jew au pairs;

(f)

li jkunu awtorizzati jirrisjedu fi Stat Membru abbażi ta’ protezzjoni temporanja, jew li jkunu applikaw għall-awtorizzazzjoni biex jirrisjedu hemm fuq dik il-bażi u li jkunu qed jistennew deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom;

(g)

li jkunu benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li inkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (18), jew li jkunu applikaw għal protezzjoni internazzjonali taħt dik id-Direttiva u li l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx is-suġġett ta’ deċiżjonifinali;

(h)

li jkunu benefiċjarji ta’ protezzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika ta’ Stat Membru jew li applikaw għal protezzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali, obbligi internazzjonali jew il-prattika ta’ Stat Membru u li l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx is-suġġett ta’ deċiżjoni finali;

(i)

li jkunu residenti għat-tul f’konformità mad-Direttiva 2003/109/KE;

(j)

li t-tneħħija tagħhom tkun ġiet sospiża fuq il-bażi ta’ fatt jew ta’ dritt;

(k)

li jkunu applikaw għal ammissjoni jew li jkunu ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru bħala ħaddiema li jaħdmu għal rashom;

(l)

li jkunu applikaw għal ammissjoni jew ġew ammessi bħala baħħara biex jiġu impjegati jew jaħdmu fi kwalunkwe kapaċità fuq bastiment reġistrat fi Stat Membru jew li jbaħħar taħt il-bandiera ta’ Stat Membru.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Kapitolu II ma japplikax għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jew ikunu ġew awtorizzati jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru għal perijodu li ma jeċċedix is-sitt xhur jew li jkunu ġew ammessi fi Stat Membru għall-fini ta’ studju.

4.   Il-Kapitolu II m’għandux japplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jistgħu jaħdmu abbażi ta’ viża.

KAPITOLU II

PROĊEDURA TA’ APPLIKAZZJONI UNIKA U PERMESS UNIKU

Artikolu 4

Proċedura ta’ applikazzjoni unika

1.   Applikazzjoni biex jinħareġ, jiġi emendat jew jiġġedded permess uniku għandha tiġi ppreżentata permezz ta’ proċedura ta’ applikazzjoni unika. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk l-applikazzjonijiet għal permess uniku għandhomx isiru miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn min iħaddem iċ-ċittadin ta’pajjiż terz. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li jippermettu l-applikazzjoni minn kwalunkwe minn dawn it-tnejn. Jekk l-applikazzjoni jkollha tiġi ppreżentata miċ-ċittadin tal-pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-applikazzjoni tiġi introdotta minn pajjiż terz, jew jekk previst mil-liġi nazzjonali, fit-territorju tal-Istat Membru li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun legalment preżenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjoni magħmula taħt il-paragrafu 1 u għandhom jadottaw deċiżjoni li jinħareġ, jiġi emendat jew jiġġedded il-permess uniku jekk l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati mil-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni li jinħareġ, jiġi emendat jew jiġġedded il-permess uniku għandha tikkostitwixxi att amministrattiv uniku li jgħaqqad permess ta’ residenza u permess ta’ xogħol.

3.   Il-proċedura ta’ applikazzjoni unika għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-viża li tista’ tkun meħtieġa għad-dħul inizjali.

4.   L-Istati Membri għandhom joħorġu permess uniku, f’każ li jiġu milħuqa l-kondizzjonijiet previsti, lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li japplikaw għal ammissjoni u lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz diġà ammessi li japplikaw biex iġeddu jew jimmodifikaw il-permess ta’ residenza tagħhom wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet implimentattivi nazzjonali.

Artikolu 5

Awtorità kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti biex tirċievi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess uniku.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mal-komplessità tal-eżami tal-applikazzjoni, il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jkun estiż.

Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien previst f’dan il-paragrafu, kwalunkwe konsegwenza legali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika mniżżla fil-liġi nazzjonali rilevanti.

4.   Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni ma jkunux kompluti skont il-kriterji speċifikati fil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-informazzjoni addizzjonali jew dokumenti meħtieġa, tistabbilixxi skadenza raġonevoli biex dawn jiġu provduti. Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtorità kompetenti jew awtoritajiet oħra relevanti jkunu irċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk l-informazzjoni addizzjonali jew id-dokumenti ma tkunx ġiet ipprovduta sal-iskadenza mogħtija, l-awtorità kompetenti tista’ tiċħad l-applikazzjoni.

Artikolu 6

Permess uniku

1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu l-permess uniku billi jużaw il-format uniformi kif jinsab fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u għandhom jindikaw l-informazzjoni relatata mal-permess tax-xogħol f’konformità mal-punt (a)7.5-9 tal-Anness għalih.

L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-informazzjoni addizzjonali relatata mar-relazzjoni ta’ impjieg taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz (bħall-isem u l-indirizz ta’ min iħaddem, il-post tax-xogħol, it-tip ta’ xogħol, is-sigħat ta’ xogħol, ir-rimunerazzjoni) f’format ta’ karta, jew jaħżnu tali data f’format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u fil-punt (a)16 tal-Anness għalih.

2.   Meta joħorġu l-permess uniku, l-Istati Membri m’għandhomx joħorġu permessi addizzjonali bħala prova ta’ awtorizzazzjoni tal-aċċess għas-suq tax-xogħol.

Artikolu 7

Permessi ta’ residenza maħruġa għal skopijiet oħra li mhumiex ta’ xogħol

1.   Meta joħorġu l-permessi ta’ residenza f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 l-Istati Membri għandhom jindikaw l-informazzjoni relatata mal-permess tax-xogħol irrispettivament mit-tip tal-permess.

L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-informazzjoni addizzjonali relatata mar-relazzjoni ta’ impjieg taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz (bħall-isem u l-indirizz ta’ min iħaddem, il-post tax-xogħol, it-tip ta’ xogħol, is-sigħat ta’ xogħol, ir-rimunerazzjoni) f’format ta’ karta, jew jaħżnu tali data f’format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u l-punt (a)16 tal-Anness I għalih.

2.   Meta joħorġu permessi ta’ residenza f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1030/2002, l-Istati Membri m’ għandhomx joħorġu permessi addizzjonali bħala prova ta’ awtorizzazzjoni tal-aċċess għas-suq tax-xogħol.

Artikolu 8

Garanziji Proċedurali

1.   Għandhom jingħataw raġunjiiet fin-notifika bil-miktub ta’ deċiżjoni ta’ ċħid ta’ applikazzjoni għall-ħruġ, l-emendar jew it-tiġdid ta’ permess uniku, jew ta’deċiżjoni ta’ rtirar ta’ permess uniku fuq il-bażi ta’ kriterji previsti fil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.

2.   Deċiżjoni ta’ cħid tal-applikazzjoni għall-ħruġ, l-emendar jew it-tiġdid, jew ta’ rtirar, ta’ permess uniku għandha tkun miftuħa għal kontestazzjoni legali fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-liġi nazzjonali. In-notifika bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-qorti jew l-awtorità amministrattiva fejn il-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta appell u l-limitu ta’ żmien għalih.

3.   Applikazzjoni tista’ titqies bħala inammissibbli għal raġunijiet ta’ volum ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ġejjin għal impjieg u, fuq dik il-bażi, ma jkunx hemm għalfejn tiġi pproċessata.

Artikolu 9

Aċċess għall-informazzjoni

Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u lil dak li ser iħaddmu fil-futur dwar id-dokumenti meħtieġa biex jikkompletaw l-applikazzjoni.

Artikolu 10

Tariffi

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti biex iħallsu tariffi, fejn xieraq, għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet f’konformità ma’ din id-Direttiva. Il-livell ta’ tali tariffi għandu jkun proporzjonat u jista’ jkun ibbażat fuq is-servizzi li tabilħaqq ġew ipprovduti għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-permessi.

Artikolu 11

Drittijiet abbażi tal-permess uniku

F’każ li permess uniku jkun inħareġ f’konformità mal-liġi nazzjonali, dan għandu jawtorizza, matul il-perijodu ta’ validità tiegħu, lid-detentur tiegħu bħala minimuli:

(a)

jidħol u jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-permess uniku, kemm-il darba lid-detentur jissodisfa r-rekwiżiti ta’ ammissjoni kollha f’konformità mal-liġi nazzjonali;

(b)

ikollu aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru li joħroġ il-permess uniku, fil-limiti previsti fil-liġi nazzjonali;

(c)

jeżerċita l-attività speċifika ta’ impjieg awtorizzata skont il-permess uniku f’konformità mal-liġi nazzjonali;

(d)

ikun infurmat dwar id-drittijiet tad-detentur marbuta mal-permess, konferiti b’din id-Direttiva u/jew bil-liġi nazzjonali.

KAPITOLU III

DRITT GĦAL TRATTAMENT UGWALI

Artikolu 12

Dritt għal trattament ugwali

1.   Il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi, kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) għandhom igawdu minn trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istat Membru fejn jirrisjedu fir-rigward ta’:

(a)

kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(b)

libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn tali organizzazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(c)

edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(d)

rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra f’konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti;

(e)

fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004;

(f)

il-benefiċċji tat-taxxa, dment li l-ħaddiem ikun meqjus bħala residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Istat Membru kkonċernat;

(g)

aċċess għal merkanzija u servizzi u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi disponibbli għall-pubbliku inklużi l-proċeduri għall-kisba ta’ akkommodazzjoni kif previst mil-liġi nazzjonali, mingħajr preġudizzju għal-libertà ta’ kuntratt f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;

(h)

is-servizzi ta’ parir offruti minn uffiċċji tal-impjieg.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali:

(a)

taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1 billi:

(i)

jillimitaw l-applikazzjoni għal dawk il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg jew li jkunu ġew impjegati u li jkunu rreġistrati bħala qiegħda,

(ii)

jeskludu lil dawk il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi fit-territorju tagħhom f’konformità mad-Direttiva 2004/114/KE,

(iii)

jeskludu l-għotjiet u s-self marbutin mal-istudju u l-manteniment jew għotjiet u self oħra,

(iv)

jkunu stipulati prerekwiżiti speċifiċi inkluż l-għarfien sod fil-lingwa u l-ħlas ta’ miżati għat-tagħlim, f’konformità mal-liġi nazzjonali, rigward l-aċċess għall-università u għall-edukazzjoni postsekondarja u għat-taħriġ vokazzjonali, li mhuwiex marbut direttament mal-attività ta’ impjieg speċifiku;

(b)

billi jillimitaw id-drittijiet konferriti fuq ħaddiema ta’ pajjiżi terzi taħt il-punt (e) tal-paragrafu 1, iżda ma jillimitawx tali drittijiet mogħtija lil ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg jew li jkunu f’impjeg għal mhux anqas minn sitt xhur u li jkunu reġistrati bħala qiegħda.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punt (e) tal-paragrafu 1 rigward il-benefiċċji għall-familja ma għandux japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru għal perijodu ta’ żmien li ma jeċċedix is-sitt xhur, għal ċittadini ta’ pajjizi terzi li ġew ammessi għall-fini ta’ studju, jew għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom il-permess jaħdmu abbażi ta’ viża.

(c)

skont il-punt (f) tal-paragrafu 1 fir-rigward tal-benefiċċji tat-taxxa billi tiġi limitata l-applikazzjoni għal każijiet fejn il-post ta’ residenza rreġistrat jew tas-soltu tal-membri tal-familja tal-ħaddiem ta’ pajjiżi terzi, li għalihom hu/hi titlob benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

(d)

skont il-punt (g) tal-paragrafu 1 billi:

(i)

tillimta l-applikazzjoni lil dawk il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkunu f’impjieg,

(ii)

tirristrinġi l-aċċess għall-akkomodazzjoni;

3.   Id-dritt għal trattament ugwali kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew jirrifjuta li jġedded il-permess ta’ residenza maħruġ skont din id-Direttiva, il-permess tar-residenza maħruġ għal finijiet oħra għajr xogħol, jew kwalunkwe awtorizzazzjoni għal xogħol fi Stat Membru.

4.   Il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jmorru joqogħdu f’pajjiż terz, jew is-superstiti tagħhom li jkunu jirresjedu f’pajjiż terz u li jkollhom drittijiet derivanti minn dawk il-ħaddiema, għandhom jirċievu, fir-rigward ta’ xjuħija, invalidità u mewt, il-pensjonijiet statutorji bbażati fuq l-impjieg preċedenti ta’ dawk il-ħaddiema u miksuba f’konformità mal-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, bl-istess kondizzjonijiet u b’dawk l-istess rati bħal taċ-ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati meta jmorru joqogħdu f’pajjiż terz.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta’:

(a)

Il-liġi tal-Unjoni, inkluż ftehim bilaterali u multilaterali bejn l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u pajjiż terz wieħed jew aktar, min-naħa l-oħra; u

(b)

il-ftehim bilaterali jew multilaterali bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-persuni li tapplika għalihom.

Artikolu 14

Informazzjoni għall-pubbliku ġenerali

Kull Stat Membru għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali ġabra ta’ informazzjoni aġġornata b’mod regolari li jikkonċernawil-kondizzjonijiet tal-ammissjoni u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tiegħu biex jaħdmu fih.

Artikolu 15

Rappurtar

1.   Perjodikament, u għall-ewwel darba sal-25 ta’ Diċembru 2016, il-Kummisjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi emendi li tqis meħtieġa.

2.   Kull sena, u għall-ewwel darba sal-25 ta’ Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-istatistika dwar il-volumi ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li ngħataw il-permess uniku matul is-sena kalendarja preċedenti, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (19).

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva sal-25 ta’ Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. SZPUNAR


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 114.

(2)  ĠU C 257, 9.10.2008, p. 20.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-24 ta’ Novembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(5)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

(6)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 105 13.4.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(9)  ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12.

(10)  ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.

(11)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.

(12)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22

(13)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(14)  ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1.

(15)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(16)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(17)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(18)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

(19)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1375/2011

tat-22 ta’ Diċembru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill ipprovda lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011.

(3)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011 li hu ddeċieda li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. Fil-każ ta’ ċerti persuni u gruppi ġiet magħmula disponibbli dikjarazzjoni emendata tar-raġunijiet.

(4)

Il-Kunsill għamel reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel dan, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (4), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001 p. 70.

(2)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 2

(3)  ĠU C 212, 19.7.2011, p. 20.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2001 p. 93.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-01.02.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al- Hijra")

3.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

4.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

5.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis- 16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin tal-Għarabja Sawdija

6.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.03.1955 l-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

7.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit- 18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

8.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

9.

ASLI, Rabah imwieled fit- 13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

10.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair; magħruf ukoll bħala Sobiar; magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) (Membru tal-"Hofstadgroep")

11.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

12.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.06.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

13.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl- 10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

14.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

15.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

16.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis- 26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

17.

NOUARA, Farid imwieled fil- 25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

18.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

19.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit- 23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

20.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl- 14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

21.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.04.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’"al-Takfir" u "al-Hijra")

22.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, Iran.

23.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

24.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 l-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

25.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

26.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis- 6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) NE8146378 (Membru tal-"Hofstadgroep")

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa"

3.

"Al-Aqsa e.V."

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra"

5.

"Babbar Khalsa"

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi""IBDA-Ć" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

10.

"Hizbul Mujahideen" - "HM"

11.

"Hofstadgroep"

12.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

13.

Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" ("ISYF")

14.

Il-"Forza Khalisan Zindabad" ("KZF")

15.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" ("PKK"), (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

16.

"Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" - "LTTE"

17.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

18.

Il-"Jihad Islamika Palestinjana" - "PIJ"

19.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" - "PFLP"

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

21.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" - "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

22.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

23.

"Sendero Luminoso" - "SL" It-("Triq li Tiddi")

24.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

25.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" - "TAK" magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħrufa wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks"


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1376/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mongeta del Ganxet (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Mongeta del Ganxet” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 124, 27.4.2011, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

SPANJA

Mongeta del Ganxet (DPO)


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1377/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salva Cremasco (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Salva Cremasco” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 124, 27.4.2011, p. 20.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobon

L-ITALJA

Salva Cremasco (DPO)


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1378/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rheinisches Apfelkraut (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Rheinisches Apfelkraut” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 129, 30.4.2011, p. 23.


ANNESS

1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

IL-ĠERMANJA

Rheinisches Apfelkraut (IĠP)


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1379/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 134, 161 (3), 170 u 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (2), (UE) Nru 1178/2010 (3) u (UE) Nru 90/2011 (4) jistabbilixxu regoli għas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni b’rabta mar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur rispettivament. Dawk ir-Regolamenti jirreferu għall-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni sabiex jindikaw il-prodotti li huma soġġetti, jew li mhumiex soġġetti, għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja għall-esportazzjoni meta tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5) kien emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (6).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 tas-17 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (7) kien emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1334/2011 (8).

(4)

Bħala konsegwenza, il-kodiċijiet tan-NM u l-kodiċijiet tal-prodotti użati fir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 jeħtieġ li jiġu adattati għal dawk użati fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1006/2011 u fir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1334/2011.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 wkoll juża l-kodiċijiet tan-NM fil-qafas tal-liċenżji tal-importazzjoni. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li dawk il-kodiċijiet jiġu emendati wkoll.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 għandhom jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(2), “il-kodiċi[jiet] NM bin-numri minn 0102 90 05 sa 0102 90 49” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri minn 0102 29 10 sa 0102 29 49, ex 0102 39 10 b’piż li ma jaqbiżx 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li ma jaqbiżx 300 kg”;

(2)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a) tal-paragrafu 1, “il-kodiċi NM bin-numru 0102 10” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 21, 0102 31 00 u 0102 90 20”; u “il-kodiċi NM bin-numru 0102 90 u dawk li qabel kienu jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM bin-numru 1602” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 29, 0102 39 10, 0102 90 91 u ex 1602”;

(b)

Fil-punt (a) tal-paragrafu 2, “il-kodiċi NM bin-numru 0102 10” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 21, 0102 31 00 u 0102 90 20”;

(c)

Fil-paragrafu 3, “il-kodiċi NM bin-numru 0102 10” għandha tiġi sostitwita bil-frażi”il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0102 21, 0102 31 00 u 0102 90 20”;

(3)

L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(4)

Fl-Anness V, l-ewwel grupp tal-kategoriji tal-prodotti għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kategorija tal-prodott

Il-kodiċi tan-NM

110

0102 29 10 , ex 0102 39 10 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg u ex 0102 90 91 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg

120

0102 29 21 u 0102 29 29 , ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg.

130

0102 29 41 u 0102 29 49 , ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg

140

0102 29 51 sa 0102 29 99 , ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 300 kg”;

(5)

Fl-Anness VI, l-ewwel grupp tal-kategoriji tal-prodotti għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Kategorija

Il-kodiċi tal-prodott

011

0102 21 10 9140 , 0102 21 30 9140 , 0102 31 00 9100 , 0102 90 20 9100 , 0102 31 00 9200 u 0102 90 20 9200

021

0102 21 10 9150 , 0102 21 30 9150 , 0102 21 90 9120 , 0102 31 00 9150 , 0102 31 00 9250 , 0102 31 00 9300 , 0102 90 20 9150 , 0102 90 20 9250 u 0102 90 20 9300

031

0102 29 91 9000 , 0102 39 10 9350 u 0102 90 91 9350

041

0102 29 41 9100 , 0102 29 51 9000 , 0102 29 59 9000 , 0102 29 61 9000 , 0102 29 69 9000 , 0102 29 99 9000 , 0102 39 10 9100 , 0102 39 10 9150 , 0102 39 10 9200 , 0102 39 10 9250 , 0102 39 10 9400 , 0102 90 91 9100 , 0102 90 91 9150 , 0102 90 91 9200 , 0102 90 91 9250 , 0102 90 91 9300 u 0102 90 91 9400 ”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, “il-kodiċi[jiet] NM 0407 00 11 u 0407 00 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0407 11 00, 0407 19 11 u 0407 19 19”;

(2)

Fl-Artikolu 8(1), “il-kodiċijiet NM 0407 00 11 u 0407 00 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0407 11 00, 0407 19 11 u 0407 19 19”;

(3)

L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 90/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, “il-kodiċi[jiet] NM 0105 11, 0105 12 u 0105 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0105 11, 0105 12 00, 0105 13 00, 0105 14 00 u 0105 15 00”;

(2)

Fl-Artikolu 8(1), “il-kodiċijiet NM 0105 11, 0105 12 u 0105 19” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-kodiċijiet tan-NM 0105 11, 0105 12 00, 0105 13 00, 0105 14 00 u 0105 15 00”;

(3)

L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(3)  ĠU L 328, 14.12.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(6)  ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

(8)  ĠU L 336, 20.12.2011, p. 35.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 jinbidel kif ġej:

“ANNESS I

Il-lista msemmija fl-Artikolu 5(1)

0102 29 10, ex 0102 39 10 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg u ex 0102 90 91 b’piż li ma jaqbiżx 80 kg

0102 29 21, 0102 29 29, ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg u 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg.

0102 29 41 sa 0102 29 49, ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg

0102 29 51 sa 0102 29 99, ex 0102 39 10 b’piż li jaqbeż 300 kg u ex 0102 90 91 b’piż li jaqbeż 300 kg

0201 10 00, 0201 20 20,

0201 20 30,

0201 20 50,

0201 20 90,

0201 30 00, 0206 10 95,

0202 10 00, 0202 20 10,

0202 20 30,

0202 20 50,

0202 20 90,

0202 30 10,

0202 30 50,

0202 30 90,

0206 29 91,

0210 20 10,

0210 20 90, 0210 99 51, 0210 99 90,

1602 50 10, 1602 90 61,

1602 50 31,

1602 50 95,

1602 90 69”


ANNESS II

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1178/2010 jinbidel kif ġej:

“ANNESS I

Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1)

Kategorija

Rata tal-garanzija

(EUR/100 kg piż nett)

040719119000

1

040711009000

040719199000

2

040721009000

040729109000

040790109000

3

3  (2)

2  (3)

040811809100

4

10

040819819100

040819899100

5

5

040891809100

6

15

040899809100

7

4


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), il-parti 8.

(2)  Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness V.

(3)  Destinazzjonijiet oħrajn.”


ANNESS III

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 90/2011 jinbidel kif ġej:

“ANNESS I

Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1)

Kategorija

Rata tal-garanzija

(EUR/100 kg piż nett)

010511119000

010511199000

010511919000

010511999000

1

010512009000

010514009000

2

020712109900

3

6  (2)

020712909990

6  (3)

020712909190

6  (4)

020725109000

020725909000

5

3

020714209900

020714609900

020714709190

020714709290

6(a) (4)

2

020714209900

020714609900

020714709190

020714709290

6(b) (5)

2

020727109990

7

3

020727609000

020727709000

8

3


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), il-parti 7.

(2)  Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness VII.

(3)  Destinazzjonijiet apparti dawk murija fl-Annessi VII u VIII.

(4)  Destinazzjonijiet murija fl-Anness VIII.

(5)  Destinazzjonijiet apparti dawk murija fl-Anness VIII.”


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1380/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u li huma produttivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2) jipprevedu l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u li huma produttivi ħlief għal għasafar li ma jtirux u għal importazzjonijiet ta’ bajd tat-tfaqqis u flieles li għandhom jum biss ħlief dawk l-għasafar li ma jtirux.

(2)

Il-Punt 2 tal-Parti II tal-Anness jistipula li, meta flieles li għandhom jum biss ma jkunux imkabbra fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tfaqqis, dawn għandhom jinġarru direttament għad-destinazzjoni finali u jinżammu hemm għal tal-inqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis. Dan ir-rekwiżit huwa rifless fil-Parti I tal-mudell rilevanti taċ-ċertifikat veterinarju għal flieles li għandhom jum biss stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE.

(3)

L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet ta’ għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u l-produzzjoni, it-tfaqqis tal-bajd u flieles tagħhom li għandhom jum biss. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi bħalissa ma jinkludux dispożizzjoni simili li tikkonċerna għasafar li ma jtirux bħal dik inkluża għat-tjur fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament.

(4)

L-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni li tikkonċerna t-tjur turi li huwa xieraq li tiġi estiża wkoll għal flieles ta’ għasafar li ma jtirux u li għandhom jum biss.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, fil-Parti II, il-punt 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

“3.

L-għasafar li ma jtirux li tfaqqsu minn bajd tat-tfaqqis impurtat għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-anqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis fil-post tat-tfaqqis jew tal-anqas għal tliet ġimgħat fl-istabbiliment(i) li ntbagħtu fih wara li faqqsu.

Meta l-flieles ta’ għasafar li ma jtirux u li għandhom jum biss ma jitkabbrux fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tfaqqis, huma għandhom jinġarru direttament lejn id-destinazzjoni finali (kif speċifikat fil-punti I.10 u I.11 taċ-ċertifikat tas-saħħa, Mudell 2 fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (*)) u jinżammu hemm għal tal-anqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1381/2011

tat-22 ta’ Diċembru 2011

dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva kloropikrin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). Il-kloropikrin huwa sustanza attiva li għaliha l-kompletezza ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu listi ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dawn il-listi kienu jinkludu l-kloropikrin.

(3)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) n-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) ġiet adottata għan-noninklużjoni tal-kloropikrin.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa ’l quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Italja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utilizzazzjonijiet indikati huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

L-Italja evalwat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Bagħtu dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-kloropikrin lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Frar 2011 (8). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fil-11 ta’ Ottubru 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-kloropikrin.

(7)

Matul l-evalwazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġew identifikati xi punti ta’ tħassib. Dawn kienu, b’mod partikolari, kif ġej. Hemm riskju mhux aċċettabbli għall-operaturi. Ma kienx possibbli li titwettaq evalwazzjoni affidabbli tal-esponiment għall-ilma ta’ taħt l-art billi kien hemm dejta nieqsa dwar il-metabolita dikloronitrometanu u impuritajiet tas-sustanza attiva kif immanifatturata. Id-dejta disponibbli kienet insuffiċjenti biex wieħed jikkonkludi dwar ir-riskji għall-abitanti sedimentarji, in-naħal, il-ħniex u l-pjanti mhux fil-mira. Ġie identifikat riskju qawwi għall-organiżmi akkwatiċi, l-għasafar u l-mammali. Ma kienx possibbli li titwettaq evalwazzjoni affidabbli tal-esponiment għall-ilma tal-wiċċ u s-sedimenti billi kien hemm dejta nieqsa għall-kloropikrin u l-metabolita dikloronitrometanu. L-ebda evalwazzjoni affidabbli tal-konċentrazzjonijiet tal-esponiment fl-arja tal-fosġenu ma setgħet titwettaq. Ġie identfikat potenzjal għoli ta’ transportazzjoni atmosferika fuq distanzi twal.

(8)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni. L-applikant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(9)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għal kollox it-tħassib imsemmi fil-premessa 7. Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flufenoxuron jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

Il-kloropikrin għalhekk ma għandux jiġi approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Biex l-Istati Membri jiġu pprovduti b’biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kloropikrin, għandu jkun hemm deroga mir-Regolament (KE) Nru 1490/2002.

(12)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kloropikrin, fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi mhux aktar tard minn sena wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

(13)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-kloropikrin skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(14)

F’ġieħ iċ-ċarezza, l-entrata għall-kloropikrin fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

(15)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(16)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni. Kien meqjus li jinħtieġ att ta’ implimentazzjoni u l-president ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat tal-appell,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva kloropikrin mhijiex approvata.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Bħala deroga mill-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kloropikrin jiġu rtirati sat-23 ta' Ġunju 2012.

Artikolu 3

Perjodu ta’ konċessjoni

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wra -irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/934/KE

Fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE, l-entrata għall-“kloropikrin” hija mħassra.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ u d-data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva kloropikrin. EFSA Journal 2011;9(3):2084. [58 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2084. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1382/2011

tat-22 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

MA

68,8

TN

96,0

TR

107,7

ZZ

84,1

0707 00 05

EG

170,1

JO

182,1

TR

120,6

ZZ

157,6

0709 90 70

MA

37,6

TR

133,4

ZZ

85,5

0805 10 20

AR

37,9

BR

41,5

CL

30,5

MA

49,0

TR

76,8

ZA

41,5

ZZ

46,2

0805 20 10

MA

80,1

TR

79,7

ZZ

79,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

76,8

MA

72,3

TR

99,1

ZZ

82,7

0805 50 10

AR

46,9

MA

50,0

TR

52,1

ZZ

49,7

0808 10 80

CA

112,8

CN

99,1

US

113,0

ZA

122,9

ZZ

112,0

0808 20 50

CN

102,1

ZZ

102,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1383/2011

tat-22 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

15.12.2011-21.12.2011

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

246,86

180,19

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

309,62

299,62

279,62

Primjum tal-Golf

13,88

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

35,46

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

19,73  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

50,92  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1384/2011

tat-22 ta’ Diċembru 2011

dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti riċevuti għat-tielet stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tielet stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-21 ta’ Diċembru 2011, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Il-kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 11 10

269,16

1701 11 90

1701 12 10

X

1701 12 90

X

1701 91 00

X

1701 99 10

1701 99 90

X

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


DEĊIŻJONIJIET

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/871/PESK

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (ATHENA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 41(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Helsinki fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 1999, ftiehem b'mod partikolari li, “waqt li jikkoperaw volontarjament f'operazzjonijiet immexxija mill-UE, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, mill-2003 'l hawn, jiskjeraw fi żmien 60 jum, u jmantnu għal tal-inqas sena, forzi militari ta’ minn 50 000 sa 60 000 persuna, kapaċi għall-firxa sħiħa tal-kompiti ta’ Petersberg”.

(2)

Fis-17 ta’ Ġunju 2002, il-Kunsill approva l-metodi tal-finanzjament ta’ operazzjonijiet immexxija mill-UE tal-immaniġġar ta’ kriżijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.

(3)

Il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2003 kkonferma l-ħtieġa ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida, b'mod partikolari għal kompiti umanitarji u ta’ salvataġġ.

(4)

Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Tessaloniki fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003, laqa' l-konklużjonijiet laqgħa tal-Kunsill fid-19 ta’ Mejju 2003, fejn b'mod partikolari ġiet ikkonfermata l-ħtieġa ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida militari tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Fit-22 ta’ Settembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li l-Unjoni Ewropea għandha takkwista l-kapaċità flessibbli sabiex tamministra l-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ operazzjonijiet militari ta’ kwalunkwe skala, komplessità jew urġenza, b'mod partikolari bl-istabbiliment, sal-1 ta’ Marzu 2004, ta’ mekkaniżmu ta’ finanzjament permanenti sabiex jassumi l-inkarigu tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ kwalunkwe operazzjoni militari futura tal-UE.

(6)

Fit-23 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/197/PESK li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (1). Id-Deċiżjoni ġiet sussegwement emendata u sostitwita diversi drabi, l-aktar reċenti bid-Deċiżjoni 2008/975/PESK (2).

(7)

L-Unjoni Ewropea hija kapaċi twettaq operazzjonijiet ta’ Rispons Militari Rapidu f'konformità mal-kunċett iddefinit mill-Kumitat Militari tal-UE. L-Unjoni Ewropea hija kapaċi tiskjera Gruppi Tattiċi f'konformità mal-kunċett iddefinit mill-Kumitat Militari tal-UE.

(8)

L-iskema għall-prefinanzjament hija maħsuba l-ewwel u qabel kollox għall-operazzjonijiet ta’ Rispons Rapidu.

(9)

L-eżerċizzji fil-livell strateġiku politiku u militari tal-istrutturi u l-proċeduri ta’ kmand u kontroll għall-operazzjonijiet militari tal-UE permezz tal-eżerċizzji tal-kwartieri ġenerali tal-UE, kif approvati mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), jikkontribwixxu għat-titjib tat-tħejjija operattiva ġenerali tal-Unjoni.

(10)

Il-Kunsill jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b'każ jekk operazzjoni għandhiex implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, fis-sens tal-Artikolu 41(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (“TUE”).

(11)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(2) tat-TUE jipprevedi li l-Istati Membri, li r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill ikunu għamlu dikjarazzjoni formali skont it-tieni subparagrafu tal-Artiklu 31(1) tiegħu, ma għandhomx ikunu obbligati jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-operazzjoni konċernata li jkollha implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.

(12)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, Id-Danimarka ma tipparteċipax f'din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament tal-mekkaniżmu.

(13)

F'konformità mal-Artikolu 44 tad-Deċiżjoni 2008/975/PESK, il-Kunsill ipproċeda għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni u qabel li jsirulha xi emendi.

(14)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandha titħassar id-Deċiżjoni 2008/975/PESK u tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida,

ADOTTA DIN ID-DEĊIJŻONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“Stati Membri parteċipanti” tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-Danimarka;

(b)

“Stati kontribwenti” tfisser l-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-operazzjoni militari in kwistjoni konformement mal-Artikolu 41(2) tat-TUE u l-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ din l-operazzjoni skont il-ftehim bejnhom u l-Unjoni Ewropea;

(c)

“operazzjonijiet” tfisser l-operazzjonijiet tal-UE li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża;

(d)

“azzjonijiet militari ta’ appoġġ” tfisser l-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jew partijiet minnhom, deċiżi mill-Kunsill b'appoġġ għal Stat terz jew organizzazzjoni terza, li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, iżda li ma jkunux taħt l-awtorità tal-Kwartieri Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 1

MEKKANIŻMU

Artikolu 2

Stabbiliment tal-mekkaniżmu

1.   Huwa b'dan stabbilit mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ operazzjonijiet.

2.   Il-mekkaniżmu għandu jissejjaħ ATHENA.

3.   ATHENA għandha taġixxi f'isem l-Istati Membri parteċipanti jew, fir-rigward tal-operazzjonijiet speċifiċi, f'isem l-Istati kontribwenti.

Artikolu 3

Kapaċità legali

Bil-ħsieb tal-ġestjoni amministrattiva tal-finanzjament ta’ operazzjonijiet tal-UE b'implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, ATHENA għandha jkollha l-kapaċità ġuridika meħtieġa, b'mod partikolari, sabiex iżżomm kontijiet bankarji, takkwista, iżżomm jew tiddisponi minn proprjetà, tidħol f'kuntratti u arranġamenti amministrattivi u tkun parti minn proċedimenti legali. ATHENA m'għandux ikollha skop ta’ profitt.

Artikolu 4

Koordinazzjoni ma’ partijiet terzi

Sa fejn ikun meħtieġ sabiex twettaq il-kompiti tagħha, u konformement mal-objettivi u l-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea, ATHENA għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

KAPITOLU 2

STRUTTURA ORGANIZZATTIVA

Artikolu 5

Korpi amministrattivi u persunal

1.   ATHENA għandha tkun amministrata, taħt l-awtorità ta’ Kumitat Speċjali minn:

(a)

l-amministratur;

(b)

il-kmandant ta’ kull operazzjoni, fir-rigward tal-operazzjoni li hu jikkmanda (“kmandant tal-operazzjoni”);

(c)

l-uffiċjal tal-kontabbiltà.

2.   ATHENA għandha tuża l-istrutturi amministrattivi eżistenti tal-Unjoni sa fejn ikun l-aktar possibbli. ATHENA għandha tirrikorri għall-persunal li jkun sar disponibbli kif meħtieġ mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew li jkun sekondat mill-Istati Membri.

3.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jista' jipprovdi l-persunal meħtieġ lill-amministratur u lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex dawn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, li jistgħu jkunu abbażi ta’ proposta minn Stat Membru parteċipant.

4.   Il-korpi u l-persunal ta’ ATHENA għandhom ikunu attivati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet operattivi.

Artikolu 6

Kumitat Speċjali

1.   Huwa b'dan stabbilit Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru parteċipanti.

Ir-rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u tal-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Speċjali mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu.

2.   ATHENA għandha tkun amministrata taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali.

3.   Meta l-Kumitat Speċjali jkun qiegħed jiddiskuti l-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ operazzjoni partikolari:

(a)

il-Kumitat Speċjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru kontribwenti;

(b)

ir-rappreżentanti tal-Istati terzi kontribwenti għandhom jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali. Huma la għandhom jieħdu sehem u lanqas ikunu preżenti fil-voti tiegħu;

(c)

il-kmandant tal-operazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jipparteċipa fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu.

4.   Il-Presidenza tal-Kunsill għandha ssejjaħ u tippresjedi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali. L-amministratur għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat Speċjali. Hu għandu jfassal il-minuti tar-riżultat tad-diskussjonijiet Kumitat. Hu ma għandux jieħu sehem fil-voti tiegħu.

5.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jipparteċipa kif meħtieġ fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu.

6.   Jekk Stat Membru parteċipant, l-amministratur jew il-kmandant tal-operazzjoni jitlob hekk, il-Presidenza għandha ssejjaħ lill-Kumitat Speċjali fi żmien mhux aktar minn 15-il jum.

7.   L-amministratur għandu jinforma b'mod adegwat lill-Kumitat Speċjali dwar kwalunkwe pretensjoni jew tilwima li tinvolvi lil ATHENA.

8.   Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi b'mod unanimu bejn il-membri tiegħu, b'kont meħud tal-kompożizzjoni tiegħu kif definit fil-paragrafi 1 u 3. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti.

9.   Il-Kumitat Speċjali japprova l-baġits kollha, filwaqt li jikkunsidra l-ammonti rilevanti ta’ referenza, u ġeneralment jeżerċita l-kompetenzi skont din id-Deċiżjoni.

10.   Il-Kumitat Speċjali għandu jkun informat mill-amministratur, il-kmandant tal-operazzjoni u l-uffiċjal tal-kontabbiltà kif previst f'din id-Deċiżjoni.

11.   It-test tal-atti approvati mill-Kumitat Speċjali skont din id-Deċiżjoni għandu jiġi ffirmat fil-ħin tal-approvazzjoni tagħhom mill-President tal-Kumitat Speċjali u mill-amministratur.

Artikolu 7

Amministratur

1.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, wara li jkun informa lill-Kumitat Speċjali, għandu jaħtar lill-amministratur u mill-inqas deputat amministratur wieħed għal perijodu ta’ tliet snin.

2.   L-amministratur għandu jwettaq dmirijiet tiegħu f'isem ATHENA.

3.   L-amministratur:

(a)

għandu jfassal u jippreżenta kull abbozz ta’ baġit lill-Kumitat Speċjali. It-taqsima “għan-nefqa” għal operazzjoni fi kwalunkwe abbozz ta’ baġit għandha titfassal abbażi ta’ proposta mill-kmandant tal-operazzjoni;

(b)

għandu jadotta l-baġits wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kumitat Speċjali;

(c)

għandu jkun l-uffiċjal awtorizzanti “għad-dħul”, “għall-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet” u “spejjeż komuni operattivi” li jkunu saru barra mill-fażi attiva tal-operazzjoni;

(d)

għandu, rigward id-dħul, jimplimenta l-arranġamenti finanzjarji magħmula ma’ partijiet terzi fir-rigward finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet militari tal-UE;

(e)

għandu jiftaħ kont bankarju wieħed jew aktar f'isem ATHENA.

4.   L-amministratur għandu jiżgura li jkun hemm konformità mar-regoli stabbiliti minn din id-Deċiżjoni, u li d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Speċjali jkunu implimentati.

5.   L-amministratur għandu jkun awtorizzat li jadotta kwalunkwe miżura li hu jqis meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa finanzjata permezz ta’ ATHENA. Hu għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali b'dan.

6.   L-amministratur għandu jikkoordina l-ħidma dwar kwistjonijiet finanzjarji relatati mal-operazzjonijiet militari tal-UE. Hu għandu jkun il-punt ta’ kuntatt mal-amministrazzjonijiet nazzjonali u, skont il-każ, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar dawn il-materji.

7.   L-amministratur għandu jkun responsabbli lejn il-Kumitat Speċjali.

Artikolu 8

Kmandant tal-operazzjoni

1.   Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu f'isem ATHENA fir-rigward tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni li hu jikkmanda.

2.   Għall-operazzjoni li hu jikkmanda, il-kmandant tal-operazzjoni għandu:

(a)

jibgħat lill-amministratur il-proposti tiegħu għat-taqsima tan-“nefqa — spejjeż komuni operattivi” tal-abbozz tal-baġits;

(b)

bħala uffiċjal awtorizzanti, jimplimenta l-approprjazzjonijiet fir-rigward tal-ispejjeż komuni operattivi kif ukoll in-nefqa skont l-Artikolu 28; hu għandu jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq kwalunkwe persuna li tkun qed tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta’ dawk l-approprjazzjonijiet, inkluż il-prefinanzjament; hu jista' jagħti kuntratti u jidħol f'kuntratti f'isem ATHENA; hu għandu jiftaħ kont bankarju f'isem ATHENA għall-operazzjoni li hu jikkmanda.

3.   Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jkun awtorizzat li jadotta kwalunkwe miżura li hu jqis meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa finanzjata permezz ta’ ATHENA, għall-operazzjoni li hu jikkmanda. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali b'dan.

4.   Ħlief f'ċirkostanzi debitament ġustifikati approvati mill-Kumitat Speċjali wara proposta mill-amministratur, il-kmandant tal-operazzjoni għandu juża s-sistema tal-kontabbiltà u tal-ġestjoni tal-assi pprovduta f'ATHENA. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali minn qabel meta huwa jikkunsidra li jeżistu ċirkostanzi bħal dawn.

Artikolu 9

L-uffiċjal tal-kontabbiltà

1.   Is-Segretarju Ġenerali Kunsill għandu jaħtar l-uffiċjal tal-kontabbiltà u mill-inqas deputat uffiċjal wieħed tal-kontabbiltà għal perijodu ta’ tliet snin.

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu f'isem ATHENA.

3.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għal:

(a)

l-implimentazzjoni xierqa ta’ pagamenti, ġbir tad-dħul u rkupru tal-ammonti stabbiliti bħala esiġibbli;

(b)

it-tħejjija tar-rapporti finanzjarji għal ATHENA kull sena, u, wara t-tmiem ta’ kull operazzjoni, il-kontijiet għal dik l-operazzjoni;

(c)

l-appoġġ għall-amministratur meta hu jippreżenta l-kontijiet annwali jew il-kontijiet għal operazzjoni lill-Kumitat Speċjali għall-approvazzjoni;

(d)

iż-żamma tal-kontijiet għal ATHENA;

(e)

l-istabbiliment tar-regoli tal-kontabbiltà u l-metodi u l-karta tal-kontijiet;

(f)

l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabbiltà għad-dħul u, fejn ikun il-każ, il-validazzjoni tas-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti sabiex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontabbiltà;

(g)

iż-żamma tad-dokumenti sekondarji;

(h)

l-amministrazzjoni tat-teżor, b'mod konġunt mal-amministratur.

4.   L-amministratur u l-kmandant tal-operazzjoni għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-kontabbiltà l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni tal-kontijiet li jirrappreżentaw eżattament l-assi finanzjarji ta’ ATHENA u l-implimentazzjoni tal-baġit amministrat minn ATHENA. Dawn għandhom jiggarantixxu l-affidabbiltà tagħha.

5.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli lejn il-Kumitat Speċjali.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-amministratur, għall-uffiċjal tal-kontabbiltà u għall-persunal ta’ ATHENA

1.   Il-funzjonijiet ta’ amministratur jew deputat amministratur, fuq naħa waħda, u uffiċjal tal-kontabbiltà jew deputat uffiċjal tal-kontabbiltà, fuq l-oħra, għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli.

2.   Kwalunkwe deputat amministratur għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-amministratur. Kull deputat uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.

3.   Deputat amministratur għandu jissostitwixxi lill-amministratur meta jkun assenti. Deputat uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jissostitwixxi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà meta jkun assenti.

4.   Meta jkunu qed iwettqu funzjonijiet f'isem ATHENA, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jibqgħu soġġetti għar-regoli u r-regolamenti applikabbli għalihom.

5.   Il-persunal li jkun impoġġi għad-dispożizzjoni ta’ ATHENA mill-Istati Membri għandu jkun soġġett għall-istess regoli bħal dawk stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali fuq sekondament, u għad-dispożizzjonijiet maqbula bejn l-amministrazzjoni nazzjonali tagħhom u l-istituzzjoni tal-Unjoni jew ATHENA.

6.   Qabel il-ħatra tagħhom, il-persunal ta’ ATHENA għandu jkun irċieva permess għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata sa mill-inqas il-livell “Secret UE” miżmuma mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru.

7.   L-amministratur jista' jinnegozja u jidħol f'arranġamenti mal-Istati Membri jew ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni bil-ħsieb li jinnominaw minn qabel dak il-persunal li, jekk meħtieġ, ikun jista' jsir immedjatament disponibbli għal ATHENA.

KAPITOLU 3

ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI U KUNTRATTI QAFAS

Artikolu 11

Arranġamenti amministrattivi u kuntratti qafas

1.   Jistgħu jiġu negozjati arranġamenti amministrattivi mal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, Stati terzi u organizzazzjoni internazzjonali sabiex ikunu faċilitati l-akkwisti fil-post u/jew l-aspetti finanzjarji ta’ appoġġ reċiproku fil-qafas ta’ operazzjonijiet bl-aktar mod effikaċi possibbli għall-ispejjeż involuti.

2.   Arranġamenti bħal dawn għandhom ikunu:

(a)

soġġetti għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Speċjali meta jiġu konklużi ma’ Stati Membri, istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni;

(b)

preżentati għall-approvazzjoni tal-Kumitat Speċjali meta jiġu konklużi ma’ Stati terzi jew istituzzjonijiet internazzjonali.

3.   Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu ffirmati mill-amministratur jew, fejn adatt, mill-kmandant tal-operazzjoni rispettiv, li jaġixxi f'isem ATHENA, u mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-partijiet l-oħra imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Jistgħu jiġu konklużi kuntratti qafas sabiex ikun iffaċilitat l-akkwist bl-aktar mod kosteffettiv. Dawn il-kuntratti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjali għall-approvazzjoni qabel ma jiġu ffirmati mill-amministratur u għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri u l-kmandanti tal-operazzjoni jekk dawn ikunu jixtiequ jagħmlu użu minnhom. Din id-dispożizzjoni ma għandha timponi l-ebda obbligu fuq xi Stat Membru biex juża jew jakkwista merkanzija jew servizzi abbażi ta’ kuntratt qafas.

Artikolu 12

Arranġamenti amministrattivi permanent u ad hoc dwar modalitajiet għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi

1.   Fil-qafas tal-ftehim konklużi bejn l-UE u l-Istati terzi indikati mill-Kunsill bħala kontributuri potenzjali għall-operazzjonijiet tal-UE jew bħala kontributuri ta’ operazzjoni speċifika tal-UE, l-amministratur għandu jinnegozja ma’ dawn l-Istati terzi l-arranġamenti amministrattivi permanenti jew ad hoc, rispettivament. Dawn l-arranġamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ skambju ta’ Ittri bejn ATHENA u s-servizzi amministrattivi kompetenti tal-Istati terzi kkonċernati li jistabbilixxu l-modalitajiet meħtieġa sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas malajr tal-kontribuzzjonijiet.

2.   Sa meta jiġu konklużi l-ftehim imsemmija fil-paragrafu 1, l-amministratur jista' jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu ffaċititati l-ħlasijiet mill-Istati terzi kontribwenti.

3.   L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali minn qabel dwar l-arranġamenti previsti imsemmija fil-paragrafu 1, qabel ma jiffirmahom f'isem ATHENA.

4.   Meta operazzjoni militari tiġi mnedija mill-Unjoni, l-amministratur għandu, għall-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet deċiżi mill-Kunsill, jimplimenta l-arranġamenti mal-Istati terzi li jikkontribwixxu għal dik l-operazzjoni.

KAPITOLU 4

KONTIJIET BANKARJI

Artikolu 13

Ftuħ u għan

1.   Kwalunkwe kont bankarju għandu jinfetaħ f'istituzzjoni finanzjarja tal-ogħla kalibru bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru u għandu jkun kont kurrenti jew kont ta’ skadenza qasira f'euro. F'ċirkostanzi debitament ġustifikati, u wara l-approvazzjoni tal-amministratur, jistgħu jinfetħu kontijiet f'istituzzjonijiet finanzjarji bl-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Istati Membri.

2.   F'ċirkostanzi debitament ġustifikati, il-kontijiet jistgħu jinfetħu f'muniti li mhumiex l-euro.

3.   Il-kontribuzzjonijiet minn Stati kontribwenti għandhom jitħallsu f'dawn il-kontijiet bankarji. Dawn għandhom jintużaw sabiex jitħallsu l-ispejjeż amministrati minn ATHENA u sabiex isiru l-avvanzi meħtieġa lill-kmandant tal-operazzjoni għall-implimentazzjoni tan-nefqa relatata mal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari.

Artikolu 14

Amministrazzjoni ta’ fondi

1.   Kwalunkwe ħlas mill-kont ta’ ATHENA għandu jeħtieġ il-firma konġunta tal-amministratur jew id-deputat amministratur, fuq naħa waħda, u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà jew id-deputat uffiċjal tal-kontabbiltà, fuq l-oħra.

2.   Ma jistgħux jinġibdu flus aktar milli jkun hemm depożitati, minn l-ebda kont bankarju.

KAPITOLU 5

SPEJJEŻ KOMUNI

Artikolu 15

Definizzjoni ta’ spejjeż komun u perijodi ta’ eliġibbiltà

1.   L-ispejjeż komuni elenkati fl-Anness I għandhom ikunu għas-spejjeż ta’ ATHENA kull meta dawn isiru. Meta jiddaħħlu f'artikolu tal-baġit li juri l-operazzjoni li għaliha huma l-aktar relatati, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż operattivi ta’ dik l-operazzjoni. Altrimenti, huma għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew wara, l-operazzjonijiet.

2.   Barra minn dan, ATHENA għandha terfa' r-responsabbiltà tal-ispejjeż komuni operattivi elenkati fl-Anness II matul il-perijodu mill-approvazzjoni tal-Kunċett ta’ Maniġġar ta’ Kriżijiet għall-operazzjoni sal-ħatra tal-kmandant tal-operazzjoni. F'ċirkostanzi partikolari, wara li l-KPS ikun ġie kkonsultat, il-Kumitat Speċjali jista' jimmodifika l-perijodu li fih dawn l-ispejjeż għandhom jiġu sostnuti minn ATHENA.

3.   Matul il-fażi attiva ta’ operazzjoni, li tibda mid-data li fiha jinħatar il-kmandant tal-operazzjoni sal-jum li fih il-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni jwaqqaf l-attività tiegħu, ATHENA għandha terfa' bħala spejjeż komuni operattivi:

(a)

l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti A tal-Anness III;

(b)

l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti B tal-Anness III, meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi;

(c)

l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness III, meta mitluba mill-Kmandant tal-Operazzjoni b'approvazzjoni mill-Kumitat Speċjali.

4.   Matul il-fażi attiva ta’ azzjoni militari ta’ appoġġ, kif determinat mill-Kunsill, ATHENA għandha terfa' bħala spejjeż komuni operattivi l-ispejjeż komuni definiti mill-Kunsill fuq bażi ta’ każ b'każ b'referenza għall-Anness III.

5.   L-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni jinkludu wkoll in-nefqa meħtieġa sabiex din tiġi terminata, kif elenkat fl-Anness IV.

L-operazzjoni tkun terminata meta t-tagħmir u l-infrastruttura finanzjati b'mod komuni għall-operazzjoni jkunu sabu d-destinazzjoni finali tagħhom u l-kontijiet għall-operazzjoni jkunu ġew approvati.

6.   L-ebda nefqa li ssir bil-ħsieb li tkopri l-ispejjeż li fi kwalunkwe każ ikunu nġarru minn Stat kontribwent wieħed jew aktar, istituzzjoni tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, indipendentement mill-organizzazzjoni ta’ operazzjoni, ma tista' tkun eliġibbli bħala spiża komuni.

7.   Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b'każ li, minħabba ċirkostanzi partikolari, ċerti spejjeż inkrementali diversi minn dawk elenkati fil-Parti B tal-Anness III għandhom jitqiesu bħala spejjeż komuni għal operazzjoni waħda partikolari matul il-fażi attiva tagħha.

8.   Jekk l-unanimità ma tkunx tista' tinkiseb fil-Kumitat Speċjali, dan tal-aħħar, fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, jista' jippreżenta din il-kwistjoni lill-Kunsill.

Artikolu 16

Eżerċizzji

1.   L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji tal-Unjoni Eropea għandhom ikunu finanzjati permezz ta’ ATHENA skont ir-regoli u l-proċeduri simili għal dawk ta’ operazzjonijiet li għalihom jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha parteċipanti.

2.   Dawn l-ispejjeż komuni tal-eżerċizzju għandhom ikunu magħmula minn, l-ewwelnett, spejjeż inkrementali għall-kwartieri ġenerali li jistgħu jiġu skjerati jew li jkunu fissi, u t-tieni, spejjeż inkrementali li jsiru minn rikors tal-UE għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO meta dawn ikunu saru disponibbli għal eżerċizzju.

3.   L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzju ma għandhomx jinkludu spejjeż relatati ma':

(a)

akkwisti kapitali, inklużi dawk relatati ma’ bini, infrastruttura u tagħmir;

(b)

l-ippjanar u l-fażi preparatorja ta’ eżerċizzji, sakemm mhux approvati mill-Kumitat Speċjali;

(c)

it-trasport, il-kwartieri u l-alloġġi għall-forzi.

Artikolu 17

Ammont ta’ referenza

Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill jiddeċiedi li jistabbilixxi jew jestendi operazzjoni militari tal-UE għandha tinkludi ammont ta’ referenza għall-ispejjeż komuni ta’ dik l-operazzjoni. Bl-appoġġ b'mod partikolari persunal militari tal-Unjoni u, jekk hu jkun fil-kariga, bl-appoġġ tal-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur għandu jevalwa l-ammont meqjus meħieġ sabiex ikopri l-ispejjeż komuni tal-operazzjoni għall-perijodu ppjanat. L-amministratur għandu jipproponi dan l-ammont permezz tal-Presidenza lill-korp tal-Kunsill responsabbli għall-eżami tal-abbozz ta’ deċiżjoni. Il-membri tal-Kumitat Speċjali għandhom jiġu mistiedna għad-diskussjonijiet ta’ dan il-korp fir-rigward tal-ammont ta’ referenza.

KAPITOLU 6

BAĠIT

Artikolu 18

Prinċipji baġitarji

1.   Il-baġit, stabbilit f'euro, huwa l-att li għal kull sena finanzjarja jistabbilixxi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha relatati mal-ispejjeż komuni amministrati minn ATHENA.

2.   In-nefqa kollha għandha tkun marbuta ma’ operazzjoni speċifika, ħlief fejn ikun il-każ għall-ispejjeż elenkati fl-Anness I.

3.   L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit huma awtorizzati għall-perijodu ta’ sena finanzjarja li tibda fl-1 ta’ Jannar u tintemm fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena.

4.   Id-dħul u n-nefqa tal-baġit għandhom ikunu f'bilanċ.

5.   L-ebda dħul u l-ebda nefqa, li tkun relatata mal-ispejjeż komuni, ma tista' tiġi implimentata ħlief bl-allokazzjoni għal intestatura fil-baġit u fil-limitu tal-approprjazzjonijiet imdaħħla hemm, ħlief f'konformità mal-Artikolu 32(5).

Artikolu 19

Baġit annwali

1.   Kull sena l-amministratur għandu jfassal abbożż ta’ baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara, bl-assistenza ta’ kull kmandant tal-operazzjoni għall-operazzjoni tiegħu.

2.   L-abbozz għandu jinkludi:

(a)

l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet;

(b)

l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi għall-operazzjonijiet kurrenti jew ippjanati, anke, fejn ikun il-każ, sabiex jiġu rimborżati l-ispejjeż komuni li jkunu ġew prefinanzjati minn Stat jew parti terza;

(c)

l-approprjazzjonijiet proviżorji kif imsemmija fl-Artikolu 26;

(d)

previżjoni tad-dħul meħtieġ sabiex ikopri n-nefqa.

3.   L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għandhom ikunu kklassifikati f'titoli u kapitoli li jirraggruppaw in-nefqa flimkien skont it-tip jew l-għan, subdiviżi kif meħtieġ f'artikoli. Għandhom ikunu inklużi kummenti ddettaljati f'kapitolu jew artikolu fl-abbozz ta’ baġit. Għandu jkun iddedikat titolu speċifiku wieħed għal kull operazzjoni. Titolu speċifiku wieħed għandu jkun il-parti ġenerali tal-baġit u għandu jinkludi l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu tal-operazzjonijiet.

4.   Kull titolu jista' jinkludi kapitolu intitolat “approprjazzjonijiet proviżorji”. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fejn ikun hemm inċertezza, abbażi ta’ raġunijiet serji, dwar l-ammont ta’ approprjazzjonijiet meħtieġa jew l-ambitu għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet imdaħħla.

5.   Id-dħul għandu jikkonsisti minn:

(a)

kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti u kontribwenti u, fejn ikun il-każ, mill-Istati terzi kontribwenti;

(b)

dħul mixxellanju, subdiviż skont it-titolu, li jinkludi l-imgħax riċevut, id-dħul minn bejgħ u l-eżitu tal-baġit mis-sena finanzjarja preċedenti, wara li dan ikun ġie ddeterminat mill-Kumitat Speċjali.

6.   L-amministratur għandu jipproponi l-abbozz tal-baġit lill-Kumitat Speċjali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru. Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-abbozz ta’ baġit sal-31 ta’ Diċembru. L-amministratur għandu jadotta l-baġit approvat u jinnotifika l-Istati Membri parteċipanti u l-Istati terzi kontribwenti.

Artikolu 20

Baġits emendatorji

1.   Fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, inkluż meta titnieda operazzjoni matul is-sena finanzjarja, l-amministratur għandu jipproponi abbozz ta’ baġit emendatorju. L-abbozz ta’ baġit emendatorju għandu jiġi mfassal, propost, approvat u adottat u n-notifika tingħata konformement mal-istess proċedura tal-baġit annwali. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddiskutih b'kont meħud tal-urġenza tiegħu.

2.   Meta dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju jirriżulta mit-tnedija ta’ operazzjoni ġdida jew bidliet fil-baġit ta’ operazzjoni li tkun għaddejja, l-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar l-ispejjeż totali previsti għal din l-operazzjoni. Jekk dawn l-ispejjeż jaqbżu l-ammont ta’ referenza b'mod sostanzjali, il-Kumitat Speċjal jista' jitlob lill-Kunsill biex japprovah.

3.   L-abbozz ta’ baġit emendatorju li jirriżulta mit-tnedija ta’ operazzjoni ġdida għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat Speċjali fi żmien 4 xhur wara l-approvazzjoni tal-ammont ta’ referenza, ħlief jekk il-Kumitat Speċjali jiddeċiedi dwar skadenza itwal.

Artikolu 21

Trasferimenti

1.   Meta jkun il-każ u abbażi ta’ proposta mill-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur jista' jagħmel trasferimenti tal-approprjazzjonijiet. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar l-intenzjoni tiegħu, sakemm tippermetti l-urġenza tas-sitwazzjoni, mill-inqas ġimgħa waħda minn qabel. Madankollu, l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Speċjali għandha tkun meħtieġa meta:

(a)

it-trasferiment ippjanat jemenda t-total tal-approprjazzjonijiet previsti għal operazzjoni;

jew

(b)

it-trasferimenti ppjanati bejn il-kapitoli matul is-sena finanzjarja jaqbżu 10 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu li minnu jkunu qed jitfasslu l-approprjazzjonijiet, bħal ma jkun jidher fil-baġit adottat għas-sena finanzjarja fid-data meta ssir il-proposta għat-trasferiment in kwistjoni.

2.   Meta hu jidhirlu li dan ikun meħtieġ għat-tmexxija xierqa ta’ operazzjoni, fit-tliet xhur wara d-data tat-tnedija tal-operazzjoni, il-kmandant tal-operazzjoni jista' jagħmel trasferimenti tal-approprjazzjonijiet allokati għall-operazzjoni, bejn artikoli u bejn kapitoli fit-taqsima “spejjeż komuni operattivi” tal-baġit. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali b'dan.

Artikolu 22

Riportament ta’ approprjazzjonijiet

1.   Fil-prinċipju, l-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet, li ma jkunux ġew impenjati, jiġu kkanċellati fl-aħħar tas-sena finanzjarja, jekk mhux stipulat mod ieħor fil-paragrafu 2.

2.   L-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispiża tal-ħżin ta’ materjal u tagħmir amministrat minn ATHENA jistgħu jiġu riportati darba għas-sena finanzjarja ta’ wara, meta jkun sar impenn għal dak l-effett qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja attwali. L-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi jistgħu jiġu riportati jekk ikunu meħtieġa għal operazzjoni li ma tkunx ġiet terminata għal kollox.

3.   L-amministratur għandu jippreżenta proposti għar-riportament ta’ approprjazzjonijiet li m'humiex impenjati mis-sena finanzjarja preċedenti lill-Kumitat Speċjali sal-15 ta’ Frar. Dawn il-proposti għandhom jitqiesu approvati sakemm il-Kumitat Speċjali ma jiddeċidix mod ieħor sal-15 ta’ Marzu.

4.   L-approprjazzjonijiet impenjati mis-sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu riportati u l-Kumitat Speċjali għandu jiġi informat bihom mill-amministratur sal-15 ta’ Frar.

Artikolu 23

Implimentazzjoni antiċipata

Ladarba l-baġit annwali jkun ġie approvat, jistgħu jintużaw approprjazzjonijiet sabiex ikopru impenji u pagamenti jekk dawn ikunu meħtieġa operattivament.

KAPITOLU 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RIMBORŻI

Artikolu 24

Determinazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet

1.   L-approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex ikopru spejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet li ma jkunux koperti minn dħul mixxellanju għandhom ikunu finanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti.

2.   L-approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni għandhom ikunu koperti minn kontribuzzjonijiet tal-Istati.

3.   Il-kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri kontribwenti għal operazzjoni għandhom ikunu ekwivalenti għall-ammont tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament imdaħħla fil-baġit u maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta’ dik l-operazzjoni, wara tnaqqis tal-ammonti tal-kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu għall-istess operazzjoni mill-Istati terzi kontribwenti taħt l-Artikolu 12.

4.   It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri li minnhom hi meħtieġa kontribuzzjoni għandu jiġi determinat konformement mal-iskala tal-prodott gross nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 41(2) tat-TUE u skont id-Deċiżjoni Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (3), jew kull deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tista' tieħu postha.

5.   Id-data għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu dawk disposti fil-kolonna “riżorsi proprji tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN)” fit-tabella “Taqsira tal-finanzjament tal-baġit ġenerali bit-tip tar-riżors proprju u minn Stat Membru” annessa mal-aħħar baġit ġenerali adottat mill-Unjoni. Il-kontribuzzjoni ta’ kull Stat Membru li minnu kontribuzzjoni hija dovuta għandha tkun proporzjonali għas-sehem tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) ta’ dak l-Istat Membru fl-ammont totali tad-DGN tal-Istati Membri li minnhom hi dovuta kontribuzzjoni.

Artikolu 25

Skeda għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet

1.   Meta l-Kunsill ikun adotta ammont ta’ referenza għal ħidma militari tal-Unjoni, l-Istati Membri kontribwenti għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom fuq livell ta’ 30 % tal-ammont ta’ referenza, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix fuq persentaġġ differenti. L-amministratur għandu jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet skont il-ħtiġijiet operattivi għall-operazzjoni sal-livell maqbul.

2.   Abbażi ta’ proposta mill-amministratur, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li ssir sejħa għalkontribuzzjonijiet addizzjonali qabel l-adozzjoni ta’ baġit emendatorju għall-operazzjoni. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirriferi l-kwistjoni lill-korpi preparatorji kompetenti fil-Kunsill.

3.   Meta jkun ġie adottat baġit emendatorju għal operazzjoni speċifika, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet li jkollhom jagħtu għal dik l-operazzjoni b'applikazzjoni tal-Artikolu 24. Madankollu, meta l-operazzjoni tkun ippjanata li ddum iżjed minn sitt xhur f'sena finanzjarja, il-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet għandu jitħallas f'żewġ pagamenti. F'tali każ, l-ewwel pagament għandu jitħallas fi żmien 60 jum mit-tnedija tal-operazzjoni; it-tieni pagament għandu jitħallas sa data ta’ skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat Speċjali waqt li jaġixxi fuq proposta mill-amministratur, b'kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi. Il-Kumitat Speċjali jista' ma jimxix ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

4.   L-amministratur għandu jibgħat is-sejħiet korrispondenti għal kontribuzzjonijiet permezz ta’ ittra lill-amministrazzjonijiet nazzjonali li d-dettalji tagħhom ikunu ġew ikkomunikati lilu meta:

(a)

jiġi approvat abbozz ta’ baġit għal sena finanzjarja mill-Kumitat Speċjali kif stipulat fl-Artikolu 19. L-ewwel sejħa għal kontribuzzjonijiet tkopri l-ħtiġijiet operattivi għal tmien xhur. It-tieni sejħa għal kontribuzzjonijiet tkopri l-bqija tal-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet, b'kont meħud tal-bilanċ tal-eżitu tal-baġit tas-sena preċedenti jekk il-Kumitat Speċjali jiddeċiedi li jdaħħal dan il-bilanċ fil-baġit attwali wara li tkun waslet l-opinjoni tal-verifika;

(b)

ikun ġie adottat ammont ta’ referenza kif stipulat fl-Artikolu 25(1); jew

(c)

jiġi approvat baġit emendatorju kif stipulat fl-Artikolu 20.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra f'din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa rilevanti għal kontribuzzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-ewwel sejħa għal kontribuzzjonijiet għal baġit ta’ sena finanzjarja ġdida, fejn id-data ta’ għeluq tal-ħlas għandha tkun 40 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa rilevanti għal kontribuzzjonijiet.

6.   Kull Stat kontribwenti għandu jħallas il-piżijiet bankarji relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjoni proprja tiegħu.

7.   L-amministratur għandu jgħarraf li jkun irċieva l-kontribuzzjonijiet.

Artikolu 26

Finanzjament bikri

1.   Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ Rispons Rapidu Militari tal-UE, il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu dovuti minn Stati Membri kontribwenti fil-livell tal-ammont ta’ referenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(3), il-ħlasijiet għandhom isiru kif definit hawn taħt.

2.   Għall-finijiet ta’ prefinanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ Rispons Rapidu Militari tal-UE, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jew:

(a)

iħallsu kontribuzzjoniet lil ATHENA minn qabel; jew

(b)

meta l-Kunsill jiddeċiedi li jmexxi operazzjoni ta’ Rispons Rapidu Militari tal-UE li huma jikkontribwixxu għall-finanzjament tagħha, iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ispejjeż komuni ta’ dik l-operazzjoni fi żmien ħamest ijiem wara t-trasmissjoni tas-sejħa fil-livell tal-ammont ta’ referenza, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

3.   Għall-għan msemmi hawn fuq, il-Kumitat Speċjali, magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru li jikkontribwixxi minn qabel, għandu jistabbilixxi approprjazzjonijiet proviżorji taħt titolu speċifiku fil-baġit. Dawn l-approprjazzjonijiet proviżorji għandhom jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri li jikkontribwixxi minn qabel fi żmien 90 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa għal dawn il-kontribuzzjonijiet.

4.   Kwalunkwe approprjazzjoni proviżorja msemmija fil-paragrafu 3 li tintuża għal operazzjoni għandha tiġi rifornuta fi żmien 90 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru li jikkontribwixxi minn qabel jista' f'ċirkostanzi speċifiċi jawtorizza lill-amministratur sabiex juża l-kontribuzzjoni tiegħu mħallsa minn qabel sabiex ikopri l-kontribuzzjoni tiegħu għal operazzjoni li jipparteċipa fiha, ħlief għal operazzjoni ta’ Rispons Rapidu. Għandu jsir riforniment tal-kontribuzzjoni mħallsa minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum wara li ssir is-sejħa.

6.   Fejn ikunu meħtieġa fondi għal xi operazzjoni, diversa minn operazzjoni ta’ Rispons Rapidu, qabel ma jkunu ġew riċevuti kontribuzzjonijiet suffiċjenti għal dik l-operazzjoni:

(a)

jistgħu jintużaw kontribuzzjonijiet imħallsa minn qabel minn Stati Membri li jikkontribwixxu minn qabel għall-finanzjament ta’ dik l-operazzjoni, wara l-approvazzjoni mill-Istati Membri li jikkontribwixxu minn qabel, sa 75 % tal-ammont tagħhom sabiex ikopru kontribuzzjonijiet dovuti għal dik l-operazzjoni. Għandu jsir riforniment tal-kontribuzzjoni mħallsa minn qabel mill-Istat Membru li jikkontribwixxi minn qabel fi żmien 90 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa;

(b)

fil-każ imsemmi fis-subparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu, għandhom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet dovuti għall-operazzjoni skont l-Artikolu 25(1) mill-Istati Membri li ma jkunux ikkontribwew minn qabel, wara approvazzjoni mill-Istati Membri kkonċernati, fi żmien ħamest ijiem wara t-trasmissjoni tas-sejħa mill-amministratur.

7.   Minkejja l-Artikolu 32(3), il-kmandant tal-operazzjoni jista' jimpenja u jħallas l-ammonti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu.

8.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jreġġa' lura l-għażla tiegħu billi jagħti notifika lill-amministratur mill-inqas tliet xhur minn qabel.

9.   L-imgħax li jkun inqala' fuq il-finanzjament bikri għandu kull sena jitqassam lill-Istati Membri li jkunu kkontribwew minn qabel u jiżdied mal-approprjazzjonijiet proviżorji tagħhom. L-ammonti għandhom jiġu notifikati lil dawn l-Istati Membri bħala parti mill-proċess annwali tal-approvazzjoni baġitarja.

Artikolu 27

Rimborż ta’ prefinanzjament

1.   Stat Membru, Stat terz jew, skont il-każ, organizzazzjoni internazzjonali li tkun ġiet awtorizzata mill-Kunsill sabiex tipprovdi l-prefinanzjament ta’ parti mill-ispejjeż komuni ta’ operazzjoni tista' tikseb rimborż minn ATHENA billi tagħmel talba flimkien mad-dokumenti meħtieġa ta’ ġustifikazzjoni u indirizzata lill-amministratur mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tat-tlestija tal-operazzjoni kkonċernata.

2.   L-ebda talba għar-rimborż ma tista' tkun onorata jekk din ma tkunx ġiet approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jekk ikun għadu fil-kariga, u mill-amministratur.

3.   Jekk tkun approvata talba għar-rimborż preżentata minn Stat kontribwent, din tista' titnaqqas mis-sejħa għal kontribuzzjonijiet li jkun imiss indirizzata lil dak l-Istat mill-amministratur.

4.   Jekk l-ebda sejħa għall-kontribuzzjonijiet ma tkun antiċipata meta t-talba tiġi approvata, jew jekk it-talba approvata għar-rimborż taqbeż il-kontribuzzjoni antiċipata, l-amministratur għandu jħallas l-ammont li għandu jiġi rimborżat fi żmien 30 jum, b'kont meħud tal-likwidità ta’ ATHENA u ta’ dak li jkun jinħtieġ għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni kkonċernata.

5.   Ir-rimborż għandu jkun dovut skont din id-Deċiżjoni wkoll jekk l-operazzjoni tiġi kkanċellata.

6.   Ir-rimborż għandu jinkludi l-imgħax li jkun inqala' fuq l-ammont li jkun sar disponibbli permezz tal-prefinanzjament.

Artikolu 28

L-amministrazzjoni minn ATHENA ta’ nfiq mhux inkluż fl-ispejjeż komuni

1.   Fuq bażi ta’ proposta mill-amministratur, bl-assistenza ta’ kmandant ta’ operazzjoni, jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li t-tmexxija amministrattiva ta’ ċerta nefqa relatata ma’ operazzjoni (“spejjeż imħallsa min-nazzjon”), filwaqt li tibqa' r-responsabbilità tal-Istat Membru li tikkonċerna, għandha tkun fdata lil ATHENA.

2.   Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Speċjali jista' jawtorizza lill-kmandant tal-operazzjoni sabiex jidħol f'kuntratti f'isem l-Istati Membri parteċipanti f'operazzjoni u, fejn ikun adatt, partijiet terzi, għall-akkwist tas-servizzi u l-provvisti li għandhom jiġu ffinanzjati bħala spejjeż imħallsa min-nazzjon.

3.   Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Speċjali għandu jistabbilixxi l-modalitajiet għall-prefinanzjament ta’ spejjeż imħallsa min-nazzjon.

4.   ATHENA għandha żżomm kont tal-ispejjeż imħallsa min-nazzjon li tkun fdata bihom u mġarrba minn kull Stat Membru u, fejn adatt, partijiet terzi. Kull xahar hi għandha tibgħat lil kull Stat Membru u, fejn adatt, dawk il-partijiet terzi, rendikont tan-nefqa li tkun sostniet u li tkun saret minnha jew mill-persunal tagħha fix-xahar preċedenti, u għandha ssejjaħ għall-fondi meħtieġa sabiex titħallas din in-nefqa. L-Istati Membri u, fejn adatt, dawk il-partijiet terzi, għandhom iħallsu lil ATHENA l-fondi meħtieġa fi żmien 30 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa għall-fondi.

Artikolu 29

Imgħax fuq ħlas tardiv

1.   Jekk Stat ma jissodisfax l-obbligi finanzjarji tiegħu, għandhom japplikaw b'analoġija r-regoli tal-Unjoni dwar l-imgħax fuq ħlas tardiv determinati bl-Artikolu 71 tar-Regolament Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-baġit tal-UE.

2.   Meta l-ħlas isir tard b'mhux iżjed minn għaxart ijiem, l-ebda imgħax ma għandu jiġi applikat. Meta ħlas isir tard b'iżjed minn għaxart ijiem, l-imgħaxijiet għandhom japplikaw għad-dewmien kollu.

KAPITOLU 8

IMPLIMENTAZZJONI TAN-NEFQA

Artikolu 30

Prinċipji

1.   L-approprjazzjonijiet ta’ ATHENA għandhom jintużaw skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri l-ekonomija, l-effettività u l-effiċjenza.

2.   L-uffiċjali awtorizzanti għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa ta’ ATHENA skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-legalità u r-regolarità. Biex tiġi implimentata in-nefqa, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jagħmel impenji baġitarji u impenji ġuridiċi, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-ħlasijiet u għandu jieħu f'idejh il-preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet. Uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega d-dmirijiet tiegħu b'deċiżjoni li tiddetermina:

(a)

il-persunal fuq livell xieraq għal tali delegazzjoni;

(b)

il-limitu tas-setgħat konferiti; u

(c)

l-ambitu għal benefiċjarji sabiex jissubdelegaw is-setgħat tagħhom.

3.   L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet skont il-prinċipju ta’ segregazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandha tkun żgurata. Id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli. Kwalunkwe ħlas li jsir mill-fondi amministrati minn ATHENA għandu jeħtieġ il-firma konġunta ta’ uffiċjal awtorizzanti u ta’ uffiċjal tal-kontabbiltà.

4.   Mingħajr preġudizzju għal din id-Deċiżjoni, meta l-implimentazzjoni tan-nefqa komuni tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni jew, skont il-każ, organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tan-nefqa proprja tagħhom. Meta l-amministratur jimplimenta n-nefqa direttament, din għandha tikkonforma mar-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tat-taqsima “Kunsill” tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Madankollu, l-amministratur jista' jipprovdi lill-Presidenza b'elementi għal proposta lill-Kunsill jew lill-Kumitat Speċjali dwar regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni.

6.   Il-Kumitat Speċjali jista' japprova regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni li jmorru lil hinn mill-paragrafu 4.

Artikolu 31

Spejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet, jew mhux marbutin direttament ma’ operazzjoni speċifika

L-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni fil-preparazzjoni għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet, kif ukoll spejjeż komuni li ma jistgħux ikunu marbutin direttament ma’ operazzjoni speċifika.

Artikolu 32

Spejjeż operattivi komuni

1.   Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni operattivi tal-operazzjoni li hu jikkmanda. Madankollu, l-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni operattivi li jkunu saru matul il-fażi preparatorja ta’ operazzjoni speċifika, li huma implimentati direttament minn ATHENA, jew relatati mal-operazzjoni wara t-tmiem fażi attiva tagħha.

2.   Is-somom meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa fuq operazzjoni għandhom ikunu trasferiti mill-kont bankarju ta’ ATHENA mill-amministratur għall-kmandant tal-operazzjoni, fuq it-talba tiegħu, fil-kont bankarju miftuħ f'isem ATHENA, li tieghu l-kmandant tal-operazzjoni jkun ipprovda d-dettalji.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 18(5), l-adozzjoni tal-ammont ta’ referenza għandha tattiva d-dritt tal-amministratur u tal-kmandant tal-operazzjoni, kull wieħed fil-qasam tiegħu ta’ kompetenza, sabiex jintrabat li jħallas l-ispejjeż għall-operazzjoni kkonċernata sal-persentaġġ tal-ammont ta’ referenza approvat kif stipulat fl-Artikolu 25(1), sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix fuq livell ogħla għall-impenji.

Il-Kumitat Speċjali, abbażi ta’ proposta mill-amministratur jew il-kmandant tal-operazzjoni u b'kont meħud tan-neċessità u l-urġenza tal-operazzjoni, jista' jiddeċiedi li jsir impenn għal, u fejn adatt, titħallas, nefqa addizzjonali. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirriferi l-kwistjoni lill-korpi preparatorji kompetenti fil-Kunsill permezz tal-Presidenza, ħlief jekk iċ-ċirkostanzi operattivi jkunu jirrikjedu mod ieħor. Din id-deroga m'għandhiex tapplika midd-data tal-adozzjoni ta’ baġit għall-operazzjoni kkonċernata.

4.   Matul il-perijodu qabel l-adozzjoni ta’ baġit għal operazzjoni, l-amministratur u l-kmandant tal-operazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jirrapportaw lill-Kumitat Speċjali kull xahar, kull wieħed jirrapporta fuq il-materji li jikkonċernaw lilu, fir-rigward tal-ispejjeż li jkunu eliġibbli bħala spejjeż komuni għal dik l-operazzjoni. Il-Kumitat Speċjali, abbażi ta’ proposta mill-amministratur, kmandant tal-operazzjoni jew Stat Membru, jista' joħroġ direttivi dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa matul dak il-perijodu.

5.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 18(5), fil-każ ta’ periklu imminenti għall-ħajjiet persunal involuti f'operazzjoni militari tal-UE, il-kmandant tal-operazzjoni għal dik l-operazzjoni jista' jimplimenta n-nefqa meħtieġa sabiex isalva l-ħajjiet ta’ dak il-persunal, aktar mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali malajr kemm jista' jkun. F'dan il-każ, filwaqt li jikkomunika mal-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur għandu jipproponi t-trasferimenti meħtieġa sabiex tiġi finanzjata din in-nefqa mhux mistennija. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal tali nefqa permezz ta’ trasferiment, l-amministratur għandu jipproponi baġit emendatorju.

KAPITOLU 9

DESKRIZZJONI FINALI TAT-TAGĦMIR U L-INFRASTRUTTURA FFINANZJATI B'MOD KOMUNI

Artikolu 33

Tagħmir u infrastruttura

1.   Bil-ħsieb tat-terminazzjoni tal-operazzjoni li hu jkun ikkmanda, il-kmandant tal-operazzjoni għandu jipproponi destinazzjoni finali għat-tagħmir u infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni għal dik l-operazzjoni. Hu għandu jipproponi lill-Kumitat Speċjali r-rata rilevanti ta’ deprezzament kif meħtieġ.

2.   L-amministratur għandu jamministra t-tagħmir u l-infrastruttura li jibqa' wara t-tmiem fażi attiva tal-operazzjoni, bil-ħsieb, jekk ikun meħtieġ, li jsib id-destinazzjoni finali tagħha. Hu għandu jipproponi lill-Kumitat Speċjali r-rata rilevanti ta’ deprezzament kif meħtieġ.

3.   Ir-rata ta’ deprezzament għat-tagħmir, infrastruttura u assi oħrajn għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali mill-aktar fis possibli.

4.   Id-destinazzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura finanzjati b'mod komuni għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet tal-operazzjoni u l-kriterji finanzjarji. Id-destinazzjoni finali tista' tkun kif ġej:

(a)

fil-każ tal-infrastruttura, tinbiegħ jew tiġi trasferita permezz ta’ ATHENA lill-pajjiż ospitant, lil Stat Membru jew lil parti terza;

(b)

fil-każ ta’ tagħmir, jinbiegħ permezz ta’ ATHENA lil Stat Membru, lill-pajjiż ospitant jew lil parti terza, jew ikun maħżun u miżmum minn ATHENA, Stat Membru jew parti terza, għal użu f'operazzjoni sussegwenti.

5.   Meta jinbiegħu, it-tagħmir u l-infrastruttura għandhom jinbiegħu għall-valur fis-suq tagħhom, jew, fejn l-ebda valur fis-suq ma jista' jiġi determinat, għal prezz ġust u raġonevoli b'kont meħud tal-kondizzjonijiet lokali speċifiċi.

6.   Il-bejgħ jew it-trasferiment lejn pajjiż ospitanti jew parti terza għandu jsir skont ir-regoli rilevanti tas-sigurtà fis-seħħ.

7.   Meta jkun deċiż li ATHENA għandha żżomm it-tagħmir iffinanzjat b'mod komuni għal operazzjoni, l-Istati Membri kontribwenti jistgħu jitolbu kumpens finanzjarju mill-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Il-Kumitat Speċjali, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti kollha, għandu jieħu d-deċiżjonijiet xierqa abbażi ta’ proposta mill-amministratur.

KAPITOLU 10

KONTIJIET U INVENTARJU

Artikolu 34

Kontabbiltà għal spejjeż komuni operattivi

Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jżomm kontijiet tat-trasferimenti riċevuti minn ATHENA, tan-nefqa li hu jkun impenja u l-ħlasijiet li jkunu saru u tad-dħul riċevut, kif ukoll inventarju tal-proprjetà mobbli ffinanzjata mill-baġit ta’ ATHENA u użata għall-operazzjoni li hu jikkmanda.

Artikolu 35

Kontijiet konsolidati

1.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jżomm il-kontijiet ta’ kontribuzzjonijiet imsejħa u ta’ trasferimenti li jkunu saru. Hu għandu wkoll ifassal il-kontijiet għall-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet, u għan-nefqa u d-dħul operattivi implimentati taħt ir-responsabbiltà diretta tal-amministratur.

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jfassal il-kontijiet konsolidati għad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA. Kull kmandant ta’ operazzjoni għandu jibgħat il-kontijiet tiegħu għan-nefqa li jkun impenja u l-ħlasijiet li jkun għamel, kif ukoll tad-dħul riċevut.

KAPITOLU 11

VERIFIKA U PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Artikolu 36

Rapporti regolari lill-Kumitat Speċjali

Kull tliet xhur, l-amministratur għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa mill-bidu tas-sena finanzjarja. Għal dan il-għan, kull kmandant tal-operazzjoni għandu jipprovdi lill-amministratur rapport dwar in-nefqa relatata mal-ispejjeż komuni operattivi tal-operazzjoni li hu jikkmanda.

Artikolu 37

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kontrolli

1.   Qabel ma jwettqu l-kompitu tagħhom, il-persuni responsabbli għall-verifika tad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA għandhom ikunu rċevew permess għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata sa mill-inqas il-livell “Secret UE” miżmuma mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru jew in-NATO, skont il-każ. Dawk il-persuni għandhom jiżguraw li huma jirrispettaw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni u jipproteġu d-data li tagħha jiksbu konoxxenza waqt il-kompitu tagħhom ta’ verifika, skont ir-regoli applikabbli għal dik l-informazzjoni u data.

2.   Il-persuni responsabbli għall-verifika tad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA għandhom ikollhom aċċess mingħajr dewmien u mingħajr ma jagħtu avviż minn qabel għad-dokumenti u l-kontenut tal-ġustifikazzjonijiet kollha tad-data relatati ma’ dak id-dħul u n-nefqa, u għas-siti fejn jinżammu dawk id-dokumenti u l-ġustifikazzjonijiet. Huma jistgħu jagħmlu kopji. Il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA għandhom jagħtu lill-amministratur u lill-persuni responsabbli għall-verifika ta’ dak id-dħul u n-nefqa l-assistenza meħtieġa fit-twettiq tal-kompitu tagħhom.

Artikolu 38

Verifika esterna tal-kontijiet

1.   Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa ta’ ATHENA tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li japplikaw għall-verifika tan-nefqa proprja tagħhom.

2.   Madankollu, l-amministratur jew persuni maħtura minnu jistgħu, fi kwalunkwe żmien, iwettqu verifika tal-ispejjeż komuni ta’ ATHENA li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet, jew l-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni. Barra minn dan, abbażi ta’ proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista', fi kwalunkwe żmien, jaħtar awdituri esterni, u jistabbilixxi l-kompiti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg tagħhom.

3.   Bil-għan li jsiru verifiki esterni, għandu jkun stabbilit Kulleġġ ta’ sitt membri ta’ Awdituri. Il-Kumitat Speċjali għandu jaħtar membri għal perjodu ta’ tliet snin, li jista' jiġġedded darba, minn kandidati proposti mill-Istati Membri. Il-Kumitat Speċjali jista' jestendi mandat ta’ membru sa mhux aktar minn 6 xhur.

Il-kandidati għandhom ikunu membri tal-ogħla korp nazzjonali ta’ verifika ta’ Stat Membru, jew rakkomandati minn dak il-korp, u joffru garanziji adegwati ta’ sigurtà u indipendenza. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex iwettqu kompiti f'isem ATHENA kif meħtieġ. Waqt li jkunu qed iwettqu dawn il-kompiti:

(a)

l-membri tal-Kulleġġ għandhom jibqgħu jitħallsu mill-korp ta’ verifika ta’ oriġini tagħhom; ATHENA għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż ta’ missjoni tagħhom skont ir-regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ grad ekwivalenti;

(b)

l-membri la għandhom jitolbu u lanqas jirċievu istruzzjonijiet ħlief mill-Kumitat Speċjali; fi ħdan il-mandat tagħhom verifika, il-Kulleġġ tal-Awdituri u l-membri tiegħu għandhom ikunu kompletament indipendenti u esklussivament responsabbli għat-tmexxija tal-verifika esterna;

(c)

l-membri għandhom jirrapportaw dwar il-kompitu tagħhom lill-Kumitat Speċjali biss;

(d)

l-membri għandhom jivverifikaw matul is-sena finanzjarja kif ukoll ex post, permezz ta’ kontrolli fuq il-post kif ukoll tad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni, li n-nefqa finanzjata jew pre-finanzjata permezz ta’ ATHENA tkun implimentata skont il-leġislazzjoni applikabbli u l-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri ta’ ekonomija, effikaċja u effiċjenza, u li l-kontrolli interni jkunu adegwati.

Kull sena, il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jeleġgi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu jew jestendi l-ħatra tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli applikabbli għall-verifiki mwettqa mill-membri tiegħu konformement mal-ogħla standards internazzjonali. Il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu japprova r-rapporti tal-verifiki mfassla mill-membri tiegħu qabel ma dawn jingħataw lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali.

4.   Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b'każ u fuq motivazzjonijiet speċifiċi sabiex juża korpi esterni oħrajn.

5.   L-ispiża tal-verifiki mwettqa minn awdituri li jaġixxu f'isem ATHENA għandha tkun ikkunsidrata bħala spiża komuni li għandha tiġi sostnuta minn ATHENA.

Artikolu 39

Verifika interna tal-kontijiet

1.   Fuq proposta tal-amministratur u wara li jkun informa lill-Kumitat Speċjali, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jaħtar awditur intern għall-mekkaniżmu ATHENA, u mill-inqas deputat awditur intern wieħed għal perijodu ta’ tliet snin, li jista' jiġġedded darba; l-awdituri interni għandhom ikollhom il-kwalifiki professjonali meħtieġa u għandhom joffru garanziji adegwati ta’ sigurtà u indipendenza. L-awditur intern la jista' jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabbiltà; huwa ma jistax jipparteċipa fit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

2.   L-awditur intern għandu jirrapporta lill-amministratur dwar kif jipproċedi bir-riskji, billi jagħti opinjonijiet independenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kontroll intern fl- operazzjonijiet, u għall-promozzjoni ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba. Huwa inkarigat b'mod partikolari mill-valutazzjoni tal-adegwatezza u l-effiċjenza tas-sistemi ta’ ġestjoni interni u kif ukoll il-prestazzjoni tad-dipartimenti fit-twettiq ta’ linji politiċi u objettivi rigward ir-riskji assoċjati magħhom.

3.   L-awditur intern iwettaq il-funzjonijiet tiegħu fuq id-dipartimenti kollha involuti fil-ġbir tad-dħul ta’ ATHENA jew fl-implimentazzjoni tal-infiq iffinanzjat minn ATHENA.

4.   L-awditur intern għandu jagħmel verifika interna waħda jew aktar tul is-sena finanzjarja, kif meħtieġ. Huwa jirrapporta lill-amministratur u lill-kmandant tal-operazzjoni dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-kmandant tal-operazzjoni u l-amministratur għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-verifiki.

5.   L-amministratur jagħti kont annwali lill-Kumitat Speċjali dwar il-ħidma dwar verifika interna fejn jindika l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru, is-sejbiet li rriżultaw, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda abbażi ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

6.   Barra minn hekk, kull kmandant tal-operazzjoni għandu jiżgura aċċess sħiħ għall-operazzjoni li huwa jikkmanda lill-awditur intern. L-awditur intern għandu jivverifika t-tħaddim sew tas-sistemi u l-proċeduri finanzjarji u baġitarji, u jiżgura t-tħaddim ta’ sistemi ta’ verifika interna b'saħħithom u effiċjenti.

7.   Il-ħidma u r-rapporti tal-awditur intern għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kulleġġ tal-Awdituri flimkien mad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni kollha relatati magħhom.

Artikolu 40

Preżentazzjoni annwali u għeluq tal-kontijiet

1.   Kull kmandant tal-operazzjoni għandu jipprovdi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ ATHENA sal-31 ta’ Marzu wara t-tmiem tas-sena finanzjarja jew fi żmien erba' xhur wara t-tmiem tal-operazzjoni li hu jikkmanda, fid-data li fosthom tkun l-aktar bikrija, bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti l-kontijiet annwali għall-ispejjeż komuni, il-kontijiet annwali għall-infiq prefinanzjat u rimborżat konformement mal-Artikolu 28 u r-rapport annwali ta’ attività.

2.   L-amministratur, bl-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u kull kmandant tal-operazzjoni, għandu jistabbilixxi u jipprovdi lill-Kumitat Speċjali u lill-Kulleġġ tal-Awdituri, sal-15 ta’ Mejju wara tmiem is-sena finanzjarja, dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport annwali ta’ attività.

3.   Fi żmien tmien ġimgħat mit-trasmissjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jipprovdi lill-Kumitat Speċjali b'opinjoni tal-awdituri, filwaqt li l-amministratur, bl-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u kull kmandant tal-operazzjoni, għandhom jipprovdu r-rapporti finanzjarji vverifikati ta’ ATHENA.

4.   Sat-30 ta’ Settembru, wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jipprovdi lill-Kumitat Speċjali r-rapport ta’ verifika, u għandu jeżamina r-rapport ta’ verifika, l-opinjoni ta’ verifika u r-rapporti finanzjarji bil-ħsieb li jagħti rilaxx lill-amministratur, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà u lil kull kmandant tal-operazzjoni.

5.   Il-kontijiet u l-inventarji kollha għandhom jinżammu, kull wieħed fil-livell tiegħu, mill-uffiċjal tal-kontabbiltà u minn kull kmandant tal-operazzjoni għal perijodu ta’ ħames snin mid-data li fiha jkun ingħata r-rilaxx korrispondenti. Meta tintemm operazzjoni, il-kmandant tal-operazzjoni għandu jiżgura li l-kontijiet u l-inventarji kollha jiġu trasmessi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

6.   Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi li jdaħħal il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit għal sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet jkunu ġew approvati fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara, bħala dħul jew nefqa u dan skont iċ-ċirkostanzi, permezz ta’ baġit emendatorju. Madankollu, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jdaħħal il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit imsemmi hawn fuq wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-verifika mill-Kulleġġ tal-Awdituri.

7.   Il-parti tal-bilanċ tal-eżitu tal-baġit għal sena finanzjarja li tiġi mill-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta', operazzjonijiet, għandha tiddaħħal kontra l-kontribuzzjonijiet li jkun imiss mill-Istati Membri parteċipanti.

8.   Il-parti tal-bilanċ tal-eżitu tal-baġit li tiġi mill-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni partikolari għandha tiddaħħal kontra l-kontribuzzjonijiet li jkun imiss mill-Istati Membri li jkunu kkontribwixxew għal dik l-operazzjoni.

9.   Jekk ir-rimborż ma jkunx jista' jsir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati skont il-kodiċi tad-DGN tas-sena tar-rimborż.

10.   Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena kull Stat Membru li jipparteċipa f'operazzjoni jista' jipprovdi informazzjoni lill-amministratur fejn ikun il-każ permezz Kmandant tal-Operazzjoni, dwar l-ispejjeż inkrementali li jkun għamel għall-operazzjoni matul is-sena finanzjarja preċedenti. Din l-informazzjoni għandha titqassam sabiex turi l-elementi prinċipali tan-nefqa. L-amministratur għandu jiġbor din l-informazzjoni sabiex jipprovdi lill-Kumitat Speċjali b'idea ġenerali tal-ispejjeż inkrementali tal-operazzjoni.

Artikolu 41

Għeluq tal-kontijiet ta’ operazzjoni

1.   Meta tintemm operazzjoni, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi, abbażi ta’ proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, li l-amministratur, bl-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u tal-kmandant tal-operazzjoni, għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ dik l-operazzjoni, mill-inqas sad-data ta’ meta tkun intemmet, u, jekk possibli, sad-data li fiha tkun ġiet terminata. L-iskadenza imposta fuq l-amministratur ma tistax tkun inqas minn erba' xhur mid-data li fiha tkun ġiet kompluta l-operazzjoni.

2.   Jekk fi żmien it-terminu tal-iskadenza, ir-rapporti finanzjarji ma jistgħux jinkludu d-dħul u n-nefqa marbuta mat-terminazzjoni ta’ dik l-operazzjoni, imbagħad dak id-dħul u n-nefqa għandhom jidhru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ ATHENA u għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat Speċjali fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 40.

3.   Il-Kumitat Speċjali għandu, fuq il-bażi ta’ opinjoni tal-Kulleġġ tal-Awdituri, japprova d-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-operazzjoni li tkun ġiet ippreżentata lilu. Huwa għandu jagħti rilaxx lill-amministratur, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà u lil kull kmandant tal-operazzjoni għall-operazzjoni in kwistjoni.

4.   Jekk ir-rimborż ma jkunx jista' jsir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati, skont il-kodiċi tad-DGN tas-sena tar-rimborż.

KAPITOLU 12

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 42

Responsabbiltà

1.   Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-responsabbiltà dixxiplinari jew kriminali tal-kmandant tal-operazzjoni, tal-amministratur u ta’ persunal ieħor provdut partikolarment mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew minn Stati Membri fil-każ ta’ kondotta skorretta jew ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu regolati mir-Regolamenti tal-Persunal jew mill-arranġamenti applikabbli għalihom. Addizzjonalment, ATHENA tista' fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ Stat kontribwent iġġib azzjoni ċivili kontra l-persunal imsemmi hawn fuq.

2.   Fl-ebda każ ma jistgħu l-Unjoni jew is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti bħala riżultat tal-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom mill-amministratur, mill-uffiċjal tal-kontabbiltà jew mill-persunal assenjat lilhom.

3.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali li tista' tirriżulta minn kuntratti konklużi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun koperta permezz ta’ ATHENA mill-Istati kontribwenti. Din għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratti in kwistjoni.

4.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, kull dannu kkawżat mill-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni, il-kwartieri ġenerali tal-forzi u l-kwartieri ġenerali tal-komponenti tal-istruttura tal-kriżi, li l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jew mill-persunal tagħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom għandu jkun kopert permezz ta’ ATHENA mill-Istati kontribwenti, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri u r-Regolamenti tal-Persunal tal-forzi, applikabbli fil-post tal-operazzjonijiet.

5.   Fl-ebda każ ma jistgħu l-Unjoni jew l-Istati Membri jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti għal kuntratti konklużi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit jew għal dannu kkawżat mill-unitajiet u d-dipartimenti tal-istruttura tal-kriżi, li l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jew mill-persunal tagħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 43

Eżami mill-ġdid u reviżjoni

Din id-Deċiżjoni sħiħa jew parti minnha, inklużi l-Annessi tagħha, għandha tiġi riveduta, jekk meħtieġ, fuq talba ta’ Stat Membru jew wara kull operazzjoni. Hija għandha tiġi riveduta mill-anqas darba kull tliet snin. Waqt l-eżami mill-ġdid jew ir-reviżjoni, jistgħu jintużaw l-esperti kollha utli għall-ħidma, u partikolarment il-korpi ta’ ġestjoni ta’ ATHENA.

Artikolu 44

Dispożizzjonijiet finali

Id-Deċiżjoni 2008/975/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 45

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68.

(2)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 96.

(3)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS I

SPEJJEŻ KOMUNI MĦALLSA MINN ATHENA KULL META MĠARRBA

F'każijiet meta l-ispejjeż komuni li ġejjin ma jkunux jistgħu jiġu marbuta direttament ma’ operazzjoni speċifika, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jalloka l-approprjazzjonijiet korrispondenti mal-parti ġenerali tal-baġit annwali. Sa fejn ikun possibli, dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fl-artikoli li juru l-operazzjoni li magħha jkunu l-aktar relatati.

1.

In-nefqa tal-missjoni li ssir mill-kmandant tal-operazzjoni u l-persunal tiegħu għall-preżentazzjoni tal-kontijiet ta’ operazzjoni lill-Kumitat Speċjali.

2.

L-indennizzi għal danni u spejjeż li jirriżultaw minn pretensjonijiet u azzjonijiet legali li jkollhom jitħallsu permezz ta’ ATHENA.

3.

L-ispejjeż skont kwalunkwe deċiżjoni sabiex jinħażen materjal li jkun inkiseb b'mod komuni għal operazzjoni (fejn dawn l-ispejjeż ikunu attribwiti għall-parti ġenerali tal-baġit annwali, għandha tkun indikata rabta ma’ operazzjoni speċifika).

Barra minn dan il-parti ġenerali tal-baġit annwali għandha tinkludi approprjazzjonijiet, fejn meħtieġ, sabiex ikopru l-ispejjeż komuni, li ġejjin, f'operazzjonijiet li għall-finanzjament tagħhom jikkontribwixxu l-Istati Membri parteċipanti:

1.

Spejjeż bankarji;

2.

Spejjeż verifika;

3.

Spejjeż komuni relattivi għall-fażi preparatorja ta’ operazzjoni kif definit fl-Anness II.

4.

Spejjeż relatati mal-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà u tal-ġestjoni tal-assi tal-ATHENA.


ANNESS II

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RIGWARD IL-FAŻI PREPARATORJA TA’ OPERAZZJONI MĠARRBA MINN ATHENA

L-ispejjeż inkrimentali meħtieġa għal missjonijiet esploratorji u għal preparazzjonijiet (b’mod partikolari missjonijiet ta’ stħarriġ u tkixxif) li jsiru minn persunal militari u ċivili bil-ħsieb ta’ operazzjoni militari speċifika tal-Unjoni: trasport, akkomodazzjoni, użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni operattiva, reklutaġġ ta’ persunal ċivili lokali għat-twettiq tal-missjoni bħal interpreti u xufiera.

Servizzi mediċi: l-ispiża ta’ evakwazzjonijiet mediċi ta’ emerġenza (Medevac) ta’ persuni li jkunu qed jieħdu sehem f’missjonijiet esploratorji u preparazzjonijiet minn persunal militari u ċivili bil-ħsieb ta’ operazzjoni militari speċifika tal-Unjoni, meta ma jkunx jista’ jiġi pprovdut trattament mediku fil-post.


ANNESS III

PARTI A

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RIGWARD IL-FAŻI ATTIVA TA' OPERAZZJONIJIET DEJJEM IMĠARRBA MINN ATHENA

Għal kwalunkwe operazzjoni militari tal-UE, ATHENA ser terfa' bħala spejjeż komuni operattivi l-ispejjeż inkrementali meħtieġa għall-operazzjoni definita hawn taħt.

1.   L-ispejjeż inkrementali għall-kwartieri ġenerali (li jistgħu jiġu skjerati jew li huma fissi) għal operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni Ewropea.

1.1.

Definizzjoni tal-Kwartieri Ġenerali (HQ) li l-ispejjeż inkrementali tagħhom jitħallsu b'mod komuni:

(a)   Kwartieri Ġenerali (HQ): il-kwartieri ġenerali (HQ); l-elementi ta’ kmand u ta’ appoġġ approvati fil-pjan ta’ operazzjoni (OPLAN).

(b)   Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni(OHQ): kwartieri ġenerali statiċi, barra miż-żona, tal-kmandant tal-operazzjoni, li hija responsabbli għall-kostruzzjoni, it-tnedija, l-appoġġ u l-irkupru ta’ forza tal-UE.

Id-definizzjoni tal-ispejjeż komuni applikabbli għal OHQ għal operazzjoni għandha tkun appikabbli wkoll għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u għal ATHENA sa fejn dawn jaġixxu direttament għal dik l-operazzjoni.

(c)   Kwartieri Ġenerali tal-Forza (FHQ): il-kwartieri ġenerali ta’ forza tal-UE skjerata fiż-żona tal-operazzjonijiet.

(d)   Kwartieri Ġenerali Komponenti tal-Kmand (CCHQ): kwartieri ġenerali ta’ kmandant ta’ komponent tal-Unjoni Ewropea skjerat għall-operazzjoni (jiġifieri l-kmandanti tal-ajru, tal-art, dawk marittimi u dawk b'funzjonijiet speċifiċi oħrajn li jistgħu jitqiesu meħtieġa li jinħatru skont in-natura tal-operazzjoni.

1.2.

Definizzjoni tal-ispejjeż inkrimentali ffinanzjati b'mod komuni:

(a)   Spejjeż tat-trasport: trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet għall-iskjerament, is-sosteniment u l-irkupru tal-FHQ u s-CCHQ.

(b)   Vjaġġar u akkomodazzjoni: spejjeż tal-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni li jsiru mill-OHQ għal vjaġġi uffiċjali meħtieġa għal operazzjoni; spejjeż tal-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni li jsiru minn persunal minn HQs skjerati li jagħmlu vjaġġi uffiċjali għal Brussell u/jew laqgħat relatati ma’ operazzjoni.

(c)   Trasport/vjaġġar (esklużi l-ispejjeż “per diem”) fil-post tal-operazzjonijiet tal-HQs: nefqa relatata mat-trasport bi vetturi u vjaġġar ieħor b'mezzi oħrajn u l-ispejjeż tal-ġarr, inkluż vjaġġar minn rinforzi nazzjonali u viżitaturi; spejjeż inkrementali ta’ karburant oltre l-ispiża għal operazzjonijiet normali; kera ta’ vetturi addizzjonali; spejjeż tal-assigurazzjoni ta’ partijiet terzi imposti minn xi pajjiżi fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li jmexxu operazzjonijiet fit-territorju tagħhom.

(d)   Amministrazzjoni: tagħmir supplimentari għall-uffiċċji u l-akkomodazzjoni, servizzi u utilitajiet kuntrattwali, spejjeż għall-manutenzjoni tal-bini tal-HQ.

(e)   Persunal ċivili reklutat speċifikament fil-HQs eliġibbli għall-ħtiġiet tal-operazzjoni: persunal ċivili li jaħdem fl-Unjoni, persunal internazzjonali u persunal lokali reklutat lokalment fil-post meħtieġa għat-tmexxija tal-operazzjoni lil hinn mir-rekwiżiti operattivi normali (inkluż kwalunkwe ħlas għall-kumpens tas-sahra).

(f)   Komunikazzjoni bejn il-HQs eliġibbli u bejn il-HQs eliġibbli u l-forzi direttament subordinati: nefqa kapitali għax-xiri u l-użu ta’ tagħmir tal-IT u ta’ komunikazzjoni supplimentari u l-ispejjeż għal servizzi mogħtija (kera u manutenzjoni ta’ modems, linji tat-telefon, satphones, cryptofax, linji siguri, fornituri tal-Internet, linji għat-trasmissjoni ta’ data, netwerks lokali).

(g)   Kwartieri u alloġġ/infrastruttura: nefqa għall-akkwist, il-kiri jew ir-ridekorazzjoni tal-faċilitajiet ta’ HQ meħtieġa fil-post (kiri ta’ bini, shelters, tined), jekk meħtieġ.

(h)   Informazzjoni lill-pubbliku: l-ispejjeż relatati ma’ kampanji ta’ informazzjoni u biex l-midja tiġi infurmata f'OHQ u FHQ, skont l-istrateġija tal-informazzjoni żviluppata mill-HQ operattiv.

(i)   Rappreżentanza u akkoljenza: spejjeż għar-rappreżentanza; spejjeż fil-livell ta’ HQ meħtieġa għat-tmexxija ta’ operazzjoni.

2.   Spejjeż inkrementali li jsiru sabiex jiġi provdut appoġġ għall-forza fl-intier tagħha:

L-ispejjeż definiti hawn taħt huma dawk li jsiru bħala konsegwenza tal-iskjerament tal-forza fil-lokalità tagħha:

(a)   Xogħlijiet meħtieġa għall-iskjerament/l-infrastruttura: nefqa assolutament meħtieġa sabiex il-forza inġenerali twettaq il-missjoni tagħha (ajruport, linji tal-ferrovija, portijiet, toroq loġistiċi ewlenin, inklużi punti tal-iżbark u żoni tal-assemblea avvanzati li jkunu użati b'mod konġunt; analiżi tal-ilma, ippumpjar, trattament, distribuzzjoni u evakwazzjoni tal-ilma, forniment tal-elettriku u l-ilma, xogħlijiet tal-art u protezzjoni statika tal-forzi, faċilitajiet tal-ħżin (b'mod partikolari ta’ karburant u munizzjon), żoni loġistiċi ta’ assemblea; appoġġ tekniku għall-infrastruttura ffinanzjata b'mod konġunt).

(b)   Marki ta’ identifikazzjoni: marki speċifiċi ta’ identifikazzjoni, karti tal-identità tal-“Unjoni Ewropea”, għeliem, medalji, bnadar bil-kuluri tal-Unjoni Ewropea jew Forza oħra jew għelm ta’ identifikazzjoni tal-HQ (esklużi ħwejjeġ, kpiepel jew uniformijiet).

(c)   Servizzi u faċilitajiet mediċi: evakwazzjonijiet mediċi ta’ emerġenza (Medevac). Servizzi u faċilitajiet tar-rwoli 2 u 3 fil-livell tal-elementi operattivi fil-post, bħall-ajruporti u l-portijiet ta’ żbark approvati fil-pjan operattiv (OPLAN).

(d)   Ksib ta’ informazzjoni: Ritratti bis-satellita għall-intelligence hekk kif approvati fil-Pjan ta’ operazzjoni (OPLAN), jekk il-finanzjament tagħhom ma jistax jiġi żgurat mill-fondi disponibbli fil-baġit taċ-Ċentru tas-Satellita tal-Unjoni Ewropea (SATCEN).

3.   Spejjeż inkrementali li jsiru mir-rikors tal-UE għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO magħmula disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-UE.

L-ispiża għall-UE tal-applikazzjoni għal waħda mill-operazzjonijiet militari tagħha tal-arranġamenti bejn l-UE u n-NATO relatata mar-rilaxx, monitoraġġ u ritorn jew sejħa mill-ġdid tal-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO magħmula disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-UE. Rimborżi min-NATO lill-UE.

4.   L-ispejjeż inkrementali li jsiru mill-Unjoni għal merkanzija, servizzi jew xogħlijiet inklużi fil-lista ta’ spejjeż komuni u magħmula disponibbli f'operazzjoni mmexxija mill-UE, minn Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni, Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont arranġament imsemmi fl-Artikolu 11. Rimborżi minn stat, istituzzjoni tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali bbażati fuq tali arranġament.

PARTI B

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RIGWARD IL-FAŻI ATTIVA TA' OPERAZZJONI SPEĊIFIKA, IMĠARRBA MINN ATHENA META L-KUNSILL HEKK JIDDEĊIEDI

Spejjeż tat-trasport: trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet sabiex jiġu skjerati, mantenuti u rkuprati l-forzi meħtiġa għall-operazzjoni.

Kwartieri ġenerali multinazzjonali tat-Task-force: kwartieri ġenerali multinazzjonali tat-task-forces tal-UE skjerati fiż-żona tal-operazzjoni.

PARTI C

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI MĠARRBA MINN ATHENA META MITLUBA MILL-KMANDANT TAL-OPERAZZJONI U APPROVATI MILL-KUMITAT SPEĊJALI

(a)   Kwartieri u alloġġ/infrastruttura: nefqa għall-akkwist, kiri jew ridekorazzjoni ta’ bini fil-post tal-operazzjoni (bini, shelters, tined), kif meħtieġ għall-forzi skjerati għall-operazzjoni.

(b)   Tagħmir addizzjonali essenzjali: kiri jew xiri matul operazzjoni ta’ tagħmir speċifiku mhux previst li jkun essenzjali għat-twettiq tal-operazzjoni, sa fejn it-tagħmir mixtri ma jkunx ripatrijat fi tmiem il-missjoni.

(c)   Servizzi u faċilitajiet mediċi: Servizzi u faċilitajiet tar-rwol 2 fil-post, li mhumiex dawk imsemmija fil-Parti A.

(d)   Ksib ta’ informazzjoni: ksib ta’ informazzjoni (immaġni bis-satellita; intelligence, tkixxif u sorveljanza fuq il-post tal-operazzjoni (ISR), inkluż Sorveljanza Ajru-Art (AGSR); intelligence umana).

(e)   Kapaċitajiet essenzjali oħrajn fil-livell tal-post tal-operazzjoni: tneħħija ta’ mini sa fejn din tkun meħtieġa għall-operazzjoni tal-protezzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN); ħżin u qerda ta’ armi u munizzjon miġbura fiż-żona ta’ operazzjoni.


ANNESS IV

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RIGWARD IT-TERMINAZZJONI TA’ OPERAZZJONI, IMĠARRBA MINN ATHENA

Spejjeż li jkunu saru sabiex tinstab id-destinazzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura finanzjati b’mod komuni għall-operazzjoni.

Spejjeż inkrementali għat-tfassil tal-kontijiet għall-operazzjoni. L-ispejjeż komuni eliġibbli għandhom ikunu determinati konformement mal-Anness III, b’kont meħud tal-fatt li l-persunal li jkun meħtieġ sabiex jitfasslu l-kontijiet jappartjeni għall-kwartieri ġenerali għal dik l-operazzjoni, ukoll wara li dan tal-aħħar ikun temm l-attivitajiet tiegħu.


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/872/PESK

tat-22 ta’ Diċembru 2011

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/430/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/430/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa meħtieġ li ssir reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika d-Deċiżjoni 2011/430/PESK.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill għamel fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ, u d-Deċiżjoni 2011/430/PESK għandha tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik li tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2011/430/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 47.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 l-Iran. Passaport: D9004878.

2.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-01.02.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al- Hijra")

3.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

4.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

5.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis- 16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin tal-Għarabja Sawdija

6.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.03.1955 l-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

7.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit- 18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

8.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

9.

ASLI, Rabah imwieled fit- 13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

10.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) (Membru tal-"Hofstadgroep")

11.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

12.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.06.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

13.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl- 10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

14.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

15.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

16.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis- 26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

17.

NOUARA, Farid imwieled fil- 25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

18.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

19.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit- 23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

20.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl- 14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

21.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.04.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’"al-Takfir" u "al-Hijra")

22.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, Iran.

23.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

24.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 l-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

25.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

26.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis- 6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) NE8146378 (Membru tal-"Hofstadgroep")

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa"

3.

"Al-Aqsa e.V."

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra"

5.

"Babbar Khalsa"

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi""IBDA-Ć" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

10.

"Hizbul Mujahideen" - "HM"

11.

"Hofstadgroep"

12.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

13.

Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" ("ISYF")

14.

Il-"Forza Khalisan Zindabad" ("KZF")

15.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" ("PKK"), (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

16.

"Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" - "LTTE"

17.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

18.

Il-"Jihad Islamika Palestinjana" - "PIJ"

19.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" - "PFLP"

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

21.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" - "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

22.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

23.

"Sendero Luminoso" - "SL" It-("Triq li Tiddi")

24.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

25.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" - "TAK" magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħrufa wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks"


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/57


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2011

dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet u l-allokazzjoni tal-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9196)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bil-Portugiż, bit-Taljanbiss huma awtentiċi)

(2011/873/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi kif stipulat fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

(2)

Minbarra dan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantititajiet ta’ sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarbonji [idroklorofluworokarburi] li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorju u dawk analitiċi, u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

(3)

Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għall-użi essenzjali fil-laboratorju u dawk analitiċi għandha tiżgura li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) huma rispettati, billi jiġi applikat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2). Peress li dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi għandhom jiġu wkoll koperti minn dik l-allokazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż għall-impriżi li beħsiebhom jimpurtaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2012 u lill-impriżi li beħsiebhom jitolbu kwota għall-2012 għal dawn is-sustanzi intenzjonati għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi (2011/C 75/05) (3), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet intenzjonati fl-2012.

(5)

Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fl-ambitu tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kwantitajiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħra), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 11 185 000 kilogramm b'potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP – ozone depleting potential).

2.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp III (aloni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 15 761 510 kilogramm b'ODP.

3.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IV (tetraklorur tal-karbonju), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 8 800 220 kilogramma b'ODP.

4.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp V (1,1,1-trikloroetan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 1 000 015 kilogramm b'ODP.

5.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VI (bromur tal-metil), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 889 320 kilogramm b'ODP.

6.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromofluworokarburi), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 1 065,8 kilogramma b'ODP.

7.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VIII (idroklorofluworokarburi), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 4 581 681,8 kilogramm b'ODP.

8.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp IX (bromoklorometan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2012 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 294 012 kilogramm b'ODP.

Artikolu 2

Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għal klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħra matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

2.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

3.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

4.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

5.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

6.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

7.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

8.   L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tkun għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi għandhom ikunu stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Kwoti għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi.

Il-kwoti għall-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi fis-sena 2012 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2012 għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi allokati lil dawn l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

Artikolu 4

Perjodu ta’ validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012 u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

 

Aesica Queenborough Ltd.

North Street

Queenborough

Kent, ME11 5EL

Ir-Renju Unit

 

Airbus Operations S.A.S.

Route de Bayonne 316

31300 Toulouse

Franza

 

Albany Molecular Research (UK) Ltd

Mostyn Road

Holywell

Flintshire, CH8 9DN

Ir-Renju Unit

 

Albemarle Europe SPRL

Parc Scientifique Einstein

Rue du Bosquet 9

1348 Louvain-la-Neuve

Il-Belġju

 

Alfa Agricultural Supplies SA

73, Ethnikis Antistasseos Str,

152 31 Chalandri,

Ateni

Il-Greċja

 

Arkema France S.A.

420, rue d'Estienne D'Orves

92705 Colombes Cedex

Franza

 

Arkema Quimica S.A.

Avenida de Burgos 12

28036 Madrid

Spanja

 

Ateliers Bigata SAS

10, rue Jean Baptiste Perrin,

33320 Eysines Cedex

Franza

 

BASF Agri Production SAS

32 rue de Verdun

76410 Saint-Aubin lès Elbeuf

Franza

 

Bayer Crop Science AG

Gebäude A729

41538 Dormagen

Il-Ġermanja

 

Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH

Bützflether Sand

21683 Stade

Il-Ġermanja

 

DuPont de Nemours (Nederland) BV

Baanhoekweg 22

3313 LA Dordrecht

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Dyneon GmbH

Werk Gendorf

Industrieperkstrasse 1

84508 Burgkirchen

Il-Ġermanja

 

Eras Labo

222 D1090

38330 Saint Nazaire les Eymes

Franza

 

Eusebi Impianti Srl

Via Mario Natalucci 6

60131 Ancona

L-Italja

 

Eusebi Service Srl

Via Vincenzo Pirani 4

60131 Ancona

L-Italja

 

Fire Fighting Enterprises Ltd.

9 Hunting Gate,

Hitchin SG4 0TJ

Ir-Renju Unit

 

Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

Keetberglaan 1 A

Haven 1061

2070 Zwijndrecht

Il-Belġju

 

Halon & Refrigerants Services Ltd.

J.Reid Trading Estate

Factory Road, Sandycroft

Deeside, Flintshire CH5 2QJ

Ir-Renju Unit

 

Harp International Ltd

Gellihirion Industrial Estate

Rhondda, Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

Ir-Renju Unit

 

Honeywell Fluorine Products Europe B.V.

Laarderhoogtweg 18

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Honeywell Specialty Chemicals GmbH

Wunstorfer Strasse 40

Postfach 100262

30918 Seelze

Il-Ġermanja

 

Hovione Farmaciencia SA

Sete Casas

2674-506 Loures

Il-Portugall

 

ICL-IP Europe B.V.

Fosfaatweeg 48

1013 BM Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Laboratorios Miret SA

Geminis 4,

08228 Terrassa, Barcelona

Spanja

 

LGC Standards GmbH

Mercatorstr. 51

46485 Wesel

Il-Ġermanja

 

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL

C/Mestre Joan Corrales 107-109

08950 Esplugas de Llobregat, Barcelona

Spanja

 

Mebrom NV

Assenedestraat 4

9940 Rieme Ertvelde

Il-Belġju

 

Merck KGaA

Frankfurter Strasse 250

64271 Darmstadt

Il-Ġermanja

 

Mexichem UK Ltd.

PO Box 13

The Heath

Runcorn Cheshire WA7 4QX

Ir-Renju Unit

 

Il-Ministeru tad-Difiża

Defence Fuel Lubricants and Chemicals

P.O. Box 10.000

1780 CA Den Helder

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Panreac Quimica S.L.U.

Pol. Ind. Pla de la Bruguera, C/Garraf 2

08211 Castellar del Vallès-Barcelona

Spanja

 

Poż-Pliszka Sp. z o.o.

ul.Szczecińska 45

80-392 Gdańsk

Il-Polonja

 

R.P. Chem s.r.l.

Via San Michele 47

31062 Casale sul Sile (TV)

L-Italja

 

Safety Hi-Tech S.r.l.

Via Cavour 96

67051 Avezzano (AQ)

L-Italja

 

Savi Technologie Sp. z o.o.

Ul. Wolnosci 20

Psary

51-180 Wroclaw

Il-Polonja

 

Sicor Srl

Via Terazzano 77

20017 Rho

L-Italja

 

Sigma Aldrich Chemie GmbH

Riedstrasse 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

 

Sigma Aldrich Chimie SARL

80, rue de Luzais

L'isle d'abeau Chesnes

38297 St Quentin Fallavier

Franza

 

Sigma Aldrich Company Ltd

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

Ir-Renju Unit

 

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

 

Solvay Fluores France

25 rue de Clichy

75442 Paris

Franza

 

Solvay Specialty Polymers France SAS

Avenue de la Republique

39501 Tavaux Cedex

Franza

 

Solvay Solexis S.p.A.

Viale Lombardia 20

20021 Bollate (MI)

L-Italja

 

Sterling S.r.l.

Via della Carboneria 30

06073 Solomeo di Corciano (PG)

L-Italja

 

Syngenta Crop Protection

Surrey Research Park

30 Priestly Road

Guildford Surrey GU2 7YH

Ir-Renju Unit

 

Tazzetti S.p.A.

Corso Europa n. 600/a

10070 Volpiano (TO)

L-Italja

 

TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH

Werner-von-Siemens-Strasse 18

97076 Würzburg

Il-Ġermanja

 

Thomas Swan & Co Ltd.

Rotary Way

Consett

County Durham DH8 7ND

Ir-Renju Unit

 

Total Feuerschutz GmbH

Industriestr 13

68526 Ladenburg

Il-Ġermanja

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4.

(3)  ĠU C 75, 9.3.2011, p. 4.


ANNESS I

GRUPPI I U II

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u l-klorofluworokarburi aloġenati kompletament l-oħra allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

Mexichem UK (UK)

Solvay Solexis (IT)

Syngenta Crop Protection (UK)

Tazzetti (IT)

TEGA Technische Gase und Gastechnik (DE)


ANNESS II

GRUPP III

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Ateliers Bigata (FR)

BASF Agri Product (FR)

ERAS Labo (FR)

Eusebi Impianti (IT)

Eusebi Service (IT)

Fire Fighting Enterprises Ltd (UK)

Halon & Refrigerant Services (UK)

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios (ES)

Poz-Pliszka (PL)

Safety Hi-Tech (IT)

Savi Technologie (PL)

Total Feuerschutz (DE)


ANNESS III

GRUPP IV

Il-kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Dow Deutschland (DE)

Mexichem UK (UK)

Solvay Fluores France (FR)


ANNESS IV

GRUPP V

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Arkema (FR)

Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)


ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Albemarle Europe (BE)

Alfa Agricultural Supplies (EL)

ICL-IP Europe (NL)

Mebrom (BE)

Sigma Aldrich Chemie (DE)


ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

ABCR Dr. Braunagel (DE)

Albany Molecular Research (UK)

Hovione Farmaciencia (PT)

R.P. Chem (IT)

Sicor Srl (IT)

Sterling (IT)


ANNESS VII

GRUPP VIII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012

Kumpanija

Aesica Queenborough (UK)

Arkema France (FR)

Arkema Quimica (ES)

Bayer CropScience (DE)

DuPont de Nemours (NL)

Dyneon (DE)

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

Mexichem UK (UK)

Solvay Fluor (DE)

Solvay Specialty Polymers France SAS (FR)

Solvay Solexis (IT)

Tazzetti (IT)


ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Kumpanija

Albemarle Europe (BE)

ICL-IP Europe (NL)

Laboratorios Miret (ES)

Sigma Aldrich Chemie (DE)

Thomas Swan & Co (UK)


ANNESS IX

(Kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)


ANNESS X

Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimpurtaw għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi

Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorju u dawk analitiċi huma allokati lil:

Kumpanija

Airbus Operations (FR)

Arkema France S.A. (FR)

Harp International Ltd (UK)

Honeywell Fluorine Products Europe B.V. (NL)

Honeywell Specialty Chemicals GmbH (DE)

LGC Standards GmbH (DE)

Mebrom NV (BE)

Merck KGaA (DE)

Mexichem UK Ltd (UK)

Ministeru tad-Difiża (NL)

Panreac Quimica SLU (ES)

Sigma Aldrich Chemie (DE)

Sigma Aldrich Chimie SARL (FR)

Sigma Aldrich Company Ltd (UK)

Tazzetti SpA. (IT)


ANNESS XI

(Kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/65


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2011

li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9232)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/874/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1) u b'mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 17(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2), u partikolarment l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fl-Unjoni.Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma fost l-annimali domestiċi koperti bir-Regolament.

(2)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif ukoll tal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni. Din tistipula li l-kundizzjonijiet marbuta mal-importazzjoni ta’ dawn l-annimali għandhom tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(3)

Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw dawn l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali jvarjaw skont is-sitwazzjoni tal-marda tal-idrofobija fil-pajjiż terz tal-oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li l-klieb, il-qtates u l-inmsa li jidħlu fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tal-istess Regolament, għandhom jitlaqqmu kontra l-idrofobija, filwaqt li dawk li jidħlu minn pajjiżi terzi oħrajn iridu wkoll ikunu suġġetti għal test tad-demm b'rabta mal-idrofobija qabel ma jidħlu f'dawn il-pajjiżi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-klieb, il-qtates u l-inmsa li jidħlu fl-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B u fil-Parti Ċ tal-Anness II tal-istess Regolament, għandhom jitlaqqmu kontra l-idrofobija u jkunu suġġetti għal test tad-demm b'rabta mal-idrofobija skont ir-regoli nazzjonali, filwaqt li dawk li jidħlu minn pajjiżi terzi oħrajn, mal-wasla tagħhom għandhom jitqiegħdu fi kwarantina skont ir-regoli nazzjonali.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit, fir-rigward tal-ekinokokkożi, u l-Irlanda, Malta, u r-Renju Unit fir-rigward tal-qurdien, jistgħu jitolbu li d-dħul tal-klieb, il-qtates u l-inmsa fit-territorju tagħhom isir suġġett għall-konformità ma’ ċerti rekwiżiti nazzjonali addizzjonali.

(7)

Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (3) kien adottat sabiex ikun żgurat il-ħarsien kontinwu tas-saħħa fl-Irlanda, Malta, il-Finlandja u r-Renju Unit mill-Echinococcus multilocularis. Se jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/595/KE tad-29 ta’ Lulju 2004 li tistabbilixxi ċertifikat tas-saħħa mudell għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ (4) tistipula li l-importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali għandhom jiġu awtorizzati mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jew fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (5). Id-Deċiżjoni 2004/595/KE tistipula wkoll li dawn l-annimali jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni.

(9)

Il-mudell stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/595/KE huwa ċertifikat individwali li jrid jinħareġ għad-dħul fl-Istati Membri ta’ kull kelb, qattus jew nemes li jasal minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(10)

Filwaqt li dan iċ-ċertifikat huwa biżżejjed għad-dħul fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit ta’ dawk l-annimali li jkunu ġejjin mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, dan mhux aċċettat għal annimali bħal dawn destinati għall-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit meta mal-wasla tagħhom jitqiegħdu fi kwarantina skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(11)

Minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom ċerti importaturi dovuti għall-użu taċ-ċertfikat mudell individwali stabbilit fid-Deċiżjoni 2004/595/KE, huwa neċessarju li dan iċ-ċertifikat mudell jiġi sostitwit b'wieħed li jista' jkopri konsenja li tikkonsisti f'aktar minn annimal wieħed.

(12)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali (6), il-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa minn pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE.

(13)

Minħabba l-fatt li r-riskji maħluqa mill-importazzjonijiet tal-klieb, qtates u inmsa u mill-moviment mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa mhumiex differenti, huwa l-lok li jiġi stabbilit ċertifikat sanitarju komuni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali bħal dawn u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ aktar minn ħames annimali bħal dawn mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jew fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010.

(14)

Fl-interessi tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iċ-ċertifikati mudell tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa għandhom iqisu r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (7), li tistipula li d-diversi ċertifikati tas-saħħa veterinarja, pubblika u dik tal-annimali meħtieġa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin iridu jissejsu fuq il-mudelli standard għaċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/824/KE tal-1 ta’ Diċembru 2004 li tistabblixxi ċertifikat mudell ta’ saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta’ klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità (8) tistabbilixxi ċertifikat mudell għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawk l-annimali fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi. Dan iċ-ċertifikat jista' jintuża wkoll għad-dħul f'dawk it-tliet Stati Membri fil-każ li dawn l-annimali jaslu minn pajjiżi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. Barra minn hekk, dan iċ-ċertifikat irid jinħareġ individwalment għad-dħul fl-Istati Membri ta’ kull kelb, qattus jew nemes.

(16)

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-annimali domestiċi jridu jkunu akkumpanjati minn passaport skont il-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE tas-26 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes (9) meta dawn jidħlu fi Stat Membru, wara moviment temporanju minn Stat Membru għal pajjiż terz jew territorju tiegħu.

(17)

Skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-annimali domestiċi li jaslu minn pajjiżi jew territorji elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament, u li kien stabbilit li għal dawn il-pajjiżi u territorji japplikaw regoli tal-inqas ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni dwar il-movimenti mill-pajjiżi terzi, iridu jkunu suġġetti għar-regoli stabbiliti għall-moviment mhux kummerċjali tal-klieb, il-qtates u l-inmsa bejn l-Istati Membri.

(18)

Huwa loku li din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE tat-3 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet taċ-ċaqliq nonkummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità (10) li tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-moviment għat-territorju tagħhom ta’ klieb u qtates ta’ inqas minn tliet xhur u li ma jkunux imlaqqma kontra l-idrofobija minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 bil-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.

(19)

Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għal ċertifikati multilingwi, iċ-ċertifikat tas-saħħa mitlub għal movimenti mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas minn hekk għandu jkun imsejjes fuq il-mudelli standard stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/240/KE.

(20)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (11) tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ taċ-ċertifikati mitluba mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċ-ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-regoli u l-prinċipji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva jiġu applikati mill-uffiċjali veterinarji tal-pajjiżi terzi.

(21)

Huwa xieraq li jiġi introdott perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(22)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE għandhom jiġu revokati.

(23)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi:

(a)

il-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati biex jimpurtaw klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa lejn l-Unjoni, skont id-Direttiva 92/65/KEE, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u movimenti mhux kummerċjali;

(b)

iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew nemes, jew inqas, lejn l-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni 2004/839/KE.

Artikolu 2

Il-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa lejn l-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u movimenti mhux kummerċjali

1.   L-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ klieb, qtates u inmsa u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa lejn l-Unjoni, kemm-il darba il-pajjiżi terzi jew it-territorji li jaslu minnhom, kif ukoll il-pajjiżi terzi jew it-territorji li jgħaddu minnhom ikunu:

(a)

jew elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003; jew

(b)

elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

2.   Il-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif imsemmija fil-paragrafu 1, iridu:

(a)

ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness I, li jimtela minn uffiċjal veterinarju li josserva n-notamenti ta’ gwida fil-Parti II ta’ dak iċ-ċertifikat;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbiliti fl-Anness I għall-pajjiżi terzi u t-territorji li jaslu minnhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) u (b) rispettivament ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas, lejn l-Unjoni

1.   L-Istati Membri jawtorizzaw il-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas, lejn it-territorju tagħhom kemm-il darba dawn jaslu jew jgħaddu minn pajjiżi terzi jew territorji li:

(a)

jew huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Reglament (KE) Nru 998/2003; jew

(b)

mhumiex elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2.   Il-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif imsemmija fil-paragrafu 1, iridu:

(a)

ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness II, maħruġ minn uffiċjal veterinarju li josserva n-notamenti ta’ gwida fil-Parti II ta’ dak iċ-ċertifikat;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbiliti fl-Anness II għall-pajjiżi terzi u t-territorji mnejn jaslu, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) u (b), rispettivament, ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Sat-30 ta’ Ġunju 2012, għal perjodu tranżitorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju maħruġ mhux iktar tard mid-29 ta’ Frar 2012, skont il-mudelli stabbiliti rispettivament fl-Anness tad-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE.

Artikolu 5

Revoki

Id-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE huma revokati.

Artikolu 6

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.

(4)  ĠU L 266, 13.8.2004, p. 11.

(5)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3.

(7)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.

(8)  ĠU L 358, 3.12.2004, p. 12.

(9)  ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 361, 8.12.2004, p. 40.

(11)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/77


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li teżenta ċerti servizzi finanzjarji fis-settur postali fl-Ungerija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9197)

(It-test bl-Unġeriż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/875/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba mibgħuta bil-posta, mill-Magyar Posta, li waslet fl-24 ta’ Ġunju 2011,

Billi:

I.   FATTI

(1)

Fl-24 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE, mibgħuta lill-Kummissjoni bil-posta. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali lill-applikant u lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija, permezz ta’ emails tat-8 ta’ Awwissu 2011. It-tweġibiet rispettivi waslu fit-2 ta’ Settembru u fil-15 ta’ Settembru 2011. It-talba sottomessa mill-Magyar Posta (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Posta”) tikkonċerna diversi servizzi finanzjarji pprovduti minn Posta, u tikkonsisti f’żewġ partijiet, jiġifieri: is-servizzi ta’ ħlas u s-servizzi mwettqa f’isem istituzzjonijiet finanzjarji oħra. Min-naħa tagħhom, kull parti tirrigwarda s-servizzi finanzjarji varji li ġew miġbura taħt l-intestaturi li ġejjin, kif definiti minn Posta:

Servizzi ta’ Ħlas

1.

Servizzi proprji eżistenti:

1.1.

Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f’kont tal-pagamenti (ħlasijiet ta’ kontijiet u ħlasijiet ta’ kontijiet b’mod rapidu),

1.2.

Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti minn kont tal-pagamenti: (servizz ta’ kunsinna tal-flus kontanti u servizz ta’ ħlas tal-pensjonijiet),

1.3.

Servizzi ta’ trasferiment tal-flus (ordni ta’ ħlas domestika u ordni ta’ ħlas tal-Western Union - imwettqa f’isem ħaddieħor),

2.

Servizzi ta’ kontijiet u servizzi ta’ ħlas relatati li huma proposti li jiġu pprovduti fil-futur

2.1.

Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f’kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti,

2.2.

Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti,

2.3.

Eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonjiet ta’ ħlas bejn kontijiet tal-pagamenti,

2.4.

Ħruġ ta’ strumenti ta’ ħlas li jissostitwixxu l-kard.

Servizzi mwettqa f’isem ħaddieħor

3.1.

Intermedjazzjoni ta’ kontijiet kurrenti u l-prodotti u servizzi relatati (servizzi ta’ kont bankarju bl-imnut u korporattivi offruti f’isem l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-aċċettazzjoni u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet ta’ ħlas għall-eżekuzzjoni, u l-intermedjazzjoni ta’ depożiti (sight deposits) u depożiti għal żmien fiss marbuta ma’ kont bankarju),

3.2.

Intermedjazzjoni kreditizja mwettqa f’isem l-istituzzjonijiet ta’ kreditu,

3.3.

Intermedjazzjoni u aċċettazzjoni ta’ kards tal-ħlas imwettqa f’isem l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (kards ta’ kreditu, kards ta’ debitu, aċċettazzjoni ta’ kards tal-bank u terminals tal-POS,

3.4.

Intermedjazzjoni ta’ investimenti u ta’ tfaddil b’għan speċjali f’isem ħaddieħor

(a)

Bejgħ ta’ strumenti finanzjarji (titoli tal-gvern, fondi ta’ investiment u titoli oħra.)

(b)

Intermedjazzjoni ta’ prodotti ta’ tfaddil għal xiri ta’ dar.

3.5.

Intermedjazzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni: (assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja)

(2)

Skont din l-applikazzjoni (2), in-netwerk tal-Posta jikkonsisti f’aktar minn 2 600 post tal-bejgħ postali permanenti. Madankollu, mhux is-servizzi kollha elenkati fl-applikazzjoni huma pprovduti mill-postijiet tal-bejgħ kollha (3). In-numru totali ta’ fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li qed joperaw bħalissa fit-territorju tal-Ungerija huwa ta’ 4 605. Skont il-Giro Zrt, il-bank OTP huwa l-akbar istituzzjoni ta’ kreditu b’809 fergħat, segwit minn K & H-Bank Zrt. (377 fergħa), CIB Bank Zrt. (218 fergħa), Reiffeisen Bank Zrt. (180 fergħa) u Erste Bank Hungary Nyrt. (145 fergħa). Kull wieħed mit-8 l-akbar banek fis-settur tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu aktar minn 100 fergħa, filwaqt li hemm 22 banek żgħar u ta’ daqs medju, 10 fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u 138 istituzzjoni ta’ kreditu stabbiliti bħala kooperattivi li l-akbar waħda minnhom topera netwerk ta’ 20-40 fergħa. Fil-paragun internazzjonali, bl-użu tad-dejta tal-Blue Book tal-BĊE tal-2007 (4), dawn iċ-ċifri jpoġġu lill-Ungerija fin-nofs tal-medda f’termini ta’ numru ta’ fergħat per capita.

II.   QAFAS LEGALI

(3)

Għandu jiġi mfakkar li, skont il-punt (c) tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/17/KE, l-għoti ta’ servizzi finanzjarji kif definiti fir-raba’ inċiż tal-imsemmi punt (c) huwa kopert minn dik id-Direttiva biss sakemm tali servizzi jiġu pprovduti minn entitajiet li jipprovdu wkoll servizzi postali skont it-tifsira tal-punt (b) ta’ dik id-dispożizzjoni. Posta hija l-unika entità kontraenti fl-Ungerija li toffri s-servizzi kkonċernati minn din id-Deċiżjoni.

(4)

L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprovdi li kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ xi waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva ma jkunux soġġetti għad-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq, l-attività tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq fejn l-aċċess ma jkunx ristrett. L-espożizzjoni diretta għal kompetizzjoni hija vvalutata abbażi ta’ kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. L-aċċess jitqies li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru jkun implementa u applika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti li tiftaħ xi settur partikolari jew parti minnu. Fejn ebda leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti ma tkun elenkata fl-Anness XI għad-Direttiva, bħalma huwa l-każ fir-rigward tas-servizzi kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(3) jeħtieġ li “għandu jiġi muri li aċċess għas-suq imsemmi huwa ħieles de facto u de jure”.

(5)

Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, għandu jiġi mfakkar li ġie adottat korp wiesa’ ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni li huwa mmirat biex jilliberalizza t-twaqqif u l-għoti ta’ servizzi f’dan is-settur (5). Fir-rigward tas-servizzi ta’ ħlas, ġie osservat li l-Ungerija, trasponiet b’mod sħiħ u f’waqtu, id-Direttiva 2007/64/KE, dwar is-Servizzi ta’ Ħlas permezz tal-Att LXXXV/2009 dwar it-Twettiq tal-Kummerċ fis-Servizzi ta’ Ħlas.

(6)

L-Ungerija implimentat il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-liberalizzazzjoni tal-movimenti kapitali u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-liberalizzazzjoni tas-swieq finanzjarji. Barra minn hekk, l-Ungerija ssodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji. Is-suq Ungeriż tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-servizzi ta’ ħlas huwa regolat sew. Skont l-Att CXII: 1996 dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi finanzjarji (l-Att Bankarju), is-servizzi finanzjarji u l-attivitajiet awżiljarji huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni. Skont l-Att CXXXVII/2007 dwar l-impriżi ta’ investiment u n-negozjanti tal-oġġetti u dwar ir-regolamenti li jirregolaw l-attivitajiet tagħhom, is-servizzi ta’ investiment jistgħu jitwettqu biss minn impriżi ta’ investimenti u istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-Att LX/2003 dwar kumpaniji ta’ assigurazzjoni u l-kummerċ tal-assigurazzjoni jistipula li attivitajiet ta’ assigurazzjoni jistgħu jitwettqu biss minn kumpaniji ta’ assigurazzjoni. Posta hija awtorizzata twettaq is-servizzi finanzjarji soġġetti għal din l-applikazzjoni mill-Awtorità Superviżorja Finanzjarja tal-Ungerija. Kull istituzzjoni li tista’ tissodisfa d-dispożizzjonijiet dwar operat prudenti u superviżjoni effettiva tista’ tiġi awtorizzata twettaq dawn is-servizzi. It-twettiq tas-servizzi jew tal-attivitajiet finanzjarji awżiljarji għas-servizzi finanzjarji, kif ukoll is-servizzi ta’ investiment u s-servizzi ta’ assigurazzjoni huwa miftuħ ukoll għall-kumpaniji mhux residenti, permezz tal-fergħat tagħhom, sakemm dawn ikunu awtorizzati mill-awtorità superviżorja kompetenti fil-pajjiż ta’ stabbiliment. Il-ħtieġa li jkun hemm fergħa Ungeriża ma tapplikax għall-istituzzjonijiet finanzjarji li huma stabbiliti fi kwalunkwe Stat Membru taż-ŻEE, hekk kif dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu s-servizzi tagħhom minn pajjiż ieħor.

(7)

B’kunsiderazzjoni xierqa tal-fatti stabbiliti fil-premessi (5) u (6) ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jassumi li, il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 30(3) relatata mal-aċċess ħieles għas-suq tista’ titqies bħala ssodisfata.

(8)

L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni f’suq partikolari għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ diversi kriterji, li ebda minnhom ma hija deċiżiva per se. Fir-rigward tas-swieq ikkonċernati minn din id-deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-protagonisti ewlenin f’xi suq partikolari jikkostitwixxi kriterju wieħed li għandu jiġi kkunsidrat. Kriterji oħrajn meqjusin, jistgħu jkunu l-livell ta’ konċentrazzjoni fuq dawk is-swieq u/jew il-livell li bih il-klijenti jaqilbu. Hekk kif il-kundizzjonijiet ivarjaw skont l-attivitajiet differenti li huma kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, l-eżami tas-sitwazzjoni kompetittiva għandu jikkunsidra s-sitwazzjonijiet differenti fi swieq differenti.

(9)

Minkejja li f’ċerti każijiet jistgħu jiġu previsti definizzjonijiet tas-suq aktar stretti jew usa’, id-definizzjoni preċiża tas-suq rilevanti tista’ titħalla miftuħa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni safejn ikunu kkonċernati għadd ta’ servizzi elenkati fit-talba sottomessa minn Posta safejn ir-riżultat tal-analiżi jibqa’ l-istess irrispettivament minn jekk ikunx ibbażat fuq definizzjoni stretta jew usa’.

(10)

Din id-Deċizjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

III.   VALUTAZZJONI

Servizzi ta’ Ħlas

(11)

L-applikazzjoni telenka żewġ kategoriji distinti ta’ servizzi ta’ ħlas, jiġifieri: A) is-servizzi eżistenti u B) is-servizzi li huma ppjanati li jiġu introdotti fl-2012. Għall-finijiet tal-valutazzjoni li għandha x’taqsam ma’ din id-deċiżjoni, se jitqiesu biss is-servizzi eżistenti, minħabba li m’hemm l-ebda evidenza materjali tal-effetti li jista’ jkollhom is-servizzi ppjanati, jekk u ladarba jiġu introdotti.

(12)

Is-servizzi ta’ ħlas eżistenti mwettqa minn Posta huma s-servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus kontanti f’kont tal-pagamenti u s-servizzi li jippermettu l-ġbid ta’ flus kontanti minn kont bankarju, li fihom Posta taġixxi bħala intermedjarju, u s-servizzi ta’ trasferiment ta’ flus (is-servizzi ta’ ordni ta’ ħlas domestika u internazzjonali tagħha stess, kif ukoll is-servizzi ta’ ordni tal-ħlas tal-Western Union fejn taġixxi bħala intermedjarju).

(13)

Il-mira tad-Deċiżjoni attwali hija li tistabbilixxi jekk is-servizzi offruti minn Posta humiex esposti għal tali livell ta’ kompetizzjoni (fuq swieq li għalihom l-aċċess huwa liberu) li jkun jiżgura li, anki fin-nuqqas tad-dixxiplina mdaħħla mir-regoli dettaljati dwar l-akkwisti kif stipulati fid-Direttiva 2004/17/KE, l-akkwisti minn Posta għat-twettiq tal-attivitajiet ikkonċernati hawnhekk, jitwettqu b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi ta’ kriterji li jippermettulha tidentifika s-soluzzjoni li b’mod ġenerali tkun, ekonomikament, l-aktar waħda vantaġġuża. Għal dan il-għan huwa għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra għandhomx il-possibbiltà li joħolqu pressjoni kompetittiva fuq Posta.

(14)

Il-kompetituri ewlenin ta’ Posta fis-suq tas-servizzi ta’ ħlas huma l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE, minħabba li dawn mhumiex entitajiet kontraenti fis-sens tad-direttiva u/jew ma jipprovdux servizzi finanzjarji flimkien ma’ servizzi postali.

(15)

Il-metodi ta’ ħlas offruti mill-banek huma ġeneralment aktar attraenti minn dawk ibbażati fuq il-karti jew il-flus kontanti, u dawn huma ġeneralment disponibbli. Skont GfK Hungaria (6), in-numru ta’ utenti li jużaw is-servizzi bankarji fuq l-Internet, sa tmiem l-2010 żdied b’200 000 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel u laħaq il-miljun utent, b’rata ta’ tkabbir li qiegħda dejjem tikber. Fl-istess ħin, skont l-istess sors, in-numru ta’ persuni li jippreferu jagħmlu t-tranżazzjonijiet bankarji tagħhom personalment qiegħed jonqos - kwart tal-klijenti kollha m’għadhomx imorru fil-fergħat tal-bank biex jagħmlu t-tranżazzjonijiet bankarji tagħhom.

(16)

Is-suq tal-prodotti kif definit mill-applikant huwa s-suq tas-servizzi ta’ ħlas ipprovdut minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas oħra, filwaqt li s-suq ġeografiku rispettiv jinkludi l-pajjiż kollu. L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija (GVH) indikat li għalkemm ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-informazzjoni u d-dejta kollha sabiex tkun tista’ tiddefinixxi b’mod preċiż u tajjeb is-suq tal-prodotti, id-definizzjoni tas-suq ta’ prodotti rilevanti li ġiet ipprovduta mill-applikant “x’aktarx li hija aċċettabbli”. F’dak li jirrigwarda s-suq ġeografiku, skont l-istess ċaħda ta’ responsabbiltà ta’ hawn fuq, il-GVH indikat li “mhijiex konxja ta’ xi evidenza li fuqha, it-territorju kollu tal-Ungerija ma għandux jitqies bħala s-suq ġeografiku”.

(17)

Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni ma għandha ssir l-ebda distinzjoni ulterjuri tas-suq tas-servizzi ta’ ħlas fi swieq tal-prodotti bl-imnut u bl-ingrossa separati, minħabba li r-riżultat tal-analiżi jibqa’ prinċipalment l-istess kemm jekk ikun ibbażat fuq definizzjoni dejqa kif ukoll fuq definizzjoni usa’.

(18)

L-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija, b’referenza għall-grad ta’ konċentrazzjoni tas-suq ta’ ħlas jistqarru li, preżumibbilment, “il-5-6 banek ewlenin, flimkien mal-Magyar Posta għandhom sehem tas-suq ikkombinat li huwa għoli ħafna fil-każ tas-servizzi ta’ ħlas bl-imnut, u x’aktarx ikopru l-parti l-kbira tas-suq. Is-suq tal-bejgħ bl-ingrossa x’aktarx li huwa inqas ikkonċentrat minħabba l-preżenza ta’ diversi istituzzjonijiet finanzjarji oħra”.

Servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus kontanti f’kont tal-pagamenti (ħlasijiet ta’ kontijiet u ħlasijiet ta’ kontijiet b’mod rapidu)

(19)

Dawn is-servizzi jippermettu lill-klijenti sabiex jagħmlu ħlasijiet għal servizz jew oġġetti mixtrija. Dawn jintużaw minn persuni privati għat-twettiq tal-obbligi ta’ ħlas u jintużaw b’mod partikolari biex jitwettqu ħlasijiet għal servizzi ta’ utilitajiet pubbliċi, telekomunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji, servizzi tal-assigurazzjoni, servizzi ta’ kunsinna fil-post ta’ abitazzjoni, ħlas tat-taxxi, eċċ.

(20)

Il-fattur ewlieni għad-determinazzjoni tas-suq ta’ prodotti rilevanti huwa li jiġi stabbilit l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti ta’ sostituzzjoni, li jfisser il-mezzi alternattivi li l-klijent ikollu disponibbli għat-twettiq tal-obbligi ta’ ħlas. Għaldaqstant, l-applikant jikkunsidra li s-suq ta’ prodotti rilevanti jkopri depożiti fi flus kontanti mwettqa f’kontijiet bankarji fil-banek, jew permezz ta’ ATMs (7), ħlasijiet bil-kard u trasferimenti bejn kontijiet bankarji (trasferimenti sempliċi u trasferiment awtomatiċi ta’ debitu).

(21)

Fir-rigward tal-bdil bejn il-metodi tal-ħlas, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija (GVH) ikkonfermat li “l-utilitajiet ewlenin u l-fornituri ta’ servizzi oħra għandhom tendenza li joffru metodi differenti ta’ ħlas lill-klijenti tagħhom bil-possibbiltà li jaqilbu faċilment fost dawn. Jidher ukoll li hemm tendenza li l-klijenti jiġu konvinti sabiex jużaw metodi ta’ ħlas elettroniċi minflok dawk ibbażati fuq il-karti jew il-flus kontanti”. F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat, l-użu akbar ta’ servizzi bankarji fuq l-Internet. Madankollu, kif indikat fil-premessa 9 ta’ hawn fuq, id-definizzjoni eżatta tista’ titħalla miftuħa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(22)

Is-sehem fis-suq ta’ Posta għas-servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus kontanti f’kont tal-pagamenti, ikkalkulat bħala perċentwal tas-suq totali kif definit, irrappreżenta (8) 3,91 % fl-2007, 3,88 % fl-2008 u 4,14 % fl-2009. F’termini ta’ volum u valur, għandu jiġi osservat li fl-2009 kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ Posta u fil-valur tagħhom meta mqabbel mas-sentejn ta’ qabel (9).

(23)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni min-naħa tal-attività ta’ Posta.

Servizzi li jippermettu l-ġbid ta’ flus kontanti minn kont tal-pagamenti

(24)

Il-karatteristiċi tas-servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti huma li d-detentur tal-kont jawtorizza ħlasijiet mill-kont tal-pagamenti tiegħu skont l-ordni ta’ parti terza. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn is-servizzi bħalissa jinkludi l-kunsinna ta’ flus kontanti u s-servizz ta’ ħlas tal-pensjonijiet. L-entitajiet ewlenin li joħorġu l-flus huma t-Teżor tal-Istat u l-gvernijiet muniċipali li jużaw din l-iskema għall-ħlas tas-sussidji tal-familja, il-benefiċċji soċjali, il-benefiċċji tal-qgħad, eċċ. Għall-ħlasijiet imwettqa mill-Gvern, min jitħallas għandu l-għażla li jkollu l-ammonti akkreditati lill-kont bankarju jew li jirċievi dan l-ammont bil-posta. Fil-każ tal-ħlas tal-pensjonijiet, il-benefiċjarji għandhom ukoll il-possibbiltà li jkollhom parti mill-ammont akkreditat lill-kont tagħhom u li tingħatalhom il-parti l-oħra fi flus kontanti. Wieħed għandu wkoll il-possibbiltà, li fi kwalunkwe ħin jaqleb minn kunsinna ta’ flus postali għal trasferiment bankarju, billi jressaq talba sempliċi lill-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Nazzjonali.

(25)

L-Istat Ungeriż, permezz tal-Bank Nazzjonali qed japplika politika li għandha l-għan li tnaqqas il-volum ta’ tranżazzjonijiet f’kontanti u li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ metodi ta’ ħlas elettroniċi u infrastruttura relatata. L-entitajiet korporattivi huma meħtieġa li jagħmlu ħlasijiet permezz ta’ kontijiet tal-pagamenti filwaqt li l-pagi tal-uffiċjali pubbliċi jridu jitħallsu fil-kontijiet bankarji. Studju reċenti (10) mwettaq mill-Bank Nazzjonali Ungeriż, juri li attwalment, nofs il-pensjonijiet mibdija mill-istat huma magħmulin b’mezzi oħra apparti l-ħlasijiet postali, filwaqt li l-applikazzjoni tindika li (11), kemm in-numru kif ukoll il-valur totali tal-pensjonijiet imħallsa permezz ta’ Posta kienu qed jonqsu b’mod kostanti f’dawn l-aħħar snin.

(26)

Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, it-trasferiment ta’ ħlas bejn kontijiet ta’ pagament (trasferimenti sempliċi u trasferimenti kollettivi), il-ġbid ta’ flus kontanti bil-kards bankarji mill-ATMs u t-terminals tal-POS (12), u l-ġbid ta’ flus mingħand il-kaxxiera (bank tellers) huma kkunsidrati bħala s-suq ta’ prodotti rilevanti għas-servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti minn kont ta’ pagament.

(27)

Fil-każ tas-servizzi ta’ hawn fuq, għall-finijiet ta’ ħlas magħmul lil persuni li għandhom kont bankarju, il-ħlasijiet bejn il-kontijiet ta’ pagament (tranżazzjonijiet sempliċi u trasferimenti kollettivi meta l-ħlas isir minn kont wieħed għal diversi persuni) jistgħu jitqiesu bħala prodotti ta’ sostituzzjoni. F’dan il-każ ukoll, id-definizzjoni eżatta tista’ titħalla miftuħa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(28)

Is-sehem fis-suq ta’ Posta fis-servizzi li jippermettu l-ġbid ta’ flus kontanti minn kont tal-pagamenti, ikkalkulat bħala perċentwal tas-servizz sostituttiv totali, irrappreżenta (13) 2,44 % fl-2007, 2,49 % fl-2008 u 2,61 % fl-2009. F’termini ta’ volum u valur, għandu jiġi osservat li n-numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ Posta u l-valur totali tagħhom kellhom xejra ta’ tnaqqis fl-aħħar tliet snin li għalihom hemm informazzjoni disponibbli, jiġifieri l-2007, l-2008 u l-2009 (14).

(29)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni tal-attività ta’ Posta.

Servizzi ta’ trasferiment ta’ flus

(30)

Is-servizz ta’ trasferiment ta’ flus ipprovdut minn Posta normalment jintuża għall-ħlasijiet magħmula bejn persuni privati. Is-servizzi rispettivi huma l-ordnijiet ta’ flus domestiċi u l-ordnijiet ta’ flus internazzjonali pprovduti minn Posta stess u t-trasferimenti ta’ flus tal-Western Union li huma disponibbli fuq livell domestiku u internazzjonali, li joffru metodu f’ħin reali biex jintbagħtu l-flus.

(31)

Fil-każ tat-trasferimenti domestiċi, kemm ta’ Posta stess kif ukoll dawk f’isem il-Western Union, l-applikant jikkunsidra t-tranżazzjonijiet bejn il-kontijiet ta’ ħlas bħala sostituti għat-trasferimenti ta’ flus, jekk min jitħallas ikollu kont ta’ pagament. Għaldaqstant, is-suq tal-ħlasijiet magħmula fl-Ungerija bejn il-kontijiet jista’ jitqies bħala s-suq ta’ prodotti rilevanti għat-trasferimenti ta’ flus domestiċi, għalkemm id-definizzjoni eżatta tista’ tibqa’ miftuħa.

(32)

Meta kkalkulati kif xieraq, l-ishma tas-suq ta’ Posta kienu inqas minn 1 % fl-2007, fl-2008 u fl-2009.

(33)

Fil-każ tat-trasferimenti internazzjonali ta’ flus, l-attivitajiet imwettqa minn Posta u Western Union tqiesu bħala sostituti mill-qrib. Barra minn hekk, il-ħlasijiet permezz ta’ kontijiet ta’ pagamenti huma kkunsidrati bħala prodotti sostitwibbli, u għalhekk l-applikant jikkunsidra l-ħlasijiet transkonfinali bejn il-kontijiet ta’ pagamenti bħala s-suq ta’ prodotti rilevanti. Madankollu, id-definizzjoni eżatta tas-suq rilevanti tista’ tibqa’ miftuħa.

(34)

Meta kkalkulat fuq din il-bażi, is-sehem fis-suq li kellha Posta fl-2007, fl-2008 u fl-2009 kien ta’ 0,5 %.

(35)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni min-naħa tal-attività ta’ Posta.

Servizzi mwettqa f’isem ħaddieħor

(36)

L-applikazzjoni għall-eżenzjoni hija relatata wkoll ma’ ċerti attivitajiet ta’ Posta, li huma mwettqa f’isem ħaddieħor, b’konnessjoni ma’ ċerti servizzi finanzjarji, fejn Posta taġixxi bħala intermedjarju.

Intermedjazzjoni ta’ kontijiet kurrenti u l-prodotti u servizzi relatati

(37)

L-applikazzjoni għall-eżenzjoni tkopri l-intermedjazzjoni ta’ kontijiet kurrenti u tal-prodotti u servizzi relatati, jiġifieri: servizzi ta’ kontijiet bankarji bl-imnut u korporattivi offruti f’isem l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-aċċettazzjoni u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet ta’ ħlas għall-eżekuzzjoni, u l-intermedjazzjoni ta’ depożiti u depożiti għal żmien fiss marbuta ma’ kont bankarju.

(38)

Il-prodotti u s-servizzi finanzjarji offruti minn Posta bħala intermedjarju huma pprovduti minn Erste Bank u l-OTP Bank. Posta qed toffri wkoll prodotti ta’ depożiti taħt isimha stess.

(39)

Il-prassi preċedenti tal-Kummissjoni (15) kienet tagħmel distinzjoni bejn is-servizzi bankarji bl-imnut u s-servizzi bankarji korporattivi. Is-servizz bankarju bl-imnut huwa definit bħala kull servizz bankarju għall-individwi privati u l-impriżi żgħar ħafna, filwaqt li s-servizzi bankarji korporattivi ġeneralment jinkludu s-servizzi bankarji għall-klijenti korporattivi l-kbar u l-impriżi żgħar u medji. Madankollu, fid-deċiżjonijiet preċedenti (16) relatati mas-settur bankarju bl-imnut, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-kwistjoni dwar jekk il-prodotti bankarji individwali bl-imnut jirrappreżentawx swieq ta’ prodotti separati jew jekk id-diversi prodotti bankarji bl-imnut jistgħux jagħmlu parti minn suq wieħed ta’ prodotti rilevanti.

(40)

Is-suq ta’ prodotti rilevanti għandu jiġi distint skont l-istadju fil-katina tad-distribuzzjoni (upstream - provvediment ta’ kontijiet kurrenti u ta’ prodotti u servizzi relatati jew downstream - intermedjazzjoni tal-kontijiet kurrenti u ta’ prodotti u servizzi relatati). Għall-attività ta’ intermedjazzjoni ta’ kontijiet ta’ ħlas bl-imnut, is-suq ta’ prodotti rilevanti jista’ jitqies bħala s-suq għall-intermedjazzjoni tal-kontijiet kurrenti bl-imnut u l-prodotti ta’ depożitu. Għall-attività ta’ intermedjazzjoni ta’ kontijiet ta’ ħlas korporattivi, is-suq ta’ prodotti rilevanti jista’ jitqies bħala s-suq għall-intermedjazzjoni ta’ kontijiet kurrenti korporattivi u prodotti ta’ depożitu. Madankollu, skont il-premessa 9 ta’ din id-Deċiżjoni, is-suq rilevanti mhuwiex neċessarju li jiġi definit.

(41)

Ir-rikorrent jiddefinixxi s-suq ġeografiku bħala t-territorju kollu tal-Ungerija. L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija (GVH) ikkonfermat li “għall-finijiet ta’ dan il-każ, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha preżenti fl-Ungerija qed iwettqu l-attivitajiet tagħhom madwar il-pajjiż kollu; m’hemm l-ebda sinjali ta’ devjazzjoni reġjonali fi kwalunkwe aspett tal-provvediment ta’ servizzi finanzjarji”. Barra minn hekk, il-prassi preċedenti tal-Kummissjoni (17) fir-rigward tas-swieq finanzjarji kienet tikkunsidra s-suq ġeografiku rilevanti bħala suq b’kamp ta’ applikazzjoni nazzjonali minħabba l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti fl-Istati Membri individwali u l-importanza ta’ netwerk ta’ fergħat.

(42)

L-ishma tas-suq ta’ Posta, ikkalkulati abbażi tal-kunsiderazzjoni ta’ hawn fuq, huma kif ġej: għall-kontijiet u depożiti kurrenti bl-imnut: 1,45 % fl-2007, 1,38 % fl-2008 u 1,51 % fl-2009, filwaqt li fis-suq tal-kontijiet u depożiti kurrenti korporattivi, l-ishma tas-suq ta’ Posta fl-2007, fl-2008 u fl-2009 kienu negliġibbli (0 %). Dawn iċ-ċifri jindikaw li l-ishma tas-suq għall-intermedjazzjoni ta’ dawn is-servizzi finanzjarji huma baxxi wkoll.

(43)

Il-bqija tas-suq huwa maqsum bejn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra – li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE.

(44)

Fl-inkjesta tagħha dwar is-servizzi bankarji bl-imnut tal-2009 (18) l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija (GVH) sabet li ma hemm l-ebda ostakolu kbir għall-bdil ta’ kontijiet fl-Ungerija, u barra minn hekk, ġie osservat li l-livell ta’ bdil ta’ kontijiet kurrenti huwa wieħed mill-ogħla meta mqabbel mal-bqija tal-Istati Membri tal-UE.

(45)

Il-vantaġġi tan-netwerk estensiv ta’ Posta huma bbilanċjati mit-tkabbir fl-importanza tas-servizzi bankarji fuq l-Internet.

(46)

Skont stħarriġ (19) dwar il-fatturi li jinfluwenzaw il-klijenti meta jagħżlu bank, instab li l-aktar fatturi importanti kienu l-affidabilità u l-fiduċja, il-viċinanza u l-aċċessibilità (inkluża d-disponibbiltà ta’ mezzi li jippermettu l-ġbid ta’ flus kontanti) u l-kwalità tas-servizz. Dawn il-konklużjonijiet ġew ikkonfermati wkoll mir-riżultati tal-istħarriġ (20) dwar is-servizzi finanzjarji u s-servizzi tal-kontijiet kurrenti. Skont dan is-sors, l-aktar aspetti importanti meta wieħed jagħżel bank huma l-ispiża u r-reputazzjoni, filwaqt li l-aċċess faċli (jiġifieri netwerk estensiv) jidher li huwa inqas importanti. Barra minn hekk, il-firxa tas-servizzi bankarji, jiġifieri d-disponibbiltà ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji, u l-kwalità għolja tas-servizz tqiesu wkoll bħala importanti. Minħabba dan ta’ hawn fuq, minkejja li Posta għandha netwerk estensiv, hemm kriterji oħra li ġew ittikkettjati bħala sinifikanti mill-klijenti (reputazzjoni tal-bank, servizzi bankarji, kwalità tas-servizz), li għandhom rwol ta’ bbilanċjar meta wieħed jiġi għall-għażla tal-bank. Għaldaqstant il-klijenti li l-bżonnijiet tagħhom jinkludu firxa wiesgħa ta’ servizzi jżommu lura milli jikkunsidraw li jeqilbu għal kont postali li ma joffrix il-medda ta’ servizzi li jkunu mdorrijin biha.

(47)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni min-naħa tal-attività ta’ Posta.

Intermedjazzjoni kreditizja

(48)

Din l-attività tirrappreżenta l-intermedjazzjoni kreditizja pprovduta minn partijiet terzi, u li fiha, Posta għandha rwol ta’ intermedjarju ta’ servizzi multipli speċjali. Posta qed toffri prodotti ta’ kreditu (bl-ebda rekwiżiti kollaterali, la mobbli, u lanqas proprjetà immobbli) ipprovduti minn Erste Bank lill-klijenti bl-imnut, filwaqt li fis-settur korporattiv, Posta qed toffri prodott ta’ Magyar Fejlesztesi Bank, fejn hija taġixxi bħala intermedjarju ta’ servizzi multipli speċjali.

(49)

Is-servizzi kkonċernati hawnhekk jistgħu min-naħa tagħhom jiġu suddiviżi b’ħafna modi differenti, skont fatturi bħalma huma r-raġunijiet għalfejn jittieħed il-kreditu jew il-klijent tipiku (klijenti, SMEs, impriżi akbar jew amministrazzjoni pubblika). Għalhekk, l-intermedjazzjoni kreditizja bl-imnut u l-intermedjazzjoni kreditizja korporattiva jistgħu jitqiesu bħala swieq separati ta’ prodotti.

(50)

Is-suq tal-prodotti ta’ intermedjazzjoni kreditizja bl-imnut huwa definit mill-applikant bħala s-suq tas-self b’ipoteka u s-self personali mhux ristretti, kemm fil-Forint Ungeriż kif ukoll fil-muniti barranin. Dan ma jmurx kontra l-prassi preċedenti (21) tal-Kummissjoni li permezz tagħha, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-kwistjoni jekk il-prodotti bankarji individwali bl-imnut jirrappreżentawx swieq separati ta’ prodotti rilevanti jew jekk diversi prodotti bankarji għall-klijenti jistgħux jiffurmaw parti minn suq wieħed ta’ prodotti rilevanti.

(51)

Fis-settur korporattiv, Posta qed toffri biss tip wieħed ta’ prodott ta’ kreditu korporattiv. Dan il-prodott huwa ġeneralment offrut minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra (jiġifieri kooperattivi tat-tfaddil). Posta toffri dan il-prodott f’45 post speċifikat u mhux madwar in-netwerk kollu tagħha. Ir-rikorrent jikkunsidra li s-suq ta’ prodotti rilevanti għas-settur korporattiv jinkludi fih is-self lill-SMEs li huma offruti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Madankollu, kif indikat fil-premessa 9 ta’ hawn fuq, id-definizzjoni eżatta tista’ titħalla miftuħa għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni.

(52)

It-territorju kollu tal-Ungerija huwa meqjus bħala s-suq ġeografiku, minħabba l-istess raġunijiet imsemmija fil-premessa 41.

(53)

L-ishma tas-suq ta’ Posta fis-suq ta’ kreditu bl-imnut kif imfisser, kien inqas minn 0,5 % fl-2007, fl-2008 u fl-2009, filwaqt li fl-istess snin, l-ishma tas-suq fis-suq ta’ kreditu korporattiv kien negliġibbli (0 %). Id-dejta disponibbli turi li l-ishma tas-suq ta’ Posta f’dawn is-swieq definiti b’mod strett huma tant żgħar li f’suq definit b’mod usa’, Posta jkollha ishma tas-suq saħansitra iżgħar.

(54)

Il-bqija tas-suq huwa maqsum bejn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra – li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva tal-Utilitajiet. L-ishma akkumulati fis-suq (22) tal-ewwel tliet kompetituri fl-2007, fl-2008 u fl-2009 kienu kif ġej: 52,54 %, 51,39 % u 54,27 % rispettivament fis-suq tas-self bl-imnut u 42,69 %, 47,36 % u 48,07 % rispettivament fis-suq tas-self korporattiv.

(55)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi msemmija hawn fuq għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni min-naħa tal-attività ta’ Posta.

Intermedjazzjoni u aċċettazzjoni ta’ kards tal-ħlas maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu

(56)

Il-Posta toffri kards ta’ kreditu maħruġa mill-Erste Bank Zrt. F’termini ta’ kundizzjonijiet u servizzi offruti, dan il-prodott jitqies bħala kard ta’ kreditu standard.

(57)

Fir-rigward tal-kards ta’ debitu, Posta taġixxi bħala intermedjarju billi tkopri kards bankarji bl-imnut u korporattivi assoċjati ma’ kontijiet kurrenti. Posta taġixxi bħala intermedjarju għal servizzi multipli speċjali, filwaqt li s-servizz huwa pprovdut minn Erste Bank Hungary Nyrt. Il-kards offruti huma kards ta’ debitu standard.

(58)

Fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ kards tal-ħlas, il-postijiet tal-bejgħ postali huma mgħammra b’terminals tal-POS li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti permezz ta’ kards bankarji. Ir-rikorrent jargumenta li mill-perspettiva tal-klijenti, l-istess servizz (il-kisba ta’ flus kontanti) jista’ jinkiseb permezz ta’ ġbid ta’ flus mingħand il-kaxxiera, jew f’terminals tal-POS oħrajn, imħaddma minn partijiet terzi f’postijiet oħra, minbarra l-postijiet tal-bejgħ postali, u għalhekk il-prodotti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala sostitwibbli.

(59)

Il-Kummissjoni, fil-passat, iddistingwiet (23) żewġ attivitajiet prinċipali relatati mal-kards tal-ħlas: l-ewwel il-ħruġ ta’ kards lill-individwi u l-kumpaniji u t-tieni l-“akkwist” ta’ negozjanti sabiex ikun aċċettat il-ħlas permezz tal-kards. Barra minn hekk, fi ħdan l-attività tal-ħruġ ta’ kard tal-ħlas, il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (24), iddiskutiet il-possibbiltà li tinħoloq distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ kards, iżda eventwalment id-definizzjoni eżatta tħalliet miftuħa.

(60)

Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, għandhom jitqiesu tliet swieq tal-prodotti, jiġifieri, is-suq tal-kards ta’ kreditu, is-suq tal-kards ta’ debitu u l-aċċettazzjoni tal-kards.

(61)

Fir-rigward, tas-suq tal-aċċettazzjoni ta’ kards, is-suq tal-prodotti definit mill-applikant mhuwiex l-istess suq li kien ġeneralment definit fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, li huma msemmija fil-premessa 59. Is-suq “oriġinali” tal-aċċettazzjoni ta’ kards huwa dak li jikkonsisti min-negozjanti li jaċċettaw ħlasijiet bil-kards. Suq ieħor li jista’ jaċċetta l-kards huwa dak li jikkonsisti mill-banek li joffru servizzi ta’ aċċettazzjoni ta’ kards lin-negozjanti bħal dawn. Madankollu, kif ikkonfermat mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija (GVH) (25), fil-każ ta’ Posta, meta wieħed iqis li l-apparat tal-POS jiffunzjona bħala magni ATM taż-żewġ banek, li għalihom Posta qiegħda taġixxi bħala intermedjarju, “il-Magyar Posta x’aktarx li għamlet sew li pprovdiet dejta fuq il-konċentrazzjoni li hija bbażata fuq in-numru ta’ magni ATM li qed jitħaddmu”.

(62)

F’termini tas-suq ġeografiku, il-każijiet (26) preċedenti tal-Kummissjoni indikaw li s-suq tal-kards ta’ ħlas għad għandu kamp ta’ applikazzjoni nazzjonali, għalkemm l-istess Kummissjoni ammettiet li fil-futur jista’ jkun hemm lok għat-twessigħ tas-suq. F’dan il-każ, id-definizzjoni tas-suq ġeografiku tinkludi t-territorju kollu tal-Ungerija.

(63)

Bejn l-2007 u l-2009, Posta kellha sehem fis-suq ta’ inqas minn 1 % fis-suq tal-kards ta’ kreditu, ta’ inqas minn 3 % fis-suq tal-kards tad-debitu u ta’ inqas minn 6 % fis-suq tal-aċċettazzjoni tal-kards kif definit mir-rikorrent.

(64)

Skont l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija (27), wara studju reċenti mwettaq minn din tal-aħħar u l-Bank Nazzjonali Ungeriż, is-sehem totali tal-aktar 5 banek li joħorġu kards ta’ debitu min-numru totali ta’ 24 bank li joħorġu kards ta’ debitu, huwa ta’ madwar 82 %. L-istess sors jindika wkoll li s-suq tal-ħruġ tal-kards ta’ kreditu huwa inqas ikkonċentrat; mit-18-il bank li joħorġu kards ta’ kreditu, l-ewwel 7 banek għandhom sehem fis-suq ikkombinat ta’ 68 % tas-suq. Barra minn hekk, skont l-applikazzjoni, il-livell ta’ konċentrazzjoni li huwa tant ieħor għoli fis-settur ta’ aċċettazzjoni jista’ jkun spjegat bil-fatt li tliet kwarti tan-numru totali ta’ ATMs kienu mħaddma minn erba’ banek.

(65)

Minħabba l-ishma baxxi fis-suq ta’ Posta u l-preżenza ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, li joħolqu pressjoni kompetittiva fuq l-attività ta’ Posta, nistgħu nikkonkludu li għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni min-naħa tal-attività ta’ Posta.

Intermedjazzjoni ta’ investimenti u ta’ tfaddil b’għan speċjali f’isem ħaddieħor

(66)

Din il-kategorija ta’ servizzi tkopri l-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti speċjali ta’ investiment. L-istrumenti finanzjarji offruti huma t-titoli tal-gvern, il-fondi ta’ investiment ta’ Erste Befektetesi Zrt, titoli oħra u arranġament speċjali ta’ tfaddil għal xiri ta’ dar f’isem Fundamenta Lakaskassza Zrt. u OTP Lakastakarekpenztar Zrt., bħala intermedjarju.

(67)

F’każijiet preċedenti, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-kwistjoni jekk kull wieħed minn dawn is-servizzi jistax jikkostitwixxi suq tal-prodotti separat (28). F’dan il-każ, id-definizzjoni se titħalla miftuħa minħabba li s-servizzi pprovduti minn Posta bħala intermedjarju ma jqajmux tħassib dwar il-kompetizzjoni, irrispettivament mid-definizzjoni tas-suq alternattiva meqjusa.

(68)

Fir-rigward tal-ambitu ġeografiku, il-Kummissjoni kkunsidrat (29) li ħafna mis-segmenti tas-suq għandhom kamp ta’ applikazzjoni internazzjonali, iżda xi wħud minnhom ġew analizzati minn perspettiva nazzjonali (30). Id-definizzjoni eżatta tas-suq ġeografiku sejra titħalla miftuħa, filwaqt li f’dan il-każ, it-territorju tal-Ungerija sejjer jitqies bħala s-suq ġeografiku.

(69)

Bejn l-2007 u l-2009, Posta kellha sehem fis-suq ta’ inqas minn 4 % fis-suq tat-titoli tal-gvern, bejn 3 % u 9 % fis-suq ta’ unitajiet ta’ investiment, ta’ inqas minn 2 % fis-suq tal-bonds u ta’ inqas minn 4 % fis-suq tal-arranġamenti ta’ tifdil għal xiri ta’ dar.

(70)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni min-naħa tal-attività ta’ Posta fis-suq tal-investiment.

Intermedjazzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni

(71)

Posta toffri assigurazzjoni tal-ħajja f’isem Magyar Posta Eletbiztosito Zrt. u assigurazzjoni mhux tal-ħajja f’isem Magyar Posta Biztosito Zrt.

(72)

Fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (31), il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn tliet kategoriji wiesgħin ta’ tipi ta’ assigurazzjonijiet, li huma: l-assigurazzjoni tal-ħajja, l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u r-riassigurazzjoni. Barra minn hekk, min-naħa tad-domanda, ġie osservat li, l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja tista’ tkompli tinqasam f’numru ta’ swieq ta’ prodotti individwali minħabba li hemm tipi differenti ta’ riskji koperti. Rigward l-assigurazzjoni tal-ħajja, fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat is-segmentazzjonijiet li ġejjin: assigurazzjoni individwali tal-ħajja, assigurazzjoni kollettiva tal-ħajja u assigurazzjoni marbuta mal-unità, jew, inkella, protezzjoni individwali, protezzjoni kollettiva, pensjoni personali, pensjonijiet kollettivi, tfaddil u investimenti (32). Fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, il-Kummissjoni kkunsidrat preċedentement, fost l-oħrajn: l-assigurazzjoni tal-vetturi, ta’ kontra n-nar, tat-trasport, tas-saħħa, tal-proprjetà, tar-responsabbiltà ġenerali ċivili, tal-mortalità, ta’ kontra t-tilwim, ta’ fuq l-inċidenti tax-xogħol u ta’ kreditu (33). Madankollu, xi kunsiderazzjonijiet min-naħa tal-forniment jistgħu jwasslu għal swieq tal-prodotti usa’. Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti tista’ titħalla miftuħa.

(73)

Il-Kummissjoni, fil-passat analizzat ukoll id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni u kkonfermat li s-suq rilevanti għall-assigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja se jkun jinkludi l-mezzi ta’ distribuzzjoni barranin (jiġifieri ta’ parti terza jew li mhuma ta’ ħadd), bħal brokers, aġenti u intermedjarji oħra (34). Madankollu, għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti tista’ tibqa’ miftuħa.

(74)

Fir-rigward tas-suq ġeografiku, il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (35) ddefiniet is-swieq għall-assigurazzjoni tal-ħajja bħala swieq b’kamp ta’ applikazzjoni nazzjonali minħabba l-mezzi ta’ distribuzzjoni nazzjonali, l-istruttura tas-suq stabbilita, il-limitazzjonijiet fiskali u s-sistemi regolatorji differenti. Dan l-istess metodu sejjer jintuża fil-każ preżenti filwaqt li t-territorju kollu tal-Ungerija sejjer jitqies bħala s-suq ġeografiku.

(75)

Bejn l-2007 u l-2009, Posta kellha sehem fis-suq ta’ inqas minn 5 % (36) fis-suq tal-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, u ta’ inqas minn 1 % (37) fil-prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. Dawn iċ-ċifri jindikaw li l-ishma tas-suq għall-intermedjazzjoni ta’ assigurazzjoni huma baxxi wkoll.

(76)

Fl-istess snin, l-ishma tas-suq ikkombinati tal-ewwel tliet kompetituri kien ta’ 52,29 %, 51,08 % u 50,1 % rispettivament fis-suq tal-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, u ta’ 54,84 %, 52,56 % u 51,66 % rispettivament fis-suq tal-prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

(77)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-kompetizzjoni, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni tal-attività ta’ Posta fis-suq tal-assigurazzjoni.

IV.   KONKLUŻJONIJIET

(78)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati fil-premessi 11 sa 77, il-kundizzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni stipulata fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha tkun ikkunsidrata bħala ssodisfata fl-Ungerija, għal dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

Servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus kontanti f’kont tal-pagamenti;

(b)

Servizzi li jippermettu l-ġbid ta’ flus kontanti minn kont tal-pagamenti;

(c)

Servizzi ta’ trasferiment ta’ flus;

(d)

Intermedjazzjoni ta’ kontijiet kurrenti u l-prodotti u servizzi relatati;

(e)

Intermedjazzjoni kreditizja;

(f)

Intermedjazzjoni u aċċettazzjoni ta’ kards tal-ħlas maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(g)

Intermedjazzjoni ta’ investimenti u tfaddil b’għan speċjali f’isem ħaddieħor;

(h)

Intermedjazzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni.

(79)

Minħabba li l-kundizzjoni ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet għas-suq hija ssodisfata wkoll, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta partijiet kontraenti jagħtu kuntratti maħsuba biex jippermettu li s-servizzi elenkati fil-premessa (78) jitwettqu fl-Ungerija, u lanqas meta jiġu organizzati kuntesti tad-disinn bil-ħsieb li titwettaq xi attività tali fl-Ungerija.

(80)

Is-servizzi finanzjarji mwettqa minn Posta huma awżiljarji għas-servizzi postali skont l-Art. 6. 2, b tad-Direttiva 2004/17/KE. Is-servizzi postali mwettqa minn Posta mhumiex soġġetti għal din it-talba ta’ eżenzjoni, u għaldaqstant għal dawn l-attivitajiet, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE sejrin ikomplu japplikaw. F’dan il-kuntest, qiegħed jiġi mfakkar li l-kuntratti ta’ akkwist li jkopru diversi attivitajiet għandhom jiġu ttrattati skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/17/KE. Dan ifisser li, meta entità kontraenti tiġi ingaġġata f’akkwist “imħallat”, li jfisser akkwist użat biex jappoġġja l-prestazzjoni tat-tnejn li huma, l-attivitajiet eżentati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE u l-attivitajiet li mhumiex eżentati, għandhom jitqiesu l-attivitajiet li għalihom il-kuntratt huwa prinċipalment maħsub. F’każ ta’ akkwist imħallat, meta l-iskop ikun prinċiparjament biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet postali, għandha tapplika d-dispożizzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE. Jekk ikun impossibbli b’mod oġġettiv li jiġi stabbilit għal liema attività ikun intiż prinċiparjament il-kuntratt, il-kuntratt għandu jingħata skont ir-regoli msemmija fil-paragrafu (2) u (3) tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(81)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Lulju sa Ottubru 2011 kif jidher mill-informazzjoni mogħtija minn Magyar Posta, u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Ungerija. Tista’ tiġi riveduta, jekk tibdiliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali u fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma għadhomx sodisfatti,

(82)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tgħodd għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kuntraenti u li huma maħsuba li jippermettu li jitwettqu dawn is-servizzi fl-Ungerija:

(a)

Servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus kontanti f’kont tal-pagamenti;

(b)

Servizzi li jippermettu l-ġbid ta’ flus kontanti minn kont tal-pagamenti;

(c)

Servizzi ta’ trasferiment ta’ flus;

(d)

Intermedjazzjoni ta’ kontijiet kurrenti u l-prodotti u servizzi relatati;

(e)

Intermedjazzjoni kreditizja;

(f)

Intermedjazzjoni u aċċettazzjoni ta’ kards tal-ħlas maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(g)

Intermedjazzjoni ta’ investimenti u tfaddil b’għan speċjali f’isem ħaddieħor;

(h)

Intermedjazzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ara l-applikazzjoni, f’paġna 11.

(3)  Eż.: Minn fost is-servizzi ta’ ħlas, is-servizz ta’ ordnijiet ta’ flus postali internazzjonali huwa pprovdut biss fi 328 post tal-bejgħ postali filwaqt li s-servizz ta’ trasferiment ta’ flus tal-Western Union huwa pprovdut b’mod intermedjarju f’1 024 post tal-bejgħ postali. Minn fost is-servizzi pprovduti f’isem ħaddieħor, l-intermedjazzjoni tal-kard ta’ Kreditu tal-Posta, l-intermedjazzjoni tal-bonds ta’ investiment u ċerti prodotti ta’ assigurazzjoni huma offruti biss fi 343 post, il-prodotti tal-kont kurrenti tal-OTP Bank għall-klijenti ġenerali huwa offrut f’244 post tal-bejgħ postali, filwaqt li l-kreditu korporattiv huwa offrut biss f’45 post.

(4)  Bank Ċentrali Ewropew, “Payment and Securities settlement systems in the European Union: non-euro area countries – Hungary” (“Sistemi ta’ Ħlas u ta’ saldu tat-Titoli fl-Unjoni Ewropea: pajjiżi li ma jagħmlux parti miż-żona ewro – L-Ungerija”) Awwissu 2007.

(5)  Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(6)  GfK Hungaria: “Is-servizzi bankarji fuq l-Internet qed ikomplu jistabbilixxu ruħhom”, 3 ta’ Novembru 2010 http://www.gfk.com/imperia/md/content/gfk_hungaria/pdf/press_h/2010/press_2010_11_03_h.pdf

(7)  ATM - abbrevjazzjoni għall-Automated Teller Machine (Kaxxiera Awtomatiċi).

(8)  L-ishma tas-suq rilevanti ġew ikkalkulati abbażi tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet. Jekk jogħġbok ara paġna 34 tal-applikazzjoni.

(9)  Ara paġna 32 tal-applikazzjoni.

(10)  Bank Nazzjonali Ungeriż “Nothing is Free: a survey of the social costs of the main payment instruments in Hungary” (“Xejn ma huwa b’xejn: stħarriġ tal-ispejjeż soċjali tal-istrumenti ta’ ħlas prinċipali fl-Ungerija”) ta’ Dr. Aniko Turjan, Eva Diveki, Eva Keszy-Harmath, Gergely Koczan, Kristof Takacs, Karta Okkażjonali 93, 2011.

(11)  Ara paġna 35 u 36 tal-applikazzjoni.

(12)  POS - abbrevjazzjoni għall-Point of Sale (Punt ta’ Bejgħ).

(13)  L-ishma tas-suq rilevanti kienu kkalkulati abbażi tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet. Jekk jogħġbok ara paġna 36 tal-applikazzjoni.

(14)  Ara paġna 35 u 36 tal-applikazzjoni.

(15)  Każ u COMP/M.5384- BNP PARIBAS/FORTIS, paġna 3.

(16)  Każ COMP/M.4844, Fortis/ABN AMRO Assets.

(17)  Każ COMP/M. 2225 FORTIS/ASR, paġna 3, COMP/M.5075Vienna Insurance Group/Erste Bank Versicherungssparte, u COMP/M.5384- BNP PARIBAS/FORTIS, paġna 15.

(18)  Il-bdil fil-każ ta’ ċerti prodotti finanzjarji għall-klijenti intraprenditorjali żgħar u bl-imnut – Inkjesta Settorjali – Rapport finali, 5 ta’ Frar 2009, GVH – Awtorità tal-Kompetizzjoni Ungeriża. Il-GVH wettqet dan l-istudju dwar il-bdil tal-banek għall-perjodu 2002-2006.

(19)  Il-bdil fil-każ ta’ ċerti prodotti finanzjarji għall-klijenti intraprenditorjali żgħar u bl-imnut – Inkjesta Settorjali - Rapport finali, 5 ta’ Frar 2009, GVH – Awtorità tal-Kompetizzjoni Ungeriża, u l-istudju fl-isfond relatat “Information and experience related to switching between banks” (“Tagħrif u esperjenza relatati mal-qlib minn bank għall-ieħor”) analiżi fil-qosor tas-suq tal-klijenti, Millward Brown, Settembru 2006.

(20)  Ipsos: Servizzi finanzjarji, servizzi ta’ kontijiet kurrenti, Sommarju tal-istħarriġ tal-klijenti bl-imnut, Jannar 2009.

(21)  Każ COMP/M.4844, Fortis/ABN AMRO Assets.

(22)  Skont l-informazzjoni ulterjuri pprovduta mill-applikanti permezz tal-ittra tagħha tat-2 ta’ Settembru 2011.

(23)  Każ COMP/M.5241, American Express/Fortis/Alpha Card.

(24)  Każ COMP/M. 3894 Unicredito/HVB; COMP/M.2567 Nordbanken/Postgirot; COMP/M.3740 Barclays Bank/Foerenngssparbanken/JV, COMP/M. 4844 Fortis/ABN AMRO Assets, COMP/M.5241 American Express/Fortis/Alpha Card.

(25)  Tweġiba tal-GVH tal-15.9.2011 għall-ittra tal-Kummissjoni li titlob tagħrif, tat-8.8.2011.

(26)  Każ COMP/M.3740, Barklays Bank/Foereningssparbanken/JV u COMP/M.2567 Nordbanken/Postgirot

(27)  Tweġiba tal-GVH tal-15.9.2011 għall-ittra tal-Kummissjoni li titlob tagħrif, tat-8.8.2011.

(28)  Każ COMP/M.3894, Unicredito/HVB, Każ COMP/M.5384 BNP Paribas/FORTIS.

(29)  Każ COMP/M. 2225, Fortis/ASR, COMP/M.1172, Fortis AG/Generale Bank.

(30)  Każ COMP/M. 4155, BNP Paribas/BNL.

(31)  Każ COMP/M. 4284, AXA/Winterhur, Każ COMP/M. 5384 BNP Paribas/FORTIS.

(32)  Każ COMP/4047 Aviva/Ark life, Każ COMP/M.4284 Axa/Winterthur, Każ COMP/M.4701 Generali/PPF Insurance Business.

(33)  Każ COMP/M.4284, Axa/Winterthur, Każ COMP/M.4701 Generali/PPF Insurance Business, Każ COMP/M.2676 Sampo/Vama/IF Holding/JV.

(34)  Każ COMP/M.4284 AXA/Winterthur, Każ COMP/M.4844 Fortis/ABN AMRO Assets.

(35)  Każ COMP/M. 5075 Vienna Insurance Group/Erste Bank Versicherungssparte; COMP/M.4844 Fortis/ABN AMRO Assets.

(36)  Is-sehem fis-suq ikkalkulat abbażi tad-dħul mill-primjum.

(37)  Idem 36.


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/86


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li teżenta lil ċerti partijiet, fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti, mill-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, tneħħi s-sospensjoni u tirrevoka l-eżenzjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9473)

(2011/876/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (ir-“Regolament bażiku”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2) (ir-“Regolament li jestendi”), li jestendi d-dazju definittiv tal-anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) fuq ir-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq tali importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 703/96 (4),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (5) (ir-“Regolament ta’ eżenzjoni”) dwar l-awtorizzazzjoni għal eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju tal-anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti ressqu talbiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (id-“dazju tal-anti-dumping estiż”). Il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi suċċessivi ta’ kumpaniji li jimmuntaw ir-roti (6) li fil-każ tagħhom ġie sospiż il-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta’ parts essenzjali tar-rota ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(2)

Wara l-aħħar pubblikazzjoni tal-lista ta’ partijiet li kienu qed jiġu eżaminati (7), intgħażel perjodu ta’ eżami prinċipali. Dan il-perjodu huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Lulju 2011. Intalbet ukoll informazzjoni addizzjonali għas-snin 2009 u 2010. Lill-partijiet kollha li kienu eżaminati, intbagħtilhom kwestjonarju fejn intalbet informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ mmuntar imwettqa matul il-perjodu rilevanti.

(3)

Il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa wkoll bil-likwidazzjoni ta’ kumpanija minnhom li kienet eżenti mid-dazju tal-anti-dumping estiż fuq il-parts tar-roti. Barra minn hekk, kumpanija minnhom infurmat lill-Kummissjoni li kienet waqqfet l-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħha.

A.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI KIENET INGĦATATILHOM SOSPENSJONI QABEL

A.1.   Talbiet għal eżenzjoni li ġew milqugħa

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn taħt l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Dawn il-partijiet kienu diġà rċevew is-sospensjoni tagħhom b’effett minn dakinhar li lill-Kummissjoni waslitilha l-ewwel talba kompluta. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet li tressqu mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn taħt huma ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

Tabella 1

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Factory Team S.L.

CL Torres y Villaroel 6, Elche Parque Industrial, 03320 Alicante

Spanja

A984

CODE X Sp. z o.o.

Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie

Il-Polonja

A966

JETLANE SAS (initially JET’LEAN SAS)

4, boulevard de Mons, 59650 Villeneuve-d’Ascq

Franza

A968

Kwasny & Diekhöner GmbH

Herforder Strasse 331, 33609 Bielefeld

il-Ġermanja

A993

Maxtec Ltd.

1 Golyamokonarsko shose Str., 4204 Tsaratsovo, Plovdiv

il-Bulgarija

A991

Metelli di Staffoni Mario & C.S.A.S.

Via Trento 68, 25030 Trenzano (BS)

l-Italja

A979

Müller GmbH

Riedlerweg 7, 8054 Graz

l-Awstrija

A978 (initially A977 )

Unicykel AB

Aröds Industrieväg 14, 422 43 Hisings Backa

l-Isvezja

A967

(5)

Matul l-eżami kien stabbilit li għall-applikanti kollha l-valur tal-parts li joriġinaw fir-RPĊ użati fl-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħhom kien inqas minn 60 % tal-valur totali tal-parts użati f’dawn l-operazzjonijiet. Konsegwentement, dawn jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(6)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella 1 ta’ hawn fuq għandhom jiġu eżentati mid-dazju tal-anti-dumping estiż.

(7)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-eżenzjoni tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 t’hawn fuq mid-dazju tal-anti-dumping estiż għandha tidħol fis-seħħ mid-data minn meta jaslu t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju tal-anti-dumping estiż għandu jitqies null mid-data tal-wasla tat-talbiet tagħhom għal eżenzjoni.

(8)

Il-kumpanija Code X Sp. z o.o. bidlet l-indirizz tagħha matul il-proċedura tal-eżami. Il-kumpanija rċeviet is-sospensjoni tagħha fl-indirizz ul. Krolewska 16, 00-103 Warszawa, il-Polonja. Matul il-perjodu tas-sospensjoni, l-indirizz inbidel għal Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie, il-Polonja. Din il-bidla fl-isem ma taffettwax it-talba inizjali għal sospensjoni jew id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.

(9)

Il-kumpanija JETLANE SAS bidlet isimha matul il-proċedura tal-eżami. Il-kumpanija inizjalment kienet sospiża taħt l-isem li kellha JET’LEAN SAS. Matul il-perjodu tas-sospensjoni, il-kumpanija bidlet isimha għal JETLANE SAS. Din il-bidla fl-isem ma taffettwax it-talba inizjali għal sospensjoni jew id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.

(10)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC A977, inizjalment mogħti lill-kumpanija Müller GmbH bi żball kien attribwit darbtejn u kellu jiġi rtirat. Fit-3 ta’ Ġunju 2010 l-kumpanija rċeviet il-kodiċi addizzjonali TARIC A978. Din il-bidla fil-kodiċi ma taffettwax it-talba inizjali għal sospensjoni jew għad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.

A.2.   Talbiet għal eżenzjoni li ma ġewx milqugħa

(11)

Il-parti elenkata fit-Tabella 2 hawn isfel ressqet ukoll talba għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping estiż.

Tabella 2

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bikeworks AC GmbH

Ernst-Abbe-Strasse 28, 52249 Eschweiler

il-Ġermanja

A980

(12)

Il-parti inkwistjoni kienet timmonta r-roti bħala sottokuntrattur u mhux f’isimha. Il-kumpanija ma kienet xtrat ebda parts tar-roti u ma setgħetx issirilha evalwazzjoni dwar jekk l-operazzjonijiet ta’ mmuntar kinux konformi mal-kundizzjonijiet spjegati biċ-ċar fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’eżenzjoni.

(13)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni jkollha tiċħad it-talba tagħha, u dan skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Konsegwentement, is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju tal-anti-dumping estiż irid jinġabar minn dakinhar li waslet it-talba għal eżenzjoni mressqa minn din il-parti, jiġifieri minn dakinhar li daħlet fis-seħħ is-sospensjoni.

A.3   Revoki

(14)

L-eżenzjoni għandha tiġi rrevokata għall-partijiet elenkati fit-Tabella 3 hawn taħt.

Tabella 3

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bicicletas de Alava SL

C/Arcacha 1, 01006 Vitoria

Spanja

8963

Fundador-Sociedade Importadora de Sangalhos, Lda.

Apartado, 26, P-3781-908 Sangalhos

il-Portugall

8244

(15)

Dawn il-partijiet kienu ġew eżentati mid-dazju tal-anti-dumping estiż fuq il-parts tar-roti. Parti minnhom issa infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni li kienet waqqfet l-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħha. Wara inkjesta, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu infurmati minn Qorti fil-Portugall li l-parti l-oħra kienet ġiet likwidata. L-eżenzjoni għandha tkun irrevokata għaż-żewġ partijiet.

B.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI MA KINITX INGĦATATILHOM SOSPENSJONI QABEL

B.1   Talbiet għal eżenzjoni inammissibbli

(16)

Il-partijiet elenkati fit-tabella 4 ressqu wkoll talbiet għal eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż:

Tabella 4

Isem

Indirizz

Pajjiż

Apollo Electric Bikes B.V.

Leemstraat 6, 4705 RH Roosendaal

il-Pajjiżi l-Baxxi

IN CYCLES, Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

Zona Industrial de Oiă, Lote A e B, Apartado 175, 3770-059 Oiă

il-Portugall

Kleinebenne GmbH

Hansastrasse 22, 33818 Leopoldshöhe

il-Ġermanja

MOBIKY-TECH

675, Promenade des Ports, 50000 Saint-Lô

Franza

MOVITEC SRL

Jud. Brasov, Aeroportului Street 2, 507075 Ghimbav

ir-Rumanija

Sun Baby Jacek Gabrus

Ul. Jana Styki 12, 64-920 Pila

il-Polonja

TORPADO S.R.L.

Viale Enzo Ferrari 11, 30014 Cavarzere (VE)

l-Italja

(17)

Waħda minn dawn il-partijiet timmonta roti tal-elettriku li l-importazzjonijiet tagħhom mhumiex soġġetti għal dazju tal-anti-dumping fuq parts tar-roti, skont ir-Regolament Nru 71/97. Din il-Parti mhix eliġibbli għal eżenzjoni. Għal xi partijiet il-provvista ta’ parts għall-produzzjoni ta’ roti koperti mill-miżuri skont ir-Regolament Nru 71/97 taqa’ fil-limitu de minimis ta’ inqas minn 300 unità fuq bażi mensili kif speċifikat fl-Artikolu 14(c) tar-Regolament ta’eżenzjoni. Konsegwentement, dawk il-partijiet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4.1(a) tar-Regolament ta’ eżenzjoni u ma setgħetx tingħata eżenzjoni. Xi partijiet oħra kienu għadhom ma bdewx jipproduċu r-roti u għalhekk ma setgħet tingħatalhom ebda sospensjoni.

(18)

Il-kumpaniji kollha elenkati fit-Tabelli 1 sa 4 hawn fuq ġew mgħarrfa u ngħataw l-opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. L-ebda wieħed mill-kummenti li waslu ma kienu tali li jbiddlu l-konklużjonijiet spjegati biċ-ċar f’din id-Deċiżjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partijiet elenkati hawn taħt fit-Tabella 1 huma b’dan eżentati mill-estensjoni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju tal-anti-dumping definittiv fuq ir-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, emendat u miżmum l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005.

L-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-każ ta’ kull parti, u dan mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Tabella 1

Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati

Isem

Indirizz

Pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Factory Team S.L.

CL Torres y Villaroel 6, Elche Parque Industrial, 03320 Alicante

Spanja

l-Artikolu 7

16.7.2010

A984

CODE X Sp. z o.o.

Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie (initially ul. Krolewska 16, 00-103 Warszawa)

il-Polonja

l-Artikolu 7

22.1.2010

A966

JETLANE SAS (initially JET’LEAN SAS)

4, boulevard de Mons, 59650 Villeneuve-d’Ascq

Franza

l-Artikolu 7

18.2.2010

A968

Kwasny & Diekhöner GmbH

Herforder Strasse 331, 33609 Bielefeld

il-Ġermanja

l-Artikolu 7

5.7.2011

A993

Maxtec Ltd.

1 Golyamokonarsko shose Str., 4204 Tsaratsovo, Plovdiv

il-Bulgarija

l-Artikolu 7

15.10.2010

A991

Metelli di Staffoni Mario & C.S.A.S.

Via Trento 68, 25030 Trenzano (BS)

l-Italja

l-Artikolu 7

13.4.2010

A979

Müller GmbH

Riedlerweg 7, 8054 Graz

l-Awstrija

l-Artikolu 7

30.3.2010

A978 (initially A977 )

Unicykel AB

Aröds Industrieväg 14, 422 43 Hisings Backa

l-Isvezja

l-Artikolu 7

11.1.2010

A967

Artikolu 2

It-talba għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping estiż imressqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 mill-parti elenkata hawn taħt fit-Tabella 2 hija b’dan miċħuda.

Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan il-mezz imneħħija għall-parti kkonċernata mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata “Data ta’ dħul fis-seħħ”.

Tabella 2

Lista ta’ partijiet li għandha titneħħielhom is-sospensjoni

Isem

Indirizz

Pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bikeworks AC GmbH

Ernst-Abbe-Strasse 28, 52249 Eschweiler

il-Ġermanja

Article 5

11.6.2010

A980

Artikolu 3

L-eżenzjonijiet mill-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għall-partijiet elenkati hawn taħt fit-Tabella 3 għandhom jiġu revokati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

L-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż hija b’dan imneħħija għall-partijiet ikkonċernati mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Tabella 3

Lista ta’ partijiet li għandha titneħħielhom l-eżenzjoni

Isem

Indirizz

Pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bicicletas de Alava SL

C/Arcacha 1, 01006 Vitoria

Spanja

l-Artikolu 7

jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

8963

Fundador-Sociedade Importadora de Sangalhos, Lda.

Apartado, 26, P-3781-908 Sangalhos

il-Portugall

l-Artikolu 7

jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

8244

Artikolu 4

It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping estiż magħmula mill-partijiet elenkati fit-tabella 4 hawn taħt huma b’dan miċħuda.

Tabella 4

Lista tal-partijiet li fil-każ tagħhom it-talba għal eżenzjoni hi miċħuda

Isem

Indirizz

Pajjiż

Apollo Electric Bikes B.V.

Leemstraat 6, 4705 RH Roosendaal

il-Pajjiżi l-Baxxi

IN CYCLES, Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

Zona Industrial de Oiă, Lote A e B, Apartado 175, 3770-059 Oiă

il-Portugall

Kleinebenne GmbH

Hansastrasse 22, 33818 Leopoldshöhe

il-Ġermanja

MOBIKY-TECH

675, Promenade des Ports, 50000 Saint-Lô

Franza

MOVITEC SRL

Jud. Brasov, Aeroportului Street 2, 507075 Ghimbav

ir-Rumanija

Sun Baby Jacek Gabrus

Ul. Jana Styki 12, 64-920 Pila

il-Polonja

TORPADO S.R.L.

Viale Enzo Ferrari 11, 30014 Cavarzere (VE)

l-Italja

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4. Hija wkoll ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Karel DE GUCHT

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1. Ir-Regolament kif miżmum mir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39) u emendat mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 98, 19.4.1996, p. 3.

(5)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(6)  ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99.

(7)  ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99.


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/91


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li tistabbilixxi valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9523)

(2011/877/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija, u li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2004/8/KE, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2007/74/KE (2), stabbilixxiet valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza [valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza] għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana, li jikkonsistu f’matriċi ta’ valuri ddiferenzjati b’fatturi rilevanti, inkluż is-sena tal-kostruzzjoni u t-tipi ta’ fjuwil.

(2)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana għall-ewwel darba fil-21 ta’ Frar 2011, u kull erba’ snin minn dakinhar, biex tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u l-bidliet fid-distribuzzjoni tal-għejun tal-enerġija.

(3)

Il-Kummissjoni rrevediet il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana, billi qieset id-dejta mill-użu operattiv taħt kundizzjonijiet realistiċi, mogħtija mill-Istati Membri. Żviluppi fl-aħjar teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli li seħħew matul il-perjodu 2006-2011 li kien kopert mir-reviżjoni, jindikaw li għall-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku, id-distinzjoni magħmula fid-Deċiżjoni 2007/74/KE li tirrigwarda s-sena ta’ kostruzzjoni ta’ unità ta’ koġenerazzjoni ma għandhiex tinżamm għal impjanti li nbnew mill-1 ta’ Jannar 2006 ‘l quddiem. Madankollu għal unitajiet ta’ koġenerazzjoni mibnija fl-2005 jew qabel, il-valuri ta’ referenza għandhom jibqgħu jiġu applikati skont is-sena ta’ kostruzzjoni, sabiex jitqiesu l-iżviluppi osservati fl-aħjar teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli. Għaldaqstant, abbażi ta’ esperjenza u analiżi riċenti, ir-reviżjoni kkonfermat, li l-fatturi ta’ korrezzjoni relatati mas-sitwazzjoni klimatika, għandhom jibqgħu jiġu applikati. Barra minn hekk, il-fatturi ta’ korrezzjoni għat-telf evitat tal-grilja għandhom ukoll jibqgħu jiġu applikati billi t-telf tal-grilja ma nbidilx matul l-aħħar snin. Minbarra dan, il-fatturi ta’ korrezzjoni għat-telf evitat tal-grilja għandhom japplikaw ukoll għal impjanti li jużaw fjuwils tal-injam jew tal-bijogass.

(4)

Ir-reviżjoni ma tatx evidenza li tindika li l-effiċjenza fl-enerġija tal-bojlers inbidlet matul il-perjodu kkunsidrat, u għalhekk il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ sħana ma għandhomx ikunu relatati mas-sena tal-kostruzzjoni. Ma kien hemm bżonn tal-ebda fattur ta’ korrezzjoni relatat mas-sitwazzjoni klimatika, billi t-termodinamiki tal-ġenerazzjoni tas-sħana minn fjuwil ma jiddependux b’mod sinifikanti fuq it-temperatura ambjentali. Barra minn hekk ma hemmx bżonn ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għal telf tas-sħana tal-grilja, billi s-sħana tintuża dejjem ħdejn is-sit tal-produzzjoni.

(5)

Jeħtieġ kundizzjonijiet stabbli għall-investiment fil-koġenerazzjoni u għall-fiduċja kontinwa tal-investitur. Minn din il-perspettiva, huwa xieraq ukoll li l-valuri ta’ referenza armonizzati attwali għall-elettriku u s-sħana jiġu estiżi għall-perjodu 2012-2015.

(6)

Id-dejta mill-użu operattiv taħt kundizzjonijiet realistiċi ma jurux titjib statistikament sinifikanti tal-prestazzjoni reali tal-impjanti l-iktar żviluppati matul il-perjodu rivedut. Għalhekk, il-valuri ta’ referenza stabbiliti għall-perjodu 2006–2011 fid-Deċiżjoni 2007/74/KE għandhom jinżammu għall-perjodu 2012–2015.

(7)

Ir-reviżjoni kkonfermat il-validità tal-fatturi ta’ korrezzjoni eżistenti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni klimatika u t-telf evitat tal-grilja.

(8)

L-użu ta’ sett uniku ta’ valuri ta’ referenza għall-perjodu kollu u t-tneħħija ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għal differenzi klimatiċi u telf tal-grilja kienu kkonfermati wkoll għal ġenerazzjoni tas-sħana.

(9)

Meta jitqies li l-għan ewlieni tad-Direttiva 2004/8/KE huwa li tippromwovi l-koġenerazzjoni sabiex tiffranka l-enerġija, għandu jingħata inċentiv biex jiġu mmodernizzati unitajiet ta’ koġenerazzjoni iktar qodma għat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet il-valuri ta’ referenza tal-effiċjenza għall-elettriku applikabbli għal unità tal-koġenerazzjoni għandhom jiżdiedu mill-ħdax-il sena wara s-sena tal-kostruzzjoni tagħha.

(10)

Dan l-approċċ huwa konsistenti mar-rekwiżit għall-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji msemmija fl-Anness III, il-punt (f) tad-Direttiva 2004/8/KE.

(11)

Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza riveduti għal produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana. Id-Deċiżjoni 2007/74/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Koġenerazzjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment ta’ valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza

Il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana ser jiġu stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II rispettivament.

Artikolu 2

Applikazzjoni tal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza stabbiliti fl-Anness I fir-rigward tas-sena tal-kostruzzjoni ta’ unità ta’ koġenerazzjoni. Dawn il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għandhom japplikaw għal 10 snin mis-sena tal-kostruzzjoni ta’ unità ta’ koġenerazzjoni.

2.   Mill-ħdax-il sena ta’ wara s-sena ta’ kostruzzjoni ta’ unità ta’ koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza li bis-saħħa tal-paragrafu 1 japplikaw għal unità ta’ koġenerazzjoni li ilha 10 snin mibnija. Dawn il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għandhom japplikaw għal sena waħda.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sena ta’ kostruzzjoni ta’ unità ta’ koġenerazzjoni għandha tfisser is-sena kalendarja tal-ewwel produzzjoni tal-elettriku.

Artikolu 3

Fatturi ta’ korrezzjoni għall-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-fatturi ta’ korrezzjoni stabbiliti fl-Anness III, il-punt (a) sabiex jadattaw il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza stabbiliti fl-Anness I għas-sitwazzjoni klimatika medja f’kull Stat Membru.

Jekk fit-territorju tal-Istat Membru id-dejta meterjoloġika uffiċjali turi differenzi fit-temperatura ambjentali annwali ta’ 5 °C jew aktar, dak l-Istat Membru jista’, soġġett għal notifika lill-Kummissjoni, juża diversi żoni klimatiċi għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu billi juża l-metodu stipulat fl-Anness III, il-punt (b).

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-fatturi ta’ korrezzjoni stabbiliti fl-Anness IV, sabiex jadattaw il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza stabbiliti fl-Anness I għal telf evitat tal-grilja.

3.   Meta l-Istati Membri japplikaw kemm il-fatturi ta’ korrezzjoni stipulati fl-Anness III, il-punt (a) u kif ukoll dawk stipulati fl-Anness IV, għandhom japplikaw l-Anness III, il-punt (a) qabel ma japplikaw l-Anness IV.

Artikolu 4

L-immodernizzar ta’ unità ta’ koġenerazzjoni

Jekk unità eżistenti ta’ koġenerazzjoni tiġi modernizzata u l-ispiża tal-investiment għall-immodernizzar taqbeż 50 % tal-ispiża tal-investiment ta’ unità ġdida komparabbli ta’ koġenerazzjoni, is-sena kalendarja tal-ewwel produzzjoni tal-elettriku tal-unità modernizzata tal-koġenerazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala s-sena tal-kostruzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 2.

Artikolu 5

Taħlita ta’ Fjuwils

Jekk l-unità tal-koġenerazzjoni topera b’aktar minn fjuwil wieħed, il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata għandha tiġi applikata proporzjonalment għal medja ppiżata tal-użu tal-enerġija tal-fjuwils diversi.

Artikolu 6

Ir-revoka

Id-Deċiżjoni 2007/74/KE għandha titħassar.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.


ANNESS I

Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku (imsemmija fl-Artikolu 1)

Fit-tabella hawn taħt il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku huma bbażati fuq valur kalorifiku nett u l-kundizzjonijiet standard tal-ISO (15 °C temperatura ambjentali, 1,013 bar, 60 % umdità relattiva).

 

Is-sena ta’ kostruzzjoni:

Tip ta’ fjuwil:

2001 u qabel

2002

2003

2004

2005

2006–2011

2012–2015

Solidi

Antraċit/kokk

42,7

43,1

43,5

43,8

44,0

44,2

44,2

Linjite/blokki tal-linjite

40,3

40,7

41,1

41,4

41,6

41,8

41,8

Pit/blokki tal-pit

38,1

38,4

38,6

38,8

38,9

39,0

39,0

Fjuwils magħmulin mill-injam

30,4

31,1

31,7

32,2

32,6

33,0

33,0

Bijomassa agrikola

23,1

23,5

24,0

24,4

24,7

25,0

25,0

Skart bijodegradabbli (muniċipali)

23,1

23,5

24,0

24,4

24,7

25,0

25,0

Skart mhux rinnovabbli (muniċipali u industrijali)

23,1

23,5

24,0

24,4

24,7

25,0

25,0

Shale bituminuż

38,9

38,9

38,9

38,9

38,9

39,0

39,0

Likwidi

Żejt (żejt tal-gass + żejt tal-fjuwil residwu), LPG

42,7

43,1

43,5

43,8

44,0

44,2

44,2

Bijofjuwils

42,7

43,1

43,5

43,8

44,0

44,2

44,2

Skart bijodegradabbli

23,1

23,5

24,0

24,4

24,7

25,0

25,0

Skart mhux rinnovabbli

23,1

23,5

24,0

24,4

24,7

25,0

25,0

Tal-gass

Gass naturali

51,7

51,9

52,1

52,3

52,4

52,5

52,5

Gass tar-raffinerija/idroġenu

42,7

43,1

43,5

43,8

44,0

44,2

44,2

Bijogass

40,1

40,6

41,0

41,4

41,7

42,0

42,0

Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-kalkara tal-funderija, gassijiet ta’ skart oħrajn, sħana minn skart irkuprat

35

35

35

35

35

35

35


ANNESS II

Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana (imsemmija fl-Artikolu 1)

Fit-tabella hawn taħt il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana huma bbażati fuq il-valur kalorifiku nett u l-kundizzjonijiet standard tal-ISO (15 °C temperatura ambjentali, 1,013 bar, 60 % umdità relattiva).

 

Tip ta’ fjuwil

Stim/misħun

Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost (*)

Solidi

Antraċit/kokk

88

80

Linjite/blokki tal-linjite

86

78

Pit/blokki tal-pit

86

78

Fjuwils magħmulin mill-injam

86

78

Bijomassa agrikola

80

72

Skart bijodegradabbli (muniċipali)

80

72

Skart mhux rinnovabbli (muniċipali u industrijali)

80

72

Shale bituminuż

86

78

Likwidi

Żejt (żejt tal-gass + żejt tal-fjuwil residwu), LPG

89

81

Bijofjuwils

89

81

Skart bijodegradabbli

80

72

Skart mhux rinnovabbli

80

72

Tal-gass

Gass naturali

90

82

Gass tar-raffinerija/idroġenu

89

81

Bijogass

70

62

Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-kalkara tal-funderija, gassijiet oħrajn minn skart, sħana minn skart irkuprat

80

72


(*)  Għandhom jintużaw il-valuri għal sħana diretta jekk it-temperatura tkun 250 °C jew aktar.


ANNESS III

Il-fatturi ta’ korrezzjoni relatati mas-sitwazzjoni klimatika medja u l-metodu biex jiġu stabbiliti żoni klimatiċi għall-applikazzjoni ta’ valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku (imsemmija fl-Artikolu 3(1))

(a)   Fatturi ta’ korrezzjoni relatati mas-sitwazzjoni klimatika medja

Il-korrezzjoni tat-temperatura ambjentali hija bbażata fuq id-differenza bejn it-temperatura medja annwali fi Stat Membru u l-kundizzjonijiet standard tal-ISO (15 °C).

Il-korrezzjoni għandha tkun kif ġej:

(i)

0,1 % ta’ punt ta’ telf ta’ effiċjenza għal kull grad ‘il fuq minn 15 °C

(ii)

0,1 % ta’ punt ta’ żieda fl-effiċjenza għal kull grad ‘l isfel minn 15 °C

Eżempju:

Meta t-temperatura medja annwali fi Stat Membru hija 10 C, il-valur ta’ referenza ta’ unità ta’ koġenerazzjoni f’dak l-Istat Membru għandha tiżdied b’0,5 % punti.

(b)   Metodu biex jiġu stabbiliti ż-żoni klimatiċi

Il-konfini ta’ kull żona klimatika se jkunu kkostitwiti minn isotermi (fi gradi sħaħ Celsius) tat-temperatura ambjentali medja annwali li jvarjaw b’tal-anqas 4 °C. Id-differenza fit-temperatura bejn it-temperaturi ambjentali medji annwali applikati f’żoni klimatiċi li jmissu ma’ xulxin għandha tkun talanqas 4 °C.

Eżempju:

Fi Stat Membru t-temperatura ambjentali medja annwali fil-post A hija 12 °C u fil-post B hija 6 °C. Id-differenza hija iktar minn 5 °C. L-Istat Membru issa għandu l-għażla li jintroduċi żewġ zoni klimatiċi separati bl-isoterma ta’ 9 °C, b’hekk jikkostitwixxu żona klimatika waħda bejn l-isotermi ta’ 9 °C u 13 °C b’temperatura ambjentali medja annwali ta’ 11 °C, u żona klimatika oħra bejn l-isotermi ta’ 5 °C u 9 °C b’temperatura ambjentali medja annwali ta’ 7 °C.


ANNESS IV

Fatturi ta’ korrezzjoni għal telf evitat tal-grija għall-applikazzjoni tal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku (imsemmija fl-Artikolu 3(2))

Vultaġġ

Għall-elettriku esportat għall-grilja

Għall-elettriku kkonsmat fuq is-sit

> 200 kV

1

0,985

100–200 kV

0,985

0,965

50–100 kV

0,965

0,945

0,4–50 kV

0,945

0,925

< 0,4 kV

0,925

0,860

Eżempju:

Unità ta’ koġenerazzjoni ta’ 100 kWel b’magna reċiproka li titħaddem bil-gass naturali tiġġenera elettriku ta’ 380 V. Minn dan l-elettriku 85 % jintuża għall-konsum tal-unità proprja u 15 % jiddaħħal fil-grilja. L-impjant kien mibni fl-1999. It-temperatura ambjentali annwali hija 15 °C (għalhekk ma hemm bżonn tal-ebda korrezzjoni klimatika).

Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni għal unitajiet ta’ koġenerazzjoni li ilhom mibnija aktar minn 10 snin, għandhom japplikaw il-valuri ta’ referenza ta’ unitajiet li ilhom mibnija 10 snin. Skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni għal unità ta’ koġenerazzjoni mħaddma bil-gass naturali u mibnija fl-1999, li ma ġietx modernizzata, il-valur ta’ referenza armonizzat tal-effiċjenza applikabbli fl-2011 huwa l-valur ta’ referenza għall-2001, 51,7 %. Wara l-korrezzjoni għat-telf tal-grilja, jirriżulta li l-valur ta’ referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku f’din l-unità ta’ koġenerazzjoni għandu jkun (abbażi tal-medja ppiżata tal-fatturi f’dan l-Anness):

Ref Εη = 51,7 % * (0,860 * 85 % + 0,925 * 15 %) = 45,0 %


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/97


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li tikkonferma l-kalkolu provviżorju tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/878/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-Kummissjoni hija meħtieġa li kull sena tikkonferma l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur ta’ karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni kif ukoll għal kull konsorzju ta’ manifatturi ffurmat skont l-Artikolu 7(7) ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dik il-konferma, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji kkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. Fejn jidher ċar li manifattur jew konsorzju naqas milli jilħaq il-mira tiegħu ta’ emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni hija meħtieġa, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, timponi l-ħlas ta’ primjums fuq l-emissjonijiet żejda skont deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-manifatturi jew lill-maniġers tal-konsorzji kkonċernati.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-miri huma vinkolanti għall-manifatturi u l-konsorzji b’effett mill-2012. Għas-snin kalendarji 2010 u 2011, il-Kummissjoni għandha madankollu tikkalkula miri indikattivi u, skont l-Artikolu 8(6) ta’ dak ir-Regolament, tinnotifika lil dawk il-manifattuir jew konsorzji li l-medja tal-emissjonijet speċifiċi tagħhom taqbeż il-miri indikattivi tagħhom. Peress li dawk il-miri għall-2010 u l-2011 se jservu bħala indikaturi għall-manifatturi tal-isforz meħtieġ biex tintlaħaq il-mira mandatorja fl-2012, huwa xieraq li tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi għall-2010 u l-2011 skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament u li jitqiesu biss 65 % tal-karozzi li jirrilaxxaw l-anqas emissjonijiet għal kull manifattur.

(3)

Id-dejta li għandha tintuża għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-Parti C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Id-dejta tittieħed miċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-manifatturi jew minn dokumenti li jipprovdu informazzjoni ekwivalenti skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

Id-dejta għall-2010 ntbagħtet lill-Kummissjoni sal-iskadenza tat-28 ta’ Frar 2011 speċifikata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 minn maġġoranza tal-Istati Membri. Is-settijiet tad-dejta kompluti għall-Istati Membri kollha, madankollu, kienu finalment għad-disponibbiltà tal-Kummissjoni f’nofs April u sussegwentement ġew ivverifikati provviżorjament.

(5)

Fejn, b’riżultat tal-verifika inizjali, kien evidenti li ċerta dejta kienet nieqsa jew ċarament mhux korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u soġġett għall-qbil ta’ dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew ikkompletata skont dan. Fejn ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim ma’ Stat Membru, id-dejta provviżorja ta’ dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

(6)

Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ppubblikat, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, id-dejta provviżorja u nnotifikat lil 89 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom fl-2010 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur minn meta jkunu rċevew in-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) ta’ dak ir-Regolament.

(7)

Fit-12 ta’ Awwissu ġew ippubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni linji gwida għan-notifika ta’ żbalji fid-dejta tad-CO2 mill-karozzi. Il-linji gwida jipprovdu format għan-notifika u jindikaw l-informazzjoni meħtieġa mill-manifatturi biex il-Kummissjoni tkun tista’ tqis dawk l-iżbalji.

(8)

Ħmistax-il manifattur issottomettew notifiki ta’ żbalji fi żmien l-iskadenza ta’ tliet xhur. Wieħed mill-manifatturi ssottometta notifika kompluta wara l-iskadenza. Seba’ manifatturi minn dawn il-ħmistax issottomettew notifiki li kienu jinkludu informazzjoni dettaljata dwar l-iżbalji u l-ġustifikazzjonijiet għall-korrezzjonijiet proposti. It-tmien manifatturi li kien baqa’ ssottomettew notifiki fil-qosor li kienu biss parzjalment konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ format u kontenut tan-notifiki. Minbarra dawk il-manifatturi li ssottomettew notifiki ta’ żball, tmien manifatturi infurmaw lill-Kummissjoni li kien hemm żbalji fis-settijiet tad-dejta mingħajr ma pprovdew aktar informazzjoni jew evidenza rigward in-natura jew ir-raġunijiet għal dawk l-iżbalji.

(9)

Fil-każ tat-73 manifattur li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta jew infurmaw lill-Kummissjoni biss dwar żbalji fis-settijiet tad-dejta mingħajr ma pprovdew l-evidenza meħtieġa, id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti.

(10)

Fejn il-manifatturi jkunu pprovdew l-informazzjoni meħtieġa u evidenza li tappoġġa l-eżistenza ta’ żbalji fis-settijiet tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tqis dawk in-notifiki u, fejn xieraq, temenda l-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri speċifiċi.

(11)

L-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri huma l-uniċi responsabbli għall-għadd ta’ reġistrazzjonijiet irrapportati lill-Kummissjoni. Peress li d-dejta dwar il-bejgħ mhux neċessarjament tirrifletti b’mod korrett l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet fi Stat Membru partikolari għal perjodu ta’ żmien partikolari, mhuwiex possibbli li jitqiesu żbalji fl-għadd ta’ reġistrazzjonijiet għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi. Għalhekk għandhom jitqiesu biss l-iżbalji relatati mal-kontenut tas-settijiet tad-dejta għall-vetturi rreġistrati. Madankollu, f’xi każijiet, il-manifatturi nnotifikaw li r-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu attribwiti lil manifattur ieħor. Dawk ir-riattribuzzjonijiet għandhom ikunu riflessi fis-settijiet tad-dejta finali kkonfermati.

(12)

Jirriżulta min-notifiki kompleti li l-manifatturi setgħu jidentifikaw parti mis-settijiet tad-dejta bħala korretti u pproponew korrezzjonijiet lil dawk il-partijiet tas-settijiet tad-dejta li setgħu jiġu vverifikati. Bejn 4 u 15 fil-mija tas-settijiet tad-dejta jikkonsistu, madankollu, minn reġistrazzjonijiet li jirreferu għal vetturi li mhumiex identifikabbli u li l-valuri tagħhom bħal dawk għall-emissjonijiet tad-CO2 jew tal-massa ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifattur. Il-kawża ta’ dan ġeneralment tkun informazzjoni nieqsa li hija meħtieġa sabiex il-manifattur jidentifika l-vetturi individwali, b’mod aktar preċiż il-kodiċi tal-identifikazzjoni li huwa magħmul mit-tip, il-varjant u l-verżjoni tal-vetturi kkonċernati. F’għadd żgħir ta’ każijiet, ir-reġistrazzjonijiet setgħu jiġu attribwiti lill-manifatturi, madankollu, dejta essenzjali dwar l-emissjonijiet tad-CO2 u l-massa ma kinitx disponibbli.

(13)

Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet proposti mill-manifatturi u l-evidenza li ssostnihom. Fejn l-entrati ġew ikkoreġuti jew billi ddaħħal valur nieqes jew bis-sostituzzjoni ta’ valur inkorrett għal dawk ir-reġistrazzjonijiet li jistgħu jiġu vverifikati mill-manifattur u l-valuri kkoreġuti huma konsistenti mal-valuri li jirriżultaw mis-sorsi tad-dejta ta’ referenza, bħal pereżempju dejta minn dokumenti ta’ omologazzjoni, tali korrezzjonijiet huma ġġustifikati. Madankollu, fejn manifattur ikun nnotifika żbalji iżda ma jkunx ippropona korrezzjonijiet, minkejja li dawk l-iżbalji setgħu ġew ivverifikati u kkoreġuti u ma jkunx wera b’mod suffiċjenti li dawk il-korrezzjonijiet ma setgħux isiru fi żmien il-perjodu ta’ verifika ta’ tliet xhur, dawk l-iżbalji ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu finali.

(14)

F’każ ta’ reġistrazzjonijiet li jistgħu jiġu attribwiti lil manifatturi, iżda mhux ivverifikati minnhom, il-valuri għall-emissjonijiet u l-massa tad-CO2 inklużi f’dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom xorta waħda jintużaw biex jiġu kkalkulati l-medja tal-emissjonijiet tad-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi. Madankollu huwa meħtieġ li jitqies il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw dawk il-valuri u jiżguraw li l-inklużjoni ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-valuri finali ddeterminati għall-manifatturi kkonċernati. Skont dan, għandu jiġi applikat marġni ta’ żball lil dak il-kalkolu biex jirrifletti s-sitwazzjoni individwali tal-manifattur kif deskritt u ġġustifikat fin-notifika tal-iżbalji. B’mod aktar preċiż, marġni ta’ żball għandu jiġi kkalkulat għall-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u l-medja tal-massa, peress li dawn iż-żewġ parametri jiddeterminaw id-distanza ta’ kull manifattur mill-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi, jiġifieri kemm il-manifattur huwa qrib li jilħaq il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi.

(15)

Il-marġni ta’ żball għandu jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn id-distanzi għall-mira tal-emissjonijiet speċifiċi espressi bħala l-medja tal-emissjonijiet imnaqqsa mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulati inklużi u esklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi. Kemm jekk id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva l-marġni ta’ żball għandu dejjem inaqqas id-distanza għall-mira tal-manifattur.

(16)

F’każ ta’ reġistrazzjonijiet fejn il-valuri dwar l-emissjonijiet jew il-massa tad-CO2 kif ukoll il-kodiċi tal-identifikazzjoni jkunu neqsin, dawk ir-reġistrazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu finali tal-medja tal-emissjonijiet.

(17)

Peress li l-eżerċizzju tal-verifika tad-dejta tal-2010 huwa l-ewwel wieħed li twettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009, huwa xieraq li b’mod eċċezzjonali jitqiesu wkoll dawk in-notifiki li ma nkludewx l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Kummissjoni biex tqis b’mod sħiħ l-iżbalji.Il-marġnijiet ta’ żball li għandhom jiġu applikati lill-kalkoli finali msemmija f’dawk in-notifiki madankollu għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-valutazzjoni stess tal-Kummissjoni tal-għadd ta’ reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati minn dawk il-manifatturi. Huwa xieraq ukoll, b’mod eċċezzjonali, li titqies, għall-konferma tad-dejta tal-2010, in-notifika tal-iżbalji li ġiet sottomessa ftit wara l-iskadenza.

(18)

Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati fl-2010, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri li ġejjin speċifikati fl-Anness huma kkonfermati għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta’ manifatturi skont is-sena kalendarja 2010:

(a)

il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi;

(b)

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2, fejn xieraq aġġustati bil-marġni ta’ żball rilevanti;

(c)

id-differenza bejn il-valuri msemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha;

(e)

il-medja tal-massa għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha fl-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.


ANNESS

Tabella 1

Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi kkonfermati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-Manifattur

Konsorzji u Derogi

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Medja ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Distanza għall-mira

Distanza għall-mira aġġustata

Medja tal-massa

Medja ta’ CO2 (100 %)

ALPINA Burkard Bovensiepen GmbH + Co. KG

 

173

187,795

147,429

40,366

40,366

1 753,38

210,341

Artega Automobil GmbH & Co. KG

 

2

220,000

132,194

87,806

87,806

1 420,00

220,000

Aston Martin Lagonda Ltd

D

1 415

333,482

320,000

13,482

12,657

1 860,72

348,372

Audi AG

 

589 855

133,883

140,365

–6,482

–6,557

1 598,80

151,832

Automobiles Citroën

 

815 936

118,764

127,361

–8,597

–8,597

1 314,26

131,418

Automobiles Peugeot

 

974 248

119,208

127,704

–8,496

–8,496

1 321,76

131,021

Autovaz

 

3 911

212,171

126,410

85,761

85,761

1 293,44

219,516

Bayerische Motoren Werke AG

 

640 021

129,253

137,409

–8,156

–8,210

1 534,13

146,355

Bentley Motors Ltd

 

1 187

391,423

181,363

210,060

210,060

2 495,92

395,925

BMW M GmbH

 

77 120

133,513

142,836

–9,323

–13,535

1 652,88

156,242

Bugatti Automobiles S.A.S

 

8

584,600

159,225

425,375

425,375

2 011,50

589,250

Caterham Cars Limited

D

135

166,920

210,000

–43,080

–43,080

712,15

179,826

Chevrolet Italia

 

25 442

113,042

116,356

–3,314

–3,359

1 073,45

117,607

Chrysler Group LLC

 

31 121

192,081

157,480

34,601

34,601

1 973,32

215,200

CNG Technik

P1

583

225,000

134,782

90,218

89,953

1 476,64

226,252

Automobile Dacia SA

 

251 938

133,865

123,831

10,034

9,631

1 237,01

144,989

Daihatsu Motor Co. Ltd.

 

18 972

128,351

117,975

10,376

10,376

1 108,86

145,374

Daimler AG. Stuttgart

P2

646 067

137,762

137,323

0,439

0,349

1 532,24

160,166

Dr Motor Company S. r. l.

 

4 943

122,413

120,642

1,771

1,771

1 167,22

138,566

Ferrari

D

2 361

300,718

303,000

–2,282

–2,282

1 751,12

322,468

FIAT Group Automobiles S.p.A.

 

975 822

115,285

119,240

–3,955

–3,955

1 136,56

125,013

Ford-Werke GmbH

P1

1 076 887

121,128

126,226

–5,098

–5,605

1 289,42

136,552

Fuji Heavy Industries Ltd.

ND

30 655

165,182

164,616

0,566

0,520

1 608,03

179,332

Geely Europe Ltd

 

918

115,916

140,077

–24,161

–24,161

1 592,50

131,466

General Motors Company

 

1 490

270,134

151,750

118,384

113,988

1 847,93

296,400

GM Daewoo Auto u. Tech. Comp.

 

146 117

125,759

124,606

1,153

1,138

1 253,96

143,544

GM Italia S.r.l.

 

37 670

119,750

125,467

–5,717

–5,717

1 272,82

124,405

Great Wall Motor Company Limited

D

344

222,000

195,000

27,000

27,000

1 919,52

224,314

Gumpert Sportwagenmanufaktur GmbH

 

2

310,000

132,879

177,121

177,121

1 435,00

310,000

Honda Automobile China CO

P3

20 876

125,023

119,099

5,924

5,911

1 133,46

126,094

Honda Automobile Thailand CO

P3

1 444

142,000

120,816

21,184

21,184

1 171,03

142,615

Honda Motor CO

P3

102 890

124,841

128,710

–3,869

–4,083

1 343,77

143,823

Honda of the UK Manufacturing

P3

47 840

145,932

133,391

12,541

12,234

1 446,21

162,280

Honda Turkiye AS

P3

1 587

155,953

125,560

30,393

30,393

1 274,84

156,624

Hyundai Motor Europe GmBH

 

325 603

120,858

126,725

–5,867

–5,867

1 300,33

134,244

Iveco S.p.A

 

49

213,548

180,265

33,283

33,283

2 471,90

216,694

Jaguar Cars Ltd

D

23 740

178,656

178,025

0,631

0,631

1 900,33

199,016

Kia Motors Europe GmbH

 

253 706

126,251

131,248

–4,997

–4,997

1 399,30

143,272

KTM-Sportmotorcycle AG

D

57

173,432

200,000

–26,568

–26,568

882,89

179,000

Automobili Lamborghini S.p.A

 

265

323,977

141,293

182,684

182,506

1 619,11

357,362

Land Rover

D

65 534

209,295

178,025

31,270

31,270

2 351,43

231,494

Lotus Cars Limited

D

825

189,108

280,000

–90,892

–90,892

1 159,21

196,596

The London Taxi Company

 

1 662

225,087

154,227

70,860

70,860

1 902,13

227,739

Magyar Suzuki Corporation Ltd.

 

87 204

130,004

121,130

8,874

8,843

1 177,91

136,665

Mahindra Europe S.r.l.

 

48

246,839

160,042

86,797

86,797

2 029,38

251,500

Maruti Suzuki India Ltd.

 

19 577

103,000

109,908

–6,908

–6,908

932,36

104,287

Maserati S.p.A.

 

1 626

353,473

159,119

194,354

194,354

2 009,18

362,557

Mazda Motor Corporation

 

170 007

133,729

128,523

5,206

4,831

1 339,67

149,458

Mercedes-AMG GmbH, Affalterbach

P2

1 503

308,000

144,857

163,143

163,138

1 697,10

308,000

MG Motor UK Limited

D

264

184,871

184,000

0,871

0,871

1 180,16

184,717

Micro-Vett SpA

 

4

0,000

133,507

– 133,507

– 133,507

1 448,75

0,000

Mitsubishi Motors Corporation (MMC)

P4

72 594

145,036

138,601

6,435

6,377

1 560,20

165,144

Mitsubishi Motor R&D Europe GmbH

P4

16 530

119,878

114,793

5,085

5,084

1 039,25

127,284

Morgan Motor Co. Ltd.

D

415

164,342

180,000

–15,658

–15,658

1 113,67

189,278

Nissan International SA

 

389 818

132,131

128,875

3,256

3,256

1 347,39

147,197

O.M.C.I. S.r.l.

 

46

156,862

120,759

36,103

36,103

1 169,78

167,848

Adam Opel AG

 

935 499

126,920

130,483

–3,563

–3,767

1 382,56

139,529

OSV — Opel Special Vehicles GmbH

 

67

135,512

140,208

–4,696

–4,696

1 595,36

136,836

Perodua Manufacturing Sdn Bhd

 

690

136,480

113,634

22,846

22,846

1 013,88

140,230

Pgo Ingenierie

 

29

185,000

115,657

69,343

69,343

1 058,14

189,828

Dr.Ing.h.c.F. Porsche AG

 

34 512

220,872

152,089

68,783

68,783

1 855,34

238,859

Potenza Sports Cars

 

31

178,000

99,975

78,025

78,025

715,00

178,000

Proton Cars United Kingdom Ltd.

D

792

143,315

185,000

–41,685

–41,685

1 394,89

153,557

Quattro GmbH

 

2 596

279,097

154,102

124,995

124,766

1 899,39

299,034

Renault

 

1 125 141

120,700

127,045

–6,345

–6,378

1 307,33

133,824

Rolls-Royce Motors Cars LTD

 

413

315,616

181,297

134,319

133,038

2 494,48

332,063

Saab Automobile AB

 

19 979

156,561

143,922

12,639

12,639

1 676,64

175,341

Santana Motor S.A.

 

382

168,351

135,765

32,586

32,586

1 498,15

204,921

SEAT

 

288 629

120,162

125,722

–5,560

–5,647

1 278,38

131,162

Secma

 

26

155,000

97,370

57,630

57,630

658,00

155,000

Shijiazhuang Shuanghuan Automobile Company

 

44

266,357

152,951

113,406

113,406

1 874,20

267,682

SKODA auto a.s.

 

420 718

127,869

127,225

0,644

0,571

1 311,28

139,193

Sovab

 

94

227,066

166,119

60,947

60,947

2 162,34

230,138

Ssangyong Motor Company

D

4 785

203,851

180,000

23,851

23,851

2 023,10

215,728

Suzuki Motor Corporation

 

85 177

124,055

121,050

3,005

2,981

1 176,15

144,109

Tata Motors Limited

D

3 582

137,754

178,025

–40,271

–40,271

1 293,00

151,987

Tesla Motors Ltd

 

40

0,000

128,309

– 128,309

– 128,309

1 335,00

0,000

Think

 

144

0,000

120,248

– 120,248

– 120,248

1 158,61

0,000

Toyota Motor Europe NV/SA

 

564 633

112,241

128,349

–16,108

–16,273

1 335,87

129,056

Volkswagen AG

 

1 469 419

125,987

130,715

–4,728

–4,763

1 387,65

140,352

Volvo Car Corporation

 

204 926

134,492

143,273

–8,781

–8,781

1 662,43

156,948

Westfield Sports Cars

 

3

178,000

99,975

78,025

78,025

715,00

178,000

Wiesmann GmbH

D

8

253,000

274,000

–21,000

–21,000

1 409,88

257,250

Noti spjegattivi għat-Tabella 1:

Kolonna B

“D” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur ta’ volumi żgħar skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011) 8334 finali;

“ND” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur speċjalizzat (niche) skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011) 8336 finali;

“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta’ konsorzju (elenkat fit-tabella 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Kolonna D

“Medja tal-emissjonijiet speċifiċi (65 %) ikkoreġuta” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 kkalkulata skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u t-taqsima 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 657 abbażi tal-korrezzjonijiet innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Dik iċ-ċifra tqis il-vetturi kollha li jkollhom valur validu kemm għall-massa kif ukoll għall-emissjonijiet tad-CO2 li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi.

Kolonna E

“Mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet abbażi tal-medja tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur (100 % tal-vetturi kollha għandhom jitqiesu mill-2015 ‘il quddiem) wara l-applikazzjoni tal-formula stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Kolonna F

“Distanza għall-mira” tfisser id-differenza bejn il-valuri fil-kolonna D u fil-kolonna E.

Kolonna G

“Distanza għall-mira aġġustata” tfisser id-distanza għall-mira kif indikat taħt il-kolonna F aġġustata biex tqis il-marġni ta’ żball. L-iżball iseħħ minħabba vetturi mhux identifikabbli (vetturi fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni għat-tip, il-varjant u l-verżjoni jkun nieqes) u jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Żball = valur assolut ta’ [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]

AC1

=

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna D);

TG1

=

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna E);

AC2

=

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 esklużi l-vetturi mhux identifikabbli;

TG2

=

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi esklużi l-vetturi mhux identifikabbli.

Tabella 2

Lista ta’ konsorzji u valuri kkonfermati skont l-Artikoli 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-Konsorzju

Konsorzju

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

Medja ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

Mira ta’ emissjonijiet speċifiċi

Distanza għall-mira

Distanza għall-mira aġġustata

Medja tal-massa

Medja ta’ CO2 (100 %)

FORD-WERKE GMBH

P1

1 077 470

121,143

126,231

–5,088

–5,182

1 162,42

127,80

DAIMLER AG

P2

647 570

137,834

137,340

0,494

–0,016

1 167,88

140,91

HONDA MOTOR EUROPE LTD

P3

174 637

128,612

128,750

–0,138

–0,365

1 344,64

146,87

MITSUBISHI MOTORS

P4

89 124

137,055

134,185

2,870

2,840

1 463,58

158,12


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/105


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness II u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9518)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/879/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis, u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. L-Anness II tagħha jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-iskopijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni f’dawk il-programmi ta’ komoditajiet u sorveljanza li għandhom isiru għal ċerti mard fl-ispeċi differenti tat-tjur. L-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-kummerċ fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur koperti minn dik id-Direttiva.

(2)

L-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/214/UE (2), jistabbilixxu l-proċeduri djanjostiċi għal Salmonella u Mycoplasma.

(3)

Il-Kapitolu III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula r-rekwiżiti minimi għal programmi dwar is-sorveljanza tal-mard. Dan il-Kapitolu jipprovdi deskrizzjoni tal-proċeduri tal-ittestjar għal Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu provduti dettalji speċifiċi addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar għal Salmonella arizonae.

(4)

Barra minn hekk, il-kaxxa I.31 fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal flieles ta’ jum stabbilita fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE tinkludi rekwiżit biex timla tagħrif dettaljat marbut mal-identifikazzjoni tal-komoditajiet koperti minnha.

(5)

Dak ir-rekwiżit jistipula tagħrif importanti dwar l-istat tas-saħħa tal-qatgħa(t) ġenitur li minnhom joriġinaw il-flieles ta’ jum, b’mod partikolari fir-rigward tal-ittestjar għal ċerti serotipi ta’ Salmonella. Madankollu, uħud minn dawk ir-rekwiżiti tad-dejta jidhru li jqiegħdu piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq l-operaturi tan-negozju, b’mod partikolari fid-dawl tal-imprevedibilità tat-tfaqqis. Barra minn hekk, uħud mid-dejta meħtieġa biex timtela f’dik il-kaxxa qed timtela f’partijiet oħra taċ-ċertifikat.

(6)

Għaldaqstant, dawk l-entrati għandhom jitħassru mill-kaxxa 1.31 fil-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ jum u tjur għat-tgħammir u l-produttività u għandhom jiġu sostitwiti bl-entrata “Numru ta’ approvazzjoni” li jipprovdi tagħrif aktar ċar dwar l-oriġini tal-komoditajiet rispettivi. Għaldaqstant il-Parti I tan-noti fil-Parti II ta’ dawk iċ-ċertifikati mudell għandhom jiġu emendati skont dan.

(7)

L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jista’ jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3), jipprevedi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta’ għasafar għat-tgħammir u l-produttività, bajd tat-tjur u flieles ta’ jum tagħhom.

(8)

Il-Punt 3 tal-Parti II ta’ dak l-Anness, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1380/2011 (4), jistipula li, meta flieles ta’ jum ma jkunux imkabbra fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tfaqqis, dawn għandhom jiġu trasportati direttament għad-destinazzjoni finali tagħhom u jinżammu hemm għal tal-inqas tliet gimgħat mid-data tat-tfaqqis. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi rifless fil-mudell rilevanti taċ-ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ jum stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE. Għaldaqstant, dak iċ-ċertifikat mudell għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Għalhekk, id-Direttiva 2009/158/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u IV tad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  ĠU L 90, 6.4.2011, p. 27.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(4)  Ara paġna 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-Annessi II u IV tad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-Kapitolu III, il-punt A.2 huwa emendat kif ġej:

(a)

nota (**) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(**)

Innota li l-kampjuni ambjentali ġeneralment ma jkunux adatti għal sejbien affidabbli ta’ Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum, iżda huma adattati għal Salmonella arizonae.”

(b)

nota (****) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(****)

Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum ma jikbrux faċilment fil-mezz semisolidu mmodifikat Rappaport Vassiliadis (MSRV) li jintuża għall-monitoraġġ ta’ Salmonella spp. żoonotika fl-Unjoni, iżda huwa adattat għal Salmonella arizonae.”

(2)

Fl-Anness IV, il-mudelli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“MUDELL 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 3

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/117


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/402/UE dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola importati mill-Eġittu

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9524)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/880/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) u (iii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel u l-għalf, u b’mod partikolari s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali. Dan jipprevedi miżuri ta’ emerġenza li jridu jittieħdu mill-Kummissjoni meta jkun evidenti li ikel jew għalf importat minn pajjiż terz aktarx li joħloq riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u li tali riskju ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2) jistipula r-regoli ġenerali għall-operaturi kummerċjali tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel. Dawk ir-regoli jinkludu rekwiżiti ta’ iġjene biex jiżguraw li l-ikel importat ikun mill-inqas tal-istess standards ta’ iġjene bħall-ikel prodott fl-Unjoni, jew ikun ta’ standard ekwivalenti.

(3)

Ċerti lottijiet taż-żrieragħ tal-fienu importati mill-Eġittu ġew identifikati bħala l-aġent li kkawża t-tifqigħa fl-Unjoni tas-serotip O104:H4 tal-batteri Escherichia coli (STEC) li jipproduċi t-tossina Shiga. L-oriġini tat-tifqigħa ġiet identifikata bħala ż-żrieragħ tal-fienu mill-Eġittu kkonsmati bħala nebbieta.

(4)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/402/UE (3) introduċiet projbizzjoni fuq ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ ċerti żrieragħ u fażola importati mill-Eġittu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness tagħha. Din il-projbizzjoni tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2012.

(5)

Madankollu, il-ħaxix leguminuż imnixxef u maqsum, il-fażola tas-sojja mkissra jew iż-żrieragħ taż-żejt u l-frott żejtni mkissra ma jintużawx għal finijiet ta’ tinbit. Il-ħxejjex leguminużi mnixxfa u maqsuma, il-fażola tas-sojja mkissra jew iż-żrieragħ taż-żejt imkissra u l-frott żejtni mkisser importati mill-Eġittu, ma għandhomx jitqiesu aktar bħala riskju għas-sikurezza tal-ikel u għandhom jerġgħu jingħataw l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni lejn l-Unjoni.

(6)

Il-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/402/UE għandhom għaldaqstant, jiġu emendati abbażi ta’ din l-informazzjoni ġdida.

(7)

Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/402/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 179, 7.7.2011, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Żrieragħ u fażola mill-Eġittu li r-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni huwa pprojbit sal-31 ta’ Marzu 2012

Kodiċi NM (*)

Deskrizzjoni

ex 0704 90 90

Nebbieta tar-rukola

ex 0706 90 90

Nebbieta tal-pitravi, nebbieta tar-ravanell

ex 0708

Nebbieta ta’ ħxejjex leguminużi, friski jew imkessħin

ex 0709 90 90

ex 0709 99 90  (1)

Nebbieta tal-fażola tas-sojja

ex 0713

Ħxejjex leguminużi mnixxfa, bil-qoxra, sew jekk imqaxxrin u sew jekk le, mhux maqsumin

0910 99 10

Żrieragħ tal-fienu

ex 1201 00

ex 1201  (1)

Fażola tas-sojja mhux imkissra

1207 50

Żrieragħ tal-mustarda

ex 1207 99 97

ex 1207 99 96  (1)

Żrieragħ u frott oħra żejtnin, mhux imkissrin

1209 10 00

Żrieragħ tal-pitravi zokkrija

1209 21 00

Żrieragħ tax-xnien (alfalfa)

1209 91

Żrieragħ tal-ħaxix

ex 1214 90 90

Żrieragħ tax-xnien (alfalfa)


(*)  Il-“kodiċijiet NM” imsemmija f’din id-Deċiżjoni jirreferu għall-kodiċijiet speċifikati fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.).

(1)  Kodiċi NM fl-1.1.2012”


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/119


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament li tappoġġa studji ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9597)

(2011/881/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari mill-Artikolu 22 sa 24 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn ’il quddiem imsejħin ir-“Regoli Implimentattivi”), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-kamp veterinarju.

(2)

B’mod partikolari, l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jipprovdi li l-Komunità tista’ tieħu, jew tassisti lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja.

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel (4) tagħti ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni li diġà ttieħdu u li qed jittieħdu fir-rigward tas-saħħa tan-naħal tal-għasel fl-UE. Il-kwistjoni ewlenija li l-komunikazzjoni tindirizza hija l-mortalità tan-naħal. Dawn il-mortalitajiet ġew irrapportati f’bosta pajjiżi fid-dinja u anke fl-UE.

(4)

Fl-2009, il-proġett tal-EFSA “Il-Mortalità tan-Naħal u s-Sorveljanza tan-Naħal fl-Ewropa” kkonkluda li b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ sorveljanza fl-UE huma dgħajfa u hemm nuqqas ta’ dejta fuq livell ta’ Stati Membri u nuqqas ta’ dejta komparabbli fuq livell ta’ UE.

(5)

L-azzjonijiet ewlenin li pproponiet il-Kummissjoni kienu li jitwaqqaf laboratorju ta’ referenza tal-UE (EURL) għas-saħħa tan-naħal, u li jitniedu studji ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel appoġġati għall-aspetti teknikċi mill-EURL u kofinanzjati mill-Kummissjoni.

(6)

L-ewwel pass diġà tlesta peress li l-EURL għas-saħħa tan-naħal twaqqaf bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2011 (5) u ilu jopera mill-1 ta’ April 2011. (ANSES – Sophia Antipolis – FR).

(7)

Kif intalab mill-Kummissjoni, il-EURL għas-saħħa tan-naħal ħoloq dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” (Bażi għal proġett pilota ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel li jista’ jinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm) li jipprovdi gwida għall-Istati Membri biex jelaboraw l-istudji tagħhom ta’ sorveljanza.

(8)

Sabiex tittejjeb id-disponibbiltà tad-dejta dwar is-saħħa tan-naħal, huwa xieraq li ċerti studji ta’ sorveljanza fl-Istati Membri dwar it-telf tan-naħal tal-għasel jingħataw assistenza u appoġġ.

(9)

L-Istati Membri kienu mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni l-istudji tagħhom ta’ sorveljanza bbażati fuq id-dokument tekniku tal-EURL għas-saħħa tan-naħal sat-30 ta’ Settembru 2011.

(10)

Għoxrin Stat Membru bagħtu l-proposti tagħhom għall-istudji ta’ sorveljanza. Dawn il-proposti qed jiġu evalwati mil-lat tekniku u finanzjarju sabiex tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses”. Wara l-proċess tal-evalwazzjoni u l-għażla, ir-rata ta’ kofinanzjament li ma taqbiżx is-70 % u l-ammont tal-kontribuzzjoni individwali għall kull Stat Membru tkun iffissata permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni sussegwenti.

(11)

L-istudji ta’ sorveljanza jeħtieġ jinkludu kontrolli fuq il-ġarar tan-naħal fil-perjodu ta’ qabel ix-xitwa u mbagħad żjara wara x-xitwa. Żjara oħra hi ppjanata matul is-sajf. Għalhekk, skont it-tfassil tal-programmi tal-Istati Membri, l-ewwel żjara hi mistennija li ssir qabel ix-xitwa 2012 filwaqt li t-tieni waħda hi mistennija li ssir is-sena ta’ wara. Għal din ir-raġuni, huwa l-waqt opportun li jiġi kkunsidrat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jibda mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(12)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit finanzjament mill-Unjoni għall-istudji billi jiġu allokati EUR 3 750 000.

(13)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-istudji ta’ sorveljanza dwar l-azzjoni tat-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel hija ta’ EUR 3 750 000. Il-kontribuzzjoni tapplika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal massimu ta’ 70 % hija limitata għal spejjeż relatati ma’:

(i)

it-twettiq ta’ testijiet tal-laboratorju u

(ii)

il-persunal allokat speċjalment għal:

it-twettiq ta’ kampjuni u

il-monitoraġġ tal-istat ta’ saħħa tal-ġarar u tal-kolonji tan-naħal.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(4)  COM(2010) 714 finali.

(5)  ĠU L 29, 3.2.2011, p. 1.


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/121


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ bażi ġdida taċ-chewing gum bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9680)

(Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)

(2011/882/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Ottubru 2007 il-kumpanija Revolymer Ltd. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi biex tqiegħed bażi ġdida taċ-chewing gum fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

(2)

Fit-23 ta’ April 2009 il-korp kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tal-Pajjiżi l-Baxxi ħareġ ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali tiegħu. F’dan ir-rapport, dan wasal għall-konklużjoni li l-bażi ġdida taċ-chewing gum tista’ tintuża b’mod sigur bħala ingredjent għall-ikel.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fit-30 ta’ April 2009.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu l-oġġezzjonijiet motivati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott skont dik id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fit-2 ta’ Lulju 2010.

(6)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, fl-opinjoni xjentifika tagħha “Scientific Opinion on the safety of a ‘novel chewing gum base (REV-7)’ as a novel food ingredient” (2), l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-bażi ġdida taċ-chewing gum, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu u l-livelli proposti ta’ konsum, kienet sigura.

(7)

Il-bażi ġdida taċ-chewing gum tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-bażi ġdida taċ-chewing gum, kif speċifikat fl-Anness, tista’ titqiegħed fis-suq fl-Unjoni bħala ingredjent ġdid għall-ikel biex tintuża fiċ-chewing gums sa massimu ta’ 8 %.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni tal-bażi ġdida taċ-chewing gum awtorizzata b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-prodott alimentari li fih minnha għandha tkun “gum base (1, 3-butadiene, 2-methyl-homopolymer, maleated, esters with polyethylene glycol mono-Me ether)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Revolymer Ltd., 1, NewTech Square, Deeside Industrial Park, Deeside, Flintshire, CH5 2NT, Ir-Renju Unit.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2011;9(4):2127.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tal-bażi ġdida taċ-chewing gum

Deskrizzjoni

L-ingredjent ġdid għall-ikel huwa polimeru sintetiku (liċenzjat bin-numru WO2006016179). Hu ta’ kulur abjad li jagħti fl-off-white.

Jikkonsisti f’polimeri bi friegħi ta’ glikol tal-monometossipolietilen (MPEG) ittrapjantanti fuq poliisopren-graft-anidrid malejku (PIG-g-MA), u ta’ MPEG li ma jkunx irreaġixxa (inqas minn 35 % f’dak li hu piż).

Struttura molekulari tal-PIP-g-MA ttrapjantat bl-MPEG

Image

Image

Karatteristiċi tal-glikol tal-monometossipolietilen

Umdità

inqas minn 5 %

Irmied

inqas minn 5 mg/kg

Anidride reżidwali

inqas minn 15 μmol/g

Indiċi tal-polidispersità

inqas minn 1,4

Isopren

inqas minn 0,05 mg/kg

Ossidu tal-etilen

inqas minn 0,2 mg/kg

Anidride malejka ħielsa

inqas minn 0,1 %

Total ta’ oligomeri (inqas minn 1 000 Dalton)

mhux iktar minn 50 mg/kg


Impuritajiet minn materja prima

Glikol etileniku

inqas minn 200 mg/kg

Glikol dietileniku

inqas minn 30 mg/kg

Monoetilen glikol metil etere

inqas minn 3 mg/kg

Dietilen glikol metil etere

inqas minn 4 mg/kg

Trietilen glikol metil etere

inqas minn 7 mg/kg

1,4-Diossanu

inqas minn 2 mg/kg

Formaldeide

inqas minn 10 mg/kg


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/123


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li tistabilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9701)

(2011/883/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Bla ħsara għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri kostali, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprovdi li l-ispetturi tal-Unjoni għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dak ir-Regolament fl-ilmijiet tal-Unjoni, u fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni. Il-lista tal-ispetturi tal-Unjoni għandha tkun stabbilita skont il-proċeduri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2) jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Unjoni Ewropea bir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzji (UE) Nru 404/2011 jipprovdi li l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni għandha tiġi adottata abbażi tan-notifiki tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

(4)

Abbażi tan-notifiki li ġew riċevuti mill-Istati Membri, għaldaqstant ikun xieraq li tkun stabbilita l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-ispetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.


ANNESS

LISTA TAL-ISPETTURI TAL-UNJONI SKONT L-ARTIKOLU 79(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1224/2009

Pajjiż

Spetturi

Il-Belġju

De Vleeschouwer, Guy

Devogel, Geert

Lieben, Richard

Il-Bulgarija

Kamenov, Vladimir Angelov

Kerekov, Nikolay Ivanov

Ir-Repubblika Ċeka

Mhux applikabbli

Id-Danimarka

Aasted, Lars Jerne

Akselsen, Ole

Andersen, Dan Søgård

Andersen, Hanne Skjæmt

Andersen, Jesper Sandager

Andersen, Jim Allan

Andersen, Lars Ole

Andersen, Mogens Godsk

Andersen, Niels Jørgen Anton

Andersen, Peter Bunk

Anderson, Jacob Edward

Backe, René

Barrit, Jørgen

Beck, Bjarne Baagø

Bendtsen, Lars Kjærsgaard

Bernholm, Kristian

Burgwaldt Andersen, Martin

Baadsgård, Jørgen Peder

Carl, Morten Hansen

Christensen, Frantz Viggo

Christensen, Jesper Just

Christensen, Peter Grim

Christensen, Thomas

Christiansen, Michael Koustrup

Damsgaard, Kresten

Degn, Jesper Leon

Due-Boje, Thomas Zinck

Dølling, Robert

Ebert, Thomas Axel Regaard

Eiersted, Jesper Bach

Eilers, Bjarne

Einef, Frank Godt

Fick, Carsten

Frandsen, Rene Brian

Frederiksen, Torben Broe

Gotved, Jesper Hovby

Gaarde, Børge

Handrup, Jacob

Hansen, Bruno Ellekær

Hansen, Gunnar Beck

Hansen, Henning Skødt

Hansen, Ina Kjærgaard

Hansen, Jan Duval

Hansen, Martin

Hansen, Martin Baldur

Hansen, Ole

Hansen, Thomas

Heldager, Peter

Hestbek, Flemming

Høgild, Lars

Høi, Jesper

Højrup, Torben

Jaeger, Michael Wassermann

Jensen, Anker Mark

Jensen, Hanne Juul

Jensen, Jimmy Langelund

Jensen, Jonas Krøyer

Jensen, Jørn Uth

Jensen, Lars Henrik

Jensen, Lone A.

Jensen, René Sandholt

Johansen, Allan

Juul, Torben

Juul-Schirmer, Kasper

Jørgensen, Kristian Sandal

Jørgensen, Lasse Elmgren

Jørgensen, Ole Holmberg

Karlsen, Jesper Herning

Knudsen, Malene

Knudsen, Niels Christian

Knudsen, Ole Hvid

Kofoed, Kim Windahl

Kokholm, Peder

Kristensen, Henrik

Kristensen, Jeanne Marie

Kristensen, Peter Holmgaard

Larsen, Michael Søeballe

Larsen, Peter Hjort

Larsen, Tim Bonde

Lundbæk, Tommy Oldenborg

Madsen, Jens-Erik

Madsen, Johnny Gravesen

Mogensen, Erik Wegner

Mortensen, Erik

Mortensen, Jan Lindholdt

Møller, Gert

Nielsen, Christian

Nielsen, Dan Randum

Nielsen, Gunner Raunsbæk

Nielsen, Hans Henrik

Nielsen, Henrik Früsthück

Nielsen, Henrik Kruse

Nielsen, Jeppe

Nielsen, Kim Tage

Nielsen, Niels Kristian

Nielsen, Ole Brandt

Nielsen, Steen

Nielsen, Søren

Nielsen, Søren Egelund

Nielsen, Trine Fris

Nørgaard, Max Reno Bang

Østergård, Lars

Paulsen, Kim Thor

Pedersen, Claus

Petersen, Henning Juul

Petersen, Jimmy Torben

Porsmose, Tommy

Poulsen, Bue

Poulsen, John

Risager, Preben

Rømer, Jan

Schjoldager, Tim Rasmussen

Schou, Kasper

Schultz, Flemming

Siegumfeldt, Jeanette

Simonsen, Kjeld

Simonsen, Morten

Skrivergaard, Lennart

Skaaning, Per

Sørensen, Allan Lindgaard

Thomsen, Bjarne Kondrup

Thomsen, Bjarne Ringive Solgaard

Thorsen, Michael

Trab, Jens Ole

Vistrup, Annette Klarlund

Wille, Claus

Wind, Bernt Paul

Il-Ġermanja

Abs, Volker

Appelmans, Jürgen

Baumann, Jörg

Bembenek, Jörg

Bergmann, Udo

Bernhagen, Sven

Bieder, Mathias

Bigalski, Hans-Georg

Birkholz, Siegfried

Bloch, Ralf

Bösherz, Andreas

Borchardt, Erwin

Brunnlieb, Jürgen

Buchholz, Matthias

Büttner, Harald

Cassens, Enno

Christiansen, Dirk

Claßen, Michael

Cordes, Reiner

Döhnert, Tilman

Dörbandt, Stefan

Drenkhahn, Michael

Dürbrock, Dierk

Ehlers, Klaus

Engelbrecht, Sascha

Erdmann, Christian

Fink, Jens

Franke, Hermann

Franz, Martin

Frenz, Sandro

Garbe, Robert

Gräfe, Roland

Griemberg, Lars

Hänse, Dirk

Hansen, Hagen

Heidkamp, Max

Heisler, Lars

Herda, Heinrich

Hickmann, Michael

Homeister, Alfred

Hoyer, Oliver

Keidel, Quirin

Kersten, Mickel

Kind, Karl-Heinz

Klimeck, Uwe

Kopec, Reinhard

Köhn, Thorsten

Kollath, Mark

Krüger, Martin

Krüger, Torsten

Kupfer, Christian

Kutschke, Holger

Lehmann, Jan

Linke, Hans-Herbert

Lübke, Torsten

Lührs, Carsten

Möhring, Torsten

Mücher, Martin

Mundt, Mario

Nöckel, Stefan

Pauls, Werner

Perkuhn, Martin

Peter, Sven

Raabe, Karsten

Ramm, Jörg

Reimers, Andre

Remitz, Lutz

Rutz, Dietmar

Sauerwein, Dirk

Schmidt, Harald

Schmiedeberg, Christian

Schröder, Lasse

Schuchardt, Karsten

Schüler, Claas

Skrey, Erich

Slabik, Peter

Springer, Gunnar

Stüber, Jan

Sturm, Jochen

Sween, Gorm

Teetzmann, Julian

Thieme, Stefan

Thomas, Raik

Tiedemann, Harald

Vetterick, Arno

Welz, Henning

Welz, Oliver

Wessels, Heinz

Wichert, Peter

Wolken, Hans

L-Estonja

Grossmann, Meit

Lasn, Margus

Nigu, Silver

Ninemaa, Endel

Pai, Aare

Ulla, Indrek

Varblane, Viljar

L-Irlanda

Aherne, Robert

Allen, Damien

Allen, Patrick

Amrien, Rudi

Andersson, Kareen

Andrews, Kevin

Ansbro, Mark

Armstrong, Stuart

Barber, Kevin

Barrett, Elizabeth

Barrett, Brendan

Barrett, John

Beale, Derek

Bones, Anthony

Brandon, James

Brannigan, Stephen

Breen, Kieran

Broderick, Michael

Brophy, James

Brophy, Paul

Browne, Joseph

Browne, Patrick

Brunicardi, Michael

Buckley, Anthony

Buckley, David

Bugler, Andrew

Butler, David

Byrne, Kenneth

Cagney, Daniel

Cahalane, Donnchadh

Campbell, Aoife

Carr, Kieran

Casey Anthony

Casey, Alex

Chute, Killian

Claffey, Seamus

Clarke, Tadhg

Cleary, James

Cloke, Niall

Coffey, Kevin

Cogan, Gerard

Coleman, Thomas

Collins, Damien

Connery, Paul

Cooper, Trevor

Corish, Cormac

Corrigan, Kieran

Cosgrave, Thomas

Cotter, Jamie

Cotter, Colm

Coughlan, Susan

Graven, Cormac

Crowley, Brian

Cummins, William

Cunningham, Diarmuid

Curran, Donal

Curtin, Brendan

Daly, Brendan

Daly, Joseph

D’Arcy, Enna

Devaney, Michael

Dicker, Philip

Doherty, Anita

Doherty, Patrick

Donaldson, Stuart

Downing, Erika

Downing, Grace

Downing, John

Doyle, Cronan

Duane, Paul

Ducker, Nigel

Dullea, Michael

Falvey, John

Fanning, Grace

Farrell, Brian

Fealy, Gerard

Fenton, Gary

Ferguson, Kevin

Finegan, Ultan

Fitzgerald, Brian,

Fitzgerald, Richard

Fitzpatrick, Gerard

Flannery, Kevin

Fleming, David

Flynn, Alan

Foley, Brendan

Foley, Kevin

Foran, Bryan

Forde, Cathal

Fowler, Patrick

Fox, Colm

Freeman, Harry

Fulton, Grant

Gallagher, Damien

Gallagher, Neil

Gallagher, Paddy

Galvin, Rory

Galvin, Sarah

Gannon, James

Geaney, Gerard

Geraghty, Anthony

Gleeson, Marie

Gormanly, Breda

Goulding, Josephine

Goulding, Donal

Greenwood, Mark

Grogan, Suzanne

Haigney, Vincent

Hamilton, Gillian

Hamilton, Gregory

Hamilton, Ken

Hamilton, Stewart

Hannon, Gary

Harding, James

Harkin, Patrick

Harkins, Ciaran

Harman, Mark

Healy, Derek

Healy, John

Hederman, John

Heffernan, Bernard

Hegarty, Denis,

Hegarty, Paul

Henson, Marie

Hewson, Kevin

Hickey, Adrian

Hickey, Michael

Horgan, Brian

Humphries, Daniel

Irwin, Richard

Ivory, Sean

Joyce, Michael

Kavanagh, Ian

Keane, Brian

Kearney, Brendan

Keeley, David

Keirse, Gavin

Kelly, Niall

Kenneally, Jonathan

Kennedy, Liam,

Kennedy, Thomas

Keogh, Mark

Kickham, Jon-Laurence

Kinsella, Gordon

Kirwan, Conor

Laide, Cathal

Landy, Glenn

Lane, Brian

Lane, Mary

Leahy, Brian

Lenihan, Mark

Linehan, Sean

Lynch, Darren

Lynch, Gerard

Lynch, Grainne

Lynch, Robert

Mac Donald, Victor

MacUnfraidh, Caoimhin

MacGabhann, Declan

Mackey, John

Mallon, Keith

Malone, Robert

Maloney, Nessa

Maunsell, Blaithin

Mc Carthy, Gavin

Mc Carthy, Mark

Mc Carthy, Michael

Mc Connell, Clodagh

Mc Gee, Noel

Mc Glinchey, Martin

Mc Grath, Owen

Mc Grath, Richard

Mc Groarty, John

Mc Groarty, Mark

Mc Guckin, Martin

Mc Keown, Amelia

Mc Laughlin, Ronan

Mc Loughlin, Gerard

Mc Loughlin, John-Jack

Mc Namara, Paul

Mc Parland, Cian

Mc Philbin, Dwayne

McGroary, Peter

McIntyre, Lesley

McNamara, Ken

McWilliams, Stuart

Memery, David

Meredith, Helen

Molloy, Darren

Molloy, John Paul

Moloney, Kara

Moloney, Luke

Moore, Conor

Morrison, Kevin

Mulcahy, Shane

Mulcahy, John

Mullane, Paul

Mullery, Alan

Mundy, Brendan

Murphy, Barry

Murphy, Brian

Murphy, Claire

Murphy, Enda

Murphy, Honor

Murphy, John

Murran, Sean

Murray, Paul

Nalty, Christopher

Nash, John

Ni Cionnach Pic, Dubheasa

Nolan, Brian

O Brien, Claire,

O Brien, David

O Brien, Jason

O Brien, Kenneth

O Callaghan, Maria

O Ceallaigh, Kevin

O Connor, Diarmud

O Donoghue, John

O Donoghue, Niamh

O Donovan, Diarmud

O Donovan, Michael

O Donavan, Thomas

O Dowd, Brendan

O Driscoll, Olan

O Flynn, Aisling

O Leary, David

O Mahony, David

O Mahony, Karl

O Mahony, Robert

O Neachtain, Aonghus

O Regan, Alan

O Regan, Anthony

O Reilly, Brendan

O Seaghdha, Ciaran

O Shea, John

O Sullivan, Charles

O Sullivan, Patricia

O’Brien, Amanda

O’Donovan, Bernard

O’Keeffe, Olan

O’Neill, Shane

O’Regan, Cliona

O’Sullivan, Aileen

Patterson, Adrienne

Pentony, Declan

Peyronnet, Arnaud

Phipps, Kevin

Pierce, Paul

Piper, David

Plante, Maurice

Plunkett, Thomas

Power-Moylotte, Gillian

Prendergast, Kevin

Pyke, Gavin

Pyne, Alan

Quigg, James

Quigley, Declan

Quinn, James

Quinn, Michael

Reddin, Anthony

Reidy, Patrick

Ridge, Patrick

Roche, John

Rogers, Kevin

Ryan, Fergal

Scalici, Fabio

Scanlon, Caroline

Shalloo, Jim

Shanahan, Jacqueline

Sheahan, Paudie

Sheridan, Glenn

Shiels, Brian

Sills, Barry

Smith, Brian

Smyth, Eoin

Snowdon, Edward

Stack, Stephen

Sweetnam, Vincent

Tarrant, Martin

Tighe, Declan

Timon, Eric

Tortise, Charles

Turley, Mark

Twomey, Peter

Twomey, Thomas

Valls Senties, Virginia

Wall, Daniel

Wall, Vanessa

Wallace, Jason

Wallace, Eugene

Walsh, Conleth

Walsh, Laurence

Walsh, Richard

Watson, Philip

Weldon, James

Whelan, Mark

Whelehan, Jason

White, John

Wickham, Laurence

Wilmot, Emmet

Wise, James

Il-Greċja

Αγγελόπουλος, Χαράλαμπος

Αγιανιάν, Σπυρίδων

Αδαμοπούλου, Γεωργία

Ακουμιανάκης, Βασίλειος

Ακριβός, Δημήτριος

Αλεξανδρόπουλος, Ευστάθιος

Αργυρακοπούλου, Αικατερίνη

Βαρδαξής, Βασίλειος

Βαρελόπουλος, Ευάγγελος

Βελισσαρόπουλος, Αλέξανδρος

Βεργίνης, Αναστάσιος

Βιλάλη, Μαρία

Βιδάλης, Οδυσσέας

Βορτελίνας, Γεώργιος

Βουρλέτσης, Σωτήριος

Γεωργατζής, Ιωάννης

Γιαννούσης, Βασίλειος

Γκλεζάκος, Ανδρέας

Γκορίτσας, Γεώργιος

Γογοδώνης, Δημήτριος

Γρηγορίου, Αικατερίνη

Δελημήτης, Βασίλειος

Δημόπουλος, Απόστολος

Δοκιανάκης, Κωνσταντίνος

Δόντσος, Ευστράτιος

Δούτσης, Δημήτριος

Δροσάκης, Σπυρίδων

Ελευθερίου, Κωνσταντίνος

Ευαγγελάτος, Νικόλαος

Ζακυνθινός, Κωνσταντίνος

Ζαμπετάκης, Νικόλαος

Ζαφειράκης, Διονύσιος

Ζησιμόπουλος, Νεκτάριος

Ζουρμπαδέλος, Σταμούλης

Ηλιάδης, Νικόλαος

Καλαμάρης, Χαρίδημος

Καλλίνικος, Κωνσταντίνος

Καλογεράκης, Γεώργιος

Καλογήρου, Νικόλαος

Κατημερτζόγλου, Στέλιος

Κατσακούλης, Παράσχος

Κατσάμπας, Νικόλαος

Καψάσκης, Παρασκευάς

Κοκκάλας, Νικόλαος

Κοκολογιαννάκης, Ευάγγελος

Κοντοβάς, Γρηγόριος

Κοντογιάννης, Κωνσταντίνος

Κοντογιάννης, Νέστωρας

Κουζίλου, Σταυρούλα

Κουκάρας, Ευάγγελος

Κουκλατζής, Δημήτριος

Κουλαξίδης, Δρακούλης

Κουμπανάκη, Θεοδώρα

Κουρούλης, Στυλιανός

Κραουνάκης, Γεώργιος

Κωνστάντος, Γεώργιος

Κωστάκης, Μιχαήλ

Κωστόπουλος, Νικόλαος

Μαίλης, Στέφανος

Μαλαφούρης, Σπυρίδων

Μανούσος, Αντώνιος

Μανωλουδάκης, Ιωάννης

Μαραγκού, Άννα

Μαργώνης, Γεώργιος

Μαχαιρίδης, Νικόλαος

Μόριτς, Ελευθέριος

Μόσχος, Δημήτριος

Μπάρλας, Αθανάσιος

Μπεθάνης, Γεώργιος

Μπερζιργιάννης, Αντώνιος

Μπίχας, Βασίλειος

Μπραουδάκης, Γεώργιος

Ντόκος, Ευάγγελος

Ξακοπούλου, Χρυσάνθη

Ξυπνητού, Βασιλική

Ουζουνόγλου, Ραλλού

Παπαδοπούλου, Μαρία-Ευαγγελία

Παπακωνσταντίνου, Νικόλαος

Παπαλεονάρδος, Δημοσθένης

Πασχαλάκης, Χρήστος

Πατεράκης, Γεώργιος

Πάτσης, Χρήστος

Πέπος, Γεώργιος

Πλατής, Κωνσταντίνος

Ρήγα, Κυριακή

Ρηγούλης, Ζαχαρίας

Ριακοτάκης, Δημήτριος

Ριζοπούλου, Αγγελική

Ρούσσου, Ελευθερία

Σαραντάκος, Ιωάννης

Σιγανός, Εμμανουήλ

Σλανκίδης, Βασίλειος

Σταματελάτος, Σπυρίδων

Σταυρουλάκης, Γεώργιος

Στρατηγάκης, Διονύσιος-Γεώργιος

Στρατιδάκη, Χρυσή

Συρίγος, Σπυρίδων

Σφακιανάκης, Εμμανουήλ

Τελεμές, Χριστόδουλος

Τετράδη, Γεωργία

Τοπάλογλου, Κωνσταντίνος

Τζεσούρης, Γεώργιος

Τζιόλας, Ιωάννης

Τρίχας, Χρήστος

Τσαπατσάρης, Νικόλαος

Τσαχπάζης, Δημήτριος

Τσέλης, Ανδρέας

Τσιμηρίκα, Αγγελική

Τσούμας, Σπυρίδων

Φόρας, Γεώργιος

Φραζής, Εμμανουήλ

Χαμαλίδης, Βασίλειος

Χαριτάκης, Ανδρέας

Χασανίδης, Γεώργιος

Χατζηπασχάλης, Κωνσταντίνος

Χρηστέας, Κυριάκος

Ψαρράς, Άγγελος

Ψηλός, Κωνσταντίνος

Spanja

Abalde Novas, Tomás

Almagro Carrobles, Jorge

Alonso Sánchez, Beatriz

Álvarez Gómez, Marco Antonio

Amunárriz Emazabel, Sebastián

Avedillo Contreras, Buenaventura

Barandalla Hernando, Eduardo

Boy Carmona, Ester

Bravo Téllez, Guillermo

Brotons Martínez, José Jordi

Calderón Gómez, José Gabriel

Carmona Mazain, Manuel

Carro Martínez, Pedro

Chamizo Catalán, Carlos

Cortés Fernández, Natalia

Criado Bará, Bernardo

Del Castillo Jurado, Ángeles

Del Hierro Suanzes, Javier

Del Hierro Suanzes, María

Fernández Costas, Antonio

Fernández Fernández, Manuel Ángel

Ferreño Martínez, José Antonio

Fontán Aldereguia, Manuel

Fontanet Doménech, Felipe

García Antoni, Mónica

García González, Francisco Javier

García Merchán, Marta

García Simonet, Cristina

Garrido Álvarez, Santiago

Gil Gamundi, Juan Luis

González Fernández, Manuel A.

Guerrero Claros, María

Gundín Payero, Laura

Gutiérrez Tudela, Manuel

Lastra Torre, Ruth

Lestón Leal, Juan Manuel

López González, María

Marra-López Porta, Julio

Martínez González, Jesús

Martínez Velasco, Carolina

Mayoral Vázquez, Fernando

Mayoral Vázquez, Gonzalo

Medina García, Estebán

Méndez-Villamil Mata, María

Menéndez Fernández, Manuel J.

Miranda Almón, Fernando

Molina Romero, José António

Munguía Corredor, Noemí

Ochando Ramos, Ana María

Orgueira Pérez, Ma Vanesa

Ortigueira Gil, Adolfo Daniel

Parga Díaz, Verónica

Perujo Dávalos, Florencio

Piñón Lourido, Jesús

Ponte Fernández, Gerardo

Prieto Estévez, Laura

Ríos Cidrás, Manuel

Ríos Cidrás, Xosé

Rodríguez Bonet, Jordi

Rodríguez Moreno, Alberto

Romero Insúa, Jesús

Ruiz Gómez, Sònia

Saavedra España, Jesús

Sáenz Arteche, Idola

Sánchez Sánchez, Esmeralda

Santos Maneiro, José Tomás

Santos Pinilla, Beatriz

Sendra Gamero, Ma Esther

Serrano Sánchez, Daniel

Sieira Rodríguez, José

Tenorio Rodríguez, José Luis

Torre González, Miguel Á.

Tubio Rodríguez, Xosé

Unzurrunzaga Campoy, José María

Vázquez Pérez, Juana Ma

Vidal Maneiro, Juan Manuel

Vega García, Francisco M.

Vicente Castro, José

Yeregui Velasco, Pablo

Zamora de Pedro, Carlos

Franza

Belz, Jean-Pierre

Ben Khemis, Patricia

Beyaert, Frédéric

Bigot, Jean-Paul

Bon, Philippe

Bouniol, Grégory

Bourbigot, Jean-Marc

Cacitti, Raymond

Caillat, Marc

Celton Arnaud

Ceres, Michel

Crochard, Thierry

Croville, Serge

Curaudeau, Patrick

Daden, Nicolas

Dambron, François

Darsu, Philippe

Davies, Philippe

Deric, William

Desson, Patrick

Donnart, Christian

Ducrocq, Philippe

Fernandez, Gabriel

Flours, Cédric

Fortier, Eric

Fouchet, Michel

Fournier, Philippe

Gehanne, Laurent

Gloagen, Maurice

Gueugniau, Damien

Guillemette, Jean Luc

Harel, David

Hitier, Sébastian

Isore, Pascal

Le Corre, Joseph

Le Cousin, Jean-Luc

Le Dreau, Gilbert

Maingraud, Dominique

Malassigne, Jean-Paul

Masseaux, Yanick

Menuge, Gilles

Moussaron, Hervé

Ogor, Bernard

Peron, Olivier

Peron, Pascal

Radius, Caroline

Richou, Fabrice

Rondeau, Arnold

Rousselet, Pascal

Semelin, Gérard

Serna, Mathieu

Trividic, Bernard

Vilbois, Pierre

Villenave, Patrick

Villenave, Yorrick

Vincent, Hugues

L-Italja

Abate, Massimiliano

Abbate, Marco

Albani, Emidio

Antonacci, Roberto

Apollonio, Cristian

Aprile, Giulio

Aquilano, Donato

Astelli, Gabriele

Avallone, Guido

Azzaretto, Giuseppe

Basile, Giuseppe

Bernadini, Stefano

Biondo, Fortunato

Bizarri, Simona

Bizarro, Federico

Bonsignore, Antonino

Borriello, Fabio

Bove, Gian Luigi

Burlando, Michele

Calandrino, Salvatore

Cambereri, Michelangelo

Cappa, Euplio

Carassai, Adriano

Carta, Sebastiano

Castellano, Sergio

Cau, Dario

Cesareo, Michele

Chianella, Marco

Chionchio, Alessandro

Cianci, Vincenzo

Cilento, Antonio

Colarossi, Mauro

Colazzo, Massimiliano

Colonna, Vincenzo

Conte, Fabio

Conte, Plinio

Cormio, Carlo

Cortese, Raffaele

Costanzo, Francesco

Criscuolo, Enrico

Croce, Aldo

Cuccaro, Annalisa

Cuciniello, Luigi

D’Agostino, Gainluca

D’Amato, Fabio

D’Aniello, Annunziata

D’Arrigo, Antonio

De Crescenzo, Salvatore

De Leo, Angelo

De Santis, Antonio

De Simone, Antonio

Del Monaco, Ettore

Di Benedetto, Luigi

Di Domenico, Marco

Di Donato, Eliana

Diaco, Gennaro

Doria, Angelo

D’Orsi, Francesco Paolo

Errante, Domenico

Esibini, Daniele

Esposito, Francesco

Fava, Antonello

Ferrantino, Maria Pia

Fioravanti, Andrea

Fiore, Fabrizio

Fiorentino, Antonino

Fogliano, Pasquale

Folliero, Alessandro

Fortunati, Diego

Fuggetta, Pasquale

Gagliardi, Giuseppe Lucio

Gallo, Antonio

Giovannone, Vittorio

Gismondi, Tommaso

Golizia, Pasquale

Graziani, Walter

Greco, Giuseppe

Guzzi, Davide

Iemma, Oreste

Isaia, Sergio

L’Abbate, Giuseppe

Lambertucci, Alessandro

La Porta, Santi Alessandro

Leto, Antonio

Lo Pinto, Nicola

Lo Presti, Matteo

Loggia, Carlo

Lombardi, Pasquale

Longo, Pierino Paolo

Maggio, Giuseppe

Maio, Giuseppe

Maltese, Franco

Manconi, Danilo

Marceca, Giuseppe

Mariotti, Massimiliano

Martinez, Guiliano

Marzio, Paolo

Massaro, Gianluca

Mastrobattista, Giovanni Eligio

Matera, Riccardo

Menna, Giuseppe

Miniero, Antonio

Monaco, Paolo

Morelli, Alessio

Morello, Salvatore

Mostacci, Sergio Massimo

Mugnaini, Dany

Musella, Stefano

Nacarlo, Amedeo

Nappi, Carlo

Nardelli, Giuseppe

Negro, Mirco

Novaro, Giovanni

Palagiano, Angelo

Pallotta, Oreste

Panconi, Federico

Pantaleo, Cosimo

Pantaleo, Fiore

Pantano, Francesco

Paolillo, Francesco

Patalano, Andrea

Pavese, Paolo

Perdisci, Marcello

Petrella, Vincenzo

Petrillo, Agostino

Petruzzi, Giulia

Pietrocola, Alberto Maria

Pignatale, Massimiliano

Pino, Filippo

Piras, Ugo

Pisino, Tommaso

Pistorio, Angelo

Poli, Mario

Porru, Massimiliano

Preziosi, Pietro

Puddinu, Fabrizio

Raffa, Demetrio Antonio

Raffone, Antonio

Rivalta, Fabio

Romanazzi, Francesco

Romanazzi, Valentina

Ronca, Gianluca

Russo, Pasquale

Sacco, Giuseppe

Salce, Paolo

Santini, Paolo

Sarpi, Stefano

Sassanelli, Michele

Scattola, Giovanni

Schiattino, Andrea

Sebastio, Luciano

Silvestri, Antonio

Sini, Gaetano

Siniscalchi, Francesco

Solidoro, Sergio Antonio

Spagnuolo, Matteo

Stramandiono, Rosario

Surfa’, Emanuele

Tersigni, Tonino

Tesauro, Antonio

Tescione, Francesco

Tofanelli, Massimo

Trapani, Salvatore

Troiano, Primiano

True, Pietro

Turiano, Giuseppe

Uopi, Alessandro

Vellucci, Alfredo

Ventriglia, Felice

Vicini, Alberto

Vitali, Daniele

Zippo, Luigi

Ċipru

Apostolou, Antri

Avgousti, Antonis

Christodoulu, Lakis

Christoforou, Christiana

Christou, Nikoletta

Flori, Panayiota

Fylaktou, Anthi

Georgiou, Markella

Hadjialexandreou, Kyriacos

Ioannou, Georgios

Ioannou, Theodosis

Karayiannis, Christos

Korovesis, Christos

Kyriacou, Kyriacos

Kyriacou, Yiannos

Michael, Michael

Nicolaou Nicolas

Panagopoulos, Argyris

Papadopoulos, Andreas

Pavlou George

Savvides, Andreas

Il-Latvja

Barsukovs, Vladislavs

Brants, Jānis

Brente, Elmārs

Caune, Vizma

Gronska, Ieva

Holštroms, Arturs

Kalějs, Rūdolfs

Klagišs, Felikss

Kozlovskis, Roland

Leja, Jānis

Naumova, Daina

Priediens, Ainars

Pūsilds, Aigars

Putniņš, Raitis

Sproğis, Eduards

Štraubis, Valērijs

Upmale, Sarmīte

Veide, Andris

Veinbergs, Miks

Zemture, Viola

Il-Litwanja

Balnis, Algirdas

Jonaitis, Arūnas

Kazlauskas, Tomas

Lendzbergas, Erlandas

Vaitkus, Giedrius

Zartun, Vitalij

Il-Lussemburgu

Mhux applikabbli

L-Ungerija

Mhux applikabbli

Matla

Abela, Claire

Agius, Jesmond

Balzan, Gilbert

Borg, Anthony

Brimmer, Christopher

Busutill, Amadeo

Carabott, Stephen

Cardona, Emanuel

Caruana, Francis

Caruana, Raymond

Caruana Russel

Cauchi, Marco

Cutajar, Alex

Farrugia, Joseph

Galea, Alex

Gauci Piscopo, Mark

Grech, Felix

Grech, James.L.

Micallef, Charlo

Mifsud, Michael

Muscat, Carlo

Nappa, Jason

Psaila, Kevin

Santillo Edward

Sciberras, Christopher

Scicluna, Etienne

Seguna, Marvin

Tabone, Mark

Theuma, Johan

Xuereb, Glen

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Altoffer Wim

Bakker, Jan

Bastiaan, Robert.

Beij, Wim

Boone, Jan Kees

de Boer,Meindert

de Kort, Maarten

de Mol, Gert

Dieke, Richard

Duinstra, Jacob

Freke, Hans

Kleinen, Tom

Kleczewski-Schoon, Anneke

Koenen, Gerard

Kraaijenoord, Jaap

Kramer, Willem

Krijnen, Hans

Kwakman, Jeroen

Leenheer, Adrie

Meijer, Cor

Meijer, Willem

Miedema, Anco

Parlevliet, Koos

Ros, Michel

Schekkerman, Cees

Schneider, Leendert

Tervelde, Lex

van den Berg, Dirk

van der Molen, Ton

van der Veer, Siemen

Velt, Ernst

Weijtmans, Peer

Wijbenga, Arjan

Wijkhuisen, Eddy

Zegel, Gerrit

Zevenbergen, Jan

L-Awstrija

Mhux applikabbli

Il-Polonja

Anulewicz, Adam

Bartczak, Tomasz

Domachowski, Marian

Jamioł, Waldemar

Jóźwiak, Marek

Kasperek, Stanisław

Kołodziejczak, Michał

Korthals, Jakub

Kozłowski, Piotr

Kucharski, Tadeusz

Łukaszewicz, Paweł

Łuczkiewicz, Tomasz

Niewiadomski, Piotr

Nowak, Włodzimierz

Patyk, Konrad

Piątek, Mateusz

Prażanowski, Krystian

Skibior, Sławomir

Sokołowski, Paweł

Szumicki, Tomasz

Tomaszewski, Tomasz

Wereszczyński, Leszek

Wiliński, Adam

Zięba, Marcin

Il-Portugall

Albuquerque, José

Canato, Francisco

Carvalho, Ricardo

Coelho, Alexandre

Diogo, João

Ferreira, Carlos

Fonseca, Álvaro

Franco, Jorge

Moura, Nuno

Silva, Maria João

Silva, António Miguel

Ir-Rumanija

Chiriac, Marian

Dinu, Aurel

Gheorghe, Petrică-Puiu

Manole, Manuela

Mănăilă, Marian Sorinel

Panaitescu, Lorin

Rusu, Laurențiu

Is-Slovenja

Smoje, Robert

Smoje, Vinko

Is-Slovakkja

Mhux applikabbli

Il-Finlandja

Heikkinen, Pertti

Hiltunen, Jouni

Komulainen, Unto

Koivisto, Kare

Lähde, Jukka

Linder, Jukka

Nikiforow, Mikael

Rönnholm, Eeva

Salonen, Ville

Sundqvist, Lars

Suominen, Ari

Suominen, Paavo

Toivonen, Ville

L-Isvezja

Åberg, Christian

Åberg-Torkelsson, EVA

Ahnlund, Jenny

Andersson, Andrea

Andersson, Per-Olov

Andersson, Per-Olov Vidar

Antonsson, Jan-Eric

Askeroth, Fredrik

Bergman, Daniel

Bühler, Hanna

Cardell, Christina

Carlsson, Christian

Cederlund, Kenneth

Englund, Raymond

Eriksson, Hans-Göran

Eriksson, Örjan

Falk, David

Frejd, Maud

Granholm, Björn

Göransson, Roger

Havh, Johan

Hultemar, Staffan

Ingeby-Olsson, Lena

Jacobsson, Magnus

Jansson, Bengt

Jeppsson, Tobias

Johansson, Daniel

Johansson, Gertrud

Johansson, Klas

Johansson, Linda

Johansson, Thomas

Jönsson, Dennis

Joxelius, Paul

Karlsson, Kent

Karlsson, Zineth

Kempe, Clas

Kjellgren, Curt

Kurtsson, Morgan

Lahovary, Oscar

Larsson, Mats

Lindved, Martin

Lundin, Stig

Malmström, John

Mattson, Olle

Nilsson, Pierre

Norrby, Bengt

Norrby, Tom

Näsman, Lars

Olovsson, Bo

Olsson, Kenneth

Olsson, Lars

Palmén, Lars-Erik

Penson, Lena

Persson, Göran

Persson, Mats

Peterson, Jan

Petterson, Joel

Petterson, Johan

Philipsson, Gunnar

Piltonen, Janne

Podsedkowski, Zenek

Reuterljung, Thomas

Sandblom, Örjan

Sjödin, Ronny

Skölderud, Svante

Snäckerström, Leif

Stenmark, Richard

Strandberg, Magnus

Stührenberg, Björn

Svenserud, Anders

Svensson, Rutger

Tegnander, Pär

Tillawi, Peter

Toresson, Martin

Turesson, Andreas

Wallin, Bo

Westberg, David

Wigsell, Andreas

Wilson, Pierre

Wimmer, Anders

Ir-Renju Unit

Aitken, Alison

Alexander, Stephen

Allen, Terry

Anderson, Mark

Anderson, Reid

Banks, Andrew

Barclay, Michael

Bateman, Pia

Bell, Stuart

Billson, Carol

Blower, Amy

Bowers, Claire

Boyce, Sean

Brough, Derek

Bruce, John

Burnett, Graeme

Burt, Ellen

Caldwell, Mark

Calvert, Lauren

Campbell, Colin

Campbell, Iain

Campbell, Jonathan

Campbell, Murray

Carroll, David

Carter, Chris

Clasby, Lorraine

Coatsworth, Robert

Cook, David

Corner, Nigel

Couzens, Rob

Craig, Ian

Craig, Stephen

Croucher, Tim

Crowe, Michael

Crowther, Robert

Cullen, Donna

Cunningham, George

Davis, Danielle

Deadman, Ross

Douglas, Sean

Draper, Peter

Dunkerely, Sabrina

Durbin, William

Ebdy, Jim

Eccles, David

Elliott, Philip

Ellison, Peter

Evans, David

Faulds, Mike

Fenwick, Peter

Ferguson, Adam

Ferguson, Simon

Ferrari, Richard

Fitzpatrick, DeeAnn

Fletcher, Norman

Fletcher, Paul

Flint, Toby

Fordham, Philip

Foster, Pam

Frampton, Charles

Fraser, Uilleam

Gibson, Philip

Gooding, Colin

Goodwin, Aaron

Gough, Callum

Graham, Chris

Gregor, Stuart

Griffin, Stuart

Griffiths, Greg

Gristwood, Malcolm

Hall, Katherine

Hamilton, Ian

Hanbury, Rachel

Harris, Billy

Harrison, Thomas

Hay, David

Hay, John

Hazel, Tom

Hember, Marcus

Henderson, Rod

Henning, Alan

Hepburn, Ian

Hepburn, Jim

Hepples, Stephen

Higgins, Frank

Hill, Katie

Holbrook, Joanna

Inglesby, Paul

Irish, Rachel

Jackson, Amie

John, Barrie

Johnson, Paul

Johnston, Steve

Johnston, Isobel

Jones, Peter

Jordan, Catherine

Kelly, Kevin

Kemp, Duncan

Kemp, Gareth

Kilbride, Paul

Kinghorn, Matthew

Korda, Rebecca

Lamb, Rob

Lane, Elizabeth

Law, Garry

Legge, James

Lister, Jane

Livingston, Andrew

Lockwood, Mark

MacEachan, Iain

MacGregor, Duncan

MacIver, Roderick

MacLean, Paula

MacLean, Robin

MacSkimming, Peter

Marshall, Phil

Mason, John

Mason, Liam

Mason, Roger

Matheson, Louise

McAlister, Gerald

McBain, Billy

McCaughan, Mark

McComiskey, Stehpen

McCowan, Alisdair

McCrindle, John

McCubbin, Stuart

McCusker, Simon

McDonnell, Alistair

McHardy, Adam

McKenzie, Gregor

McKeown, Nick

McMillan, Robert

McQuillan, David

Merrilees, Kenny

Mills, John

Milne, Roderick

Mitchell,Hugh

Mitchell, John

Morrison, Donald

Muir, James

Mynard, Nick

Nelson, Paul

Newlands, Andrew

Nicholson, Chris

North, Philip

O’Hare, Jonathon

Ord, Vivian

Owen, Gary

Page, Tim

Parr Jonathan

Pateman, Jason

Paterson, Craig

Paterson, Kelly

Paton, Robert

Perry, Andrew

Peters, Will

Pool, Beshlie

Poulding, Daniel

Pringle, Geoff

Pritchard, Chris

Putt, David

Quinn, Barry

Radford, Angus

Rawlinson, Kat

Reeves, Adam

Reeves, Jennie

Reid, Adam

Reid, Peter

Rendall, Colin

Richardson, David

Riley, Joanne

Roberts, Julian

Robertson, Tom

Robinson, Neil

Ruscoe, David

Rushton, James

Sandeman, Lillian

Serafino, Paola

Skillen, Damien

Skinner, Alastair

Smart, Barrie

Smith, Bill

Smith, Don

Smith, Pam

Smith Peter

Sooben, Jeremy

Steele, Gordon

Stipetic, John

Strang, Nicol

Stray, Sloyan

Styles, Mario

Sutton, Andrew

Taylor, Mark

Templeton, John

Terry, David

Thain, Marc

Thomas, Dan

Thompson, Gerald

Thompson, James

Todd, Ian

Turner, Patrick

Visram, Adrian

Watt, Barbara

Ward, Daniel

Ward, Mark

Warren, Matt

Watson, Mathew

Watson, Stacey

Watt, James

Wellum, Neil

Wensley, Phil

Weychan, Paul

Whelton, Karen

Whitby, Phil

Wick, Harry

Williams, Justin

Williams, Peter

Williams, Russell

Wilson, Tom

Wiseman, Carl

Wood, Ben

Worsnop, Mark

Wright, Nicholas

Yuille, Derek

Il-Kummissjoni Ewropea

Alcaide, Mario

Aláez Pons, Ester

Ansell, Neil

Casier, Maarten

Daly, James

Duarte, Rafael

Grevsen, Dorthe

Janakakisz, Maria

Jensen Ulrik

Jiménez Alvarez, Ignacio

Lansley, Jon

Leskinen Jari

Libioulle Jean-Marc

Mészáros, Mátyás

Monteiro, Sara

Pagliarani, Giuliano

Parker, Michael

Sakas, Remigijus

Skountis Vasileios

Skrey, Hans

Spezzani, Aronne

Ulman-Kuuskman, Els

Viva, Claudio

Zaradna, Anna

L-Aġenzija Ewropea għall-kontroll tas-Sajd

Cederrand, Stephen

Chapel, Vincent

Del Hierro, Belén

Del Zompo, Michele

Dias Garçao, José

Koskinen, Aki

Lesueur, Sylvain

Magnolo, Lorenzo

Mueller, Wolfgang

Papaioannou, Themis

Pinto, Pedro

Quelch, Glenn

Roobrouck, Christ

Roose, Tarvo

Sorensen, Svend

Stewart, William

Tahon, Sven


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/140


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Diċembru 2011

dwar il-miżuri ta’ emerġenza rigward ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat fi prodotti tar-ross li joriġinaw miċ-Ċina u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/289/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/884/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (2) jistipula li l-ebda ikel jew għalf modifikat ġenetikament ma għandu jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni sakemm ma jkunx kopert minn awtorizzazzjoni mogħtija skont dak ir-Regolament. L-Artikoli 4(3) u 16(3) tal-istess Regolament jistipulaw li l-ebda ikel u għalf modifikat ġenetikament ma jista' jkun awtorizzat sakemm ma jiġix muri b'mod adegwat u suffiċjenti li ma jkollux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, li ma jqarraqx bil-konsumatur jew l-utent, u li ma jkunx differenti mill-ikel jew mill-għalf li maħsub jissostitwixxi sal-punt li l-konsum normali tiegħu jkollu żvantaġġi fir-rigward tan-nutriment għall-bnedmin jew għall-annimali.

(2)

F'Settembru 2006, kienu skoperti prodotti tar-ross li joriġinaw jew ġew ikkonsenjati miċ-Ċina kkontaminati mir-ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat Bt 63, fir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja u s-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) ġiet mgħarrfa bihom. Minkejja l-miżuri mħabbra mill-awtoritajiet Ċiniżi biex tiġi kkontrollata l-preżenza ta’ dak l-Organiżmu Ġenetikament Modifikat (OĠM) mhux awtorizzat, ġew irrappurtati sussegwentement bosta twissijiet oħrajn dwar il-preżenza ta’ ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat Bt 63.

(3)

Meta tqiesu t-twissijiet kontinwi u n-nuqqas ta’ garanziji suffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi rigward in-nuqqas ta’ ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat Bt 63 fi prodotti li joriġinaw u li huma kkonsenjati miċ-Ċina, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/289/KE (3) li tintroduċi miżuri ta’ emerġenza rigward il-Bt 63 OĠM mhux awtorizzat fil-prodotti tar-ross kienet adottata. Dik id-Deċiżjoni kienet tirrikjedi li qabel it-tqegħid fis-suq, l-operaturi għandhom iressqu rapport analitiku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti li juri li l-konsenja tal-prodotti tar-ross ma kinitx ikkontaminata minn ross modifikat ġenetikament Bt 63. Barra minn hekk, dik id-Deċiżjoni stipulat li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa, inkluż teħid ta’ kampjuni b'mod fortuwitu u analiżi mwettqa bl-użu ta’ metodu speċifiku deskritt fih, li jikkonċerna prodotti ppreżentati għall-importazzjoni jew li diġà qegħdin fuq is-suq.

(4)

F'Marzu 2010, il-Ġermanja nnotifikat lill-RASFF bil-preżenza ta’ varjetajiet ġodda ta’ ross li fihom elementi ġenetiċi mhux awtorizzati li jikkodifikaw ir-reżistenza għall-insetti li kellhom karatteristiċi simili għall-OĠM Kefeng 6. Sussegwentement, bosta twissijiet simili addizzjonali kienu nnotifikati, li flimkien ma’ Kefeng 6, inkludew ukoll il-preżenza ta’ linja oħra ta’ ross reżistenti għall-insetti li kien fih elementi ġenetiċi simili għall-OĠM Kemingdao 1 (KMD1). Kefeng 6 u KMD 1 mhuma awtorizzati la fl-Unjoni u lanqas fiċ-Ċina.

(5)

In-notifiki tal-RASFF kollha ġew innotifikati lill-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti u addizzjonalment il-Kummissjoni kitbet lill-awtoritajiet kemm f'Ġunju 2010 u kemm fi Frar 2011 biex titlob azzjoni biex tindirizza l-għadd ta’ twissijiet.

(6)

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju wettaq spezzjoni fiċ-Ċina f'Ottubru 2008 bl-għan li tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/289/KE, li sussegwentement ġiet segwita minn missjoni oħra f'Marzu 2011. Il-konklużjonijiet tal-missjoni tal-2008 u s-sejbiet inizjali tal-missjoni tal-2011 indikaw inċertezza rigward il-livell, it-tip u l-għadd ta’ varjetajiet ta’ ross modifikat ġenetikament li seta' kkontamina l-prodotti tar-ross li joriġinaw jew li huma kkonsenjati miċ-Ċina, u li għalhekk kien hemm riskju għoli ta’ introduzzjonijiet oħra ta’ OĠM mhux awtorizzati fi prodotti tar-ross bħal dawn.

(7)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-missjonijiet tal-2008 u l-2011 tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, u l-bosta notifiki tal-RASFF li kkonċernaw okkorrenzi ta’ ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat, il-miżuri stipulati mid-Deċiżjoni 2008/289/KE għandhom jissaħħu b'tali mod li jipprevjenu li kwalunkwe prodott ikkontaminat jitqiegħed fis suq tal-Unjoni. Għalhekk huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2008/289/KE tinbidel permezz ta’ din id-Deċiżjoni.

(8)

Meta tqis il-fatt li l-ebda prodott tar-ross ġenetikament modifikat ma huwa awtorizzat fl-Unjoni, huwa xieraq li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2008/289/KE, li huwa limitat għal ross modifikat ġenetikament Bt 63, u biex dan jitwessa' għall-organiżmi modifikati ġenetikament kollha li jinsabu fil-prodotti tar-ross li joriġinaw jew li huma kkonsenjati miċ-Ċina. L-obbligu li jiġi pprovdut rapport analitiku dwar it-teħid tal-kampjuni u l-analiżi li turi n-nuqqas ta’ okkorrenzi ta’ ross modifikat ġenetikament, stabbilit mid-Deċiżjoni 2008/289/KE, għandu jinżamm. Madankollu, huwa xieraq li l-Istat Membru jsaħħaħ il-kontrolli permezz ta’ frekwenza akbar ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi li għandha tkun iffissata għal 100 % tal-konsenji kollha tal-prodotti tar-ross li joriġinaw miċ-Ċina, u li jintroduċi l-obbligu għall-operaturi tal-ikel u l-għalf biex javżaw minn qabel bid-data, il-ħin u l-post stmat għall-wasla fiżika tal-konsenja.

(9)

Il-metodoloġiji tat-teħid tal-kampjuni għandhom rwol kruċjali fil-ksib ta’ riżultati rappreżentattivi u komparabbli; għalhekk huwa xieraq li jiġi definit protokoll komuni għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-kontroll tan-nuqqas ta’ ross modifikat ġenetikament fl-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. Il-prinċipji għal proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni affidabbli għal materja prima agrikola fi kwantità huma stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/787/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-gwida teknika għat-teħid tal-kampjuni u s-sejba ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u materjal prodott minn organiżmi modifikati ġenetikament bħala prodotti jew fi prodotti fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (4) u għal ikel preppakkjat f'CEN/TS 15568 jew ekwivalenti. Fir-rigward tal-għalf, għandhom japplikaw dawk il-prinċipji li huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (5).

(10)

Minħabba l-għadd ta’ okkorrenzi potenzjali ta’ ross modifikat ġenetikament, in-nuqqas ta’ metodi ta’ detezzjoni u kampjuni ta’ kontroll ta’ kwalità u kwantità adegwata, u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli, huwa xieraq li l-metodu għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi stipulat fid-Deċiżjoni 2008/289/KE jinbidel bil-metodi ta’ monitoraġġ analitiku stipulat fl-Anness II.

(11)

Il-metodi l-ġodda proposti tal-monitoraġġ għall-analiżi għandhom ikunu bbażati fuq ir-Rakkomandazzjoni 2004/787/KE. Huma jqisu b'mod partikolari li l-metodi disponibbli bħalissa jkunu kwalitattivi u għandhom jindirizzaw is-sejba ta’ OĠM mhux awtorizzat li għalih ma hemm l-ebda limitu ta’ tolleranza għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.

(12)

Il-Laboratorju ta’ Referenza Ewropew għall-Ikel u l-Għalf Ġenetikament Modifikat (EU-RL GMFF) fi ħdan iċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta (JRC) ivverifika u kkonferma l-adattabilità tal-metodi ta’ monitoraġġ proposti għas-sejba ta’ ross modifikat ġenetikament.

(13)

Għall-fini tat-teħid tal-kampjuni u tal-attivitajiet għas-sejba meħtieġa biex prodotti li fihom okkorrenzi ta’ ross mhux awtorizzat ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq, hemm bżonn kemm l-operaturi kif ukoll is-servizzi uffiċjali jsegwu dawk il-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi stipulati fl-Anness II. B'mod partikolari huwa neċessarju li titqies il-gwida stipulata fl-EU-RL GMFF rigward l-applikazzjoni ta’ dawn il-metodi.

(14)

Prodotti tar-ross, kif elenkati fl-Anness I, li joriġinaw u jiġu kkonsenjati miċ-Ċina, għandhom ikunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk ikunu akkumpanjati minn rapport analitiku u ċ-ċertifikat tas-saħħa maħruġ mill-Ispezzjoni tad-Dħul u l-Ħruġ u l-Uffiċċju tal-Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (AQSIQ) b'konformità mal-mudelli stipulati fl-Anness III u IV ta’ din id-Deċiżjoni.

(15)

Sabiex wieħed ikun jista' jkollu valutazzjoni kontinwa tal-miżuri ta’ kontroll, huwa xieraq li jiġi introdott obbligu għall-Istati Membri li jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni rigward kontrolli uffiċjali ta’ konsenji ta’ prodotti tar-ross li joriġinaw jew ikkonsenjati miċ-Ċina.

(16)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu proporzjonali u mhux restrittivi għall-kummerċ aktar milli meħtieġ u għalhekk għandhom ikopru biss prodotti li joriġinaw fi jew huma kkunsinnati miċ-Ċina u meqjusa bħala li huma probabbilment ikkontaminati b'okkorrenzi ta’ ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat. Meta wieħed iqis il-firxa ta’ prodotti li jistgħu jiġu kkontaminati b'dawk l-okkorrenzi ta’ ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat, ikun xieraq li fil-mira jkun hemm lista tal-prodotti kollha tal-ikel jew l-għalf li għandhom ir-ross imniżżel bħala ingredjent. Xi prodotti, madankollu, jista' jkun jew ma jkunx fihom ir-ross, ikunu magħmula mir-ross jew le, jew prodotti mir-ross jew le. Għalhekk jidher li jkun proporzjonali li l-operaturi jitħallew joħorġu dikjarazzjoni sempliċi meta l-prodott ma jkunx fih ir-ross jew ma jkunx magħmul jew prodott minnu, biex b'hekk jiġu evitati l-analiżi u ċ-ċertifikazzjoni obbligatorja.

(17)

Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontaminazzjoni possibbli ta’ prodott tar-ross b'linji ta’ ross modifikat ġenetikament mhux awtorizzat għandha tiġi riveduta fi żmien sitt xhur sabiex ikun ivvalutat jekk il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għadhomx meħtieġa.

(18)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta’ Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti tar-ross elenkati fl-Anness I, li joriġinaw minn jew li huma kkonsenjati miċ-Ċina.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (6) u l-Artikolu 3 (b) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (7) dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali.

2.   Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)   Lott: kwantità distinta u speċifikata ta’ materjal.

(b)   Kampjun inkrementali: kwantità żgħira u kostanti ta’ prodott meħud minn kull punt ta’ teħid ta’ kampjuni individwali tal-lott mill-ispessur kollu tiegħu (teħid ta’ kampjuni statiku), jew meħud mill-fluss tal-prodotti f'moviment f'temp ta’ ħin determinat (teħid ta’ kampjuni dinamiku).

(c)   Kampjun ta’ kwantità: kwantità ta’ prodott miksub bil-kumbinazzjoni u t-taħlit tal-inkrementi meħuda minn lott speċifiku.

(d)   Kampjun tal-laboratorju: il-kwantità ta’ prodott meħud mill-kampjun ta’ kwantità maħsub għall-ispezzjoni u l-ittestjar fil-laboratorju.

(e)   Kampjun analitiku: kampjun tal-laboratorju omoġenizzat, li jikkonsisti jew mill-kampjun tal-laboratorju kollu jew porzjon rappreżentattiv tiegħu.

Artikolu 3

Notifika minn qabel

L-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika adegwata bil-quddiem dwar id-data u l-ħin tal-wasla fiżika mistennija tal-konsenja fil-punt tad-dħul magħżul u dwar in-natura tal-konsenja. L-operaturi jridu jindikaw ukoll jekk il-klassifikazzjoni tal-prodott hix ta’ ikel jew għalf.

Artikolu 4

Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni

1.   Kull konsenja ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku għal kull lott, u minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi III u IV, kompluti, iffirmati u vverifikati minn rappreżentant awtorizzat tal-“Ispezzjoni tad-Dħul u l-Ħruġ u l-Uffiċċju tal-Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina” (AQSIQ).

2.   Meta prodott imsemmi fl-Anness I ma fihx ross u mhux magħmul jew prodott mir-ross, minflok ir-rapport analitiku u ċ-ċertifikat tas-saħħa tista' tingħata stqarrija mill-operatur responsabbli mill-konsenja li tindika li l-ikel jew għalf ma fihx ross u mhux magħmul jew prodott mir-ross.

3.   It-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi għall-finijiet tar-rapport analitiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir b'konformità mal-Anness II.

4.   Kull konsenja għandha tiġi identifikata mill-kodiċi li jidher fiċ-ċertifikat tas-saħħa. Kull borża individwali, jew forma oħra ta’ ppakkjar, tal-konsenja għandha tiġi identifikata minn dan il-kodiċi.

Artikolu 5

Kontrolli uffiċjali

1.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiżgura li l-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 1 ikunu suġġetti għal kontrolli dokumentarji biex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni stipulati fl-Artikolu 4.

2.   Meta konsenja ta’ prodotti ħlief dawk deskritti fl-Artikolu 4(2) ma tkunx akkumpanjata b'ċertifikat tas-saħħa u r-rapport analitiku stipulat fl-Artikolu 4, il-konsenja għandha tintbagħat mill-ġdid lejn il-pajjiż tal-oriġini jew tinqered.

3.   Meta konsenja tkun akkumpanjata biċ-ċertifikat tas-saħħa u r-rapport analitiku stipulati fl-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kampjun għall-analiżi b'konformità mal-Anness II għall-preżenza ta’ OĠM mhux awtorizzat bi frekwenza ta’ 100 %. Jekk il-konsenja tkun tikkonsisti minn bosta lottijiet, kull lott għandu jintbagħat għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.

4.   L-awtorità kompetenti tista' tawtorizza li l-konsenja tkompli fi triqitha sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi. F'dak il-każ, il-konsenja għandha tibqa' taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi.

5.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-konsenji għandu jkun permess biss meta, wara t-teħid tal-kampjuni u l-analiżi li jitwettqu skont l-Anness II, il-lottijiet kollha ta’ dik il-konsenja jitqiesu bħala konformi mal-Liġi tal-Unjoni.

Artikolu 6

Rappurtar lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iħejju rapport kull tliet xhur, li jagħti rendikont tar-riżultati kollha tat-testijiet analitiċi kollha mwettqa fit-tliet xhur ta’ qabel fuq konsenji ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Dawk ir-rapporti għandhom jinbagħtu lill-Kummissjoni matul ix-xahar ta’ wara kull perjodu ta’ tliet xhur, f'April, Lulju, Ottubru, u Jannar.

2.   Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(b)

ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 5;

(c)

l-għadd ta’ konsenji li ġew irrifjutati minħabba n-nuqqas ta’ ċertifikat tas-saħħa jew rapport analitiku.

Artikolu 7

Qsim ta’ konsenja

Il-konsenji ma għandhomx jinqasmu qabel jitlestew il-kontrolli uffiċjali kollha mill-awtoritajiet kompetenti.

F'każ ta’ qsim sussegwenti wara kontroll uffiċjali, kopja awtentika taċ-ċertifikat tas-saħħa u tar-rapport analitiku għandha takkumpanja kull parti tal-konsenja maqsuma.

Artikolu 8

Spejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħażna u kull miżura li tittieħed wara nuqqas ta’ konformità għandu jagħmel tajjeb għalihom l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżitorji

B'deroga mill-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-konsenji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li ħallew liċ-Ċina qabel l-1 ta’ Frar 2012 sakemm it-teħid tal-kampjuni u l-analiżi ma jkunux saru skont l-Artikolu 4.

Artikolu 10

Reviżjoni tal-miżura

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti sa mhux iktar tard minn 6 xhur wara l-adozzjoni.

Artikolu 11

Revoka

Id-Deċiżjoni 2008/289/KE hija b'dan irrevokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 9.4.2008, p. 29.

(4)  ĠU L 348, 24.11.2004, p. 18.

(5)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS I

LISTA TA’ PRODOTTI

Prodott

Kodiċi NM

Ross fil-ħliefa (“paddy” jew aħrax)

1006 10

Ross bla ħliefa (brown)

1006 20

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

1006 30

Ross imfarrak

1006 40 00

Dqiq tar-ross

1102 90 50

Ross mitħun oħxon (groats) u pasta

1103 19 50

Gerbub tar-ross

1103 20 50

Ross imqatta’ rqiq

1104 19 91

Qmuħ taċ-ċereali rrumblati jew imqattgħin f’biċċiet irqaq (għajr għal qmuħ tal-ħafur, qamħ, segala, qamħirrum u xgħir, u ross imqatta’ f’biċċiet irqaq)

1104 19 99

Lamtu tar-ross

1108 19 10

Preparazzjonijiet għal użu tat-trabi, imqegħdin għall-bejgħ bl-imnut

1901 10 00

Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd

1902 11 00

Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’modi oħrajn, li ma fihx bajd

1902 19

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le

1902 20

Għaġin ieħor (għajr għal għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’modi oħrajn, u għajr għal għaġin mimli, sew jekk imsajjar jew le jew ippreparat b’modi oħrajn)

1902 30

Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti ta’ ċereali, miksuba minn ross

1904 10 30

Preparazzjoni tat-tip Müsli bbażata fuq qxur taċ-ċereali mhux mixwijin

1904 20 10

Ikel ippreparat miksub minn bċejjeċ ta’ ċereali mhux inkaljati jew minn taħlitiet ta’ bċejjeċ ta’ ċereali mhux inkaljati u ta’ ċereali inkaljati jew ċereali minfuħa, miksuba minn ross (għajr għal preparazzjonijiet tat-tip Müsli bbażati fuq bċejjeċ ta’ ċereali mhux inkaljati)

1904 20 95

Ross, imsajjar minn qabel jew ippreparat b’modi oħrajn, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor (għajr għal dqiq, xgħir mitħun oħxon u smida, preparazzjonijiet tal-ikel miksuba bl-infiħ jew ix-xiwi jew bċejjeċ ta’ ċereali mhux inkaljati jew minn taħlitiet ta’ bċejjeċ ta’ ċereali mhux inkaljati u bċejjeċ ta’ ċereali inkaljati jew ċereali minfuħa)

1904 90 10

Karta ostja

ex 1905 90 20

Gallettini

1905 90 45

Prodotti estrużi jew espanduti, għat-togħma jew melħin

1905 90 55

Nuħħala, ponot u residwi oħra, sew jekk fl-għamla ta’ pritkuni u sew jekk le, derivati mill-għarbiel, it-tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ross b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx il-35 % bil-piż

2302 40 02

Nuħħala, ponot u residwi oħra, sew jekk fl-għamla ta’ pritkuni u sew jekk le, derivati mill-għarbiel, it-tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ross, għajr għal dak b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx il-35 % bil-piż

2302 40 08

Peptuni u derivattivi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għall-ġilda (hide powder), kromati jew le

3504 00 00


ANNESS II

Metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali rigward organiżmu ġenetikament modifikat mhux awtorizzat fil-prodotti tar-ross li joriġinaw miċ-Ċina

1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali għan-nuqqas ta’ ross MĠ fi prodotti tar-ross għandhom jittieħdu skont il-metodi deskritti f'dan l-Anness. Il-kampjuni ta’ kwantità miksuba b'dak il-mod għandhom jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-lottijiet minn fejn ittieħdu.

2.   Teħid ta’ kampjuni

2.1.   Lottijiet tat-teħid tal-kampjuni ta’ materja prima ta’ kwantità u prepazzjoni tal-kampjuni analitiċi

L-għadd ta’ kampjuni inkrimentali li jagħmlu l-kampjun ta’ kwantità u l-preparazzjoni tal-kampjuni analitiċi għandhom isiru skont ir-Rakkomandazzjoni 2004/787/KE u r-Regolament (KE) Nru 152/2009 għall-għalf. Id-daqs tal-kampjun tal-laboratorju għandu jkun ta’ 2,5 kg imma jista' jitnaqqas b'500 gramm għall-ikel u l-għalf ipproċessat. Għall-fini tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għandu jittieħed it-tieni kampjun mill-kampjun aggregat.

2.2.   Teħid ta’ kampjuni ta’ ikel u għalf preppakkjat

L-għadd ta’ kampjuni inkrementali għall-kostituzzjoni tal-kampjun ta’ kwantità u l-preparazzjoni tal-kampjuni analitiċi għandhom isiru skont CEN/ISO 15568 jew ekwivalenti. Id-daqs tal-kampjun tal-laboratorju għandu jkun ta’ 2,5 kg imma jista' jitnaqqas b'500 gramma għall-ikel u l-għalf ipproċessat. Għall-fini tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għandu jittieħed it-tieni kampjun mill-kampjun aggregat.

3.   Analiżi tal-kampjun tal-laboratorju

L-analiżi tal-laboratorju fil-punt tal-oriġini għandha ssir f'laboratorju AQSIQ magħżul, u qabel ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni f'laboratorju tal-kontroll uffiċjali magħżul fi Stat Membru. Testijiet ta’ monitoraġġ għandhom isiru b'PCR f'ħin reali skont il-metodu ppubblikat mill-EU-RL GMFF (1), tal-inqas għall-elementi ġenetiċi li ġejjin: il-promotur 35S tas-CAMV (il-Virus Możajk tal-Pastard), it-terminatur NOS (nopalina sintasi) mill-Agrobacterium tumefaciens u l-CryIAb, CryIAc u/jew CryIAb/CryIAc maħdumin mill-Bacillus thuringiensis.

Fil-każ ta’ kampjuni ta’ biċċiet irqaq il-laboratorju tal-kontroll magħżul għandu jieħu mill-kampjun tal-laboratorju omoġenizzat erba' kampjuni analitiċi ta’ 240 gramma (l-ekwivalenti ta’ 10 000 biċċa ta’ ross). Għall-prodotti pproċessati bħad-dqiq, l-għaġin jew il-lamtu, il-kampjuni analitiċi jistgħu jitnaqqsu għal 125 gramma. L-erba' kampjuni analitiċi għandhom jintaħnu u jiġu analizzati ulterjorment b'mod separat. Żewġ estrazzjonijiet għandhom isiru minn kull kampjun analitiku. Għandu jsir test PCR għal kull element ġenetiku MĠ għal kull estrazzjoni b'konformità mal-metodi ta’ monitoraġġ dettaljati fil-punt 4 hawn taħt. Il-konsenja għandha titqies mhux konformi jekk tal-inqas element ġenetiku MĠ jitqies bħala li jista' jinqabad f'tal-inqas kampjun analitiku wieħed tal-konsenja skont il-linji gwida stipulati fir-rapport EU-RL.

4.   Il-metodi analitiċi li ġejjin għandhom jintużaw:

(a)

Għall-monitoraġġ tal-promotur 35S tas-CAMV (il-Virus Możajk tal-Pastard) u t-terminatur NOS (nopalina sintasi) mill-Agrobacterium tumefaciens.

ISO 21570: 2005 Metodi ta’ analiżi għas-sejba ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u prodotti derivati - metodi bbażati fuq l-aċidu nukleiku kwantitattiv. Anness B1.

H.-U. Waiblinger et al., (2008) “Validation and collaborative study of a P35S and T-nos duplex real-time screening method to detect genetically modified organisms in food products” Eur. Food Res. and Technol., Volum 226, 1221-1228.

E. Barbau-Piednoir et al., (2010) “SYBR®Green qPCR screening methods for the presence of ‘35S promoter’ and ‘NOS terminator’ elements in food and feed products” Eur. Food Res. and Technol Volum 230, 383-393.

Reiting R, Broll H, Waiblinger HU, Grohmann L (2007) Collaborative study of a T-nos real-time PCR method for screening of genetically modified organisms in food products. J Verbr Lebensm 2:116–121.

(b)

Għall-monitoraġġ għal CryIAb, CryIAc u/jew CryIAb/CryIAc maħdumin minn Bacillus thuringiensis inġinerjati.

E. Barbau-Piednoir et al., (in press) “Four new SYBR®Green qPCR screening methods for the detection of Roundup Ready®, LibertyLink® and CryIAb traits in genetically modified products” Eur. Food Res. and Technol DOI 10.1007/s00217-011-1605-7;

Wara verifika tal-ispeċifiċità tal-metodi mill-EU-RL GMFF dwar il-varjetà wiesgħa ta’ kampjuni ta’ ross Ċiniż dan il-metodu għandu jitqies bħala xieraq għal dawn il-finijiet ta’ monitoraġġ.

5.   L-applikazzjoni tal-metodi ta’ monitoraġġ ta’ hawn fuq għandha tqis id-dokument ta’ gwida ppubblikat mill-EU RL GMFF.


(1)  http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu


ANNESS III

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

MUDELL TA’ RAPPORT ANALITIKU

Nota: jekk jogħġbok imla formola annessa għal kull kampjun ittestjat

Il-parametru li għandu jiġu rrapportat

Informazzjoni pprovduta

L-isem u l-indirizz tal-laboratorju tat-test (*)

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tar-rapport tat-test (*)

<<000>>

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kampjun tal-laboratorju (*)

<<000>>

Id-daqs tal-kampjun tal-laboratorju (*)

X kg

F’każ ta’ diviżjoni tal-kampjun:

Għadd u daqs ta’ kampjuni analitiċi

X Kampjuni analitiċi ta’ Y g

Għadd u daqs ta’ porzjonijiet għat-test analizzati (*)

X Porzjonijiet tat-test ta’ Y mg

Ammont totali ta’ DNA analizzat (*)

X ng/PCR

Sekwenza/i ta’ DNA ttestjata/i għal (*):

Għal kull wieħed minn dawn li ġejjin ipprovdi referenza għall-metodu użat u l-medja tan-numru Ct miksub

 

Markatur tar-ross:

 

promotur 35S

 

terminatur NOS:

 

CryIAb/CryIAc:

Sekwenza/i oħra ttestjata/i għal:

Status ta’ validazzjoni: (eż. ivvalidati b’mod interlaboratorju, ivvalidati internament [jekk jogħġbok indika skont liema standard, linja gwida])

Deskrizzjoni ta’ sekwenzi tad-DNA misjuba (referenza + ġeni fil-mira):

Speċifiċità tal-metodu (monitoraġġ, speċifiku għall-għamla jew speċifiku għall-okkorrenza):

Limitu Assolut għall-Identifikazzjoni (numru tal-kopja):

Limitu Prattiku ta’ Identifikazzjoni (LOD relatat mal-kampjun analizzat), jekk iddeterminat:

Deskrizzjoni ta’ kontrolli pożittivi tad-DNA fil-mira u materjali ta’ referenza (*)

Is-sors u n-natura tal-kontroll pożittiv u l-materjali ta’ referenza (eż. plasmid, DNA ġenomiku, CRM …)

Informazzjoni dwar il-kontroll pożittiv (*)

Jekk jogħġbok indika l-ammont (f’ng ta’ DNA) tal-kontroll pożittiv analizzat u l-għadd medju ta’ Ct miksub

Kummenti

 


(*)  Partiti obbligatorji


Rettifika

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/149


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/312/Euratom tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi d-dokument standard għas-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tas-17 ta' April 2008 )

F'paġna 58, l-Anness, in-nota ta’ spjegazzjoni 33(c):

minflok:

“… jibgħat din it-taqsima direttament lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni.”;

aqra:

“… jissottometti din it-taqsima direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.”.