ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.341.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 341

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
22 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/863/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta' ma' dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1359/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

11

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1361/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Terre Aurunche (DPO)]

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1362/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ptujski lük (IĠP)]

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1363/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ciliegia dell'Etna (DPO)]

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1364/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Speck Alto Adige / Südtiroler Markenspeck / Südtiroler Speck (IĠP)]

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carne De Vacuno Del País Vasco / Euskal Okela (IĠP)]

27

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1366/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pataca de Galicia / Patata de Galicia (IĠP)]

29

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1367/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Figue de Solliès (DPO)]

31

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu, u r-Regolament (KE) Nru 1122/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ [dirett] għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid

33

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1369/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti

38

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1370/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Горнооряховски суджук (Gornooryahovski sudzhuk) (IĠP)]

39

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1371/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima ( 1 )

41

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva aċetoklor, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

45

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1373/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2012, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

47

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1374/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/100/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro ( 1 )

50

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/864/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPM/1/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (EUPM BiH)

52

 

 

2011/865/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2011 li taħtar membru tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku

53

 

 

2011/866/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/867/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

56

 

 

2011/868/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2011 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bil-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9243)

57

 

 

2011/869/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9398)  ( 1 )

63

 

 

2011/870/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2011/25)

65

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2011/SC tad-29 ta’ Settembru 2011 dwar il-verifika tal-programmi u l-proġetti skont il-Mekkaniżmu Finanzjarju (2009–2014)

67

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

69

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

72

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

74

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

76

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

78

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

80

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

81

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

83

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

84

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

85

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

86

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

87

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni inizjali ta' denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ricotta Romana (DPO)] ( ĠU L 333, 17.12.2010 )

88

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta' ma' dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

(2011/863/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (2) ("il-Ftehim") ġie iffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 18 tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jista’, b’deċiżjoni, jadotta emendi għall-Ftehim, inkluż l-Anness II tiegħu fuq il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali.

(3)

Sabiex jippreżerva applikazzjoni koerenti u korretta tal-atti legali tal-Unjoni u jevita diffikultajiet amministrattivi u possibbilment legali, l-Anness II għall-Ftehim jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jintegra l-atti legali l-ġodda tal-Unjoni li bħalissa l-Ftehim ma jagħmilx referenza għalihom.

(4)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta' razzjonalità, l-Anness II għall-Ftheim u l-Protokoll ta’ ma' dak l-Anness għandhom jiġu kkodifikati.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażat fuq abbozz tad-Deċiżjoni kif imniżżel fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stipulat fl-Anness I ta' ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness II ta' ma' din id-Deċiżjoni hija b’dan approvata u għandha ssir f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt meta dan ta’ l-aħħar jadotta d-Deċiżjoni tiegħu li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

ta’ …

li tissostitwixxi l-Anness II ta' ma' dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness II ta' mal-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali ħie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 (2) u għandu issa jiġi aġġornat sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-atti legali l-ġodda tal-Unjoni Ewropea li daħħlu fis-seħħ sadanittant, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (3) u l-miżuri adottati għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (4).

(4)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta' razzjonalità, l-Anness II ta’ mal-Ftehim u l-Protokoll ta’ ma' dak l-Anness għandhom jiġu kkonsolidati f’verżjoni legalment vinkolanti.

(5)

L-Anness II ta' mal-Ftehim għandu jinżamm konformi mal-evoluzzjoni tal-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II ta' mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (“il-Ftehim”) qed jiġi sostitwit mill-Anness ta' ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilità fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, u t-testi f’kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, … .

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Is-Segretarji


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 270, 29.9.2006, p. 64.

(3)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

ANNESS

L-ANNESS II

KOORDINAZZJONI TAL-ISKEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

Artikolu 1

1.   Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti legali tal-Unjoni Ewropea li għalihom qiegħda ssir referenza u kif emendati, bis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness, jew ir-regoli ekwivalenti għal dawn l-atti.

2.   It-terminu "Stat(i) Membru/i" inkluż fl-atti legali msemmija fis-sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandu jinftiehem li jinkludi lill-Isvizzera flimkien mal-Istati koperti mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

1.   Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jikkunsidraw debitament l-atti legali tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni B ta’ dan l-Anness.

2.   Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota tal-atti legali tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni C ta’ dan l-Anness.

Artikolu 3

1.   Id-dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-arranġamenti tranżitorji relatati mal-assigurazzjoni tal-qgħad għaċ-ċittadini ta’ ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma detenturi ta’ permess ta’ residenza Svizzeru validu għal inqas minn sena, li jikkonċernaw l-allowances Svizzeri għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom u l-benefiċċji mogħtija skont il-pjanijiet ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol rigward il-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità huma stabbiliti fil-Protokoll ta' ma' dan l-Anness.

2.   Il-Protokoll jifforma parti integrali ta’ dan l-Anness.

SEZZJONI A:   ATTI LEGALI MSEMMIJA

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta' sigurtà soċjali (1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (2)

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi adattat kif ġej:

(a)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness I, Sezzjoni I:

"L-Isvizzera

Il-leġiżlazzjoni kantonali li tikkonċerna l-ħlas bil-quddiem ta’ pagamenti tal-manteniment fuq il-bażi tal-Artikolu 131 paragrafu 2 u tal-Artikolu 293 paragrafu 2 tal-Att Federali Ċivili.;"

(b)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness I, Sezzjoni II:

"L-Isvizzera

L-għotjiet għat-twelid u għall-adozzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni kantonali rilevanti ibbażati fuq l-Artikolu 3 paragrafu 2 tal-Att Federali dwar l-Allowances għal-Familja."

(c)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness II:

"Il-Ġermanja- L-Isvizzera

(a)

Il-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-25 ta' Frar 1964, kif emendata permezz tal-Konvenzjonijiet Komplimentari Nru 1 tad-9 ta' Settembru 1975 u Nru 2 tat-2 ta' Marzu 1989:

(i)

il-punt 9b, paragrafu 1, Nri 1- 4 tal-Protokoll Finali (leġiżlazzjoni applikabbli u l-jedd għal benefiċċji in natura f’każ ta’ mard għar-residenti taż-żona Ġermaniża ta’ Büsingen);

(ii)

il-punt 9e, il-paragrafu 1(b), l-ewwel, it-tieni u r-raba’ sentenzi, tal-Protokoll Finali (aċċess għall-assigurazzjoni volontarja f’każ ta’ mard fil-Ġermanja b’rilokazzjoni fil-Ġermanja).

(b)

Il-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni għal meta persuna ma tkunx impjegata tal-20 ta' Ottubru 1982, kif emendata permezz tal-Protokoll Addizzjonali tat-22 ta' Diċembru 1992:

(i)

L-Artikolu 8(5), il-Ġermanja (distrett ta’ Büsingen) għandha tikkontribwixxi somma ekwivalenti għall-kontribuzzjoni kantonali skont il-liġi Svizzera għall-ispejjeż ta’ postijiet effettivi għall-ħaddiema fuq miżuri ta’ impjiegi-promozzjoni soġġetti għal din id-dispożizzjoni.

Spanja- L-Isvizzera

Il-Punt 17 tal-Protokoll Finali għall-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-13 ta' Ottubru 1969, kif emendat mill-Konvenzjoni Komplimentari tal-11 ta' Ġunju 1982; il-persuni assigurati taħt l-iskema Spanjola bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni huma eżentati mir-rekwiżit li jissieħbu fl-iskema ta’ assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard.

L-Italja- L-Isvizzera

L-Artikolu 9(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta' Diċembru 1962, kif emendat permezz tal-Konvenzjoni Komplimentari Nru 1 tat-18 ta' Diċembru 1963, il-Ftehim Komplimentari tal-4 ta' Lulju 1969, il-Protokoll Addizzjonali tal-25 ta' Frar 1974 u l-Ftehim Komplimentari Nru 2 tat-2 ta' April 1980. ";

(d)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness IV:

"L-Isvizzera";

(e)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness VIII, parti 1:

"L-Isvizzera

Il-pretensjonijiet kollha għall-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità skont l-iskema bażika (il-Liġi Federali dwar l-assigurazzjoni għall-età u għas-superstiti u l-Liġi Federali dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità) u għall-pensjonijiet statutorji għall-età skont il-pjanijiet statutorji ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol (il-Liġi Federali dwar il-pjanijiet ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol għall-assigurazzjoni għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità).";

(f)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness VIII, parti 2:

"L-Isvizzera

Il-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità skont il-pjanijiet statutorji ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol (il-Liġi Federali dwar il-pjanijiet ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol għall-assigurazzjoni għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità).";

(g)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness IX, parti II:

"L-Isvizzera

Il-pensjonijiet tas-superstiti u tal-invalidità skont il-pjanijiet statutorji ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol (il-Liġi Federali dwar il-pjanijiet ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol għall-assigurazzjoni għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità).";

(h)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness X:

L-Isvizzera

1.

Il-benefiċċji supplimentari (Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tad-19 ta' Marzu 1965) u benefiċċji simili li huma stipulati fil-leġiżlazzjoni kantonali.

2.

Il-pensjonijiet f’każ ta' tbatija taħt l-assigurazzjoni għall-invalidità (Artikolu 28, subparagrafu 1a tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni għall-Invalidità tad-19 ta' Ġunju 1959, kif emendat fis-7 ta' Ottubru 1994).

3.

Il-benefiċċji mhux kontributorji tat-tip imħallat f’każ ta’ qgħad, skont kif stipulat fil-leġiżlazzjoni kantonali.

4.

Il-pensjonijiet għall-invalidità straordinarji mhux kontributorji għall-persuni b’diżabbiltà (l-Artikolu 39 tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni għall-Invalidità tad-19 ta' Ġunju 1959) li, qabel l-inkapaċità tagħhom biex jaħdmu, ma kinux soġġetti għal-leġiżlazzjoni Svizzera fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha”;

(i)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness XI:

"L-Isvizzera

1.

L-Artikolu 2 tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni għall-età u għas-Superstiti u l-Artikolu 1 tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni għall-Invalidità, li jirregolaw assigurazzjoni volontarja f’dawn il-fergħat tal-assigurazzjoni għal residenti ta’ nazzjonalità Svizzera fi Stati li mhumiex soġġetti għal dan il-Ftehim, għandhom ikunu applikabbli għal persuni li għandhom ir-residenza tagħhom barra mill-Isvizzera li huma ta’ nazzjonalità ta’ Stati oħrajn li għalihom japplika dan il-Ftehim, u għal refuġjati u għal persuni bla stat li huma residenti fit-territorju ta’ dawn l-Istati, fejn dawn il-persuni jissieħbu fl-iskema tal-assigurazzjoni volontarja mhux iktar tard minn sena wara d-data li fiha huma ma jibqgħux koperti mill-assigurazzjoni għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità wara perjodu kontinwu ta’ assigurazzjoni ta’ mill-inqas ħames snin.

2.

Meta persuna ma tibqax aktar assigurata taħt l-assigurazzjoni Svizzera għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità wara perjodu kontinwu ta’ assigurazzjoni ta’ mill-inqas ħames snin, hija għandha tibqa’ intitolata biex tkun assigurata bil-qbil ta’ min qed iħaddimha, jekk taħdem fi Stat li għalih dan il-Ftehim ma japplikax għal min iħaddem fl-Isvizzera u jekk tissottometti applikazzjoni għal dan il-għan fi żmien sitt xhur mid-data li fiha ma tibqax assigurata.

3.

Assigurazzjoni obbligatorja skont assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard u eżenzjonijiet possibbli

(a)

Id-dispożizzjonijiet legali Svizzeri li jirregolaw assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard għandhom japplikaw għall-persuni li ġejjin li mhumiex residenti fl-Isvizzera:

(i)

persuni soġġetti għal dispożizzjonijiet legali Svizzeri skont it-Titolu II tar-Regolament;

(ii)

persuni li għalihom l-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji skont l-Artikoli 24, 25, 26 tar-Regolament;

(iii)

persuni li jirċievu l-benefiċċji Svizzeri għall-assigurazzjoni għal meta ma jkunux impjegati;

(iv)

membri tal-familji li hemm referenza għalihom fi (i) u (iii) jew ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha residenti fl-Isvizzera li tkun assigurata skont l-iskema tal-assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard, sakemm dawn il-membri tal-familja ma jkunux residenti f’wieħed mill-Istati li ġejjin: id-Danimarka, Spanja, l-Ungerija, il-Portugall, l-Isvezja jew ir-Renju Unit;

(v)

membri tal-familja ta’ persuni li ssir referenza għalihom f’(ii) jew ta’ pensjonant residenti fl-Isvizzera li huwa assigurat skont l-iskema tal-assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard, sakemm dawn il-membri tal-familja ma jkunux residenti f’wieħed mill-Istati li ġejjin: id-Danimarka, il-Portugall, l-Isvezja jew ir-Renju Unit.

Bħala membri tal-familja huma meqjusin bħala dawk il-persuni li huma definiti bħala membri tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-istat ta’ residenza.

(b)

Persuni li hemm referenza għalihom f’(a) jistgħu, meta mitlubin, jiġu eżentati minn assigurazzjoni obbligatorja jekk u sakemm huma residenti f’wieħed mill-Istati li ġejjin u jistgħu jagħtu prova li huma eliġibbli għal kopertura fil-każ ta’ mard: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, u, fir-rigward ta’ persuni li hemm referenza għalihom f’(a) (iv) u (v), il-Finlandja u, fir-rigward ta’ persuni li hemm referenza għalihom f'(a)(ii), il-Portugall.

Din it-talba

(aa)

għandha tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu li tittieħed assigurazzjoni fl-Isvizzera; fejn, f’każijiet iġġustifikati, it-talba tiġi ppreżentata wara din id-data ta’ għeluq, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ sa mill-bidu tal-obbligu tal-assigurazzjoni;

(bb)

għandha tapplika għall-membri kollha tal-familja li jkollhom ir-residenza tagħhom fl-istess Stat.

4.

Meta persuna soġġetta għal dispożizzjonijiet legali Svizzeri skont it-Titolu II tar-Regolament tkun, f’applikazzjoni ta’ 3(b), soġġetta, għall-għanijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard, għad-dispożizzjonijiet legali ta’ Stat ieħor kopert b’dan il-Ftehim, l-ispejjeż ta’ dawn il-benefiċċji in natura għal inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-assiguratur Svizzeru kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali u l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni kontra l-mard kompetenti jekk jeżisti jedd għall-benefiċċji in natura miż-żewġ korpi. L-assiguratur Svizzeru kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali għandu jissodisfa l-ispejjeż kollha fil-każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, inċidenti lejn il-post tax-xogħol jew mard industrijali, anki saħansitra meta jkun hemm il-jedd għall-benefiċċji minn korp tal-assigurazzjoni kontra l-mard fil-pajjiż ta’ residenza.

5.

Persuni li jkunu qegħdin jaħdmu, iżda li ma għandhomx ir-residenza tagħhom fl-Isvizzera u li għandhom kopertura tal-assigurazzjoni statutorja fl-Istat ta’ residenza tagħhom skont il-punt 3(b), kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, għandhom jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament matul żjara fl-Isvizzera.

6.

Bil-għan li jiġu applikati l-Artikoli 18, 19, 20, 27 tar-Regolament fl-Isvizzera, l-assiguratur kompetenti għandu jħallas l-ispejjeż kollha ffatturati.

7.

Perjodi ta’ assigurazzjoni ta’ allowance għal kuljum imwettqa skont l-iskema ta’ assigurazzjoni ta’ Stat ieħor li għalih japplika dan il-Ftehim għandhom jiġu kkunsidrati għat-tnaqqis jew għat-tneħħija ta’ riżerva possibbli fl-assigurazzjoni ta’ allowance għal kuljum fil-każ ta’ tqala jew mard fejn il-persuna ssir assigurata ma’ assiguratur Svizzeru fi żmien tliet xhur minn meta ma tibqax koperta mill-assigurazzjoni f’pajjiż ieħor.

8.

Fejn persuna li kienet impjegata bi ħlas jew persuna li taħdem għal rasha fl-Isvizzera u li tkopri l-ħtiġijiet vitali tagħha kellha twaqqaf l-attività tagħha minħabba inċident jew mard u ma tkunx aktar soġġetta għal-leġiżlazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità, hija għandha titqies li hija koperta minn dik l-assigurazzjoni għall-għanijiet ta’ eliġibbiltà għal miżuri ta’ riabilitazzjoni sal-ħlas ta’ pensjoni tal-invalidità u tul il-perjodu li matulu hija tibbenefika minn dawn il-miżuri diment li hija ma tkunx assumiet attività ġdida barra mill-Isvizzera.".

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (3)

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandu jiġi adattat kif ġej:

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness 1:

"Arranġament bejn l-Isvizzera u Franza tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimbors ta’ benefiċċji tal-kura tas-saħħa

Arranġament bejn l-Isvizzera u l-Italja tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimbors tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa".

3.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (4), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 (5), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat.

4.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għall-rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (6), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 tad-9 ta' Frar 2009 (7), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat.

5.

Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (8).

SEZZJONI B:   ATTI LEGALI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM IQISU BIR-REQQA

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A1 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A2 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra mill-Istat kompetenti (10).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A3 tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar l-akkumulazzjoni ta’ perjodi ta’ stazzjonar mhux interrot mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E1 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ data permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru F1 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta' overlapping tal-benefiċċji tal-familja (13).

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H1 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (14).

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H2 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-Sigurtà soċjali (15).

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 3 tal-15 ta' Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 4 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifiki tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (17).

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 5 tat-18 ta' Marzu 2010 dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji fil-qafas tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (18).

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru P1 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-Invalidità, tal-Età u tas-Superstiti (19).

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (20).

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S2 tat-12 ta' Ġunju 2009 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (21).

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S3 tat-12 ta' Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S4 tat-2 ta' Ottubru 2009 dwar proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

(16)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S5 tat-2 ta' Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘benefiċċji mhux finanzjarji’ kif definit fl-Artikolu 1 (va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew ta' maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24 (1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24).

(17)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S6 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kompilazzjoni tal-inventarji li huma stipulati fl-Artikolu 64 (4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (25).

(18)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S7 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nri 883/2004 u 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimbors (26).

(19)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi Soċjali ta’ Sigurtà Nru U1 tat-12 ta' Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (27).

(20)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox, minbarra l-ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom (28).

(21)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U3 tat-12 ta' Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett ta’ ‘qgħad parzjali’ li japplika għall-persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

SEZZJONI C:   ATTI LEGALI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM

1

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U1 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda li involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (30).

2

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta' Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw lill-konjugi jew lill-imsieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (31).

PROTOKOLL

Ta' mal-anness II ta' mal-ftehim

I.   Assigurazzjoni għal meta persuna ma tkunx impjegata

L-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja sat-30 ta' April 2011 u għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija sal-31 ta' Mejju 2016.

1.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ assigurazzjoni għal meta persuna ma tkunx impjegata għall-ħaddiema li għandhom permess ta’ residenza b’perjodu ta’ validità ta’ inqas minn sena:

1.1

Il-ħaddiema biss li ħallsu kontribuzzjonijiet fl-Isvizzera għall-perjodu minimu mitlub skont l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni kontra l-Qgħad u l-Allowances fil-Każ ta’ Insolvenza (loi fédérale sur l'assurance-chômage obligatoire et l'indemnité en cas d'insolvabilité - LACI) (32) u li jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà l-oħrajn għall-benefiċċji għal meta persuna ma tkunx impjegata għandhom ikunu intitolati għal tali benefiċċju pprovdut mill-assigurazzjoni għal meta persuna ma tkunx impjegata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi.

1.2

Parti mill-kontribuzzjonijiet intaxxati għall-ħaddiema li l-perjodu ta’ kontribuzzjoni ikun qasir wisq sabiex jingħata jedd għall-benefiċċju għal meta persuna ma tkunx impjegata fl-Isvizzera skont 1.1 għandha tingħata lura lill-Istati ta’ oriġini tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta’ 1.3. sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-benefiċċji pprovduti lil dawn il-ħaddiema fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ qgħad totali; imbagħad dawn il-ħaddiema ma għandhom ikollhom ebda jedd għall-benefiċċju fil-każ li huma jisfaw qiegħda totalment fl-Isvizzera. Madankollu, huma għandhom ikunu intitolati għall-allowances għal temp ħażin u fil-każ li min iħaddem isir insolventi. Il-benefiċċji fil-każ ta’ qgħad totali għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ oriġini, diment li l-ħaddiema kkonċernati jagħmlu lilhom infushom disponibbli għax-xogħol. Perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa fl-Isvizzera għandhom jitqiesu bl-istess mod bħallikieku jkunu twettqu fl-Istat ta’ oriġini.

1.3

Il-porzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet intaxxati għall-ħaddiema li hemm referenza għalihom f’1.2 għandhom jingħataw lura fuq bażi annwali skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kontribuzzjonijiet totali ta’ dawn il-ħaddiema għandhom jiġu kkalkolati, skont il-pajjiż, fuq il-bażi tan-numru annwali ta’ ħaddiema impjegati u l-kontribuzzjonijiet annwali medji mħallsa għal kull ħaddiem (kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-impjegati).

(b)

Mill-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, porzjon minnu li jikkorrispondi mas-sehem relattiv irrappreżentat mill-benefiċċju għal meta persuna ma tkunx impjegata bħala perċentwal tal-allowances kollha li hemm referenza għalihom fil-punt 1.2 għandu jintradd lura lill-Istati ta’ oriġini tal-ħaddiema, u porzjon għandu jinżamm mill-Isvizzera bħala riżerva għall-benefiċċji sussegwenti (33).

(c)

L-Isvizzera għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi dikjarazzjoni li turi l-kontribuzzjonijiet mogħtija lura. Jekk l-Istati ta’ oriġini jitolbu dan, għandha tindika l-bażi għall-kalkolu u s-somom mogħtija lura. L-Istati ta’ oriġini għandhom jinnotifikaw lill-Isvizzera kull sena bin-numru ta’ riċevituri tal-benefiċċju għal meta persuna ma tkunx impjegata kif hemm referenza għalih f’1.2.

2.

Jekk Stat Membru kkonċernat minn dan l-arranġament, jiltaqa’ ma’ diffikultajiet bit-tmiem tal-arranġament għall-għoti lura tal-kontribuzzjonijiet, jew l-Isvizzera tiltaqa’ ma’ diffikultajiet bl-arranġament ta’ aggregazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kumitat Konġunt minn kull parti kontraenti.

II.   Allowances għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom

Allowances għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom mogħtija skont l-Att Federali tad-19 ta' Ġunju 1959 dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità (LAI) u skont l-Att Federali tal-20 ta' Diċembru 1946 dwar pensjonijiet għall-età u għas-superstiti (LAVS) kif emendat fit-8 ta' Ottubru 1999 għandhom jingħataw esklussivament jekk il-persuna kkonċernata tirrisjedi fl-Isvizzera.

III.   Il-pjanijiet ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol li jikkonċernaw il-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għal-invalidità

Minkejja l-Artikolu 10 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, il-benefiċċju inerenti li huwa stipulat fl-Att Federali dwar il-moviment liberu fost pjanijiet ta’ benefiċċju tax-xogħol dwar il-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità (Loi fédérale sur le libre passage dans la prévoyance professionnelle vieillesse, survivants et invalidité) tas-17 ta' Diċembru 1993 għandu jitħallas fuq talba lil persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li jkollha l-intenzjoni li tħalli l-Isvizzera għal kollox u li, skont it-Titolu II tar-Regolament, ma tibqax iktar soġġetta għal-liġi Svizzera, sakemm dik il-persuna titlaq mill-Isvizzera fi żmien ħames snin minn meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43

(3)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(5)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(7)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 29.

(8)  ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.

(9)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.

(10)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.

(11)  ĠU C 149, 8.6.2010, p 3.

(12)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.

(13)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.

(14)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.

(15)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17.

(16)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.

(17)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.

(18)  ĠU C 149, 8.6.2010, p. 5.

(19)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.

(20)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.

(21)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.

(22)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.

(23)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 52.

(24)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54.

(25)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 6.

(26)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 8.

(27)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.

(28)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.

(29)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.

(30)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.

(31)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.

(32)  Attwalment, perjodu ta' 12-il xahar.

(33)  Il-kontribuzzjonijiet rimborsati għall-ħaddiema li se jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-benefiċċju għal meta ma jkunux impjegati fl-Isvizzera wara li jkunu ħallsu kontribuzzjonijiet għal mill-inqas 12-il xahar - fuq bosta perjodi ta’ residenza - fi żmien sentejn.


ANNESS II

DIKJARAZZJONI

dwar id-Dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati

Il-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti imsemmija fit-tieni inċiż tad-Dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati (ĠU L 114, 30.4.2002. p. 72) ingħatat l-isem ġdid ta’ Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali permezz tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/11


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1359/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu żgurati fornimenti suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe disturb fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, kienu nfetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1). Il-prodotti fil-limiti ta’ dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jkunu importati b’rati tad-dazju mnaqqsa jew b’rata ta’ dazju żero. Għall-istess raġunijiet huwa meħtieġ li jinfetħu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, kwoti tariffarji ġodda b’rata ta’ dazju żero għal volum xieraq għall-prodotti bin-numri tal-ordnijiet 09.2928 u 09.2929, billi dawk il-prodotti jiżdiedu fil-lista fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

(2)

Il-volumi għall-kwoti tariffarji awtonomi bin-numri tal-ordnijiet 09.2624 u 09.2640 mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-perijodu kurrenti tal-kwota li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2011. Konsegwentement, dawk il-volumi tal-kwoti għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011.

(3)

Il-volumi għall-kwoti tariffarji awtonomi bin-numri tal-ordnijiet 09.2603, 09.2629, 09.2632, 09.2816 u 09.2977 għandhom jiġu sostitwiti bil-volumi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li jitkomplew jingħataw kwoti tariffarji fl-2012 għall-prodotti bin-numri tal-ordnijiet 09.2815, 09.2841 u 09.2992, li għalihom tali kwoti kienu ġew stabbiliti fl-2011. Dawk il-kwoti għandhom għalhekk jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitħassru mil-lista fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

(5)

Fid-dawl ta’ bosta bidliet li għandhom isiru, l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 7/2010 għandu jiġi ssostitwit kompletament fl-interessi taċ-ċarezza.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Ladarba l-kwoti tariffarji għandhom isiru effettivi mill-1 ta’ Jannar 2012, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010:

il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tal-ordni 09.2624 huwa stabbilit għal 950 tunnellata,

il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tal-ordni 09.2640 huwa stabbilit għal 11 000 tunnellata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012, ħlief għall-Artikolu 2 li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0  %

09.2913

ex 2401 10 35

ex 2401 10 70

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 20 35

ex 2401 20 70

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

91

10

11

21

91

91

10

11

21

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00  (1)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0  %

09.2928

ex 2811 22 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 %

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0  %

09.2703

ex 2825 30 00

10

Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

1.1.-31.12.

13 000 tunnellata

0  %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 + 39318-18-8)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0  %

09.2929

2903 22 00

 

Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6)

1.1.-31.12.

7 000 tunnellata

0  %

09.2837

ex 2903 79 90

10

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2933

ex 2903 99 90

30

1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0  %

09.2950

ex 2905 59 98

10

2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90 , (CAS RN 107-07-3) (1)

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0  %

09.2851

ex 2907 12 00

10

O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2767

ex 2910 90 00

80

Allyl glycidyl ether (CAS RN 106-92-3)

1.1.-31.12.

4 300 tunnellata

0  %

09.2624

2912 42 00

 

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde), (CAS RN 121-32-4)

1.1.-31.12.

950 tunnellata

0  %

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 000064-19-7)

1.1.-31.12.

500 000 tunnellata

0  %

09.2972

2915 24 00

 

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2634

ex 2917 19 90

40

Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN 000693-23-2)

1.1.-31.12.

4 600 tunnellata

0  %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0  %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0  %

09.2632

ex 2921 22 00

10

Eksametilenediammina (CAS RN 124-09-4)

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0  %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0  %

09.2977

2926 10 00

 

Akrilonitrile (CAS RN 107-13-3)

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0  %

09.2917

ex 2930 90 13

90

Ċistina (CAS RN 56-89-3)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2603

ex 2930 90 99

79

Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide (CAS RN 40372-72-3)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0  %

09.2810

2932 11 00

 

Tetraidrofuran (CAS RN 109-99-9)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0  %

09.2812

ex 2932 20 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0  %

09.2615

ex 2934 99 90

70

Aċidu ribonuklejku (CAS RN 63231-63-0)

1.1.-31.12.

110 tunnellata

0  %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0  %

09.2908

ex 3804 00 00

10

Linjosulfonat tas-sodju

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0  %

09.2889

3805 10 90

 

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2935

ex 3806 10 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0  %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

2 200 tunnellata

0  %

09.2829

ex 3824 90 97

19

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

u

punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0  %

09.2986

ex 3824 90 97

76

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:

60 % jew aktar tal-piż dodecyldimethylamine

20 % jew aktar tal-piż dimethyl(tetradecyl)amine,

0,5 % jew aktar tal-piż hexadecyldimethylamine,

għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1)

1.1.-31.12.

14 315 tunnellata

0  %

09.2907

ex 3824 90 97

86

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

75 % jew aktar ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0  %

09.2140

ex 3824 90 97

98

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skont il-piż:

2,0-4,0 % ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

minimu ta’ 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine

massimu ta’ 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine

1.1.-31.12.

4 500 tunnellata

0  %

09.2639

3905 30 00

 

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1.-31.12.

18 000 tunnellata

0  %

09.2640

ex 3905 99 90

91

Polivinil butiral

1.1.-31.12.

11 000 tunnellata

0  %

09.2616

ex 3910 00 00

30

Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0  %

09.2641

ex 3913 90 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 ,

b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż,

b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż

1.1.-31.12.

200  kg

0  %

09.2813

ex 3920 91 00

94

Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

1.1.-31.12.

3 000 000  m2

0  %

09.2818

ex 6902 90 00

10

Briks li jirreżistu s-sħana:

b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0.4 % u

varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700  °C

1.1.-31.12.

75 tunnellata

0  %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

1 900 000  m2

0  %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0  %

09.2629

ex 7616 99 90

85

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

1.1.-31.12.

800 000 unitajiet

0  %

09.2636

ex 8411 82 80

20

Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 %

1.1.-31.12.

10 unitajiet

0  %

09.2763

ex 8501 40 80

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600  W imma mhux aktar minn 2 700  W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

2

0  %

09.2642

ex 8501 40 80

40

Assemblaġġ, magħmul minn:

mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b’saħħa ta’ 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400  W, li tuża dħul tal-elettriku ta’ aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600  W, b’dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b’veloċità mkejla ta’ aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u

ventilatur għad-dħul tal-arja,

għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

120 000 unitajiet

0  %

09.2633

ex 8504 40 82

20

Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) (1)

1.1.-31.12.

4

0  %

09.2643

ex 8504 40 82

30

Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521  u 8525  (1)

1.1.-31.12.

1 038 000 unitajiet

0  %

09.2620

ex 8526 91 20

20

Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni

1.1.-31.12.

3

0  %

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm × 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 unitajiet

0  %

09.2635

ex 9001 10 90

20

Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544  (1)

1.1.-31.12.

3

0  %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10  u 9015  (1)

1.1.-31.12.

5

0  %


(1)  Tnaqqis tad-dazju doganali għandu jkun suġġett għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(2)  Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.”


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/18


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1360/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/867/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Marzu 2011, u konsegwentement għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (3). Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 jipprovdi b’mod partikolari għall-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-Bank Ċentrali tal-Libja kif ukoll dawk tal-Libyan Arab Foreign Bank.

(2)

Fid-dawl tal-UNSCR 2009 (2011), u konsegwentement għad-Deċiżjoni 2011/625/PESK tat-22 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (4), ir-Regolament (UE) Nru 965/2011 jipprovdi b’mod partikolari għal aġġustamenti tal-assi ffriżati ta’ ċerti entitajiet Libjani sabiex jingħata appoġġ lill-irkupru ekonomiku tal-Libja.

(3)

Fis-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà, stabbilit f’konformità mal-UNSCR 1970 (2011), iddeċieda li l-miżuri fir-rigward tal-Bank Ċentrali tal-Libja u l-Libyan Arab Foreign Bank għandhom jiġu terminati. F’konformità mad-Deċiżjoni 2011/867/PESK, ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat.

(4)

Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ b’mod immedjat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li fis-16 ta’ Settembru 2011 jappartjenu lil, jew ikunu l-proprjetà ta’, jew ikunu miżmuma minn jew taħt il-kontroll ta’ dawn li ġejjin:

(a)

Libyan Investment Authority; u

(b)

Libyan Africa Investment Portfolio,

u li jinsabu barra mil-Libja f’dik id-data għandhom jibqgħu ffriżati.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Ara paġna 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 246, 23.9.2011, p. 30.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1361/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Terre Aurunche (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni "Terre Aurunche" ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 108, 7.4.2011, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

L-ITALJA

Terre Aurunche (DPO)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1362/2011

tad-19 ta' Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ptujski lük (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mis-Slovenja biex id-denominazzjoni "Ptujski lük" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 108, 07.04.2011, p. 23.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

IS-SLOVENJA

Ptujski lük (IĠP)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1363/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ciliegia dell'Etna (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mill-Italja biex id-denominazzjoni “Ciliegia dell'Etna” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 109 8.4.2011, p. 2.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Ciliegia dell'Etna (DPO)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1364/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Speck Alto Adige / Südtiroler Markenspeck / Südtiroler Speck (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Speck Alto Adige» / «Südtiroler Markenspeck» / «Südtiroler Speck”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet ippublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 119, 16.4.2011, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Speck Alto Adige / Südtiroler Markenspeck / Südtiroler Speck (IĠP)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1365/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carne De Vacuno Del País Vasco / Euskal Okela (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Carne De Vacuno Del País Vasco / Euskal Okela”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2004 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11

(3)  ĠU L 273, 21.8.2004, p. 3

(4)  ĠU C 96, 29.3.2001, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam (u ġewwieni) frisk

SPANJA

Carne De Vacuno Del País Vasco/Euskal Okela (IĠP)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1366/2011

tad-19 ta' Diċembru 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pataca de Galicia / Patata de Galicia (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pataca de Galicia / Patata de Galicia”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li għandhom x'jaqsmu mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan qed jiġu approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14

(3)  ĠU C 108 7.4.2011, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

SPANJA

Pataca de Galicia/Patata de Galicia (IĠP)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1367/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Figue de Solliès (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni "Figue de Solliès" ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ntbagħtet l-ebda oġġeżżjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiddaħħal b'dan fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 119, 16.4.2011, p. 15.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

FRANZA

Figue de Solliès (DPO)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1368/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu, u r-Regolament (KE) Nru 1122/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ [dirett] għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-punti (c), (l), u (n) tal-Artikolu 142,

Billi:

(1)

Abbażi tal-esperjenza miksuba u, b’mod partikolari, tat-titjib li sar fis-sistemi ta’ appoġġ li ntużaw mill-amministrazzjonijiet nazzjonali meta implimentaw ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (3) huwa xieraq li dawn iż-żewġ Regolamenti jittejbu u jiġu ssimplifikati fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-pagamenti diretti u tal-kontrolli relatati.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-informazzjoni disponibbli fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali bovini għal applikazzjoni għall-għajnuna għall-annimali bovini. Huwa xieraq li tiġi introdotta kjarifika dwar il-bidu tal-perjodu taż-żamma applikabbli skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009 fejn l-Istati Membri jkunu għamlu użu minn din il-possibbiltà. Barra minn hekk, dawn l-Istati Membri, għal finijiet ta’ simplifikazzjoni, għandhom ikunu jistgħu jissostitwixxu l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni prevista fl-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament bil-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Ċerti definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għandhom jiġu aġġornati. Barra minn hekk, il-pagament separat għall-frott artab previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi introdott mill-2012. B’hekk, id-definizzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna relatati mal-erja [maż-żona] għandha tiġi emendata skont dan, u għandha tiġi prevista proċedura xierqa ta’ applikazzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, l-Istati Membri jridu jiddeterminaw l-aħħar data sabiex tiġi ppreżentata l-applikazzjoni unika. Wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika, il-bdiewa għandhom il-possibbiltà li jemendaw l-applikazzjoni tagħhom fl-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009. Il-kontrolli amministrattivi u l-verifiki fuq il-post jiddependu fuq li l-Istati Membri jkunu rċevew l-applikazzjonijiet finali. Huwa xieraq li l-Istati Membri li jagħżlu li jiffissaw l-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet f’data qabel l-aħħar dati stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 ikunu jistgħu jibdew u jiffinalizzaw il-kontrolli qabel. Dawn l-Istati Membri għalhekk għandhom jitħallew jistabbilixxu l-aħħar data għall-emendi għall-applikazzjoni unika f’data qabel l-aħħar data stabbilita fl-Artikolu 14(2). Madankollu, sabiex il-bdiewa jingħataw biżżejjed żmien ħalli jinnotifikaw il-bidliet li seta’ kien hemm, dik id-data ma għandhiex tkun qabel 15-il jum wara l-aħħar data ffissata mill-Istati Membri għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika.

(5)

Minħabba l-introduzzjoni ta’ appoġġ relatat mal-erja [maż-żona] diżakkoppjat mill-produzzjoni, il-verifiki fuq il-post f’bosta każijiet huma limitati għall-verifika tad-daqs u tal-istatus ta’ eliġibbiltà tal-erja [taż-żona] kkonċernata. Fil-parti l-kbira, dawk il-verifiki jitwettqu permezz ta’ telerilevament. Fl-istess waqt, l-Istati Membri regolarment jaġġornaw is-sistema ta’ identifikazzjoni tagħhom għall-ħbula agrikoli. Il-metodoloġija użata għal aġġornamenti bħal dawn tista’ tkun simili għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-post permezz ta’ telerilevament. Għalhekk, fi spirtu ta’ simplifikazzjoni u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew iwettqu aġġornament sistematiku tas-sistemi ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli sabiex jużaw ir-riżultati tagħhom bħala sostituzzjoni ta’ parti mil-verifiki fuq il-post tradizzjonali. Sabiex ikun evitat li jinħoloq kwalunkwe riskju addizzjonali ta’ pagamenti irregolari, għandhom jiġu ddefiniti l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fl-Istati Membri li jagħżlu din il-possibbiltà. Dawk il-kriterji għandhom jindirizzaw, b’mod partikolari, l-intervalli u l-kopertura tal-aġġornament, kwalunkwe dettall dwar l-ortoimmaġni użati, il-kwalità mitluba tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli u r-rata massima ta’ żbalji fis-sena.

(6)

Ir-rekwiżit biex l-annimali bovini f’azjenda agrikola jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (4) jiġi kkontrollat permezz ta’ verifiki fuq il-post imwettqa taħt kundizzjonalità. Bħalissa, hemm ukoll obbligu li jiġu vverifikati l-annimali li għalihom ma ssir l-ebda talba għal għajnuna fil-kuntest tal-kontrolli ta’ eliġibbiltà tal-pagamenti diretti. Dan il-kontroll addizzjonali jiġi applikat biss f’dawk l-Istati Membri li għażlu li jżommu kwalunkwe pagament dirett akkoppjat għall-annimali bovini. Madankollu, sabiex ikun hemm piż ta’ kontroll indaqs fl-Istati Membri kollha u sabiex ikunu ssimplifikati l-verifiki fuq il-post għall-bdiewa u għall-awtoritajiet nazzjonali, huwa xieraq li tiġi abolita l-verifika tal-annimali li għalihom ma ssir l-ebda talba għal għajnuna fil-kuntest tal-kontrolli ta’ eliġibbiltà sakemm l-Istati Membri ma jagħmlux użu mill-possibbiltà prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

(7)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, fejn annimal jiġi mċaqlaq għal post ieħor matul il-perjodu taż-żamma, il-bidwi għandu jinforma lill-awtorità kompetenti. Sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ tnaqqis sproporzjonat fil-pagament, għandhom ikunu stabbiliti regoli dwar l-annimali iddeterminati bħala eliġibbli għall-pagament għall-każijiet fejn ma tkunx saret in-notifikazzjoni tal-movimenti tal-annimali iżda fejn il-annimali rilevanti jistgħu jiġu identifikati immedjatament fl-impriża tal-bidwi kkonċernat waqt il-verifika fuq il-post.

(8)

Ir-regoli dwar is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, it-traċċabbiltà tal-annimali. It-telf taż-żewġ lametti tal-widnejn ta’ annimal bovin kif ukoll it-telf ta’ kwalunkwe lametta tal-widnejn ta’ annimal ovin jew kaprin għandu jagħmel lill-annimal ineliġibbli għall-pagamenti u għandu jwassal ukoll għal tnaqqis skont l-Artikoli 65 u 66 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009. Madankollu, hemm sitwazzjonijiet fejn dawk il-annimali jistgħu jiġu identifikati b’mezzi oħrajn u fejn it-traċċabbiltà tal-annimali rilevanti għalhekk tkun żgurata.

(9)

Skont l-Artikolu 63(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, fejn annimal bovin iddikjarat għal pagament ikun tilef waħda miż-żewġ lametti tal-widnejn u jista’ jkun identifikat b’mod ċar u individwalment b’mezzi oħrajn tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-annimali bovini, dak l-annimal xorta jiġi inkluża fl-għadd ta’ annimali iddeterminati u b’hekk tkun eliġibbli għal pagament. Barra minn hekk, is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini b’mod ġenerali hija stabbilita sew. Għalhekk, fejn annimal bovin wieħed ikun tilef iż-żewġ lametti tal-widnejn u l-identità tiegħu tista’ tiġi stabbilita bla ebda dubju, huwa wkoll għandu jiġi inkluż fl-għadd ta’ annimali iddeterminati u b’hekk eliġibbli għall-pagament. Madankollu, dan għandu japplika biss jekk il-bidwi jkun ħa miżuri sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma titħabbar il-verifika fuq il-post u, sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju ta’ pagamenti irregolari, l-applikazzjoni ta’ din ir-regola għandha tkun limitata għal annimal wieħed biss.

(10)

Ġiet implimentata sistema ġdida u mtejba għall-identifikazzjoni tal-annimali ovini u kaprini skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (5) u għalhekk huwa xieraq li tkun introdotta dispożizzjoni simili għall-annimali ovini u kaprini ddikjarati għal pagament.

(11)

L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għandhom jitħallew jipprovdu li n-notifikifazzjonijiet lill-bażi tad-dejta kompjuterizzata għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini jissostitwixxu n-notifikazzjoni mingħand dak il-bidwi fil-każ ta’ sostituzzjoni ta’ annimal waqt il-perjodu taż-żamma. Din il-possibbiltà għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha.

(12)

Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 saru obsoleti u għandhom jitħassru.

(13)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli u l-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagament Diretti ma ppreżentawx opinjoni fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-president tagħhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 61, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Madankollu, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, huwa għandu jiffissa d-data meta jibda l-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.”

(2)

Fl-Artikolu 62, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, l-applikazzjoni għall-primjum għall-baqar li jreddgħu tista’ tieħu l-għamla ta’ dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni li għandha tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni ppreżentata għal sena partikolari tkun valida għal sena sussegwenti jew aktar fejn l-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni tal-parteċipazzjoni tibqa’ eżatta.”

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (12) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“(12)

‘skemi ta’ għajnuna relatati mal-erja’ tfisser l-iskema ta’ pagament uniku, il-pagamenti relatati mal-erja skont appoġġ speċifiku u l-iskemi ta’ għajnuna kollha stabbiliti skont it-Titoli IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, minbarra dawk stabbiliti skont it-Taqsimiet 7, 10, u 11 ta’ dak it-Titolu IV, minbarra l-pagament separat għaz-zokkor stabbilit fl-Artikolu 126 ta’ dak ir-Regolament, minbarra l-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex stabbilit fl-Artikolu 127 ta’ dak ir-Regolament u minbarra l-pagament separat għall-frott artab stabbilit fl-Artikolu 129 ta’ dak ir-Regolament.”;

(b)

il-punt (21) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“(21)

‘perjodu taż-żamma’ tfisser il-perjodu li matulu annimal li għalih tkun saret talba għall-għajnuna irid jinżamm fl-impriża agrikola, kif inhu previst fl-Artikolu 35(3) u fl-Artikolu 61 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 (*)

(*)  ĠU L 316, 2.12.2009, p.27.”"

(2)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra;

(b)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għal pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħxejjex previsti fit-Taqsima 8 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-applikazzjoni unika għandha tinkludi kopja tal-kuntratt tal-ipproċessar jew tal-impenn ta’ provvista previst fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009.”;

(c)

fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   L-użi ta’ erja msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u dawk elenkati fl-Anness VI għal dak ir-Regolament jew l-erjas ddikjarati għall-appoġġ speċifiku previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fejn dawk l-erjas ma għandhomx jiġu ddikjarati skont dan l-Artikolu, għandhom jiġu ddikjarati taħt intestatura separata fil-formola ta’ applikazzjoni unika.”

(3)

Fl-Artikolu 14(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw data qabel l-aħħar data biex jiġu nnotifikati l-emendi. Madankollu, dik id-data ma għandhiex tkun qabel 15-il jum kalendarju wara l-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika ffissata skont l-Artikolu 11(2).”.

(4)

Fit-Titolu II tal-Parti II, it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għajnuna lil produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli, il-pagament separat għaz-zokkor, il-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex u l-pagament separat għall-frott artab” .

(5)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Rekwiżiti marbuta mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna lil produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli, il-pagament separat għaz-zokkor, il-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex u l-pagament separat għall-frott artab”;

(b)

Fil-paragrafu 1, il-frażi inizjali hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Il-bdiewa li japplikaw għall-għajnuna lil produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli prevista fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għall-pagament separat għaz-zokkor previst fl-Artikolu 126 ta’ dak ir-Regolament, għall-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex previst fl-Artikolu 127 jew għall-pagament separat għall-frott artab previst fl-Artikolu 129 ta’ dak ir-Regolament għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna li tinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna, u partikolarment:”

(6)

Fl-Artikolu 28(1), il-punt (f) huwa mħassar.

(7)

Artikolu 31a ġdid huwa inserit:

“Artikolu 31a

Verifiki fuq il-post ikkombinati

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 31 u fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-iskema ta’ pagament uniku u l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja kif imsemmija fit-Titolu III u fit-Titolu V, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jiddeċiedu li jissostitwixxu l-verifiki tal-kampjun ta’ kontroll li għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) ta’ dan ir-Regolament bil-verifiki bbażati fuq l-ortoimmaġni użati għall-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli msemmija fl-Artikolu 6.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tittieħed fuq il-livell nazzjonali jew fuq dak reġjonali. Reġjun għandu jinkludi l-erja kollha koperta minn sistema awtonoma ta’ identifikazzjoni waħda jew iktar għall-ħbula agrikoli.

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw b’mod sistematiku s-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli u jivverifikaw lill-bdiewa kollha fl-erja kollha koperta minnha f’perjodu ta’ mhux iktar minn tliet snin, b'kopertura, fis-sena, ta' mill-inqas 25 % tal-ettari eliġibbli rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli. Madankollu, Stat Membru b’inqas minn 150 000 ettaru eliġibbli rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli jista’ jidderoga mir-rekwiżit ta’ kopertura minima fis-sena.

Qabel ma japplikaw dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom ikunu għamlu aġġornament komplut tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli kkonċernati fit-tliet snin preċedenti.

L-ortoimmaġni użati għall-aġġornament ma għandhomx ikollhom iktar minn 15-il xahar fid-data meta jintużaw għall-finijiet tal-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli kif jissemma fl-ewwel subparagrafu.

2.   Il-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli, kif ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 6(2) matul is-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, għandha tkun biżżejjed sabiex tkun żgurata verifika effettiva tal-kundizzjonijiet li fihom jingħataw l-għajnuniet.

3.   Ir-rata ta’ żbalji misjuba fil-kampjun aleatorju vverifikat fuq il-post ma għandhiex taqbeż it-2 % fis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Barra minn hekk, ir-rata ta’ żbalji ma għandhiex taqbeż it-2 % matul sentejn konsekuttivi meta jiġi applikat dan l-Artikolu.

Ir-rata ta’ żbalji għandha tiġi ċċertifikata mill-Istat Membru skont il-metodoloġija mfassla fuq il-livell tal-Unjoni.

4.   L-Artikolu 35(1) għandu japplika għall-verifiki mwettqa skont il-paragrafi 1, 2 u 3.”

(8)

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-ħbula agrikoli kollha li għalihom issir talba għall-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.”

(9)

L-Artikolu 37 huwa mħassar.

(10)

L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 41

Iż-żmien tal-verifiki fuq il-post

1.   Mill-inqas 60 % tar-rata minima tal-verifiki fuq il-post previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2)(b) għandhom jiġu mifruxa matul il-perjodu kollu taż-żamma tal-iskema ta’ għajnuna kkonċernata. Il-perċentwali tal-verifiki fuq il-post li jifdal għandu jiġi mifrux fuq is-sena kollha.

Madankollu, fejn il-perjodu taż-żamma jibda qabel ma tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-għajnuna jew fejn huwa ma jistax jiġi ffissat minn qabel, il-verifiki fuq il-post previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2)(b) għandhom jiġu mifruxa fuq is-sena kollha.

2.   Mill-inqas 50 % tar-rata minima ta’ verifiki fuq il-post prevista fl-Artikolu 30(2)(c) għandha tiġi mifruxa matul il-perjodu kollu taż-żamma. Madankollu, ir-rata minima totali tal-verifiki fuq il-post għandha titwettaq b’mod sħiħ u għandha tiġi mifruxa matul il-perjodu kollu taż-żamma fl-Istati Membri fejn is-sistema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 li tikkonċerna l-ovini u l-kaprini, b’mod partikolari b’relazzjoni għall-identifikazzjoni tal-annimali u ż-żamma xierqa tar-reġistri, ma tkunx implimentata u applikata b’mod sħiħ.”

(11)

L-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà jkunu sodisfatti u jkopru lill-bhejjem kollha li għalihom ikunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-għajnuna, inklużi l-annimali sostitwiti matul il-perjodu taż-żamma, skont l-Artikolu 64 u li jkunu għadhom fl-impriża, skont l-iskemi ta’ għajnuna li għandhom jiġu vverifikati. Fil-każ ta’ verifiki tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali bovini u fejn l-Istat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 16(3), għandhom jiġu vverifikati anki l-annimali bovini potenzjalment eliġibbli.

Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu, b’mod partikolari, verifika li l-għadd ta’ annimali preżenti fl-impriża li għalihom ikunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-għajnuna u, fejn ikun applikabbli, l-għadd ta’ annimali bovini potenzjalment eliġibbli ikun jikkorrispondi għall-għadd ta’ annimali imniżżla fir-reġistri u, fil-każ tal-annimali bovini, għall-għadd ta’ annimali innotifikat lill-bażi tad-dejta kompjuterizzata għall-annimali bovini.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa mħassar;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej.

“(d)

li l-annimali bovini jkunu identifikati permezz tal-lametti tal-widnejn, akkumpanjati, fejn japplika, b’passaporti tal-annimali u jitniżżlu fir-reġistru u jkunu ġew innotifikati kif jixraq lill-bażi tad-dejta kompjuterizzata għall-annimali bovini.

Il-verifiki msemmija fil-punt (d) jistgħu jsiru abbażi ta’ kampjun.”.

(12)

L-Artikoli 43 u 44 huma mħassra.

(13)

Fl-Artikolu 45, il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra.

(14)

L-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna relatati mal-erja jekk jinstab li l-erja ta’ grupp ta’ uċuħ tar-raba’ ddeterminata tkun akbar minn dik iddikjarata fl-applikazzjoni għall-għajnuna, l-erja ddikjarata għandha tintuża għall-kalkolu tal-għajnuna.”;

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Mingħajr ħsara għal tnaqqis u esklużjonijiet skont l-Artikoli 58 u 60, fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna relatati mal-erja, jekk l-erja ddikjarata f’applikazzjoni unika tkun akbar mill-erja ddeterminata għal dak il-grupp ta’ uċuħ tar-raba’, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-erja ddeterminata għal dak il-grupp ta’ uċuħ tar-raba’.”.

(15)

Fl-Artikolu 58, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li li ġej:

“Jekk, fir-rigward ta’ grupp ta’ uċuħ tar-raba’, l-erja ddikjarata għall-finijiet ta’ kwalunkwe skema ta’ għajnuna relatata mal-erja tkun akbar mill-erja ddeterminata skont l-Artikolu 57, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-erja ddeterminata mnaqqsa bid-doppju tad-differenza misjuba jekk dik id-differenza tkun ta’ iktar minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda ma tkunx taqbeż l-20 % tal-erja ddeterminata.”.

(16)

L-Artikoli 59 u 61 huma mħassra.

(17)

L-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)

Paragrafu 3a ġdid huwa inserit:

“3a.   Fejn bidwi ma jkunx informa lill-awtoritajiet kompetenti li l-annimali ġew imċaqilqa f’post ieħor waqt il-perjodu taż-żamma, kif inhu mitlub mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), l-annimali ikkonċernati għandhom jitqiesu bħala ddeterminati jekk waqt il-verifika fuq il-post saret lokalizzazzjoni immedjata tal-annimali fl-impriża.”;

(b)

Fil-paragrafu 4, il-punt (aa) li ġej huwa inserit:

“(aa).

Fejn annimal bovin wieħed ta’ impriża jkun tilef żewġ lametti tal-widnejn, huwa għandu jitqies bħala ddeterminat sakemm dak l-annimal xorta jista’ jiġi identifikat bir-reġistru, bil-passaport tal-annimali, bil-bażi tad-dejta jew b’mezzi oħrajn stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u sakemm il-gwardjan jista’ jipprovdi evidenza li huwa jkun diġà ħa azzjoni sabiex jirrimedja għas-sitwazzjoni qabel ma tħabbret il-verifika fuq il-post;”;

(c)

Jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Annimal ovin jew kaprin li jkun tilef lametta tal-widnejn għandu jitqies bħala ddeterminat sakemm dak l-annimal xorta jista’ jiġi identifikat bl-ewwel mezz tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 u sakemm ir-rekwiżiti l-oħra kollha tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini jkunu ġew sodisfatti.”.

(18)

Fl-Artikolu 64(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Madankollu, Stat Membru jista’ jipprovdi li n-notifiki lill-bażi tad-dejta kompjuterizzata għall-annimali bovini ta’ annimal li jkun ħalla l-impriża u ta’ annimali ieħor li jkun wasal fl-impriża fil-limiti ta’ żmien previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jissostitwixxu l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti skont l-ewwel subparagrafu. F’dak il-każ, fejn l-Istat Membru ma jagħmilx użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 16(3), huwa għandu jiżgura ruħu bi kwalunkwe mezz li ma hemm l-ebda dubju dwar liema annimali huma koperti mill-applikazzjonijiet tal-bdiewa.”.

(19)

Fl-Artikolu 65(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fil-każ ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), annimali potenzjalment eliġibbli li nstab li ġew identifikati jew irreġistrati b’mod mhux korrett fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini għandhom jgħoddu bħala annimali li nstabu b’irregolaritajiet.”.

(20)

Fl-Artikolu 66, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fejn, f’dak li jirrigwarda applikazzjonijiet għall-għajnuna skont l-iskema ta’ għajnuna għall-ovini/kaprini, tinstab differenza bejn l-għadd ta’ annimal iddikjarati u dak iddeterminat skont l-Artikolu 63(3), l-Artikolu 63(3a) u l-Artikolu 63(5), l-Artikolu 65(2), l-Artikolu 65(3) u l-Artikolu 65(4) għandu japplika mutatis mutandis mill-ewwel annimal li fir-rigward tiegħu jinstabu irregolaritajiet.”.

(21)

L-Artikolu 68 huwa mħassar.

(22)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(2), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

fir-rigward ta’ dawk l-iskemi ta’ appoġġ li għalihom huwa ffissat limitu massimu baġitarju skont l-Artikolu 51(2), l-Artikolu 69(3), l-Artikolu 123(1) u l-Artikolu 128(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew li huwa applikat skont l-Artikolu 126(2), l-Artikolu 127(2) u l-Artikolu 129(2) ta’ dak ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jżid l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw is-snin tas-suq jew mal-perjodi tal-primjums li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.

(3)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(4)  ĠU L 204, 11.8.2000, p.1

(5)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/38


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1369/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-introduzzjoni tas-sistema kompjuterizzata għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet taz-zokkor għas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (2), huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza li biha l-Kummissjoni tibgħat din l-informazzjoni lill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 952/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Kull xahar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli dwar il-prezz medju għaz-zokkor abjad ikkomunikat matul ix-xahar ta’ qabel id-data tal-informazzjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1370/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Горнооряховски суджук (Gornooryahovski sudzhuk) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Bulgarija biex id-denominazzjoni “Горнооряховски суджук” (Gornooryahovski sudzhuk) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ċipru bagħtet dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skont l-Artikolu 7 (3) (c) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006

(3)

Permezz ta' ittra reġistrata tal-31 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni talbet lill-Partijiet ikkonċernati biex jilħqu ftehim bejniethom. Wara sitt xhur intlaħaq ftehim u fit-22 ta’ Lulju 2011, Ċipru rtirat l-oppożizzjoni tagħha.

(4)

B’hekk din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 77, 26.3.2010, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

Il-BULGARIJA

Горнооряховски суджук (Gornooryahovski sudzhuk) (IĠP)


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/41


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1371/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 961/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli tar-radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun bħall-ħalib u l-ispinaċi jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista’ tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (2) ġie adottat.

(3)

L-awtoritajiet Ġappuniżi jimmonitorjaw il-preżenza tar-radjuattività fl-għalf u fl-ikel u jista’ jiġi osservat mir-riżultati analitiċi tar-radjuattività li ċertu għalf u ikel fil-prefetturi qrib l-impjant nukleari ta’ Fukushima qed ikompli jkun hemm livelli ta’ radjuattività ‘l fuq mil-livelli massimi. Għalhekk huwa xieraq li tiġi estiża d-data ta’ applikabbiltà tal-miżuri bi tliet xhur addizzjonali.

(4)

Numru sinifikanti ta’ kampjuni meħuda mill-awtoritajiet Ġappuniżi tal-għalf u l-ikel prodotti fil-prefettura ta’ Nagano juri li l-produzzjoni tal-għalf u l-ikel f’dik il-prefettura hija affettwata biss sa limitu ristrett ħafna mill-aċċident tal-impjant nukleari ta’ Fukushima billi kampjun ta’ faqqiegħ wieħed biss minn iktar minn 1 800 kampjun ta’ għalf u ikel minn Nugano kellu livelli nonkonformi ta’ radjuattività. B’mod partikolari, kważi l-kampjuni kollha kellhom livelli imperċettibbli ta’ radjuattività u kienu biss ftit il-kampjuni li fihom instabu livelli sinifikanti ta’ radjuattività. Għaldaqstant, huwa xieraq li dik il-prefettura titneħħa miż-żona, fejn jinħtieġ l-ittestjar tal-għalf u l-ikel kollu li joriġina minn dawn il-prefetturi, qabel ma jiġi esportat lejn l-Unjoni.

(5)

Ir-riżultati analitiċi ta’ kontrolli ta’ importazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma s’issa favorevoli ħafna u jindikaw li l-miżuri ta’ kontroll imposti fuq l-ikel u l-għalf għall-esportazzjoni fl-UE qed jiġu applikati b’mod korrett u effiċjenti mill-awtoritajiet Ġappuniżi. Għalhekk huwa xieraq li fir-reviżjoni li jmiss tal-miżuri jitqies tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli tal-importazzjoni.

(6)

Minħabba li n-nofsħajja tal-jodju-131 hija qasira (madwar tmient ijiem) u billi l-ebda rilaxxi ġodda tal-jodju-131 fl-ambjent ma ġew irrapportati dan l-aħħar, il-preżenza tal-jodju-131 mhijiex osservata iktar fl-għalf u l-ikel jew fl-ambjent, Billi l-possibbiltà ta’ rilaxxi ġodda tal-jodju-131 huma minimi ħafna, huwa xieraq li ma jkunx hemm il-ħtieġa aktar li ssir l-analiżi għall-preżenza tal-jodju-131.

(7)

Biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ tal-attestazzjonijiet, huwa xieraq li tiġi awtorizzata l-awtorità kompetenti biex taħtar istanza li hija awtorizzata biex tiffirma f’ċerti każijiet l-attestazzjonijiet skont l-awtorità u s-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Ġappun.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet emendatorji

Ir-Regolament (UE) Nru 961/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

“3.   Kull kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni, li tafferma li:

(a)

il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta’ Marzu 2011, jew

(b)

il-prodott joriġina u hu konsenjat minn prefettura għajr dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, jew

(c)

il-prodott ġie konsenjat mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, iżda ma joriġinax f’wieħed minn dawn il-prefetturi u ma ġiex espost għal radjuattività matul it-tranżitu, jew

(d)

fil-każ li l-prodott joriġina mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamanashi, Saitama, Tokyo, Chiba, Kanagawa u Shizuoka, il-prodott ma fihx livelli tar-radjonuklidi ċesju-134 u ċesju-137 li jaqbżu l-livelli massimi previsti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’li ġej:

“5.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha titfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness I. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-Ġappun jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ istanza awtorizzata mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun taħt l-awtorità u s-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. Għall-prodotti msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi tal-Ġappun u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li fih ir-riżultati tal-ikkampjunar u l-analiżi.”

(3)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew tal-punt tad-dħul magħżul għandhom iwettqu:

(a)

kontrolli tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1, u

(b)

kontrolli fiżiċi u tal-identità, inkluża analiżi tal-laboratorju għall-preżenza ta’ ċesju-134 u ċesju-137, fuq minn tal-anqas:

10 % tal-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(3)(d) u

20 % tal-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(3)(b) u (c)”.

(4)

Fl-Artikolu 10, it-tieni subparagrafu, id-data 31 ta’ Diċembru 2011 tinbidel bid-data 31 ta’ Marzu 2012.

(5)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.


ANNESS

“ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1372/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva aċetoklor, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). L-aċetoklor huwa sustanza attiva li għaliha l-kompletezza ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu listi ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Waħda minn dawn il-listi inkludiet l-aċetoklor.

(3)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) n-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) ġiet adottata għan-noninklużjoni tal-aċetoklor.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa ‘l quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-applikazzjoni tressqet lil Spanja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utilizzazzjonijiet indikati huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

Spanja vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hi bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-22 ta’ April 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-aċetoclor lill-Kummissjoni fit-18 ta’ April 2011 (8). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fl-11 ta’ Ottubru 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-aċetoklor.

(7)

Matul l-evalwazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġew identifikati xi punti ta’ tħassib. Dawn kienu, b’mod partikolari, kif ġej. Ġie identifikat esponiment potenzjali mill-bniedem ogħla mil-livell ta’ introduzzjoni fil-ġisem ta’ kuljum aċċettabbli. Barra minn hekk, hemm potenzjal ta’ esponiment għall-bniedem tal-metabolita ta’ wiċċ l-ilma t-norkloro aċetoklor, li ma jistax jiġi eskluż li hija ġenotossika. Hemm riskju qawwi ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art fil-każ ta’ għadd ta’ metaboliti, riskju qawwi għall-organiżmi akkwatiċi u riskju fit-tul taż-żmien għall-għasafar erbivori. Fl-aħħar nett, l-informazzjoni disponibbli ma kinetx biżżejjed biex wieħed jasal għal konklużjoni dwar l-evalwazzjoni tar-riskju fil-każ ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art bil-metaboliti t-norkloroaċetoklor u t-idrossiaċetoklor.

(8)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni. L-applikant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(9)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għal kollox it-tħassib imsemmi fil-premessa 7. Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċetoklor jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-aċetoklor għalhekk ma għandux jiġi approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Biex l-Istati Membri jiġu pprovduti b’biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċetoklor, għandu jkun hemm derogi mir-Regolament (KE) Nru 1490/2002.

(12)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċetoklor, fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn sena wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

(13)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-aċetoklor skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(14)

F’ġieħ iċ-ċarezza, l-annotazzjoni għall-aċetoklor fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

(15)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(16)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni. Kien meqjus li jinħtieġ att ta’ implimentazzjoni u l-president ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat tal-appell.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva aċetoklor mhijiex approvata.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Bħala deroga mill-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċetoklor jiġu rtirati sat-23 ta' Ġunju 2012.

Artikolu 3

Perjodu ta’ konċessjoni

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/934/KE

Fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE, l-entrata għall-“aċetoklor” hija mħassra.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva aċetoklor. EFSA Journal 2011;9(5):2143. [109 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2143. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1373/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2012, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula d-dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ limitazzjonijiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

(2)

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1124/2010 (2) stabbilixxa limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2012 fil-Baħar Baltiku.

(3)

Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista’ teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd meta l-qabdiet tal-merluzz kienu taħt ċertu limitu fl-aħħar perjodu ta’ rappurtar.

(4)

Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku, u Ekonomiku tas-Sajd, is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 fl-2012, għandhom ikunu esklużi, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1256/2011 ser japplika mill-1 ta’ Jannar 2012. Biex tkun żgurata l-koerenza ma’ dak ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2012.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandux japplika għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES fis-sena 2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 3.12.2011, p. 3.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1374/2011

tal-21 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

MA

68,2

TN

86,6

TR

116,2

ZZ

83,8

0707 00 05

JO

182,1

TR

112,0

ZZ

147,1

0709 90 70

MA

37,0

TR

140,5

ZZ

88,8

0805 10 20

AR

39,6

BR

41,5

CL

30,5

MA

48,5

TR

72,8

ZA

50,5

ZZ

47,2

0805 20 10

MA

69,0

TR

79,7

ZZ

74,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

76,3

MA

59,0

TR

79,7

ZZ

71,7

0805 50 10

AR

52,9

MA

50,0

TR

52,3

ZZ

51,7

0808 10 80

CA

112,8

CN

99,1

US

104,4

ZA

121,8

ZZ

109,5

0808 20 50

CN

104,4

ZZ

104,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/50


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/100/UE

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro  (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Abbażi tal-Artikolu 14(1) (a) tad-Direttiva 98/79/KE, ir-Renju Unit talab lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex iżżid it-testijiet tal-“varjant tal-marda Creutzfeldt-Jakob” (vCJD) fil-Lista A tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

(2)

Sabiex jiġi assigurat l-ogħla livell ta’ ħarsien tas-saħħa kif ukoll li l-entitajiet notifikati jivverifikaw il-konformità tat-testijiet vCJD mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/79/KE, it-testijiet vCJD għall-iskrining, id-dijanjożi u l-konferma tad-demm għandhom jiġu miżjuda fil-Lista A tal-Anness II tad-Direttiva 98/79/KE.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE (2) u msemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 98/79/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 98/79/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonjiet mill-1 ta’ Lulju 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja qed qed tiżdied fl-aħħar tal-Lista A tal-Anness II tad-Direttiva 98/79/KE:

“—

Testijiet għall-varjanti tal-marda Creutzfeldt-Jakob (vCJD) għall-iskrining, id-dijanjożi u l-konferma tad-demm.”


DEĊIŻJONIJIET

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPM/1/2011

tas-16 ta’ Diċembru 2011

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (EUPM BiH)

(2011/864/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/781/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2011/781/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPM BiH, inkluża b’mod partikolari d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-24 ta’ Ottubru 2008, il-KPS, permezz tad-Deċiżjoni 2008/835/PESK (2), ħatar lis-Sur Stefan FELLER bħala Kap tal-Missjoni EUPM BiH. Il-mandat tiegħu ġie estiż permezz tad-Deċiżjoni 2009/958/PESK (3) sal-31 ta’ Diċembru 2010 u sussegwentement permezz tad-Deċiżjoni 2010/754/PESK (4) sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2011/781/PESK, il-Kunsill, inter alia, estenda t-tul ta’ żmien tal-EUPM BiH sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(4)

Fis-7 ta’ Diċembru 2011, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-KPS jestendi l-mandat tas-Sur Stefan FELLER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPM BiH b’sitt xhur addizzjonali, sat-30 ta’ Ġunju 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Stefan FELLER bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (EUPM BiH) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 51.

(2)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 30.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 79.

(4)  ĠU L 320, 7.12.2010, p. 9.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li taħtar membru tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku

(2011/865/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 134 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Jannar 2008 (1), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (“il-Kumitat”) għall-perijodu mit-22 ta’ Jannar 2008 sat-22 ta’ Jannar 2013.

(2)

Konsegwentement għall-mewt tas-Sur Juan Antonio RUBIO RODRÍGUEZ, sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat. Għalhekk għandu jiġi maħtur membru ġdid,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Cayetano LÓPEZ huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku biex jieħu post is-Sur Juan Antonio RUBIO RODRIGUEZ għall-bqija tal-mandat tiegħu, li jibqa’ għaddej sat-22 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU C 21, 26.1.2008, p. 2.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

(2011/866/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, u l-Artikolu 20 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom,

Billi:

(1)

B’kont meħud ta’ deterjorament serju u ħesrem fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni, il-Kunsill, fis-17 ta’ Diċembru 2010, talab lill-Kummissjoni biex din timplimenta l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal billi tippreżenta proposta adatta għall-aġġustament annwali tal-2011. Fit-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill ir-rapport dwar il-klawsola ta’ eċċezzjoni (l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal) (“ir-rapport”) li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sa nofs Mejju 2011. Abbażi tar-rapport, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-klawsola ta’ eċċezzjoni ma kinux sodisfatti.

(2)

Il-Kunsill ma qabilx mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, billi dawn, fil-fehma tal-Kunsill, ma kinux jirriflettu s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni.

(3)

Konsegwentement u fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali fl-Unjoni u li qed tirriżulta f’aġġustamenti fiskali sostanzjali f’numru kbir ta’ Stati Membri, fl-4 ta’ Novembru 2011 il-Kunsill tenna t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex timplimenta l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal abbażi ta’ data li tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-ħarifa tal-2011 u biex tippreżenta proposta għal aġġustament adatt tar-rimunerazzjoni fi żmien biżżejjed li jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jeżaminawha qabel tmiem l-2011.

(4)

Fil-25 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill informazzjoni supplimentari dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-klawsola ta’ eċċezzjoni tat-13 ta’ Lulju 2011 (“l-informazzjoni supplimentari”). Il-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni baqgħu jfissru li l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-klawsola ta’ eċċezzjoni ma kinux sodisfatti.

(5)

Effettivament, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom issegwi l-metodu stabbilit fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Iċ-ċifra għall-aġġustament annwali għall-2011 proposta mill-Kummissjoni hija ta’ 1,7 %.

(6)

Il-Kunsill iqis li ebda wieħed mid-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni, jiġifieri r-“rapport” u l-“informazzjoni supplimentari”, ma jipprovdi riflessjoni preċiża u komprensiva tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali attwali fl-Unjoni.

(7)

Barra minn hekk, fil-fehma tal-Kunsill, il-Kummissjoni għamlet żball meta ddefinixxiet b’mod strett wisq it-tul ta’ żmien li għandu jiġi kopert bl-analiżi tagħha. Dak l-iżball impedixxa lill-Kummissjoni milli tagħmel valutazzjoni korretta tas-sitwazzjoni u għalhekk ikkawża anomaliji sinifikanti fil-konklużjonijiet derivati miż-żewġ dokumenti, jiġifieri li ma kienx hemm deterjorament ħesrem u serju ta’ sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni.

(8)

Il-Kunsill ma jikkondividix dawn il-konklużjonijiet. Il-Kunsill huwa konvint li l-kriżi finanzjarja u ekonomika li hemm bħalissa fl-Unjoni u li tirriżulta f’aġġustamenti fiskali sostanzjali, inter alia aġġustamenti fis-salarji ta’ uffiċjali nazzjonali, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tikkostitwixxi deterjorament serju u ħesrem tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni.

(9)

Barra minn hekk, fl-opinjoni tal-Kunsill, dan id-deterjorament serju u ħesrem tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ma setax ġie rifless malajr biżżejjed fir-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali permezz tal-applikazzjoni tal-metodu.

(10)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika, it-tbassir għat-tkabbir fl-Unjoni tnaqqas sostanzjalment għas-sena 2012 minn + 1,9 % għal + 0,6 %. It-tkabbir trimestrali tal-UE niżel minn + 0,7 % fl-ewwel trimestru tal-2011 għal + 0,2 % fit-tieni u t-tielet trimestri ta’ dik is-sena. Fir-rigward tar-raba’ trimestru tal-2011 u l-ewwel trimestru tal-2012, mhu qed jiġi previst l-ebda tkabbir tal-PDG.

(11)

Waqt il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali attwali, kella tingħata aktar attenzjoni lis-sitwazzjoni dwar is-swieq finanzjarji, b’mod partikolari għad-distorsjonijiet fir-rigward tal-għoti ta’ kreditu u għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-assi, li huma fatturi determinanti ewlenin għall-iżvilupp ekonomiku.

(12)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika, il-ħolqien tax-xogħol ma kienx biżżejjed biex jirrimedja riduzzjoni kbira prinċipali fir-rata tal-qgħad. Ir-rata tal-qgħad tal-Unjoni fl-2010 u l-2011 telgħet u niżlet sabiex tilħaq 9,8 % f’Ottubru 2011 u għandha tibqa’ għolja b’mod kostanti.

(13)

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kunsill jikkunsidra li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ deterjorament serju u ħesrem fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali u r-rifjut tagħha li tressaq proposta taħt l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal hija bbażata fuq raġunijiet manifestament insuffiċjenti u żbaljati.

(14)

Ladarba l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-Kawża C-40/10 li, għall-perijodu ta’ applikazzjoni tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tiegħu, tikkostitwixxi l-uniku mezz li bih jittieħed kont ta’ kriżi ekonomika fl-aġġustament tar-rimunerazzjoni, il-Kunsill kien dipendenti fuq proposta mill-Kummissjoni li tapplika dak l-Artikolu fi żmenijiet ta’ kriżi.

(15)

Il-Kunsill huwa konvint li fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u skont id-dmir ta’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet kif stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni kienet obbligata tippreżenta proposta adatta lill-Kunsill. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u n-nuqqas tagħha li tippreżenta tali proposta jiksru għalhekk dak l-obbligu.

(16)

Ladarba l-Kunsill jista’ jaġixxi biss fuq proposta mill-Kummissjoni, in-nuqqas tal-Kummissjoni li tasal għall-konklużjonijiet korretti mill-evidenza u li tippreżenta proposta taħt l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal impedixxa lill-Kunsill milli jirreaġixxi korrettement għad-deterjorament serju u ħesrem fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali permezz ta’ att taħt l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal,

JIDDEĊIEDI LI JOPPONI L-ADOZZJONI TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/867/PESK

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit- 28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), sabiex, inter alia, jimplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011).

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/178/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex jimplimenta l-UNSCR 1973(2011).

(3)

Fit-22 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/625/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex jimplimenta l-UNSCR 2009 (2011).

(4)

Fl-10 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/729/PESK (4) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK sabiex jimplimenta l-UNSCR 2016 (2011).

(5)

Fis-16 ta’ Diċembru 2011, il-Kumitat ta’ Sigurtà tal-Kunsill stabbilit konformement mal-UNSCR 1970 (2011), filwaqt li aġixxa skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2009(2011), iddeċieda li jneħħi l-indikazzjoni relatata ma’ żewġ entitajiet.

(6)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(1a) tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“1a.   Il-fondi kollha, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

Libyan Investment Authority; u

(b)

Libyan Africa Investment Portfolio,

li huma ffriżati mis-16 ta’ Settembru 2011 għandhom jibqgħu ffriżati.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24.

(3)  ĠU L 246, 23.9.2011, p. 30.

(4)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 35.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/57


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2011 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall bil-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9243)

(It-testi bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan, biss huma awtentiċi)

(2011/868/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni, għall-“kontroll tas-saħħa tal-pjanti” (kontroll fitosanitarju), sabiex ikopru l-ispejjeż relatati direttament mal-miżuri neċessarji li ttieħdu jew huma previsti li jittieħdu fil-ġlieda kontra l-organiżmi ta’ ħsara li ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra tal-Unjoni, sabiex jinqerdu jew, jekk dan mhux possibbli, sabiex titrażżan il-firxa tagħhom.

(2)

Il-Ġermanja ressqet żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel waħda tressqet fl-20 ta’ Diċembru 2010 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2009 u fl-2010 biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora glabripennis fin-Nordrhein-Westfalen. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef hemmhekk fl-2009.

(3)

It-tieni talba tal-Ġermanja tressqet fil-15 ta’ April 2011 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2010 sabiex tinqered jew titrażżan id-Diabrotica virgifera fil-Baden-Württemberg. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef f’distretti differenti ta’ dak l-Istat (Breisgau-Hochschwarzwald, Emmendingen, il-belt ta’ Freiburg, Konstanz, Loerrach, Ortenaukreis u Ravensburg) fi snin differenti, jiġifieri fl-2008, fl-2009 u fl-2010. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008 u fl-2009 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009 u fl-2010.

(4)

L-Italja ressqet tliet talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fid-29 ta’ April 2011. L-ewwel talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 fil-Lombardia, il-provinċja ta’ Brescia, il-komun ta’ Gussago, biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora chinensis. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2008. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008, fl-2009 u fl-2010 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009 u fl-2010.

(5)

It-tieni talba tal-Italja għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 fil-Veneto, il-provinċja ta’ Treviso, il-komun ta’ Cornuda, biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora glabripennis. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2009. Il-miżuri li ttieħdu fl-2009 u fl-2010 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2010.

(6)

It-tielet talba tal-Italja għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2010 fl-Emilia-Romagna, il-provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Ravenna u Forlì-Cesena, biex ikun ikkontrollat il-Pseudomonas syringae pv. actinidiae. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara ġie konfermat fl-2010.

(7)

Barra minn hekk, l-Italja ressqet ir-raba’ talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fl-20 ta’ April 2011. Dik it-talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 fil-Lazio, il-komun ta’ Ruma, biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora chinensis. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2008. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008, fl-2009 u fl-2010 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009 u fl-2010.

(8)

Ċipru ressqet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fid-29 ta’ April 2011 li għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu jew huma ppjanati għall-2011 biex ikun ikkontrollat ir-Rhynchophorus ferrugineus. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2009, fl-2010 u fl-2011. Il-miżuri li ttieħdu fl-2010 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2010.

(9)

Malta ressqet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fid-29 ta’ April 2011 li għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2010 u fl-2011 biex ikun ikkontrollat ir-Rhynchophorus ferrugineus. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2008, fl-2009 u fl-2010. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008 u fl-2009 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009.

(10)

Il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu tliet talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-13 ta’ Diċembru 2010. L-ewwel talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2009 u fl-2010 fiż-żona ta’ Boskoop biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora chinensis. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef f’Diċembru tal-2009.

(11)

It-tieni talba tal-Pajjiżi l-Baxxi għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2009 biex ikun ikkontrollat il-Vajrojd tat-Tuberi Mrekkla tal-Patata (PSTVd). Il-ħruġ suspettat ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2009.

(12)

It-tielet talba tal-Pajjiżi l-Baxxi għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2009 biex ikun ikkontrollat it-Tuta absoluta. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2009.

(13)

Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu addizzjonalment ir-raba’ u l-ħames talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-13 ta’ Diċembru 2010. Ir-raba’ talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2009 u fl-2010 fiż-żona ta’ Westland biex ikun ikkontrollat l-Anoplophora chinensis. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2007. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009.

(14)

Il-ħames talba tal-Pajjiżi l-Baxxi għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2009 biex ikun ikkontrollat il-Clavibacter michiganensis spp. michiganensis. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2007. Il-miżuri li ttieħdu fl-2007 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009. Għall-miżuri fl-2008 ma kienx hemm talbiet għal kofinanzjament.

(15)

Il-Portugall ressaq tliet talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ April 2011 li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li ttieħdu biex ikun ikkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. L-ewwel talba għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 li jikkonċernaw il-Portugall kontinentali bl-eċċezzjoni għaż-żona ta’ Setubal li kienet oriġinarjament infestata fl-1999, biex ikun ikkontrollat il-ħruġ li nkixef fl-2008. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008, fl-2009 u fl-2010 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009 u fl-2010.

(16)

Iż-żewġ talbiet l-oħra tal-Portugall għandhom x’jaqsmu esklussivament mal-miżuri tat-trattament bis-sħana tal-injam jew tal-materjal għall-ippakkjar tal-injam fiż-żona ta’ Setubal fl-2010 u fl-2011.

(17)

Spanja ressqet tliet talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel talba tressqet fil-15 ta’ April 2011 u għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 f’Extremadura biex ikun ikkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2008. Il-miżuri li ttieħdu fl-2008, fl-2009 u fl-2010 kienu ġew soġġetti wkoll għal kofinanzjament fl-2009 u fl-2010.

(18)

It-tieni talba ta’ Spanja tressqet fit-28 ta’ April 2011. Din għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2011 u ppjanati għall-2011 f’Galicia biex ikun ikkontrollat il-Bursaphelenchus xylophilus. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2010.

(19)

It-tielet talba ta’ Spanja tressqet fis-27 ta’ April 2011. Din għandha x’taqsam mal-miżuri li ttieħdu fl-2010 u fl-2011, u ppjanati wkoll għall-2011 fil-Katalonja biex ikun ikkontrollat il-Pomacea insularum. Il-ħruġ ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara nkixef fl-2010.

(20)

Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall ilkoll stabbilixxew programm ta’ azzjonijiet biex jeqirdu jew irażżnu dawn l-organiżmi ta’ ħsara li jissemmew hawn fuq mit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew.

(21)

Il-miżuri kollha li jissemmew hawn fuq fihom varjetà ta’ miżuri fitosanitarji, inklużi l-qerda ta’ siġar jew uċuħ tar-raba’ kontaminati, l-applikazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tekniki għall-ħarsien tas-saħħa, spezzjonijiet u testijiet li jsiru uffiċjalment jew fuq talba uffiċjali għall-monitoraġġ tal-preżenza jew tal-medda ta’ kontaminazzjoni tal-organiżmi ta’ ħsara rispettivi, u s-sostituzzjoni tal-pjanti meqruda, skont it-tifsira tal-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE.

(22)

Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall ilkoll applikaw għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawn il-programmi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, b’mod partikolari l-paragrafi 1 u 4 tiegħu, u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fitosanitarju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2).

(23)

Permezz tal-informazzjoni teknika mogħtija mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, il-Kummissjoni setgħet tanalizza s-sitwazzjoni b’mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni, kif stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għalhekk, huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni biex tkopri n-nefqiet f’dawk il-programmi.

(24)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2000/29/KE, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-miżuri li jkunu ttieħdu f’perjodu ta’ mhux iktar minn sentejn wara d-data meta jkunu nkixfu l-organiżmi ta’ ħsara jew għall-miżuri li huma ppjanati għal dak il-perjodu. Madanakollu, skont it-tielet subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż jekk ikun ġie stabbilit li l-għan tal-miżuri se jintlaħaq f’perjodu addizzjonali raġjonevoli, u f’dan il-każ ir-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun mifruxa fuq is-snin ikkonċernati. Wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-evalwazzjoni tat-talbiet rispettivi, huwa xieraq li l-perjodu ta’ sentejn għall-programmi kkonċernati jkun estiż, filwaqt li titnaqqas ir-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal dawn il-miżuri għal 45 % tan-nefqa eliġibbli għat-tielet sena u għal 40 % għar-raba’ sena ta’ dawn il-programmi.

(25)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni sa 50 % tan-nefqa eliġibbli għandha għalhekk tapplika għall-Ġermanja, in-Nordrhein-Westfalen, l-Anoplophora glabripennis (2009, 2010), il-Ġermanja, il-Baden-Württemberg, id-Diabrotica virgifera, id-distretti rurali ta’ Breisgau-Hochschwarzwald u l-belt ta’ Freiburg (2010), id-distretti rurali ta’ Emmendingen, Lörrach, u Konstanz (2009), l-Italja, l-Emilia-Romagna, il-Pseudomonas syringae pv. actinidiae il-provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Ravenna u Forlì-Cesena (2010), Ċipru, ir-Rhynchophorus ferrugineus (2011), il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Anoplophora chinensis, fiż-żona ta’ Boskoop (2009, 2010), il-Pajjiżi l-Baxxi, il-PSTVd (2009), il-Pajjiżi l-Baxxi, it-Tuta absoluta (2009), il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Anoplophora chinensis, Westland (2009), il-Portugall, il-Bursaphelenchus xylophilus, iż-żona ta’ Setubal (2010, 2011), Spanja, Galicia, il-Bursaphelenchus xylophilus (2010, 2011) u għal Spanja, il-Katalonja, il-Pomacea insularum (2010, 2011).

(26)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni sa 45 % tan-nefqa eliġibbli għalhekk għandha tapplika għal dawn il-programmi: L-Italja, il-Veneto, l-Anoplophora glabripennis (2011), Malta, ir-Rhynchophorus ferrugineus (2010), il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Clavibacter michiganesis ssp. michiganensis (2009), billi l-miżuri kkonċernati kienu diġà ġew soġġetti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/996/UE (3) (Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi) jew 2010/772/UE (4) (l-Italja) għall-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tagħhom. Din tapplika wkoll għall programm tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-Anoplophora chinensis, Westland (2010), billi l-miżuri tal-2009 (it-tieni sena tal-programm) huma kofinanzjati fid-Deċiżjoni preżenti.

(27)

L-istess livell ta’ kontribuzzjoni għandu japplika għat-tielet sena (2010) tal-programm ippreżentat mill-Ġermanja fil-Baden-Württemberg għad-Diabrotica virgifera fid-distrett rurali ta’ Ravensburg, liema miżuri kienu ġew soġġetti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2009/996/UE u d-Deċiżjoni 2010/772/UE.

(28)

Barra minn hekk, kontribuzzjoni mill-Unjoni sa 40 % għandha tapplika għar-raba’ sena ta’ dawn il-programmi: Spanja, l-Extremadura, il-Bursaphelenchus xylophilus (2011), l-Italja, il-Lombardia, l-Anoplophora chinensis (2011), l-Italja, il-Lazio, l-Anoplophora chinensis (2011), Malta, ir-Rhynchophorus ferrugineus (2011), il-Portugall, il-Bursaphelenchus xylophilus (2011), il-Portugal kontinentali bl-eċċezzjoni għaż-żona ta’ Setubal li kienet oriġinarjament infestata fl-1999, billi l-miżuri kkonċernati kienu ġew soġġetti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2009/996/UE (Spanja, l-Italja, il-Portugall) u 2010/772/UE (Spanja, l-Italja, il-Portugall) għall-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tagħhom.

(29)

L-istess livell ta’ kontribuzzjoni għandu japplika għar-raba’ sena (2010) tal-programm ippreżentat mill-Ġermanja fil-Baden-Württemberg għad-Diabrotica virgifera fid-distrett rurali ta’ Ortenaukreis, liema miżuri kienu ġew soġġetti għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/147/KE (5), id-Deċiżjoni 2009/996/UE u d-Deċiżjoni 2010/772/UE.

(30)

Skont il-konklużjonijiet tal-missjoni tal-awditjar fil-Portugall mid-29 ta’ Marzu 2011 sal-11 ta’ April 2011 tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni, 25 % biss tas-siġar koniferi ospitanti infettati min-nematodu tal-injam tal-arżnu jew li juru xi sintomi ta’ saħħa dgħajfa, tqaċċtu jew inqerdu fl-1 ta’ April 2011. Dan in-nuqqas tal-awtoritajiet Portugiżi mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2(a)(iii) tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE (6). F’dan id-dawl, il-livell tan-nefqa eliġibbli fit-talba li għandha x’taqsam mal-miżuri fil-Portugall kontinentali, bl-eċċezzjoni għaż-żona ta’ Setubal li kienet oriġinarjament infestata fl-1999, għandu jitnaqqas fir-rigward tal-ispiża għall-qtugħ tas-siġar koniferi, u għalhekk 25 % biss ta’ din il-kategorija tal-infiq għandu jitqies eliġibbli.

(31)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (7), il-miżuri fitosanitarji huma ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet tal-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(32)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi ppreċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni li għaliha jkunu ġew iddelegati l-poteri, filwaqt li jiġu stipulati l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa.

(33)

Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għan-nefqa mressqa fit-talbiet ta’ kofinanzjament ippreżentati mill-Istati Membri.

(34)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Abbażi tad-dossiers ippreżentati mill-Istati Membri u analizzati mill-Kummissjoni, l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2011 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, li għandha x’taqsam mal-miżuri meħtieġa kif speċifikati fl-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdu bl-għan li jkunu miġġielda l-organiżmi kkonċernati mill-programmi ta’ eradikazzjoni jew trażżin elenkati fl-Anness, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 15 006 869,89. Is-somma massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull programm għandha tkun kif inhu indikat fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta evidenza tal-miżuri li ttieħdu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-ħlas, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 23(8), l-Artikolu 23(10), u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38.

(3)  ĠU L 339, 22.12.2009, p. 49.

(4)  ĠU L 330, 15.12.2010, p. 9.

(5)  ĠU L 49, 20.2.2009, p. 43.

(6)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


ANNESS

PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI/TRAŻŻIN

Tifsira:

a= Is-sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni.

Taqsima I

Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli

(EUR)

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eliġibbli

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni għal kull programm

il-Ġermanja, in-Nordrhein-Westfalen

Anoplophora glabripennis

Bosta speċi ta’ siġar

l-2009 u l-2010

1 u 2

194 369,65

97 184,82

il-Ġermanja, il-Baden-Württemberg, id-distrett rurali ta’ Breisgau-Hochschwarzwald u l-belt ta’ Freiburg (l-ewwel sena tal-miżuri), Emmendingen, Lörrach, Konstanz (it-tieni sena tal-miżuri)

Diabrotica virgifera

Zea mays

l-2009 u l-2010

1 jew 2

84 846,51

42 423,25

Spanja, Galicia

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

l-2010 u l-2011

1 u 2

6 178 612

3 089 306

Spanja, il-Katalonja

Pomacea insularum

Oryza sativa

l-2010 u l-2011

1 u 2

2 218 507

1 109 253,50

l-Italja, l-Emilia-Romagna

(il-provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Ravenna u Forlì-Cesena)

Pseudomonas syringae pv. actinidiae

Actinidia sinensis

l-2010

1

89 100

44 550

Ċipru

Rhynchophorus ferrugineus

Palmaceae

l-2011

2

134 750

67 375

il-Pajjiżi l-Baxxi, iż-żona ta’ Boskoop

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

l-2009 u l-2010

1 u 2

2 160 037

1 080 018,50

il-Pajjiżi l-Baxxi

PSTVd

Petunia sp.

l-2009

1

102 269

51 134,50

il-Pajjiżi l-Baxxi

Tuta absoluta

Solanum lycopersicum

l-2009

1

170 778

85 389

il-Pajjiżi l-Baxxi, iż-żona ta’ Westland

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

l-2009

2

285 671

142 835,50

il-Portugall, iż-żona ta’ Setubal, it-trattament bis-sħana

Bursaphelenchus xylophilus

L-injam u l-materjal għall-ippakkjar tal-injam

l-2010 u l-2011

1 u 2

3 791 500

1 895 750


Taqsima II

Programmi li r-rati tagħhom ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jvarjaw, fl-applikazzjoni tal-prinċipju tad-digressività

(EUR)

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eliġibbli

Rata (%)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni

il-Ġermanja, il-Baden-Württemberg, id-distrett rurali ta’ Ravensburg

Diabrotica virgifera

Zea mays

l-2010

3

9 480,99

45

4 266,44

il-Ġermanja, il-Baden-Württemberg, id-distrett rurali ta’ Ortenaukreis

Diabrotica virgifera

Zea mays

l-2010

4

46 118,53

40

18 447,41

Spanja, l-Extremadura

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

l-2011

4

419 941

40

167 976,40

l-Italja, il-Veneto

(iż-żona ta’ Cornuda)

Anoplophora glabripennis

Bosta speċi ta’ siġar

l-2011

3

287 500

45

129 375

l-Italja, il-Lombardia

(iż-żona ta’ Gussago)

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

l-2011

4

280 150

40

112 060

l-Italja, il-Lazio

(iż-żona ta’ Ruma)

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

l-2011

4

410 694

40

164 277,60

Malta

Rhynchophorus ferrugineus

Palmaceae

l-2010

3

606 347

45

272 856,29

l-2011

4

865 834

40

346 333,76

il-Pajjiżi l-Baxxi

Clavibacter michiganesis spp. michiganensis

Solanum lycopersicum

l-2009

3

40 866

45

18 389,70

il-Pajjiżi l-Baxxi, iż-żona ta’ Westland

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

l-2010

3

212 152

45

95 468,4

il-Portugall, il-Portugall kontinentali, żona ’il barra miż-żona ta’ Setubal

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

l-2011

4

14 930 497,02

40

5 972 198,81


Total tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR)

15 006 869,89


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9398)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/869/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro  (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE (2).

(2)

Fl-interess tas-saħħa pubblika jixraq li, kull meta jkun possibbli, jitfasslu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għat-tagħmir fil-Lista A tal-Anness II tad-Direttiva 98/79/KE.

(3)

It-testijiet għall-iskrining tad-demm, id-dijanjożi u l-konferma għall-Varjant tal-marda Creutzfeldt-Jakob (vCJD) żdiedu mal-Lista A tal-Anness II tad-Direttiva 98/79/KE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/100/UE (3).

(4)

Abbażi tal-aktar avvanzi riċenti u l-għarfien xjentifiku attwali dwar il-varjant tal-marda Creutzfeldt-Jakob, jistgħu jitfasslu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għat-testijiet tal-iskrining tad-demm tal-marda.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE (4) u msemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 98/79/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/364/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-manifatturi li japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness qabel id-data stipulata fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 16.5.2002, p. 17.

(3)  Ara paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17


ANNESS

1.

It-taqsima li ġejja għandha tiżdied fit-tarf tat-Taqsima 3 tal-Anness tad-Deċizjoni 2002/364/KE:

“3.7.   STK għat-testijiet tal-iskrining tad-demm għall-Varjant tal-marda Creutzfeldt-Jakob (vCJD)

Fit-Tabella 11 hemm l-STK għat-Testijiet tal-iskrining tad-demm għall-Varjant tal-marda Creutzfeldt-Jakob (vCJD)”

2.

It-tabella li ġejja għandha tiżdied fit-tarf tal-Anness tad-Deċizjoni 2002/364/KE:

Tabella 11

Testijet tal-iskrining tad-demm għall-Varjant tal-marda Creutzfeldt-Jakob (vCJD)

 

Il-materjal

Għadd ta’ kampjuni

Kriterji tal-Aċċettazzjoni

Sensittività analitika

Manifestazzjonijiet ta’ vCJD fil-moħħ fil-plażma tal-bniedem (numru tar-referenza tal-WHO NHBY0/003)

24 replikati ta’ kull wieħed minn tliet dilwizzjonijiet tal-materjal bin-numru tal-WHO NHBY0/003

(1×104, 1×105, 1×106)

23 mill-24 replikati individwati fi

1×104

Manifestazzjonijiet ta’ vCJD fil-milsa fil-plażma tal-bniedem (10 % tal-omoġenat tal-misa – numru tar-referenza tal-NIBSC NHSY0/0009)

24 replikati ta’ kull wieħed minn tliet dilwizzjonijiet tal-materjal bin-numru tal-NIBSC NHSY0/0009

(1×10, 1×102, 1×103)

23 mill-24 replikati individwati fi

1×10

Sensittività dijanjostika

A)

Kampjun minn mudelli tal-annimali xierqa

Tant kampjuni daqs kemm ikun raġonevolment possibbli u disponibbli, u mill-inqas 10 kampjuni

90  %

B)

Kampjun mill-bnedmin b’manifestazzjoni klinika tal-vCJD

Tant kampjuni daqs kemm ikun raġonevolment possibbli u disponibbli, u mill-inqas 10 kampjuni

90  %

Biss fil-każ fejn ma jkunux disponibbli 10 kampjuni:

l-għadd ta’ kampjuni ttestjati għandu jkun bejn 6 u 9

il-kampjuni kollha disponibbli għandhom jiġu ttestjati

mhux itkar minn riżultat negattiv falz wieħed

Speċifiċità analitika

Kampjuni tad-demm b’possibbiltà li jirreaġixxu ma’ xulxin

100

 

Speċifiċità dijanjostika

Kampjuni ta’ plażma tal-bniedem normali minn żona ta’ esponiment baxx għall-BSE

5 000

Mill-inqas 99,5 %”


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/65


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Diċembru 2011

dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral

(BĊE/2011/25)

(2011/870/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Dokumentazzjoni Ġenerali”).

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iddeċieda dwar miżuri msaħħa addizzjonali għall-appoġġ ta’ kreditu biex jappoġġaw is-self tal-banek u l-likwidità fis-suq tal-flus taż-żona tal-euro. Skont dik id-deċiżjoni u sabiex tissaħħaħ il-provvista ta’ likwidità lil kontropartijiet ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, għandu jkun hem għażla biex ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal jiġu tterminati jew modifikati qabel il-maturità, u għandhom jitwessgħu il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ assi li għandhom jintużaw bħala kollateral f’operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema.

(3)

Dawn il-miżuri iridu japplikaw temporanjament, sakemm il-Kunsill Governattiv iqis illi l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tippermetti l-applikazzjoni tal-qafas ġenerali tal-Eurosistema għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Miżuri addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament u kollateral eliġibbli

1.   Ir-regola għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral stabbiliti f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw flimkien mad-Dokumentazzjoni Ġenerali.

2.   F’każ ta’ xi diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni u d-Dokumentazzjoni Ġenerali, kif implimentata fil-livell nazzjonali mill-BĊNi, tal-ewwel għandha tingħata preċedenza. Il-BĊNi għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumentazzjoni Ġenerali mingħajr tibdil sakemm mhux stipulat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għażla biex operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal jiġu tterminati jew modifikati

L-Eurosistema tista’ tiddeċiedi illi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kontropartijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’, jew jitterminaw, ċerti operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal qabel ma jimmaturaw.

Artikolu 3

Ammissjoni ta’ ċerti titoli garantiti minn assi addizzjonali

1.   Minbarra t-titoli garantiti minn assi (ABS) eliġibbli taħt Kapitolu 6 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, ABS li l-assi sottostanti tagħhom jinkludu jew self b’ipoteka fuq immobbli residenzjali biss jew self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) biss għandhom ikunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema anke jekk dawk l-ABS ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-kreditu taħt Taqsima 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali iżda mill-bqija jikkonformaw mal-kriterji tal-eliġibbiltà kollha applikabbli għall-ABS skont id-Dokumentazzjoni Ġenerali, sakemm ikollhom klassifika tat-tieni l-aqwa ta’ mill-inqas il-limitu minimu tal-Eurosistema ta’ stadju 2 tal-iskala tal-Eurosistema għall-klassifika armonizzata., kif imsemmi f’Taqsima 6.3.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, mal-ħruġ u fi kwalsiasi ħin wara. Huma għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jiggarantixxu l-ABS għandhom jappartjenu għall-istess klassi ta’ assi, jiġifieri il-pool tal-assi għandha tikkonsisti jew minn ipoteki fuq immobbli residenzjali biss jew minn self lil SMEs biss, u ma għandux ikun hemm taħlit ta’ assi minn klassijiet ta’ assi differenti;

(b)

l-assi li jiġġeneraw il-likwidità li jiggarantixxu l-ABS ma għandhomx ikun fihom self illi:

(i)

fil-ħin tal-ħruġ tal-ABS, ma jkunx jirrendi; jew

(ii)

fi kwalsiasi ħin, huwa strutturat, sindakat jew aġevolat;

(c)

il-kontroparti li tippreżenta ABS bħala kollateral, jew kull parti terza li magħha għandha rabtiet mill-qrib, ma għandhiex taġixxi bħala fornitur ta’ ta’ hedge tar-rata tal-imgħax fir-rigward tal-ABS;

(d)

id-dokumenti tat-tranżazzjoni tal-ABS għandu jkun fihom dispożizzjonijiet dwar il-kontinwita’ tas-servizz.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 il-kliem "impriża żgħira" u "impriża ta’ daqs medju" għandhom ikollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (2).

Artikolu 4

Ammissjoni ta’ ċerti klejms ta’ kreditu addizzjonali

1.   BĊN jista’ jaċċetta bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ politika montarja tal-Eurosistema klejms ta’ kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Eurosistema

2.   Il-BĊNi għandhom jistabbilixxu kriterji ta’ eliġibbiltà u miżuri għall-kontroll tar-riskju għall-aċċettazzjoni ta’ klejms ta’ kreditu skont il-paragrafu 1. Dawn il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-miżuri għall-kontroll tar-riskju għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill Governattiv.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1. Mill-1 ta’ Jannar 2012, il-Linja Gwida BĊE/2000/7 hija sostitwita minn Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduru tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(2)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Nru 1/2011/SC

tad-29 ta’ Settembru 2011

dwar il-verifika tal-programmi u l-proġetti skont il-Mekkaniżmu Finanzjarju (2009–2014)

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem riferut bħala l-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 38b dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, imdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għall-perjodu 2009–2014,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 5/2010/KP tad-9 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 4/2004/KP li tistabbilixxi Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju (1),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 6/2010/KP tad-9 ta’ Diċembru 2010 li testendi x-xogħlijiet tal-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja (2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-ESA/Qorti Nru 5/2002 tat-23 ta’ Ottubru 2002 dwar il-Mandat tal-Bord tal-Awdituri tal-EFTA (“Stati Membri tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE”),

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Bord tal-Awdituri għandu jaġixxi bħala l-awtorità suprema għall-verifika tal-programmi u l-proġetti skont il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009–2014 (minn hawn ’il quddiem riferut bħala “l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE”). Dan jinkludi l-verifika tal-programmi u l-proġetti fl-Istati Benefiċjarji, il-ġestjoni tal-programmi u l-proġetti mill-Istati Benefiċjarji u l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Il-Bord tal-Awdituri jista' wkoll iwettaq verifika tal-Uffiċju tal-Mekkaniżmu Finanzjarju fir-rigward tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE.

Artikolu 2

Il-Bord tal-Awdituri għandu jikkonsisti f'ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jagħmlu parti mill-Ftehim taż-ŻEE u preferibbilment li huma membri tal-istituzzjonijiet supremi tal-verifika tal-Istati tal-EFTA. Għandhom joffru kull garanzija ta’ indipendenza. Uffiċjal tal-EFTA ma jistax jinħatar awditur qabel ikun spiċċa l-intervall ta’ tliet snin mit-tmiem tal-kariga tiegħu ma’ kwalunkwe istituzzjoni tal-EFTA.

Artikolu 3

Il-membri tal-Bord tal-Awdituri li jwettqu verifiki skont l-Artikolu 1 għandhom ikunu l-istess persuni li jiġu maħtura fi u għall-istess mandat kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-ESA/Qorti, Nru 1 tas-26 ta’ Mejju 2010 mill-bidu tal-kariga tal-Membri tal-Bord tal-Awdituri tal-EFTA (“Stati Membri tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE”). Hekk kif jiskadi l-mandat tagħhom il-membri tal-Bord tal-Awdituri li jwettqu verifiki skont l-Artikolu 1 għandhom ikunu l-persuni maħtura skont id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-ESA/Qorti.

Artikolu 4

Il-membri tal-Bord tal-Awdituri għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 5

Il-membri tal-Bord tal-Awdituri għandhom jikkoperaw mill-qrib mal-persuna jew persuni fdati bil-verifiki korrispondenti skont il-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009–2014 fil-verifiki tal-attivitajiet relatati maż-żewġ Mekkaniżmi Finanzjarji.

Artikolu 6

In-nefqa fir-rigward ta’ verifiki xierqa u proporzjonati msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun iffinanzjata mill-baġit amministrattiv tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Abbażi ta’ baġit propost mill-Bord tal-Awdituri u rakkomandazzjoni mill-Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju, il-Kumitat Permanenti għandu jaqbel dwar l-ammont li għandu jingħata għal dan l-iskop.

Artikolu 7

Il-Bord tal-Awdituri jista' jqabbad esperti esterni sabiex jgħinuh. L-esperti esterni jridu jissodisfaw l-istess kriterji ta’ indipendenza u jikkonformaw mal-istess dmir ta’ kooperazzjoni stipulat fl-Artikolu 6 bħall-membri tal-Bord tal-Awdituri.

Artikolu 8

Il-Bord tal-Awdituri għandu jinforma lill-KMF u jirrapporta lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA dwar il-verifika msemmija fl-Artikolu 1. Huwa jista' jressaq proposti għall-azzjoni.

Artikolu 9

Il-Bord tal-Awdituri għandu jipproponi t-termini ta’ referenza tiegħu dwar il-verifika msemmija fl-Artikolu 1 u jressaqhom, wara konsultazzjoni mal-KMF, quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għall-adozzjoni.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett immedjat.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2011.

F'isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

Kurt JÄGER

Is-Segretarju Ġenerali

Kåre BRYN


(1)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 57.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 58.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/69


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 111/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 514/2010 tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus pentosaceus (DSM 16244) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2010 tal-15 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (O35) fl-għalf li fih il-lasalocid sodium, il-maduramycin ammonium, il-monensin sodium, in-narasin, is-salinomycin sodium u s-semduramycin sodium (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2010 tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf (4), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-projbizzjoni mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, ta’ prodotti tal-proteini miksuba minn ħmira tal-varjetà Candida kkultivata fuq n-alkani (5), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ lasaloaċidu A tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani li għandhom sa 16-il ġimgħa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (6), kif ikkoreġut mill-ĠU L 264, 7.10.2010, p. 19, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ addittiv fl-għalf (7), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2010 tas-6 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 554/2008 fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ 6-fitasi (Quantum Phytase) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (8), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 883/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 bħala addittiv tal-għalf għal għoġġiela għat-trobbija (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société industrielle Lesaffre) (9), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/2004 fir-rigward taż-żmien għall-irtirar tal-addittiv “Monteban”, li jagħmel parti mill-grupp tal-koċċidjostati u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn (10), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ narasin u nikarbażin bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Eli Lilly and Company Ltd) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (11), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 891/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu l-ġdid ta’ 6-fitasi bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (12), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 939/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 dwar it-tolleranzi permessi għat-tikkettjar tal-kompożizzjoni ta’ oġġetti tal-għalf jew għalf kompost kif imsemmi fl-Artikolu 11(5) (14), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(15)

Ir-Regolament (UE) Nru 568/2010 jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/382/KEE (15) li hi inkorporata fil-Ftehim, u li għalhekk għandha tiġi rrevokata skont il-Ftehim.

(16)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi segwenti jiġu miżjuda fil-punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999):

“—

32010 R 0874: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 263, 6.10.2010, p. 1), kif ikkorreġut mill-ĠU L 264, 7.10.2010, p. 19,

32010 R 0885: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 265, 8.10.2010, p. 5).”

2.

L-inċiż segwenti jiġi miżjud fil-punt 1zzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2004):

“—

32010 R 0884: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 265, 8.10.2010, p. 4).”

3.

L-inċiż segwenti jiġi miżjud fil-punt 1zzzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007):

“—

32010 R 0515: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2010 tal-15 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 44).”

4.

Dan li ġej jiżdied mal-punti 1zzzzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2008):

“, kif emendat permezz ta':

32010 R 0879: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2010 tas-6 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 264, 7.10.2010, p. 7).”

5.

Il-punti segwenti jiġu mdaħħla wara l-punt 2e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2010):

“2f.

32010 R 0514: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 514/2010 tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus pentosaceus (DSM 16244) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 42),

2g.

32010 R 0516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2010 tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 46),

2h.

32010 R 0874: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ lasaloaċidu A tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani li għandhom sa 16-il ġimgħa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 263, 6.10.2010, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 264, 7.10.2010, p. 19,

2i.

32010 R 0875: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ addittiv fl-għalf (ĠU L 263, tas-6.10.2010, p. 4),

2j.

32010 R 0883: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 883/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 bħala addittiv tal-għalf għal għoġġiela għat-trobbija (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société industrielle Lesaffre) (ĠU L 265, 8.10.2010, p. 1),

2k.

32010 R 0885: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ narasin u nikarbażin bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Eli Lilly and Company Ltd) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 265, 8.10.2010, p. 5),

2l.

32010 R 0891: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 891/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu l-ġdid ta’ 6-fitasi bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (ĠU L 266, 9.10.2010, p. 4),

2m.

32010 R 0892: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 266, 9.10.2010, p. 6).”

6.

It-test tal-punt 17 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/382/KEE) jitħassar.

7.

Dan li ġej jiġi miżjud fil-punt 48 (ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta':

32010 R 0568: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 163, 30.6.2010, p. 30),

32010 R 0939: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 939/2010 tal-20 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 277, 21.10.2010, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 514/2010, (UE) Nru 515/2010, (UE) Nru 516/2010, (UE) Nru 568/2010, (UE) Nru 874/2010, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 264, 7.10.2010, p. 19, (UE) Nru (UE) Nru 875/2010, (UE) Nru 879/2010, (UE) Nru 883/2010, (UE) Nru 884/2010, (UE) Nru 885/2010, (UE) Nru 891/2010, (UE) Nru 892/2010 u (UE) Nru 939/2010 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 196, 28.7.2011, p. 25.

(2)  ĠU L 150, 16.6.2010, p. 42.

(3)  ĠU L 150, 16.6.2010, p. 44.

(4)  ĠU L 150, 16.6.2010, p. 46.

(5)  ĠU L 163, 30.6.2010, p. 30.

(6)  ĠU L 263, 6.10.2010, p. 1.

(7)  ĠU L 263, 6.10.2010, p. 4.

(8)  ĠU L 264, 7.10.2010, p. 7.

(9)  ĠU L 265, 8.10.2010, p. 1.

(10)  ĠU L 265, 8.10.2010, p. 4.

(11)  ĠU L 265, 8.10.2010, p. 5.

(12)  ĠU L 266, 9.10.2010, p. 4.

(13)  ĠU L 266, 9.10.2010, p. 6.

(14)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 4.

(15)  ĠU L 217, 14.8.1985, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 112/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 365/2010 tat-28 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għal oġġetti tal-ikel fir-rigward ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib ippasturizzat u prodotti likwidi oħrajn tal-ħalib ippasturizzat u Listeria monocytogenes fil-melħ tajjeb għal mal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ testijiet rapidi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2003 fir-rigward tal-ispezzjonijiet li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1053/2010 tat- 18 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 494/98 fir-rigward ta’ sanzjonijiet amministrattivi f'każijiet fejn ma tkunx tista' tiġi ppruvata l-identifikazzjoni ta’ annimal (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 dwar il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar biex jinstabu bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/692/UE tal-15 ta’ Novembru 2010 li tirrikonoxxi l-karattru kompletament operazzjonali tal-bażi tad-dejta Latvjana dwar l-annimali bovini (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Islanda fuq il-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Islanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (9).

(10)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej se jiġi miżjud f' punt 76 (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/98) f'Taqsima 1.2:

“, kif emendat permezz ta':

32010 R 1053: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1053/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 303, 19.11.2010, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud f'punt 134 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) f'Taqsima 1.2 u punt 53 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) f'Taqsima 6.2:

“—

32011 R 0015: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 3).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 140 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003) f'Taqsima 1.2:

“—

32010 R 1034: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 298, 16.11.2010, p. 7).”

4.

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 25 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/132/KE) f'Taqsima 1.2:

“26.

32010 D 0692: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/692/UE tal-15 ta’ Novembru 2010 li tirrikonoxxi l-karattru kompletament operazzjonali tal-bażi tad-dejta Latvjana dwar l-annimali bovini (ĠU L 299, 17.11.2010, p. 45).”

5.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 52 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) f'Taqsima 6.2:

“—

32010 R 0365: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 365/2010 tat-28 ta’ April 2010 (ĠU L 107, 29.4.2010, p. 9).”

6.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12 (Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) f'Taqsima 7.1:

“—

32010 R 0956: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 10).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 54zzzj (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32010 R 0365: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2010 tat-28 ta’ April 2010 (ĠU L 107, 29.4.2010, p. 9).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 365/2010, (UE) Nru 956/2010, (UE) Nru 1034/2010, (UE) Nru 1053/2010 u (UE) Nru 15/2011 u d-Deċiżjoni 2010/692/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32.

(2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32.

(3)  ĠU L 107, 29.4.2010, p. 9.

(4)  ĠU L 279, 23.10.2010, p. 10.

(5)  ĠU L 298,16.11.2010, p. 7.

(6)  ĠU L 303, 19.11.2010, p. 1.

(7)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 3.

(8)  ĠU L 299, 17.11.2010, p. 45.

(9)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 113/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 li temenda, fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2005/78/KE (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/1/KE tas-7 ta’ Jannar 2009 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (4), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2009/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti (5), għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/67/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE (6) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva 2009/78/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE (7) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 45k (id-Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE) u tal-punt 45o (id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE) jitħassar.

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 45zn (id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“kif emendat bi:

32009 L 0001: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/1/KE tas-7 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 31).”

3.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 45zl (id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 45zo (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE):

“—

32008 L 0074: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51).”

4.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008):

“45zv.

32009 L 0067: Id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1).

45zw.

32009 L 0078: Id-Direttiva 2009/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti (ĠU L 231, 3.9.2009, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2008/74/KE, 2009/1/KE, 2009/67/KE u 2009/78/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 20.

(2)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51.

(3)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 31.

(4)  ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 231, 3.9.2009, p. 8.

(6)  ĠU L 311, 14.12.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 19.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 114/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2008 tat-18 ta’ April 2008 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 984/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar ċaħda ta’ awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq il-prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa magħmula dwar l-ikel u li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1025/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1167/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta’ vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 54zzi (id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 1170: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36).”

2.

Dan li ġej jiġi miżjud mal-punt 54zzzu (Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta':

32009 R 1170: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36).”

3.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 54zzzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 958/2010):

“54zzzzza.

32008 R 0353: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2008 tat-18 ta’ April 2008 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2008, p. 11).

54zzzzzb.

32009 R 0983: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 277, 22.10.2009, p. 3).

54zzzzzc.

32009 R 0984: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 984/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar ċaħda ta’ awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq il-prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 277, 22.10.2009, p. 13).

54zzzzzd.

32009 R 1024: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1024/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa magħmula dwar l-ikel u li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 22).

54zzzzze.

32009 R 1025: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1025/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 30).

54zzzzzf.

32009 R 1167: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1167/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 29).

54zzzzzg.

32009 R 1168: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 353/2008, (KE) Nru 983/2009, (KE) Nru 984/2009, (KE) Nru 1024/2009, (KE) Nru 1025/2009, (KE) Nru 1167/2009, (KE) Nru 1168/2009 u (KE) Nru 1170/2009 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32.

(2)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 11.

(3)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 283, 30.10.2009, p. 22.

(6)  ĠU L 283, 30.10.2009, p. 30.

(7)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 29.

(8)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 32.

(9)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2010 tad-9 ta’ April 2010 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-2-phenylphenol f’ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 375/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 376/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 983/2009 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa magħmula dwar l-ikel u li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/172/UE tat-22 ta’ Marzu 2010 temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE fir-rigward tal-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/161/UE tas-17 ta’ Marzu 2010 dwar is-sorveljanza ta’ sustanzi perfluworalkilati fl-ikel (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32010 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2010 tad-9 ta’ April 2010 (ĠU L 94, 15.4.2010, p. 1).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 54zze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE):

“—

32010 D 0172: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/172/UE tat-22 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 75, 23.3.2010, p. 33).”

2.

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2010 tad-9 ta’ April 2010 (ĠU L 94, 15.4.2010, p. 1).”

3.

Dan li ġej ikun miżjud fil-punt 54zzzzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2009):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 R 0376: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 376/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 111, 4.5.2010, p. 3).”

4.

Il-punti li ġejjin ikunu miżjuda wara l-punt 54zzzzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2009):

“54zzzzzh.

32010 R 0375: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 375/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 111, 4.5.2010, p. 1).

54zzzzzi.

32010 R 0382: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, 6.5.2010, p. 1).

54zzzzzj.

32010 R 0383: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, 6.5.2010, p. 4).

54zzzzzk.

32010 R 0384: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, 6.5.2010, p. 6).

54zzzzzl.

32010 D 0169: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE (ĠU L 75, 23.3.2010, p. 25).”

5.

Il-punt li ġej ikun miżjud wara l-punt 66 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/307/UE):

“67.

32010 H 0161: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/161/UE tas-17 ta’ Marzu 2010 dwar is-sorveljanza ta’ sustanzi perfluworalkilati fl-ikel (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 22).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 304/2010, (UE) Nru 375/2010, (UE) Nru 376/2010, (UE) Nru 382/2010, (UE) Nru 383/2010 u (UE) Nru 384/2010, tad-Deċiżjonijiet 2010/169/UE u 2010/172/UE u tar-Rakkomandazzjoni 2010/161/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 5.

(2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32.

(3)  ĠU L 94, 15.4.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 111, 4.5.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 111, 4.5.2010, p. 3.

(6)  ĠU L 113, 6.5.2010, p. 1.

(7)  ĠU L 113, 6.5.2010, p. 4.

(8)  ĠU L 113, 6.5.2010, p. 6.

(9)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 25.

(10)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 33.

(11)  ĠU L 68, 18.3.2010, p. 22.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 116/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”) (2) kif korrett bil-ĠU L 49, 24.2.2011, p. 52, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Ossidu ta’ difenil, derivat tal-pentabromo u PFOS) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu f’punt 12zc (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32011 R 0143: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 (ĠU L 44, 18.2.2011, p. 2), kif korrett bil-ĠU L 49, 24.2.2011, p. 52,

32011 R 0207: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 27).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 143/2011, kif korretti bil-ĠU L 49, 24.2.2011, p. 52 u (UE) Nru 207/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 34.

(2)  ĠU L 44, 18.2.2011, p. 2.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/103/KE tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE (3), 84/5/KEE (4), 90/232/KEE (5) u d-Direttivi 2000/26/KE (6) u 2005/14/KE (7) tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill, li huma inkorporati fil-Ftehim u konsegwentement għandhom jiġu mħassra taħt il-Ftehim, ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2000/26/KE u 2005/14/KE li jemendaw id-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE (8) u 88/357/KEE (9), li se jiġu mħassra taħt il-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) fil-Ftehim.

(4)

L-adattament attwali taż-ŻEE għad-Direttiva 2000/26/KE għandu jinżamm fir-rigward tad-Direttiva 2009/103/KE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test fil-punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32009 L 0103: Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

L-Artikolu 21(6) għandu jinqara kif ġej:

‘Il-ħatra ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet ma għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l-ftuħ ta’ fergħa fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49/KEE u r-rappreżentant għall-pretensjonijiet ma għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 88/357/KEE.’ ”

2.

It-test tal-punti 9 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE), 10 (it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE) u 10a (id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/103/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 45.

(2)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(3)  ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17.

(5)  ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33.

(6)  ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65.

(7)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.

(8)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

(9)  ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.

(10)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 118/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/17/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 42 g (id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“42ga.

32010 D 0017: Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/17/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/17/KE fil-lingwa Islandiża u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 42.

(2)  ĠU L 8, 13.1.2010, p. 17.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/84


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 119/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji tal-prestazzjoni ta’ kumpaniji (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiġu miżjuda wara l-punt 56bc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“56bd.

32010 R 0801: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera (ĠU L 241, 14.9.2010, p. 1).

56be

32010 R 0802: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji (ĠU L 241, 14.9.2010, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 801/2010 u (UE) Nru 802/2010 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 42.

(2)  ĠU L 241, 14.9.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 241, 14.9.2010, p. 4.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/85


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 120/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32011 R 0390: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2011 tad-19 ta’ April 2011 (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 42.

(2)  ĠU L 104, 20.4.2011, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/86


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/50/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE (3), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE (4), id-Direttiva 2000/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE (7), li huma inkorporati fil-Ftehim u li għandhom għalhekk jiġu mħassra mill-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 14b (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE):

“14c.

32008 L 0050: id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).”

2.

It-testi tal-punti 13d (id-Direttiva 2000/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 13e (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE), 14a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE), 14b (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE) u 21ag (id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/50/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 65.

(2)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 21.11.1996, p. 55.

(4)  ĠU L 163, 29.6.1999, p. 41.

(5)  ĠU L 313, 13.12.2000, p. 12.

(6)  ĠU L 67, 9.3.2002, p. 14.

(7)  ĠU L 35, 5.2.1997, p. 14.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 122/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/638/UE tas-26 ta’ Settembru 2011 dwar il-punti ta’ referenza biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jidħol wara l-punt 21apc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/389/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“21apd.

32011 D 0638: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/638/UE tas-26 ta’ Settembru 2011 dwar il-punti ta’ referenza biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/638/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Rettifika

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/88


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni inizjali ta' denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ricotta Romana (DPO)]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 tas-17 ta' Diċembru 2010 )

F'paġna 22, fl-Anness, it-tieni linja,

minflok:

Klassifikazzjoni 1.3.   Ġobnijiet”;

aqra:

Klassi 1.4   Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib għajr il-butir, eċċ.)”.